Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 904/2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (COM(2016)0755 – C8-0003/2017 – 2016/0371(CNS))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2016)0755),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0003/2017),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0306/2017),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
3. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 1a (ġdid)
(1a) Id-diskrepanza tal-VAT fl-Unjoni huwa stmat għal 12.8 % jew EUR 152 biljun fis-sena, inkluż EUR 50 biljun ta' frodi transfruntiera tal-VAT, u dan qed jagħmel il-VAT kwistjoni importanti li għandha tiġi indirizzata fil-livell tal-Unjoni.
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 5
(5) Peress li, bl-iskemi speċjali, Stat Membru tal-identifikazzjoni jiġbor u jikkontrolla l-VAT f'isem l-Istati Membri tal-konsum, xieraq li jiġi pprovdut għal mekkaniżmu li bih l-Istat Membru tal-identifikazzjoni jirċievi dritt mingħand l-Istati Membri tal-konsum ikkonċernati li jikkumpensa għall-kostijiet tal-ġbir u tal-kontroll. Madankollu, peress li s-sistema attwali li biha tinżamm miżata mill-ammonti tal-VAT ittrasferiti mill-Istat Membru tal-identifikazzjoni lill-Istati Membri tal-konsum ħolqot kumplikazzjonijiet għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa, b'mod partikolari meta jkunu involuti r-rimborżi, tali miżata għandha tiġi kkalkolata u titħallas darba fis-sena, barra l-iskemi speċjali.
(5) Peress li, bl-iskemi speċjali, Stat Membru tal-identifikazzjoni jiġbor u jikkontrolla l-VAT f'isem l-Istati Membri tal-konsum, xieraq li jiġi pprovdut għal mekkaniżmu li bih l-Istat Membru tal-identifikazzjoni jirċievi dritt mingħand l-Istati Membri tal-konsum ikkonċernati li jikkumpensa għall-kostijiet tal-ġbir u tal-kontroll. Madankollu, peress li s-sistema attwali li biha tinżamm miżata mill-ammonti tal-VAT ittrasferiti mill-Istat Membru tal-identifikazzjoni lill-Istati Membri tal-konsum ħolqot kumplikazzjonijiet għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa, b'mod partikolari meta jkunu involuti r-rimborżi, tali miżata jenħtieġ li tiġi kkalkolata u titħallas darba fis-sena, barra l-iskemi speċjali, u fejn titħallas rifużjoni bejn il-muniti nazzjonali differenti, jenħtieġ li tkun applikata r-rata tal-kambju valida ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 6
(6) Sabiex jiġi ssimplifikat il-ġbir tad-data statistika rigward l-applikazzjoni tal-iskemi speċjali, il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata taċċessa b'mod awtomatiku l-informazzjoni ġenerali relatata mal-iskemi speċjali maħżunin fis-sistemi elettroniċi tal-Istati Membri, bl-eċċezzjoni tad-data rigward il-persuni taxxabbli individwali.
(6) Sabiex jiġi ssimplifikat il-ġbir tad-data statistika rigward l-applikazzjoni tal-iskemi speċjali, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun awtorizzata taċċessa b'mod awtomatiku l-informazzjoni ġenerali relatata mal-iskemi speċjali maħżunin fis-sistemi elettroniċi tal-Istati Membri, bl-eċċezzjoni tad-data rigward il-persuni taxxabbli individwali. L-Istati Membri jenħtieġ li jiġu mħeġġa jiżguraw li din l-informazzjoni ġenerali tkun disponibbli għal awtoritajiet nazzjonali rilevanti oħrajn, jekk dan mhuwiex diġà l-każ, sabiex jiġu miġġielda l-frodi tal-VAT u l-ħasil tal-flus.
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 7a (ġdid)
(7a) Il-komunikazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li tkun adegwata u effikaċi, bil-ħsieb li jintlaħqu l-objettivi ta' dan ir-Regolament fiż-żmien opportun.
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 9a (ġdid)
(9a) L-użu tal-IT fil-ġlieda kontra l-frodi, jista' jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jidentifikaw netwerks ta' frodi aktar malajr u b'mod komprensiv. Approċċ immirat u ekwilibrat bl-użu ta' teknoloġiji ġodda jista' jnaqqas il-ħtieġa ta' miżuri ġenerali kontra l-frodi tal-Istati Membri u jtejjeb fl-istess ħin l-effiċjenza tal-politika kontra l-frodi.
Emenda 6 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b Regolament (UE) Nru 904/2010 Taqsima 3 – Sottotaqsima 1 – Artikolu 47a – paragrafu 1
Id-dispożizzjonijiet ta' din it-Taqsima għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2021.
Id-dispożizzjonijiet ta' din it-Taqsima għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2021. L-Istati Membri għandhom jiskambjaw l-informazzjoni kollha msemmija fis-Sottotaqsima 2 mingħajr dewmien, sakemm ma jkunx iddikjarat espressament mod ieħor.
Emenda 7 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b Regolament (UE) Nru 904/2010 Taqsima 3 – Sottotaqsima 3 – Artikolu 47j – paragrafu 4
4. Kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni d-dettalji tal-persuna kompetenti responsabbli għall-koordinazzjoni tal-inkjesti amministrattivi fi ħdan dak l-Istat Membru.
4. Kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni d-dettalji tal-persuna kompetenti responsabbli għall-koordinazzjoni tal-inkjesti amministrattivi fi ħdan dak l-Istat Membru. Dik l-informazzjoni għandha tkun ippubblikata fuq is-sit web tal-Kummissjoni.
Emenda 8 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b Regolament (UE) Nru 904/2010 Taqsima 3 – sottotaqsima 4 – Artikolu 471 – paragrafu 3a (ġdid)
Fi żmien sentejn mid-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami biex tiżgura l-vijabilità u l-kosteffettività tal-miżata u, jekk meħtieġ, tieħu passi korrettivi.
Emenda 9 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b Regolament (UE) Nru 904/2010 Taqsima 3 – Sottotaqsima 5 – Artikolu 47m – paragrafu 1
L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni aċċess għall-informazzjoni statistika maħżuna fis-sistema elettronika tagħhom skont l-Artikolu 17(1)(d). Din l-informazzjoni ma għandux ikun fiha data personali.
L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni aċċess għall-informazzjoni statistika maħżuna fis-sistema elettronika tagħhom skont l-Artikolu 17(1)(d). Din l-informazzjoni ma għandux ikun fiha data personali u għandha tkun limitata għall-informazzjoni meħtieġa għal skopijiet rilevanti ta' statistika.
Emenda 10 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b Regolament (UE) Nru 904/2010 Taqsima 3 – Sottotaqsima 6 – Artikolu 47n – paragrafu 1 – punt f
(f) l-informazzjoni li trid tiġi aċċessata mill-Kummissjoni kif imsemmija fl-Artikolu 47m kif ukoll il-mezzi tekniċi għall-estrazzjoni ta' din l-informazzjoni.
(f) l-informazzjoni li trid tiġi aċċessata mill-Kummissjoni kif imsemmija fl-Artikolu 47m kif ukoll il-mezzi tekniċi għall-estrazzjoni ta' din l-informazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-estrazzjoni tad-data ma timponix piż amministrattiv żejjed fuq l-Istati Membri.