Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2017/0017(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0258/2017

Testi mressqa :

A8-0258/2017

Dibattiti :

PV 11/09/2017 - 20
CRE 11/09/2017 - 20
PV 11/12/2017 - 18
CRE 11/12/2017 - 18

Votazzjonijiet :

PV 13/09/2017 - 9.7
CRE 13/09/2017 - 9.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 12/12/2017 - 5.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0338
P8_TA(2017)0477

Testi adottati
PDF 343kWORD 45k
It-Tlieta, 12 ta' Diċembru 2017 - Strasburgu
Skema tal-UE għan-negozjar ta' emissjonijiet (EU ETS): tkomplija tal-limitazzjonijiet attwali tal-kamp ta' applikazzjoni fl-attivitajiet tal-avjazzjoni u preparazzjoni biex tiġi implimentata miżura globali bbażata fuq is-suq mill-2021 ***I
P8_TA(2017)0477A8-0258/2017
Riżoluzzjoni
 Test
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2017 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Direttiva 2003/87/KE biex jitkomplew il-limitazzjonijiet attwali tal-kamp ta' applikazzjoni fl-attivitajiet tal-avjazzjoni u ssir il-preparazzjoni biex tiġi implimentata miżura globali bbażata fuq is-suq mill-2021 (COM(2017)0054 – C8-0028/2017 – 2017/0017(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0054),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0028/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-31 ta' Mejju 2017(1),

–  wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-27 ta' Ottubru 2017, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0258/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(2);

2.  Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 288, 31.8.2017, p. 75.
(2) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fit-13 ta' Settembru 2017 (Testi adottati, P8_TA(2017)0338).


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Diċembru 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Direttiva 2003/87/KE biex jitkomplew il-limitazzjonijiet attwali tal-kamp ta’ applikazzjoni fl-attivitajiet tal-avjazzjoni u ssir il-preparazzjoni biex tiġi implimentata miżura globali bbażata fuq is-suq mill-2021
P8_TC1-COD(2017)0017

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2017/2392.)


ANNESS TAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni

L-eżitu tal-ħidma tal-ICAO fir-rigward l-implimentazzjoni tal-miżura globali bbażata fuq is-suq huwa kruċjali għall-effettività tagħha u għall-kontribuzzjoni futura tas-settur tal-avjazzjoni biex jinkisbu l-objettivi skont il-Ftehim ta' Pariġi. Huwa importanti li l-istati membri tal-ICAO, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru u s-soċjetà ċivili jibqgħu jkunu involuti f'din il-ħidma tal-ICAO. F'dan il-kuntest, ser ikun neċessarju li l-ICAO taġixxi bi trasparenza sħiħa u tagħmel kuntatt mal-persuni kkonċernati kollha biex tinformahom fil-ħin dwar il-progress u d-deċiżjonijiet.

Avviż legali - Politika tal-privatezza