Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE u d-Direttiva 2009/132/KE fir-rigward ta' ċerti obbligi tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-provvisti ta' servizzi u għall-bejgħ mill-bogħod ta' prodotti (COM(2016)0757 – C8-0004/2017 – 2016/0370(CNS))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2016)0757),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0004/2017),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0307/2017),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
3. Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal direttiva Premessa -1 (ġdid)
(-1) Id-differenza bejn id-dħul mistenni mill-VAT u l-ammont ta' VAT li fil-fatt inġabar (id-"diskrepanza tal-VAT") fl-Unjoni fl-2015 kienet madwar EUR 152 biljun u l-frodi transfruntiera tammonta għal telf ta' dħul mill-VAT fl-Unjoni ta' madwar EUR 50 biljun fis-sena, u dan kollu jagħmel il-VAT kwistjoni importanti li għandha tiġi indirizzata fil-livell tal-Unjoni, u jagħmel l-adozzjoni ta' reġim tal-VAT definittiv ibbażat fuq il-prinċipju tad-destinazzjoni essenzjali.
Emenda 2 Proposta għal direttiva Premessa 3
(3) Il-valutazzjoni ta' dawk l-iskemi speċjali kif introdotti fl-1 ta' Jannar 2015 identifikat numru ta' oqsma fejn hemm lok għal titjib. L-ewwel nett, jenħtieġ li jitnaqqas il-piż għan-negozji mikro stabbiliti fi Stat Membru li kultant ifornu t-tali servizzi lil Stati Membri oħrajn sabiex jikkonformaw mal-obbligi tal-VAT fi Stati Membri oħrajn li mhumiex l-Istat Membru ta' stabbiliment tagħhom. Għaldaqstant jenħtieġ li jiddaħħal limitu li japplika madwar il-Komunità kollha li, f'ammonti anqas minnu, dawn il-provvisti għandhom jibqgħu soġġetti għall-VAT fl-Istat Membru ta' stabbiliment tagħhom. It-tieni, ir-rekwiżit li jridu jżommu konformità mar-rekwiżiti tal-fatturar u ta' żamma tar-rekords tal-Istati Membri kollha fejn jibagħtu l-provvisti huwa wieħed li joħloq piżijiet kbar. B'hekk, sabiex jitnaqqsu l-piżijiet fuq in-negozji, ir-regoli dwar il-fatturar u ż-żamma tar-rekords għandhom ikunu dawk applikabbli fl-Istat Membru tal-identifikazzjoni tal-fornitur li juża l-iskemi speċjali. It-tielet, il-persuni taxxabbli mhux stabbiliti fil-Komunità iżda li għandhom reġistrazzjoni tal-VAT fi Stat Membru (eż. għaliex iwettqu tranżazzjonijiet okkażjonali soġġetti għall-VAT f'dak l-Istat Membru) la jistgħu jużaw l-iskema speċjali għall-persuni taxxabbli mhux stabbiliti fil-Komunità, u lanqas l-iskema speċjali għall-persuni taxxabbli stabbiliti fil-Komunità. Konsegwentement, huwa propost li t-tali persuni taxxabbli jenħtieġ li jitħallew jużaw l-iskema speċjali għall-persuni taxxabbli mhux stabbiliti fi ħdan il-Komunità.
(3) Il-valutazzjoni ta' dawk l-iskemi speċjali kif introdotti fl-1 ta' Jannar 2015 identifikat numru ta' oqsma fejn hemm lok għal titjib. L-ewwel nett, jenħtieġ li jitnaqqas il-piż għan-negozji mikro stabbiliti fi Stat Membru li kultant ifornu t-tali servizzi lil Stati Membri oħrajn sabiex jikkonformaw mal-obbligi tal-VAT fi Stati Membri oħrajn li mhumiex l-Istat Membru ta' stabbiliment tagħhom. Għaldaqstant jenħtieġ li jiddaħħal limitu li japplika madwar il-Komunità kollha li, f'ammonti anqas minnu, dawn il-provvisti għandhom jibqgħu soġġetti għall-VAT fl-Istat Membru ta' stabbiliment tagħhom. It-tieni, ir-rekwiżit li jridu jżommu konformità mar-rekwiżiti tal-fatturar tal-Istati Membri kollha fejn jibagħtu l-provvisti huwa wieħed li joħloq piżijiet kbar. B'hekk, sabiex jitnaqqsu l-piżijiet fuq in-negozji, ir-regoli dwar il-fatturar jenħtieġ li jkunu dawk applikabbli fl-Istat Membru tal-identifikazzjoni tal-fornitur li juża l-iskemi speċjali. It-tielet, il-persuni taxxabbli mhux stabbiliti fil-Komunità iżda li għandhom reġistrazzjoni tal-VAT fi Stat Membru (eż. għaliex iwettqu tranżazzjonijiet okkażjonali soġġetti għall-VAT f'dak l-Istat Membru) la jistgħu jużaw l-iskema speċjali għall-persuni taxxabbli mhux stabbiliti fil-Komunità, u lanqas l-iskema speċjali għall-persuni taxxabbli stabbiliti fil-Komunità. Konsegwentement, huwa propost li t-tali persuni taxxabbli jenħtieġ li jitħallew jużaw l-iskema speċjali għall-persuni taxxabbli mhux stabbiliti fi ħdan il-Komunità.
Emenda 3 Proposta għal direttiva Premessa 3a (ġdid)
(3a) Filwaqt li l-valutazzjoni tal-Mini One Stop Shop (MOSS) kienet fil-biċċa l-kbira tagħha pożittiva, 99 % tad-dħul mill-VAT ipproċessat permezz tal-MOSS jiġi ddikkjarat minn 13 % biss tan-negozju rreġistrat, u dan juri l-ħtieġa li l-Istati Membri jippromwovu l-MOSS ma' firxa usa' ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, sabiex jingħelbu l-ostakli għall-kummerċ elettroniku transfruntier.
Emenda 4 Proposta għal direttiva Premessa 9a (ġdid)
(9a) Din id-Direttiva emendatorja tista' twassal għal żieda fl-ispejjeż amministrattivi għall-konsenji żgħar, peress li l-pakketti rilevanti jeħtieġu marka ta' distinzjoni li turi li ntużat l-iskema ta' importazzjoni tal-VAT u s-settur postali jkollu jorganizza l-pakketti skont jekk intużatx l-iskema ta' importazzjoni tal-VAT. L-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ li jagħtu attenzjoni mill-qrib fir-rigward tal-impatt fuq is-settur postali.
Emenda 5 Proposta għal direttiva Premessa 14
(14) Id-data tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandha, fejn rilevanti, tqis iż-żmien meħtieġ sabiex jiġu implimentati l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u sabiex l-Istati Membri jadattaw is-sistema informatika tagħhom għar-reġistrazzjoni u għad-dikjarazzjoni u għall-pagament tal-VAT.
(14) Id-data tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jenħtieġ li, fejn rilevanti, tqis iż-żmien meħtieġ sabiex jiġu implimentati l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u sabiex l-Istati Membri u n-negozji jadattaw is-sistema informatika tagħhom għar-reġistrazzjoni u għad-dikjarazzjoni u għall-pagament tal-VAT.
Emenda 6 Proposta għal direttiva Premessa 17a (ġdid)
(17a) Il-proposta tal-Kummissjoni hija biss wieħed mill-elementi importanti biex tingħalaq id-diskrepanza tal-VAT; hemm bżonn ta' miżuri ulterjuri sabiex il-frodi tal-VAT fl-Unjoni tiġi miġġielda b'mod effikaċi;
"3a. Meta persuna taxxabbli, li taġixxi f'isimha iżda li, f'isem perusna oħra, tieħu parti f'bejgħ mill-bogħod ta' prodotti importati minn territorji jew pajjiżi terzi f'konsenja b'valur intrinsiku inqas minn EUR 150, jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali, u jkollha fatturat annwali li jaqbeż EUR 1 000 000, jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali, matul is-sena kalendarja attwali, inklużi l-każijiet fejn netwerk tat-telekomunikazzjonijiet, interfaċċja jew portal jintużaw għall-iskop tal-bejgħ mill-bogħod, dik il-persuna taxxabbli għandha titqies li tkun irċeviet u forniet dawk il-prodotti hija stess."
Emenda 8 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 58 – paragrafu 2 – punt b
(b) is-servizzi huma pprovduti lil klijenti li jinsabu fi kwalunkwe Stat Membru għajr l-Istat Membru msemmi fil-punt (a);
(b) is-servizzi huma pprovduti lil klijenti li jinsabu fi kwalunkwe Stat Membru għajr l-Istat Membru msemmi fil-punt (a); u
Emenda 9 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 58 – paragrafu 2 – punt c
(c) il-valur totali, mingħajr VAT, tat-tali fornimenti ma jaqbiżx l-EUR10 000 fis-sena kalendarja attwali, jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali, u ma għamiltx dan matul is-sena kalendarja preċedenti.
(c) il-valur totali, mingħajr VAT, tat-tali fornimenti ma jaqbiżx il-EUR35 000 fis-sena kalendarja attwali, jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali, u ma għamiltx dan matul is-sena kalendarja preċedenti.
‘L-Istat Membru tal-identifikazzjoni għandu jistabbilixxi l-perjodu li matulu dawk ir-rekords għandhom jinżammu mill-persuna taxxabbli mhux stabbilita fi ħdan il-Komunità.’
‘Dawk ir-rekords għandhom jinżammu għal perjodu ta' ħames snin minn tmiem is-sena kalendarja li matulha tkun saret it-tranżazzjoni.’
Emenda 11 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – titolu
Emendi għad-Direttiva 2006/112/KE b'effett mill-1 ta' Jannar 2021
Emendi għad-Direttiva 2006/112/KE b'effett mill-1 ta' April 2021
Emenda 12 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1
Mill-1 ta' Jannar 2021, id-Direttiva 2006/112/KE hija emendata kif ġej:
Mill-1 ta' April 2021, id-Direttiva 2006/112/KE hija emendata kif ġej:
Emenda 13 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6 Direttiva 2006/112/KE Titolu V — Kapitolu 3a — Artikolu 59c — paragrafu 1 — punt c
(c) il-valur totali, mingħajr VAT, tal-fornimenti koperti minn dawn id-dispożizzjonijiet ma jaqbiżx l-EUR10 000, jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali fis-sena kalendarja attwali, u lanqas ma għamel dan matul is-sena kalendarja preċedenti.
(c) il-valur totali, mingħajr VAT, tal-fornimenti koperti minn dawn id-dispożizzjonijiet ma jaqbiżx il-EUR35 000, jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali fis-sena kalendarja attwali, u lanqas ma għamel dan matul is-sena kalendarja preċedenti.
Emenda 14 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 143 – paragrafu 1 – punt ca
‘(ca) l-importazzjoni ta' prodotti fejn il-VAT tiġi ddikjarata skont l-iskema speċjali fil-Kapitolu 6, Taqsima 4, tat-Titolu XII u fejn, sa mhux aktar tard mill-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-importazzjoni, in-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT tal-fornitur jew tal-intermedjarju li jaġixxi għan-nom tiegħu allokat skont l-Artikolu 369q ġie pprovdut lill-uffiċċju doganali kompetenti fl-Istat Membru tal-importazzjoni;
‘(ca) l-importazzjoni ta' prodotti fejn il-VAT tiġi ddikjarata skont l-iskema speċjali fil-Kapitolu 6, Taqsima 4, tat-Titolu XII u fejn, sa mhux aktar tard mill-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-importazzjoni, in-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT tal-fornitur jew tal-intermedjarju li jaġixxi għan-nom tiegħu allokat skont l-Artikolu 369q ikun ġie pprovdut lill-uffiċċju doganali kompetenti fl-Istat Membru tal-importazzjoni, filwaqt li l-Kummissjoni għandha tispeċifika f'att in-natura preċiża tad-dikjarazzjoni tal-importazzjoni;’
Emenda 15 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 21 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 369b – paragrafu 1
L-Istati Membri għandhom jippermettu lil kwalunkwe persuna taxxabbli li twettaq bejgħ intra-Komunitaru mill-bogħod ta' prodotti u lil kwalunkwe persuna taxxabbli mhux stabbilita fl-Istat Membru tal-konsum tforni servizzi lil persuna mhux taxxabbli li hija stabbilita jew għandha l-indirizz permanenti tagħha jew is-soltu tirrisjedi fi Stat Membru, sabiex tuża din l-iskema speċjali. Din l-iskema speċjali għandha tapplika għal dawk il-prodotti jew is-servizzi kollha forniti fil-Komunità.
L-Istati Membri għandhom jippermettu lil kwalunkwe persuna taxxabbli li twettaq bejgħ intra-Komunitaru mill-bogħod ta' prodotti u lil kwalunkwe persuna taxxabbli mhux stabbilita fl-Istat Membru tal-konsum tforni kwalunkwe servizz lil persuna mhux taxxabbli biex tuża l-iskema speċjali skont dan il-kapitolu, irrispettivament mill-post fejn din il-persuna taxxabbli hija stabbilita jew fejn għandha l-indirizz permanenti tagħha jew fejn is-soltu tirrisjedi. Din l-iskema speċjali għandha tapplika għal dawk il-prodotti jew is-servizzi kollha forniti fil-Komunità.
Emenda 16 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 29 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 369l – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)
(5a) Il-valur tal-prodotti, li ma jistax jaqbeż il-EUR 150 b'konformità ma' dan il-paragrafu, għandu jiġi ddeterminat mill-konverżjoni tal-munita skont l-Artikolu 53 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, dment li l-prodotti jkunu qegħdin jiġu kkumerċjalizzati f'muniti barranin.
Emenda 17 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 30 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 369y – paragrafu 1
Meta l-persuna li għaliha jkunu ddestinati l-prodotti importati f'konsenji b'valur intrinsiku li ma jaqbiżx il-EUR 150 ma tapplikax l-arranġamenti standard għall-importazzjoni ta' prodotti, inkluż għall-applikazzjoni ta' rata tal-VAT imnaqqsa skont l-Artikolu 94(2), l-Istat Membru tal-importazzjoni għandu jippermetti lill-persuna li tippreżenta l-prodotti lid-dwana fi ħdan it-territorju tal-Komunità li tagħmel użu minn arranġamenti speċjali għad-dikjarazzjoni u għall-ħlas tal-VAT fuq l-importazzjoni fir-rigward ta' prodotti li għalihom id-dispaċċ jew it-trasport jintemm f'dak l-Istat Membru.
Meta l-iskema speċjali msemmija fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu 6 ma tintużax għall-importazzjoni tal-prodotti f'konsenji b'valur intrinsiku li ma jaqbiżx il-EUR 150, l-Istat Membru tal-importazzjoni għandu jippermetti lill-persuna li tippreżenta l-prodotti lid-dwana f'isem il-persuna li għaliha l-prodotti huma ddestinati fi ħdan it-territorju tal-Komunità li tagħmel użu minn arranġamenti speċjali għad-dikjarazzjoni u għall-ħlas tal-VAT fuq l-importazzjoni fir-rigward ta' prodotti li għalihom id-dispaċċ jew it-trasport jintemm f'dak l-Istat Membru.
Emenda 18 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 30 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 369z – paragrafu 1 – punt b
(b) il-persuna li tippreżenta l-prodotti lid-dwana fi ħdan it-territorju tal-Komunità għandha tkun responsabbli għall-ġbir tal-VAT mingħand il-persuna li lilha huma ddestinati l-prodotti.
(b) il-persuna li tiddikjara l-prodotti lid-dwana fi ħdan it-territorju tal-Komunità għandha tkun responsabbli għall-ġbir tal-VAT mingħand il-persuna li lilha huma ddestinati l-prodotti.
Emenda 19 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 30 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 369z – paragrafu 2
2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-persuna li tippreżenta l-prodotti lid-dwana fi ħdan it-territorju tal-Komunità tieħu l-miżuri xierqa sabiex tiżgura li titħallas it-taxxa korretta mill-persuna li għaliha huma ddestinati l-prodotti.
2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-persuna li tiddikjara l-prodotti lid-dwana fi ħdan it-territorju tal-Komunità tieħu l-miżuri xierqa sabiex tiżgura li titħallas it-taxxa korretta mill-persuna li għaliha huma ddestinati l-prodotti.
Emenda 20 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1
Mill-1 ta' Jannar 2021, jitħassar it-Titolu IV tad-Direttiva 2009/132/KE.
B'effett mill-1 ta' April 2021, jitħassar it-Titolu IV tad-Direttiva 2009/132/KE.