Indiċi 
Testi adottati
L-Erbgħa, 5 ta' Lulju 2017 - StrasburguVerżjoni finali
Ebda oġġezzjoni għal att delegat: proċedura għal ordni ta' ħlas Ewropea
 Ebda oġġezzjoni għal att delegat: Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar
 Konsultazzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali (interpretazzjoni tal-Artikoli 5(5) u 210a tar-Regoli ta' Proċedura)
 Ftehim biex jiġi emendat il-Protokoll ta' Montreal dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, adottat f’Kigali ***
 Konvenzjoni dwar tniġġis transkonfini tal-arja fuq distanza twila sabiex jitnaqqsu l-aċidifikazzjoni, l-ewtrofikazzjoni u l-ożonu troposferiku *
 Il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni UE-Kuba (Approvazzjoni) ***
 Il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni UE-Kuba (Riżoluzzjoni)
 Memorandum ta' Qbil bejn l-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja u l-Eurojust *
 Ġlieda kontra l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali ***II
 Il-qafas ġuridiku tal-Unjoni għal ksur doganali u sanzjonijiet ***I
 Żieda fl-epidemiji tal-HIV, Tuberkulożi u Epatite C fl-Ewropa
 Baġit 2018 - Mandat għat-Trilogu
 Lejn strateġija tal-UE għar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali
 Rakkomandazzjoni lill-Kunsill dwar it-72 Sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti
 Il-bini ta' strateġija industrijali ambizzjuża tal-UE bħala prijorità strateġika għat-tkabbir, l-impjiegi u l-innovazzjoni fl-Ewropa

Ebda oġġezzjoni għal att delegat: proċedura għal ordni ta' ħlas Ewropea
PDF 247kWORD 42k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ġunju 2017 li jissostitwixxi l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li joħloq proċedura għal ordni ta' ħlas Ewropea (C(2017)03984 – 2017/2747(DEA))
P8_TA(2017)0291B8-0437/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2017)03984),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ġunju 2017, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament delegat,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data 22 ta' Ġunju 2017,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 li joħloq proċedura għal ordni ta' ħlas Ewropea(1), kif emendat bir-Regolament (UE) 2015/2421 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(2), u b'mod partikolari l-Artikoli 30 u 31(5) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra li l-ebda oġġezzjoni ma ġiet espressa fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, li skada fl-4 ta' Lulju 2017,

A.  billi l-Annessi għar-Regolament (KE) Nru 1896/2006 stipulaw il-formoli li jridu jintużaw biex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tiegħu;

B.  billi r-Regolament (KE) Nru 1896/2006 ġie emendat mir-Regolament (UE) 2015/2421, li se japplika mill-14 ta' Lulju 2017; billi l-bidliet tal-proċedura għal ordni ta' ħlas Ewropea għandhom ikunu riflessi fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006;

C.  billi huwa meħtieġ li jiġu sostitwit l-Annessi I tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006 u billi jenħtieġ li l-Anness I japplika fl-istess ħin meta jibda japplika r-Regolament (UE) 2015/2421;

D.  billi l-emendi għar-Regolament (KE) Nru 1896/2006 se jibdew japplikaw fl-14 ta' Lulju 2017, u jenħtieġ li r-Regolament delegat għalhekk jidħol fis-seħħ fl-14 ta' Lulju 2017;

1.  Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament delegat;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 399, 30.12.2006, p. 1.
(2) ĠU L 341, 24.12.2015, p. 1.


Ebda oġġezzjoni għal att delegat: Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar
PDF 249kWORD 42k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ġunju 2017 li jissostitwixxi l-Annessi I, II, III u IV għar-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar (C(2017)03982 – 2017/2748(DEA))
P8_TA(2017)0292B8-0438/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2017)03982),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ġunju 2017, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament delegat,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data 22 ta' Ġunju 2017,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar(1), kif emendat bir-Regolament (UE) 2015/2421 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(2), u b'mod partikolari l-Artikoli 26 u 27(5) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra li l-ebda oġġezzjoni ma ġiet espressa fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, li skada fl-4 ta' Lulju 2017,

A.  billi l-Annessi għar-Regolament (KE) Nru 861/2007 stipulaw il-formoli li jridu jintużaw biex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tiegħu;

B.  billi r-Regolament (KE) Nru 861/2007 ġie emendat mir-Regolament (UE) 2015/2421, li se japplika mill-14 ta' Lulju 2017; billi l-bidliet li saru lill-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar jenħtieġ li jiġu riflessi fil-formoli fl-annessi msemmija hawn fuq;

C.  billi huwa meħtieġ li jiġu sostitwiti l-Annessi I sa IV tar-Regolament (KE) Nru 861/2007 u billi jenħtieġ li l-Annessi I sa IV japplikaw fl-istess ħin meta jibda japplika r-Regolament (UE) 2015/2421;

D.  billi l-emendi għar-Regolament (KE) Nru 861/2007 se jibdew japplikaw fl-14 ta' Lulju 2017, u jenħtieġ li r-Regolament delegat għalhekk jidħol fis-seħħ fl-14 ta' Lulju 2017;

1.  Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament delegat;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 199, 31.7.2007, p. 1.
(2) ĠU L 341, 24.12.2015, p. 1.


Konsultazzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali (interpretazzjoni tal-Artikoli 5(5) u 210a tar-Regoli ta' Proċedura)
PDF 305kWORD 42k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-konsultazzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali (interpretazzjoni tal-Artikoli 5(5) u 210a tar-Regoli ta' Proċedura) (2017/2095(REG))
P8_TA(2017)0293

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-ittri tat-23 ta' Ġunju 2017 tal-president tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 226 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.  Jiddeċiedi li japplika l-interpretazzjoni li ġejja għall-Artikolu 5(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu:""L-aċċess għall-informazzjoni kunfidenzjali hija suġġetta għar-regoli stipulati fil- ftehimiet interistituzzjonali konklużi mill-Parlament rigward it-trattament ta’ informazzjoni kunfidenzjali1a u għar-regoli interni għall-implimentazzjoni tagħhom adottati mill-korpi kompetenti tal-Parlament1b.____________________1a Ftehim Interistituzzjonali ta' l-20 ta' Novembru 2002 bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-aċċess tal-Parlament Ewropew għal informazzjoni sensittiva tal-Kunsill fil-qasam tal-politika tas-sigurtà u d-difiża (ĠU C 298, 30.11.2002, p. 1).Ftehim Qafas tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea (ĠU L 304, 20.11.2010, p. 47).Ftehim Interistituzzjonali tat-12 ta' Marzu 2014 bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar it-trasmissjoni lil u t-trattament mill-Parlament Ewropew ta' informazzjoni klassifikata miżmuma mill-Kunsill dwar kwistjonijiet apparti dawk fil-qasam tal-politika estera u ta' sigurtà komuni (ĠU C 95, 1.4.2014, p. 1).1b Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2002 dwar l-implimentazzjoni ta' Ftehim Interistituzzjonali li tirregola l-aċċess tal-Parlament Ewropew għal informazzjoni sensittiva tal-Kunsill fil-qasam tal-politika tas-sigurtà u d-difiża (ĠU C 298, 30.11.2002, p. 4).Deċiżjoni tal-Bureau tal-15 ta' April 2013 rigward it-trattament ta’ informazzjoni kunfidenzjali mill-Parlament Ewropew (ĠU C 96, 1.4.2014, p. 1).""

2.  Jiddeċiedi li japplika l-interpretazzjoni li ġejja għall-Artikolu 210a tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu:"" Dan l-Artikolu japplika jekk il-qafas legali applikabbli għat-trattament ta’ informazzjoni kunfidenzjali jipprevedi l-possibilita’ ta’ konsultazzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali f'laqgħa in camera barra l-faċilitajiet sikuri.""

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' tagħrif.


Ftehim biex jiġi emendat il-Protokoll ta' Montreal dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, adottat f’Kigali ***
PDF 246kWORD 42k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2017 dwar l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Emenda ta' Kigali għall-Protokoll ta' Montreal dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (07725/2017 – C8-0157/2017 – 2017/0016(NLE))
P8_TA(2017)0294A8-0237/2017

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (07725/2017),

–  wara li kkunsidra l-Emenda ta' Kigali għall-Protokoll ta' Montreal, adottat fit-tmienja u għoxrin laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Montreal, li saret f'Kigali, ir-Rwanda f'Ottubru 2016,

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 192(1) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0157/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4), u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0237/2017),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-emenda;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


Konvenzjoni dwar tniġġis transkonfini tal-arja fuq distanza twila sabiex jitnaqqsu l-aċidifikazzjoni, l-ewtrofikazzjoni u l-ożonu troposferiku *
PDF 246kWORD 42k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar li tiġi aċċettata f'isem l-Unjoni Ewropea l-Emenda għall-Protokoll tal-1999 għall-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfini tal-Arja Fuq Distanza Twila sabiex Jitnaqqsu l-Aċidifikazzjoni, l-Ewtrofikazzjoni u l-Ożonu Troposferiku (07524/2017 – C8-0143/2017 – 2013/0448(NLE))
P8_TA(2017)0295A8-0241/2017

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (07524/2017),

–  wara li kkunsidra l-Emenda tat-test tal-Protokoll tal-1999 u l-Annessi II sa IX tiegħu sabiex titnaqqas l-aċidifikazzjoni, l-ewtrofikazzjoni u l-ożonu troposferiku u ż-żieda tal-Annessi X u XI ġodda (07524/2017),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 192(1) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0143/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0241/2017),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-aċċettazzjoni tal-Emendi għall-Protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


Il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni UE-Kuba (Approvazzjoni) ***
PDF 246kWORD 42k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' Kuba, min-naħa l-oħra (12502/2016 – C8-0517/2016 – 2016/0298(NLE))
P8_TA(2017)0296A8-0232/2017

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12502/2016),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' Kuba, min-naħa l-oħra (12504/2016),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 207 u 209, l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), u l-Artikolu 218(8), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0517/2016),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni non-leġiżlattiva tiegħu tal-5 ta’ Lulju 2017(1) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0232/2017),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika ta' Kuba.

(1) Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2017)0297.


Il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni UE-Kuba (Riżoluzzjoni)
PDF 313kWORD 53k
Riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' Kuba, min-naħa l-oħra (12502/2016 – C8-0517/2016 – 2016/0298(NLE)2017/2036(INI))
P8_TA(2017)0297A8-0233/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-istabbiliment ta' relazzjonijiet diplomatiċi bejn l-UE u Kuba fl-1988,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12502/2016),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' Kuba, min-naħa l-oħra (12504/2016),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 207 u 209 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), u l-Artikolu 218(8), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) (C8-0517/2016),

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), u b'mod partikolari t-Titolu V tiegħu dwar l-azzjoni esterna tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra t-TFUE, u b'mod partikolari l-Ħames Parti, it-Titoli I sa III u V, tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni 96/697/PESK tat-2 ta' Diċembru 1996, definita mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu J.2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar Kuba(1),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2233 tas-6 ta' Diċembru 2016 li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 96/697/PESK dwar Kuba(2),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-17 ta' Ottubru 2016 dwar l-Istrateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Settembru 2009 bit-titolu "L-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina: Atturi Globali fi Sħubija" (COM(2009)0495),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tas-summits tal-Kapijiet ta' Stat jew Gvern tal-Amerika Latina u l-Karibew u tal-Unjoni Ewropea li saru s'issa u, b'mod partikolari, id-Dikjarazzjoni tat-tieni Summit bejn l-UE u l-Komunità ta' Stati tal-Amerika Latina u tal-Karibew (CELAC), li sar fi Brussell bejn l-10 u l-11 ta' Ġunju 2015 bit-tema "Insawru l-futur komuni tagħna: naħdmu flimkien biex ikollna soċjetajiet prosperi, koeżivi u sostenibbli għaċ-ċittadini tagħna", li adottat id-Dikjarazzjoni Politika bit-titolu: "Sħubija għall-Ġenerazzjoni li jmiss",

–  wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Istrateġija Konġunta bejn l-UE u l-Karibew tad-19 ta' Novembru 2012,

–  wara li kkunsidra l-preżenza tar-Rappreżentant Speċjali għad-Drittijiet tal-Bniedem fis-sessjoni konġunta tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u s-Sottokumitat dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-Parlament fit-12 ta' Ottubru 2016 biex jispjega r-riżultati tad-Djalogu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem bejn Kuba u l-UE,

–  wara li kkunsidra r-rapporti mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili Kubana,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tal-5 ta’ Lulju 2017(3) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar Kuba, b'mod partikolari dawk tas-17 ta' Novembru 2004 dwar Kuba(4), tat-2 ta' Frar 2006 dwar il-politika tal-UE lejn il-Gvern Kuban(5), tal-21 ta' Ġunju 2007 dwar Kuba(6), u tal-11 ta' Marzu 2010 dwar is-sitwazzjoni tal-priġunieri politiċi u tal-kuxjenza f'Kuba(7),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u t-trattati u l-istrumenti l-oħra internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0233/2017),

A.  billi jeżistu rabtiet storiċi, ekonomiċi u kulturali bejn l-Ewropa u Kuba;

B.  billi r-relazzjonijiet bejn l-UE u l-pajjiżi tal-Amerika Latina u l-Karibew huma varjati u jkopru kamp ta' applikazzjoni wiesa';

C.  billi l-UE żżomm relazzjonijiet mal-Komunità ta' Stati tal-Amerika Latina u tal-Karibew (CELAC); billi CELAC tilqa' l-possibbiltà li tespandi r-relazzjonijiet bejn l-UE u Kuba,

D.  billi Kuba kienet l-uniku pajjiż fl-Amerika Latina u l-Karibew li magħhom l-UE ma ffirmat l-ebda tip ta' ftehim; billi 20 mill-Istati Membri tagħha ffirmaw diversi tipi ta' ftehimiet bilaterali u żammew relazzjonijiet tajba mal-gżira;

E.  billi l-Pożizzjoni Komuni 96/697/PESK ġiet revokata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2233, tas-6 ta' Diċembru 2016;

F.  billi fl-2008 d-djalogu ta' livell għoli bejn l-UE u Kuba tnieda mill-ġdid u l-kooperazzjoni bilaterali għall-iżvilupp reġgħet bdiet; billi l-Kunsill fl-2010 nieda deliberazzjoni dwar il-futur tar-relazzjonijiet bejn l-UE u Kuba, u fi Frar 2014 adotta direttivi ta' negozjar, u wara dan f'April 2014 tnedew negozjati uffiċjali għal Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni u fil-11 ta' Marzu 2016 dawn ġew konklużi;

G.  billi l-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni jiddefinixxi l-prinċipji u l-objettivi ġenerali għar-relazzjoni bejn l-UE u Kuba, li jinkludu tliet kapitoli ewlenin dwar id-djalogu politiku, il-kooperazzjoni u d-djalogu dwar il-politika settorjali, kif ukoll il-kummerċ u l-kooperazzjoni kummerċjali;

H.  billi d-drittijiet tal-bniedem jidhru kemm fil-kapitolu dwar id-djalogu politiku kif ukoll f'dak dwar il-kooperazzjoni; billi bil-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni ż-żewġ partijiet jaffermaw mill-ġdid ir-rispett għad-drittijiet universali tal-bniedem kif stabbiliti fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u strumenti internazzjonali rilevanti oħrajn dwar id-drittijiet tal-bniedem; billi bil-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni ż-żewġ partijiet jaffermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom biex isaħħu r-rwol tan-Nazzjonijiet Uniti kif ukoll għall-prinċipji u l-finijiet kollha mnaqqxa fil-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti; billi skont l-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-azzjoni esterna tal-Unjoni għandha tkun iggwidata mill-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-universalità u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem – inklużi d-drittijiet ċivili, politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali – u l-libertajiet fundamentali, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-prinċipji tal-ugwaljanza u s-solidarjetà, u r-rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-NU u d-dritt internazzjonali; billi f'dan is-sens, ikun tajjeb li l-konformità mad-drittijiet tal-bniedem u d-difiża tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt ikunu l-aspirazzjoni essenzjali tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni;

I.  billi l-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni jinkludi l-hekk imsejħa 'klawsola dwar id-drittijiet tal-bniedem', li tikkostitwixxi element fundamentali standard tal-ftehimiet internazzjonali tal-UE li jippermetti li dan il-Ftehim jiġi sospiż f'każ ta' ksur tad-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem;

J.  billi ż-żewġ partijiet ftiehmu dwar il-modalitajiet ġenerali u l-oqsma għall-kooperazzjoni wiesa' fil-kapitolu dwar il-kooperazzjoni, inkluż dwar kwistjonijiet bħalma huma d-drittijiet tal-bniedem, il-governanza, il-ġustizzja u s-soċjetà ċivili;

K.  billi Kuba tinsab lesta li taċċetta l-kooperazzjoni mal-UE fil-qafas tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR); billi l-objettivi ewlenin tal-EIDHR huma l-appoġġ, l-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tad-demokrazija f'pajjiżi terzi, u t-tisħiħ tar-rispett u l-osservanza tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali; billi, bil-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni, iż-żewġ partijiet jirrikonoxxu li d-demokrazija hija msejsa fuq ir-rieda tal-poplu espressa b'mod ħieles biex jiddetermina s-sistemi politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali tiegħu stess u l-parteċipazzjoni tal-poplu b'mod sħiħ fl-aspetti kollha tal-ħajja;

L.  billi d-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn l-UE u Kuba, immexxi mir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, ġie stabbilit fl-2015; billi s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem għadha tanqal tħassib;

M.  billi l-kwistjonijiet diskussi fit-tieni laqgħa tad-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem, li saret f'Kuba f'Ġunju 2016 bil-parteċipazzjoni tal-ministeri u l-aġenziji kkonċernati, inkludew il-libertà ta' assoċjazzjoni u kwistjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem f'kuntest multilaterali, bħall-piena tal-mewt; billi t-tielet laqgħa tad-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem saret fi Brussell fit-22 ta' Mejju 2017;

N.  billi fi tliet okkażjonijiet separati l-Parlament ta l-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb lil attivisti Kubani: Oswaldo Payá fl-2002, in-Nisa Libsin l-Abjad (Damas de Blanco) fl-2005 u Guillermo Fariñas fl-2010;

O.  billi l-UE saret l-akbar investitur barrani f'Kuba u s-sieħba prinċipali tagħha għall-esportazzjoni u l-kummerċ globali, billi l-kummerċ globali u l-esportazzjonijiet mill-UE lejn Kuba rduppjaw bejn l-2009 u l-2015;

P.  billi l-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni jinkludi kapitolu dwar il-prinċipji tal-kummerċ internazzjonali u jindirizza l-kooperazzjoni doganali, il-faċilitazzjoni u d-diversifikazzjoni tal-kummerċ, l-istandards u r-regoli tekniċi, il-kummerċ sostenibbli u l-promozzjoni ta' reġim kummerċjali u ta' investiment stabbli, trasparenti u nondiskriminatorju; billi l-liberalizzazzjoni tal-kummerċ, l-investimenti ekonomiċi u finanzjarji, l-innovazzjoni teknoloġika u, b'mod ġenerali, il-libertajiet ġenerali tas-suq jippermettu lill-gżira timmodernizza l-ekonomija tagħha;

Q.  billi l-"Linji gwida għall-politika ekonomika u soċjali" għal Kuba, adottati wara proċedura ta' dibattitu pubbliku fl-2011, kienu jinkludu proposti għal riforma, aġġornament u modernizzazzjoni;

R.  billi fl-2016 f'Kuba bdew żewġ dibattiti pubbliċi ġodda dwar "Il-Ħolqien tal-Mudell Ekonomiku u Soċjali" u dwar "Il-Pjan Nazzjonali ta' Żvilupp Ekonomiku u Soċjali sal-2030: Ħarsa ġenerali tan-Nazzjon, l-Assi u s-Setturi Strateġiċi";

S.  billi l-UE u Kuba qablu li jintegraw il-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-oqsma kollha ta' kooperazzjoni tagħhom u li jagħtu attenzjoni partikolari biex jipprevjenu u jindirizzaw il-forom kollha ta' vjolenza kontra n-nisa;

T.  billi Kuba hi firmatarja ta' ħdax mit-tmintax-il konvenzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti, u rratifikat tmienja minnhom; billi Kuba ma rratifikatx l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali;

U.  billi Kuba rratifikat it-tmien konvenzjonijiet ewlenin kollha tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO);

V.  billi l-Assemblea Nazzjonali ta' Kuba ilha tagħmel parti mill-Unjoni Interparlamentari mill-1977;

W.  billi l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti adottat sitta u għoxrin riżoluzzjoni konsekuttiva li jappellaw għat-tmiem tal-embargo tal-Istati Uniti fuq Kuba u billi, għall-ewwel darba, ir-riżoluzzjoni ġiet approvata f'Ottubru 2016 b'mod unanimu;

X.  billi titqies il-pożizzjoni tradizzjonali murija f'bosta okkażjonijiet u kondiviża fi ħdan l-istituzzjonijiet Ewropej, kuntrarja għal-liġijiet ta' extraterritorjalità peress li jaffettwaw direttament lill-popolazzjoni Kubana u jaffettwaw l-attivitajiet tal-kumpanijii Ewropej;

1.  Jilqa' l-iffirmar fi Brussell, fit-12 ta' Diċembru 2016, tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u Kooperazzjoni bejn l-UE u Kuba, u jiddikjara li dan huwa strument li jippermetti qafas ġdid ta' relazzjonijiet bejn l-UE u Kuba filwaqt li jinżammu l-interessi tal-UE, li jissostitwixxi l-Pożizzjoni Komuni tal-1996; jenfasizza li s-suċċess ta' dan il-ftehim jiddependi fuq l-implimentazzjoni tiegħu u l-konformità miegħu;

2.  Jagħti valur strateġiku għoli lir-relazzjonijiet bejn l-UE u Kuba;

3.  Jemmen li l-istruttura, il-kontenut u d-dinamika tal-Ftehim huma adattati għall-prinċipji u l-valuri stabbiliti mill-istituzzjonijiet tal-UE għar-relazzjonijiet esterni tagħha;

4.  Jissottolinja l-fatt li l-Kunsill tal-UE qabel li jiġi stabbilit qafas ġdid ta' relazzjonijiet ma' Kuba u ħa d-deċiżjoni li jibda n-negozjati u jikkonkludihom fi żmien sinifikattivament qasir;

5.  Jenfasizza l-impenn li Kuba qiegħda tieħu mal-UE u r-responsabbiltà taż-żewġ partijiet biex jissodisfaw id-dispożizzjonijiet tal-ftehim, inkluż permezz tad-djalogu politiku;

6.  Ifakkar li l-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni, bħala l-ewwel ftehim bejn l-UE u Kuba, se jirrappreżenta mument ta' bidla deċiżiva fir-relazzjonijiet bilaterali bejn iż-żewġ partijiet; jilqa' l-fatt li ż-żewġ partijiet qablu li jiżviluppaw din ir-relazzjoni b'mod strutturat, billi ntrabtu reċiprokament b'aġenda u b'obbligi li huma vinkolanti għaż-żewġ firmatarji;

7.  Jissottolinja r-rilevanza tal-inklużjoni tal-kapitolu dwar id-djalogu politiku u t-twaqqif ta' djalogu istituzzjonalizzat dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn l-UE u Kuba; jitlob li l-UE tapprova l-fehmiet tal-Parlament dwar id-demokrazija, id-drittijiet universali tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali bħal-libertà tal-espressjoni, tal-assemblea u tal-assoċjazzjoni politika, il-libertà ta' informazzjoni fil-forom kollha tagħha, kif ukoll il-politika globali tagħha ta' appoġġ għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem matul dan id-djalogu; iħeġġeġ liż-żewġ partijiet biex, f'dan id-djalogu, jistabbilixxu garanziji għax-xogħol tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u għall-parteċipazzjoni attiva tal-atturi kollha tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni politika, mingħajr restrizzjonijiet; jinnota, madankollu, li d-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem s'issa ma temmx id-detenzjonijiet arbitrarji b'motivazzjoni politika f'Kuba u li, għall-kuntrarju, skont il-Kummissjoni Kubana għad-Drittijiet tal-Bniedem u r-Rikonċiljazzjoni Nazzjonali, kien hemm aktar u aktar episodji ta' repressjoni vjolenti f'dawn l-aħħar snin;

8.  Jenfasizza l-importanza tad-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn l-UE u Kuba u jilqa' l-fatt li tnieda qabel il-konklużjoni tan-negozjati dwar il-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni; itenni li l-objettivi tal-politika tal-UE fir-rigward ta' Kuba jinkludu r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u l-iffaċilitar għall-modernizzazzjoni ekonomika u soċjali bl-għan li jittejjeb il-livell tal-għajxien tal-popolazzjoni Kubana;

9.  Jinnota l-isforzi ta' Kuba biex tinkorpora fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħha l-prinċipji fundamentali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti, u jistieden lil Kuba tirratifika l-konvenzjonijiet pendenti dwar id-drittijiet tal-bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti, b'mod aktar speċifiku l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali u l-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa; jieħu nota tal-ħidma taċ-Ċentru Nazzjonali Kuban għall-Edukazzjoni dwar is-Sess; jistieden lill-Gvern Kuban ikompli bl-isforzi tiegħu biex itemm il-forom kollha ta' diskriminazzjoni u emarġinazzjoni fil-konfront tal-komunità LGBTI;

10.  Iħeġġeġ lill-Gvern Kuban jallinja l-politika tiegħu dwar id-drittijiet tal-bniedem mal-istandards internazzjonali definiti fil-karti, fid-dikjarazzjonijiet u fl-istrumenti internazzjonali li għalihom Kuba hija firmatarja; jinsisti li l-persekuzzjoni u l-priġunerija ta' persuna minħabba l-ideali u l-attività politika paċifika tagħha tmur kontra d-dispożizzjonijiet stipulati fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, u jitlob, għaldaqstant, ir-rilaxx ta' kwalunkwe persuna detenuta f'ċirkostanzi bħal dawn;

11.  Ifakkar li l-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni jinkludi dispożizzjoni għas-sospensjoni tal-ftehim fil-każ ta' ksur tad-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) jiżguraw l-istabbiliment ta' skambju regolari mal-Parlament dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni, dwarit-twettiq tal-obbligi reċiproċi previsti fil-Ftehim, u b'mod partikolari fuq ir-realizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha tad-drittijiet tal-bniedem, dawk ambjentali u tax-xogħol imsemmija f'din ir-riżoluzzjoni; jistieden lis-SEAE, b'mod partikolari permezz tad-Delegazzjoni tal-UE, biex jagħmel l-almu tiegħu sabiex isegwi mill-qrib is-sitwazzjoni fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali f'Kuba meta jimplimenta l-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni u biex jirrapporta lura lill-Parlament;

12.  Jenfasizza li l-Ftehim jenħtieġ li jikkontribwixxi għat-titjib tal-kundizzjonijiet ta' għajxien u d-drittijiet soċjali taċ-ċittadini Kubani, li jafferma mill-ġdid l-importanza ta' ħidma b'mod sistematiku fil-promozzjoni tal-valuri tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, inkluż il-libertà ta' espressjoni, ta' assoċjazzjoni u ta' għaqda;

13.  Jilqa' r-referenzi espliċiti tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni għas-soċjetà ċivili bħala attur tal-kooperazzjoni; jesprimi s-solidarjetà qawwija tiegħu għall-popolazzjoni Kubana u progress lejn id-demokrazija u r-rispett u l-promozzjoni tal-libertajiet fundamentali; iħeġġeġ liż-żewġ partijiet għall-ftehim biex jippromwovu rwol attiv għas-soċjetà ċivili Kubana matul il-fażi ta' implimentazzjoni tal-ftehim;

14.  Ifakkar fir-rwol kruċjali tas-soċjetà ċivili Kubana fl-iżvilupp ekonomiku u demokratiku tal-pajjiż; jenfasizza l-ħtieġa biex is-soċjetà ċivili tkun attur ewlieni fl-oqsma kollha ta' dan il-Ftehim, inklużi dawk relatati mal-għajnuna għall-iżvilupp; ifakkar fl-appoġġ tal-Parlament, permezz tal-Premju Sakharov, għas-soċjetà ċivili Kubana fir-rwol tagħha ta' promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija f'Kuba;

15.  Ifakkar li l-konnettività tal-internet f'Kuba hija fost l-aktar baxxi fid-dinja u li l-aċċess għall-internet jiswa ħafna flus u l-kontenut għadu ristrett; jilqa' l-fatt li aktar Kubani qed jirċievu aċċess għall-internet iżda jemmen li l-gvern imissu jieħu aktar passi biex irawwem aċċess bla ċensura u jittejbu d-drittijiet diġitali tal-popolazzjoni;

16.  Jitlob li, f'intervalli xierqa u skont is-sistema ta' koordinazzjoni prevista f'dan il-Ftehim, is-SEAE jżomm lill-Parlament informat dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-Ftehim u l-applikazzjoni tiegħu;

17.  Jieħu nota tal-proċess ta' normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet bejn Kuba u l-Istati Uniti bl-istabbiliment mill-ġdid ta' relazzjonijiet diplomatiċi fl-2015 u jħeġġeġ aktar sforzi;

18.  Itenni l-fehma tradizzjonali tiegħu, kondiviża mill-istituzzjonijiet Ewropej l-oħra, u adottata f'bosta okkażjonijiet, li tmur kontra l-liġijiet u miżuri b'effett extraterritorjali peress li jagħmlu ħsara lill-popolazzjoni Kubana u jaffettwaw il-kors normali tal-kumpaniji Ewropej;

19.  Jirrikonoxxi li l-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni jista' jikkontribwixxi għall-proċessi ta' riforma, aġġustament u modernizzazzjoni diġà proposti f'Kuba, b'mod partikolari fir-rigward tad-diversifikazzjoni tas-sħab internazzjonali ta' Kuba u l-istabbiliment ta' qafas ġenerali ta' żvilupp politiku u ekonomiku; jenfasizza li relazzjonijiet politiċi u ekonomiċi aktar mill-qrib ma' Kuba jistgħu jgħinu javvanzaw ir-riformi politiċi fil-pajjiż skont l-aspirazzjonijiet tal-poplu Kuban; iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet Ewropej u lill-Istati Membri jassistu t-tranżizzjoni ekonomika u politika f'Kuba, u jinkoraġġixxu l-evoluzzjoni lejn l-istandards demokratiċi u elettorali li jirrispettaw id-drittijiet bażiċi taċ-ċittadini kollha tagħha; jappoġġa l-użu ta' diversi strumenti tal-politika barranija tal-UE, u b'mod partikolari l-EIDHR, sabiex jissaħħaħ id-djalogu tal-UE mas-soċjetà ċivili Kubana u ma' dawk li jappoġġaw tranżizzjoni paċifika f'Kuba;

20.  Jinnota li l-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni, bħala l-ewwel ftehim li qatt kien hemm bejn l-UE u Kuba, jikkostitwixxi l-qafas legali ġdid għal dawn ir-relazzjonijiet, li jinkludi kapitolu dwar il-kummerċ u l-kooperazzjoni kummerċjali, li għandu l-għan li joħloq ambjent aktar prevedibbli u trasparenti għall-operaturi ekonomiċi lokali u Ewropej;

21.  Jenfasizza li l-pilastru tal-kummerċ u tal-kooperazzjoni kummerċjali tal-l-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni ma jipprovdi l-ebda preferenzi kummerċjali għal Kuba; ifakkar li dan il-pilastru jkopri l-kooperazzjoni doganali, il-faċilitazzjoni tal-kummerċ, il-proprjetà intellettwali, il-miżuri sanitarji u fitosanitarji, l-ostakli tekniċi għall-kummerċ, il-prodotti tradizzjonali u artiġjanali, il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli, il-kooperazzjoni dwar id-difiża tal-kummerċ, ir-regoli dwar l-oriġini u l-investiment;

22.  Jinnota li l-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni jipprovdi pjattaforma biex tiġi estiża r-relazzjoni bilaterali ta' kummerċ u investiment u jiġu stabbiliti bażijiet konvenzjonali għar-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi bejn l-UE u Kuba;

23.  Jappoġġa l-prattika li ilha stabbilita, ikkonfermata wkoll mill-Kummissarju Cecilia Malmström fis-seduta tagħha fid-29 ta' Settembru 2014, li d-dispożizzjonijiet relatati mal-kummerċ u l-investiment tal-ftehimiet ta' importanza politika ma jiġux applikati b'mod provviżorju sakemm il-Parlament ma jkunx ta l-approvazzjoni tiegħu; jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-SEAE jkomplu u jestendu din il-prattika għall-ftehimiet internazzjonali kollha relatati mal-azzjoni esterna tal-UE kull fejn huma kkonċernati l-aspetti kummerċjali, bħalma hu l-każ bil-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni;

24.  Huwa tal-fehma li l-Ftehim se jservi biex jippromwovi d-djalogu u l-kooperazzjoni ekonomika, billi jiffaċilita ambjent ta' negozju prevedibbli u trasparenti u l-iżvilupp ta' qafas aktar b'saħħtu u aktar stabbli fil-futur fejn huwa żgurat li l-poplu Kuban ikun jista' jipparteċipa b'mod konġunt ma' kumpaniji u individwi mill-UE;

25.  Jistieden ukoll lill-kumpaniji Ewropej li joperaw f'Kuba, speċjalment dawk li jirċievu krediti jew kwalunkwe għajnuna finanzjarja ta' oriġini pubblika, biex japplikaw l-istess standards lavorattivi u etiċi kif meħtieġ fil-pajjiżi ta' oriġini tagħhom;

26.  Jilqa' l-fatt li Kuba rratifikat it-tmien konvenzjonijiet ewlenin tal-ILO u jitlob impenji rigward l-implimentazzjoni rapida tagħhom; jistieden bis-saħħa, lil Kuba u lill-pajjiżi kollha li magħhom għandha ftehimiet jew li magħhom qed tinnegozja ftehimiet, sabiex jirratifikaw u jikkonformaw mar-regolamenti tal-ILO u l-Aġenda tax-Xogħol Deċenti, u sabiex jipproskrivu l-forom kollha tal-isfruttament tax-xogħol; jinnota li hemm oqsma fejn id-drittijiet soċjali u tax-xogħol huma involuti, bħalma huma l-prattiki tar-reklutaġġ minn impriżi li huma proprjetà tal-Istat Kuban u l-prattiki ta' konfiska tas-salarji fis-settur tat-turiżmu; jenfasizza, f'dan il-kuntest, li l-ħaddiema kollha jeħtieġ li jkollhom sett bażiku ta' drittijiet tax-xogħol kif ukoll protezzjoni soċjali adegwata f'konformità mal-konvenzjonijiet tal-ILO, u jistieden liż-żewġ partijiet jaħdmu għal dan l-għan skont l-Artikolu 38 tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni;

27.  Jinnota li l-UE hija l-esportatur ewlieni u t-tieni l-ikbar sieħeb kummerċjali ta' Kuba, kif ukoll l-akbar investitur barrani; jindika li l-politika tal-UE dwar il-kummerċ barrani ma tipprovdi l-ebda preferenza kummerċjali għal Kuba, u li japplikaw rati tariffarji tal-UE kif notifikat mill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO); ifakkar li bħala riżultat tar-riforma tal-Iskema Ġeneralizzata ta' Preferenzi (SĠP) tal-UE, minn Jannar 2014 Kuba tilfet il-preferenzi kummerċjali tagħha għal esportazzjoni lejn l-UE peress li kienet laħqet il-kategorija ta' Pajjiż bi Dħul Medju Superjuri u ma baqgħetx tissodisfa l-kriterji ta' eliġibbiltà; jenfasizza, barra minn hekk, li l-kummerċ għadu jirrappreżenta biss sehem moderat tal-ekonomija Kubana, hekk kif l-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet flimkien jammontaw għal 26.4 % tal-PDG;

28.  Jissuġġerixxi li jiġu esplorati possibilitajiet futuri sabiex jintegraw lil Kuba fil-FSE UE-CARIFORUM, li jinkludi diversi kapitoli speċifiċi u utli dwar il-kooperazzjoni kummerċjali u joffri l-possibbiltà lil Kuba ta' aktar integrazzjoni reġjonali;

29.  Jinnota li Kuba hija membru tad-WTO u għaldaqstant jenfasizza l-ħtieġa li hija tirrispetta l-prinċipji bażiċi tad-WTO, bħall-faċilitazzjoni tal-kummerċ, il-ftehimiet dwar ostakli għall-kummerċ, il-miżuri sanitarji u fitosanitarji u l-istrumenti ta' difiża kummerċjali;

30.  Jistieden lil Kuba tirratifika l-Ftehim ta' Faċilitazzjoni tal-Kummerċ tad-WTO li daħal fis-seħħ fi Frar 2017; jilqa' b'sodisfazzjon il-ħolqien tal-Kumitat għall-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ fil-pajjiż u, f'dan il-kuntest, jitlob lill-Kummissjoni u lis-SEAE jipprovdu appoġġ tekniku;

31.  Jirrimarka li l-kooperazzjoni doganali hija qasam kruċjali li jeħtieġ jiġi żviluppat sabiex jindirizza sfidi importanti bħalma huma s-sigurtà tal-fruntieri, is-saħħa pubblika, il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, il-ġlieda kontra l-prodotti ffalsifikati u l-ġlieda kontra t-terroriżmu, fost kwistjonijiet oħrajn; jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jipprovdu għajnuna teknika u finanzjarja u jistabbilixxu strumenti bilaterali bi qbil reċiproku sabiex jgħinu lil Kuba bl-implimentazzjoni ta' miżuri għall-faċilitazzjoni tal-kummerċ u s-servizzi ta' tagħrif;

32.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-esportazzjonijiet minn Kuba jiġu diversifikati lil hinn mill-prodotti tradizzjonali, u jitlob lill-Kummissjoni toħloq postijiet ta' negozjar ad hoc għall-iskambju tal-aħjar prattiki u tipprovdi lill-esportaturi Kubani bl-għarfien meħtieġ biex jittejjeb l-aċċess tal-prodotti fis-suq tal-UE;

33.  Jilqa' r-rwol tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali (WCO) fl-għoti ta' appoġġ strateġiku lil Aduanas General de la República ta' Kuba skont il-Programm Mercator sabiex jevalwa l-istat ta' tħejjija għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Faċilitazzjoni tal-Kummerċ tad-WTO; jenfasizza l-importanza ta' Aduanas General de la República li tkun proattiva fl-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Faċilitazzjoni tal-Kummerċ u jitlob lill-Kummissjoni tassisti lil Kuba f'dan il-proċess;

34.  Jieħu nota tal-miżuri adottati mill-awtoritajiet Kubani biex iħeġġu l-libertà ekonomika u l-liberalizzazzjoni ekonomika; jenfasizza l-importanza li gradwalment jissaħħaħ is-settur privat; jenfasizza l-fatt li l-iżvilupp ta' investiment barrani b'saħħtu sabiex tittejjeb l-infrastruttura fiżika u teknoloġika tal-pajjiż u biex tinbena sistema ta' produzzjoni kompetittiva Kubana se jeħtieġ aktar miżuri ekonomiċi u finanzjarji b'regolamenti li jagħtu ċertezza legali, inkluż permezz ta' istituzzjonijiet indipendenti, trasparenti u imparzjali, u stabbiltà ekonomika tal-pajjiż; jirrimarka li Kuba tista' tirrikorri għall-esperjenza tal-Istati Membri tal-UE f'dan ir-rigward;

35.  Jitlob l-inklużjoni ta' Kuba bħala pajjiż eliġibbli skont il-mandat estern tal-BEI ladarba tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti mill-BEI;

36.  Jilqa' l-inklużjoni tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni ta' dispożizzjonijiet immirati lejn l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli f'Kuba, b'mod partikolari l-impenn għal ħidma lejn it-twettiq tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tagħha, filwaqt li titqies l-Aġenda ta' Azzjoni ta' Addis Ababa dwar il-finanzjament għall-iżvilupp; jistieden lill-Partijiet sabiex, ladarba jkun ġie ratifikat il-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni, jistabbilixxu malajr djalogu dedikat dwar l-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030;

37.  Ifakkar li r-relazzjonijiet diplomatiċi bejn l-UE u Kuba ġew stabbiliti fl-1988, li Kuba ilha tibbenefika mill-għajnuna għall-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja tal-UE sa mill-1984, u li bħalissa qed tirċievi EUR 50 miljun f'għajnuna mill-UE taħt ir-Regolament dwar l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI) għall-perjodu 2014-2020;

38.  Ifakkar li l-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni se jiffaċilita l-involviment ta' Kuba fil-programmi tal-UE u l-implimentazzjoni msaħħa tal-Programm Indikattiv Pluriennali (MIP) għall-perjodu 2014-2020 sabiex tiġi ffaċilitata l-istrateġija ta' modernizzazzjoni ekonomika u soċjali adottata mill-Gvern Kuban;

39.  Jinsab imħasseb li Kuba, klassifikata bħala "pajjiż bi dħul medju superjuri" mill-Kumitat ta' Għajnuna għall-Iżvilupp (DAC) tal-OECD, għandha riskju li titlef l-għajnuna tagħha għall-iżvilupp taħt ir-Regolament DCI; iqis li s-sitwazzjoni tal-pajjiż bħala stat gżira li qed jiżviluppa u ċ-ċirkostanzi ekonomiċi li qed iħabbat wiċċu magħhom, li huma ggravati mill-impatt negattiv ta' miżuri unilaterali koerċittivi, jiġġustifikaw l-adozzjoni ta' miżuri li se jippermettu li l-UE tkompli tipprovdi għajnuna lil Kuba, u li dan għandu jiġi kkunsidrat b'mod partikolari fil-kuntest tal-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu li jmiss tar-Regolament DCI;

40.  Jappoġġa l-affermazzjoni mill-ġdid tal-partijiet tal-ħtieġa li l-pajjiżi żviluppati kollha jwarrbu 0.7 % tal-introjtu nazzjonali gross tagħhom għall-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp, u għall-ekonomiji emerġenti u l-pajjiżi bi dħul medju superjuri sabiex jistabbilixxu miri biex b'hekk iżidu l-kontribuzzjoni tagħhom għall-finanzjament pubbliku internazzjonali;

41.  Jilqa' l-promozzjoni tal-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-oqsma kollha rilevanti ta' kooperazzjoni, inkluż l-iżvilupp sostenibbli;

42.  Jirrikonoxxi u jilqa' r-rwol importanti li Kuba tiżvolġi fil-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi tan-Nofsinhar, l-impenn tagħha u s-solidarjetà internazzjonali tagħha fil-forma ta' kontribuzzjonijiet għall-għajnuna umanitarja, prinċipalment fis-setturi tas-saħħa u l-edukazzjoni;

43.  Jinnota li l-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni huwa opportunità biex Kuba tkun involuta aktar fil-programmi tal-UE, inklużi Orizzont 2020, il-programm qafas għar-riċerka u l-innovazzjoni, l-Erasmus+ – il-programm għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport – u biex tgawdi minn aċċess akbar għalihom, ħaġa li mbagħad twassal għat-tisħiħ ta' iskambji akkademiċi u interpersonali aktar mill-qrib;

44.  Jinnota li l-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni se jikkostitwixxi wkoll strument għall-promozzjoni, f'fora multilaterali, ta' soluzzjonijiet komuni għall-isfidi globali bħalma huma l-migrazzjoni, il-ġlieda kontra t-terroriżmu u t-tibdil fil-klima;

45.  Jikkonferma d-deċiżjoni tiegħu li jibgħat delegazzjoni uffiċjali tal-Kumitat tal-Affarijiet Barranin tal-Parlament Ewropew f'Kuba; jitlob lill-awtoritajiet Kubani jippermettu d-dħul tad-delegazzjonijiet tal-PE u li jkollhom aċċess għall-interlokuturi tagħhom;

46.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti u tal-Istati Membri u l-Gvern u l-Parlament ta' Kuba.

(1) ĠU L 322, 12.12.1996, p. 1.
(2) ĠU L 337 I, 13.12.2016, p. 41.
(3) Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2017)0296.
(4) ĠU C 201 E, 18.8.2005, p. 83.
(5) ĠU C 288 E, 25.11.2006, p. 81.
(6) ĠU C 146 E, 12.6.2008, p. 377.
(7) ĠU C 349 E, 22.12.2010, p. 82.


Memorandum ta' Qbil bejn l-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja u l-Eurojust *
PDF 249kWORD 42k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Eurojust tal-Memorandum ta' Qbil bejn l-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja u l-Eurojust (07536/2017 – C8-0136/2017 – 2017/0804(CNS))
P8_TA(2017)0298A8-0215/2017

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (07536/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-Dispożizzjonijiet Tranżitorji, li b'mod konformi magħhom il-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0136/2017),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta' Frar 2002 li tistabbilixxi l-Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(2) tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0215/2017),

1.  Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1.


Ġlieda kontra l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali ***II
PDF 335kWORD 41k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li tiġi adottata direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (06182/1/2017 – C8-0150/2017 – 2012/0193(COD))
P8_TA(2017)0299A8-0230/2017

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (06182/1/2017 – C8-0150/2017),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0363),

—  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—  wara li kkunsidra l-Artikolu 67a tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deliberazzjonijet konġunti tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0230/2017),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) Testi adottati tas-16.4.2014, P7_TA(2014)0427.


Il-qafas ġuridiku tal-Unjoni għal ksur doganali u sanzjonijiet ***I
PDF 723kWORD 73k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-qafas ġuridiku tal-Unjoni għal ksur doganali u sanzjonijiet (COM(2013)0884 – C8-0033/2014 – 2013/0432(COD))
P8_TA(2017)0300A8-0239/2016

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0884),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 33 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0033/2014),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikoli 33 u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati preżentati mill-Parlament Litwan u l-Parlament Svediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-21 ta’ Settembru 2016(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 39 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0239/2016),

1.  Jadotta bħala l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari t-test adottat fil-25 ta’ Ottubru 2016(2);

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-5 ta' Lulju 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni d-Direttiva (UE) 2017/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-qafas ġuridiku tal-Unjoni għal ksur doganali u sanzjonijiet

P8_TC1-COD(2013)0432


IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu l-Artikoli 33 u 114 tiegħu, [Em. 1]

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(3),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(4),

Billi:

(1)  Id-dispożizzjonijiet fil-qasam tal-unjoni doganali huma armonizzati bil-liġi tal-Unjoni. Madankollu, l-infurzar tagħhom jaqa’ fl-ambitu tal-liģi nazzjonali tal-Istati Membri.

(1a)   Jenħtieġ li din id-Direttiva tikkonforma mar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5) (“il-Kodiċi”). [Em. 2]

(2)  Għaldaqstant, Il-ksur doganali u s-sanzjonijiet isegwu 28 sett differenti ta’ regoli ġuridiċi. B'riżultat ta’ dan, ksur tal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni ma jkunx ittrattat bl-istess mod madwar l-Unjoni u s-sanzjonijiet li jistgħu jiġu imposti f’kull każ huma differenti fin-natura u s-severità tagħhom skont l-Istat Membru li qed jimponi s-sanzjoni, li jwassal għal telf possibbli ta' dħul għall-Istati Membri u għal distorsjonijiet fil-kummerċ. [Em. 3]

(3)  Din id-disparità bejn is-sistemi ġuridiċi tal-Istati Membri taffettwa mhux biss taffettwa fin-negattiv l-amministrazzjoni ottima tal-unjoni doganali, u t-trasparenza meħtieġa biex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tas-suq intern fir-rigward ta' modi kif il-ksur jiġi ġestit mill-awtoritajiet doganali differenti iżda wkoll tipprevjeni li tista’ tinkiseb wkoll il-kisba ta' sitwazzjoni ta’ kundizzjonijiet ekwi għall-operaturi ekonomiċi fl-unjoni doganali, li diġà huma soġġetti għal settijiet ta' regoli differenti madwar l-Unjoni, minħabba li għandha impatt fuq l-aċċess tagħhom għal simplifikazzjonijiet u faċilitazzjonijiet doganali. [Em. 4]

(4)  Il-Kodiċi tnissel għal ambjent elettroniku multinazzjonali fejn hemm komunikazzjoni f'ħin reali bejn l-awtoritajiet doganali u fejn deċiżjoni li ttieħdet minn Stat Membru tiġi applikata fl-Istati Membri l-oħra kollha. Għalhekk dan il-qafas ġuridiku jeħtieġ infurzar armonizzat. Il-Kodiċi jinkludi wkoll dispożizzjoni li titlob lill-Istat Membru biex jipprovdi għal sanzjonijiet effettivi, dissważivi u proporzjonati.

(5)  Il-qafas ġuridiku għall-infurzar tal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni previst f’din id-Direttiva huwa konsistenti mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ rigward is-salvagwardja tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, u b’mod partikolari Direttiva (UE) 2017/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6). Il-ksur doganali kopert mill-qafas stabbilit minn din id-Direttiva jinkludi ksur doganali li jkollu impatt fuq dawn l-interessi finanzjarji, filwaqt li ma jaqax fl-ambitu tal-leġiżlazzjoni jissalvagwardjawhom permezz tal-liġi kriminali, u ksur doganali li ma għandu l-ebda impatt fuq l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

(6)  Għandha tiġi stabbilita Jenħtieġ li din id-Direttiva tistabbilixxi lista ta’ mġiba li titqies bħala ksur ta’ leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni u toħloq sanzjonijiet. Jenħtieġ li dan il-ksur doganali jkun kompletament ibbażat fuq l-obbligi li joriġinaw mil-leġiżlazzjoni doganali b’referenzi diretti għall-Kodiċi. Jenħtieġ li din id-Direttiva ma tiddeterminax jekk tipprevedi li l-Istati Membri għandhomx għandhom japplikaw sanzjonijiet amministrattivi jew mhux kriminali fir-rigward ta’ dan il-ksur doganali. Jenħtieġ ikun possibbli wkoll għall-Istati Membri li jipprevedu l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet kriminali, skont il-liġijiet nazzjonali u l-liġi tal-Unjoni, minflok sanzjonijiet mhux kriminali meta n-natura u l-gravità tal-ksur inkwistjoni jeżiġu dan sabiex is-sanzjoni imposta tkun dissważiva, effettiva u proporzjonata. [Em. 5]

(7)  L-ewwel kategorija ta’ mġiba għandha tinkludi ksur doganali fuq il-bażi ta’ responsabbiltà stretta, li ma teħtieġx xi element ta’ ħtija, meta tiġi kkunsidrata n-natura oġġettiva tal-obbligi involuti u l-fatt li l-persuni responsabbli biex twettaqhom ma tistax tinjora l-eżistenza u n-natura vinkolanti tagħhom. [Em. 6]

(8)  It-tieni u t-tielet kategorija ta’ mġiba għandhom jinkludu ksur doganali li jitwettaq b’negliġenza jew intenzjonalment, rispettivament, fejn dan l-element suġġettiv irid jiġi stabbilit biex tinħoloq din ir-responsabbiltà. [Em. 7]

(9)  Jenħtieġ li l-inċitament jew l-għajnuna u l-assistenza ta’ mġiba li tikkostitwixxi ksur doganali mwettaq b’mod intenzjonali, u tentattivi biex wieħed jikkommetti ċertu ksur doganali intenzjonalment, jiġu kkunsidrati bħala ksur doganali.

(10)  Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza ġuridika, jenħtieġ ikun ipprovdut li xi kwalunkwe att jew ommissjoni li jirriżultaw minn żball min-naħa tal-awtoritajiet doganali kif imsemmi fil-Kodiċi jenħtieġ li ma jitqisux bħala li jikkostitwixxu ksur doganali. [Em. 8]

(11)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li jista’ jkun hemm responsabbiltà għal persuni ġuridiċi kif ukoll għal persuni fiżiċi għall-istess ksur doganali meta l-ksur jitwettaq għall-benefiċċju ta’ persuna ġuridika.

(12)  Sabiex ikunu approssimati s-sistemi ta’ sanzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri, l-iskali jenħtieġ li skali ta’ sanzjonijiet ikunu stabbiliti li jirriflettu l-kategoriji differenti ta’ ksur kemm ikun serju l-ksur doganali u s-serjetà tagħhom. Bl-iskop li jiġu imposti sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw ukoll li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jikkunsidraw ċirkustanzi speċifiċi, aggravanti jew mitiganti meta jiġi ddeterminat it-tip u l-livell ta’ sanzjonijiet li għandhom jiġu applikati. [Em. 9]

(12a)   Huwa biss f'każijiet fejn ksur serju jkun marbut mhux mad-dazji evażi iżda mal-valur tal-merkanzija kkonċernata, pereżempju fil-każ ta' ksur relatat mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jew ma' merkanzija pprojbita jew ristretta, li jenħtieġ li l-awtoritajiet doganali jibbażaw s-sanzjoni imposta fuq il-valur tal-merkanzija. [Em. 10]

(13)  Jenħtieġ li l-perjodu ta’ limitazzjoni għall-proċedimenti li jikkonċernaw ksur doganali jkun stabbilit għal erba’ snin mill-jum li l-ksur doganali twettaq jew, fil-każ ta’ ksur kontinwu jew ripetut, fejn meta l-imġiba li tikkostitwixxi dan il-ksur jieqaf. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-perjodu ta’ limitazzjoni jiġi interrott b’att dwar l-investigazzjonijiet jew il-proċedimenti ġuridiċi rigward il-ksur l-istess ksur doganali, L-Istati jew b'att min-naħa tal-persuna responsabbli għall-ksur. Jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istati Membri jistgħu li jistabbilixxu każijiet li fihom dan il-perjodu jkun sospiż. Il-bidu jew il-kontinwazzjoni ta’ dawn il-proċedimenti għandhom ikunu preklużi Jenħtieġ li kwalunkwe proċedimentikun preskritt, irrispettivament minn kwalunkwe interruzzjoni tal-perjodu ta' limitazzjoni, wara li jiskadi l-perjodu ta’ skadenza perjodu ta' tmien snin, filwaqt li jenħtieġ li l-perjodu ta’ limitazzjoni għall-infurzar ta’ sanzjoni jkun ta’ tliet snin. [Em. 11]

(14)  Jenħtieġ li tkun prevista sospensjoni ta’ proċedimenti amministrattivi li jikkonċernaw ksur doganali, meta jkunu bdew il-proċedimenti kriminali kontra l-istess persuna b’konnessjoni mal-istess fatti. Jenħtieġ li l-kontinwazzjoni tal-proċedimenti amministrattivi wara t-tmiem tal-proċedimenti kriminali tkun possibbli biss f’konformità stretta mal-prinċipju ne bis in idem, li jfisser li l-istess reat ma jistax jiġi ppenalizzat darbtejn. [Em. 12]

(15)  Sabiex jiġu evitati kunflitti pożittivi ta’ ġurisdizzjoni, jenħtieġ jiġu stabbiliti regoli li jiddeterminaw liema mill-Istati Membri b'ġurisdizzjoni jenħtieġ li jeżamina l-każ.

(15a)   L-objettiv ġenerali ta' din id-Direttiva huwa li jiġi żgurat l-infurzar effettiv tal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni. Madankollu, il-qafas ġuridiku previst minn din id-Direttiva ma jippermettix approċċ integrat għall-infurzar, inklużi s-superviżjoni, il-kontroll u l-investigazzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar dawk l-aspetti, fosthom dwar l-implimentazzjoni tal-qafas komuni għall-ġestjoni tar-riskju, sabiex jiġi vvalutat jekk hijiex meħtieġa aktar leġiżlazzjoni. [Em. 13]

(16)  Jenħtieġ li din id-Direttiva tipprovdi għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni sabiex tkun żgurata azzjoni effettiva kontra ksur doganali.

(17)  Sabiex tiġi ffaċilitata l-investigazzjoni ta’ ksur doganali, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jitħallew temporanjament iżommu kull merkanzija, mezzi ta’ trasport jew kull strument ieħor użat biex twettaq il-ksur.

(18)  F'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011 tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni(7), l-Istati Membri refgħu r-responsabbiltà li jakkumpanjaw, f’każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom b’dokument wieħed jew iktar li jispjega(w) ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta’ traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trasmissjoni ta’ dawn id-dokumenti hija ġustifikata.

(18a)   Din id-Direttiva hija maħsuba biex issaħħaħ il-kooperazzjoni doganali permezz tal-approssimazzjoni tal-liġijiet nazzjonali dwar sanzjonijiet doganali. Minħabba li, attwalment, it-tradizzjonijiet ġuridiċi tal-Istati Membri jvarjaw ħafna, armonizzazzjoni totali f'dan il-qasam hija impossibbli. [Em. 14]

(19)  Billi din id-Direttiva tipprovdi lista ta’ ksur doganali komuni għall-Istati Membri kollha u sanzjonijiet effettivi, dissważivi u proporzjonati, li għandhom jiġu imposti mill-Istati Membri fil-qasam tal-unjoni doganali, li huwa armonizzat b’mod sħiħ, dawn l-objettivi ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri fuq il-bażi tat-tradizzjonijiet ġuridiċi differenti tagħhom, iżda permezz tal-iskala u l-effetti jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri b’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawn l-objettivi,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.  Din id-Direttiva għandha l-għan li tikkontribwixxi għall-funzjonament xieraq tas-suq intern u li tistabbilixxi qafas l-qafas li jikkonċerna l-ksur tal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni u tipprevedi s-sanzjonijiet l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet mhux kriminali għal dan il-ksur billi tapprossima d-dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament, jew b'azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri. [Em. 15]

2.  Din id-Direttiva tapplika għall-ksur tal-obbligi stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 952/2013 ("il-Kodiċi") u ta’ obbligi identiċi stabbiliti f’partijiet oħra fil-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni kif definit fl-Artikolu 5(2) tal-Kodiċi.

2a.   Din id-Direttiva tkopri l-obbligi tal-Istati Membri lejn is-sħab kummerċjali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) u l-Organizzazzjoni Dinjija Doganali, bl-għan li jiġi stabbilit suq intern omoġenju u effikaċi, filwaqt li jkun faċilitat il-kummerċ u tkun żgurata ċ-ċertezza. [Em. 16]

Artikolu 2

Ksur doganali u sanzjonijiet Prinċipji ġenerali

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar sanzjonijiet fir-rigward ta’ ksur tal-ksur doganali stabbilit fl-Artikoli minn 3 sa u 6, b'konformità stretta mal-prinċipju ne bis in idem.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-atti jew l-ommissjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 3 u 6 jikkostitwixxu ksur doganali sew meta jitwettqu b'negliġenza jew intenzjonalment.

L-Istati Membri jistgħu, f’konformità mal-liġijiet nazzjonali u l-liġi tal-Unjoni, jipprevedu l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet kriminali, minflok sanzjonijiet mhux kriminali, meta n-natura u l-gravità tal-ksur inkwistjoni jeżiġu dan sabiex is-sanzjoni imposta tkun dissważiva, effettiva u proporzjonata.

2.  Għall-finijiet ta' din id-Direttiva:

(a)  l-awtoritajiet doganali għandhom jiddeterminaw jekk il-ksur twettaqx b'negliġenza, li jfisser li l-persuna responsabbli naqset milli teżerċita attenzjoni raġonevoli fir-rigward tal-kontroll tal-operazzjonijiet tagħha, jew li dik il-persuna ħadet miżuri li huma manifestament insuffiċjenti, biex tiġi evitata l-okkorrenza ta' ċirkustanzi li jwasslu għall-ksur, meta r-riskju tal-okkorrenza kien raġonevolment prevedibbli;

(b)  l-awtoritajiet doganali għandhom jiddeterminaw jekk il-ksur twettaqx intenzjonalment, li jfisser li l-persuna responsabbli ħadet azzjoni jew naqset milli tieħu azzjoni fl-għarfien li l-att jew l-ommissjoni kkostitwew ksur, jew bl-għan premeditat u deliberat li tikser il-leġiżlazzjoni doganali;

(c)  l-iżbalji klerikali m'għandhomx jikkostitwixxu ksur doganali sakemm ma jkunx ċar miċ-ċirkustanzi kollha li twettqu b'riżultat ta' intenzjoni jew negliġenza. [Em. 17]

Artikolu 2a

Faċilitazzjoni tal-kummerċ

Sabiex ikunu konformi mal-obbligi tal-Unjoni skont il-Ftehim tad-WTO dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ, l-Istati Membri għandhom jaħdmu flimkien ħalli jistabbilixxu sistema ta' kooperazzjoni li tinkludi l-Istati Membri kollha. Dik is-sistema għandu jkollha l-għan li tikkoordina indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni fir-rigward ta' sanzjonijiet doganali (analiżi tal-għadd ta' appelli, ir-rata ta' reċidività, eċċ.); li xxerred l-aħjar prassi fost is-servizzi doganali (l-effiċjenza tal-kontrolli u s-sanzjonijiet, it-tnaqqis tal-ispejjeż amministrattivi, eċċ.); li tgħaddi l-esperjenzi tal-operaturi ekonomiċi u li toħloq rabtiet bejniethom; li timmonitorja l-mod kif is-servizzi doganali jwettqu l-attivitajiet tagħhom; u li twettaq ħidma statistika dwar ksur imwettaq minn kumpaniji minn pajjiżi terzi. Fi ħdan is-sistema ta' kooperazzjoni, l-Istati Membri kollha għandhom jiġu notifikati mingħajr dewmien dwar investigazzjonijiet fir-rigward ta' ksur doganali u ksur stabbilit b'tali mod li jiffaċilita l-kummerċ, jimpedixxi l-merkanzija illegali milli tidħol fis-suq intern u jtejjeb l-effikaċja tal-kontrolli. [Em. 18]

Artikolu 3

Ksur doganali ta' responsabbiltà stretta

L-Istati Membri jiżguraw li l-atti jew l-omissjonijiet li ġejjin jikkostitwixxu ksur doganali irrispettivament minn kull element ta’ ħtija:

(a)  nuqqas min-naħa tal-persuna li qed tippreżenta dikjarazzjoni doganali, dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja, dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ, dikjarazzjoni ta' esportazzjoni mill-ġdid jew notifika ta’ esportazzjoni mill-ġdid, li tiżgura l-akkuratezza u l-kompletezza tal-informazzjoni mogħtija fid-dikjarazzjoni, fin-notifika jew fl-applikazzjoni skont l-Artikolu il-punt (a) tal-Artikolu 15(2)(a) tal-Kodiċi;

(b)  nuqqas min-naħa tal-persuna li tippreżenta dikjarazzjoni doganali, dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja, dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ, dikjarazzjoni ta' esportazzjoni mill-ġdid jew notifika ta’esportazzjoni mill-ġdid, biex tiġi żgurata l-awtentiċità, l-akkuratezza u l-validità ta' kull dokument ta' sostenn skont l-Artikolu il-punt (b) tal-Artikolu 15(2)(b) tal-Kodiċi;

(c)  nuqqas min-naħa tal-persuna ta' persuna li tippreżenta dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul skont l-Artikolu 127 tal-Kodiċi, notifika tal-wasla ta’ bastiment magħmul għall-baħar jew ta’ inġenju tal-ajru skont l-Artikolu 133 tal-Kodiċi, dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja skont l-Artikolu 145 tal-Kodiċi, dikjarazzjoni doganali skont l-Artikolu 158 tal-Kodiċi, notifika ta’ attivitajiet f’żoni ħielsa skont l-Artikolu 244(2) tal-Kodiċi, dikjarazzjoni ta’ qabel it-tluq, f’konformità mal-Artikolu 263 tal-Kodiċi, dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni mill-ġdid skont l-Artikolu 270 tal-Kodiċi, dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ skont l-Artikolu 271 tal-Kodiċi jew notifika ta' esportazzjoni mill-ġdid skont l-Artikolu 274 tal-Kodiċi;

(d)  nuqqas min-naħa tal-operatur ekonomiku biex iżomm id-dokumenti u l-informazzjoni relatata mat-twettiq tal-formalitajiet doganali permezz ta' kull mezz aċċessibbli għall-perjodu ta’ żmien meħtieġ mil-leġiżlazzjoni doganali skont l-Artikolu 51 tal-Kodiċi;

(e)  tneħħija ta’ merkanzija li tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Unjoni mis-superviżjoni doganali mingħajr il-permess tal-awtoritajiet doganali, kuntrarju għall-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 134(1) tal-Kodiċi;

(f)  tneħħija ta' merkanzija mis-superviżjoni doganali, għall-kuntrarju tar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 134(1) u l-Artikoli 158(3) u 242 tal-Kodiċi;

(g)  nuqqas min-naħa tal-persuna li qed iddaħħal merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni li tikkonforma mal-obbligi relatati mal-mezz ta' trasport tal-merkanzija fil-post propju skont l-Artikolu 135(1) tal-Kodiċi, jew li tinforma l-awtoritajiet doganali mingħajr dewmien meta l-obbligi ma jistgħux jiġu osservati skont l-Artikolu 137(1) u (2) tal-Kodiċi u dwar fejn tinsab il-merkanzija;

(h)  nuqqas min-naħa tal-persuna li qed iddaħħal merkanzija f’żona ħielsa, fejn din iż-żona tkun tmiss mal-fruntiera tal-art bejn Stat Membru u pajjiż terz, li ddaħħal din il-merkanzija direttament f’din iż-żona ħielsa mingħajr ma tgħaddi minn xi parti oħra tat-territorju doganali tal-Unjoni skont l-Artikolu 135(2) tal-Kodiċi;

(i)  nuqqas min-naħa tad-dikjarant għal ħażna temporanja jew għal proċedura doganali li jipprovdi d-dokumenti, lill-awtoritajiet doganali fejn jintalab li jsir dan mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew jekk ikun meħtieġ għall-kontrolli doganali skont l-Artikolu 145(2) u l-Artikolu 163(2) tal-Kodiċi;

(j)  nuqqas min-naħa tal-operatur ekonomiku tad-dikjarant għal ħażna temporanja, jew tal-persuna li taħżen il-merkanzija f'każijiet li fihom tinħażen f'postijiet oħra deżinjati jew approvati mill-awtoritajiet doganali, responsabbli għal merkanzija mhux tal-Unjoni li tkun f’ħażna temporanja, li din il-merkanzija titpoġġa taħt proċedura doganali jew biex tiġi esportata mill-ġdid fil-limitu ta' żmien skont l-Artikolu 149 tal-Kodiċi;

(k)  nuqqas min-naħa tad-dikjarant għal proċedura doganali li jkollu fil-pussess tiegħu jew tagħha u għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet doganali, fil-ħin li tkun ippreżentata d-dikjarazzjoni doganali jew dikjarazzjoni supplimentari, id-dokumenti ta’ sostenn meħtieġa għall-applikazzjoni tal-proċedura inkwistjoni skont l-Artikolu 163(1) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 167(1) tal-Kodiċi;

(l)  nuqqas min-naħa tad-dikjarant għal proċedura doganali, fil-każ ta’ dikjarazzjoni simplifikata skont l-Artikolu 166 tal-Kodiċi jew ta’ annotazzjoni fil-kotba tad-dikjarant skont l-Artikolu 182 tal-Kodiċi, li jippreżenta dikjarazzjoni supplimentari fl-uffiċċju doganali kompetenti f'limitu ta' żmien speċifiku skont l-Artikolu 167(1) tal-Kodiċi;

(m)  tneħħija jew qerda ta’ mezzi ta’ identifikazzjoni mwaħħla mill-awtoritajiet doganali mal-merkanzija, mal-imballaġġ jew mal-mezzi ta’ trasport mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel, li tingħata mill-awtoritajiet doganali skont l-Artikolu 192(2) tal-Kodiċi;

(n)  nuqqas min-naħa tad-detentur tal-proċedura ta' proċessar attiv li jtemm proċedura doganali fiż-żmien stipulat skont l-Artikolu 257 tal-Kodiċi;

(o)  nuqqas min-naħa tad-detentur tal-proċedura ta' proċessar passiv li jesporta l-merkanzija difettuża fiż-żmien stipulat skont l-Artikolu 262 tal-Kodiċi;

(p)  kostruzzjoni ta’ bini f’żona ħielsa mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tal-awtoritajiet doganali skont l-Artikolu 244(1) tal-Kodiċi;

(q)  nuqqas ta' ħlas ta’ dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni mill-persuna responsabbli li tħallas fil-perjodu preskritt skont l-Artikolu 108 tal-Kodiċi.

(qa)  nuqqas min-naħa ta' operatur ekonomiku li jipprovdi, b'rispons għal talba mill-awtoritajiet doganali, id-dokumenti u l-informazzjoni meħtieġa f'forma xierqa u fi żmien raġonevoli, u li jipprovdi l-għajnuna kollha meħtieġa għat-twettiq tal-formalitajiet jew tal-kontrolli doganali skont l-Artikolu 15(1) tal-Kodiċi;

(qb)   nuqqas min-naħa tad-detentur ta' deċiżjoni relatata mal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali li jissodisfa l-obbligi li jirriżultaw minn din id-deċiżjoni skont l-Artikolu 23(1) tal-Kodiċi;

(qc)   nuqqas min-naħa tad-detentur ta' deċiżjoni relatata mal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali li jgħarraf lill-awtoritajiet doganali mingħajr dewmien dwar kwalunkwe fattur li jiżviluppa wara li tittieħed deċiżjoni minn dawk l-awtoritajiet li jinfluwenza l-kontinwazzjoni jew il-kontenut tagħha, skont l-Artikolu 23(2) tal-Kodiċi;

(qd)   nuqqas min-naħa tad-detentur tal-proċedura ta' tranżitu tal-Unjoni li jippreżenta l-merkanzija intatta fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni fiż-żmien preskritt skont il-punt (a) tal-Artikolu 233(1) tal-Kodiċi;

(qe)   ħatt jew trasbord ta' merkanzija mill-mezz ta' trasport li jkun qed iġorrha mingħajr awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet doganali jew f'postijiet mhux deżinjati jew approvati minn dawk l-awtoritajiet skont l-Artikolu 140 tal-Kodiċi;

(qf)   ħażna ta' merkanzija fil-faċilitajiet ta' ħażna temporanja jew f'imħażen doganali mingħajr awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet doganali skont l-Artikoli 147 u 148 tal-Kodiċi;

(qg)   nuqqas min-naħa tad-detentur tal-awtorizzazzjoni jew id-detentur tal-proċedura li jissodisfa l-obbligi li joriġinaw mill-ħażna ta' merkanzija koperta mill-proċedura tal-imħażen doganali skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 242(1) tal-Kodiċi;

(qh)   l-għoti lill-awtoritajiet doganali ta' informazzjoni falza jew dokumenti foloz meħtieġa minn dawn l-awtoritajiet skont l-Artikolu 15 jew 163 tal-Kodiċi;

(qi)   l-użu ta' informazzjoni mhux eżatta jew mhux kompleta jew dokumenti mhux awtentiċi, mhux eżatti jew mhux validi minn operatur ekonomiku sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet doganali biex wieħed:

(i)   isir operatur ekonomiku awtorizzat skont l-Artikolu 38 tal-Kodiċi;

(ii)   jagħmel użu minn dikjarazzjoni simplifikata skont l-Artikolu 166 tal-Kodiċi;

(iii)   jagħmel użu minn simplifikazzjonijiet doganali oħra skont l-Artikolu 177, 179, 182 jew 185 tal-Kodiċi; or

(iv)   ipoġġi l-merkanzija taħt proċeduri speċjali skont l-Artikolu 211 tal-Kodiċi;

(qj)   l-introduzzjoni jew il-ħruġ ta' merkanzija mit-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr il-preżentazzjoni tagħha lill-awtoritajiet doganali skont l-Artikoli 139, 245, jew 267(2) tal-Kodiċi;

(qk)   l-ipproċessar ta' merkanzija f'maħżen doganali mingħajr awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet doganali skont l-Artikolu 241 tal-Kodiċi;

(ql)   l-akkwist jew iż-żamma ta' merkanzija li tkun parti mill-ksur doganali stabbilit fil-punti (qd) u (qj) ta' dan l-Artikolu. [Em. 19]

Artikolu 4

Ksur doganali mwettaq b’negliġenza

L-Istati Membri jiżguraw li l-atti jew l-ommissjonijiet li ġejjin jikkostitwixxu ksur doganali meta jkun imwettaq b'negliġenza:

a)  nuqqas min-naħa tal-operatur ekonomiku responsabbli għal merkanzija mhux tal-Unjoni li tkun f’ħażna temporanja, li din il-merkanzija titpoġġa taħt proċedura doganali jew biex tiġi esportata mill-ġdid fil-limitu ta' żmien skont l-Artikolu 149 tal-Kodiċi;

b)  nuqqas min-naħa tal-operatur ekonomiku li jipprovdi lill-awtoritajiet doganali bl-għajnuna kollha meħtieġa għat-twettiq tal-formalitajiet doganali jew ta’ kontrolli skont l-Artikolu 15(1) tal-Kodiċi;

c)  nuqqas min-naħa tad-detentur ta’ deċiżjoni relatata mal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali li jissodisfa l-obbligi li jirriżultaw minn din id-deċiżjoni skont l-Artikolu 23(1) tal-Kodiċi;

d)  nuqqas min-naħa tad-detentur ta’ deċiżjoni relatata mal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali li jgħarraf lill-awtoritajiet doganali mingħajr dewmien dwar kull fattur li jinqala' wara li tittieħed id-deċiżjoni minn dawn l-awtoritajiet li jinfluwenza l-kontinwazzjoni jew il-kontenut tagħha skont l-Artikolu 23(2) tal-Kodiċi;

e)  nuqqas min-naħa tal-operatur ekonomiku li jippreżenta merkanzija mdaħħla fit-territorju doganali tal-Unjoni lill-awtoritajiet doganali skont l-Artikolu 139 tal-Kodiċi;

f)  nuqqas min-naħa tad-detentur tal-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni li jippreżenta l-merkanzija intatta fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni fiż-żmien preskritt skont l-Artikolu 233(1)(a) tal-Kodiċi;

g)  nuqqas min-naħa tal-operatur ekonomiku li jippreżenta l-merkanzija mdaħħla fiż-żona ħielsa lill-awtoritajiet doganali skont l-Artikolu 245 tal-Kodiċi;

h)  nuqqas min-naħa tal-operatur ekonomiku li jippreżenta l-merkanzija mdaħħla fit-territorju doganali tal-Unjoni lill-awtoritajiet doganali mal-ħruġ skont l-Artikolu 267(2) tal-Kodiċi;

i)  ħatt jew trasbord ta’ merkanzija mill-mezz ta’ trasport li jkun qed iġorrha mingħajr awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet doganali jew f’postijiet mhux nominati jew approvati minn dawn l-awtoritajiet skont l-Artikolu 140 tal-Kodiċi;

j)  ħażna ta’ merkanzija fil-faċilitajiet ta' ħażna temporanja jew imħażen doganali mingħajr awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet doganali skont l-Artikoli 147 u 148;

k)  nuqqas min-naħa tad-detentur tal-awtorizzazzjoni jew id-detentur tal-proċedura li jissodisfa l-obbligi, li jinqalgħu mill-ħażna ta’ merkanzija koperta mill-proċedura tal-imħażen doganali skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 242(1) tal-Kodiċi. [Em. 20]

Artikolu 5

Ksur doganali mwettaq intenzjonalment

L-Istati Membri jiżguraw li l-atti jew l-omissjonijiet li ġejjin jikkostitwixxu ksur doganali mwettaq intenzjonalment:

(a)  li jipprovdu lill-awtoritajiet doganali informazzjoni falza jew dokumenti meħtieġa minn dawn l-awtoritajiet skont l-Artikoli 15 jew 163 tal-Kodiċi;

(b)  l-użu ta’ dikjarazzjonijiet foloz jew kull mezz irregolari ieħor minn operatur ekonomiku sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet doganali biex wieħed:

(i)  isir operatur ekonomiku awtorizzat skont l-Artikolu 38 tal-Kodiċi,

(ii)  jagħmel użu ta’ dikjarazzjoni simplifikata skont l-Artikolu 166 tal-Kodiċi,

(iii)  jagħmel użu ta’ simplifikazzjonijiet doganali oħra skont l-Artikoli 177, 179, 182, 185 tal-Kodiċi,

(iv)  ipoġġi l-merkanzija taħt proċeduri speċjali skont l-Artikolu 211 tal-Kodiċi,

(c)  l-introduzzjoni jew il-ħruġ ta’ merkanzija mit-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr il-preżentazzjoni tagħha lill-awtoritajiet doganali skont l-Artikolu 139, 245, jew l-Artikolu 267(2) tal-Kodiċi;

(d)  nuqqas min-naħa tad-detentur ta’ deċiżjoni relatata mal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali li jissodisfa l-obbligi li jirriżultaw minn din id-deċiżjoni skont l-Artikolu 23(1) tal-Kodiċi;

(e)  nuqqas min-naħa tad-detentur ta’ deċiżjoni relatata mal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali li jgħarraf lill-awtoritajiet doganali mingħajr dewmien dwar kull fattur li jinqala' wara li tittieħed id-deċiżjoni minn dawn l-awtoritajiet li jinfluwenza l-kontinwazzjoni jew il-kontenut tagħha skont l-Artikolu 23(2) tal-Kodiċi;

(f)  l-ipproċessar ta' merkanzija f'maħżen doganali mingħajr awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet doganali skont l-Artikolu 241 tal-Kodiċi;

(g)  l-akkwist jew żamma ta' merkanzija li tkun parti mill-ksur doganali stabbilit fil-punt (f) tal-Artikolu 4 u l-punt (c) ta’ dan l-Artikolu. [Em. 21]

Artikolu 6

Inċitament, Għajnuna, Assistenza u Tentattiv

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-inċitament, jew l-għajnuna u l-assistenza, ta' att jew ommissjoni msemmija fl-Artikolu 5 jirrappreżentaw  8b(2) jikkostitwixxu ksur doganali.

2.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-inċitament, l-għajnuna u l-assistenza, tentattiv li jitwettqu att jew ommissjoni msemmija fil-punt (b) (qi) jew (c) (qj) fl-Artikolu 5  3 jirrappreżentaw jikkostitwixxi ksur doganali. [Em. 22]

Artikolu 7

Żball min-naħa tal-awtoritajiet doganali

L-atti jew l-ommissjonijiet imsemmija fl-Artikoli minn 3 sa u 6 ma jikkostitwixxux m'għandhomx jikkostitwixxu ksur doganali meta jseħħu bħala riżultat ta’ żball min-naħa tal-awtoritajiet doganali, b'konformità mal-Artikolu 119 tal-Kodiċi. L-awtoritajiet doganali għandhom ikunu responsabbli għal ħsara kkawżata minħabba tali żbalji. [Em. 23]

Artikolu 8

Responsabbiltà tal-persuni ġuridiċi

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuni ġuridiċi jitqiesu responsabbli li wettqu ksur doganali msemmi fl-Artikoli 3 u 6 għall-benefiċċju tagħhom minn kull persuna, li tkun qed taġixxi individwalment jew bħala parti minn organu tal-persuna ġuridika u jkollha pożizzjoni ta' tmexxija fuq il-persuna ġuridika, ikun ibbażat fuq abbażi ta' dawn li ġejjin:

(a)  is-setgħa ta’ rappreżentanza tal-persuna ġuridika;

(b)  awtorità li tieħu d-deċiżjonijiet f’isem il-persuna ġuridika;

(c)  awtorità li teżerċita kontroll fuq il-persuna ġuridika. [Em. 24]

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li persuni ġuridiċi jitqiesu responsabbli fejn nuqqas ta’ superviżjoni jew kontroll minn persuna msemmija fil-paragrafu 1 ikun għamel possibli t-twettiq ta’ ksur doganali għall-benefiċċju ta’ din il-persuna ġuridika minn persuna taħt l-awtorità tal-persuna msemmija fil-paragrafu 1. [Em. ma taffettwax il-verżjoni Maltija.]

3.  Ir-responsabbiltà ta’ persuna ġuridika skont il-paragrafi 1 u 2 tkun mingħajr preġudizzju għar-responsabilità ta’ persuni fiżiċi li jkunu wettqu l-ksur doganali.

3a.   Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, “persuna ġuridika” għandha tfisser kwalunkwe entità li jkollha personalità ġuridika taħt il-liġi applikabbli, minbarra l-Istati jew korpi pubbliċi fl-eżerċizzju tal-awtorità tal-Istat u tal-organizzazzjonijiet internazzjonali pubbliċi. [Em. 26]

Artikolu 8a

Fatturi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni meta jiġi vvalutat jekk ksur huwiex minuri

1.   Meta jiddeterminaw jekk ksur imsemmi fl-Artikolu 3 huwiex minuri, l-Istati Membri għandhom jiżguraw mill-bidu tal-proċess dwar li jiġi ddeterminat jekk twettaqx ksur doganali li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha li japplikaw, inklużi dawn li ġejjin:

(a)   il-ksur twettaq b'riżultat ta' negliġenza;

(b)   il-merkanzija involuta mhijiex soġġetta għall-projbizzjonijiet jew għar-restrizzjonijiet imsemmija fit-tieni sentenza tal-Artikolu 134(1) tal-Kodiċi u fil-punt (e) tal-Artikolu 267(3) tal-Kodiċi;

(c)   il-ksur ikollu ftit jew ebda impatt fuq l-ammont tad-dazji doganali li għandhom jitħallsu;

(d)   il-persuna responsabbli għall-ksur tikkoopera effettivament mal-awtorità kompetenti fil-proċedimenti;

(e)   il-persuna responsabbli għall-ksur tiżvela l-ksur minn jeddha, sakemm il-ksur ma jkunx għadu soġġett għal xi investigazzjoni li l-persuna responsabbli għall-ksur ikollha għarfien tagħha;

(f)   il-persuna responsabbli għall-ksur tista' turi li qed tagħmel sforz sinifikanti biex tikkonforma mal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni billi turi livell għoli ta' kontroll tal-operazzjonijiet tagħha, pereżempju permezz ta' sistema ta' konformità;

(g)   il-persuna responsabbli għall-ksur tkun intrapriża żgħira jew medja, li ma kellha ebda esperjenza preċedenti f'materji li għandhom x'jaqsmu mad-dwana.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu li ksur huwa minuri biss meta ma jkunx hemm fattur aggravanti fir-rigward tal-ksur kif imsemmi fl-Artikolu 8b. [Em. 27]

Artikolu 8b

Fatturi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni meta jiġi vvalutat jekk ksur huwiex serju

1.   Meta jiddeterminaw jekk ksur imsemmi fl-Artikolu 3 jew 6 huwiex serju, l-Istati Membri għandhom jiżguraw mill-bidu tal-proċess dwar li jiġi ddeterminat jekk twettaqx ksur doganali li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jieħdu inkunsiderazzjoni kwalunkwe waħda miċ-ċirkustanzi li ġejjin li japplikaw:

(a)  il-ksur twettaq b'intenzjoni;

(b)  il-ksur ippersista matul perjodu twil ta' żmien, li jirrifletti intenzjoni li jibqa' jitwettaq;

(c)  ksur simili jew marbut għadu qed jitwettaq jew qed ikun ripetut, jiġifieri, jitwettaq aktar minn darba;

(d)  il-ksur ikollu impatt sinifikanti fuq l-ammont ta' dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni evażi;

(e)  il-merkanzija involuta hija soġġetta għall-projbizzjonijiet jew għar-restrizzjonijiet imsemmija fit-tieni sentenza tal-Artikolu 134(1) tal-Kodiċi u fil-punt (e) tal-Artikolu 267(3) tal-Kodiċi;

(f)  il-persuna responsabbli għall-ksur tirrifjuta li tikkopera, jew tikkoopera bis-sħiħ, mal-awtorità kompetenti;

(g)  il-persuna responsabbli għall-ksur wettqet ksur preċedenti.

2.   Il-ksur imsemmi fil-punti (f), (g), (p), (qi) u (qj) tal-Artikolu 3 jikkostitwixxi, min-natura tiegħu stess, ksur serju. [Em. 28]

Artikolu 9

Sanzjonijiet mhux kriminali għal ksur doganali msemmi fl-Artikolu 3 minuri

1.  Minbarra l-irkupru tad-dazji evażi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li sanzjonijiet effettivi, proporzjonali proporzjonati, dissważivi u dissważivi mhux kriminali jiġu impostiminħabba l-ksur għal dak il-ksur doganali msemmi fl-Artikolu 3 li jitqies li huwa minuri b'konformità mal-Artikolu 8a, fil-limiti li ġejjin:

(a)  multa monetarja minn 1 % sa 5 % tal-valur tal-merkanzija ta' mhux aktar minn 70 % tad-dazji evażi, meta l-ksur doganali jkun marbut ma' merkanzija speċifika mad-dazji evażi;

(b)  multa monetarja minn EUR 150 sa ta' mhux aktar minn EUR 7 500, meta l-ksur doganali ma jkunx marbut ma’ merkanzija speċifika mad-dazji evażi.

2.  Meta jiġi ddeterminat il-livell ta' sanzjonijiet li għandhom jiġu imposti fil-limiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha elenkati fl-Artikolu 8a jiġu kkunsidrati. [Em. 29]

Artikolu 10

Sanzjonijiet għal ksur doganali msemmi fl-Artikolu 4

L-Istati Membri jiżguraw li sanzjonijiet effettivi, proporzjonali u dissważivi jiġu imposti minħabba l-ksur doganali msemmi fl-Artikolu 4 fil-limiti li ġejjin:

(a)  multa monetarja sa 15 % tal-valur tal-merkanzija, meta l-ksur doganali jkun marbut ma' merkanzija speċifika;

(b)  multa monetarja sa EUR 22 500, meta l-ksur doganali ma jkunx marbut ma’ merkanzija speċifika. [Em. 30]

Artikolu 11

Sanzjonijiet mhux kriminali għal ksur doganali msemmi fl-Artikoli 5 u 6 serju

1.  Minbarra l-irkupru tad-dazji evażi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li sanzjonijiet effettivi, proporzjonali proporzjonati, dissważivi u dissważivi mhux kriminali jiġu impostiminħabba l-ksur għal dak il-ksur doganali msemmi fl-Artikolu 5 fl-Artikoli 3 u 6 li jitqies li huwa serju b'konformità mal-Artikolu 8b, fil-limiti li ġejjin:

(a)  multa monetarja sa 30 % tal-valur tal-merkanzija ta' bejn 70 % u 140 % tad-dazji evażi, meta l-ksur doganali jkun marbut ma' merkanzija speċifika mad-dazji evażi;

(aa)   multa monetarja ta' bejn 15 % u 30 % tal-valur tal-merkanzija, meta l-ksur doganali ma jkunx marbut mad-dazji evażi iżda jkun marbut mal-valur tal-merkanzija;

(b)  multa monetarja sa ta' bejn EUR 7 500 u EUR 45 000, meta l-ksur doganali ma jkunx jkun marbut ma’ merkanzija speċifika la mad-dazji evażi u lanqas mal-valur tal-merkanzija.

2.   Meta jiġi ddeterminat il-livell ta' sanzjonijiet li għandhom jiġu imposti fil-limiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha elenkati fl-Artikolu 8a u fl-Artikolu 8b(1) jiġu kkunsidrati. [Em. 31]

Artikolu 11a

Sanzjonijiet mhux kriminali oħra għal ksur serju

1.   Minbarra s-sanzjonijiet elenkati fl-Artikolu 11, u b'konformità mal-Kodiċi, l-Istati Membri jistgħu jimponu s-sanzjonijiet mhux monetarji li ġejjin meta jitwettaq ksur serju:

(a)   konfiska permanenti jew temporanja tal-merkanzija;

(b)   sospensjoni ta' awtorizzazzjoni li tkun ingħatat.

2.   B'konformità mal-Kodiċi, l-Istati Membri għandhom jipprevedu li deċiżjonijiet li jagħtu l-istatus ta' operatur ekonomiku awtorizzat għandhom jiġu revokati fil-każ ta' ksur serju jew ripetut tal-leġiżlazzjoni doganali. [Em. 32]

Artikolu 11b

Rieżami

1.   L-ammonti tal-multi monetarji applikabbli skont l-Artikoli 9 u 11 għandhom jiġu rieżaminati mill-Kummissjoni, flimkien mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, minn … [ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. L-għan tal-proċedura ta' rieżami għandu jkun li jiġi żgurat li l-ammonti tal-multi monetarji imposti taħt l-Unjoni Doganali jkunu aktar konverġenti, bl-għan li tiġi armonizzata l-operazzjoni tagħha.

2.   Kull sena, il-Kummissjoni għandha tippubblika d-dettalji tas-sanzjonijiet imposti mill-Istati Membri għall-ksur doganali msemmi fl-Artikoli 3 u 6.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw konformità mal-leġiżlazzjoni doganali fis-sens tal-punt (2) tal-Artikolu 5 tal-Kodiċi, kif ukoll ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8). [Em. 33]

Artikolu 11c

Soluzzjoni

L-Istati Membri għandhom jipprevedu proċedura ta’ soluzzjoni li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jidħlu fi ftehim mal-persuna responsabbli għall-ksur sabiex tissolva l-kwistjoni ta' ksur doganali bħala alternattiva għat-tnedija jew it-tkomplija ta' proċedimenti ġudizzjarji, sakemm dik il-persuna taċċetta sanzjoni li tkun infurzabbli immedjatament.

Madankollu, ladarba jkunu nbdew proċedimenti ġudizzjarji, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jilħqu soluzzjoni biss bil-qbil tal-awtorità ġudizzjarja.

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi linji gwida dwar il-proċeduri ta' soluzzjoni biex ikun żgurat li persuna responsabbli għal ksur tingħata l-opportunità li tilħaq ftehim b'konformità mal-prinċipju tat-trattament indaqs u b'mod trasparenti, u li kwalunkwe soluzzjoni konkluża tinkludi l-pubblikazzjoni tal-eżitu tal-proċedura. [Em. 34]

Artikolu 12

Applikazzjoni effettiva tas-sanzjonijiet u l-eżerċizzju tas-setgħat biex jiġu imposti s-sanzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti

L-Istati Membri jiżguraw li meta jiddeterminaw it-tip u l-livell tas-sanzjonijiet għal ksur doganali msemmi fl-Artikoli minn 3 sa 6, l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw iċ-ċirkustanzi rilevanti kollha, inklużi, fejn ikun xieraq:

(a)  is-serjetà u t-tul ta' żmien tal-ksur doganali;

(b)  il-fatt li l-persuna responsabbli għall-ksur doganali tkun operatur ekonomiku awtorizzat;

(c)  l-ammont ta’ dazju evaż fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni;

(d)  il-fatt li l-merkanzija involuta hija soġġetta għall-projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet imsemmija fit-tieni sentenza tal-Artikolu 134(1) tal-Kodiċi u fl-Artikolu 267(3)(e) tal-Kodiċi jew tkun ta' riskju għas-sigurtà pubblika;

(e)  il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna responsabbli għall-ksur mal-awtorità kompetenti;

(f)  ksur preċedenti mill-persuna responsabbli għall-ksur. [Em. 35]

Artikolu 12a

Konformità

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li linji gwida u pubblikazzjonijiet dwar kif wieħed jikkonforma u jkompli jikkonforma mal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni jkunu disponibbli għall-partijiet interessati f'forma faċilment aċċessibbli, li tinftiehem u aġġornata. [Em. 36]

Artikolu 13

Limitazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-perjodu ta' limitazzjoni għall-proċedimenti għall-bidu ta' proċedimenti li jikkonċernaw ksur doganali msemmi fl-Artikoli minn 3 sa u 6 jkun erba’ snin u li jibda jiddekorri mill-jum li l-ksur doganali jkun twettaq.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-każ ta’ ksur doganali kontinwu jew ripetut, il-perjodu ta’ limitazzjoni jibda jiddekorri mill-jum li fih l-att jew l-ommissjoni li jikkostitwixxu l-ksur doganali jkun waqaf.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-perjodu ta’ limitazzjoni jiġi interrott minn kull att tal-awtorità kompetenti, notifikat lill-persuna inkwistjoni, marbuta mal-investigazzjoni jew mal-proċedimenti ġuridiċi dwar l-istess ksur doganali, jew b'att min-naħa tal-persuna responsabbli għall-ksur. Il-perjodu ta’ limitazzjoni jibda għandu jibqa' jiddekorri fil-jum tal-att li fih l-att interruttiv jiġi fi tmiemu.

4.  L-Istati Membri jiżguraw li l-bidu jew il-kontinwazzjoni ta’ Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14(2), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull proċediment li jikkonċerna ksur doganali msemmi fl-Artikoli minn fl-Artikolu 3 sa jew 6 jkun prekluż preskritt, irrispettivament minn kwalunkwe interruzzjoni tal-perjodu ta' limitazzjoni msemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, wara l-iskadenza ta’ perjodu ta’ tmien snin mill-jum imsemmi fil-paragrafi 1 jew 2 ta' dan l-Artikolu.

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-perjodu ta’ limitazzjoni għall-infurzar ta’ deċiżjoni li timponi sanzjoni huwa ta’ tliet snin. Dan il-perjodu għandu jibda jiddekorri mill-ġurnata li fiha d-deċizjoni mill-jum li fih id-deċizjoni ssir finali.

6.  L-Istati Membri għandhom jistipulaw il-każijiet fejn il-perjodi ta’ limitazzjoni stabbiliti fil-paragrafi 1, 4 u 5 jiġu sospiżi. [Em. 37]

Artikolu 14

Sospensjoni tal-proċedimenti

1.  L-Istati Membri jiżguraw li l-proċedimenti amministrattivi dwar ksur doganali msemmi fl-Artikoli 3 u 6 jiġu sospiżi meta jibdew il-proċedimenti kriminali kontra l-istess persuna b’konnessjoni mal-istess fatti.

2.  L-Istati Membri jiżguraw li l-proċedimenti amministrattivi li jkunu ġew sospiżi fir-rigward ta’ ksur doganali msemmi fl-Artikoli 3 u 6 ma jkomplux meta l-proċedimenti kriminali msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jkunu ngħalqu b'mod finali. F’każijiet oħra, il-proċedimenti amministrattivi li jkunu ġew sospiżi fir-rigward ta’ ksur doganali msemmi fl-Artikoli minn 3 u 6 jistgħu jerġgħu jibdew.

Artikolu 15

Ġurisdizzjoni

1.  L-Istati Membri jiżguraw li dawn jeżerċitaw ġurisdizzjoni fuq ksur doganali msemmi fl-Artikoli 3 u 6 skont kull kriterju li ġej:

(a)  il-ksur doganali jitwettaq totalment jew parzjalment fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru;

(b)  il-persuna li twettaq il-ksur doganali tkun ċittadin ta’ dan l-Istat Membru;

(c)  il-merkanzija marbuta mal-ksur doganali tkun fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru.

2.  L-Istati Membri jiżguraw li fil-każ li iżjed minn Stat Membru wieħed jitolbu ġurisdizzjoni fuq l-istess ksur doganali, l-Istat Membru li fih il-proċedimenti kriminali kontra l-istess persuna b’konnessjoni mal-istess fatti jkunu pendenti, jeżerċita l-ġurisdizzjoni. Meta l-ġurisdizzjoni ma tkunx tista’ tiġi determinata skont paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Istat Membru, li l-awtorità kompetenti tiegħu tkun tal-ewwel li bdiet il-proċedimenti, li jikkonċernaw ksur doganali kontra l-istess persuna b’konnessjoni mal-istess fatti, jeżerċita ġurisdizzjoni.

Artikolu 16

Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri

L-Istati Membri għandhom jikkooperaw u jpartu jiskambjaw kull informazzjoni meħtieġa dwar il-proċedimenti rigward att jew ommissjoni li jikkostitwixxu ksur doganali msemmi fl-Artikoli minn 3 sa u 6, b’mod partikolari fil-każ f'każijiet li fihom iżjed minn Stat Membru wieħed ikun beda proċedimenti kontra l-istess persuna b’konnessjoni mal-istess fatti. L-għan tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri għandu jkun li tiżdied l-effettività tal-kontrolli doganali fuq il-merkanzija u li jiġu armonizzati l-proċeduri fi ħdan l-Unjoni. [Em. 38]

Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri biex jinħolqu indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni applikabbli għall-kontrolli doganali u s-sanzjonijiet, it-tixrid tal-aħjar prattiki u l-koordinazzjoni tat-taħriġ tal-uffiċjali doganali. [Em. 39]

Artikolu 17

Sekwestru

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom il-possibbiltà li temporanjament jissekwestraw kull merkanzija, mezzi ta’ trasport u kull jew strument ieħor użat biex jitwettaq ksur doganali msemmi fl-Artikoli minn 3 sa 6 3 u 6. Jekk, wara l-impożizzjoni ta' sanzjoni, Stat Membru b'mod permanenti jikkonfiska merkanzija bħal din, jista' jagħżel li jeqred, jerġa' juża jew jirriċikla l-merkanzija, kif ikun xieraq. [Em. 40]

Artikolu 18

Rappurtar mill-Kummisjoni u rieżami

Sa [l-1 ta’ Mejju 2019], il-Kummissjoni tissottometti rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta l-punt sa fejn l-Istati Membri jkunu ħadu l-miżuri neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva.

Sal-31 ta' Diċembru 2017, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-elementi l-oħra tal-infurzar tal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni, bħas-superviżjoni, il-kontroll, u l-investigazzjoni, akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposta leġiżlattiva li tissupplimenta din id-Direttiva. [Em. 41]

Artikolu 18a

Rappurtar mill-Istati Membri

L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni statistika rigward il-ksur u li turi liema sanzjonijiet ġew imposti b'riżultat ta' dak il-ksur, sabiex jippermettu lill-Kummissjoni tivvaluta l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. L-informazzjoni hekk provduta għandha tintbagħat kull sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Il-Kummissjoni tista' tuża din id-data meta tirrevedi din id-Direttiva sabiex tapprossima aħjar is-sistemi ta' sanzjoni nazzjonali. [Em. 42]

Artikolu 19

Traspożizzjoni

1.  L-Istati Membri jdaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn l-1 ta' Mejju 2017. L-Istati Membri jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet li jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri jiddeċiedu kif issir referenza bħal din.

2.  L-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 20

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 21

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 487, 28.12.2016, p. 57.
(2) Testi adottati, P8_TA(2016)0400.
(3) ĠU C 487, 28.12.2016, p. 57.
(4) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2017.
(5) Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
(6)Direttiva (UE) 2017/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L ...).
(7)ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.
(8) Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (ĠU L 303, 31.10.2012, p. 1).


Żieda fl-epidemiji tal-HIV, Tuberkulożi u Epatite C fl-Ewropa
PDF 379kWORD 51k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2017 dwar ir-risposta tal-UE għall-HIV/AIDS, it-Tuberkulożi u l-Epatite C (2017/2576(RSP))
P8_TA(2017)0301B8-0436/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE(1),

–  wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) għar-risposta tas-settur tas-saħħa għall-HIV fir-reġjun Ewropew, li jindirizza l-istrateġija tas-settur tas-saħħa globali dwar l-HIV għall-perjodu 2016-2021,

–  wara li kkunsidra r-rapport epidemologiku annwali tal-2014 taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) dwar infezzjonijiet trażmessi sesswalment, inklużi l-HIV u viruses li jittieħdu mid-demm,

–  wara li kkunsidra r-rieżami sistematiku tal-2016 tal-ECDC dwar il-prevalenza tal-epatite B u C fl-UE/fiż-ŻEE,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni bil-Miktub tiegħu tad-29 ta' Marzu 2007 dwar il-ħepatite Ċ(2),

–  wara li kkunsidra l-gwida dwar il-kontroll tat-tuberkulożi f'popolazzjonijiet vulnerabbli u diffiċli biex jintlaħqu, maħruġa fl-2016 mill-ECDC,

–  wara li kkunsidra l-pjan ta' azzjoni 2016-2020 tad-WHO dwar it-tuberkulożi fir-reġjun Ewropew(3),

–  wara li kkunsidra l-eżitu tal-laqgħa informali tal-Ministri tas-Saħħa tal-UE li saret fi Bratislava fit-3 u l-4 ta' Ottubru 2016, fejn l-Istati Membri qablu li jagħtu l-appoġġ tagħhom għall-iżvilupp ta' qafas ta' politika integrat tal-UE dwar l-HIV, it-tuberkulożi u l-epatite virali,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal- Kummissjoni tat-22 ta' Novembru 2016, bit-titolu "Il-passi li jmiss għal ġejjieni Ewropew sostenibbli", li tiġbor fiha d-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-iżvilupp sostenibbli, kif ukoll il-governanza, fl-UE u madwar id-dinja, fejn il-Kummissjoni Ewropea tiddikjara li "se tikkontribwixxi billi tissorvelja, tirrapporta u twettaq rieżami tal-progress lejn l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli f'kuntest tal-UE" (COM(2016)0739),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta ta' Riga dwar it-Tuberkulożi u r-Reżistenza Għal Ħafna Mediċini tagħha magħmula waqt l-ewwel Konferenza Ministerjali tas-Sħubija tal-Lvant dwar dan is-suġġett li saret f'Riga fit-30-31 ta' Marzu 2015,

–  wara li kkunsidra l-ewwel Strateġija Globali tas-Settur tas-Saħħa dwar l-epatite virali 2016-2021, adottata mill-Assemblea Dinjija tas-Saħħa f'Mejju 2016, li tenfasizza r-rwol kruċjali ta' kopertura universali tas-saħħa u li l-għanijiet tagħha huma allinjati mal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, jiġifieri li sal-2030 il-każijiet ġodda ta' epatite virali jitnaqqsu b'90 %, u r-rata ta' mortalità b'65 %, u finalment li l-epatite virali tinqered bħala theddida għas-saħħa pubblika,

–  wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni tad-WHO/Ewropa għar-risposta tas-settur tas-saħħa għall-epatite virali fir-reġjun Ewropew tad-WTO li l-għan ġenerali tiegħu hu l-qerda tal-epatite virali bħala theddida għas-saħħa pubblika fir-reġjun Ewropew sal-2030, permezz tat-tnaqqis tal-morbidità u tal-mortalità dovuti għall-epatite virali u l-kumplikazzjonijiet tagħha, u filwaqt li jiġi żgurat aċċess ekwu għas-servizzi rakkomandati ta' prevenzjoni, ittestjar, kura u trattament għal kulħadd,

–  wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni Ewropew tad-WHO għall-HIV/AIDS 2012-2015,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' Marzu 2017 dwar l-għażliet biex jitjieb l-aċċess għall-mediċini(4), fejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri huma mħeġġa jadottaw pjanijiet strateġiċi biex jiżguraw aċċess għal mediċini li jsalvaw il-ħajja u jikkoordinaw pjan biex jeqirdu l-epatite C fl-Unjoni Ewropea bl-użu ta' għodod bħas-sistema Ewropea ta' akkwist konġunt,

–  wara li kkunsidra l-qafas tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDG) tan-Nazzjonijiet Uniti, b'mod partikolari l-SDG 3 li jinkludi l-objettiv li sal-2030 jintemmu l-epidemiji tal-HIV u tat-tuberkulożi, u li ssir ġlieda kontra l-epatite,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Berlin dwar it-Tuberkulożi – "Ilkoll Kontra t-Tuberkulożi" (EUR/07/5061622/5, Forum Ministerjali Ewropew tad-WHO, 74415), tat-22 ta' Ottubru 2007,

–  wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar l-HIV/AIDS, it-Tuberkulożi u l-Epatite C (O-000045/2017 – B8-0321/2017),

–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, skont l-ECDC, waħda minn kull seba' persuni li qed jgħixu bl-HIV ma tafx li hija infettata, u huwa stmat li jgħaddu madwar erba' snin bejn l-infezzjoni tal-HIV u d-dijanjożi; billi dawk milquta mill-HIV li ma jkunux ġew iddijanjostikati għandhom il-probabilità ta' 3,5 darbiet aktar li jittrażmettu l-HIV minn dawk li ġew iddijanjostikati;

B.  billi d-Dikjarazzjoni ta' Dublin dwar Sħubija għall-Ġlieda kontra l-HIV/AIDS fl-Ewropa u fl-Asja Ċentrali kienet ta' importanza sinifikanti fl-istabbiliment ta' qafas ta' monitoraġġ armonizzat fl-UE u fil-pajjiżi ġirien, li jippermetti li jiġi ssorveljat il-progress fil-ġlieda kontra l-HIV;

C.  billi hemm evidenza qawwija li l-profilassi qabel l-esponiment huwa effettiv biex jipprevjeni l-infezzjoni u li l-użu ta' trattament antiretrovirali jelimina kważi kompletament ir-riskju ta' trażmissjoni meta t-tagħbijiet virali jitnaqqsu għal livelli mhux traċċabbli(5);

D.  billi, fl-2015, għalkemm l-infezzjonijiet ġodda ta' HIV fost il-persuni li jinjettaw id-droga komplew jonqsu fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u taż-Żona Ekonomika Ewropea (UE/ŻEE), kwart tal-każijiet il-ġodda kollha ta' HIV dijanjostikati u rappurtati f'erba' pajjiżi kienu attribwiti għat-teħid tad-droga fil-vina;

E.  billi l-infezzjonijiet ġodda tal-HIV dovuti għat-trażmissjoni mill-ġenituri għat-tfal u mit-trasfużjonijiet tad-demm ġew virtwalment eliminati fl-UE/fiż-ŻEE;

F.  billi t-tuberkulożi (TB) u t-tuberkulożi reżistenti għal ħafna mediċini (MDR-TB), peress li jikkostitwixxu mard li jinġarr mill-arja, huma theddidiet transfruntieri għas-saħħa f'dinja globalizzata fejn il-mobilità tal-popolazzjoni qed tiżdied;

G.  billi l-epidemjoloġija tat-TB tvarja minn fl-UE/iż-ŻEE u tiddependi, inter alia, fuq il-progress ta' Stat Membru fil-mixja tiegħu lejn l-eliminazzjoni tat-TB;

H.  billi, minn total ta' 10 miljun każ ta' mewt assoċjati mar-reżistenza għall-mediċini li jistgħu jseħħu kull sena sal-2050, madwar kwart minnhom se jkunu ġejjin minn razez tat-TB reżistenti għall-mediċini, bi spiża għall-ekonomija globali ta' mill-inqas USD 16,7 biljun u ta' mill-inqas USD 1,1 biljun għall-Ewropa;

I.  billi għandha tingħata attenzjoni lill-kwistjoni tal-koinfezzjoni, b'mod partikolari bit-TB u l-epatite virali B u C; billi t-TB u l-epatite virali huma prevalenti ħafna, javvanzaw aktar malajr u jikkaġunaw morbidità u mortalità sinifikanti fost il-persuni li għandhom l-HIV;

J.  billi hemm ħtieġa urġenti ta' kooperazzjoni transfruntiera u interdixxiplinari biex jiġu indirizzati dawn l-epidemiji;

K.  billi l-epatite virali hija waħda mill-akbar theddidiet għas-saħħa pubblika madwar id-dinja u taffettwa madwar 240 miljun persuna bl-epatite B(6) kronika u madwar 150 miljun persuna bl-epatite C kronika; billi fir-Reġjun Ewropew tad-WHO madwar 13,3 miljun persuna qed tgħix bl-epatite B u madwar 15-il miljun persuna bl-epatite C; billi, barra minn hekk, kull sena, l-epatite B tikkawża madwar 36 000 mewta u l-epatite C madwar 86 000 mewta fl-Istati Membri fir-Reġjun Ewropew tad-WHO;

L.  billi d-WHO identifikat l-użu tad-drogi li jiġu injettati bħala mutur ewlieni tal-epidemija tal-epatite C fir-Reġjun Ewropew, fejn il-persuni li jinjettaw id-drogi (PWID) jirrappreżentaw il-maġġoranza tal-każijiet ġodda;

M.  billi, minħabba ż-żieda ġenerali fil-livelli ta' introjtu nazzjonali u l-bidliet fil-kriterji għall-eliġibilità għal finanzjament minn donaturi esterni, l-aċċess għall-appoġġ finanzjarju internazzjonali disponibbli għall-programmi tas-saħħa fir-Reġjun Ewropew qiegħed jonqos b'rata mgħaġġla; billi dan qed jaffettwa b'mod partikolari l-pajjiżi tal-Ewropa tal-Lvant u l-Asja Ċentrali, fejn ir-rati ta' HIV, TB u epatite C huma l-ogħla, li jqiegħed f'riskju serju r-risposta effikaċi għal dan il-mard; billi ħafna pajjiżi fir-Reġjun Ewropew tad-WHO għadhom jiddependu ħafna fuq finanzjament estern biex jiffinanzjaw il-programmi tas-saħħa tagħhom, b'mod partikolari għall-finijiet li tingħata għajnuna lil gruppi vulnerabbli u popolazzjonijiet primarjament milquta;

N.  billi se jkun diffiċli biex il-Kummissjoni tissorvelja l-progress fil-ksib tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli fir-rigward tal-epatite virali, minħabba n-nuqqas jew l-inadegwatezza frekwenti ta' data ta' sorveljanza fl-Istati Membri;

O.  billi għad hemm inkonsistenzi fl-approċċi fir-rigward tal-ġlieda kontra l-epatite virali fl-UE, b'uħud mill-Istati Membri li lanqas għandhom pjan nazzjonali, filwaqt li oħrajn ħadu impenji sinifikanti ta' finanzjament, daħħlu fis-seħħ strateġiji u żviluppaw pjanijiet nazzjonali għal reazzjoni komprensiva għall-piż tal-epatite virali;

P.  billi fid-dinja hemm bejn 130 u 150 miljun persuna li huma kronikament infettati bl-epatite C; billi madwar 700 000 persuna jmutu kull sena b'mard tal-fwied relatat mal-epatite C;

Q.  billi fl-2014, ġew irrapportati 35 321 każ ta' epatite C minn 28 Stat Membru tal-UE/taż-ŻEE, rata grossa ta' 8,8 każijiet għal kull 100 000 abitant(7);

R.  billi bejn l-2006 u l-2014, in-numru totali ta' każijiet dijanjostikati u rrapportati madwar l-Istati Membri tal-UE/taż-ŻEE kollha żdied bi 28,7 %, fejn il-maġġoranza ta' din iż-żieda ġiet osservata mill-2010(8);

S.  billi l-interpretazzjoni tad-data dwar l-epatite C madwar il-pajjiżi hija mxekkla mid-differenzi fis-sistemi ta' sorveljanza, fil-prattiki tal-ittestjar u fil-programmi, u mid-diffikultajiet fid-definizzjoni tal-każijiet bħala akuti jew kroniċi(9);

Qafas ta' politika komprensiv u integrat fil-livell tal-UE

1.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw strateġija komprensiva dwar Qafas ta' Politika tal-UE li jindirizza l-HIV/AIDS, it-tuberkulożi u l-epatite virali, filwaqt li jqisu ċ-ċirkustanzi differenti u l-isfidi speċifiċi li jħabbtu wiċċhom magħhom l-Istati Membri u l-pajjiżi ġirien li huma l-aktar affettwati mill-HIV u t-tuberkulożi reżistenti għal ħafna mediċini (MDR-TB);

2.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiżguraw il-livell ta' nfiq u mobilizzazzjoni tar-riżorsi meħtieġ biex jintlaħaq l-objettiv tal-SDG 3;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-ħidma mal-komunitajiet u l-persuni vulnerabbli permezz ta' kooperazzjoni multisettorjali, billi jiżguraw il-parteċipazzjoni tal-NGOs u l-forniment tas-servizzi lill-popolazzjonijiet affettwati;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jiżvolġu rwol politiku b'saħħtu fid-djalogu mal-pajjiżi ġirien fl-Ewropa tal-Lvant u l-Asja Ċentrali, jiżguraw li jkunu fis-seħħ pjanijiet għal tranżizzjoni sostenibbli lejn finanzjament domestiku, b'tali mod li l-programmi tal-HIV, l-epatite virali u t-TB jkunu effikaċi u li dawn jitkomplew u jiġu intensifikati wara li jiġi rtirat l-appoġġ tad-donaturi internazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill ikomplu jaħdmu mill-qrib ma' dawk il-pajjiżi bil-għan li jiżguraw li dawn jassumu responsabilità f'dak li għandu x'jaqsam mar-risposti kontra l-HIV, l-epatite virali u t-TB;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni tiddiskuti mal-Istati Membri u mal-Presidenzi futuri tal-Kunsill il-possibilità li d-Dikjarazzjoni ta' Dublin tiġi aġġornata sabiex l-HIV, l-epatite virali u t-TB jitqiegħdu fuq l-istess livell;

L-HIV/AIDS

6.  Jisħaq fuq il-punt li l-HIV għadha marda trażmissibbli li ġġorr l-akbar stigma soċjali, u li jista' jkollha impatt serju fuq il-kwalità tal-ħajja ta' dawk affettwati; jenfasizza l-fatt li kważi 30 000 każ ġdid ta' infezzjoni bl-HIV ġew irrappurtati minn 31 pajjiż tal-UE/taż-ŻEE fl-2015, b'ebda sinjal ċar ta' tnaqqis globali;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiffaċilitaw l-aċċess għat-trattament innovattiv, anke għall-aktar gruppi vulnerabbli, u jaħdmu biex tiġi miġġielda l-istigma soċjali assoċjata mal-infezzjoni bl-HIV;

8.  Jenfasizza li fl-UE/fiż-ŻEE, il-kopulazzjoni karnali għadu l-mod ta' trażmissjoni tal-HIV ewlieni rrappurtat, u warajh it-teħid tad-droga fil-vina; jissottolinja l-vulnerabilità tan-nisa u t-tfal għall-infezzjoni;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni u l-Kunsill biex mhux biss iżidu l-investiment fir-riċerka bil-għan li jiksbu kuri effikaċi u jiżviluppaw għodod ġodda u approċċi innovattivi u ċċentrati fuq il-pazjenti għall-ġlieda kontra dawn il-mardiet, iżda wkoll biex jiżguraw li dawn l-għodod ikunu disponibbli u affordabbli, u biex jindirizzaw il-koinfezzjonijiet b'mod aktar effikaċi, b'mod partikolari it-tuberkolożi u l-epatite virali B u C u l-komplikazzjonijiet tagħhom;

10.  Jenfasizza li l-prevenzjoni tibqa' l-istrument ewlieni fil-ġlieda kontra l-HIV/AIDS, iżda tnejn minn kull tliet pajjiżi tal-UE/taż-ŻEE jirrimarkaw li l-fondi disponibbli għall-prevenzjoni mhumiex biżżejjed biex jitnaqqas l-għadd ta' infezzjonijiet ġodda bl-HIV;

11.  Jistieden lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill ikomplu jappoġġjaw il-prevenzjoni tal-HIV/AIDS u r-rabta mal-kura permezz ta' azzjonijiet u proġetti konġunti fil-qafas tal-Programm tas-Saħħa tal-UE u jippromwovu miżuri ppruvati fir-rigward tas-saħħa pubblika għall-prevenzjoni tal-HIV, inklużi: servizzi komprensivi ta' tnaqqis ta' ħsara għall-persuni li jieħdu d-droga, it-trattament bħala prevenzjoni, l-użu tal-kondoms, il-profilassi qabel l-esponiment u edukazzjoni effikaċi dwar is-saħħa sesswali;

12.  Jistieden lill-Istati Membri jiffukaw fuq is-servizzi tal-ittestjar għall-HIV bil-għan li jilħqu l-popolazzjonijiet prinċipali f'żoni fejn hemm l-ogħla prevalenza ta' HIV, skont ir-rakkomandazzjonijiet tad-WHO;

13.  Jistieden lill-Istati Membri jiġġieldu b'mod effikaċi kontra l-infezzjonijiet trażmessi sesswalment li jżidu r-riskju ta' infezzjoni bl-HIV;

14.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex it-testijiet tal-HIV jagħmluhom disponibbli mingħajr ħlas, speċjalment għall-gruppi vulnerabbli, biex tiġi żgurata dijanjożi bikrija u jittejjeb ir-rappurtar tal-għadd ta' infezzjonijiet, li huwa importanti għall-għoti ta' informazzjoni adegwata u twissijiet dwar din il-marda;

Tuberkolożi

15.  Jisħaq fuq il-punt li fl-Unjoni Ewropea r-rati ta' TB huma fost l-aktar baxxi fid-dinja; jenfasizza, madankollu, li madwar 95 % tal-imwiet minħabba t-TB jseħħu f'pajjiżi bi dħul baxx u medju; jissottolinja, barra minn hekk, li r-Reġjun Ewropew tad-WHO, b'mod partikolari l-pajjiżi tal-Ewropa tal-Lvant u tal-Asja Ċentrali, huma affettwati ħafna mill-MDR-TB, b'madwar kwart tal-piż globali ta' MDR-TB; jenfasizza li 15 mis-27 pajjiż fejn hemm ħafna każijiet ta' MDR-TB identifikati mid-WHO qegħdin fir-Reġjun Ewropew;

16.  Jirrimarka li t-TB hija l-kawża ewlenija ta' mewt fost il-persuni milquta mill-HIV, u madwar waħda minn kull tlett imwiet fost persuni bl-HIV hija minħabba t-TB(10); jisħaq fuq il-punt li l-għadd ta' nies li jimirdu bit-TB reġa' żdied għat-tielet sena konsekuttiva fl-2014, minn 9 miljuni fl-2013 għal 9,6 miljun fl-2014; jisħaq ukoll li wieħed minn kull erba' każijiet ta' MDR-TB biss jiġi dijanjostikat, u dan jenfasizza l-lakuni kbar li jeżistu fid-detezzjoni u d-dijanjożi;

17.  Jinnota li r-reżistenza għall-antimikrobiċi hija sfida medika dejjem aktar serja fit-trattament tal-infezzjonijiet u l-mardiet, inkluż it-tuberkulożi;

18.  Ifakkar li l-interruzzjoni fit-trattament tikkontribwixxi għall-iżvilupp tar-reżistenza għall-mediċini, it-trażmissjoni tat-TB, u għal eżiti mhux sodisfaċenti għall-pazjenti individwali;

19.  Jisħaq fuq il-punt li, sabiex itejbu l-prevenzjoni, id-dijanjożi u l-aderenza għat-trattament tat-TB, il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri jeħtieġ li jiżviluppaw programmi għat-TB u jipprovdu appoġġ finanzjarju bil-għan li jsaħħu l-ħidma mal-komunitajiet u l-persuni vulnerabbli permezz ta' kooperazzjoni multisettorjali, li għandha tinkludi l-parteċipazzjoni tal-NGOs, speċjalment fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jenfasizza, barra minn hekk, li l-involviment finanzjarju tal-atturi kollha li jissussidjaw it-trattament għat-TB huwa essenzjali għall-kontinwità tal-kura tat-TB, peress li t-trattamenti jistgħu jkunu eċċessivament għalja;

20.  Jenfasizza l-importanza tal-ġlieda kontra l-kriżi emerġenti tar-reżistenza għall-antimikrobiċi, fosthom permezz tal-finanzjament tar-riċerka u l-iżvilupp ta' tilqimiet ġodda kif ukoll l-approċċi, id-dijanjostika u t-trattament għat-tuberkulożi innovattivi u ffukati fuq il-pazjent;

21.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jiżvolġu rwol politiku b'saħħtu biex jiżguraw li r-rabta bejn ir-reżistenza għall-antimikrobiċi u l-MDR-TB tkun riflessa fl-eżitu tas-Summit tal-G20 ta' Lulju 2017 fil-Ġermanja kif ukoll fil-Pjan ta' Azzjoni l-ġdid tal-UE dwar ir-reżistenza għall-antimikrobiċi, li mistenni jiġi ppubblikat fl-2017;

22.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkooperaw fl-introduzzjoni ta' miżuri transfruntieri biex jiġi evitat it-tixrid tat-TB permezz ta' arranġamenti bilaterali bejn il-pajjiżi u azzjonijiet konġunti;

23.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri jsaħħu u jifformalizzaw il-kollaborazzjoni reġjonali dwar it-TB u l-MDR-TB fl-ogħla livell politiku fis-setturi differenti u jibnu sħubijiet mal-Presidenzi tal-UE li jmiss bil-għan li titkompla din il-ħidma;

L-epatite C

24.  Jisħaq fuq il-punt li fl-Unjoni Ewropea l-epatite virali tittieħed l-aktar mill-użu tad-drogi permezz ta' injezzjoni meta diversi persuni jużaw l-istess siringi kkontaminati u tagħmir mhux sterilizzat għall-injezzjoni tad-drogi; jisħaq fuq il-punt li r-rata ta' persuni li jaħdmu fil-qasam tal-kura tas-saħħa li jispiċċaw infettati mill-epatite minħabba li jkorru bil-labar tas-siringi għadha ogħla mill-medja; jenfasizza li l-forniment ta' servizzi għat-tnaqqis tal-ħsara, inkluż it-trattament ta' sostituzzjoni tal-opjati u l-programmi dwar il-labar u s-siringi, jikkostitwixxi strateġija fundamentali għall-prevenzjoni tal-epatite virali, li għandha tinkludi wkoll miżuri biex jingħelbu l-istigma u d-diskriminazzjoni; jenfasizza li t-testijiet anti-HCV u HBsAg spiss mhumiex parti mill-eżamijiet tas-saħħa rimborżati; jenfasizza li l-virus, f'każijiet rari, jista' jiġi trażmess sesswalment, jew f'ambjenti tal-kura tas-saħħa u tal-kura kożmetika minħabba prattiki inadegwati f'dak li għandu x'jaqsam mal-kontroll tal-infezzjonijiet, jew b'mod perinatali minn omm infettata lit-tarbija;

25.  Jisħaq fuq il-punt li aktar minn 90 % tal-pazjenti ma juru l-ebda sintomu li jkunu ġew infettati bil-marda u normalment din tiġi skoperta b'kumbinazzjoni waqt analiżi jew meta jibdew jidhru s-sintomi, u dan iwassal għal epatite kronika f'55 % sa 85 % tal-każijiet; billi, fi żmien 20 sena, dawk li jbatu mill-epatite kronika għandhom riskju ta' 15-30 % li jiżviluppaw ċirrożi fil-fwied – il-kawża ewlenija tal-karċinoma epatoċellulari;

26.  Jenfasizza li, f'75 % tal-każijiet ta' karċinoma epatoċellulari, il-pazjent jirriżulta pożittiv għat-test seroloġiku tal-HCV;

27.  Jenfasizza li m'hemm l-ebda protokoll standardizzat fl-Istati Membri għall-iskrinjar tal-epatite C u li d-data dwar l-għadd ta' persuni affettwati taf tkun sottovalutata;

28.  Jenfasizza li f'April 2016 id-WHO aġġornat il-Linji Gwida tagħha għall-iskrinjar, il-kura u t-trattament tal-persuni infettati bl-epatite C kronika, u li dawn jikkomplementaw il-gwida eżistenti tad-WHO dwar il-prevenzjoni tat-trażmissjoni ta' viruses li jinxterdu permezz tad-demm, fosthom l-HCV; jinnota li dawn il-linji gwida jipprovdu rakkomandazzjonijiet essenzjali f'dawn l-oqsma u jiddiskutu konsiderazzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tagħhom;

29.  Jenfasizza li l-infezzjoni bl-HCV tista' titfejjaq, speċjalment jekk tkun dijanjostikata u trattata bil-kombinazzjoni xierqa ta' mediċini antivirali; jirrimarka, b'mod partikolari, li t-trattament antivirali issa jista' jfejjaq aktar minn 90 % tal-persuni infettati bl-HCV; jenfasizza li l-prevenzjoni tal-HBV virali hija possibbli permezz tat-tilqim u li l-HBV virali tista' tiġi kkontrollata, iżda li anqas minn 50 % tal-persuni bl-epatite virali kronika jiġu dijanjostikati biss deċennji wara li jkunu ġew infettati;

30.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw finanzjament sostenibbli tal-pjanijiet nazzjonali għall-qerda tal-epatite virali, u jagħmlu użu mill-Fondi Strutturali tal-UE u fondi oħra disponibbli tal-UE;

31.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri jdaħħlu fis-seħħ programm armonizzat ta' sorveljanza tal-infezzjonijiet madwar l-UE kollha li jistgħu jidentifikaw it-tifqigħat tal-epatite virali, tat-TB u tal-HIV fi żmien xieraq, jevalwaw it-tendenzi fl-inċidenza, jipprovdu stimi tal-piż tal-mard u jsegwu b'mod effikaċi u fi żmien reali is-sekwenza tad-dijanjożi, tat-trattament u tal-kura, b'mod partikolari għal gruppi vulnerabbli speċifiċi;

32.  Jistieden lill-Kummissjoni tmexxi diskussjonijiet mal-Istati Membri dwar l-aħjar mod kif jiġu mogħnija l-professjonisti tal-kura primarja (bħall-inklużjoni ta' testijiet anti-HCV u HBsAg fl-eżamijiet tas-saħħa, l-istorja medika, it-testijiet ta' segwitu u l-formulazzjoni tal-perkorsi ta' referenza), bil-għan li tiżdied ir-rata ta' dijanjożi u tiġi żgurata kura li tkun konformi mal-linji gwida;

33.  Jiddispjaċih li attwalment m'hemm l-ebda tilqima disponibbli għall-epatite C, u dan ifisser li l-prevenzjoni primarja u sekondarja hija ta' importanza kruċjali; jenfasizza, madankollu, li l-karatteristiċi speċifiċi tal-infezzjoni tal-epatite C u n-nuqqas ta' protokolli ta' skrinjar f'ħafna każijiet jimpedixxu l-ittestjar;

34.  Jistieden lill-Kummissjoni, taħt it-tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC), biex tniedi pjan multidixxiplinari, f'koordinament mal-Istati Membri, li jistandardizza l-protokolli tal-iskrinjar, l-ittestjar u t-trattament, u li jeqred l-epatite C fl-UE sal-2030;

o
o   o

35.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, lill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 293, 5.11.2013, p. 1.
(2) ĠU C 27 E, 31.1.2008, p. 247.
(3) http://www.euro.who.int/__data/assets/pdf_file/0007/283804/65wd17e_Rev1_TBActionPlan_150588_withCover.pdf
(4) Testi adottati, P8_TA(2017)0061.
(5) https://thinkprogress.org/massive-hiv-treatment-study-found-zero-transmissions-between-mixed-status-couples-73d4a497f77b.
(6) http://www.euro.who.int/en/health-topics/communicable-diseases/hepatitis/data-and-statistics.
(7) Rapport Epidemjoloġiku Annwali - ECDC: http://ecdc.europa.eu/en/healthtopics/hepatitis_C/Documents/aer2016/AER-hepatitis-C.pdf.
(8) Ibid.
(9) Ibid.
(10) Ir-rapport Globali 2015 tad-WHO dwar it-tuberkulożi.


Baġit 2018 - Mandat għat-Trilogu
PDF 502kWORD 59k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-mandat għat-trilogu dwar l-abbozz ta' baġit 2018 (2017/2043(BUD))
P8_TA(2017)0302A8-0249/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, adottat mill-Kummissjoni fit-30 ta' Mejju 2017 (COM(2017)0400),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(2),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-linji gwida ġenerali għat-tħejjija tal-baġit 2018, Taqsima III - Kummissjoni(4),

–  wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-linji gwida baġitarji għall-2018 (06522/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 86a tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0249/2017),

Abbozz ta' baġit għall-2018: inwettqu l-objettivi fl-oqsma tat-tkabbir, l-impjiegi u s-sigurtà

1.  Ifakkar li, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Marzu 2017, il-Parlament ikkonferma li t-tkabbir sostenibbli, impjiegi diċenti, ta' kwalità u stabbli, il-koeżjoni soċjoekonomika, is-sigurtà, il-migrazzjoni u t-tibdil fil-klima huma l-kwistjonijiet fil-qalba tal-baġit tal-UE għall-2018 u l-prijoritajiet ewlenin tiegħu;

2.  Jemmen li, f'termini ġenerali, il-proposta tal-Kummissjoni hija punt ta' tluq tajjeb għan-negozjati ta' din is-sena, filwaqt li jikkunsidra li l-baġit tal-UE għall-2018 irid jippermetti li l-UE tkompli tiġġenera t-tkabbir sostenibbli u l-impjiegi filwaqt li tiżgura s-sigurtà taċ-ċittadini tagħha u tindirizza l-isfidi fil-qasam tal-migrazzjoni; jiddispjaċih li l-proposta tal-Kummissjoni ma tikkorrispondix kompletament mal-appell tal-Parlament għal azzjoni kontra t-tibdil fil-klima;

3.  Jilqa' d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinkludi fl-abbozz ta' baġit ir-riżultati tar-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) 2014-2020, saħansitra qabel l-adozzjoni formali tagħha min-naħa tal-Kunsill, biex b'hekk bagħtet sinjal qawwi dwar l-importanza ta' din ir-reviżjoni tal-QFP, u l-ħtieġa għal żieda tal-flessibilità fil-baġit tal-UE li tkun tista' tippermetti li l-Unjoni twieġeb b'mod effikaċi għal emerġenzi ġodda u tiffinanzja l-prijoritajiet politiċi tagħha;

4.  Itenni l-konvinzjoni soda tiegħu li, sabiex jintlaħqu l-objettivi tat-tkabbir sostenibbli u tal-ħolqien ta' impjiegi stabbli u ta' kwalità fl-UE, huwa essenzjali li tingħata spinta għall-investiment fir-riċerka, l-innovazzjoni, l-infrastruttura, l-edukazzjoni u l-impriżi ta' daqs żgħir u medju (SMEs); jilqa' f'dan ir-rigward il-proposti għat-tisħiħ ta' Orizzont 2020, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) u l-programm Erasmus+, peress li dawn il-programmi se jikkontribwixxu direttament biex jintlaħqu dawn l-għanijiet; jikkunsidra madankollu li se jkun hemm bżonn ta' tisħiħ ulterjuri, b'mod speċjali minħabba t-tnaqqis li sar għall-finanzjament ta' dawn il-politiki li gawda minnu l-finanzjament tal-FEIS;

5.  Ifakkar fir-rwol kruċjali li jiżvolġu l-SMEs fil-ħolqien tal-impjiegi u t-tnaqqis tad-diskrepanza fl-investiment, u jissottolinja li l-finanzjament adegwat tagħhom irid jibqa' waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-baġit tal-UE; jiddispjaċih, f'dan ir-rigward, li l-allokazzjoni proposta għall-programm COSME hija ta' 2,9 % aktar baxxa meta mqabbla ma' dik tal-baġit 2017, u jesprimi l-intenzjoni tiegħu li jsaħħaħ ulterjorment dan il-programm fil-baġit 2018; jindika l-ħtieġa għal appoġġ ulterjuri għall-SMEs u jappella biex l-impenji finanzjarji tal-programm jiġu kompletament sodisfatti fis-snin li jifdal tal-QFP attwali; jilqa' t-tentattiv li qed tagħmel il-Kummissjoni biex tissemplifika l-finanzjament għall-SMEs f'Orizzont 2020;

6.  Ifaħħar ir-rwol li qed jiżvolġi l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) biex jegħleb id-diskrepanza fl-investiment madwar l-UE u bejn territorju u ieħor tal-UE, u biex jgħin fl-implimentazzjoni ta' investimenti strateġiċi li jipprovdu livell għoli ta' valur miżjud lill-ekonomija, l-ambjent u s-soċjetà; jappoġġa għaldaqstant l-estensjoni tiegħu sal-2020; jirrileva l-fatt li l-fondi jiġu assorbiti rapidament fil-Komponent tal-SMEs tal-FEIS u jilqa' l-intenzjoni li jiġi amplifikat; jiddispjaċih, madankollu, rigward in-nuqqas ta' approċċ olistiku għall-finanzjament tal-SMEs li kieku jippermetti li dak li jkun jieħu idea ċara tal-fondi totali disponibbli; jissottolinja l-pożizzjoni tiegħu fin-negozjati leġiżlattivi li għaddejjin bħalissa li ma jkun xieraq li jsir l-ebda tnaqqis ieħor għall-programmi eżistenti tal-UE sabiex tiġi finanzjata din l-estensjoni; jikkunsidra li ma jkunx xieraq li l-FEIS, li l-fond ta' garanzija tiegħu fil-biċċa l-kbira huwa finanzjat mill-baġit tal-UE, jagħti l-appoġġ tiegħu għall-entitajiet stabbiliti jew inkorporati fil-ġurisdizzjonijiet elenkati taħt il-politika rilevanti tal-UE rigward il-ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx, jew li ma jkunux effettivament konformi mal-istandards fiskali dwar it-trasparenza u l-iskambju tal-informazzjoni fil-livell tal-UE jew f'dak internazzjonali;

7.  Jieħu nota pożittiva tal-inizjattivi tal-UE fl-oqsma tar-riċerka dwar id-difiża u tal-iżvilupp u l-akkwist tat-teknoloġija, li se jikkontribwixxu biex jinkisbu l-ekonomiji ta' skala fis-settur u koordinament akbar bejn l-Istati Membri u li, jekk jiġu żviluppati b'mod korrett, se jwasslu għal infiq aktar razzjonali fil-qasam tad-difiża u jippermettu li jiġu frankati r-riżorsi fil-livell nazzjonali; jissottolinja wkoll il-ħtieġa li jittejbu l-kompetittività u l-innovazzjoni fl-industrija tad-difiża Ewropea; ifakkar fil-pożizzjoni preċedenti tagħha li jkun xieraq li l-inizjattivi ġodda f'dan il-qasam jiġu ffinanzjati minn fondi addizzjonali u m'ma jkunux ta' detriment għall-programmi eżistenti, inkluża s-CEF;

8.  Jinnota li l-Kummissjoni ma tatx segwitu għat-talba tal-Parlament biex tressaq valutazzjoni u proposti rilevanti għal "Pass Interrail għall-Ewropa f'għeluq it-18-il sena"; jemmen li tali proposti għandhom il-potenzjal li jagħtu spinta lill-kuxjenza u l-identità Ewropej; jisħaq madankollu li kwalunkwe proġett ġdid irid jiġi finanzjat permezz ta' riżorsi finanzjarji ġodda u mingħajr ma jħalli impatt fuq il-programmi eżistenti, u jkun xieraq li jkun kemm jista' jkun soċjalment inklużiv; itenni l-appell preċedenti tiegħu lill-Kummissjoni biex tressaq proposti rilevanti f'dan ir-rigward;

9.  Jilqa' l-fatt li l-abbozz ta' baġit 2018 jinkludi allokazzjoni addizzjonali għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI), biex b'hekk iwieġeb għall-appelli preċedenti tal-Parlament biex dan il-programm jitkompla; jinnota, b'mod parallel, il-proposta għall-abbozz ta' baġit emendatorju 3/2017 li jintegra l-provvediment ta' EUR 500 miljun f'impenji għall-YEI, skont il-qbil li ntlaħaq mill-Parlament u l-Kunsill fil-konċiljazzjoni baġitarja tal-2017; jinsab konvint li huwa ċar li l-ammonti proposti mhumiex biżżejjed biex il-YEI tilħaq l-għanijiet tagħha, u jemmen li sabiex ikun jista' jindirizza l-qgħad fost iż-żgħażagħ b'mod effikaċi, il-YEI trid tkompli tikkontribwixxi għall-objettiv prijoritarju tal-Unjoni ta' tkabbir u impjiegi; jinsisti fuq il-ħtieġa li tingħata tweġiba effikaċi għall-qgħad fost iż-żgħażagħ madwar l-Unjoni, u jissottolinja li l-YEI tista' tittejjeb ulterjorment u ssir aktar effiċjenti, b'mod speċjali billi jiġi żgurat li ġġib valur miżjud Ewropew ta' vera għall-politiki dwar l-impjiegi għaż-żgħażagħ fl-Istati Membri u ma tissostitwixxix il-finanzjament tal-politiki nazzjonali preċedenti;

10.  Ifakkar li l-politika ta' koeżjoni tiżvolġi rwol primarju għall-iżvilupp u t-tkabbir tal-UE; jisħaq li huwa mistenni li, fl-2018, il-programmi tal-politika ta' koeżjoni se jaċċeleraw u jilħqu r-ritmu operattiv tagħhom; jenfasizza l-impenn li ħa l-Parlament biex jiżgura approprjazzjonijiet adegwati għal dawn il-programmi, li jirrappreżentaw waħda mill-politiki fil-qalba tal-UE; jinsab imħasseb, madankollu, minħabba d-dewmien inaċċettabbli fl-implimentazzjoni tal-programmi operattivi fil-livell nazzjonali; jappella lill-Istati Membri biex jiżguraw li d-deżinjazzjoni tal-awtoritajiet ta' ġestjoni, awditjar u ċertifikazzjoni tiġi konkluża u l-implimentazzjoni titħaffef; jirrikonoxxi li, minħabba n-negozjati twal dwar il-bażijiet ġuridiċi, l-istituzzjonijiet tal-UE involuti fihom għandhom sehem mir-responsabilità għar-rata ta' implimentazzjoni baxxa; jinnota l-fatt li xi Stati Membri jikkunsidraw li fl-ondi ta' koeżjoni jistgħu jkunu għodda li tiggarantixxi s-solidarjetà fil-politiki tal-Unjoni;

11.  Jinsab partikolarment imħasseb dwar il-possibilità li jerġa' jiġi akkumulat arretrat ta' kontijiet mhux imħallsa lejn tmiem il-perjodu tal-QFP attwali, u jfakkar fl-ammont bla preċedent ta' EUR 24,7 biljun li ntlaħaq fl-aħħar tal-2014; jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni, fl-okkażjoni tar-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP, ipprovdiet għall-ewwel darba previżjoni tal-pagamenti sal-2020, iżda jisħaq li hemm bżonn li din tiġi aġġornata kull sena kif dovut, sabiex l-awtorità baġitarja tkun tista' tieħu l-miżuri meħtieġa fil-ħin; iwissi rigward l-effett negattiv li kieku jkollha kriżi ġdida fil-qasam tal-pagamenti, b'mod speċjali fuq il-benefiċjarji tal-baġit tal-UE; jinsab konvint li l-kredibilità tal-UE hija kkollegata wkoll mal-kapaċità tagħha li tiżgura livell adegwat ta' approprjazzjonijiet ta' pagament fil-baġit tal-UE li jippermettilha tissodisfa l-impenji tagħha; jissottolinja l-effett negattiv li l-pagamenti tard jkollhom fuq is-settur privat, u b'mod partikolari fuq l-SMEs tal-UE li jkollhom kuntratti ma' korpi pubbliċi;

12.  Jirrileva l-importanza li jiġi sodisfatt l-impenn tal-UE li tilħaq l-għanijiet stabbiliti fil-COP21, b'mod speċjali fid-dawl tad-deċiżjoni li ħadet dan l-aħħar l-amministrazzjoni tal-Istati Uniti li toħroġ mill-ftehim; jissottlonja f'dan ir-rigward li, jekk ma jsirux aktar sforzi, hemm riskju serju li ma jinkisibx l-objettiv li, fil-QFP 2014-2020, jiġi dedikat sehem ta' minn tal-anqas 20 % tal-infiq tal-UE għall-azzjonijiet relatati mal-klima; jinnota bi tħassib iż-żieda modesta ta' 0,1 % fir-rigward tal-bijodiversità; jisħaq fuq l-importanza li l-protezzjoni tal-bijodiversità tiġi integrata fl-azzjonijiet predominanti fil-baġit tal-UE, u jtenni l-appell preċedenti tiegħu favur metodoloġija ta' monitoraġġ li tqis l-infiq kollu relatat mal-bijodiversità u l-effiċjenza tiegħu; jisħaq ukoll li jkun tajjeb li l-proġetti ffinanzjati mill-UE jkunu mmirati biex ma jħallux impatt negatti fuq il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew fuq it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju;

13.  Jenfasizza li l-mobilizzazzjoni bla preċedent tal-istrumenti speċjali wriet li l-baġit tal-UE ma kienx inizjalment maħsub biex jindirizza kwistjonijiet bħall-kriżi attwali fl-oqsma tal-migrazzjoni u tar-rifuġjati. jemmen li tranżizzjoni lejn approċċ sussegwenti għal kriżi tkun prematura; jopponi għaldaqstant it-tnaqqis propost fl-Intestatura 3 meta mqabbla mal-baġit 2017, li ma jaqbilx mal-wegħda li għamlet l-UE li tindirizza l-kriżi fl-oqsma tal-migrazzjoni u tar-rifuġjati b'mod effiċjenti; jisħaq, madankollu, li wara rispons għal sitwazzjoni urġenti bla preċedent, ikun xieraq li jsegwi approċċ aktar sistemiku u proattiv, li jiġi kkomplementat b'użu effikaċ tal-baġit tal-UE; itenni li s-sigurtà u s-sikurezza taċ-ċittadini huma prijorità tal-UE;

14.  Jafferma mill-ġdid li t-taqbida kontra l-kawżi li huma fl-għeruq tal-kriżi fl-osma tal-migrazzjoni u tar-rifuġjati tirrappreżenta soluzzjoni sostenibbli fuq żmien twil, flimkien ma' stabbilizzazzjoni tal-viċinati tal-UE, u li l-investimenti fil-pajjiżi ta' oriġini tal-migranti u r-rifuġjati huma essenzjali sabiex jintlaħaq dan l-objettiv; jilqa', f'dan ir-rigward, il-Pjan ta' Investiment Estern u l-qbil bejn l-istituzzjonijiet dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli, u jitlob għall-implimentazzjoni rapida tal-fond; jinnota għalhekk b'sorpriża t-tnaqqis fl-Intestatura 4 li ma jistax jiġi kompletament iġġustifikat fil-qafas taż-żidiet baġitarji fl-imgħoddi jew ir-rata baxxa ta' implimentazzjoni; jafferma mill-ġdid li t-taqbida kontra l-kawżi li huma l-għeruq tal-migrazzjoni tinkludi l-indirizzar ta' kwistjonijiet bħall-faqar, il-qgħad, l-edukazzjoni u l-opportunitajiet ekonomiċi, imma mhix limitat għalihom biss;

15.  Jilqa' ż-żieda proposta għall-komponent tal-Lvant tal-Istrument Ewropew ta' Viċinat bi tweġiba għall-appelli preċedenti tal-Parlament; jinsab konvint li l-appoġġ tal-UE, b'mod speċjali għall-pajjiżi li ffirmaw Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni, huwa essenzjali biex jiġu approfonditi l-integrazzjoni u l-konverġenza ekonomiċi mal-UE biex jiġu promossi d-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem fil-Viċinat tal-Lvant tagħna; jisħaq li jkun xieraq li tali appoġġ japplika sakemm il-pajjiżi kkonċernati jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibilità, b'mod speċjali fir-rigward tal-istat tad-dritt, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u t-tqawwija tal-istituzzjonijiet demokratiċi;

16.  Jenfasizza l-importanza tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) li ġie stabbilit biex iwieġeb għal diżastri naturali kbar u jesprimi solidarjetà Ewropea għal reġjuni milquta minn diżastri fl-Ewropa u jieħu nota taż-żieda proposta fl-approprjazzjonijiet ta' impenn u pagamenti għall-FSUE; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta mingħajr dewmien jekk tkunx meħtieġa żieda ulterjuri filwaqt li tikkunsidra, b'mod partikolari, it-terremoti fl-Italja u n-nirien fi Spanja u fil-Portugall (bit-telfa traġika ta' ħajjiet umani), li kellhom impatt drammatiku u sostanzjali fuq il-ħajja umana, partikolarment f'reġjuni żvantaġġati; jitlob l-adattament tar-regoli għall-mobilizzazzjoni ta' dan il-fond, biex jippermetti mobilizzazzjoni aktar flessibbli u f'waqtha, li tkopri firxa usa' ta' diżastri b'impatti sinifikanti u tnaqqas il-ħin bejn id-diżastru u d-disponibilità ta' fondi;

17.  Jinnota li l-abbozz ta' baġit 2018 iħalli marġnijiet limitati ferm jew saħansitra l-ebda marġni taħt il-limiti massimi tal-QFP fl-Intestaturi 1a, 1b, 1, 3 u 4 kollha ; jikkunsidra li dan huwa konsegwenza tal-inizjattivi ġodda sinifikanti li ttieħdu mill-2014 (il-FEIS, il-proposti relatati mal-migrazzjoni u, dan l-aħħar, ir-riċerka fil-qasam tad-difiża u l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà), u li ddeffsu taħt il-limiti massimi tal-QFP li ntlaħaq qbil dwarhom fl-2013; ifakkar li l-QFP, b'mod partikolari wara r-reviżjoni ta' nofs it-terminu tiegħu, jipprevedi dispożizzjonijiet ta' flessibilità li, għalkemm limitati, ikun tajjeb li jiġu sfruttati sal-livell massimu possibbli b'mod li jinżamm il-livell ta' ambizzjoni tal-programmi li jirnexxu u jiġu affrontati sfidi ġodda u imprevisti; jesprimi l-intenzjoni tal-Parlament li jattiva dispożizzjonijiet ta' flessibilità ulterjuri ta' dan it-tip bħala parti mill-proċess ta' emenda; jappella, għal darba oħra, favur l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġenwini ġodda fil-baġit tal-UE;

18.  Jinnota, f'dan ir-rigward, li l-abbozz ta' baġit jinkludi diversi riferimenti għall-ħtieġa ta' ittra ta' emenda li tista' parzjalment tantiċipa l-pożizzjoni tal-Parlament fil-proċedura baġitarja; jiddispjaċih li, minflok ma inkludiethom diġà fl-abbozz ta' baġit, il-Kummissjoni ħabbret li possibilment jistgħu jiġu proposti inizjattivi ġodda fil-qasam tas-sigurtà u l-migrazzjoni u estensjoni tal-Faċilità għar-Rifuġjati fit-Turkija bħala parti minn ittra emendatorja fil-ġejjieni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprovdi dettalji dwar dawn il-proposti ġejjiena fi żmien utli li jippermetti li l-awtorità baġitarja teżaminahom kif suppost; jisħaq li ma jkunx xieraq li dawn l-inizjattivi potenzjali ma jqisux it-talbiet u l-emendi mressqa mill-Parlament fil-kuntest ta' din il-proċedura baġitarja, u wisq anqas li jeħdulhom posthom;

19.  Itenni l-appoġġ tiegħu għall-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-Kummissjoni "Baġit Iffokat fuq ir-Riżultati" u jappella favur it-titjib kontinwu tal-kwalità u l-preżentazzjoni tad-data dwar il-prestazzjoni, b'mod li tiġi pprovduta informazzjoni preċiża, ċara u komprensibbli dwar il-prestazzjoni tal-programmi tal-UE;

Subintestatura 1a – Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

20.  Jinnota li, meta mqabbla ma' dik tal-2017, il-proposta tal-Kummissjoni għall-2018 tikkorrispondi għal żieda fl-impenji taħt is-subintestatura 1a ta' +2,5 % biex laħqu EUR 21 841,3 miljun; jilqa' l-fatt li Orizzont 2020, is-CEF u l-programm Erasmus+ jirrappreżentaw parti sinifikanti minn din iż-żieda peress li l-approprjazzjonijiet ta' impenn tagħhom se jkunu żdiedu b'7,3 %, 8,7 % u 9,5 % rispettivament, iżda xorta jinnota li dawn il-livelli huma kemxejn anqas mill-ipprogrammar finanzjarju tagħhom; jirrileva b'mod partikolari r-rata ferm baxxa ta' suċċess għall-applikazzjonijiet taħt Orizzont 2020;

21.  Jinsab sorpriż, madankollu, li l-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament għall-programm COSME tnaqqsu bi 2,9 % u 31,3 % rispettivament, għalkemm l-appoġġ għall-SMEs ġie identifikat bħala waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-UE;

22.  Itenni, fir-rigward tal-estensjoni tal-FEIS, li l-Parlament jopponi kwalunkwe tnaqqis ulterjuri għas-CEF, u huwa tal-fehma li l-EUR 1,1 biljun addizzjonali li ġew allokati għall-garanzija tal-UE jmisshom jittieħdu biss mill-marġnijiet mhux allokati (ammont ta' EUR 650 biljun) u l-introjtu pożittiv nett mistenni (ammont ta' EUR 450 biljun); ifakkar li l-pakkett tas-CEF (it-taqsima għat-teknoloġija ta' informazzjoni u komunikazzjoni) jintegra fih ukoll l-inizjattiva Wifi4EU l-ġdida; ifakkar li l-baġit tas-CEF huwa sistematikament soġġett għal sottoskrizzjoni eċċessiva minħabba approprjazzjonijiet insuffiċjenti, b'mod speċjali fir-rigward tat-taqsima għall-infrastruttura;

23.  Jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni biex jitwaqqaf Korp Ewropew ta' Solidarjetà (KES); jinnota bi tħassib madankollu li, minkejja t-twissijiet tal-Parlament, il-proposta leġiżlattiva adottata fit-30 ta' Mejju 2017 tipprevedi li tliet kwarti mill-baġit tal-KES jiġi finanzjat permezz ta' riallokazzjonijiet mill-programmi eżistenti, u prinċipalment mill-programm Erasmus+ (EUR 197,7 miljun); jinsab mħasseb dwar ir-riskju li din is-sitwazzjoni tikkawża lil dawk il-programmi tal-UE u jesprimi l-intenzjoni tiegħu li jssaħħaħ ulterjoment lill-programm Erasmus+ fil-baġit 2018; itenni li kwalunkwe impenn politiku ġdid imissu jiġi finanzjat permezz ta' approprjazzjonijiet ġodda u mhux minn riżorsi riassenjati mill-programmi eżistenti;

24.  Jilqa' l-proposta biex tiġi amplifikata l-azzjoni preparatorja dwar ir-riċerka fil-qasam tad-difiża u l-preżentazzjoni mill-Kummissjoni ta' proposta leġiżlattiva għal programm għall-iżvilupp fl-industrija tad-difiża;

Subintestatura 1b – Koezjoni ekonomika, soċjali u territorjali

25.  Jinnota li, b'kollox, l-approprjazzjonijiet ta' impenn għas-subintestatura 1b jammontaw għal EUR 55 407,9 miljun, li jirrappreżentaw żieda ta' 2,4 % meta mqabbla mal-baġit tal-2017, jekk jiġi inkluż l-abbozz ta' baġit emendatorju 3;

26.  Jinnota li l-ammont propost ta' EUR 46 763,5 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament huwa 25,7 % ogħla milli kien fl-2017, u fil-biċċa l-kbira dan jirrifletti t-tnaqqis li ġġarrab fl-2017 minħabba d-dewmien li kien hemm biex effettivament tnedew il-programmi operattivi l-ġodda; ifakkar li l-previżjonijiet impreċiżi min-naħa tal-Istati Membri wasslu għal sottovalutazzjoni sinifikanti tar-rata ta' użu tal-approprjazzjonijiet ta' pagament taħt is-subintestatura 1b fl-2016 b'aktar minn EUR 11-il biljun, u jinnota li, mill-previżjonijiet preċedenti, il-livelli proposti għall-2018 diġà ġew riveduti 'l isfel b'EUR 1,6 biljun;

27.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-implimentazzjoni tal-programmi tal-2014-2020 tilħaq il-veloċità massima, u jemmen b'mod qawwi li kwalunkwe akkumulazzjoni "anormali" ta' kontijiet mhux imħallsa trid tiġi evitata fil-futur; jappella, f'dan il-kuntest, lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex isolvu, bħala prijorità, kwalunkwe kwistjoni pendenti marbuta mad-dewmien fid-deżinjazzjoni tal-awtoritajiet ta' ġestjoni u ċertifikazzjoni nazzjonali, kif ukoll mal-punti ta' konġestjoni l-oħra għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għal pagamenti; jittama sinċerament li kemm l-awtoritajiet nazzjonali kif ukoll il-Kummissjoni tejbu l-estimi tagħhom tal-ħtiġijiet ta' pagament fil-baġit 2018 u li l-livell propost ta' approprjazzjonijiet ta' pagament se jiġu eżegwit kompletament; jirrikonoxxi li n-negozjati mtawlin fir-rigward tal-bażijiet ġuridiċi bejn l-istituzzjonijiet tal-UE huma fost id-diversi kawżi ta' din ir-rata baxxa ta' implimentazzjoni li hemm fil-preżent;

28.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni biex tiġi finanzjata t-tkomplija tal-YEI, u jinnota li qed tiġi proposta l-mobilizzazzjoni ta' EUR 233,3 miljun mill-marġni globali għall-impenji; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsegwu l-indikazzjonijiet tar-rapport riċenti tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri; ifakkar li kwalunkwe żieda fl-allokazzjoni speċifika għall-YEI għandha tiġi pareġġata bl-ammonti korrispondenti mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE); jesprimi l-intenzjoni tiegħu li jesplora l-possibilitajiet kollha sabiex ikompli jsaħħaħ dan il-programm fil-Baġit 2018;

29.  Jissottolinja l-importanza tal-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD) biex jiġu indirizzati l-faqar u l-esklużjoni soċjali u jitlob li jiġu allokati riżorsi adegwati fil-Baġit 2018 sabiex il-ħtiġijiet tal-gruppi fil-mira u l-għanijiet tal-Fond ikunu jistgħu jiġu ssodisfati b'mod adegwat;

Intestatura 2 – Tkabbir sostenibbli: ir-riżorsi naturali

30.  Jieħu nota tal-proposta ta' EUR 59 553,5 miljun f'impenji (+ 1,7 % meta mqabbla mal-2017) u EUR 56 359,8 miljun f'pagamenti (+2,6 %) għall-Intestatura 2, li jħallu marġni ta' EUR 713,5 miljun taħt il-limitu massimu għal impenji; jinnota li ż-żieda fl-approprjazzjonijiet biex jiġu finanzjati l-ħtiġijiet tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) għall-2018 (+ 2,1 %) tirriżulta l-aktar minn ammont ħafna iktar baxx ta' dħul assenjat mistenni li jkun disponibbli fl-2018;

31.  Jinnota li l-Kummissjoni ħalliet marġni ta' EUR 713,5 miljun taħt il-limiti massimi tal-Intestatura 2; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li ż-żieda fil-volatilità tas-swieq agrikoli, kif kien il-każ tal-kriżi tas-settur tal-ħalib fil-passat, jista' jipprevedi rikors għal dan il-marġni; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-marġni li jitħalla taħt il-limiti massimi huwa biżżejjed biex tiġi indirizzata kwalunkwe kriżi li tista' tinqala';

32.  Jenfasizza l-estensjoni ta' miżuri ta' appoġġ eċċezzjonali għal ċertu frott li s-sitwazzjoni tas-suq għadha diffiċli għalihom; jiddispjaċih, madankollu, li attwalment il-Kummissjoni mhijiex qed tipproponi miżuri ta' appoġġ fis-setturi tal-bhejjem, u b'mod partikolari fis-settur tal-ħalib, marbuta mal-projbizzjoni Russa fuq importazzjonijiet tal-UE u jistenna, għalhekk, bidla f'dan ir-rigward; jistenna, konsegwentement, li jekk jintuża l-marġni tal-Intestatura 2, parti minnu jiġi allokat għal bdiewa fil-qasam tal-ħalib f'pajjiżi l-aktar milquta mill-embargo Russu; jistenna l-ittra ta' emenda tal-Kummissjoni, mistennija f'Ottubru 2017, li għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni aġġornata tal-finanzjament FAEG, li tivverifika l-ħtiġijiet reali fis-settur agrikolu filwaqt li tqis kif mistħoqq l-impatt tal-embargo Russu u volatilitajiet oħra fis-suq;

33.  Jilqa' b'sodisfazzjon iż-żieda f'impenji mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) (+ 2,4 %) u l-programm LIFE+ (+ 5,9 %), f'konformità mal-ipprogrammar finanzjarju, iżda jiddispjaċih li tnaqqis konsiderevoli fl-approprjazzjonijiet ta' pagament jidhru li juru bidu kajman ta' dawk iż-żewġ programmi fil-perjodu 2014-2020;

Intestatura 3 - Sigurtà u ċittadinanza

34.  Jinnota l-proposta għal EUR 3 473,1 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn għall-Intestatura 3; jenfasizza l-ħtieġa għal soluzzjonijiet konġunti, komprensivi u sostenibbli għas-sitwazzjoni tal-migrazzjoni u tar-rifuġjati u sfidi relatati;

35.  Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għal żieda ta' EUR 800 miljun dedikati biex jindirizzaw kwistjonijiet ta' sigurtà, b'mod speċjali wara s-sensiela ta' attakki terroristiċi fl-UE;

36.  Huwa tal-fehma li l-importanza u l-urġenza ta' dawn il-kwistjonijiet mhumiex konformi mat-tnaqqis sinifikanti f'approprjazzjonijiet ta' impenn (-18,9 %) u l-approprjazzjonijiet ta' pagament (-21,7 %) proposti għall-Intestatura 3 meta mqabbla mal-baġit għall-2017, b'mod partikolari fir-rigward tal-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF), il-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF) u l-Programm dwar il-Ġustizzja; jappella għal baġitjar adegwat għal dawn il-fondi; jinsisti li dan it-tnaqqis mhuwiex ġustifikabbli bid-dewmien fl-implimentazzjoni tal-miżuri miftiehma u d-dewmien jew bl-adozzjoni tal-proposti legali l-ġodda; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tiżgura li jkunu previsti riżorsi baġitarji adegwati u li kwalunkwe ħtieġa addizzjonali tiġi indirizzata malajr kemm jista' jkun;

37.  Jiddispjaċih li sa issa ma kien hemm ebda sistema effettiva għar-ridistribuzzjoni, li dan wassal għal piż mhux ugwali għal xi Stati Membri, b'mod partikolari l-Italja u l-Greċja; ifakkar li 361 678 refuġjat u migrant waslu fl-UE fl-2016, li 181 405 minnhom waslu l-Italja u 173 447 fil-Greċja, u li l-Italja diġà rċeviet 85 % tar-rifuġjati u l-migranti li waslu fl-UE s'issa fl-2017; jiddispjaċih li l-Italja sa issa rċeviet biss EUR 147.6 miljun mill-AMIF, ċifra li tkopri biss 3 % tal-ispejjeż totali għall-ġestjoni tal-kriżi tal-migrazzjoni tal-pajjiż;

38.  Barra minn hekk jemmen li l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri f'materji relatati mas-sigurtà tista' tissaħħaħ aktar permezz ta' appoġġ ikbar mill-baġit tal-UE; jistaqsi kif dan l-objettiv jista' jintlaħaq filwaqt li l-linji baġitarji rilevanti tal-ISF naqsu b'mod sinifikanti meta mqabbla mal-Baġit 2017; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi garantit il-finanzjament meħtieġ biex jiġu implimentati s-sistemi tal-informazzjoni u tal-fruntieri l-ġodda proposti, bħas-Sistema Ewropej ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u s-Sistema ta' Dħul u Ħruġ;

39.  Iqis li l-2018 se tkun sena kruċjali fl-istabbiliment tal-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, bl-iżvilupp ta' diversi komponenti ewlenin; jissottolinja l-ħtieġa li jiġu valutati bir-reqqa l-implikazzjonijiet baġitarji ta' għadd ta' proposti leġiżlattivi proposti, bħar-riforma tas-sistema ta' Dublin dwar l-asil komuni u s-Sistema ta' Dħul u Ħruġ u s-Sistema ETIAS il-ġodda, inkluża l-possibilità ta' adozzjoni tardiva tagħhom; jenfasizza l-importanza ta' finanzjament adegwat biex jissodisfa l-ambizzjoni tal-Unjoni f'dan ir-rigward u b'mod urġenti jinkiseb l-istabbiliment ta' politika Ewropea effikaċi dwar l-asil u l-migrazzjoni, f'rispett sħiħ tad-dritt internazzjonali u abbażi ta' solidarjetà fost l-Istati Membri;

40.  Jirrimarka li l-proposta tal-Kummissjoni, għat-tielet sena konsekuttiva, ma tħalli l-ebda marġni taħt il-limitu massimu għall-Intestatura 3, u dan jixhed id-daqs skadut tal-iżgħar intestatura tal-QFP, kif ġie argumentat mill-Parlament bħala parti mill-proċess ta' reviżjoni ta' nofs it-terminu; jilqa', f'dan il-kuntest, il-proposta tal-Kummissjoni li jiġi mobilizzat l-Istrument tal-Flessibilità għal ammont ta' EUR 817 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn, li jista' jsir possibbli biss bis-saħħa tal-flessibilità addizzjonali miksuba fir-Regolament QFP rivedut; jinsisti li l-livell tan-nefqa għadu insuffiċjenti, u jiddispjaċih li l-Kummissjoni pposponiet kwalunkwe proposta oħra għal ittra ta' emenda futura;

41.  Ifakkar fl-appoġġ qawwi konsistenti mill-Parlament favur il-programmi kulturali u tal-midja; jilqa' ż-żidiet proposti għall-Programm Ewropa Kreattiva meta mqabbel mal-baġit 2017, inkluż għas-Sena Ewropea għall-Wirt Kulturali taħt "Azzjonijiet multimedjali"; jinsisti, barra minn hekk, fuq biżżejjed finanzjament għall-programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini'; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel rieżami tal-inizjattivi taħt il-linja baġitarja tal-"azzjonijiet multimedjali" sabiex tiżgura li l-baġit jappoġġa b'mod effikaċi l-kopertura indipendenti ta' kwalità għolja tal-affarijiet tal-UE; itenni l-appoġġ tiegħu għal arranġament ta' finanzjament pluriennali sostenibbli għal Euranet+; jilqa', fl-aħħar nett, iż-żidiet fl-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-programm Ikel u Għalf u l-Programm tal-Konsumatur meta mqabbla mal-baġit 2017; jenfasizza, finalment, l-importanza ta' Programm tas-Saħħa b'saħħtu u baġit xieraq biex tkun permessa l-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam tas-saħħa, inklużi innovazzjonijiet ġodda fil-kura tas-saħħa, l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa, il-piż tal-mard kroniku, ir-reżistenza antimikrobika, il-kura tas-saħħa transkonfinali u l-aċċess għall-kura;

Intestatura 4 – Ewropa Globali

42.  Jiddispjaċih għat-tnaqqis ġenerali tal-finanzjament għall-Intestatura 4, li jammonta għal EUR 9,6 biljun (-5,6 % meta mqabbel mal-baġit 2017) f'approprjazzjonijiet ta' impenn; jinnota li t-tnaqqis fl-istrumenti ewlenin tal-Intestatura 4 huwa fil-biċċa l-kbira marbut ma' tisħiħ fil-passat approvat fil-baġit 2017 għall-FRT u l-Qafas il-Ġdid ta' Sħubija taħt l-aġenda Ewropea dwar il-migrazzjoni;

43.   Jemmen li l-livell ta' tnaqqis għall-Istrument ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI) u l-Istrument Ewropew ta' Viċinat (ENI), b'mod partikolari l-komponent tan-Nofsinhar ta' dan tal-aħħar, mhuwiex ġustifikat, minħabba l-ħtiġijiet fuq perjodu twil ta' żmien għal azzjoni tal-UE dwar il-migrazzjoni li jmorru lil hinn minn patti dwar il-migrazzjoni taħt il-Qafas ta' Sħubija u l-impenn tiegħu għall-iżvilupp internazzjonali; jitlob, f'dan il-kuntest, li żieda fir-riżorsi finanzjarji tkun dedikata għall-proċess ta' paċi u l-għajnuna finanzjarja għall-Palestina u l-UNRWA; ifakkar fl-importanza li jiġu żgurati fondi suffiċjenti għall-Viċinat tan-Nofsinhar, ladarba l-istabilità fil-Lvant Nofsani hija element ewlieni għall-indirizzar tal-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni;

44.  Jilqa', madankollu, iż-żidiet proposti għall-komponent tal-Lvant tal-ENI li se jikkontribwixxu għall-appoġġ ta' riformi demokratiċi u integrazzjoni ekonomika mal-UE, speċjalment fil-pajjiżi li ffirmaw Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni mal-Unjoni;

45.  Jinnota ż-żieda fl-appoġġ għar-riformi politiċi fit-Turkija (IPA II), speċjalment minħabba li l-pajjiż mar lura fl-oqsma tal-istat tad-dritt, il-libertà ta' espressjoni u d-drittijiet fundamentali; jistieden lill-Kummissjoni tissospendi l-fondi ta' qabel l-adeżjoni jekk in-negozjati tal-adeżjoni jiġu sospiżi, u, jekk ix-xenarju jiġi żvelat, dawk il-fondi jintużaw biex tiġi appoġġata direttament is-soċjetà ċivili fit-Turkija, u biex jiġu investiti aktar fil-programmi ta' skambju bejn il-persuni bħall-Erasmus+ għall-istudenti, l-akkademiċi u l-ġurnalisti; jistenna finanzjament suffiċjenti għall-pajjiżi benefiċjarji tal-IPA li għandhom bżonn urġenti ta' sostenn finanzjarju għal riformi;

46.  Iqis li, minħabba l-importanza tal-edukazzjoni għolja għal riformi globali fil-pajjiżi sħab, ikun tajjeb li l-mobilità tal-istudenti u l-kooperazzjoni akkademika bejn l-UE u l-pajjiżi tal-viċinat jirċievu appoġġ kontinwu; jiddispjaċih, għaldaqstant, għat-tnaqqis fl-approprjazzjonijiet għall-assistenza teknika u finanzjarja taħt it-tliet strumenti esterni (IPA, ENI u DCI) immirati lejn il-promozzjoni tad-dimensjoni internazzjonali tal-edukazzjoni għolja għall-implimentazzjoni tal-programm Erasmus+;

47.  Jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni li jitħalla marġni ta' EUR 232 miljun taħt il-limitu massimu; jinsab konvint li l-isfidi li l-azzjoni esterna tal-UE qed tiffaċċa jitolbu fondi għal tul ta' żmien li jaqbżu d-daqs attwali taħt l-Intestatura 4; ifakkar li l-marġni ta' kontinġenza ntuża fil-baġit 2017 biex ikun permess finanzjament ogħla mil-limitu; jenfasizza li inizjattivi ġodda għandhom jiġu finanzjati b'approprjazzjonijiet ġodda u li l-għażliet flessibbli kollha għal-livell miftiehem fi ħdan ir-reviżjoni tal-QFP għandhom jintużaw b'mod sħiħ;

48.  Jistieden lill-Kummissjoni, li tagħmel referenzi ripetuti għal estensjoni possibbli tal-FRT, biex tressaq proposta ġenwina għall-estensjoni tagħha mill-iktar fis possibbli jekk beħsiebha tagħmel dan; ifakkar fl-impenn mill-Parlament, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni biex jiżguraw li l-istabbiliment tal-FRT u l-fondi fiduċjarji jkun trasparenti u ċar, u konsistenti mal-prinċipju tal-unità tal-baġit tal-Unjoni, b'rispett għall-prerogattivi tal-awtorità baġitarja, inkluż l-iskrutinju parlamentari; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex għal darb'oħra jonoraw, fi żmien xieraq, l-impenji tagħhom li jiffinanzjaw l-FRT u l-fondi fiduċjarji;

49.  Jagħti l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-wegħdiet li għamlet l-UE fil-konferenza ta' Brussell dwar is-Sirja, li jikkonfermaw l-impenji preċedenti ta' Londra; jaqbel mat-tisħiħ tal-ENI u tal-għajnuna umanitarja b'EUR 120 miljun kull wieħed biex tiġi ssodisfata din il-wegħda;

Intestatura 5 - L-Amministrazzjoni

50.  Jinnota li n-nefqa fl-Intestatura 5 żdiedet bi 3,1 % meta mqabbla mal-Baġit 2017, sa EUR 9 682,4 miljun (+EUR 287,9 miljun); jinnota li aktar minn terz ta' din iż-żieda nominali hija spjegata minn approprjazzjonijiet addizzjonali neċċessarji għal pensjonijiet (+EUR 108,5 miljun); jieħu nota li l-approprjazzjonijiet addizzjonali jirriżultaw l-iktar f'għadd dejjem ikbar mistenni ta' pensjonanti (+4,2 %); jieħu nota wkoll li l-għadd ta' pensjonanti huwa mistenni jikber iktar fis-snin li ġejjin; jieħu nota tal-approċċ rigoruż għan-nefqa amministrattiva u l-friża nominali għan-nefqa kollha li mhix relatata mas-salarji;

51.  Jinnota li l-marġni effettiv huwa ta' EUR 93,6 miljun taħt il-limitu wara l-kumpens ta' EUR 570 miljun għall-użu tal-marġni ta' kontinġenza għall-Intestatura 3 mobilizzat fl-2017; jissottolinja li s-sehem tal-Intestatura 5 tal-baġit tal-UE żdied bi ftit għal 6,0 % (f'approprjazzjonijiet ta' impenn) minħabba l-pensjonijiet;

Proġetti pilota - azzjonijiet preparatorji

52.  Jenfasizza l-importanza ta' proġetti pilota (PP) u azzjonijiet preparatorji (AP) bħala strumenti għall-formulazzjoni ta' prijoritajiet politiċi u l-introduzzjoni ta' inizjattivi ġodda li jistgħu jinbidlu f'attivitajiet u programmi permanenti tal-UE; beħsiebu jipproċedi bl-identifikazzjoni ta' pakkett bilanċjat ta' PP-AP; jinnota li fil-proposta attwali, il-marġni f'xi intestaturi huwa pjuttost limitat, jew saħansitra ineżistenti, u beħsiebu jesplora modi biex jinħoloq spazju għal PP-AP possibbli mingħajr ma jitnaqqsu prijoritajiet politiċi oħrajn; iqis li fl-implimentazzjoni tagħha tal-PP-AP, il-Kummissjoni jmissha tinforma pass pass lill-Membri tal-Parlament Ewropew fl-oriġini tagħhom, biex jiġi żgurat ir-rispett sħiħ tal-ispirtu tal-proposti tagħhom;

L-Aġenziji

53.  Jinnota ż-żieda ġenerali fl-abbozz ta' baġit 2018 għall-aġenziji deċentralizzati bi +3,1 % (mingħajr ma jittieħed inkunsiderazzjoni d-dħul assenjat) u +146 kariga, iżda jenfasizza li hemm differenzi kbar bejn aġenziji "b'veloċità kostanti" (-11,2 %) u aġenżiji "b'kompiti ġodda" (+ 10,5 %); jassumi li dawn iċ-ċifri jirriflettu b'mod xieraq il-fatt li mill-2013 'l hawn, il-biċċa l-kbira tal-aġenziji temmew it-tnaqqis tal-persunal ta' 5 % jew saħansitra qabżu din iċ-ċifra (xi wħud se jtemmuhom fl-2018), filwaqt li żidiet fil-persunal matul l-istess perjodu kienu limitati għal aġenziji li jindirizzaw il-migrazzjoni u s-sigurtà (+183 kariga), aġenziji finanzjarji superviżorji (+28 kariga) u xi aġenziji inkarigati b'kompiti ġodda (ERA, EASA, GSA) (+18-il kariga); itenni t-talba tiegħu, kif espressa fil-proċedura ta' kwittanza tal-2015(5), biex jiġu salvagwardjati u fejn meħtieġ jiġu provduti riżorsi addizzjonali biex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tal-aġenziji, inkluż is-Segretarjat Permanenti tan-Netwerk tal-Aġenziji tal-UE (issa msejjaħ l-Uffiċċju ta' Appoġġ Komuni);

54.  Itenni l-konvinzjoni tiegħu li l-aġenziji tal-EU li huma attivi fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni jridu jiġu provduti b'mod urġenti bin-nefqa operazzjonali u livelli ta' persunal meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jwettqu b'suċċess il-kompiti u r-responsabilitajiet addizzjonali li ngħataw f'dawn l-aħħar snin; jilqa', f'dan ir-rigward, iż-żieda tal-persunal proposta għall-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) u l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO), li huwa jqis bħala minimu assolut biex ikun żgurat li dawn l-aġenziji jistgħu effettivament iwettqu l-operazzjonijiet tagħhom; jissottolinja li l-livell propost tal-baġit u tal-persunal għall-Europol mhuwiex biżżejjed biex tissodisfa l-kompiti assenjati tagħha, minħabba li l-Kummissjoni u l-Istati Membri ddeċidew fis-snin preċedenti li jsaħħu l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, b'mod speċjali fl-oqsma tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-kriminalità organizzata, iċ-ċiberkriminalità, it-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni għal tfal mhux akkumpanjati; jissottolinja l-lakuni identifikati fl-iskambju eżistenti tal-arkitettura tal-informazzjoni, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprovdi lill-eu-LISA bir-riżorsi umani u finanzjarji xierqa biex jiġu sodisfatti l-kompiti u r-responsabilitajiet addizzjonali li ġew riċentement assenjati lill-Aġenzija f'dan ir-rigward; jissottolinja r-rwol importanti li għandu l-EASO fl-appoġġ għall-Istati Membri fil-ġestjoni tal-applikazzjonijiet għall-asil, b'mod partikolari fl-indirizzar tal-għadd akbar ta' persuni li jfittxu l-asil; jiddispjaċih għat-tnaqqis fil-livell ta' finanzjament operazzjonali (-23.6 % meta mqabbel mal-2017) u fil-livell tal-persunal (-4 %) għall-Eurojust, li bħalissa qed ikollha tħabbat wiċċha ma' żieda fil-każistika tagħha;

55.  Jinnota bi tħassib li l-aġenziji tal-UE fil-qasam tal-impjieg u t-taħriġ (CEDEFOP, ETF, EU-OSHA, EUROFOUND) kif ukoll fil-qasam tal-azzjoni ambjentali (ECDC, ECHA, EEA, EFSA, EMA) qed ikunu kkunsidrati bħala miri partikolari għal tnaqqis tal-persunal (-5 u -12-il kariga rispettivament); jemmen li dan imur kontra l-politiki globali tal-Unjoni tal-ħolqien ta' impjiegi diċenti, ta' kwalità u stabbli u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima; jilqa' ż-żieda fil-persunal u l-baġit għal ACER u GSA, iżda jissottolinja li dawn iż-żidiet mhumiex biżżejjed biex l-aġenziji jwettqu l-kompiti tagħhom b'mod adegwat;

56.  Jinnota li s-sena 2018 hija t-tielet skadenza tar-reġistrazzjoni REACH li taffettwa għadd kbir ta' kumpaniji fl-Ewropa u l-ogħla għadd ta' SMEs sal-lum, li konsegwentement ikollu impatt sinifikanti fuq l-ammont ta' xogħol tal-ECHA; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni żżomm lura mit-tnaqqis ippjanat ta' sitt karigi ta' aġenti temporanji fl-2018 u tipposponi dan it-tnaqqis sal-2019 sabiex l-ECHA tkun tista' timplimenta l-Programm ta' Ħidma kollu tagħha għall-2018 b'mod effikaċi; jinnota, f'dan ir-rigward, li l-ECHA diġà implimentat tnaqqis tal-persunal ta' 10 % għal REACH mill-2012;

o
o   o

57.  Ifakkar li l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi hija obbligu legali li jirriżulta direttament mit-Trattati; jitlob l-infurzar tal-ibbaġitjar skont is-sessi fi ħdan il-proċedura baġitarja u biex in-nefqa baġitarja tintuża bħala għodda effikaċi għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel; jirrakkomanda l-iżvilupp ta' pjan baġitarju għall-implimentazzjoni tal-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, kif hemm fil-proġett pilota adottat, u anki linja baġitarja speċifika fil-futur għall-ġestjoni tal-koordinazzjoni għall-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi madwar l-istituzzjonijiet;

58.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR ID-DATI GĦALL-PROĊEDURA BAĠITARJA U MODALITAJIET GĦALL-FUNZJONAMENT TAL-KUMITAT TA' KONĊILJAZZJONI FL-2018

A.  F'konformità mal-Parti A tal-anness għall-ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu dwar id-dati ewlenin li ġejjin għall-proċedura baġitarja tal-2018:

1.  Ser jissejjaħ trilogu fit-13 ta' Lulju filgħodu, qabel l-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Kunsill;

2.  Il-Kummissjoni ser tagħmel ħilitha biex tippreżenta Dikjarazzjoni tal-Estimi għall-2018 sa tmiem Mejju;

3.  Il-Kunsill ser jagħmel ħiltu biex jadotta l-pożizzjoni tiegħu u jgħaddiha lill-Parlament Ewropew sas-37 ġimgħa (it-tielet ġimgħa ta' Settembru), sabiex jiġi ffaċilitat ftehim f'waqtu mal-Parlament Ewropew;

4.  Il-Kumitat għall-Baġits tal-Parlament Ewropew ser jagħmel ħiltu biex jivvota dwar l-emendi għall-pożizzjoni tal-Kunsill sa mhux aktar tard mit-tmiem tal-41 ġimgħa (f'nofs Ottubru);

5.  Ser jissejjaħ trilogu fit-18 ta' Ottubru waranofsinhar, qabel il-qari tal-Parlament Ewropew;

6.  Il-Plenarja tal-Parlament Ewropew ser tivvota dwar il-qari tagħha fit-43 ġimgħa (Sessjoni plenarja tat-23-26 ta' Ottubru);

7.  Il-perijodu ta' Konċiljazzjoni ser jibda fil-31 ta' Ottubru. F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-punt c tal-Artikolu 314(4) TFUE, iż-żmien disponibbli għall-konċiljazzjoni ser jiskadi fl-20 ta' Novembru 2017;

8.  Il-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni ser jiltaqa’ fis-6 ta’ Novembru waranofsinhar, ospitat mill-Parlament Ewropew, u fis-17 ta’ Novembru, ospitat mill-Kunsill u jista' jerġa' jibda kif xieraq; is-sessjonijiet tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni ser jitħejjew permezz ta' trilogu/i. Huwa skedat trilogu fid-9 ta' Novembru filgħodu. Jista' jissejjaħ trilogu/i addizzjonali matul il-perijodu ta' konċiljazzjoni ta' 21 jum, inkluż possibbilment fit-13 jew l-14 ta’ Novembru (Strasburgu).

B.  Il-modalitajiet għall-funzjonament tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jinsabu fil-Parti E tal-anness għall-ftehim interistituzzjonali msemmi hawn fuq.

(1) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(3) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(4) Testi adottati, P8_TA(2017)0085.
(5) Ara r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-aġenziji tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015: prestazzjoni, ġestjoni finanzjarja u kontroll (Testi adottati, P8_TA(2017)0155).


Lejn strateġija tal-UE għar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali
PDF 417kWORD 62k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2017 dwar lejn strateġija tal-UE għar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali (2016/2240(INI))
P8_TA(2017)0303A8-0220/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 167(3) u (4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

‒  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-2005 dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 2347 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-24 ta' Marzu 2017,

–  wara li kkunsidra l-Aġenda tan-Nazzjonijiet Uniti tal-2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, b'mod partikolari l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli 4 u 17,

‒  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ/VP) lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 bl-isem 'Lejn strateġija tal-UE għal relazzjonijiet kulturali internazzjonali' (JOIN(2016)0029),

‒  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Mejju 2007 dwar aġenda Ewropea għal kultura f'dinja li qed tiġi gglobalizzata (COM(2007)0242),

–  wara li kkunsidra l-Azzjoni Preparatorja għall-Kultura fir-Relazzjonijiet Esterni tal-UE u r-rakkomandazzjonijiet tagħha(1),

–  wara li kkunsidra d-dokument bl-isem 'Shared Vision, Common Action: A Stronger Europe – A Global Strategy for the European Union's Foreign and Security Policy' (Viżjoni kondiviża, azzjoni komuni: Ewropa iktar b'saħħitha – Strateġija globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni Ewropea) ippreżentat mill-VP/RGħ fit-28 ta' Ġunju 2016,

‒  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2007 dwar Aġenda Ewropea għall-Kultura(2),

‒  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Aġenda Ewropea għall-Kultura (COM(2010)0390),

‒  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Novembru 2016 dwar komunikazzjoni strateġika tal-UE biex tikkontrobatti l-propaganda kontriha minn partijiet terzi(3),

‒  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Qafas tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Valur tal-Wirt Kulturali għas-Soċjetà (Konvenzjoni ta' Faro) tal-2005(4),

‒  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-promozzjoni tad-diversità kulturali u d-djalogu interkulturali fir-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha(5),

‒  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Mejju 2011 dwar id-dimensjonijiet kulturali tal-azzjonijiet esterni tal-UE(6),

‒  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2016 dwar ir-rwol tad-djalogu interkulturali, id-diversità kulturali u l-edukazzjoni fil-promozzjoni tal-valuri fundamentali tal-UE(7),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Novembru 2015 dwar ir-rwol tal-UE fin-NU - kif jistgħu jintlaħqu aħjar l-objettivi tal-UE fil-qasam tal-politika barranija(8),

‒  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-23 ta' Diċembru 2014 dwar Pjan ta' Ħidma għall-Kultura (2015–2018)(9),

‒  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Protezzjoni tal-Patrimonju Dinji Kulturali u Naturali,

‒  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Settembru 2015 lejn approċċ integrat għall-wirt kulturali għall-Ewropa(10),

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni CM/Res(2010)53, adottata mill-Kunsill tal-Ewropa, li tistabbilixxi Ftehim Parzjali Estiż (EPA) dwar Rotot Kulturali,

‒  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2016 dwar politika koerenti tal-UE għall-industriji kulturali u kreattivi(11),

‒  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2015 dwar il-kultura fir-relazzjonijiet esterni tal-UE b'attenzjoni fuq il-kultura fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp(12),

‒  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta' April 2015 dwar il-qerda ta' siti kulturali mwettqa mill-ISIS/Daesh(13), b'mod partikolari l-paragrafu 3 tagħha, li "[j]istieden lill-VP/RGħ tħaddem id-diplomazija kulturali u d-djalogu interkulturali bħala għodda f'dak l jirrigwarda r-rikonċiljazzjoni tal-komunitajiet differenti u r-rikostruzzjoni tas-siti meqruda",

‒  wara li kkunsdra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' April 2008 dwar aġenda Ewropea għall-kultura fl-era tal-globalizzazzjoni(14),

‒  wara li kkunsidra l-eżitu tat-3502 laqgħa tal-Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport tal-21 u t-22 ta' Novembru 2016,

‒  wara li kkunsidra l-istudju mħejji fuq talba tal-Kumitat CULT tal-Parlament bl-isem ‘Ir-riċerka għall-Kumitat CULT – L-istituti kulturali Ewropej barra mill-UE’(15),

‒  wara li kkunsidra l-istudju mħejji fuq talba tal-Kumitat CULT tal-Parlamentbl-isem ‘Ir-riċerka għall-Kumitat CULT – Bliet kapitali Ewropej għall-kultura: strateġiji ta' suċċess u effetti fit-til’(16),

‒  wara li kkunsidra l-istudju tal-2015 mitlub mis-Servizz tal-Kummissjoni tal-Istrumenti tal-Politika Barranija (FPI) bl-isem "Analiżi tal-perċezzjoni tal-UE u l-politiki tal-UE barra mill-pajjiż"(17),

‒  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar strateġija tal-UE għal relazzjonijiet kulturali internazzjonali,

‒  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar strateġija tal-UE għal relazzjonijiet kulturali internazzjonali,

‒  wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali (2018) (COM(2016)0543),

‒  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Korp Ewropew ta' Solidarjetà (COM(2016)0942),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2015 dwar ir-Rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) tas-27 ta' Settembru 2016, li fiha, Ahmad Al Faqi Al Mahdi, instab ħati tal-qerda ta' bosta mawżolej f'Timbuktu, u li fiha ssentenzjat għall-ewwel darba, bi qbil mal-Istatut ta' Ruma, li l-qerda ta' patrimonju kulturali jista' jitqies bħala delitt tal-gwerra,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A8-0220/2017),

A.  billi l-UE qed issir attur aktar prominenti fir-relazzjonijiet internazzjonali, u jenħtieġ li tixħet riżorsi u enerġija addizzjonali fil-promozzjoni tal-kultura komuni tagħha, tal-patrimonju kulturali, tal-kreazzjoni artistika u l-innovazzjoni fi ħdan id-diversità reġjonali, skont l-Artikolu 167 TFUE;

B.  billi l-UE hija attur prominenti fil-politika internazzjonali li għandha rwol dejjem akbar fl-affarijiet dinjija, anke permezz tal-promozzjoni tal-kultura u d-diversità lingwistika fir-relazzjonijiet internazzjonali;

C.  billi l-kultura għandha valur intrinsiku, u l-esperjenza tal-UE uriet li l-iskambji kulturali jistgħu jservu kemm biex jippromwovu l-objettivi esterni tagħha kif ukoll bħala pont b'saħħtu bejn il-popli ta' tradizzjonijiet etniċi, reliġjużi u soċjali differenti, mhux l-anqas billi ssaħħaħ id-djalogu interkulturali u interreliġjuż u l-fehim reċiproku, inkluż permezz tal-attivitajiet tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE); iqis, f'dan ir-rigward, li l-kultura jenħtieġ li ssir parti essenzjali mid-djalogu politiku mal-pajjiżi terzi u li hemm bżonn li l-kultura tiġi integrata b'mod sistematiku fi proġetti u programmi ta' żvilupp;

D.  billi, sabiex l-UE tkun tista' tippromwovi l-fehim interkulturali, jeħtieġ li tespandi l-għodod ta' komunikazzjoni komuni taħt il-forma ta' midja Ewropea ġenwina, bħal Arte, Euronews u Euranet;

E.  billi l-kultura u l-protezzjoni tal-kultura huma marbutin b'mod inseparabbli mar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali;

F.  billi l-kooperazzjoni xjentifika tifforma element essenzjali tal-politika barranija bil-bini ta' konnessjonijiet bejn il-pajjiżi, bit-tisħiħ tal-kwalità tar-riċerka internazzjonali u billi tkabbar il-profil tad-diplomazija xjentifika;

G.  billi l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom varjetà ta' għeruq kulturali, lingwistiċi, storiċi u reliġjużi komuni, u billi bit-tislit ta' ispirazzjoni mill-patrimonju kulturali, reliġjuż u umanista Ewropew, huma rnexxilhom jiksbu unità fid-diversità; billi l-kultura u l-patrimonju kulturali Ewropew, kemm dak tanġibbli kif ukoll dak intanġibbli, jirrappreżentaw id-diversità tas-soċjetajiet u r-reġjuni Ewropej, tas-soċjetajiet ta' maġġoranza, kif ukoll tal-kulturi ta' minoranza tagħhom;

H.  billi d-"Dikjarazzjoni dwar il-promozzjoni taċ-ċittadinanza u l-valuri komuni tal-libertà, it-tolleranza u n-nondiskriminazzjoni permezz tal-edukazzjoni" adottata f'Pariġi f'Marzu 2015 tenfasizza l-ħtieġa li jitrawwem djalogu attiv bejn il-kulturi, kif ukoll solidarjetà globali u rispett reċiproku;

I.  billi tul l-istorja tal-UE, ir-relazzjonijiet kulturali kienu muturi fundamentali għall-koeżjoni soċjali u l-iżvilupp ekonomiku u uman sostenibbli, filwaqt li għandhom rwol kruċjali fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet tas-soċjetà ċivili, u fil-kuntatti bejn il-persuni, u fil-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni, bil-għan li jħarsu l-patrimonju kulturali, jsaħħu l-proċessi ta' demokratizzazzjoni u jipparteċipaw fil-prevenzjoni, is-soluzzjoni u r-reżiljenza tal-kunflitti;

J.  billi d-diplomazija kulturali għandha tippromwovi d-diversità kulturali u lingwistika, inkluż il-preservazzjoni tal-lingwi minoritarji b'kunsiderazzjoni li dan jikkostitwixxi valur fih innifsu, u jikkontribwixxi għall-patrimonju kulturali Ewropew;

K.  billi d-drittijiet tal-bniedem jinkludu wkoll drittijiet kulturali, u billi għalhekk għandha tingħata attenzjoni ugwali għad-dritt ta' kull individwu li jieħu sehem fil-ħajja kulturali u li jgawdi l-kultura proprja tiegħu jew tagħha, filwaqt li jiġu rispettati d-drittijiet umani fundamentali ta' kulħadd;

L.  billi f'Diċembru 2014 tqiegħdu fis-seħħ miżuri restrittivi biex jiġi miġġieled in-negozju ta' oġġetti kulturali mis-Sirja; billi hemm bżonn ċar li jiġi stabbilit mekkaniżmu ta' rispons ta' emerġenza li jidentifika u jipprevjeni l-qerda ta' patrimonju kulturali u t-tneħħija ta' oġġetti kulturali, inkluż f'żoni jew f'pajjiżi ta' kunflitt, kif ukoll atti li jistgħu jintużaw f'sitwazzjonijiet ta' kunflitt biex jintimidaw jew jixxukkjaw, u li f'ċerti ċirkostanzi jistgħu jitqiesu bħala "tindif kulturali";

M.  billi l-kultura hi beni komuni, u t-tfassil ta' kunsens ġdid dwar l-iżvilupp għandu jinkludi riflessjoni dwar l-irkupru ta' beni pubbliċi komuni, inkluż permezz tal-kultura;

N.  billi l-UE u l-Istati Membri individwali jipprovdu aktar min nofs tal-għajnuna għall-iżvilupp globali, fatt li jimmerita li jiġi rikonoxxut;

O.  billi l-patrimonju kulturali hu wirt universali, u l-protezzjoni tiegħu, għalhekk hi prekundizzjoni għall-bini tal-paċi u r-reżiljenza;

P.  billi l-komunikazzjoni konġunta intitolata 'Lejn strateġija tal-UE għal relazzjonijiet kulturali internazzjonali' tipprovdi qafas għar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali tal-UE; billi, madankollu, din tonqos milli tidentifika l-prijoritajiet tematiċi u ġeografiċi, l-objettivi u r-riżultati konkreti, il-gruppi fil-mira, l-interessi u l-inizjattivi komuni, id-dispożizzjonijiet ta' finanzjament, il-ġestjoni finanzjarja b'saħħitha, perspettiva lokali u reġjonali u l-modalitajiet ta' sfida u ta' implimentazzjoni;

Q.  billi l-kuntatti bejn il-persuni bħall-iskambji taż-żgħażagħ, ġemellaġġi ta' bliet u sħubijiet fil-qasam professjonali, kienu mezzi importanti għall-promozzjoni tal-fehim interkulturali u għandhom jiġu promossi mill-UE fir-relazzjonijiet ta' politika barranija;

R.  billi l-mobbiltà hi parti essenzjali mir-relazzjonijiet kulturali internazzjonali tal-UE, u teħtieġ il-ħolqien ta' mekkaniżmi li jiffaċilitaw l-aċċess għall-viża lejn u minn pajjiżi terzi għall-professjonisti kulturali, riċerkaturi, akkademiċi, għalliema, studenti u persunal u għan-netwerks tal-alumni ta' parteċipanti preċedenti fi programmi tal-UE(18);

S.  billi l-UE u l-istati tal-viċinat storikament influwenzaw lil xulxin fir-rigward tal-kultura;

T.  billi l-kooperazzjoni, it-taħriġ, il-mobbiltá tal-artisti u tal-professjonisti kulturali u ta' xogħlijiethom, inkluż permezz ta' netwerks Ewropej u internazzjonali, u r-residenzi tal-artisti huma fatturi ewlenin għat-tixrid u l-iskambju tal-kulturi u tal-arti Ewropej u mhux Ewropej u jeħtieġ li jiġu promossi u msaħħa;

U.  billi politika dwar il-viża għall-artisti u l-professjonisti kulturali hi ewlenija għall-kooperazzjoni b'suċċess u għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tax-xogħolijiet tagħhom, permezz tan-netwerks Ewropej u internazzjonali, kif ukoll biex jiġu żgurati l-programmi attivi ta' residenza tal-artisti li jinvolvu s-soċjetajiet ċivili fil-pajjiżi u r-reġjuni differenti tad-dinja;

V.  billi dan jista' jkun punt ta' tluq utli biex jittieħed rendikont ta' dak li nkiseb taħt "l-aġenda tal-UE għall-kultura" bil-għan li tkompli tiġi żviluppata u mtejba l-istrateġija, billi jiġu stabbiliti miri ċari u li jistgħu jitkejlu, prijoritajiet u riżultati realistiċi li jkunu konformi mal-partikolaritajiet tal-pajjiżi individwali, u billi wieħed jitgħallem mill-aħjar prattiki;

W.  billi, l-UE, bħala sieħba ewlenija tan-Nazzjonijiet Uniti, għandha taħdem mill-qrib mal-UNESCO biex tipproteġi l-patrimonju kulturali globali;

X.  billi l-koordinazzjoni fost il-programmi u r-riżorsi tal-UE għandhom isaħħu d-dimensjoni kulturali tar-relazzjonijiet internazzjonali tal-UE sabiex jinħoloq spazju kondiviż ta' djalogu għall-fehim u l-fiduċja transkulturali;

Y.  billi l-inizjattivi u l-azzjonijiet tal-UE għandhom ikunu aktar viżibbli f'pajjiżi terzi, inklużi f'dawk koperti mill-Politika Ewropea ta' Viċinat, u r-riżultati tagħhom għandhom jiġu attribwiti, valutati u mxerrda aħjar(19);

Z.  billi l-għadd ta' prodotti u servizzi mis-settur awdjoviżiv, kulturali u dak kreattiv qed jiżdied, kif qed jiżdied ukoll il-kontribut tagħhom għall-PGD u għaċ-ċirkolazzjoni internazzjonali;

AA.  billi bosta Rotot Kulturali Ewropej iċċertifikati mill-Kunsill tal-Ewropa jgħaddu minn pajjiżi fil-Viċinat tal-Lvant u tan-Nofsinhar tal-UE, kif ukoll minn pajjiżi kandidati u billi dan jikkontribwixxi għall-ħolqien ta' rabtiet bejn l-UE u l-pajjiżi tal-viċinat tagħha;

AB.  billi l-isforzi tal-Unjoni biex trawwem reżiljenza soċjetali billi tapprofondixxi l-ħidma dwar il-kultura, l-edukazzjoni u ż-żgħażagħ, tħeġġeġ il-pluraliżmu, il-koeżistenza u r-rispett;

Objettivi

1.  Jilqa' l-komunikazzjoni konġunta, li toffri ħarsa ġenerali tal-istrumenti, l-azzjonijiet, l-inizjattivi, il-programmi u l-proġetti kollha appoġġjati jew implimentati mill-UE u l-Istati Membri tagħha li d-denominatur komuni tagħhom huwa l-kultura; jitlob li tiġi żviluppata strateġija effettiva tal-UE għar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali;

2.  Jirrikonoxxi li l-komunikazzjoni konġunta għandha l-għan li trawwem il-kooperazzjoni kulturali fi ħdan l-UE u mal-pajjiżi sħab tagħha u li tippromwovi ordni globali bbażat fuq iż-żamma tal-paċi, il-ġlieda kontra l-estremiżmu u r-radikalizzazzkjoni permezz tad-djalogu interkulturali u interreliġjuż, u dwar il-prevenzjoni tal-kunflitti b'osservanza tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt, il-libertà tal-espressjoni, il-libertà artistika, il-fehim reċiproku, id-drittijiet tal-bniedem, id-diversità kulturali u lingwistika u l-valuri fundamentali; jenfasizza, barra minn hekk, ir-rwol importanti ta' diplomazija kulturali, u l-iskambju edukattiv u kulturali fit-tisħiħ ta' qafas komuni ta' valuri universali;

3.  Jirrikonoxxi l-isforzi mwettqa mis-SEAE, flimkien mal-Kummissjoni, biex tissaħħaħ id-dimensjoni esterna tal-politiki tax-xjenza u r-riċerka, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromwovi l-iżvilupp ta' diplomazija xjentifika ambizzjuża;

4.  Jitlob li d-drittijiet kulturali jiġu promossi bħala parti integrali mid-drittijiet fundamentali tal-bniedem, u li l-kultura titqies għall-valur intrinsiku tagħha bħala r-raba' pilastru awtonomu trasversali tal-iżvilupp sostenibbli flimkien mad-dimensjoni soċjali, ekonomika u dik ambjentali;

5.  Jilqa' l-approċċ tal-komunikazzjoni konġunta, li tidentifika tliet linji ta' ħidma: l-appoġġ tal-kultura bħala vettura għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku sostenibbli; il-promozzjoni tal-kultura u tad-djalogu interkulturali għal relazzjonijiet interkomunitarji paċifiċi; u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni dwar il-patrimonju kulturali;

6.  Jappella li l-libertà tal-espressjoni artistika tiġi promossa bħala valur u sforz tal-Unjoni Ewropea, bil-promozzjoni ta' djalogu ħieles u l-iskambju ta' prattiki tajba fil-livell internazzjonali;

7.  Jenfasizza li l-UE għandha esperjenzi multippli u diversi fil-governanza inklużiva u li s-saħħa tagħha tinsab fil-fatt li hija magħquda fid-diversità tagħha u li dan huwa fejn l-UE żżid fil-valur;

8.  Jirrikonoxxi li filwaqt li l-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità għandhom jiġu rispettati fil-qasam tal-kultura - b'kunsiderazzjoni ukoll tal-għeruq kulturali u ta' patrimonju komuni tal-UE u tal-Istati Membri, u r-riżultat ta' interazzjonijiet artistiċi u kulturali li tawlu s-snin - ħolqu attitudni għax-xogħol u l-kreazzjoni li flimkien għenu biex jinbena l-pedament ta' rispett għal u l-fehim ta' kulturi oħrajn;

9.  Jenfasizza li l-UE hija qasam fejn l-Istati Membri kollha jgħaqqdu l-forzi tagħhom biex ikollhom rwol aktar b'saħħtu fil-qasam tar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali, billi jiksbu vantaġġ mill-benefiċċji ta' kooperazzjoni reċiproka;

10.  Jissuġġerixxi li kull Stat Membru jista' jniedi azzjonijiet konġunti flimkien mal-UE biex jiġi enfasizzat pajjiż differenti tal-UE kull sena, permezz ta' pereżempju esibizzjonijiet u koproduzzjonijiet, b'rwol speċjali mogħti lill-presidenza b'rotazzjoni, bil-għan li jitwassal valur intrinsiku addizzjonali għall-UE u għall-Istati Membri u biex tiżdied il-viżibbiltà tal-azzjonijiet u tal-inizjattivi tagħha barra mill-pajjiż, inkluż permezz ta' delegazzjonijiet mill-UE, bl-użu ta' riżorsi umani u finanzjarji speċifiċi għal dan il-għan;

11.  L-Istati Membri, speċjalment l-Istati Membri żgħar u l-istituzzjonijiet u l-atturi kulturali tagħhom, jistgħu jżidu l-valur tal-kisbiet kulturali tagħhom billi jużaw lill-UE biex jippromwovuhom u jxerrduhom lil hinn mill-Ewropa;

12.  Id-diplomazija kulturali tista' tiffunzjona bħala ambaxxatriċi tal-UE u tal-Istati Membri tagħha;

13.  Ifakkar, b'kunsiderazzjoni tal-patrimonju kulturali tanġibbli u intanġibbli, dwar l-importanza tal-kooperazzjoni fost l-Istati membri u l-istituzzjonijiet tal-UE f'termini ta' aċċessibbiltà għar-riċerka, il-promozzjoni, il-preservazzjoni u l-ġestjoni, u l-ġlieda kontra t-traffikar, is-sakkeġġ u l-qerda, inkluż permezz ta' fondi u assistenza dedikati, u permezz tal-kooperazzjoni transfruntiera tal-pulizija, kemm ġewwa kif ukoll barra mill-UE;

14.  Jenfasizza r-rwol tal-midja indipendenti fil-promozzjoni tad-diversità kulturali u l-kompetenzi interkulturali, u l-bżonn li tali midja tissaħħaħ bħala sors ta' informazzjoni kredibbli, speċjalment fil-viċinat tal-UE;

15.  Jilqa' l-fatt li l-komunikazzjoni konġunta tintroduċi industriji kulturali u kreattivi bħala element importanti tal-istrateġija tal-UE għar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali; billi dawn l-industriji jikkontribwixxu għas-'soft-power' tal-Ewropa fir-rwol tagħhom ta' ambaxxaturi ta' valuri Ewropej, speċjalment fir-rigward taċ-ċentri kreattivi reġjonali u netwerks kulturali, u jirrakkomanda li dawn jiġu identifikati u jingħataw spinta kif ukoll li jiġu żviluppati l-ħiliet; jistieden lill-Kummissjoni taġġorna n-netwerks ta' aġenti u atturi kreattivi u kulturali, b'enfasi speċifiku fuq l-SMEs, id-distretti kreattivi Ewropej u pjattaformi kreattivi, bħala muturi ta' effetti multiplikaturi u ta' inovazzjoni, inkluż f'oqsma oħrajn;

16.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-VP/RGħ tidentifika "atturi kulturali" li jwettqu rwol integrali fl-implimentazzjoni tal-komunikazzjoni konġunta, tikkjarifika li dawn għandhom jinkludu, fost kategoriji oħrajn, l-artisti, il-professjonijisti kulturali u kreattivi, l-istituzzjonijiet kulturali, il-fondazzjonijiet privati u pubbliċi, l-universitajiet, u n-negozji kulturali u kreattivi;

Governanza u għodod

17.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-VP/RGħ jippreżentaw pjanijiet ta' azzjoni annwali u multiannwali f'dan il-qasam, li għandhom jinkludu azzjonijiet, prijoritajiet tematiċi u ġeografiċi strateġiċi u objettivi komuni, u li jsir rieżami perjodiku tal-implimentazzjoni tal-komunikazzjoni konġunta, li r-riżultati tagħha għandhom jiġu rrapportati lill-Parlament;

18.  Jenfasizza l-ħtieġa għal koerenza akbar fost il-politiki u l-azzjonijiet tal-UE li jinvolvu pajjiżi terzi; jenfasizza l-bżonn li jinsiltu r-riżultati tar-riċerka eżistenti, l-aħjar prattiki u inizjattivi u strumenti oħrajn iffinanzjati mill-UE fir-rigward tal-patrimonju kulturali li jista' jibbenefika l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi; jappella għal sinerġiji msaħħa bejn l-atturi kollha involuti, u għal inizjattivi oħrajn iffinanzjati mill-UE, li jistgħu jkunu ta' benefiċċju biex jinkisbu l-objettivi tal-istrateġija, biex tkun garantita l-effiċjenza fir-riżorsi, l-eżiti ottimizzati u l-impatt imsaħħaħ tal-azzjonijiet u l-inizjattivi tal-UE; jirrakkomanda eżerċizzju ta' teħid ta' rendikont sabiex jiġi garantit approċċ effettiv;

19.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, fil-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, tipprovdi linja baġitarja ddedikata għall-appoġġ ta' relazzjonijiet kulturali internazzjonali fil-programmi eżistenti u f'sejħiet futuri, speċjalment fil-ġenerazzjoni li jmiss ta' programmi dwar il-kultura u l-edukazzjoni, sabiex dawn ikunu jistgħu jiżviluppaw l-azzjoni internazzjonali tagħhom b'mod xieraq;

20.  Jipproponi li jitfassal programm iddedikat tal-UE u li r-riżorsi jiġu ffukati fuq il-mobbiltá u l-iskambji internazzjonali bħal programmi ta' residenza speċjalment għal professjonisti u artisti kulturali u kreattivi żgħażagħ;

21.  Jipproponi f'dan il-kuntest, li l-alumni u l-benefiċjarji preċedenti tal-Erasmus u ta' programmi edukattivi u ta' volontarjat ta' mobbiltà għandhom jiġu inkoraġġiti li jagħmlu użu mill-ħiliet u l-kompetenzi interkulturali għall-benefiċċju tal-oħrajn, u għandhom isiru atturi ta' influwenza fl-iżvilupp ta' sħubija fil-qasam tar-relazzjonijiet kulturali esterni;

22.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa d-dimensjoni tat-turiżmu kulturali, permezz, pereżempju tat-tfassil u l-programmi tematiċi ta' skambju u l-aħjar prattiki sabiex jiffaċilita l-mobbiltà u l-iskambji internazzjonali ma' ċittadini minn pajjiżi terzi, kif ukoll dwar l-aċċess għal oġġetti kulturali;

23.  Jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jinkludu r-relazzjonijiet kulturali internazzjonali fl-istrumenti u l-programmi ta' kooperazzjoni internazzjonali b'mod orizzontali, u fil-kuntest tal-eżerċizzju tar-rieżami ta' nofs it-terminu, sabiex jiżguraw il-koerenza u sabiex ibiddlu r-relazzjonijiet kulturali internazzjonali f'għodda effiċjenti;

24.  Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-impatt tad-dimensjoni kulturali fir-relazzjonijiet internazzjonali bl-inklużjoni sistematika tad-dimensjoni kulturali fin-negozjati u fil-ftehimiet ta' assoċjazzjoni; jissottolinja l-bżonn li l-UE tfassal prinċipji ta' kondotta għas-sħab tal-kooperazzjoni fi proġetti transnazzjonali u għall-ħolqien ta' qafas flessibbli għall-faċilitazzjoni tal-kooperazzjoni kulturali transnazzjonali bit-tneħħija tal-ostakoli;

25.  Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja iktar ir-relazzjonijiet kulturali mal-pajjiżi tal-viċinat permezz ta' assistenza teknika, il-programmi ta' taħriġ għall-bini tal-kapaċità, l-iżvilupp ta' ħiliet u t-trasferiment tal-għarfien - anke fl-isfera tal-midja - u biex titjieb il-governanza u jiġu favoriti sħubijiet ġodda fil-livell nazzjonali, reġjonali, lokali u dak transkonfinali, filwaqt li jiġi provdut segwitu għall-programmi reġjonali fil-pajjiżi tal-viċiniat tan-Nofsinhar u tal-Lvant, inklużi l-Balkani tal-Punent;

26.  Jissottolinja l-fatt, li għal raġunijiet ta' sostenibbiltà, l-attivitajiet ta' finanzjament kulturali esterni tal-UE għandhom joħorġu minn parteċipazzjoni qawwija tas-sħab lokali, l-adattament tal-programmi għar-realtajiet lokali u bl-għoti ta' kunsiderazzjoni xierqa tal-perjodu ta' wara l-finanzjament għall-proġetti, inkluża t-tranżizzjoni għall-finanzjament nazzjonali u mudelli ta' introjtu oħrajn;

27.  Jenfasizza l-importanza ta' inizjattivi kulturali u tad-drittijiet tal-bniedem, li għandhom jimmiraw lejn il-ħolqien ta' professjonijiet kulturali f'pajjiżi jew f'reġjuni fejn id-drittijiet tagħhom huma mhedda; jappella li dawn il-programmi jiġu ffinanzjati b'mod konġunt mill-Fond Ewropew għad-Demokrazija u mill-Istrument Ewropew ta' Viċinat;

28.  Jenfasizza li soċjetà ċivili attiva f'pajjiżi sħab tista' tgħin konsiderevolment fit-tqassim tal-valuri promossi mill-UE, u għalhekk hu essenzjali li l-UE tkabbar l-appoġġ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fis-settur kulturali fil-pajjiżi sħab, meta tittratta r-relazzjonijiet bilaterali tagħha;

29.  Jappella lill-Kummisjsoni tinkludi l-kultura fil-ftehimiet bilaterali u multilaterali eżistenti u futuri, bi proviżżjonijiet baġitarji adegwati u b'rispett dovut għall-impenji magħmula skont il-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar id-Diversità Kulturali, sabiex tingħata enfasi akbar fuq il-potenzjal ekonomiku tal-patrimonju kulturali u tas-setturi kulturali u kreattivi fil-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli, inkluż fl-oqsma ta' tkabbir u impjiegi, u fuq l-impatt tagħhom fuq il-benesseri soċjali; jargumenta li dan jista' jsir, pereżempju, fil-mandat ta' negozjati li jmiss għal sħubija ġdida mal-pajjiżi AKP wara l-2020; jappella għall-iżvilupp ta' indikaturi tal-UE f'dan il-qasam bħala mezz li jingħata kontribut għad-dibattitu politiku kulturali;

30.  Jenfasizza l-importaza tal-mobbilta taż-żgħażagħ u tal-iskemi ta' kooperazzjoni universitarja, bħala miżuri ta' valur għoli għall-istabbiliment ta' relazzjonijiet akkademiċi u kulturali;

31.  Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ id-dimensjoni internazzjonali ta' Erasmus, Ewropa Kreattiva, Ewropa għaċ-ċittadini u Orizzont 2020; ifakkar, f'dan ir-rigward, ir-rwol kruċjali tal-programmi tal-UE fil-qasam tal-kultura, l-edukazzjoni, iż-żgħażagħ u l-isport bħala element ewlieni fil-ġlieda kontra l-intolleranza u l-preġudizzji, kif ukoll it-trawwim ta' sens ta' appartenenza komuni u rispett għad-diversità kulturali; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi, partikolarment fi ħdan il-kuntest tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, il-parteċipazzjoni f'dawn il-programmi minn pajjiżi sħab l-eqreb lejn l-UE;

32.  Jirrikonoxxi l-isforzi tal-Kummissjoni għall-promozzjoni tar-rwol tax-xjenza, ir-riċerka, l-edukazzjoni u l-kooperazzjoni kulturali bħala għodda 'soft-power' fir-relazzjonijiet esterni Ewropej; jevidenzja kif l-iskambju xjentifiku u kulturali jista' jikkontribwixxi għall-bini ta' kapaċità u r-riżoluzzjoni tal-kunflitt, partikolarment fir-relazzjonijiet mal-pajjiżi tal-viċinat;

33.  Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ u tespandi l-COSME (il-programm tal-UE għall-Kompetittività tal-Intrapriżi, u l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju) biex tkopri l-istrateġija għar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali, u biex issaħħaħ, permezz ta' programmi tematiċi tal-UE, SMEs attivi fis-settur kulturali fil-pajjiżi barra mill-UE;

34.  Jenfasizza r-rwol tal-Kumitat tar-Reġjuni u tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u r-rwol tal-awtoritajiet reġjonali u lokali, u tas-soċjetà ċivili, fil-formulazzjoni tal-istrateġija;

35.  Jenfasizza li l-Parlament għandu jkollu rwol attiv fil-promozzjoni tal-kultura fl-azzjoni esterna tal-UE, inkluż permezz tal-uffiċċji tal-informazzjoni u ta' kuntatt;

36.  Jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jaħtru 'punt ta' kuntatt' f'kull delegazzjoni tal-UE biex dan jikkollega mal-istituti kulturali nazzjonali, ir-rappreżentanti u s-soċjetajiet ċivili, l-atturi u l-awtoritajiet lokali fi proċess ta' djalogu strutturat immirat lejn l-identifikazzjoni konġunta ta' oqsma ta' prijorità, bżonnijiet u metodi ta' kooperazzjoni komuni, u biex jipprovdi baġit adegwat u taħriġ; jitlob lill-Kummissjoni u lis-SEAE jirrapportaw lill-Parlament dwar l-istat ta' implimentazzjoni u r-riżultati miksuba kull sentejn;

37.  Jitlob li jiġu allokati riżorsi umani u finanzjarji xierqa fis-SEAE għar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali, biex b'hekk is-SEAE jiġi mgħammar bi rwol ta' mexxej katalitiku fis-servizzi differenti tal-UE li għandhom x'jaqsmu mar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali;

38.  Jiffavorixxi relazzjonijiet kulturali internazzjonali bħala s-suġġett għall-edukazzjoni, it-taħriġ u r-riċerka, bil-għan li tinbena l-kapaċità tal-atturi f'dan il-qasam, kif ukoll biex tissaħħaħ il-parteċipazzjoni kulturali permezz tal-edukazzjoni, inkluż billi l-persunal tal-UE, jingħata t-taħriġ rilevanti dwar il-kompetenzi kulturali;

39.  Jappella li r-rwol tal-istituti kulturali tal-Istati Membri jiġi identifikat b'mod ċar fir-rigward tal-influwenza kulturali tal-UE barra mill-fruntieri tagħha, u fil-kuntest ta' narrativa inklużiva u kondiviża Ewropea, permezz tan-Netwerk tal-Istituti Nazzjonali għall-Kultura tal-UE (EUNIC) u ta' fora oħrajn, u jiffavorixxi approċċ inklużiv u ugwali lejn il-partijiet interessati kollha, inkluż is-soċjetà ċivili; ifaħħar, f'dan ir-rigward, ix-xogħol imwettaq sal-lum mill-istituzzjonijiet kulturali tal-Istati Membri; iħeġġeġ aktar kollaborazzjoni esterna bil-għan li l-interessi tal-Istati Membri jiġu ottimizzati, b'attenzjoni partikolari mogħtija lill-Istati Membri żgħar u Stati Membri mingħajr istituti kulturali barra mill-pajjiż, u l-bżonnijiet ta' rappreżentanza kulturali tagħhom;

40.  Jappella għat-tisħiħ tas-sħubija strateġika mal-UNESCO fl-implimentazzjoni tal-komunikazzjoni konġunta, billi tiġi sfruttata l-kredibbiltà tagħha fl-Ewropa u l-ilħiq globali tagħha sabiex jiġu mmultiplikati l-effetti tal-azzjonijiet konġunti mal-partijiet interessati kollha tal-UE u barra mill-UE, u biex jiġi kkunsidrat li din tiġi assoċjata mal-gruppi ta' ħidma jew bordijiet konsultattivi futuri sabiex tgħin fl-implimentazzjoni tal-komunikazzjoni;

41.  Jenfasizza l-bżonn li ssir definizzjoni mill-ġdid tar-rwol importanti tal-istituti kulturali nazzjonali fl-iskambji interkulturali, b'kunsiderazzjoni tal-fatt li uħud minnhom għandhom tradizzjonijiet twal u diversi kuntatti f'pajjiżi terzi, li jippermettulhom jservu ta' bażi solida għall-kooperazzjoni u l-komunikazzjoni fost l-atturi differenti Ewropej; jirrimarka, barra minn hekk, il-potenzjal tagħhom li jippromwovu u jiffaċilitaw ir-relazzjonijiet bilaterali bejn il-pajjiżi u fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' strateġija Ewropea għad-diplomazija kulturali;

42.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-VP/RGħ jappoġġjaw aktar l-iżvilupp ta' programm ta' studju EUVP (Unità tal-Programm ta' Żjarat tal-Unjoni Ewropea) personalizzat b'mod individwali, bħala għodda b'saħħitha għat-tisħiħ tad-djalogu, il-promozzjoni tad-demokrazija u l-forniment ta' pjattaforma permanenti għaż-żgħażagħ u l-mexxejja futuri u għal dawk li jiffurmaw l-opinjonijiet minn pajjiżi terzi, kif ukoll għal interlokuturi ewlenin fi ħdan l-istituzzjonijiet Ewropej u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;

43.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-ħolqien tal-Pjattaforma ta' Diplomazija Kulturali, u jitlob li din issir sostenibbli, b'valutazzjoni regolari tal-objettivi, riżultati u governanza tagħha; jirrikonoxxi li diversi partijiet interessati istituzzjonali u mhux istituzzjonali differenti(20) huma attivi fil-qasam tar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali, u jitlob lill-Kummissjoni tippromwovi djalogu strutturat bejn il-partijiet interessati kollha, inkluż permezz tal-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni;

44.  Jitlob li jiġi stabbilit mingħajr dewmien mekkaniżmu ta' prevenzjoni, valutazzjoni, ta' rikostruzzjoni tal-patrimonju kulturali fil-perikolu, u valutazzjoni tat-telf, inkluż mekkaniżmu ta' emerġenza rapdiu għas-salvagwardja tal-patrimonju f'pajjiżi f'kunflitt, li jibni fuq l-esperjenza tal-inizjattiva tat-task force tal-Blue Helmets għall-Kultura tan-NU, f'kooperazzjoni mill-qrib u strutturata mal-UNESCO u bl-appoġġ teknoloġiku ta' Copernicus – il-Programm Ewropew ta' Osservazzjoni tad-Dinja; jilqa' f'dan ir-rigward, l-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni 2347 tal-Kunsill ta' Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti,li tiddikjara li l-qerda ta' patrimonju kulturali tista' tikkostitwixxi delitt tal-gwerra, u jappella lill-UE u lis-SEAE jaħdmu mas-sħab kollha biex jikkontribwixxu għall-prevenzjoni tal-kunflitt, il-bini tal-paċi u l-proċessi ta' restawr u rikonċiljazzjoni fiż-żoni kollha milquta minn kunflitt;

45.  Jappella għal koordinazzjoni fil-livell tal-UE fil-ġlieda kontra t-traffikar illegali ta' oġġetti kulturali misruqa matul kunflitti armati u gwerer, u l-irkupru ta' tali oġġetti, b'rikonoxximent għall-fatt li tali koordinazzjoni għandha rwol ewlieni fl-isforzi biex jiġi imblukkat il-finanzjament ta' gruppi terroristiċi;

46.  Jenfasizza l-bżonn li tissaħħaħ is-sħubija strateġika UE-UNESCO bil-ħolqien ta' pjattaforma sostnuta għall-kooperazzjoni u komunikazzjoni dwar il-prijoritajiet kondiviżi, bil-għan li jiġu trattati b'mod effikaċi l-isfidi komuni fil-kultura u l-edukazzjoni;

47.  Jipproponi li fil-Forum Kulturali Ewropew tul il-Jiem Ewropej tal-Iżvilupp, tingħata attenzjoni speċjali lid-djalogu strutturat mas-soċjetà ċivili u mal-partijiet interessati dwar il-kwistjoni tar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali tal-UE;

48.  Jistieden lill-Kummissjoni torganizza kollokju/forum speċifiku għall-atturi kulturali dwar il-kultura u l-iżvilupp, skont id-Dikjarazzjoni ta' Brussell UE-AKP ta' April 2009, u li din għandha tkun miftuħa għall-atturi mill-viċinat tal-UE u minn pajjiżi sħab strateġiċi oħrajn;

49.  Jikkunsidra d-deċiżjoni dwar Sena Ewropea tal-Patrimonju Kulturali 2018, bħala opportunità li tikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-patrimonju kulturali, b'approċċ integrat, bħala element importanti tad-dimensjoni internazzjonali tal-UE, billi tkompli tibni fuq l-interess tal-pajjiżi sħab dwar il-patrimonju u l-għarfien espert tal-Ewropa;

50.  Jappella għal implimentazzjoni effikaċi tal-istrumenti legali li diġà hemm fis-seħħ, sabiex il-patrimonju kulturali, id-drittijiet tal-awtur u l-proprjetà intellettwali jiġu protetti; jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta proposta leġiżlattiva li tkun maħsuba biex tirregola l-importazzjoni ta' beni kulturali fl-UE, b'mod partikolari beni kulturali minn żoni ta' kunflitt, u dan bħala mezz biex jiġi miġġieled it-traffikar;

51.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri - li ffirmaw u rratifikaw, u b'hekk impenjaw ruħhom li jimplimentaw, il-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali, tal-2005 - biex jappoġġjaw l-azzjonijiet komuni għall-implimentazzjoni tagħha;

Approċċ bejn il-persuni

52.  Jaqbel mal-proposta fil-komunikazzjoni konġunta biex issir bidla minn approċċ minn fuq għal isfel għal approċċ bejn il-persuni (P2P), billi jiġu enfasizzati l-proċessi ta' kokreazzjoni u koproduzzjoni fl-industriji kulturali u kreattivi; iqis li l-kultura għandha tilħaq liċ-ċittadini kollha;

53.  Jirrikonoxxi li ż-żgħażagħ huma wieħed mill-gruppi ta' mira ewlenin fl-UE u fil-pajjiżi sħab, u li l-esponiment għal kulturi u lingwi oħrajn toffri esperjenzi li spiss jiġġeneraw affinità tul il-ħajja, u jirrikonoxxi li l-arti tal-ispettaklu, l-arti viżiva, l-arti tat-triq, il-mużika, it-teatru, iċ-ċinema, il-letteratura u l-midja soċjali, kif ukoll il-pjattaformi diġitali b'mod ġenerali, huma l-aħjar kanali biex huma jintlaħqu u jiġu involuti;

54.  Jitlob li jiġu valorizzati l-proġetti konġunti bejn l-UE u l-pajjiżi terzi fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp tad-diġitalizzazzjoni tal-patrimonju kulturali, anke sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-għarfien, l-iżvilupp ta' servizzi u prodotti ġodda, u l-promozzjoni ta' turiżmu kulturali ġdid;

55.  Jappella li l-valur u r-rwol tal-kontenut kulturali, li l-Ewropa hi waħda mill-produtturi ewlenin tiegħu, jiġu integrati fil-politiki Ewropej, inkluż fis-settur diġitali, bil-għan li jinħolqu netwerks virtwali globali taċ-ċittadini, sabiex tiżdied il-parteċipazzjoni u l-iskambju kulturali;

56.  Jappella għall-ħolqien ta' inizjattiva ta' konnettività tal-UE li tassisti liż-żgħażagħ żvantaġġjati ġeografikament, sabiex dawn jitħallew jipparteċipaw b'mod aktar attiv;

57.  Jilqa' l-inizjattivi mill-Kummissjoni għall-promozzjoni ta' tagħlim bejn il-pari għall-intraprendituri kulturali żgħażagħ, bħall-programm Med Culture, jew tappoġġja inizjattivi għal taħriġ f'relazzjonijiet interkulturali, bħal More Europe;

58.  Jiffavorixxi miżuri li jagħmluha faċli kemm jista' jkun għal pajjiżi terzi biex jipparteċipaw aktar fi proġetti transfruntiera u konġunti bħar-Rotot Kulturali tal-Kunsill tal-Ewropa, kif ukoll biex jiġu inklużi bħala atturi fi strateġija futura ssuġġerita għad-delegazzjonijiet tal-UE f'pajjiżi terzi, biex b'hekk jitħallew jiksbu vantaġġ sħiħ għall-ħidma tagħhom f'attivitajiet kulturali ta' pajjiżi terzi tal-UE, bħall-Kapitali Ewropea tal-Kultura u l-Premju Lux; ifakkar li l-għodod diġitali, il-pjattaformi teknoloġiċi bħal Europeana u n-netwerks kulturali jista' jkollhom rwol kruċjali biex jintlaħqu udjenzi akbar u jinxterdu l-aħjar prattiki;

59.  Jappella għall-ħolqien ta' programm ta' viża kulturali, li jimxi fuq il-linji tal-Programm ta' Viża Xjentifika, għal ċittadini, artisti u professjonisti oħrajn fil-qasam kulturali, minn pajjiżi terzi, bil-għan li jiġu promossi relazzjonijiet kulturali u jitneħħew l-ostakoli għall-mobbiltà fis-settur tal-kultura;

60.  Jappella lill-Kummissjoni biex tagħti spinta lill-kollaborazzjoni mal-Kunsill tal-Ewropa, partikolarment fi programmi ddedikati biex jenfasizzaw il-kultura bħala vettura għad-demokrazija, id-djalogu interkulturali, il-patrimonju kulturali u d-dinja awdjoviżiva;

61.  Jirrikonoxxi l-ħtieġa għal għarfien fil-fond fil-qasam, u tal-atturi lokali u s-soċjetà ċivili, sabiex jitjieb l-aċċess għall-programmi u l-għoti ta' fondi ta' dawn l-atturi u biex jiġi żgurat li l-effett multiplikatur tal-parteċipazzjoni tagħhom fi programmi u inizjattivi tal-UE jiġi sfruttat; jirrakkomanda li jiġu kkonsultati l-atturi lokali, inklużi l-awtoritajiet lokali bil-ħsieb li jitfasslu programmi bi sħab; jitlob li jiġu żviluppati approċċi kollaborattivi innovattivi li jiddependu fuq l-għodod u n-netwerks li diġà jeżistu (għotjiet, sottogħotjiet)(21), u li dawn jiġu segwiti, filwaqt li jitqies il-bilanċ bejn il-ġeneri;

62.  Jirrikonoxxi li l-istrateġiji u l-programmi ta' żvilupp jiffukaw ħafna fuq il-privazzjoni materjali u soċjokulturali; jitlob li l-komunitajiet vulnerabbli, inkluż f'żoni rurali u remoti, jintlaħqu aħjar bil-għan li titrawwem il-koeżjoni soċjali;

63.  Jappella għal viżibbiltà mtejba u tqassim aħjar tal-attivitajiet tal-UE u tal-Istati Membri fil-qasam tal-kultura fil-livell internazzjonali, inkluż permezz tal-ħolqien ta' linji gwida komuni(22) u billi jintlaħqu l-udjenzi mira fil-lingwi nattivi tagħhom;

64.  Jappella għal bidla fl-approċċ fil-kopertura medjatika billi jħeġġeġ il-provviżjoni ta' informazzjoni kulturali Ewropea, bit-tnedija ta' portal kulturali tal-UE, festivals u t-tfassil tal-kunċett ta' Djar tal-Istorja Ewropea, inkluż permezz ta' parteċipazzjoni strutturata mal-pjattaformi tal-midja lokali u tal-midja soċjali, kif ukoll f'kooperazzjoni mal-EBU, EURONEWS u EURANET, fost l-oħrajn;

65.  Iħeġġeġ lill-UE tieħu vantaġġ sħiħ mill-potenzjal tar-riċerka multimedjali biex tifhem l-isfidi u l-opportunitajiet attwali fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, inkluż dwar kwistjonijiet relatati mal-kultura u mal-valutazzjoni tar-rwol tal-kultura fl-iżvilupp u l-kooperazzjoni internazzjonali;

Strateġija globali tal-UE

66.  Jenfasizza r-rwol importanti tal-kultura fil-politika esterna tal-UE bħala forza ta' influwenza, katalist għaż-żamma tal-paċi, l-istabbiltà u r-rikonċiljazzjoni, u bħala magna għall-iżvilupp soċjoekonomiku u uman;

67.  Jenfasizza r-rwol kruċjali tal-edukazzjoni u l-kultura biex jitrawmu ċ-ċittadinanza u l-ħiliet interkulturali, kif ukoll biex jissawru prospetti soċjali, umani u ekonomiċi aħjar;

68.  Ifaħħar il-fatt li l-Istrateġija Globali tal-UE tenfasizza l-importanza tad-djalogu interkulturali u interreliġjuż fit-tisħiħ tal-fehim reċiproku; jiddispjaċih, madankollu, li l-valur intrinsiku tal-kultura u l-arti bħala strumenti ta' trażżin kontra r-radikalizzazzjoni, u t-terroriżmu ma jissemmiex; jitlob, għalhekk, li jissaħħu l-istrumenti ddedikati b'mod speċifiku għat-tisħiħ ta' u l-kooperazzjoni mas-settur kulturali;

69.  Jappella lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-kooperazzjoni tagħha mal-organizzazzjonijiet internazzjonali, bħan-Nazzjonijiet Uniti, il-UNESCO, l-Interpol, l-Organizzazzjoni Dinjija Doganali u l-Kunsill Internazzjonali tal-Mużewijiet, sabiex tissaħħaħ il-ġlieda kontra t-traffikar ta' beni kulturali li jista' jservi biex jiffinanzja l-attivitajiet kriminali, inkluż il-finanzjament ta' organizzazzjonijiet terroristiċi;

70.  Jistieden lill-VP/RGħ tagħti rwol speċifiku lill-kwistjonijiet kulturali fl-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali tal-Istrateġija Globali tal-UE;

71.  Jenfasizza li l-UE, li l-pedamenti tagħha huma msejsa fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, jeħtieġ li tibni fuq l-esperjenza tagħha u fuq il-lezzjonijiet tal-passat meta tiġi għall-politika esterna, u li dan għandu jkun rifless fl-iżvilupp tar-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi permezz tal-kultura u tal-patrimonju kulturali, jinnota f'dan ir-rigward li dan għandu jipprovdi opportunità ukoll biex l-UE tesponi u tesporta l-valuri kulturali tagħha;

72.  Jitlob li jkun hemm politiki kulturali u edukattivi mmirati li jistgħu jappoġġjaw l-objettivi tal-politika estera u ta' sigurtà tal-UE u jikkontribwixxu biex jissaħħu d-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem; ifakkar li l-2018 hu s-70 anniversarju tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem;

73.  Jirrikonoxxi li l-influwenza kulturali tal-UE jippermettilha tipproġetta l-viżibbiltà tagħha fi kwistjonijiet internazzjonali permezz tal-kanali tal-identità kulturali diversa tagħha;

74.  Ifakkar li l-edukazzjoni u l-kultura huma mexxejja fundamentali li jiffaċilitaw il-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli fl-2030, b'attenzjoni speċifika għar-riġenerazzjoni urbana u għall-bliet fl-Ewropa u fid-dinja; jappella, għalhekk għall-proposta ta' Kunsens Ewropew Ġdid għall-Iżvilupp li jenfasizza r-rwol tal-kultura u tal-protezzjoni u l-promozzjoni tal-espressjonijiet kulturali;

75.  Jitlob li jissaħħu r-relazzjonijiet kulturali internazzjonali fid-diskussjonijiet dwar il-politiki dwar il-migrazzjoni u r-rifuġjati; iħeġġeġ lill-UE, li s-saħħa tagħha hija li tkun magħquda fid-diversità, tadotta approċċ bilanċjat li jirrispetta d-differenzi kulturali, u li fih id-dijaspori jkollhom rwol importanti; jenfasizza li l-kultura għandha tkun pont għall-fehim reċiproku bil-ħsieb li ngħixu flimkien f'armonija akbar;

76.  Jirrikonoxxi li l-UE topera ukoll f'ambjenti speċifiċi fejn il-kuntest politiku u l-oqsfa ġuridiċi għall-ħolqien tar-relazzjonijiet kulturali huma ostili u ripressivi; jirrikonoxxi li fil-pajjiżi terzi, l-UE spiss tbati mill-konsegwenzi ta' informazzjoni mhux preċiża, parzjali u soġġettiva u spiss tkun il-mira ta' propaganda estrema; jappella għal miżuri speċjali u għal azzjoni xierqa f'dan ir-rigward;

77.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri biex isaħħu r-riżorsi disponibbli għall-aċċess għall-edukazzjoni u l-kultura, partikolarment għal minorenni migranti u rifuġjati fl-UE u f'pajjiżi terzi; jitlob appoġġ għall-"kurituri edukattivi" għall-istudenti universitarji fl-universitajiet tal-UE (b'kollaborazzjoni ukoll mal-universitajiet telematiċi), dejjem bir-rispett għad-diversità lingwistika u kulturali;

78.  Jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE irawmu r-relazzjonijiet kulturali mal-istati ġirien immedjati tal-UE bil-ħsieb li jiġu promossi azzjonijiet konkreti mmirati biex jistimulaw id-djalogu interkulturali(23) u li jiġu indirizzati l-kwistjonijiet tal-migrazzjoni, is-sigurtà u r-radikalizzazzjoni li qed tiffaċċja l-UE;

79.  Jirrakkomanda li l-UE taħdem mal-istituzzjonijiet rilevanti kollha li jaħdmu f'dan il-qasam u flimkien mas-sħab lokali biex tikseb l-objettivi tagħha fil-qasam tar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali kemm permezz tal-kooperazzjoni multilaterali f'organizzazzjonijiet internazzjonali kif ukoll permezz ta' sħubijiet mal-atturi prinċipali fil-post;

80.  Jappella lill-Kummissjoni u lis-SEAE jsaħħu l-kooperazzjoni mal-Ftehim Parzjali Estiż dwar ir-Rotot Kulturali tal-Kunsill tal-Ewropa, li hu strument istituzzjonali għat-tisħiħ tar-relazzjonijiet kulturali lokali wkoll ma' pajjiżi terzi, bil-għan li jiġu promossi l-valuri fundamentali tad-diversità kulturali, id-djalogu interkulturali u l-iżvilupp sostenibbli tat-territorju ta' destinazzjonijiet kulturali anqas magħrufa, filwaqt li jiġi preservat il-patrimonju kulturali komuni tagħhom;

81.  Iħeġġeġ lill-UE taħdem mill-qrib mal-istati kollha li jikkondividu l-istess għanijiet u valuri tagħha u li huma lesti jaġixxu biex jappoġġjawhom; jenfasizza li dan huwa partikolarment importanti sabiex tiġi stabbilita azzjoni leġittima u stabbli biex l-UE tiġi rikonoxxuta bħala 'attur globali';

o
o   o

82.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) http://ec.europa.eu/culture/library/publications/global-cultural-citizenship_en.pdf
(2) ĠU C 287, 29.11.2007, p. 1.
(3) Testi adottati, P8_TA(2016)0441.
(4) http://www.coe.int/en/web/conventions/full-list/-/conventions/treaty/199.
(5) ĠU C 320, 16.12.2008, p. 10.
(6) ĠU C 377 E, 7.12.2012, p. 135.
(7) Testi adottati, P8_TA(2016)0005.
(8) Testi adottati, P8_TA(2015)0403.
(9) ĠU C 463, 23.12.2014, p. 4.
(10) Testi adottati, P8_TA(2015)0293.
(11) Testi adottati, P8_TA(2016)0486.
(12) ĠU C 417, 15.12.2015, p. 41.
(13) ĠU C 346, 21.9.2016, p. 55.
(14) ĠU C 247 E, 15.10.2009, p. 32.
(15)http://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/STUD/2016/563418/IPOL_STU(2016)563418_EN.pdf.
(16) http://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/etudes/join/2013/513985/IPOL-CULT_ET(2013)513985_EN.pdf.
(17) http://ec.europa.eu/dgs/fpi/showcases/eu_perceptions_study_en.htm.
(18) Pereżempju, Erasmus, Orizzont 2020 u Ewropa Kreattiva.
(19) Pereżempju, il-Programm tal-Viżitaturi tal-UE (EUVP) stabbilit fl-1974 mill-Parlament u l-Kummissjoni, huwa programm ta' studju individwali għal mexxejja żgħażagħ promettenti u fassala tal-opinjonijiet minn pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea u l-motto tiegħu huwa "Ilna nikkondividu l-valuri tal-UE fid-dinja kollha mill-1974".
(20) Id-Direttorati-Ġenerali tal-Kummissjoni, (b'mod partikolari d-DĠ Edukazzjoni, Żgħażagħ, Sport u Kultura (EAC), id-DĠ Kooperazzjoni Internazzjonali u Żvilupp (DEVCO), id-DĠ Viċinat u Negozjati għat-Tkabbir (NEAR), id-DĠ Riċerka u Innovazzjoni (RTD) u d-DĠ Netwerks tal-Komunikazzjonijiet, il-Kontenut u t-Teknoloġija (CONNECT)), is-SEAE, is-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija (FPI), id-delegazzjonijiet tal-UE, id-delegazzjonijiet tal-Istati Membri, l-istituti kulturali tal-Istati Membri barra mill-pajjiż, il-Kunsill tal-Ewropa, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni, l-Istituti Nazzjonali tal-Unjoni Ewropea għall-Kultura (EUNIC), il-Kunsill Internazzjonali tal-Mużewijiet (ICOM), iċ-Ċentru Internazzjonali għall-Istudju tal-Preservazzjoni u r-Restawr tal-Proprjetà Kulturali (ICCROM), l-UNESCO, l-organizzazzjonijiet internazzjonali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, l-atturi lokali kulturali, l-artisti tat-triq u netwerks u pjattaformi oħrajn.
(21) Pereżempju, il-programm iffinanzjat mill-UE Med Culture, li għandu l-għan li jiżviluppa u jtejjeb il-politiki u l-prattiki kulturali relatati mas-settur kulturali. L-approċċ parteċipattiv jinvolvi atturi tas-soċjetà ċivili, ministeri u istituzzjonijiet privati u pubbliċi li jaħdmu fil-qasam tal-kultura, kif ukoll f'setturi oħra relatati.
(22) Suġġeriment wieħed hu l-ħolqien ta' "Ambaxxaturi għall-Kultura" li huma impenjati u li jappoġġjaw kemm l-integrazzjoni Ewropea u wkoll ir-relazzjonijiet internazzjonali (b'mod simili għal dak tal-Ambaxxaturi ta' Rieda Tajba tan-NU). Dawn jistgħu ikunu artisti, mużiċisti, kittieba, eċċ.
(23) Bħal, pereżempju, il-proġett Young Arab Voice iffinanzjat mill-UE.


Rakkomandazzjoni lill-Kunsill dwar it-72 Sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti
PDF 416kWORD 59k
Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2017 lill-Kunsill dwar it-72 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (2017/2041(INI))
P8_TA(2017)0304A8-0216/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-konvenzjonijiet tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-protokolli fakultattivi tagħhom,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b'mod partikolari l-Artikoli 21, 34 u 36 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-71 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet 1325 (2000), 1820 (2009), 1888 (2009), 1889 (2010), 1960 (2011), 2106 (2013), 2122 (2013) u 2242 (2015) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Marzu 2017 dwar il-prijoritajiet tal-UE għas-sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fl-2017(1),

–  wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja 2015 u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016 dwar attakki fuq sptarijiet u skejjel bi ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali(2),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2016 dwar il-71 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti(3),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2016 dwar il-prijoritajiet tal-UE għall-71 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU,

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida riveduti tal-UE dwar il-Promozzjoni u l-Protezzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni Ewropea fix-xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti, li tagħti d-dritt lill-UE biex tintervjeni fl-Assemblea Ġenerali tan-NU, tippreżenta proposti u emendi orali li jitressqu għall-votazzjoni fuq talba ta' Stat Membru, u teżerċita d-dritt ta' replika,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' New York għar-refuġjati u l-migranti tad-19 ta' Settembru 2016,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti A/71/L.48 tal-21 ta' Diċembru 2016, li tistabbilixxi "Mekkaniżmu Internazzjonali, Imparzjali u Indipendenti biex Jassisti fl-Investigazzjoni u l-Prosekuzzjoni tal-Persuni Responsabbli għad-Delitti l-Aktar Serji skont id-Dritt Internazzjonali li Twettqu fir-Repubblika Għarbija Sirjana sa minn Marzu 2011",

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Frar 2016 dwar il-qtil tal-massa sistematiku ta' minoranzi reliġjużi mill-hekk imsejjaħ 'ISIS/Daesh'(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Ottubru 2016 dwar is-sitwazzjoni fit-Tramuntana tal-Iraq/Mosul(5),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0216/2017),

A.  billi l-impenn tal-UE favur multilateraliżmu effikaċi u governanza globali tajba, bin-NU fil-qalba tiegħu, huwa parti integrali mill-politika esterna tal-UE u għandu l-għeruq tiegħu fil-konvinzjoni li sistema multilaterali bbażata fuq regoli u valuri universali hija l-aktar adattata biex jiġu indirizzati kriżijiet, sfidi u theddid globali;

B.  billi l-ordni internazzjonali bbażat fuq il-kooperazzjoni, id-djalogu, il-kummerċ ħieles u ġust, u d-drittijiet tal-bniedem qed jiġi ddubitat minn bosta movimenti nazzjonalisti u protezzjonisti madwar id-dinja;

C.  billi l-UE għandu jkollha sehem proattiv fil-bini ta' Nazzjonijiet Uniti li kapaċi tikkontribwixxi b'mod attiv għas-soluzzjonijiet globali, għall-paċi u għas-sigurtà, għad-drittijiet tal-bniedem, għall-iżvilupp, għad-demokrazija u għall-ordni internazzjonali bbażat fuq l-istat tad-dritt; billi l-Istati Membri tal-UE jeħtieġ jagħmlu kull sforz biex jikkoordinaw aktar u jintegraw l-azzjonijiet li jieħdu fl-organi u fil-korpi tas-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti skont il-mandat li jinsab fl-Artikolu 34(1) tat-TUE;

D.  billi l-UE u l-Istati Membri tagħha b'mod kollettiv għadhom l-akbar kontributur finanzjarju uniku għas-sistema tan-NU, billi jipprovdu madwar 50 % tal-kontribuzzjonijiet kollha tan-NU, bl-Istati Membri tal-UE jikkontribwixxu madwar 40 % tal-baġit regolari tan-NU; billi l-kontribuzzjonijiet tal-UE lin-NU jenħtieġ ikunu aktar viżibbli;

E.  billi l-UE taħdem favur is-sostenibilità ambjentali, partikolarment fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima permezz tal-promozzjoni ta' miżuri u azzjonijiet internazzjonali intiżi li jippreservaw u jtejbu l-kwalità tal-ambjent u l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali;

F.  billi l-UE hija waħda mill-aktar difensuri u promoturi dedikati tad-drittijiet tal-bniedem, tal-libertajiet fundamentali, tal-valuri u d-diversità kulturali, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt;

G.  billi l-ambjent ta' sigurtà tal-UE huwa dejjem aktar instabbli u volatili minħabba għadd kbir ta' sfidi, li ilhom jeżistu żmien twil jew li nibtu dan l-aħħar, fosthom kunflitti vjolenti, terroriżmu, kriminalità organizzata, propaganda u gwerra ċibernetika, flussi ta' refuġjati u pressjoni migratorja mingħajr preċedent u impatti fuq it-tibdil fil-klima, li huma impossibbli li jiġu indirizzati fil-livell nazzjonali u jeħtieġu risposti reġjonali u globali u kooperazzjoni attiva u kostruttiva;

H.  billi l-UE u n-NU għandhom rwol ewlieni fl-implimentazzjoni tal-Aġenda għall-Iżvilupp tal-2030 bl-għan li jeqirdu l-faqar u joħolqu prosperità kollettiva, jindirizzaw l-inugwaljanzi, u b'hekk joħolqu dinja aktar sikura u aktar ġusta, u jiġġieldu t-tibdil fil-klima u jipproteġu l-ambjent naturali; billi l-Assemblea Ġenerali tan-NU ddeċidiet li tintensifika l-isforzi tal-organizzazzjoni biex timplimenta l-aġenda l-ġdida għall-iżvilupp;

1.  Jindirizza r-rakkomandazzjonijiet li ġejjin lill-Kunsill:

Paċi u sigurtà

Il-ġlieda kontra t-terroriżmu

In-nonproliferazzjoni u d-diżarm

Il-migrazzjoni

Id-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt

L-iżvilupp

It-tibdil fil-klima

L-UE u r-riforma tas-sistema tan-NU

   (a) ikompli jappella għar-rispett sħiħ tas-sovranità, tal-fruntieri rikonoxxuti fuq livell internazzjonali u għall-integrità territorjali tal-pajjiżi tal-Ewropa tal-Lvant u tal-Kawkasu tan-Nofsinhar, b'mod partikolari, il-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna, fid-dawl tal-ksur tad-dritt internazzjonali f'dawk iż-żoni; isostni u jintensifika l-isforzi diplomatiċi għal riżoluzzjoni paċifika u sostenibbli ta' dawn il-kunflitti mtawla għaddejjin bħalissa, kif ukoll il-kunflitt fir-reġjun ta' Nagorno-Karabakh u għar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-integrità territorjali, tan-nuqqas ta' użu tal-forza, u tad-drittijiet ugwali u tal-awtodeterminazzjoni tal-popli fil-post; iħeġġeġ lill-komunità internazzjonali timplimenta bis-sħiħ il-politika tan-nonrikonoxximent tal-annessjoni illegali tal-Krimea; iżid attivament il-pressjoni fuq ir-Russja, inkwantu membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, bl-għan li tinstab riżoluzzjoni tal-kunflitt fl-Ukrajna skont il-ftehimiet ta' Minsk, kif ukoll l-okkupazzjoni tar-reġjuni Ġeorġjani tal-Abkażja u l-Ossezja tan-Nofsinhar; isib bilanċ ġeopolitiku li jirrifjuta kull aspirazzjoni għal sferi esklużivi ta' influwenza;
   (b) li jinżamm appoġġ sħiħ għall-isforzi li saru min-NU biex tiġi ffaċilitata soluzzjoni komprensiva li ttemm id-diviżjoni ta’ Ċipru, u jenfasizza li soluzzjoni għall-problema ta’ Ċipru se jkollha impatt pożittiv fuq ir-reġjun kollu u fuq iċ-Ċiprijotti Griegi kif ukoll iċ-Ċiprijotti Torok; iħeġġeġ lill-Kunsill biex juża r-riżorsi kollha tiegħu biex jappoġġa bis-sħiħ il-konklużjoni b’suċċess tal-proċess ta’ riunifikazzjoni u biex jappoġġa r-rwol tan-NU;
   (c) li jkun hemm appoġġ għall-isforzi mmexxija min-NU biex tkun żgurata soluzzjoni għall-kwistjoni dwar l-isem tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja permezz ta’ ftehim bejn Skopje u Ateni;
   (d) iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha tan-NU jagħmlu disponibbli r-riżorsi finanzjarji u umani kollha meħtieġa biex jgħinu lill-popolazzjonijiet lokali f'kunflitti armati u lir-refuġjati, u biex iħeġġu lill-Istati Membri kollha tan-NU biex jissodisfaw l-impenji finanzjarji li saru lin-NU;
   (e) jirrispetta l-ftehim nukleari bejn l-Iran u membri tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU kif ukoll il-Ġermanja bħala suċċess importanti fid-diplomazija internazzjonali u tal-UE, b'mod partikolari, u biex ikompli jpoġġi pressjoni fuq l-Istati Uniti biex imexxu 'l quddiem l-implimentazzjoni prattika;
   (f) juża l-istrumenti kollha għad-dispożizzjoni tiegħu biex itejjeb il-konformità mill-atturi Statali u mhux Statali mad-dritt umanitarju internazzjonali (IHL); jappoġġa l-isforzi mmexxija mill-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar biex jitwaqqaf mekkaniżmu effikaċi għat-tisħiħ tal-konformità mad-dritt umanitarju internazzjonali;
   (g) jagħmel pressjoni għal aktar impenji multilaterali b'saħħithom biex jinstabu soluzzjonijiet politiċi u paċifiċi sostenibbli fit-tul għall-kunflitti attwali fil-Lvant Nofsani u l-Afrika ta' Fuq, b'mod partikolari fis-Sirja, l-Iraq, il-Jemen u l-Libja; u jintensifika l-isforzi diplomatiċi biex jiġu solvuti kunflitti ffriżati madwar id-dinja; ikompli jappoġġa l-ħidma l-azzjonijiet u l-inizjattivi tar-rappreżentanti speċjali tan-NU, immirati biex isibu soluzzjoni għal dawn il-kunflitti; jappella għal għajnuna umanitarja, finanzjarja u politika kontinwa min-naħa tal-komunità internazzjonali biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni umanitarja, u jaħdem favur il-waqfien immedjat tal-vjolenza; jevita kwalunkwe ksur tad-Dritt Umanitarju Internazzjonali u d-Dritt dwar id-Drittijiet tal-Bniedem Internazzjonali, inkluż l-immirar dirett tal-infrastruttura ċivili u l-popolazzjoni ċivili u jikkundanna bil-qawwa dan il-ksur fis-Sirja; iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha tan-NU jagħmlu disponibbli r-riżorsi finanzjarji u umani kollha neċessarji biex jgħinu lill-popolazzjoni fiż-żoni ta' kunflitt; jappoġġa l-isforzi magħmula min-NU biex tinstab soluzzjoni sostenibbli għall-kunflitt fis-Sirja u fl-Iraq u biex ikompli jappoġġa r-rwol tal-UE fil-qasam umanitarju u l-inizjattiva reġjonali tal-UE; iħeġġeġ lill-komunità internazzjonali biex tagħmel kull ma tista' sabiex tikkundanna bil-qawwa lil dawk responsabbli għal delitti tal-gwerra, delitti kontra l-umanità u ġenoċidju li twettqu matul il-kunflitt Sirjan, skont is-sistemi ġudizzjarji nazzjonali tagħhom, il-qrati internazzjonali jew it-tribunali ad hoc; jappoġġa l-inizjattiva għal pjan ta' paċi tan-NU fil-Jemen u jindirizza l-kriżi umanitarja li għaddejja bħala kwistjoni ta' urġenza; jappella lill-partijiet kollha jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet taċ-ċittadini Jemeniti kollha, u jenfasizza l-importanza li titjieb is-sigurtà ta' dawk kollha li jaħdmu f'missjonijiet ta' paċi u umanitarji fil-pajjiż; jinkoraġġixxi politika ta' avviċinament bejn l-Iran u l-Arabja Sawdija bħala essenzjali biex jittaffew it-tensjonijiet reġjonali u biex titwitta t-triq lejn ir-riżoluzzjoni tal-kunflitt fil-Jemen u fi bnadi oħrajn; Ikompli jħeġġeġ dan it-tip ta' azzjonijiet sabiex jiġu indirizzati l-kawżi bażiċi tat-terroriżmu u l-estremiżmu li huma ta' theddida għas-sigurtà internazzjonali u għall-istabilità reġjonali; jitlob appoġġ aktar b'saħħtu għall-gvern appoġġat min-NU fil-Libja u jaqdi rwol ċentrali fl-istabbilizzazzjoni tal-Libja u l-preservazzjoni tal-għaqda u l-integrità territorjali tiegħu taħt il-qafas tal-Ftehim Politiku Libjan (LPA); itenni l-ħtieġa urġenti biex jingħaqdu flimkien il-forzi armati kollha taħt il-kontroll tal-awtoritajiet ċivili leġittimi kif imniżżel fl-LPA; iġġedded l-appoġġ għall-isforzi tal-Koordinatur Speċjali għall-Proċess ta' Paċi tal-Lvant Nofsani tan-NU u tar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU (SĠNU) għas-Saħara tal-Punent biex jiġu riżolti dawn il-kunflitti fit-tul; jitlob l-implimentazzjoni tar-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar il-Lvant Nofsani;
   (h) jappoġġa t-taħditiet bejn il-partijiet Sirjani li huma ggwidati mir-riżoluzzjoni 2254 (2015) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU; jenfasizza li l-partijiet jenħtieġ li jimmiraw għal ftehim qafas li fih pakkett politiku biex proċess politiku ta' tranżizzjoni negozjata jista' jiġi implimentat skont is-sekwenzjar ċar u l-iskedi ta' żmien stabbiliti fir-Riżoluzzjoni 2254 (2015); jenfasizza li biex jinkiseb dan l-għan, tfaċċat aġenda ċara li tikkonsisti minn erba' gruppi; jesprimi t-tħassib tiegħu li l-ġlied kontinwu fis-Sirja qed idgħajjef ir-reġim tal-waqfien mill-ġlied li daħal fis-seħħ fit-30 ta' Diċembru 2016, b'konsegwenzi negattivi sinifikanti għas-sikurezza tal-popolazzjoni ċivili Sirjana, l-aċċess umanitarju u l-momentum tal-proċess politiku; jappoġġa t-talba tal-Mibgħut Speċjali tal-SĠNU għas-Sirja dwar l-Istati garanti tal-waqfien mill-ġlied fis-Sirja biex isiru sforzi urġenti biex jiġi difiż ir-reġim tal-waqfien mill-ġlied;
   (i) jaġixxi fuq sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea dwar is-Saħara tal-Punent;
   (j) jaċċerta li l-Assemblea Ġenerali tan-NU tforni, b'kooperazzjoni mal-UE u mal-Istati Uniti, l-istrumenti kollha biex jiġi żgurat li soluzzjoni ta' żewġ Stati abbażi tal-fruntieri tal-1967, li tipprevedi lil Ġerusalemm bħala l-kapitali taż-żewġ Stati, u Stat ta' Iżrael sikur bi fruntieri sikuri u rikonoxxuti, u Stat tal-Palestina indipendenti, demokratiku, kontigwu u fattibbli, li jgħixu maġenb xulxin fil-paċi u s-sigurtà, tkun waħda sostenibbli u effikaċi;
   (k) isejjaħ għal appoġġ aktar b'saħħtu u għat-tisħiħ tal-istituzzjonijiet tal-Iraq u l-ħtieġa li ssir ħidma lejn soċjetà aktar inklużiva u r-riintegrazzjoni tal-minoranzi etniċi u reliġjużi kollha li ġew spustati, inkluż fit-Tramuntana tal-Iraq u wara t-tmiem tal-operazzjoni militari fi u madwar Mosul fejn għandha tinstab soluzzjoni paċifika u inklużiva ta' wara l-kunflitt; itenni l-importanza kritika ta' protezzjoni sostnuta tal-persuni ċivili u r-rispett tad-Dritt Umanitarju Internazzjonali fl-implimentazzjoni ta' strateġiji militari fl-Iraq;
   (l) ikompli jindirizza t-theddid serju għas-sigurtà fis-Saħel, is-Saħara u l-Lag taċ-Ċad, il-Lagi l-Kbar u r-reġjuni tal-Qarn tal-Afrika, bil-għan li tiġi eliminata t-theddida terroristika mill-ISIL/Daesh u l-affiljati al-Qaeda, kif ukoll minn Boko Haram jew gruppi terroristiċi affiljati oħra;
   (m) jaħdem flimkien mal-komunità internazzjonali kollha biex tinstab soluzzjoni għat-theddid tal-kriżijiet umanitarji u tas-sigurtà fil-kontinent Afrikan, b'mod partikolari fis-Somalja, is-Sudan t'Isfel, is-Sudan, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana, il-Mali, in-Niġerja, il-Burundi u ż-Żona tal-Lagi l-Kbar b'mod ġenerali; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri tan-NU jintensifikaw is-sostenn biex iżidu r-rwol u l-kapaċitajiet proprji tal-Unjoni Afrikana fil-medjazzjoni u fil-ġestjoni tal-kriżijiet, filwaqt li jfittxu li jkun hemm komplementarjetà mal-isforzi tal-Uffiċċju ta' Appoġġ għall-Bini tal-Paċi tan-NU; jiżgura l-adattament rapidu tal-MONUSCO f'konformità mal-mandat ġdid tagħha u, b'mod partikolari, l-implementazzjoni tal-Ftehim tal-31 ta' Diċembru 2016;
   (n) jistieden lill-komunità internazzjonali tgħaqqad l-isforzi sabiex tiġġestixxi l-kriżi politika attwali fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u biex jiġi evitat il-kollass tal-istat fil-pajjiż;
   (o) jenfasizza l-importanza ta' aktar investiment fil-prevenzjoni ta' konflitti, filwaqt li jitqiesu fatturi bħalma huma r-radikalizzazzjoni politika jew reliġjuża, vjolenza relatata mal-elezzjonijiet, l-ispostamenti tal-popolazzjoni jew it-tibdil fil-klima;
   (p) jiġbed l-attenzjoni tal-membri tan-NU, u b'mod partikolari tal-membri tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, lejn iż-żieda fit-tensjonijiet bejn xi pajjiżi fil-Balkani tal-Punent; iħeġġeġ lill-mexxejja tagħhom juru trażżin fil-politiki reġjonali tagħhom u biex l-UE u n-NU jibqgħu totalment involuti fit-tiftix ta' soluzzjonijiet dejjiema għad-differenzi bilaterali, inkluż billi jaġixxu bħala medjaturi meta meħtieġ; jikkundanna l-azzjonijiet tar-Russja fil-Balkani tal-Punent li qed jheddu li jiddestabilizzaw l-proċess fraġli ta' riforma fil-pajjiżi tar-reġjun u jimminaw l-ambizzjonijiet tagħhom lejn l-UE u n-NATO;
   (q) ikompli jħeġġeġ l-isforzi tan-NU biex iġġib il-paċi fl-Afganistan u tegħleb l-ambjent ta' sigurtà fraġli fil-pajjiż;
   (r) jikkundanna bil-qawwa l-azzjonijiet tat-tmexxija tal-Korea ta' Fuq li huma ta' theddida għall-paċi u s-sigurtà fil-peniżola Koreana u lil hinn minnha; jinkoraġġixxi liċ-Ċina, bħala membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, biex tagħmel pressjoni ulterjuri fuq ir-reġim tal-Korea ta' Fuq biex jitnaqqsu l-azzjonijiet aggressivi tagħha li jheddu s-sigurtà reġjonali u internazzjonali; ifassal u jimplimenta reazzjoni b'saħħitha, appoġġata minn kunsens internazzjonali b'saħħtu u wiesa', sabiex jiddiswadi r-reġim tal-Korea ta' Fuq milli jkompli jiżviluppa kapaċitajiet nukleari ostili u li jwettaq qtil extraterritorjali, attakki u ħtif ta' persuni;
   (s) iħeġġeġ lill-Assemblea Ġenerali tan-NU u lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU biex jiddiskutu t-tensjonijiet fil-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar bl-għan li l-partijiet kollha kkonċernati jingħaqdu flimkien biex jiffinalizzaw in-negozjar ta' kodiċi ta' kondotta;
   (t) jilqa' l-adozzjoni mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tar-Riżoluzzjoni 2307 (2016) u jfaħħar lill-gvern u lill-poplu Kolombjan għar-rieda tagħhom għall-paċi;
   (u) iżid b'mod sinifikanti s-sostenn min-naħa tal-Istati Membri favur l-operazzjonijiet ta' żamma u ta' konsolidament tal-paċi tan-NU li jinkludu komponent marbut mad-drittijiet tal-bniedem u strateġiji ta' ħruġ ċari, partikolarment billi jikkontribwixxu b'persunal u b'tagħmir, u jsaħħaħ l-UE bħala faċilitatur f'dan ir-rigward; jiżgura viżibilità ikbar għal dan l-appoġġ u l-kontribut; jiżviluppa ulterjorment il-proċeduri għall-użu tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni tal-UE bħala sostenn għall-operazzjonijiet tan-NU filwaqt li tingħata biżżejjed attenzjoni lid-diversi dimensjonijiet ta' ġestjoni ta' kriżijiet kumplessi, bħad-drittijiet tal-bniedem, l-iżvilupp sostenibbli u l-kawżi bażiċi tal-migrazzjoni tal-massa; jappoġġa r-riforma tal-Kunsill tas-Sigurtá tan-NU tal-użu tiegħu tas-setgħa ta' veto f'każijiet fejn ikun hemm evidenza ta' delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità;
   (v) jappoġġa l-SĠNU fl-isforzi tiegħu biex iżid l-involviment tan-NU fin-negozjati għall-paċi;
   (w) jappoġġa l-implimentazzjoni sħiħa tar-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà; jappella għall-promozzjoni tal-parteċipazzjoni ugwali u sħiħa tan-nisa bħala aġenti attivi; jippromwovu l-involviment attiv tan-nisa fil-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti kif ukoll fil-ġlieda kontra l-estremiżmu vjolenti; ifakkar li l-vjolenza sesswali bħalma huma l-istupru tintuża bħala tattika ta' gwerra u tikkostitwixxi delitt tal-gwerra; jiżgura għajnuna medika sikura għal każijiet ta' stupru waqt gwerra; jappella għal tisħiħ tal-protezzjoni tan-nisa u l-bniet f'sitwazzjonijiet ta' kunflitt speċjalment fir-rigward tal-vjolenza sesswali, isostni u jsaħħaħ l-isforzi internazzjonali, bis-saħħa tan-NU, sabiex jieqaf l-użu tat-tfal fil-kunflitti armati u biex tiġi żgurata l-analiżi tal-ġeneru kif ukoll l-integrazzjoni tal-ġeneru u tad-drittijiet tal-bniedem fl-attivitajiet kollha tan-NU; jitlob għall-iżvilupp ta' indikaturi biex jitkejjel il-progress dwar il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-bini tal-paċi u tas-sigurtà;
   (x) jindirizza b'mod urġenti l-aspetti kollha tar-Rapport ta' Evalwazzjoni tal-15 ta' Mejju 2015 dwar l-Infurzar u l-Isforzi ta' Għajnuna għal Rimedju għal Sfruttament u Abbuż Sesswali tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-Persunal Relatat f'Operazzjonijiet ta' Żamma ta' Paċi mingħajr dewmien, u jistabbilixxi mekkaniżmi ta' responsabilità u sorveljanza trasparenti u li jiffunzjonaw rigward l-allegati abbużi; jappella għall-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u s-sentenzjar mingħajr dewmien ta' kwalunkwe persunal militari u ċivili li jwettqu atti ta' vjolenza sesswali;
   (y) ikompli jsaħħaħ ir-rwol tal-R2P bħala prinċipju importanti għall-ħidma tal-Istati Membri tan-NU dwar ir-riżoluzzjoni tal-kunflitti, id-drittijiet tal-bniedem u l-iżvilupp; ikompli jappoġġa l-isforzi għal aktar operazzjonalizzazzjoni tal-R2P u jappoġġa lin-NU biex tkompli twettaq rwol kritiku ħalli tgħin lill-pajjiżi fl-implimentazzjoni tal-R2P sabiex jiġu rrispettati d-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt u d-dritt umanitarju internazzjonali; jippromwovi definizzjoni wiesgħa tal-kunċett ta' sigurtà umana u l-prinċipju tal-R2P;
   (z) jinkoraġġixxi lill-Istati Membri tan-NU jiffirmaw u jirratifikaw il-Konvenzjoni dwar il-projbizzjoni tal-użu, il-ħażna, il-produzzjoni u t-trasferiment ta' mini kontra l-persunal u dwar il-qerda tagħhom;
   (aa) jimpenja ruħu f'dibattitu pubbliku u komprensiv mal-membri kollha tal-Assemblea Ġenerali tan-NU dwar l-importanza tar-rispett tal-limiti kostituzzjonali tal-mandati presidenzjali fid-dinja kollha;
   (ab) itenni l-kundanna inekwivokabbli tiegħu għat-terroriżmu u l-appoġġ sħiħ tiegħu favur azzjonijiet immirati biex jegħlbu u jeqirdu organizzazzjonijiet terroristiċi, b'mod partikolari l-hekk imsejjaħ ISIL/Daesh, li jirrappreżenta theddida ċara għas-sigurtà reġjonali u internazzjonali; jinsisti li l-miżuri kollha meħuda fil-ġlieda kontra t-terroriżmu għandhom ikunu għalkollox f'konformità mad-dritt umanitarju internazzjonali u d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem;
   (ac) jappoġġa lin-NU biex tagħmel il-ġlieda kontra t-terroriżmu element ewlieni tal-aġenda ta' prevenzjoni tagħha skont l-impenn tal-UE, b'miżuri preventivi għall-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-ġlieda kontra l-estremiżmu vjolenti; isaħħaħ l-isforzi konġunti tal-UE-NU fil-ġlieda kontra l-kawżi bażiċi ta' vjolenza estrema u t-terroriżmu, partikolarment billi jiġi miġġieled it-theddid ibridu u jiġu żviluppati riċerka u bini ta' kapaċità fil-qasam taċ-ċiberdifiża; jippromwovi l-edukazzjoni bħala għodda għall-prevenzjoni tal-estremiżmu vjolenti u jibbaża ruħu fuq inizjattivi ta' bini tal-paċi eżistenti mwaqqfa minn atturi lokali biex ifasslu, jimplimentaw, u jiżviluppaw approċċi biex jiġġieldu r-radikalizzazzjoni u r-reklutaġġ terroristiku, filwaqt li tiġi promossa azzjoni internazzjonali biex dawk responsabbli mill-vjolenza jitressqu quddiem il-ġustizzja; jappoġġa kontribut akbar tal-UE fl-inizjattivi tal-bini tal-kapaċità tan-NU fil-ġlieda kontra l-ġellieda barranin u kontra l-estremiżmu vjolenti;
   (ad) jintensifika l-isforzi intiżi biex jipprevjenu r-reklutaġġ u jiġġieldu l-propaganda terroristika li ssir mhux biss permezz tal-pjattaformi tal-midja soċjali, iżda anke permezz ta' netwerks ta' predikaturi tal-mibegħda radikalizzati; jappoġġa azzjonijiet għat-tisħiħ tar-reżiljenza tal-komunitajiet fil-mira ta' propaganda estremista u vulnerabbli għar-radikalizzazzjoni, inkluż billi jiġu indirizzati kawżi ekonomiċi, soċjali, kulturali u politiċi li jwasslu għal dan; jappoġġa politiki ta' kontroradikalizzazzjoni u deradikalizzazzjoni b'konformità mal-Pjan ta' Azzjoni tan-NU għall-Prevenzjoni tal-Estremiżmu Vjolenti; ifakkar li l-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u r-rispett għall-istat tad-dritt huma elementi essenzjali fil-politiki tal-ġlieda kontra t-terroriżmu;
   (ae) jaħdem mal-Assemblea Ġenerali tan-NU fil-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu u jibni mekkaniżmi biex jidentifikaw l-individwi u l-organizzazzjonijiet terroristiċi u jsaħħu l-mekkaniżmi tal-iffriżar tal-assi fid-dinja kollha, u fl-istess ħin jiddefendu l-istandards internazzjonali fil-qasam tal-proċess ġust u tal-istat tad-dritt;
   (af) isaħħaħ l-effikaċja tal-pulizija internazzjonali, il-kooperazzjoni legali u ġudizzjarja fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u r-reati transnazzjonali; jilqa' f'dan ir-rigward ir-riżoluzzjoni 2322 (2016) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, u jenfasizza l-ħtieġa li jitħaffu l-proċessi ta' kooperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali, biex jissaħħu l-mekkaniżmi eżistenti ta' kooperazzjoni tal-pulizija internazzjonali u jiġi aġġornat in-netwerk ta' kuntatti bejn l-awtoritajiet ċentrali u l-awtoritajiet ġudizzjarji;
   (ag) jappoġġa l-isforzi tan-NU biex tipprevjeni lill-atturi mhux statali u l-gruppi terroristiċi milli jiżviluppaw, jimmanifatturaw, jakkwistaw jew jittrasferixxu armi ta' qerda massiva u s-sistemi ta' twassil tagħhom; jinsisti fuq konformità sħiħa mat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari (TNP), il-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi u l-Konvenzjoni dwar l-Armi Bijoloġiċi u b'mod attiv jieħu passi lejn id-diżarm globali;
   (ah) jippromwovi l-implimentazzjoni sħiħa tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (ATT) u jinkoraġġixxi lill-Istati Membri kollha tan-NU jiffirmaw u jirratifikaw it-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi;
   (ai) jaħdem favur azzjoni aktar effikaċi kontra d-devjazzjoni u l-kummerċ illeċitu ta' armi u munizzjon, inklużi armi ħfief u ta' kalibru żgħir, b'mod partikolari permezz tal-iżvilupp ta' sistema ta' rintraċċar tal-armi; jitlob lill-Membri tal-UN biex b'mod attiv jieħdu passi lejn id-diżarm globali;
   (aj) jagħti attenzjoni speċjali lill-progress teknoloġiku fil-qasam tal-armamenti fir-robotika u b'mod partikolari, lir-robots u d-drones armati u l-konformità tagħhom mad-dritt internazzjonali; jistabbilixxi qafas ġuridiku dwar drones u robots armati f'konformità mad-dritt umanitarju internazzjonali eżistenti biex jiġi evitat li din it-teknoloġija tintuża b'mod mhux korrett f'attivitajiet illegali minn atturi statali u dawk mhux statali;
   (ak) jappella għat-tisħiħ tar-rispons globali lejn il-migrazzjoni, abbażi tal-Laqgħa ta' Livell Għoli tal-Assemblea Ġenerali tan-NU biex jiġu indirizzati movimenti kbar ta' refuġjati u migranti tad-19 ta' Settembru 2016 li saret b'suċċess, u billi jiġu indirizzati l-isfidi u t-tħassib dwar is-sigurtà li jirriżultaw minn aspetti ta' migrazzjoni illegali, bħad-dħul klandestin ta' persuni u t-traffikar ta' bnedmin, u biex isiru sforzi biex jinħolqu għażliet legali għall-migrazzjoni; jenfasizza l-ħtieġa ta' impenn effikaċi u urġenti biex jiġu indirizzati l-kawżi bażiċi tal-kriżi umanitarja u l-flussi ta' migrazzjoni u refuġjati mingħajr preċedent;
   (al) jippromwovi sostenn akbar għall-ħidma tal-UNHCR fl-implimentazzjoni tal-mandat internazzjonali tiegħu għall-protezzjoni tar-refuġjati inklużi gruppi vulnerabbli bħan-nisa, it-tfal, u persuni b'diżabilità; jenfasizza d-distakk wiesa' ta' finanzjament bejn il-ħtiġijiet baġitarji tal-UNHCR u l-fondi riċevuti u jitlob solidarjetà globali akbar; jitlob li jiżdied il-baġit ordinarju tan-NU biex jiġu ffinanzjati l-funzjonijiet prinċipali tal-UNHCR bil-għan li jiġi salvagwardjat il-funzjonament tiegħu; jappella għal impenn politiku, il-finanzjament u atti konkreti ta' solidarjetà b'appoġġ tad-Dikjarazzjoni ta' New York għar-refuġjati u l-migranti;
   (am) jappoġġa u jipproteġi d-drittijiet tal-persuni leżbjani, gay, bisesswali, transġeneru u intersesswali (LGBTI); jappella biex tiġi revokata l-leġiżlazzjoni fl-Istati Membri tan-NU li tikkriminalizza n-nies fuq bażi ta' sess jew minħabba l-identità tal-ġeneru tagħhom, u jippromwovi azzjoni internazzjonali għall-ġlieda kontra l-persekuzzjoni ta' mibegħda omofobika u transfobika;
   (an) jippromwovi u jirrispetta l-prinċipji ta' opinjoni u ta' espressjoni, kif jissemmgħu fl-Artikolu 19 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, u jisħaq fuq l-importanza tal-istampa ħielsa f'soċjetà sana u r-rwol ta' kull ċittadin fiha;
   (ao) jappella għat-tisħiħ tas-sistemi ta' protezzjoni tat-tfal u jappoġġa miżuri konkreti fl-aħjar interessi tat-tfal refuġjati u migranti, abbażi tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal;
   (ap) jitlob li jsiru sforzi akbar biex tiġi evitata l-migrazzjoni irregolari u jiġi miġġieled id-dħul klandestin ta' persuni u t-traffikar tal-bnedmin, b'mod partikolari billi jiġu miġġielda n-netwerks kriminali permezz ta' kondiviżjoni f'waqtha u effettiva ta' intelligence rilevanti; itejjeb il-metodi għall-identifikazzjoni u l-protezzjoni tal-vittmi u jsaħħaħ il-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi bil-għan li jiġi rintraċċat, sekwestrat u rkuprat ir-rikavat tal-attivitajiet kriminali f'dan is-settur; jinsisti fuq l-importanza fil-livell tan-NU tar-ratifika u l-implimentazzjoni sħiħa tal-Konvenzjoni tan-NU Kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali u l-Protokoll dwar id-Dħul Klandestin ta' Migranti fuq l-Art, bil-Baħar u bl-Ajru u l-Protokoll għall-Prevenzjoni, Soppressjoni u Kkastigar tat-Traffikar ta' Persuni, speċjalment ta' Nisa u Tfal;
   (aq) iħeġġeġ lill-istati kollha, inklużi l-Istati Membri tal-UE, jirratifikaw malajr il-Protokoll Fakultattiv tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, li jistabbilixxi mekkaniżmi ta' lment u inkjesta;
   (ar) jappella lill-istati kollha, b'mod partikolari lill-Istati Membri tal-UE, biex jieħdu sehem b'mod attiv fin-negozjati fl-UNHCR f'Ġinevra għal Trattat internazzjonali vinkolanti dwar il-korporazzjonijiet transnazzjonali u d-drittijiet tal-bniedem;
   (as) jenfasizza b'mod ċar u bis-saħħa li d-drittijiet tal-bniedem kollha miftiehma fl-ambitu tal-konvenzjonijiet tan-NU huma universali, indiviżibbli, interdipendenti u interrelatati u li r-rispett ta' dawn id-drittijiet irid jiġi infurzat; jitlob għal protezzjoni akbar tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali f'kull dimensjoni tal-espressjoni tagħhom, inkluż fil-kuntest ta' teknoloġiji ġodda; ikompli jinkoraġġixxi lill-Istati Membri kollha tan-NU biex jiffirmaw, jirratifikaw u jimplimentaw id-diversi konvenzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u biex jikkonformaw mal-obbligi ta' rappurtar taħt dawn l-istrumenti; jappella għad-difiża tal-libertajiet ta' opinjoni u ta' espressjoni; jenfasizza l-importanza tal-istampa ħielsa;
   (at) jappella lill-Istati Membri kollha tan-NU jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-forom kontemporanji ta' razziżmu, diskriminazzjoni razzjali, ksenofobija u intolleranza relatata; jippromwovu, isaħħaħ u jintegra attivitajiet li jappoġġaw l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel; isejjaħ għal aktar responsabilizzazzjoni għan-nisa u l-bniet, it-tisħiħ tat-tmexxija u l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-livelli kollha ta' teħid ta' deċiżjonijiet, inkluża attenzjoni speċjali għall-inklużjoni tan-nisa li jagħmlu parti minn minoranzi; jitlob l-eliminazzjoni ta' kull forma ta' vjolenza u diskriminazzjoni kontra n-nisa u l-bniet u, barra minn hekk, billi titqies ukoll id-diskriminazzjoni abbażi tal-identità tal-ġeneru u l-espressjoni tal-ġeneru; jippromwovi d-drittijiet tat-tfal, u b'mod partikolari jiżgura l-aċċess tagħhom għall-edukazzjoni u għar-riabilitazzjoni u r-riintegrazzjoni fi gruppi armati, u l-eliminazzjoni tat-tħaddim tat-tfal, it-tortura, il-kwistjoni tat-tfal li għandhom is-seħer, it-traffikar, iż-żwieġ tat-tfal u l-isfruttament sesswali; jippromwovi b'mod attiv l-appoġġ ta' azzjonijiet ulterjuri kontra l-ksur tad-drittijiet ta' persuni LGBTI; jappoġġa l-monitoraġġ mill-qrib tas-sitwazzjoni tal-persuni LGBTI u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem tal-persuni LGBTI f'pajjiżi b'liġijiet kontra l-LGBTI;
   (au) ikompli jiddefendi l-libertà ta' reliġjon jew twemmin; iħeġġeġ li jsiru sforzi akbar biex jitħarsu d-drittijiet tal-minoranzi reliġjużi u oħrajn; jitlob protezzjoni akbar tal-minoranzi reliġjużi u etniċi kontra l-persekuzzjonijiet u l-vjolenza; jappella għar-revoka tal-liġijiet li jikkriminalizzaw id-dagħa jew l-apostasija li jintużaw bħala pretest għall-persekuzzjoni tal-minoranzi reliġjużi u ta' dawk li ma jemmnux; isostni l-ħidma tar-Rapporteur Speċjali għal-libertà ta' reliġjon jew twemmin; jaħdem b'mod attiv għar-rikonoxximent min-naħa tan-NU tal-ġenoċidju kontra l-minoranzi reliġjużi, etniċi u minoranzi oħra mill-hekk imsejjaħ ISIL/Daesh, kif ukoll biex il-każijiet ta' delitti suspettati kontra l-umanità, id-delitti tal-gwerra u l-ġenoċidju jiġu riferuti lill-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI); jappoġġa l-ħidma tan-NU kontra t-tortura u t-trattament jew pieni krudili, inumani u degradanti oħra, eżekuzzjonijiet tal-massa, u eżekuzzjonijiet inkluż għal reati marbuta mad-drogi;
   (av) itenni l-kundanna inekwivoka tiegħu ta' kull att ta' vjolenza, fastidju, intimidazzjoni jew persekuzzjoni kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, l-informaturi, il-ġurnalisti jew il-bloggers; jappoġġa l-ħatra ta' Rappreżentant Speċjali għas-Segretarju Ġenerali tan-NU għas-sikurezza tal-ġurnalisti;
   (aw) ifakkar fl-obbligu tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, meta teleġġi l-membri tal-Kunsill tan-NU tad-Drittijiet tal-Bniedem (UNHRC), li tqis ir-rispett tal-kandidati lejn il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt u d-demokrazija; jappella għall-istabbiliment ta' kriterji ċari bbażati fuq ir-riżultati fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem għal sħubija fl-UNHRC;
   (ax) isaħħaħ ir-rwol tal-QKI u s-sistema tal-ġustizzja kriminali internazzjonali sabiex tiġi promossa r-responsabilità u tintemm l-impunità; jistieden lill-Istati Membri kollha tan-NU biex jaderixxu mal-Qorti billi jirratifikaw l-Istatut ta' Ruma u jinkoraġġixxi r-ratifika tal-emendi ta' Kampala; jipprovdu lill-QKI b'appoġġ diplomatiku, politiku u finanzjarju;
   (ay) ifakkar fil-pożizzjoni tal-UE ta' tolleranza żero għall-piena tal-mewt; iżomm impenn b'saħħtu fil-promozzjoni biex tintemm il-piena tal-mewt fid-dinja kollha; jappella għal moratorju fuq l-użu tal-piena tal-mewt u biex ikompli jaħdem favur l-abolizzjoni universali tagħha; iniedi inizjattiva biex jippromwovi qafas internazzjonali tal-ġlieda kontra għodda tat-tortura u l-piena kapitali abbażi tal-esperjenza tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 dwar din il-kwistjoni;
   (az) jagħti spinta għal involviment aktar b'saħħtu fil-promozzjoni tal-istat tad-dritt, b'mod trasversali, li jgħaqqad it-tliet pilastri tan-NU: il-paċi u s-sigurtà, id-drittijiet tal-bniedem u l-iżvilupp; jikkoopera mal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem biex iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Venezwela biex jeħilsu lill-priġunieri politiċi kollha u jirrispettaw is-separazzjoni tal-poteri;
   (ba) jagħti appoġġ lill-isforzi tan-NU biex idaħħlu fis-seħħ qafas internazzjonali dwar l-isport u d-drittijiet tal-bniedem, li jiffaċilita l-prevenzjoni, il-monitoraġġ u l-għoti ta' rimedji għal abbużi tad-drittijiet tal-bniedem marbuta ma' avvenimenti sportivi kbar;
   (bb) ikompli jappoġġa x-xogħol tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar it-titjib tal-obbligu ta' rendikont u l-aċċess għal rimedju għal vittmi ta' abbużi tad-drittijiet tal-bniedem relatati man-negozju bl-għan li jagħti kontribut lil sistema ġusta u aktar effikaċi tar-rimedji fid-dritt nazzjonali, partikolarment f'każi ta' abbużi gravi tad-drittijiet tal-bniedem fis-settur tan-negozju; jistieden lill-gvernijiet kollha jaqdu dmirijiethom biex jiżguraw ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u aċċess għall-ġustizzja għall-vittmi li jħabbtu wiċċhom ma' sfidi prattiċi u ġuridiċi biex jiksbu aċċess għar-rimedji fil-livelli nazzjonali u internazzjonali, fir-rigward ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem relatat man-negozju;
   (bc) jissottolinja r-rwol ewlieni tal-UE fil-proċess li wassal għall-adozzjoni tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli (Aġenda 2030) u s-17-il Għan ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tagħha mill-Assemblea Ġenerali tan-NU f'Settembru 2015; jieħu passi konkreti biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effiċjenti tal-Aġenda 2030 u tas-17-il SDG bħala strumenti importanti għall-prevenzjoni u l-iżvilupp sostenibbli; iħabbrek għat-titjib tal-ħajja tal-ġenerazzjonijiet futuri u jinkoraġġixxi u jsostni lill-pajjiżi biex jieħdu s-sjieda u jistabbilixxu oqfsa nazzjonali biex jintlaħqu s-17-il SDG; iħeġġeġ lill-Istati Membri tan-NU jonoraw l-impenji tagħhom dwar l-għajnuna għall-iżvilupp u jappella għall-adozzjoni ta' qafas sod ta' indikaturi u l-użu ta' data statistika biex jiġi mmonitorjat il-progress u tiġi żgurata r-responsabilità għall-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, jiġi monitorjat il-progress u tiġi żgurata r-responsabilità; jisħaq fuq il-fatt li, minbarra l-PDG, huwa neċessarju wkoll li ssir enfasi fuq indikaturi oħrajn sabiex tiġi vvalutata s-sitwazzjoni reali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw b'mod aktar preċiż u tittieħed azzjoni effikaċi biex jiġi miġġieled il-faqar u jingħata appoġġ lill-iżvilupp sostenibbli speċjalment fil-każijiet tal-pajjiżi bi dħul medju; jappella għal inizjattivi fl-UE kollha għall-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tan-nisa; jitlob l-implimentazzjoni sħiħa tal-Pjattaforma għal Azzjoni ta' Beijing u l-Programm ta' Azzjoni tal-ICPD u l-Koerenza tal-Politika għall-Iżvilupp Sostenibbli;
   (bd) ikompli fl-isforzi tiegħu biex jikseb koerenza politika għall-iżvilupp fil-politiki kollha tal-UE, li hija kruċjali biex jinkisbu l-SDGs, u jisħaq ukoll fuq il-livell tan-NU għal koerenza tal-politika akbar skont l-Għan 17.14; jagħti sostenn lill-isforz tan-NU għat-tsiħiħ tal-isforzi tagħha biex tipprovdi appoġġ integrat u kkoordinat għall-politika għall-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 u bħala konsegwenza tippromwovi sistema ta' Żvilupp tan-NU li taħdem b'mod aktar integrat, b'ħidma msaħħa fost l-aġenziji u l-implimentazzjoni konġunta ta' proġetti, b'mod partikolari t-tisħiħ tar-rabta bejn l-iżvilupp u s-sigurtà; jappella lin-NU sabiex tintegra b'mod sistematiku l-bini tal-kapaċitajiet u tal-governanza tajba fl-istrateġiji tal-iżvilupp fit-tul sabiex teqred il-faqar u l-ġuħ, tipprevjeni l-kunflitti u tibni reżiljenza b'mod effettiv biex tippromwovi l-iżvilupp sostenibbli ekoloġikament, ekonomikament u soċjalment, biex tiġġieled kontra l-inugwaljanzi soċjali u biex tipprovdi assistenza umanitarja lill-popolazzjonijiet; jenfasizza li aċċess għal provvista tal-ilma sikura, affidabbli u affordabbli u servizzi ta' sanità adegwati jtejjeb l-istandards tal-għajxien, jespandi l-ekonomiji lokali u jippromwovi l-ħolqien ta' aktar impjiegi dinjitużi;
   (be) jinsisti li l-Forum Politiku ta' Livell Għoli dwar l-iżvilupp sostenibbli jenħtieġ li jsir l-korp deċiżjonali ewlieni kompetenti għall-garanzija ta' segwitu u rieżami koerenti, effiċjenti u inklużiv tal-implimentazzjoni tal-SDGs; jirrikoxxi r-rwol importanti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-atturi lokali fl-implimentazzjoni b'suċċess tal-Aġenda 2030 u fil-kisba tal-SDGs; jirrikonoxxi r-rwol strumentali u l-impatt tal-SDGs fuq il-paċi u s-sigurtà internazzjonali;
   (bf) jiżgura li l-UE tibqa' fuq quddiem nett fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u tkompli tikkoopera ulterjorment man-NU f'dan il-qasam; jappella lill-Istati Membri kollha tan-NU biex jirrispettaw il-Ftehim ta' Pariġi u jiżguraw l-implimentazzjoni rapida tad-deċiżjonijiet meħuda waqt il-Konferenza tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima tal-2015;
   (bg) jaħdem mill-qrib ma' stati gżejjer żgħar u pajjiżi oħra li qed jiffaċċjaw il-konsegwenzi l-aktar serji tat-tibdil fil-klima biex jiġi żgurat li l-vuċi tagħhom u l-ħtiġijiet tagħhom jiġu kkunsidrati f'fora differenti tan-NU;
   (bh) jistieden lill-Istati Membri tal-UE biex jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom aktar mill-qrib fl-organi u fil-korpi tas-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti u biex ikomplu jimpenjaw ruħhom biex issaħħu l-istatus ta' osservatur tal-UE f'ċerti sub-organizzazzjonijiet tan-NU; issaħħaħ il-komunikazzjoni u jiżgura li l-pożizzjonijiet tal-Istati Membri fil-livell tal-UE huma dejjem aktar ikkoordinati; jistinka għal konverġenza tal-pożizzjonijiet ma' pajjiżi kandidati, pajjiżi sħab u stati oħra tal-istess fehma;
   (bi) jaħdem favur it-tisħiħ tal-kooperazzjoni fiskali internazzjonali, billi jagħti appoġġ għall-ħolqien ta' korp fiskali internazzjonali fi ħdan is-sistema tan-NU; jiġġieled l-evażjoni tat-taxxa u l-ħasil ta' flus bis-saħħa ta' skambju awtomatiku ta' informazzjoni fuq skala dinjija dwar kwisjonijiet relatati mat-taxxa u tal-ħolqien ta' lista sewda globali komuni tar-rifuġji fiskali;
   (bj) jappoġġa b'mod attiv riforma komprensiva tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fuq il-bażi ta' kunsens wiesa', bl-għan li r-realtà dinjija l-ġdida tkun riflessa aħjar u biex jintlaħqu b'mod aktar effikaċi l-isfidi attwali u futuri fil-qasam tas-sigurtà; jappoġġa l-għan fit-tul li l-UE jkollha siġġu f'Kunsill tas-Sigurtà tan-NU riformat; iħeġġeġ lill-membri tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jastjenu milli jirrikorru għad-dritt ta' veto tagħhom f'każijiet li fihom ikunu qegħdin jiġu kommessi delitti kontra l-umanità; jippromwovi r-rivitalizzazzjoni tal-ħidma tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, u l-koordinament u l-koerenza mtejba tal-azzjoni tal-istituzzjonijiet kollha tan-NU, biex b'hekk tissaħħaħ l-effiċjenza, l-effikaċja, il-leġittimità, it-trasparenza, ir-responsabilità, il-kapaċità u r-rappreżentattività tas-sistema sabiex ikunu jistgħu jirreaġixxu għal sfidi globali b'iktar ħeffa;
   (bk) jappoġġa bis-sħiħ l-aġenda ta' riforma tas-SĠNU li għadu kif ġie elett; jinkoraġġixxi l-impetu għal riforma tal-istruttura tan-NU għall-paċi u s-sigurtà, il-funzjonament u l-istruttura tas-Segretarjat permezz ta' simplifikazzjoni, deċentralizzazzjoni u l-flessibilità u l-integrazzjoni fl-organizzazzjoni finanzjarja; jistabbilixxi sistema effiċjenti ta' protezzjoni tal-informaturi tan-NU;
   (bl) jappoġġa b'mod attiv l-isforzi tas-SĠNU biex jaħtar aktar nisa f'pożizzjonijiet ta' maniġment superjuri fil-livell tal-HQ tan-NU;
   (bm) jippromwovi dibattitu dwar is-suġġett tar-rwol tal-parlamenti u l-assemblej reġjonali fis-sistema tan-NU kif ukoll dwar is-suġġett tal-istabbiliment ta' Assemblea Parlamentari tan-Nazzjonijiet Uniti bl-għan li jiżdied il-profil demokratiku fil-proċess demokratiku intern tal-organizzazzjoni u biex is-soċjetà ċivili globali tkun tista' tkun assoċjata direttament fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Kummissjoni u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

(1) Testi adottati, P8_TA(2017)0089.
(2) Testi adottati, P8_TA(2016)0201.
(3) Testi adottati, P8_TA(2016)0317.
(4) Testi adottati, P8_TA(2016)0051.
(5) Testi adottati, P8_TA(2016)0422.


Il-bini ta' strateġija industrijali ambizzjuża tal-UE bħala prijorità strateġika għat-tkabbir, l-impjiegi u l-innovazzjoni fl-Ewropa
PDF 276kWORD 48k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-bini ta' strateġija industrijali ambizzjuża tal-UE bħala prijorità strateġika għat-tkabbir, l-impjiegi u l-innovazzjoni fl-Ewropa (2017/2732(RSP))
P8_TA(2017)0305RC-B8-0440/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b'mod partikolari l-Artikoli 9, 151, 152, 153(1) u (2), u 173 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 14, 27 u 30 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra t-TFUE u t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b'mod partikolari l-Artikolu 5(3) tat-TUE u l-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Novembru 2010 intitolata "Aġenda għall-ħiliet ġodda u l-impjiegi: Kontribut Ewropew lejn livell massimu ta' impjiegi' (COM(2010)0682),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2014 dwar ir-reindustrijalizzazzjoni tal-Ewropa biex jiġu promossi l-kompetittività u s-sostenibbiltà(1),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Jannar 2014 intitolata "Għal Rinaxximent Industrijali Ewropew" (COM(2014)0014),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Ottubru 2015 intitolata "Kummerċ għal kulħadd – Lejn politika aktar responsabbli għall-kummerċ u l-investiment'' (COM(2015)0497),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Ottubru 2012 intitolata "Industrija Ewropea aktar b'saħħitha għat-tkabbir u l-irkupru ekonomiku" (COM(2012)0582),

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida Politiċi tal-President Juncker intitolati "Bidu ġdid għall-Ewropa: L-Aġenda Tiegħi għall-Impjiegi, it-Tkabbir, il-Ġustizzja u t-Tibdil Demokratiku",

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Ottubru 2016 dwar il-bżonn ta' politika ta' reindustrijalizzazzjoni Ewropea fid-dawl tal-każijiet reċenti Caterpillar u Alstom(2),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2016 u tat-23 ta' Ġunju 2017,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Aġenda tal-Kompetittività Industrijali, dwar it-trasformazzjoni diġitali tal-industrija Ewropea u dwar il-Pakkett tat-"Teknoloġiji tas-Suq Uniku Diġitali u l-Modernizzazzjoni tas-Servizzi Pubbliċi",

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Marzu 2011 dwar politika industrijali għall-era globalizzata(3),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' April 2016 dwar "Id-Diġitalizzazzjoni tal-Industrija Ewropea - Ingawdu l-benefiċċji kollha ta' Suq Uniku Diġitali" (COM(2016)0180),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Ġunju 2017 dwar id-diġitalizzazzjoni tal-industrija Ewropea(4),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-29 ta' Mejju 2017 dwar strateġija ta' politika industrijali futura tal-UE,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Pariġi, irratifikat mill-Parlament Ewropew fl-4 ta' Ottubru 2016,

–  wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar il-bini ta' strateġija industrijali ambizzjuża tal-UE bħala prijorità strateġika għat-tkabbir, l-impjiegi u l-innovazzjoni fl-Ewropa (O-000047/2017 – B8-0319/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-industrija Ewropea hija minn ta' quddiem nett fid-dinja f'bosta setturi industrijali, hekk li tirrappreżenta aktar min-nofs tal-esportazzjonijiet tal-Ewropa, u madwar 65 % tal-investimenti fir-riċerka u l-iżvilupp, u tipprovdi aktar minn 50 miljun impjieg (kemm diretti kif ukoll indiretti, jiġifieri 20 % tal-impjiegi fl-Ewropa);

B.  billi l-kontribut tal-industrija Ewropea tal-manifattura għall-PDG tal-UE naqas minn 19 % għal anqas minn 15,5 % tul l-aħħar 20 sena, u billi l-kontribut tagħha għall-impjiegi u l-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp naqas matul dak il-perjodu;

C.  billi t-tisħiħ tal-bażi industrijali tal-UE huwa essenzjali biex l-għarfien espert u n-know-how jinżammu fl-UE;

D.  billi jeħtieġ li l-politika tal-UE ġġib l-industrija Ewropea fil-qagħda li tkun tista' tippreserva l-kompetittività u l-kapaċità tagħha li tinvesti fl-Ewropa u li tindirizza l-isfidi soċjali u ambjentali, inkluż it-tibdil fil-klima, filwaqt li tibqa' minn ta' quddiem nett f'dak li jirrigwarda r-responsabbiltà soċjali u ambjentali;

E.  billi l-ekonomija ċirkolari jista' jkollha impatt pożittiv ħafna fuq ir-reindustrijalizzazzjoni tal-Ewropa u fuq it-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija u tad-dipendenza fuq materja prima minn pajjiżi terzi, u billi l-investiment fl-enerġija rinnovabbli u fl-effiċjenza enerġetika huwa xprun importanti għall-promozzjoni ta' tiġdid industrijali li jkun kapaċi joħloq ċrieki virtużi;

F.  billi politika ta' innovazzjoni ambizzjuża li tiffavorixxi l-produzzjoni ta' prodotti ta' kwalità għolja, innovattivi u effiċjenti fl-użu tal-enerġija u tippromwovi proċessi sostenibbli se tippermetti li l-UE ssaħħaħ il-kompetittività tagħha fid-dinja; billi l-innovazzjoni u l-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp, fl-impjiegi u fit-tiġdid tal-ħiliet huma essenzjali għat-tkabbir sostenibbli; billi l-industrija innovattiva tiddependi ħafna fuq il-kapaċità ta' riċerka, fuq il-progress tar-riċerka u, b'mod partikolari, fuq ir-riċerka kollaborattiva tal-UE;

G.  billi l-industrija Ewropea, kemm fuq skala kbira kif ukoll fuq skala żgħira, qed tiffaċċja kompetizzjoni dinjija, u billi suq intern integrat u li jiffunzjona flimkien ma' kummerċ miftuħ u ġust ma' pajjiżi terzi huma essenzjali għall-industrija tal-UE, fejn il-kummerċ ġust fi prodotti industrijali jrid jirrispetta l-istandards tal-UE;

H.  billi l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), li jirrappreżentaw maġġoranza kbira tal-kumpaniji Ewropej kollha u jikkostitwixxu s-sinsla tal-industriji tal-UE, qed jiffaċċjaw sfidi kbar minħabba bidliet dinjija fl-ekonomija kif ukoll ostakli finanzjarji u amministrattivi;

I.  billi l-intraprendituri nisa jirrappreżentaw biss 31 % tal-popolazzjoni tal-UE li taħdem għal rasha u 30 % tal-intraprendituri ta' start-ups, u billi bħalissa mhumiex rappreżentati biżżejjed fl-industrija, b'mod partikolari f'karigi xjentifiċi, tal-inġinerija u maniġerjali;

J.  billi aktar minn 60 % tal-intrapriżi kollha llum huma negozji mmexxija mill-familji u jipprovdu sa 50 % tal-impjiegi kollha fis-settur privat fl-Unjoni Ewropea;

K.  billi l-istrateġija ta' appoġġ għad-diġitalizzazzjoni tal-industrija hija essenzjali għall-kompetittività tal-ekonomija Ewropea;

L.  billi l-istrumenti finanzjarji u l-programmi tal-UE għandhom rwol strateġiku biex irawmu l-kompetittività u jipprevjenu r-rilokazzjoni tal-investiment;

1.  Jissottolinja r-rwol essenzjali tal-industrija bħala mutur għat-tkabbir, l-impjiegi u l-innovazzjoni fl-Ewropa;

2.  Jisħaq fuq l-importanza tat-tisħiħ u l-immodernizzar tal-bażi industrijali fl-Ewropa, filwaqt li jfakkar il-mira tal-UE li sal-2020 20 % tal-PDG tal-Unjoni jkun ibbażat fuq l-industrija;

3.  Jitlob li l-Kummissjoni, sal-ewwel xhur tal-2018 u flimkien mal-Istati Membri, tiżviluppa strateġija tal-Unjoni u pjan ta' azzjoni koerenti u politika industrijali komprensiva mmirata lejn ir-reindustrijalizzazzjoni tal-Ewropa, b'indikaturi, miri, kejl u skedi ta' żmien; Jitlob li l-Kummissjoni tiżviluppa, sal-ewwel xhur tal-2018, flimkien mal-Istati Membri, strateġija tal-Unjoni u pjan ta' azzjoni koerenti u politika industrijali komprensiva mmirata lejn ir-reindustrijalizzazzjoni tal-Ewropa, b'indikaturi, miri, miżuri u skedi ta' żmien; jisħaq fuq il-fatt li din l-istrateġija tal-Unjoni trid tissejjes, inter alia, fuq id-diġitalizzazzjoni, fuq ekonomija effiċjenti fl-użu tal-enerġija u tar-riżorsi u fuq approċċ ta' ċiklu tal-ħajja u ta' ekonomija ċirkolari;

4.  Jemmen li l-qafas regolatorju Ewropew u l-investiment publiku u privat għandhom iġibu l-industriji fil-qagħda li jadattaw għall-bidliet konċernati u jieħdu azzjoni minn qabel, biex jikkontribwixxu għall-ħolqien tal-impjiegi, għat-tkabbir, għall-konverġenza reġjonali u għall-koeżjoni territorjali;

5.  Jisħaq fuq ir-rwol tal-SMEs bħala s-sinsla tal-industrija tal-UE, u jenfasizza l-ħtieġa li l-katini ta' valur qawwija bejn SMEs, kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja u intrapriżi kbar, u l-ħtieġa li politika industrijali tal-UE titmexxa b'mod kompatibbli mal-SMEs u li jindirizza l-isfidi li jiffaċċjaw; jissottolinja l-ħtieġa li l-ħolqien ta' ambjent li jkun favorevoli għan-negozju jingħata appoġġ, billi jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ekwi għal kull SME, start-up u scale-up tal-UE, għall-intraprenditorija taż-żgħażagħ, b'mod partikolari fl-aktar oqsma innovattivi, u għall-intrapriżi tal-ekonomija soċjali;

6.  Jenfasizza li r-raggruppamenti tal-kompetittività, in-netwerks tan-negozji u l-poli tal-innovazzjoni diġitali huma soluzzjoni siewja ħafna biex ilaqqgħu flimkien il-partijiet interessati rilevanti; jitlob li l-UE tappoġġja l-investiment pubbliku fl-innovazzjoni, peress li huwa strateġiku f'dan il-qasam; jitlob li l-Kummissjoni tappoġġja dawn ir-raggruppamenti u l-kooperazzjoni bejniethom fil-livell Ewropew, billi tiżgura li SMEs, ċentri ta' riċerka u universitajiet ikunu involuti fil-livell reġjonali u f'dak lokali; jitlob li l-Kummissjoni tiżviluppa pjattaformi ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti billi tħeġġeġ rabtiet intersettorjali u interdixxiplinari; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-kooperazzjoni interreġjonali tiġi msaħħa biex jiġu żviluppati opportunitajiet transnazzjonali u alleanzi trasversali tal-innovazzjoni;

7.  Jitlob li l-Kummissjoni tidentifika l-isfidi u l-ostakli li n-nisa jiffaċċjaw meta jsiru intraprendituri, u biex tippromwovi u tappoġġja t-tmexxija femminili anke permezz ta' ugwaljanza fis-salarji u aċċess ġust għall-karigi kollha tal-impjieg;

8.  Huwa konvint li l-industrija Ewropea għandha titqies bħala assi strateġiku għall-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-UE; jissottolinja l-fatt li huma biss industrija b'saħħitha u reżiljenti u politika industrijali orjentata lejn il-futur li se jippermettu lill-UE tiffaċċja l-isfidi differenti li qed jistennewha, inklużi r-reindustrijalizzazzjoni tagħha, il-kompetizzjoni dinjija, il-progress teknoloġiku rapidu u l-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità;

9.  Jisħaq fuq l-importanza tal-Unjoni tal-Enerġija, tas-Suq Uniku Diġitali, tal-Aġenda Diġitali u tal-konnettività tal-Ewropa permezz ta' infrastruttura adegwata, valida għall-futur u effiċjenti;

10.  Jenfasizza li huwa importanti li l-UE tappoġġja t-tqawwija kwalitattiva ta' prodotti Ewropej permezz ta' proċessi ta' reindustrijalizzazzjoni, speċjalment permezz tar-riċerka, l-industrija 4.0 u d-diġitalizzazzjoni, bil-ħsieb li ttejjeb il-kompetittività fl-Ewropa;

11.  Jissottolinja li, sabiex l-industrija tal-Unjoni tingħata appoġġ biex tiffaċċja l-isfidi ta' bidliet ekonomiċi u regolatorji rapidi fid-dinja globalizzata tal-lum, huwa essenzjali li l-attrattiva industrijali tal-Ewropa għall-investiment dirett Ewropew u barrani tissaħħaħ;

12.  Jenfasizza li huwa importanti li strateġija industrijali tal-Unjoni tiġi adottata f'waqtha, u jfakkar, f'dan il-kuntest, fil-ħtieġa li fil-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss (QFP) jinżammu mezzi finanzjarji suffiċjenti għas-settur tal-industrija, b'mod partikolari permezz ta' strumenti u fondi speċifiċi (bħall-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, Orizzont 2020, il-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi (FEIS), il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) u l-COSME);

13.  Ifakkar f-impenji tal-UE fil-kuntest tal-Ftehim ta' Pariġi; jitlob li fl-istrateġija industrijali tal-UE jiġu integrati strumenti ta' finanzjament u miżuri effikaċi li jnaqqsu r-riskju tal-karbonju u jindirizzaw ir-riskji tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju;

14.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-potenzjal tal-industrija jiġi sfruttat bis-sħiħ, speċjalment fit-teknoloġiji ambjentali, u li jkun żgurat li l-industriji jiżviluppaw kontinwament u jxerrdu l-aqwa tekniki disponibbli u l-innovazzjonijiet emerġenti;

15.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi u l-ispejjeż ta' konformità għan-negozji, inkluż għan-negozji tal-familji, filwaqt li tiġi żgurata l-effikaċja tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, tas-saħħa u s-sikurezza u tal-ambjent;

16.  Jissottolinja l-importanza għall-UE ta' swieq miftuħa u kummerċ internazzjonali ħieles u ġust ibbażat fuq regoli komuni u kundizzjonijiet ekwi; jitlob aktar konsistenza bejn il-politika kummerċjali u dik industrijali, biex nipprevjenu l-inkoerenza, li jista' twassal għal rilokazzjonijiet u għal aktar deindustrijalizzazzjoni fl-UE;

17.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-politika kummerċjali tal-UE ma titħalliex trawwem prattiki antikompetittivi; jenfasizza l-ħtieġa li l-UE jkollha strateġija kontra d-dumping u kontra s-sussidji li tkun kompatibbli mad-WTO u effikaċi;

18.  Jenfasizza li l-industrija Ewropea qiegħda tiffaċċja kompetizzjoni dinjija, u għalhekk jitlob li l-Kummissjoni tivvaluta l-adegwatezza tad-definizzjonijiet tas-suq u l-ġabra attwali tar-regoli tal-UE dwar il-kompetizzjoni, biex tqis l-evoluzzjoni tas-swieq globali rispettivi kif ukoll il-ħruġ tar-rwol ta' atturi nazzjnali maġġuri f'pajjiżi terzi;

19.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti iktar attenzjoni lir-rwol ta' intrapriżi statali li huma bbażati barra l-Unjoni u li jiġu appoġġjati u ssussidjati mill-gvernijiet rispettivi tagħhom b'modi li r-regoli tas-suq uniku tal-UE jipprojbixxu għall-entitajiet tal-UE;

20.  Jitlob li l-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, teżamina l-investimen barrani dirett (FDI) ta' pajjiż terzi fl-UE f'industriji strateġiċi, fl-infrastruttura u f'teknoloġiji ewlenin tal-ġejjieni, jew assi oħra li huma importanti għal raġunijiet ta' sigurtà u għall-protezzjoni tal-aċċess għalihom, filwaqt li żżomm quddiem għajnejha li l-Ewropa għandha dipendenza konsiderevoli fuq l-FDI;

21.  Jisħaq fuq il-ħtieġa ta' sforzi koordinati tal-UE, b'konsultazzjoni mas-sħab rilevanti kollha, inklużi dawk soċjali u akkademiċi, għall-promozzjoni ta' ħiliet ġodda kif ukoll it-taħriġ mill-ġdid, it-titjib tal-ħiliet u t-tagħlim tul il-ħajja, kif irrakkomandat il-Kummissjoni fl-Aġenda tagħha għal Ħiliet u Impjiegi Ġodda;

22.  Ifakkar fir-rwol importanti tal-istandardizzazzjoni tal-UE u jħeġġeġ konċentrazzjoni qawwija fuq ir-rwol ewlieni tal-UE fl-organizzazzjonijiet internazzjonali għall-istandardizzazzjoni;

23.  Jieħu nota tal-ħtieġa li l-isforzi tal-UE għat-tnaqqis tad-dipendenza fuq riżorsi minn pajjiżi terzi jkunu koordinati permezz ta' konċentrazzjoni fuq erba' orjentamenti:

   (a) aċċess ġust għas-suq internazzjonali għar-riżorsi
   (b) attività minerarja sostenibbli
   (c) innovazzjonijiet fit-teknoloġiji tal-effiċjenza
   (d) l-ekonomija ċirkolari

24.  Jissottolinja li strateġija ta' politika industrijali ġdida trid tallinja mal-politika industrijali oqsma differenti ta' politika – l-aktar importanti fosthom il-kummerċ, l-ambjent, ir-riċerka, is-saħħa, l-investiment, il-kompetizzjoni, l-enerġija, il-klima, u l-industriji kreattivi – sabiex tifforma approċċ koerenti wieħed;

25.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU C 482, 23.12.2016, p. 89.
(2) Testi adottati, P8_TA(2016)0377.
(3) ĠU C 199 E, 7.7.2012, p. 131.
(4) Testi adottati, P8_TA(2017)0240.

Avviż legali - Politika tal-privatezza