Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2017/2854(DEA)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B8-0572/2017

Testi mressqa :

B8-0572/2017

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

Testi adottati :

P8_TA(2017)0404

Testi adottati
PDF 251kWORD 48k
L-Erbgħa, 25 ta' Ottubru 2017 - Strasburgu Verżjoni finali
L-ebda oġġezzjoni għal att delegat: rekwiżiti ta' sorveljanza u ta' governanza tal-prodotti għall-impriżi tal-assigurazzjoni u għad-distributuri tal-assigurazzjoni
P8_TA(2017)0404B8-0572/2017

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tal-21 ta' Settembru 2017 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ta' sorveljanza u ta' governanza tal-prodotti għall-impriżi tal-assigurazzjoni u għad-distributuri tal-assigurazzjoni (C(2017)06218 – 2017/2854(DEA))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (C(2017)06218),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, tas-16 ta' Ottubru 2017,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Jannar 2016 dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 25(2) u l-Artikolu 39(5) tagħha,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra li l-ebda oġġezzjoni ma ġiet espressa fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, li skada fl-24 ta’ Ottubru 2017,

A.  billi r-Regolament Delegat għandu japplika mit-23 ta' Frar 2018, id-data ta' applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/97, u l-użu sħiħ tal-perjodu ta' skrutinju ta' tliet xhur għad-dispożizzjoni tal-Parlament ma jipprovdix żmien biżżejjed biex l-industrija timplimenta t-tibdil tekniku u organizzattiv meħtieġ;

B.  billi l-pubblikazzjoni rapida tar-Regolament Delegat fil-Ġurnal Uffiċjali tippermetti l-implimentazzjoni f'waqtha u ċ-ċertezza tad-dritt f'dak li jikkonċerna d-dispożizzjonijiet applikabbli għas-sorveljanza u l-governanza tal-prodotti;

C.  billi l-Parlament iqis li l-iskadenza għat-traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/97 għandha tibqa' t-23 ta' Frar 2018, iżda jitlob lill-Kummissjoni tadotta proposta leġiżlattiva li tistabbilixxi d-data tal-applikazzjoni għall-1 ta' Ottubru 2018;

1.  Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament Delegat;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 26, 2.2.2016, p. 19.

Avviż legali - Politika tal-privatezza