Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2017/2855(DEA)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B8-0575/2017

Testi mressqa :

B8-0575/2017

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

Testi adottati :

P8_TA(2017)0405

Testi adottati
PDF 251kWORD 47k
L-Erbgħa, 25 ta' Ottubru 2017 - Strasburgu Verżjoni finali
L-ebda oġġeżżjoni għal att delegat: rekwiżiti ta' informazzjoni u regoli tal-kondotta tal-operazzjonijiet applikabbli għad-distribuzzjoni ta' prodotti ta' investiment fl-assikurazzjoni
P8_TA(2017)0405B8-0575/2017

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tal-21 ta' Settembru 2017 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' rekwiżiti ta' informazzjoni u regoli tal-kondotta tal-operazzjonijiet applikabbli għad-distribuzzjoni ta' prodotti ta' investiment fl-assikurazzjoni (C(2017)06229 – (2017/2855(DEA))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (C(2017)06229),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tas-16 ta' Ottubru 2017 lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Jannar 2016 dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 28(4), l-Artikolu 29(4), l-Artikolu 30(6) u l-Artikolu 39(5) tagħha,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra li l-ebda oġġezzjoni ma ġiet espressa fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, li skada fl-24 ta’ Ottubru 2017,

A.  billi r-Regolament Delegat għandu japplika mit-23 ta' Frar 2018, jiġifieri d-data ta' applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/97, u l-użu sħiħ tal-perjodu ta' skrutinju ta' tliet xhur għad-dispożizzjoni tal-Parlament ma jħallix żmien biżżejjed biex l-industrija timplimenta l-bidliet tekniċi u organizzazzjonali meħtieġa;

B.  billi l-pubblikazzjoni rapida tar-Regolament Delegat fil-Ġurnal Uffiċjali tippermetti l-implimentazzjoni f'waqtha u ċ-ċertezza ġuridika rigward id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-prodotti ta' investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni;

C.  billi l-Parlament iqis li l-iskadenza għat-traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/97 għandha tibqa' t-23 ta' Frar 2018, iżda jitlob lill-Kummissjoni biex tadotta proposta leġiżlattiva li tistabbilixxi d-data tal-applikazzjoni għall-1 ta' Ottubru 2018;

1.  Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament Delegat;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 26, 2.2.2016, p. 19.

Avviż legali - Politika tal-privatezza