Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2017/2077(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0370/2017

Testi mressqa :

A8-0370/2017

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 30/11/2017 - 8.4

Testi adottati :

P8_TA(2017)0455

Testi adottati
PDF 347kWORD 50k
Il-Ħamis, 30 ta' Novembru 2017 - Brussell
Mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità għall-finanzjament ta' miżuri baġitarji immedjati biex jiġu indirizzati t-theddidiet kontinwi tal-migrazzjoni, tad-dħul tar-rifuġjati u tas-sigurtà
P8_TA(2017)0455A8-0370/2017
Riżoluzzjoni
 Anness

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità għall-finanzjament ta' miżuri baġitarji immedjati biex jiġu indirizzati t-theddidiet kontinwi tal-migrazzjoni, tad-dħul tar-rifuġjati u tas-sigurtà (COM(2017)0271 – C8-0163/2017 – 2017/2077(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0271 – C8‑0163/2017),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(1) (ir-Regolament dwar il-QFP) u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(2), u b'mod partikolari l-punt 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, li l-Kummissjoni adottat fid-29 ta' Ġunju 2017 (COM(2017)0400), kif emendat bl-Ittra emendatorja Nru 1/2018 (COM(2017)0615),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, adottata mill-Kunsill fl-4 ta' Settembru 2017, u li ntbagħtet lill-Parlament fit-13 ta' Settembru 2017 (11815/2017 – C8‑0313/2017),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali għall-2018(3),

–  wara li kkunsidra t-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fit-18 ta' Novembru 2017 (14587/17 – C8-0416/2017),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0370/2017),

A.  billi, wara li ġew eżaminati l-possibilitajiet kollha għar-riallokazzjoni tal-approprjazzjonjiet ta' impenn taħt l-intestatura 3 (Sigurtà u ċittadinanza), jidher li hemm bżonn li jiġi mobilizzat l-Istrument ta' Flessibilità għall-approprjazzjonijiet ta' impenn;

B.  billi l-Kummissjoni kienet ipproponiet il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità bl-ammont ta' EUR 817,1 miljun biex tissuplimenta l-finanzjament fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2018 lil hinn mil-limitu massimu tal-intestatura 3, bl-għan li tiffinanzja miżuri fil-qasam tal-migrazzjoni, id-dħul tar-rifuġjati u t-theddid għas-sigurtà;

C.  billi l-Kumitat ta' Konċiljazzjoni kkonvokat għall-baġit 2018 qabel dwar mobilizzazzjoni ulterjuri ta' EUR 20,2 miljun bħala riżultat ta' tisħiħ fl-intestatura 3;

1.  Jinnota li l-limiti massimi għall-2018 għall-intestatura 3 ma jippermettux finanzjament xieraq ta' miżuri urġenti fil-qasam tal-migrazzjoni, id-dħul tar-rifuġjati u t-theddid għas-sigurtà;

2.  Jaqbel, għalhekk, li l-Istrument ta' Flessibilità jiġi mobilizzat għal ammont ta' EUR 837,2 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn;

3.  Jaqbel, barra minn hekk, mal-allokazzjoni proposta tal-approprjazzjonijiet ta' pagament korrispondenti ta' EUR 464 miljun fl-2018, EUR 212,7 miljun fl-2019, EUR 126,4 miljun fl-2020 u EUR 34,2 miljun fl-2021;

4.  Itenni li l-mobilizzazzjoni ta' dan l-istrument, kif previst fl-Artikolu 11 tar-Regolament dwar il-QFP, tindika għal darb'oħra l-bżonn kruċjali ta' aktar flessibilità fil-baġit tal-Unjoni;

5.  Itenni l-opinjoni li ilu jħaddan li l-pagamenti li ġejjin minn impenji mobilizzati preċedentement permezz tal-Istrument ta' Flessibilità, jistgħu jingħaddu biss lil hinn mil-limiti massimi tal-QFP;

6.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

8.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(2) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(3) Testi adottati, P8_TA(2017)0408


ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà għall-finanzjament ta’ miżuri baġitarji immedjati biex jiġu indirizzati it-theddidiet kontinwi tal-migrazzjoni, tad-dħul tar-rifuġjati u tas-sigurtà

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2018/8.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza