Indiċi 
Testi adottati
Il-Ħamis, 30 ta' Novembru 2017 - Brussell
Il-Mobilizzazjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza fl-2017
 Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2017: Tnaqqis tal-approprjazzjonijiet ta' pagament u impenn f'konformità mat-tbassir aġġornat tan-nefqa u aġġornament tad-dħul (riżorsi proprji u multi)
 Il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea sabiex jipprovdi għall-pagament tal-avvanzi fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għall-2018
 Mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità għall-finanzjament ta' miżuri baġitarji immedjati biex jiġu indirizzati t-theddidiet kontinwi tal-migrazzjoni, tad-dħul tar-rifuġjati u tas-sigurtà
 Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni - applikazzjoni EGF/2017/003 GR/Attica retail
 Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2017/005 FI/Retail
 Proċedura baġitarja 2018
 It-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Ana Gomes
 Tibdil fir-riżorsi għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u fir-riżorsi għall-investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi u l-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea ***I
 Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika UE/Eġittu: il-parteċipazzjoni tal-Eġittu fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) ***
 Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika UE/Alġerija: il-parteċipazzjoni tal-Alġerija fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) ***
 Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika UE/Ġordan: il-parteċipazzjoni UE/Ġordan fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) ***
 L-adeżjoni taċ-Ċilì, tal-Iżlanda u tal-Bahamas mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri *
 L-adeżjoni tal-Panama, tal-Urugwaj, tal-Kolombja u ta’ El Salvador mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri *
 L-adeżjoni ta’ San Marino mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri *
 L-adeżjoni tal-Georgia u tal-Afrika t’Isfel mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri *
 Arranġamenti tranżitorji għall-mitigazzjoni tal-impatt tal-introduzzjoni tal-IFRS 9 ***I
 Strument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi ***I
 Il-klassifikazzjoni tal-istrumenti ta' dejn mhux garantiti fil-ġerarkija tal-insolvenza ***I
 Obbligi tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-provvisti ta' servizzi u għall-bejgħ mill-bogħod ta' prodotti *
 Il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud *
 Sitwazzjoni fil-Jemen
 L-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità

Il-Mobilizzazjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza fl-2017
PDF 349kWORD 50k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2017/344 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza fl-2017 (COM(2017)0900 – C8-0408/2017 – 2017/2265(BUD))
P8_TA(2017)0452A8-0372/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0900 – C8-0408/2017),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(2), u b'mod partikolari l-punt 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-test konġunt approvat fit-18 ta' Novembru 2017 mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (A8-0359/2017), fil-kuntest tal-konċiljazzjoni dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali għall-2018,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2017/344 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza fl-2017(3),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0372/2017),

A.  billi l-Parlament Ewropew u l-Kunsill immobilizzaw il-Marġini ta' Kontinġenza fl-2017 għall-ammont ta' EUR 1 906,1 miljun lil hinn mil-limiti massimi tal-Intestatura 3 (Sigurtà u Ċittadinanza) u tal-intestatura 4 (Ewropa Globali);

B.  billi, fi ħdan dan l-ammont, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iddeċidew li jikkumpensaw EUR 575,0 miljun kontra l-marġini mhux allokat skont l-Intestatura 2 (Tkabbir Sostenibbli: Riżorsi Naturali) fl-2017, kif ukoll EUR 507,3 miljun, EUR 570,0 miljun u EUR 253,9 miljun, kontra l-marġini mhux allokati skont l-Intestatura 5 (Amministrazzjoni) fl-2017, 2018 u 2019 rispettivament;

C.  billi l-Kumitat ta' Konċiljazzjoni li ltaqa' għall-adozzjoni tal-baġit għall-2018 sussegwentement qabel li jaġġusta t-tpaċija tal-Marġini ta' Kontinġenza msemmija hawn fuq sabiex l-ammont ikkumpensat skont l-Intestatura 5 fl-2018 jitnaqqas b'EUR 252,0 miljun u introduċa kumpens korrispondenti fl-Intestatura 5 fl-2020;

1.  Jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni, bħala parti mill-ftehim dwar il-baġit għall-2018, dwar ir-reviżjoni tat-tpaċija tal-marġini ta' kontinġenza mobilizzat fl-2017, sabiex jiżdied il-marġini globali għall-impenji disponibbli għall-2018; jiddispjaċih dwar l-enfasi eċċessiva ta' xi Stati Membri fuq il-marġini disponibbli taħt il-limiti tal-QFP, li ta' spiss twassal biex jiġu injorati l-flessibilitajiet offruti mill-istrumenti speċjali;

2.  Jissottolinja, li anke mingħajr tpaċija riveduta, il-marġini globali għall-impenji fil-baġit maqbul għall-2018 diġà jammonta għal EUR 1 348,3 miljun, filwaqt li aktar minn EUR 900 miljun għadhom disponibbli skont l-Istrument ta' Flessibbiltà u l-Marġini Globali għall-Impenji (GMC); jindika li EUR 1,2 biljun oħra għandhom isiru disponibbli skont il-GMC u l-Istrument ta' Flessibilità matul l-2018;

3.  Jieħu nota li tali reviżjoni ta' tpaċija, filwaqt li mhijiex essenzjali, tirrilaxxa EUR 252 miljun tal-marġini addizzjonali fl-2018 minflok fl-2020, sabiex b'hekk tiġi pprovduta flessibbiltà addizzjonali fi stadju aktar bikri skont dan il-QFP;

4.  Jiddispjaċih li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jirrikorru għall-qsim tat-tpaċija skont l-Intestatura 5 bejn l-2018 u l-2020 sabiex il-baġit tal-UE jingħata l-flessibbiltà meħtieġa fl-2018; jesprimi tħassib dwar it-tnaqqis konsegwenti fil-marġini tal-Intestatura 5 li se ġġib magħha din il-manuvra fl-2020; jindika li l-adozzjoni ta' tali approċċ lil hinn mill-limiti hi sinjal ċar li l-baġit tal-UE mhuwiex jiġi fornut bir-riżorsi indispensabbli biex iwettaq il-politiki u l-programmi tal-Unjoni;

5.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2017/344 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza fl-2017

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2018/9.)

(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(2) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(3) ĠU L 50, 28.2.2017, p. 57-58.


Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2017: Tnaqqis tal-approprjazzjonijiet ta' pagament u impenn f'konformità mat-tbassir aġġornat tan-nefqa u aġġornament tad-dħul (riżorsi proprji u multi)
PDF 339kWORD 51k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2017 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017: Tnaqqis tal-approprjazzjonijiet ta' pagament u ta' impenn f'konformità mat-tbassir aġġornat tan-nefqa u aġġornament tad-dħul (riżorsi proprji u multi) (14275/2017 – C8-0417/2017 – 2017/2217(BUD))
P8_TA(2017)0453A8-0379/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, adottat b'mod definittiv fl-1 ta' Diċembru 2016(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(3),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(4),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit emendatorju Nru 6/2017, adottat mill-Kummissjoni fid-9 ta' Ottubru 2017 (COM(2017)0597),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2017, adottata mill-Kunsill fis-27 ta' Novembru 2017 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew dakinhar stess (14275/2017 – C8-0417/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 88 u 91 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0379/2017),

A.  billi l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 6/2017 għandu l-għan li jaġġorna kemm mil-lat ta' nefqa kif ukoll mil-lat ta' dħul tal-baġit biex jitqiesu l-aħħar żviluppi;

B.  billi, mil-lat ta' nefqa, l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 6/2017 inaqqas il-livell tal-approprjazzjonijiet ta' pagament b'EUR 7 719,7 miljun, l-aktar fil-linji baġitarji taħt l-intestatura 1b (Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali), u fuq livell inqas minn hekk, taħt l-intestaturi 2 (Tkabbir sostenibbli – riżorsi naturali), 3 (Siġurtà u Ċittadinanza) u 4 (Ewropa Globali) u fil-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE), u b'hekk inaqqas il-kontribuzzjonijiet nazzjonali kif xieraq;

C.  billi l-Abbozz ta' Baġit Emenedatorju Nru 6/2017 inaqqas il-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn b'EUR 15,33 miljun taħt l-intestatura 2 u jirrilaxxa EUR 46 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn tal-FSUE;

D.  billi mil-lat ta' dħul, l-Abbozz ta' Baġit Emenedatorju Nru 6/2017 jinkludi wkoll aġġustamenti marbuta mar-reviżjoni tal-previżjonijiet tar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali (jiġifieri dazji doganali u imposti fuq is-settur taz-zokkor), tal-bażijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) u tal-introjtu nazzjonali gross (ING), u tal-ibbaġitjar tal-korrezzjonijiet rilevanti tar-Renju Unit u l-finanzjament tagħhom għall-2013 u l-2016;

E.  billi l-Abbozz ta' Baġit Emenedatorju Nru 6/2017 jieħu inkunsiderazzjoni l-ammont totali ta' EUR 3 2019,7 miljun ta' multi li sar definittiv u jeċċedi l-livell ippjanat oriġinarjament għall-baġit 2017, u jassenja d-differenza bejn tal-ewwel u tal-aħħar (li tammonta għal EUR 2 209,7 miljun) għat-tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet tar-riżorsi proprji mill-Istati Membri għall-baġit tal-Unjoni;

F.  billi l-Abbozz ta' Baġit Emenedatorju Nru 6/2017 jirriżulta f'rimborż lill-baġits nazzjonali ta' EUR 9 829,6 miljun addizzjonali għar-rifużjoni ta' EUR 6 405 miljun li diġà ġiet ikkonfermata fid-dawl tal-Baġit Emendatorju Nru 2/2017;

1.  Jesprimi tħassib serju dwar l-eċċess fil-pagamenti ta' EUR 7 719,7 miljun; huwa partikolarment sorpriż bis-sitwazzjoni fis-subintestatura 1b tal-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment (Fondi ESI), fejn l-Istati Membri, fis-sottomissjonijiet tagħhom ta' Lulju, irrivedew 'il isfel il-previżjonijiet tagħhom għal talbiet għal pagamanet b'EUR 5,9 biljun minħabba dewmien kontinwu fl-implimentazzjoni tal-programmi, li b'hekk qed jimpedixxu ħafna proġetti u benefiċjarji potenzjali minn appoġġ tal-Unjoni; jiddeplora wkoll il-fatt li l-Istati Membri naqsu milli jniedu l-programmi nazzjonali tagħhom għall-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF) u għall-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF) fuq ir-ritmu mistenni u milli jimplimentaw kif xieraq l-iskemi għar-rilokazzjoni ta' rifuġjati, li jirriżulta fi tnaqqis ta' EUR 287,6 miljun fl-intestatura 3;

2.  Jieħu nota tal-analiżi tal-Kummissjoni dwar il-kawżi ta' sottoimplimentazzjoni fis-subintestatura 1b, bħalma huma l-iffokar fuq l-assorbiment tal-pakketti 2007-2013, l-adozzjoni tardiva tal-bażijiet ġuridiċi, it-tul fid-deżinjazzjoni ta' awtoritajiet nazzjonali, il-bidliet li ġew introdotti permezz tal-qafas ġuridiku ġdid, u t-tnaqqis ta' inċentivi minħabba r-regola ta' diżimpenn N+3; jinsab imħasseb dwar il-fatt li, skont l-aħħar previżjonijiet tal-pagamenti mill-Kummissjoni, is-sottoimplimentazzjoni se tibqa' fis-snin li ġejjin u se tirriżulta f'ammont addizzjonali ta' EUR 31 biljun ta' pagamenti li se jkollhom riperkussjonijiet fuq il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss; jieħu nota tal-fatt li mhux l-Istati Membri kollha għandhom l-istess diffikultajiet fl-implimentazzjoni; iħeġġeġ b'mod partikolari lil dawk l-Istati Membri b'livell għoli ta' sottoimplimentazzjoni biex jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jimplimentaw b'mod xieraq il-programmi tal-Unjoni, maqbula b'mod konġunt, bl-assistenza tal-Kummissjoni;

3.  Jiddispjaċih bid-dewmien fl-iżborż tal-fondi tal-Unjoni għal pajjiżi fil-fażi ta' qabel l-adeżjoni u għal pajjiżi ġirien, li jirriżulta fi tnaqqis sinifikanti fil-pagamenti (- EUR 702,2 miljun) fi żmien meta dawn ikunu jinħtieġu l-aktar; jirrikonoxxi l-ambjent imprevedibbli li f'xi drabi l-Unjoni hija mitluba biex topera; jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu l-miżuri meħtieġa, inkluż permezz ta' żieda fid-djalogu politiku u assistenza teknika, sabiex jiġi evitat dewmien bħal dan;

4.  Jinnota b'sodisfazzjon, b'kuntrast ma' dan, li l-programmi tal-Unjoni taħt is-subintestatura 1a "Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi" ġeneralment huma implimentati sew, kif jixhdu dan l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju u l-adozzjoni reċenti tat-Trasferiment Globali fejn is-subintestatura 1a tassorbi parti sinifikanti tas-sottoeżekuzzjoni tal-pagamenti f'intestaturi oħra; jisħaq li dan juri li l-Kunsill kien żbaljat fl-approċċ kostanti tiegħu li jnaqqas l-approprjazzjonijiet ta' din is-subintestatura għal raġunijiet ta' allegat nuqqas ta' kapaċità ta' assorbiment;

5.  Jiddeplora għal darb'oħra li l-ammonti rkuprati mis-sottoimplimentazzjoni ta' programmi tal-Unjoni u minn multi taħt il-politika tal-kompetizzjoni tal-Unjoni huma ddestinati biex jitnaqqsu l-kontribuzzjonijiet tal-ING tal-Istati Membri minflok ma jintużaw għall-finanzjament tal-prijoritajiet tal-Unjoni; jenfasizza li l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 6/2017 jiġġenera rimborż tal-kontribuzzjonijiet ING ta' EUR 9 829,6 miljun lill-Istati Membri minbarra r-rimborż ta' EUR 6 405 miljun li diġà ġie approvat fil-Baġit Emendatorju Nru 2/2017; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li n-nuqqas ta' qbil bejn iż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja fir-rigward tal-infiq tal-baġit tal-Unjoni għall-2018, wara l-qari tal-Parlament u fil-bidu tal-perjodu ta' konċiljazzjoni, ammonta biss għal EUR 3 619,8 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 2 182,4 f'approprjazzjonijiet ta' pagament;

6.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2017;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-Baġit Emendatorju Nru 6/2017 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

8.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(2) ĠU L 51, 28.2.2017.
(3) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(4) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.


Il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea sabiex jipprovdi għall-pagament tal-avvanzi fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għall-2018
PDF 340kWORD 50k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea sabiex jipprovdi għall-pagament tal-avvanzi fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għall-2018 (COM(2017)0270 – C8-0161/2017 – 2017/2076(BUD))
P8_TA(2017)0454A8-0371/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0270 – C8‑0161/2017),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(3), u b'mod partikolari l-punt 11 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-riżultati tat-trilogu tas-17 ta' Novembru 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0371/2017),

A.  billi, bi qbil mar-Regolament (UE) Nru 661/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4) tqiegħed għad-dispożizzjoni ammont ta' EUR 50 000 000 biex il-pagamenti bil-quddiem jitħallsu permezz ta' approprjazzjonijiet fil-baġit ġenerali tal-Unjoni,

1.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE sabiex jipprovdi għall-pagament tal-avvanzi fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għall-2018

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2018/508.)

(1) ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(3) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(4) Regolament (UE) Nru 661/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 143).


Mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità għall-finanzjament ta' miżuri baġitarji immedjati biex jiġu indirizzati t-theddidiet kontinwi tal-migrazzjoni, tad-dħul tar-rifuġjati u tas-sigurtà
PDF 347kWORD 50k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità għall-finanzjament ta' miżuri baġitarji immedjati biex jiġu indirizzati t-theddidiet kontinwi tal-migrazzjoni, tad-dħul tar-rifuġjati u tas-sigurtà (COM(2017)0271 – C8-0163/2017 – 2017/2077(BUD))
P8_TA(2017)0455A8-0370/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0271 – C8‑0163/2017),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(1) (ir-Regolament dwar il-QFP) u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(2), u b'mod partikolari l-punt 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, li l-Kummissjoni adottat fid-29 ta' Ġunju 2017 (COM(2017)0400), kif emendat bl-Ittra emendatorja Nru 1/2018 (COM(2017)0615),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, adottata mill-Kunsill fl-4 ta' Settembru 2017, u li ntbagħtet lill-Parlament fit-13 ta' Settembru 2017 (11815/2017 – C8‑0313/2017),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali għall-2018(3),

–  wara li kkunsidra t-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fit-18 ta' Novembru 2017 (14587/17 – C8-0416/2017),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0370/2017),

A.  billi, wara li ġew eżaminati l-possibilitajiet kollha għar-riallokazzjoni tal-approprjazzjonjiet ta' impenn taħt l-intestatura 3 (Sigurtà u ċittadinanza), jidher li hemm bżonn li jiġi mobilizzat l-Istrument ta' Flessibilità għall-approprjazzjonijiet ta' impenn;

B.  billi l-Kummissjoni kienet ipproponiet il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità bl-ammont ta' EUR 817,1 miljun biex tissuplimenta l-finanzjament fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2018 lil hinn mil-limitu massimu tal-intestatura 3, bl-għan li tiffinanzja miżuri fil-qasam tal-migrazzjoni, id-dħul tar-rifuġjati u t-theddid għas-sigurtà;

C.  billi l-Kumitat ta' Konċiljazzjoni kkonvokat għall-baġit 2018 qabel dwar mobilizzazzjoni ulterjuri ta' EUR 20,2 miljun bħala riżultat ta' tisħiħ fl-intestatura 3;

1.  Jinnota li l-limiti massimi għall-2018 għall-intestatura 3 ma jippermettux finanzjament xieraq ta' miżuri urġenti fil-qasam tal-migrazzjoni, id-dħul tar-rifuġjati u t-theddid għas-sigurtà;

2.  Jaqbel, għalhekk, li l-Istrument ta' Flessibilità jiġi mobilizzat għal ammont ta' EUR 837,2 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn;

3.  Jaqbel, barra minn hekk, mal-allokazzjoni proposta tal-approprjazzjonijiet ta' pagament korrispondenti ta' EUR 464 miljun fl-2018, EUR 212,7 miljun fl-2019, EUR 126,4 miljun fl-2020 u EUR 34,2 miljun fl-2021;

4.  Itenni li l-mobilizzazzjoni ta' dan l-istrument, kif previst fl-Artikolu 11 tar-Regolament dwar il-QFP, tindika għal darb'oħra l-bżonn kruċjali ta' aktar flessibilità fil-baġit tal-Unjoni;

5.  Itenni l-opinjoni li ilu jħaddan li l-pagamenti li ġejjin minn impenji mobilizzati preċedentement permezz tal-Istrument ta' Flessibilità, jistgħu jingħaddu biss lil hinn mil-limiti massimi tal-QFP;

6.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

8.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà għall-finanzjament ta’ miżuri baġitarji immedjati biex jiġu indirizzati it-theddidiet kontinwi tal-migrazzjoni, tad-dħul tar-rifuġjati u tas-sigurtà

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2018/8.)

(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(2) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(3) Testi adottati, P8_TA(2017)0408


Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni - applikazzjoni EGF/2017/003 GR/Attica retail
PDF 358kWORD 53k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni mill-Greċja – EGF/2017/003 GR/Attica retail) (COM(2017)0613 – C8-0360/2017 – 2017/2229(BUD))
P8_TA(2017)0456A8-0367/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0613 – C8-0360/2017),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006(1) (ir-Regolament dwar il-FEG),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(3) (FII tat-2 ta' Diċembru 2013), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport speċjali Nru 7/2013 tal-Qorti tal-Awdituri li l-FEG wassal valur miżjud tal-UE meta ntuża għall-kofinanzjament ta' servizzi għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja jew benefiċċji li normalment ma jeżistux taħt is-sistemi ta' benefiċċji tal-qgħad tal-Istati Membri,

–  wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu prevista fil-punt 13 tal-FII tat-2 ta' Diċembru 2013,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu adottati minn Jannar 2007 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond, inklużi l-kummenti tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali dwar l-applikazzjonijiet rispettivi,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0367/2017),

A.  billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li jkunu qegħdin ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fl-andament tal-kummerċ internazzjonali jew tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali u biex tgħin l-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol;

B.  billi l-Greċja ressqet l-applikazzjoni EGF/2017/003 GR/Attica retail bil-għan li tikseb kontribuzzjoni finanzjarja tal-Fond wara 725 sensja f'disa' impriżi, li l-attivitajiet tagħhom jaqgħu fis-settur ekonomiku rilevanti tal-bejgħ bl-imnut fir-reġjun ta' Attica u f'għaxar reġjuni oħra(4);

C.  billi l-applikazzjoni hija bbażata fuq il-kriterji ta' intervent previsti fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament dwar il-FEG;

D.  billi sabiex tistabbilixxi rabta bejn is-sensji u l-kriżi finanzjarja u ekonomika dinjija, il-Greċja ssostni li l-ekonomija tagħha għaddiet minn reċessjoni gravi matul sitt snin konsekuttivi (2008-2013); billi bejn l-2008 u l-2016, il-PDG Grieg naqas b'26,2 % u l-konsum pubbliku fil-Greċja naqas bi 22,8 %, filwaqt li hemm 700 000 persuna aktar li huma qiegħda fil-pajjiż; billi sa mill-2008, biex jindirizzaw il-ħlasijiet lura tad-dejn barrani, il-Gvernijiet Griegi għollew ir-rati tat-taxxa b'mod sinifikanti, irrazzjonalizzaw in-nefqa pubblika u naqqsu l-pagi fis-settur pubbliku, b'mod partikolari l-pensjonijiet, filwaqt li l-pagi tas-settur privat naqsu wkoll bħala konsegwenza tal-kombinament tal-politiki applikati; billi t-tnaqqis fl-introjtu ġie rifless fi tnaqqis fil-konsum, li affettwa bil-qawwa s-settur tal-bejgħ bl-imnut;

1.  Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament dwar il-FEG huma ssodisfati, u li l-Greċja hi intitolata għal kontribuzzjoni finanzjarja ta' EUR 2 949 150 skont dan ir-Regolament, li tirrappreżenta 60 % tal-ispiża totali ta' EUR 4 915 250;

2.  Jinnota li l-Kummissjoni rrispettat l-iskadenza ta' 12-il ġimgħa mill-wasla tal-applikazzjoni kompluta mill-awtoritajiet Griegi, sakemm iffinalizzat il-valutazzjoni tagħha dwar il-konformità mal-kundizzjonijiet għall-għoti ta' kontribuzzjoni finanzjarja, fit-23 ta' Ottubru 2017, u nnotifikatha lill-Parlament fl-istess ġurnata;

3.  Jinnota li d-disa' impriżi kkonċernati għandhom ħwienet u supermarkets li jbiegħu prodotti ta' konsum li ġejjin mill-bejgħ bl-imnut; jiddeplora l-fatt li l-bejgħ bl-imnut naqas bejn l-2008 u l-2015, li jvarja minn 60 % għall-ħwienet tal-apparat domestiku għal 30 % għall-bejgħ bl-imnut tal-ikel u 23 % għas-supermarkets;

4.  Jirrikonoxxi li dawn is-sensji huma direttament marbuta ma' tnaqqis fis-settur tal-bejgħ sa mill-2008; jinnota li bejn l-2008 u l-2015 intilfu 164 000 impjieg fis-setturi tal-bejgħ bl-imnut, tal-manifattura u tal-kostruzzjoni u dawn jammontaw għal 64,2 % tal-impjiegi kollha li ntilfu;

5.  Jirrimarka li mill-2008 il-kriżi ekonomika poġġiet pressjoni sinifikanti 'l isfel fuq il-kapaċità tal-akkwist tal-familji Griegi; jiddikjara li t-tnaqqis drastiku tas-self għall-impriżi u għall-individwi kellu impatt fuq il-bejjiegħa bl-imnut; jiddeplora li l-kombinament ta' dawn iż-żewġ fatturi wassal għal tnaqqis fil-fatturat globali tas-settur tal-bejgħ bl-imnut, li naqas b'aktar minn 63 % matul il-perjodu bejn l-2008 u l-2016; jirrimarka li l-miżuri ta' awsterità applikati mill-2008, b'mod partikolari t-tnaqqis fil-pagi, in-negozjar mill-ġdid tal-kirjiet u s-sospensjoni tad-data tal-maturità tal-kontijiet wasslu biex is-sitwazzjoni tiddeterjora; jindika li dan il-każ juri li l-miżuri applikati ma jistgħux jindirizzaw il-kriżi ekonomika b'mod effikaċi u fuq medda twila ta' żmien;

6.  Jenfasizza bi tħassib li r-reġjun ta' Attica, fejn huma kkonċentrati aktar minn 70 % tas-sensji, għandu rata ta' qgħad ta' 22,9 %, filwaqt li fl-10 reġjuni l-oħra r-rata tvarja minn 19,5 % fir-reġjun tal-Eġew għal 26,8 % fir-reġjuni ta' Epirus u tal-Maċedonja tal-Punent; jinsab imħasseb bil-fatt li dawn is-sensji jistgħu jaggravaw aktar is-sitwazzjoni tal-qgħad li dawn ir-reġjuni ilhom iħabbtu wiċċhom magħha mill-bidu tal-kriżi ekonomika u finanzjarja; jinnota b'mod partikolari li 31,8 % tal-popolazzjoni ta' Attica tinsab f'sitwazzjoni ta' riskju ta' faqar jew ta' esklużjoni soċjali;

7.  Jinnota li l-Greċja qiegħda tippjana ħames tipi ta' miżuri: (i) gwida okkupazzjonali, (ii) taħriġ, taħriġ mill-ġdid u taħriġ vokazzjonali, (iii) kontribuzzjoni għall-bidu ta' negozju, (iv) benefiċċju għat-tiftix ta' impjieg u benefiċċju għat-taħriġ, u (v) sussidju għall-ħolqien ta' impjiegi;

8.  Jinnota li 85,2 % tal-benefiċjarji fil-mira huma persuni ta' aktar minn 55 sena, li 24,8 % minnhom għandhom aktar minn 64 sena; jissottolinja li hija ħasra li ma kienx possibbli li tinstab soluzzjoni vijabbli sabiex jiġu evitati s-sensji, speċjalment meta wieħed iqis il-fatt li l-età hija fattur aggravanti meta persuna tfittex impjieg; jilqa' d-deċiżjoni tal-Greċja li tipprovdi korsijiet ta' taħriġ vokazzjonali lill-ħaddiema li jikkorrispondu ma' bżonnijiethom, speċjalment dawk tal-benefiċjarji anzjani, u l-bżonnijiet attwali fis-suq tax-xogħol.

9.  Jinnota u jilqa' l-fatt li l-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati ġie mfassal b'konsultazzjoni mas-Segretarju Ġenerali u r-rappreżentanti tal-Istitut tax-Xogħol tal-Konfederazzjoni Ġenerali tal-Ħaddiema Helleniċi (GSEE); ifakkar li djalogu soċjali sod, ibbażat fuq fiduċja reċiproka u responsabbiltà konġunta, huwa l-aħjar strument sabiex jinstabu soluzzjonijiet ta' qbil u metodi komuni sabiex jantiċipaw, jipprevjenu u jiġġestixxu l-proċessi tar-ristrutturar; jissottolinja li dan id-djalogu jista' jgħin biex jipprevjeni t-telf ta' impjiegi u għalhekk, każijiet tal-FEG;

10.  Jinnota li l-miżuri ta' appoġġ għall-introjtu se jikkostitwixxu 34,72 % tal-pakkett globali ta' miżuri personalizzati, ftit inqas mill-massimu ta' 35 % stabbilit fir-Regolament, u perċentwal ħafna aktar ogħla minn dak propost għal każijiet reċenti oħra; ifakkar li dawn l-azzjonijiet jiddependu mill-parteċipazzjoni attiva tal-benefiċjarji fil-mira fl-attivitajiet tat-tfittxija għall-impjieg jew tat-taħriġ;

11.  Jissottolinja li l-awtoritajiet Griegi kkonfermaw li l-azzjonijiet eleġibbli ma jirċievu l-ebda assistenza minn strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni;

12.  Ifakkar li t-tfassil tal-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati bl-appoġġ tal-FEG għandu jkun orjentat lejn inizjattivi li jikkontribwixxu għall-impjiegi, għall-kompetenzi tal-ħaddiema, għall-valorizzazzjoni tal-karrieri tagħhom bil-għan li jersqu lejn il-komunità tan-negozju, inklużi l-kooperattivi, u għandu jkun koordinat mal-programmi eżistenti tal-Unjoni, inkluż il-Fond Soċjali Ewropew; jinsab konvint li strateġija koerenti tkun waħda li tnaqqas ir-riskju ta' delokalizzazzjoni u li toħloq il-kundizzjonijiet favorevoli għar-riallokazzjoni tal-produzzjoni industrijali fl-Unjoni; jinsisti fuq il-fatt li politika serja ta' prevenzjoni u ta' antiċipazzjoni tar-ristrutturar għandha tieħu preċedenza fuq kull użu tal-FEG; jenfasizza wkoll l-importanza ta' politika industrijali reali fil-livell tal-Unjoni li ġġib magħha tkabbir sostenibbli u inklużiv;

13.  Ifakkar li huwa diġà esprima tħassib dwar id-diverġenza bejn ir-riżorsi mitluba mill-FEG u l-ammonti rimborżati mill-Istati Membri fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Settembru 2016 dwar l-attivitajiet, l-impatt u l-valur miżjud tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni bejn l-2007 u l-2014(5); jistieden lill-Kummissjoni tkompli tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jagħmlu previżjonijiet aktar realistiċi tal-ispejjeż mistennija, sabiex tiġi minimizzata l-ħtieġa li sussegwentement jiġu rkuprati fondi;

14.  Ifakkar li, f'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament dwar il-FEG, il-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati għandu jitfassal b'mod li jantiċipa l-perspettivi u l-ħiliet li se jkun hemm bżonn fis-suq tax-xogħol fil-futur, u għandu jkun kompatibbli mal-bidla lejn ekonomija sostenibbli u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi;

15.  Itenni l-fatt li l-assistenza mill-FEG ma tistax tissostitwixxi la l-azzjonijiet li jkunu r-responsabbiltà tal-kumpaniji bis-saħħa tad-dritt nazzjonali jew ta' ftehimiet kollettivi, u lanqas il-miżuri għar-ristrutturar ta' kumpaniji jew setturi;

16.  Ifakkar fl-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-pubbliku jkollu aċċess għad-dokumenti kollha relatati ma' każijiet tal-FEG;

17.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

18.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

19.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-Anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni mill-Greċja - EGF/2017/003 GR/Attica retail

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2018/6.)

(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(3) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(4) Il-Maċedonja tal-Lvant, Traċja (EL11), il-Maċedonja Ċentrali (EL12), il-Maċedonja tal-Punent (EL13), Tessalija (EL14), Epirus (EL21), il-Greċja tal-Punent (EL23), il-Greċja Ċentrali (EL24), Peloponnese (EL25), in-Nofsinhar tal-Eġew (EL42) u Kreta (EL43).
(5) Test adottat, P8_TA(2016)0361.


Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2017/005 FI/Retail
PDF 354kWORD 52k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni ppreżentata mill-Finlandja – EGF/2017/005 FI/Retail) (COM(2017)0618 – C8-0364/2017 – 2017/2231(BUD))
P8_TA(2017)0457A8-0366/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0618 – C8-0364/2017),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006(1) (ir-Regolament dwar il-FEG),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(3) (il-FII tat-2 ta' Diċembru 2013), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu prevista fil-punt 13 tal-FII tat-2 ta' Diċembru 2013,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0366/2017),

A.  billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li jkunu qegħdin ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fl-andament tal-kummerċ dinji jew tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali u biex tgħin l-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol;

B.  billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandha tkun waħda dinamika u disponibbli b'mod effiċjenti u rapidu;

C.  billi l-Finlandja ppreżentat l-applikazzjoni EGF/2017/005 FI/Retail għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG skont il-kriterji ta' intervent stabbiliti fil-punt (b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament dwar il-FEG b'segwitu għall-1 660 sensja fi tliet impriżi li joperaw fis-settur ekonomiku kklassifikat taħt id-Diviżjoni 47 ta' NACE Reviżjoni 2 (Negozju bl-imnut, għajr ta' vetturi bil-mutur u muturi) fir-reġjuni tal-livell NUTS 2 tal-Finlandja tal-Punent (Länsi-Suomi), ta' Helsinki-Uusimaa, tal-Finlandja tan-Nofsinhar (Etelä-Suomi) u tal-Finlandja tat-Tramuntana u tal-Lvant (Pohjois- ja Itä-Suomi) fil-Finlandja; billi 1 500 ħaddiem li ngħataw is-sensja huma mistennija jipparteċipaw fil-miżuri;

D.  billi l-kontroll finanzjarju tal-azzjonijiet appoġġati mill-FEG jinkombi għall-Istat Membru kkonċernat, kif stabbilit fl-Artikolu 21(1) tar-Regolament dwar il-FEG;

1.  Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1) punt (b) tar-Regolament dwar il-FEG huma sodisfatti, u li għalhekk il-Finlandja għandha dritt għal kontribuzzjoni finanzjarja ta' EUR 2 499 360 skont dan ir-Regolament, li tirrappreżenta 60 % tal-ispiża totali ta' EUR 4 165 600;

2.  Jinnota li l-Kummissjoni rrispettat l-iskadenza tat-12-il ġimgħa mill-wasla tal-applikazzjoni kompluta mill-awtoritajiet Finlandiżi sal-finalizzazzjoni tal-valutazzjoni tagħha dwar il-konformità mal-kundizzjonijiet għall-għoti tal-kontribuzzjoni finanzjarja fit-23 ta' Ottubru 2017 u nnotifikatha lill-Parlament fl-istess ġurnata;

3.  Josserva li l-Finlandja sostniet li s-sensji kienu marbutin mal-bidliet strutturali kbar fl-andament tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni, b'mod aktar partikolari t-tkabbir esponenzjali tal-kummerċ internazzjonali online; josserva, partikolarment, li ż-żieda fil-bejgħ online bl-imnut fil-Finlandja, flimkien mal-popolarità tal-ħwienet online mhux tal-UE mal-konsumaturi Finlandiżi, wasslet għal tnaqqis kostanti fil-bejgħ tal-ħwienet kbar konvenzjonali Finlandiżi mill-2014;

4.  Josserva li l-erba' reġjuni NUTS-2 kollha tal-Finlandja ntlaqtu mit-tkeċċijiet li saru f'żewġ katini ta' ħwienet Finlandiżi kbar; jirrikonoxxi li tali ħwienet ħabbtu wiċċhom ma' tnaqqis tal-profittabilità u tal-likwidità minħabba ż-żieda tal-kummerċ elettroniku, it-tibdil fid-drawwiet tax-xiri u fil-fiduċja skarsa tal-konsumaturi;

5.  Ifakkar li t-tkeċċijiet saru f'żewġ katini ta' ħwienet Finlandiżi kbar u f'waħda sussidjarja, li mill-2015 ilkoll għaddew minn problemi serji ta' tnaqqis tal-profittabilità u tal-likwidità minħabba ż-żieda tal-kummerċ elettroniku, it-tibdil fid-drawwiet tax-xiri u fil-fiduċja skarsa tal-konsumaturi; jiddispjaċih li kmieni fl-2017 tnejn mill-kumpaniji kkonċernati kellhom jagħlqu kompletament;

6.  Huwa konxju tal-fatt li, fl-istess ħin, saret bidla importanti fin-natura tal-impjiegi bl-imnut, u qegħdin jiżdiedu l-impjiegi part-time li jeħtieġu ħiliet ġodda, bħall-informatika, il-forecasting, l-analiżi tad-data, il-komunikazzjoni, l-għarfien tal-klijenti u l-ħiliet loġistiċi; jiddispjaċih li 43 % tal-persunal Finlandiż tal-ħwienet tal-imnut, ta' età ogħla minn 45 sena, ma għandux dawn il-ħiliet; iqis li l-impedimenti għal impjieg ieħor għal dawk il-persuni f'età akbar minn 50 sena jirrappreżentaw problemi importanti u jistenna b'interess evalwazzjoni tal-proġetti pilota ta' pariri dwar il-karriera li ddaħħlu għal dan il-grupp ta' ħaddiema ssensjati;

7.  Jissottolinja li numru kbir ta' ħaddiema ssensjati għandhom età ogħla minn 55 sena u 'l fuq minn 76 % huma nisa; fid-dawl ta' dan, jirrikonoxxi l-importanza tal-miżuri attivi tas-suq tax-xogħol kofinanzjati mill-FEG biex itejbu l-possibilitajiet ta' reintegrazzjoni fis-suq tax-xogħol ta' dawn il-gruppi vulnerabbli; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li ngħatat importanza partikolari lill-adegwament tal-miżuri proposti għall-esiġenzi speċifiċi tal-gruppi kkonċernati;

8.  Jinnota li l-Finlandja qiegħda tippjana seba' tipi ta' miżuri għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja koperti minn din l-applikazzjoni: (i) miżuri ta' kowċing u miżuri oħrajn preparatorji, (ii) impjiegi u miżuri oħra ta' negozju, (iii) korsijiet ta' taħriġ, (iv) għotjiet biex jinbeda negozju, (v) proġetti pilota ta' pariri dwar il-karriera, (vi) pagi ssussidjati, (vii) allowances għall-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni; jilqa' pożittivament il-proġetti pilota ta' pariri dwar il-karriera ppjanati li jqisu l-kwistjonijiet fiżiċi, mentali jew ta' tip ieħor li jistgħu jagħmluha ta' impediment għal impjieg ieħor fil-każ tal-benefiċjarji f'età akbar minn 50 sena; jinnota li ġew allokati biżżejjed fondi għall-kontroll u r-rapportar;

9.  Jinnota li l-miżuri ta' appoġġ għall-introjtu se jkunu 22,05 % tal-pakkett kumplessiv ta' miżuri personalizzati, perċentwal li huwa sew taħt il-limitu massimu ta' 35 % stabbilit fir-Regolament dwar il-FEG, u li dawn l-azzjonijiet jiddependu mill-parteċipazzjoni attiva min-naħa tal-benefiċjarji fil-mira fl-attivitajiet ta' tiftix ta' xogħol jew ta' taħriġ;

10.  Jikkonstata li l-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati tfassal f'konsultazzjoni mar-rappreżentanti taċ-Ċentri għall-Iżvilupp Ekonomiku, it-Trasport u l-Ambjent ta' Uusimaa, Pirkanmaa, Pohjois-Pohjanmaa, Varsinais-Suomi u tal-Uffiċċju għall-Impjiegi u l-Iżvilupp Ekonomiku ta' Uusimaa, kif ukoll mar-rappreżentanti tal-kumpaniji u tat-trade unions;

11.  Jinnota li l-awtoritajiet Finlandiżi pprovdew garanziji li l-azzjonijiet proposti mhumiex se jirċievu appoġġ finanzjarju minn fondi jew strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni, li kwalunkwe rduppjar ta' finanzjament se jiġi evitat u li dawn se jkunu komplemantari għall-azzjonjijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali;

12.  Ifakkar li t-tfassil tal-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati bl-appoġġ tal-FEG għandu jantiċipa l-perspettivi tas-suq tax-xogħol għall-ġejjieni u l-ħiliet rikjesti u għandu jkun kompatibbli mal-bidla f'ekonomija li tagħmel użu effiċjenti mir-riżorsi u li tkun sostenibbli;

13.  Itenni l-fatt li l-assistenza mill-FEG ma tistax tissostitwixxi l-azzjonijiet li jkunu r-responsabilità tal-kumpaniji, bis-saħħa tad-dritt nazzjonali jew ta' ftehimiet kollettivi, jew il-miżuri għar-ristrutturar ta' kumpaniji jew setturi;

14.  Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-awtoritajiet nazzjonali jipprovdu aktar dettalji fil-proposti futuri dwar is-setturi li għandhom il-prospettivi ta' tkabbir, u għalhekk aktarx li jirreklutaw, kif ukoll jiġbru data sostanzjata dwar l-impatt tal-finanzjament mill-FEG, inkluż dwar il-kwalità tal-impjiegi u r-rata ta' reintegrazzjoni miksuba mill-FEG;

15.  Ifakkar fl-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-pubbliku jkollu aċċess għad-dokumenti kollha relatati ma' każijiet tal-FEG;

16.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

17.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

18.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni ppreżentata mill-Finlandja – EGF/2017/005 FI/Retail

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2018/7.)

(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(3) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.


Proċedura baġitarja 2018
PDF 806kWORD 81k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar it-test konġunt tal-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fil-qafas tal-proċedura baġitarja (14587/2017 – C8-0416/2017 – 2017/2044(BUD))
P8_TA(2017)0458A8-0359/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni u d-dikjarazzjonijiet rilevanti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (14587/2017 – C8-0416/2017),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, adottat mill-Kummissjoni fid-29 ta' Ġunju 2017 (COM(2017)0400),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, adottata mill-Kunsill fl-4 ta' Settembru 2017, u li ntbagħtet lill-Parlament fit-13 ta' Settembru 2017 (11815/2017 – C8-0313/2017),

–  wara li kkunsidra l-Ittra Emendatorja Nru 1/2018 għall-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, ippreżentata mill-Kummissjoni fis-16 ta' Ottubru 2017,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2017 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018(1) u l-emendi baġitarji li tinkludi,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta' Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(4),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(5),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 90 u l-Artikolu 91 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tad-delegazzjoni tiegħu għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (A8-0359/2017),

1.  Japprova t-test konġunt maqbul mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, li jikkonsisti mid-dokumenti li ġejjin meħuda flimkien:

   lista ta' linji baġitarji mhux modifikati, mqabbla mal-abbozz tal-baġit jew mal-pożizzjoni tal-Kunsill;
   ċifri sommarji skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju;
   ċifri linja b'linja dwar il-partiti baġitarji kollha;
   dokument konsolidat biċ-ċifri u t-test finali tal-linji kollha li ġew modifikati matul il-konċiljazzjoni;

2.  Jikkonferma d-dikjarazzjonijiet konġunti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet unilaterali tal-Kummissjoni u tal-Kunsill annessi ma' din ir-riżoluzzjoni;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet l-oħra u lill-entitajiet ikkonċernati, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

ANNESS

18.11.2017

FINALI

Baġit 2018 – Elementi għal konklużjonijiet konġunti

Dawn il-konklużjonijiet konġunti jkopru t-taqsimiet li ġejjin:

1.  Baġit 2018

2.  Baġit 2017 – Abbozz ta' Baġit Emendatorju 6/2017

3.  Dikjarazzjonijiet

Ħarsa ġenerali

A.  Baġit 2018

Skont l-elementi għall-konklużjonijiet konġunti:

—  Il-livell globali ta' approprjazzjonijiet ta' impenn fil-baġit tal-2018 huwa stabbilit fl-ammont ta' EUR 160 113,5 miljun. B'mod globali, dan iħalli marġni taħt il-limiti massimi tal-QFP għall-2018 ta' EUR 1 600,3 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn.

—  Il-livell globali ta' approprjazzjonijiet ta' pagament fil-baġit 2018 huwa stabbilit għall-ammont ta' EUR 144 681,0 miljun.

—  L-Istrument ta' Flessibbiltà għall-2018 huwa mobilizzat f'approprjazzjonijiet ta' impenn għall-ammont ta' EUR 837,2 miljun għall-intestatura 3 Sigurtà u Ċittadinanza.

—  Il-marġni globali għall-impenji qed jintuża f'livell ta' EUR 1 113,7 miljun għall-intestatura 1a Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi u l-intestatura 1b Koeżjoni Ekonomika, Soċjali u Territorjali.

—  Id-Deċiżjoni UE 2017/344 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza fl-2017(6) se tiġi emendata sabiex taġġusta l-profil ta' tpaċija biex jitnaqqas l-ammont ikkumpensat fl-intestatura 5 Amministrazzjoni fl-2018 minn EUR 570 miljun għal EUR 318-il miljun u b'mod korrispondenti tintroduċi kumpens ta' EUR 252 miljun għall-istess l-intestatura fl-2020.

—  L-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-2018 relatati mal-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà fl-2014, fl-2016, fl-2017 u fl-2018 huma stmati mill-Kummissjoni li jammontaw għal EUR 678,3 miljun.

B.  Baġit 2017

Skont l-elementi għal konklużjonijiet konġunti, l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju 6/2017 huwa aċċettat kif propost mill-Kummissjoni.

1.  Baġit 2018

1.1.  Linji “magħluqa”

Sakemm ma jingħadx mod ieħor hawn isfel f'dawn il-konklużjonijiet, il-linji baġitarji kollha li ma ġewx emendati la mill-Kunsill u lanqas mill-Parlament, u dawk li għalihom il-Parlament aċċetta l-emendi tal-Kunsill matul il-qari rispettiv tagħhom, huma kkonfermati.

Għal-linji baġitarji l-oħra, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni qabel dwar il-konklużjonijiet inklużi fit-taqsimiet 1.2 sa 1.7 ta' hawn taħt.

1.2.  Kwistjonijiet orizzontali

Aġenziji deċentralizzati

Il-kontribuzzjoni tal-UE (f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament u l-għadd ta' postijiet) għall-aġenziji deċentralizzati kollha huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2018 bl-eċċezzjoni ta':

—  Skont l-intestatura 3:

o L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (EUROPOL, artikolu baġitarju 18 02 04) li għalih ġew miżjuda 10 postijiet addizzjonali u l-ammont ta' EUR 3 690 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.

o L-Uffiċċju Ewropew fil-qasam tal-Asil (EASO, artikolu baġitarju 18 03 02) li għalih ġie miżjud l-ammont ta' EUR 5 000 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.

o Il-Korp Ewropew għat-Titjib tal-Kooperazzjoni Ġudizzjarja (EUROJUST, artikolu baġitarju 33 03 04) li għalih ġew miżjuda 5 postijiet addizzjonali u l-ammont ta' EUR 1 845 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.

—  Taħt l-intestatura 1a:

o L-Aġenzija tal-GNSS Ewropea (GSA, artikolu baġitarju 02 05 11) li għalih ġew miżjuda 5 postijiet addizzjonali u l-ammont ta' EUR 345 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.

o L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA, artikolu baġitarju 12 02 06) li għalih tnaqqsu l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament u l-għadd ta' postijiet fil-livell tal-Abbozz ta' Baġit.

Aġenziji eżekuttivi

Il-kontribuzzjoni tal-UE (f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament) u l-għadd ta' postijiet għall-aġenziji eżekuttivi huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit 2018, kif emendati mill-Ittra Emendatorja 1/2018.

Proġetti pilota/azzjonijiet preparatorji

Ġie maqbul pakkett komprensiv ta' 87 proġett pilota/azzjoni preparatorja (PP/AP), għal ammont totali ta' EUR 100,0 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn, kif propost mill-Parlament flimkien mal-azzjoni preparatorja proposta mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit 2018.

Meta proġett pilota jew azzjoni preparatorja tidher li hi koperta b'bażi ġuridika eżistenti, il-Kummissjoni tista' tipproponi t-trasferiment ta' approprjazzjonijiet għall-bażi ġuridika korrispondenti biex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-azzjoni.

Dan il-pakkett jirrispetta bis-sħiħ il-limiti massimi għall-proġetti pilota u għall-azzjonijiet preparatorji previsti fir-Regolament Finanzjarju.

1.3.  Intestaturi tal-infiq tal-qafas finanzjarju – approprjazzjonijiet ta' impenn

Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet imsemmija hawn fuq dwar il-linji baġitarji “magħluqa”, l-aġenziji u l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni wasal għal ftehim fir-rigward ta' dan li ġej:

Intestatura 1a – Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2018 iżda bl-aġġustamenti maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif dettaljati fit-tabella ta' hawn taħt:

 

 

 

 

f'EUR

Linja baġitarja / Programm

Isem

AB 2018 (inkl. l-IE 1)

Baġit 2018

Differenza

1.1.11

Sistemi Ewropej ta' Navigazzjoni bis-Satellita (EGNOS u Galileo)

 

 

-4 090 000

02 05 01

Żvilupp u forniment ta' infrastrutturi u servizzi globali tar-radjunavigazzjoni bis-satellita (Galileo) sal-2020

623 949 000

621 709 000

-2 240 000

02 05 02

Forniment ta' servizzi b'bażi satellitari b'titjib tal-prestazzjoni tal-GPS biex gradwalment ikun kopert ir-reġjun kollu tal-Konferenza Ewropea tal-Avjazzjoni Ċivili (ECAC) sal-2020 (EGNOS)

185 000 000

183 150 000

-1 850 000

1.1.13

Programm Ewropew tal-Osservazzjoni tad-Dinja (Copernicus)

 

 

-10 370 000

02 06 01

Twassil ta' servizzi operazzjonali li jistrieħu fuq osservazzjonijiet mill-ispazju u data in situ (Copernicus)

130 664 000

129 364 000

-1 300 000

02 06 02

Bini ta' kapaċità awtonoma tal-osservazzjoni tad-Dinja mill-Unjoni (Copernicus)

507 297 000

498 227 000

-9 070 000

1.1.14

Korp Ewropew ta' Solidarjetà (ESC)

 

 

-30 000 000

15 05 01

Korp Ewropew ta' Solidarjetà

68 235 652

38 235 652

-30 000 000

1.1.31

Orizzont 2020

 

 

110 000 000

02 04 02 01

Rwol ta' tmexxija fl-ispazju

173 389 945

184 528 490

11 138 545

02 04 02 03

Żieda tal-innovazzjoni fl-intrapriżi żgħar u medji (SMEs)

36 937 021

43 178 448

6 241 427

06 03 03 01

Kisba ta' sistema tat-trasport Ewropea effiċjenti fir-riżorsi, tiffavorixxi l-ambjent, sikura u assjematika

53 986 199

56 835 072

2 848 873

08 02 01 01

Tisħiħ tar-riċerka esploratorja fil-Kunsill Ewropew għar-Riċerka

1 827 122 604

1 842 122 604

15 000 000

08 02 02 01

Tmexxija fin-nanoteknoloġiji, materjali avvanzati, teknoloġija tal-lażer, bijoteknoloġija u manifatturar u proċessar avvanzati

518 395 125

524 204 453

5 809 328

08 02 03 03

Twettiq tat-tranżizzjoni għal sistema enerġetika affidabbli, sostenibbli u kompetittiva

330 244 971

336 486 398

6 241 427

08 02 03 04

Kisba ta' sistema tat-trasport Ewropea effiċjenti fir-riżorsi, tiffavorixxi l-ambjent, sikura u assjematika

230 777 055

239 323 675

8 546 620

08 02 03 05

Kisba ta' ekonomija effiċjenti fir-riżorsi u reżiljenti għat-tibdil fil-klima u provvista sostenibbli ta' materja prima

297 738 618

303 307 891

5 569 273

08 02 08

Strument għall-SMEs

471 209 870

481 209 870

10 000 000

09 04 02 01

Rwol ta' tmexxija fit-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni

722 055 754

725 189 515

3 133 761

15 03 01 01

Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie — ħolqien, żvilupp u trasferiment ta' ħiliet, għarfien u innovazzjoni ġodda

870 013 019

885 710 765

15 697 746

32 04 03 01

Twettiq tat-tranżizzjoni għal sistema enerġetika affidabbli, sostenibbli u kompetittiva

300 984 111

320 757 111

19 773 000

1.1.4

Kompetittività tal-intrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju (COSME)

 

 

15 000 000

02 02 02

Titjib tal-aċċess għal finanzjament għal intrapriżi żgħar u medji (SMEs) fil-forma ta' ekwità u dejn

199 554 000

214 554 000

15 000 000

1.1.5

Edukazzjoni, Taħriġ u Sport (Erasmus+)

 

 

54 000 000

15 02 01 01

Promozzjoni tal-eċċellenza u l-kooperazzjoni fil-qasam Ewropew tal-edukazzjoni u t-taħriġ u r-rilevanza tiegħu għas-suq tax-xogħol

1 955 123 300

1 979 123 300

24 000 000

15 02 01 02

Promozzjoni tal-eċċellenza u l-kooperazzjoni fil-qasam Ewropew taż-żgħażagħ u l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja tad-demokrazija Ewropea

182 672 916

212 672 916

30 000 000

1.1.7

Dwana, Fiscalis u Ġlieda Kontra l-Frodi

 

 

-1 365 232

14 02 01

Appoġġ għall-funzjonament u l-modernizzazzjoni tal-unjoni doganali

80 071 000

78 860 555

-1 210 445

14 03 01

Titjib tal-funzjonament tajjeb tas-sistemi tat-tassazzjoni

32 043 000

31 888 213

-154 787

1.1.81

Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) - Enerġija

 

 

-19 773 000

32 02 01 04

Kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-Istrumenti Finanzjarji għall-ħolqien ta' ambjent li jiffaċilita l-investiment privat għal proġetti enerġetiċi.

19 773 000

0

-19 773 000

1.1.DAG

Aġenziji deċentralizzati

 

 

-3 965 555

02 05 11

Aġenzija tal-GNSS Ewropea

30 993 525

31 338 525

345 000

12 02 06

Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA)

15 947 170

11 636 615

-4 310 555

1.1.OTH

Azzjonijiet u programmi oħra

 

 

-2 346 000

02 03 02 01

Sostenn għall-attivitajiet ta' standardizzazzjoni mwettqa mis-CEN, is-Cenelec u l-ETSI

18 908 000

18 562 000

-346 000

26 02 01

Proċeduri għall-aġġudikazzjoni u r-riklamar ta' kuntratti pubbliċi ta' provvista, xogħlijiet u servizzi

8 500 000

7 500 000

-1 000 000

29 02 01

Forniment ta' informazzjoni ta' statistika ta' kwalità, implimentazzjoni ta' metodi ġodda ta' produzzjoni ta' statistika Ewropea u tisħiħ tas-sħubija fi ħdan is-Sistema Ewropea tal-Istatistika

59 475 000

58 475 000

-1 000 000

1.1.PPPA

Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji

 

 

51 650 000

1.1.SPEC

Azzjonijiet iffinanzjati taħt il-prerogattivi tal-Kummissjoni u l-kompetenzi speċifiċi kkonferiti lill-Kummissjoni

 

 

-2 900 000

01 02 01

Koordinazzjoni u sorveljanza ta', u komunikazzjoni dwar, l-unjoni ekonomika u monetarja, inkluża l-euro

12 000 000

11 500 000

-500 000

04 03 01 08

Relazzjonijiet industrijali u djalogu soċjali

16 438 000

15 038 000

-1 400 000

06 02 05

Attivitajiet ta' sostenn għall-politika Ewropea tat-trasport u d-drittijiet tal-passiġġieri inklużi attivitajiet ta' komunikazzjoni

11 821 000

10 821 000

-1 000 000

 

Total

 

 

155 840 213

Bħala konsegwenza ta' dan, il-livell maqbul ta' approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 22 001,5 miljun, u ma jifdal l-ebda marġni taħt il-limitu minimu ta' nefqa tal-intestatura 1a ta' EUR 21 239 miljun, u l-użu tal-Marġni Globali għall-Impenji għall-ammont ta' EUR 762,5 miljun.

Intestatura 1b – Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2018 iżda bl-aġġustament maqbul mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif dettaljat fit-tabella ta' hawn taħt:

 

 

 

 

f'EUR

Linja baġitarja / Programm

Isem

AB 2018 (inkl. l-IE 1)

Baġit 2018

Differenza

1.2.5

Inizjattiva Favur l-Impjiegi taż-Żgħażagħ (allokazzjoni komplementari speċifika)

 

 

116 666 667

04 02 64

Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ

233 333 333

350 000 000

116 666 667

1.2.PPPA

Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji

 

 

7 700 000

 

Total

 

 

124 366 667

Bħala konsegwenza ta' dan, il-livell maqbul ta' approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 55 532,2 miljun, u ma jifdal l-ebda marġni taħt il-limitu minimu ta' nefqa tal-intestatura 1b ta' EUR 55 181 miljun, u l-użu tal-Marġni Globali għall-Impenji għall-ammont ta' EUR 351,2 miljun.

Intestatura 2 – Tkabbir Sostenibbli: Riżorsi Naturali

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2018 iżda bl-aġġustamenti maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif dettaljati fit-tabella ta' hawn taħt:

 

 

 

 

f'EUR

Linja baġitarja / Programm

Isem

AB 2018 (inkl. l-IE 1)

Baġit 2018

Differenza

2.0.10

Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) — Nefqa marbuta mas-suq u pagamenti diretti

 

 

-229 900 000

05 03 01 10

Skema ta' pagament bażiku (BPS)

16 556 000 000

16 326 100 000

-229 900 000

2.0.PPPA

Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji

 

 

15 600 000

 

Total

 

 

-214 300 000

It-tnaqqis tal-approprjazzjonijiet ta' impenn huwa kompletament attribwit għal aktar dħul allokat disponibbli mis-surplus tal-FAEG tal-31 ta' Ottubru 2017 li se jkopri l-ħtiġijiet kollha tas-settur kif aġġornat fl-Ittra Emendatorja 1/2018. Fost dawn il-ħtiġijiet aġġornati, l-Ittra Emendatorja 1/2018 iżżid il-ħlasijiet għal:

—  Bdiewa żgħażagħ b'EUR 34 miljun (partita baġitarja 05 03 01 13),

—  Il-prattiki agrikoli li huma ta' benefiċċju għall-klima u l-ambjent b'EUR 95 miljun (partita baġitarja 05 03 01 11),

—  Miżuri oħra għal-laħam tal-majjal, tjur, bajd, trobbija tan-naħal u ta' prodotti tal-annimali oħrajn b'EUR 60 miljun (partita baġitarja 05 02 15 99)

—  Programmi ta' appoġġ nazzjonali għas-settur tal-inbid b'EUR 7 miljun (partita baġitarja 05 02 09 08), u

—  Miżuri ta' ħżin għall-ħalib tat-trab xkumat b'EUR 2 miljun (partita baġitarja 05 02 12 02).

Bħala konsegwenza ta' dan, il-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 59 285,3 miljun, u jifdal marġni ta' EUR 981,7 miljun taħt il-limitu minimu ta' nefqa tal-intestatura 2.

Intestatura 3 - Sigurtà u Ċittadinanza

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2018 iżda bl-aġġustamenti maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif dettaljati fit-tabella ta' hawn taħt:

 

 

 

 

f'EUR

Linja baġitarja / Programm

Isem

AB 2018 (inkl. l-IE 1)

Baġit 2018

Differenza

3.0.11

Ewropa Kreattiva

 

 

3 500 000

15 04 01

Tisħiħ tal-kapaċità finanzjarja tal-SMEs u l-organizzazzjonijiet żgħar u żgħar ħafna fis-setturi kulturali u kreattivi Ewropej, u trawwim ta' politika tal-iżvilupp u mudelli ta' negozju ġodda

34 528 000

35 528 000

1 000 000

15 04 02

Sottoprogramm kulturali — Appoġġ ta' azzjonijiet transkonfinali u promozzjoni taċ-ċirkolazzjoni u l-mobilità transnazzjonali

68 606 000

71 106 000

2 500 000

3.0.8

Ikel u Għalf

 

 

-6 500 000

17 04 01

Żgurar ta' stat aħjar tas-saħħa tal-annimali u livell ogħla ta' protezzjoni tal-annimali fl-Unjoni

161 500 000

160 000 000

-1 500 000

17 04 02

Żgurar tad-detezzjoni propizja ta' organiżmi ta' ħsara għall-pjanti u l-qerda tagħhom

25 000 000

22 000 000

-3 000 000

17 04 03

Żgurar ta' kontrolli effettivi, effiċjenti u affidabbli

57 483 000

55 483 000

-2 000 000

3.0.DAG

Aġenziji deċentralizzati

 

 

10 535 000

18 02 04

Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol)

116 687 271

120 377 271

3 690 000

18 03 02

Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO)

85 837 067

90 837 067

5 000 000

33 03 04

Unità Ewropea ta' Kooperazzjoni Ġudizzjarja (Eurojust)

36 506 468

38 351 468

1 845 000

3.0.PPPA

Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji

 

 

12 650 000

 

Total

 

 

20 185 000

Bħala konsegwenza ta' dan, il-livell maqbul ta' approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 3 493,2 miljun, u ma jifdal l-ebda marġni taħt il-limitu minimu ta' nefqa tal-intestatura 3, u l-mobilizzazzjoni ta' EUR 837,2 miljun permezz tal-Istrument ta' Flessibbiltà.

Intestatura 4 – Ewropa Globali

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2018 iżda bl-aġġustamenti maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif dettaljati fit-tabella ta' hawn taħt:

 

 

 

 

f'EUR

Linja baġitarja / Programm

Isem

AB 2018 (inkl. l-IE 1)

Baġit tal-2018

Differenza

4.0(1)

Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II)

 

 

-95 000 000

05 05 04 02

Sostenn għat-Turkija — Żvilupp ekonomiku, soċjali u territorjali u allinjament progressiv relatat mal-acquis tal-Unjoni

148 000 000

131 000 000

-17 000 000

22 02 01 01

Sostenn għall-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Kosovo(7), il-Montenegro, is-Serbja u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja — riformi politiċi u allinjament progressiv relatat mal-acquis tal-Unjoni

189 267 000

199 267 000

10 000 000

22 02 03 01

Sostenn għat-Turkija — riformi politiċi u allinjament progressiv relatat mal-acquis tal-Unjoni

217 400 000

167 400 000

-50 000 000

22 02 03 02

Sostenn għat-Turkija — Żvilupp ekonomiku, soċjali u territorjali u allinjament progressiv relatat mal-acquis tal-Unjoni

274 384 000

236 384 000

-38 000 000

4.0.2

Strument Ewropew ta' Viċinat (ENI)

 

 

50 000 000

22 04 01 03

Pajjiżi Mediterranji — Ħolqien ta' fiduċja, sigurtà u l-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta' kunflitti

262 072 675

296 072 675

34 000 000

22 04 01 04

Sostenn għall-proċess ta' paċi u assistenza finanzjarja lill-Palestina u l-Aġenzija ta' Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti għar-rifuġjati tal-Palestina (UNRWA)

293 379 163

299 379 163

6 000 000

22 04 02 02

Sħubija tal-Lvant — Tnaqqis tal-faqar u żvilupp sostenibbli

351 556 726

361 556 726

10 000 000

4.0.3

Strument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI)

 

 

20 000 000

21 02 07 03

L-iżvilupp tal-bniedem

193 374 058

205 874 058

12 500 000

21 02 20

Erasmus+ — Kontribuzzjoni mill-istrument għall-kooperazzjoni fl-iżvilupp (DCI)

94 928 673

102 428 673

7 500 000

4.0.4

Strument ta' Sħubija għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi (PI)

 

 

-3 000 000

19 05 01

Kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi għall-avvanz u l-promozzjoni tal-interessi tal-Unjoni u dawk reċiproċi

126 263 000

123 263 000

-3 000 000

4.0.OTH

Azzjonijiet u programmi oħra

 

 

-1 083 000

13 07 01

Sostenn finanzjarju biex jitħeġġeġ l-iżvilupp ekonomiku tal-komunità Ċiprijotta Torka

32 473 000

34 473 000

2 000 000

21 02 40

Ftehimiet dwar il-prodotti bażiċi

5 583 000

2 500 000

-3 083 000

4.0.PPPA

Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji

 

 

8 900 000

4.0.SPEC

Azzjonijiet iffinanzjati taħt il-prerogattivi tal-Kummissjoni u l-kompetenzi speċifiċi kkonferiti lill-Kummissjoni

 

 

1 000 000

19 06 01

Sensibilizzazzjoni informattiva dwar relazzjonijiet esterni tal-Unjoni

12 000 000

15 000 000

3 000 000

21 08 01

Evalwazzjoni tar-riżultati ta' għajnuna mill-Unjoni, u segwitu u miżuri ta' awditjar

30 676 000

29 176 000

-1 500 000

21 08 02

Koordinament u promozzjoni ta' sensibilizzazzjoni rigward kwistjonijiet ta' żvilupp

13 036 000

12 536 000

-500 000

 

Total

 

 

-19 183 000

Bħala konsegwenza ta' dan, il-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 9 568,8 miljun, u jifdal marġni ta' EUR 256,2 miljun taħt il-limitu minimu ta' nefqa tal-intestatura 4.

Intestatura 5 – Amministrazzjoni

L-għadd ta' postijiet fl-organigrammi tal-Istituzzjonijiet u l-approprjazzjonijiet proposti mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2018 huma maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:

—  It-taqsima tal-Parlament li għaliha l-qari tiegħu huwa approvat;

—  It-taqsima tal-Kunsill li għaliha l-qari tiegħu huwa approvat;

—  Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna li għalih EUR 800 000 ġew allokati għal partita baġitarja ġdida 2 2 1 4 Kapaċità ta' Komunikazzjoni Strateġika. Dan għandu l-għan li jgħammar lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna biex ikopri l-istrumenti ta' komunikazzjoni strateġika, jingaġġa esperti tekniċi fil-komunikazzjoni strateġika, isostni l-pluralità lingwistika tal-prodotti tal-komunikazzjoni strateġika u jagħmel kuntatt ma' u jżomm netwerk ta' speċjalisti li jikkuntrastaw id-diżinformazzjoni fl-Istati Membri u fil-pajjiżi ġirien. Il-partita baġitarja 3 0 0 4 Nefqa amministrattiva oħra tnaqqset bi EUR 800 000 biex tkun żgurata n-newtralità baġitarja.

Barra minn hekk, l-impatt fil-Baġit tal-2018 tal-aġġornament awtomatiku tas-salarji li japplika mill-1 ta' Lulju 2017 huwa integrat fit-taqsimiet kollha tal-Istituzzjonijiet bil-mod segwenti:

 

f'EUR

Il-Parlament

-2 796 000

Il-Kunsill

-948 000

Il-Kummissjoni (pensjonijiet inklużi)

-13 179 600

Il-Qorti tal-Ġustizzja

-868 800

Il-Qorti tal-Awdituri

-357 000

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

-193 000

Il-Kumitat tar-Reġjuni

-146 000

L-Ombudsman

-24 600

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

-13 459

Is-Servizz Ewropew ta' Azzjoni Esterna

-878 400

Total

-19 404 859

Fl-aħħar nett, it-tnaqqis addizzjonali ta' EUR 5 miljun ġie identifikat fl-Istituzzjonijiet kollha għan-nefqa relatata mal-binjiet, bil-mod segwenti:

 

f'EUR

Il-Kunsill

-378 623

Il-Kummissjoni (pensjonijiet inklużi)

-3 637 499

Il-Qorti tal-Ġustizzja

-270 611

Il-Qorti tal-Awdituri

-96 409

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

-89 461

Il-Kumitat tar-Reġjuni

-63 393

L-Ombudsman

-7 016

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

-9 526

Is-Servizz Ewropew ta' Azzjoni Esterna

-447 462

Total

-5 000 000

Bħala konsegwenza ta' dan, u wara li tqiesu l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji (EUR 3,5 miljun) proposti fl-ambitu tat-taqsima 1.2 ta' hawn fuq, il-livell maqbul ta' approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 9 665 ,5 miljun, u jifdal marġni ta' EUR 362,5 miljun taħt il-limitu minimu ta' nefqa tal-intestatura 5, wara l-użu ta' EUR 318,0 miljun tal-marġni biex tkun impaċija l-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza fl-2017.

Strumenti speċjali: FEG, Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza u FSUE

L-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) u għar-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza huma stabbiliti fil-livell proposti mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2018. Ir-riżerva għall-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) tħassret (artikolu baġitarju 40 02 44).

1.4.  Approprjazzjonijiet ta' pagament

Il-livell globali ta' approprjazzjonijiet ta' pagament fil-Baġit tal-2018 huwa stabbilit fil-livell tal-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2018, bl-aġġustamenti li ġejjin maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni:

1.  L-ewwel nett, qiegħed jitqies il-livell maqbul ta' approprjazzjonijiet ta' impenn għan-nefqa mhux differenzjata, li għaliha l-livell tal-approprjazzjonijiet ta' pagament huwa ugwali għal-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn. Dan jinkludi tnaqqis addizzjonali tan-nefqa agrikola tal-ammont -EUR 229,9 miljun. L-effett kombinat huwa tnaqqis ta' -EUR 255,3 miljun.

2.  L-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-proġetti pilota u għall-azzjonijiet preparatorji kollha ġodda proposti mill-Parlament huma stabbiliti fil-livell ta' 50 % tal-approprjazzjonijiet ta' impenn korrispondenti jew fil-livell propost mill-Parlament jekk ikun iktar baxx. Fil-każ ta' estensjoni tal-proġetti pilota u tal-azzjonijiet preparatorji eżistenti, il-livell ta' approprazzjonijiet ta' pagament huwa dak definit fl-Abbozz ta' Baġit flimkien ma' 50 % tal-impenji l-ġodda korrispondenti, jew il-livell propost mill-Parlament jekk ikun iktar baxx. L-effett kombinat huwa żieda ta' EUR 50,0 miljun;

3.  L-aġġustamenti għal-linji baġitarji li ġejjin huma maqbula b'riżultat tal-evoluzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' impenn għal nefqa differenzjata:

 

 

 

 

f'EUR

Linja baġitarja / Programm

Isem

AB 2018 (inkl. l-IE 1)

Baġit tal-2018

Differenza

1.1.14

Korp Ewropew ta' Solidarjetà (ESC)

 

 

-22 501 000

15 05 01

Korp Ewropew ta' Solidarjetà

51 177 000

28 676 000

-22 501 000

1.1.5

Edukazzjoni, Taħriġ u Sport (Erasmus+)

 

 

12 000 000

15 02 01 01

Promozzjoni tal-eċċellenza u l-kooperazzjoni fil-qasam Ewropew tal-edukazzjoni u t-taħriġ u r-rilevanza tiegħu għas-suq tax-xogħol

1 845 127 000

1 857 127 000

12 000 000

1.1.DAG

Aġenziji deċentralizzati

 

 

-3 965 555

02 05 11

Aġenzija tal-GNSS Ewropea

30 993 525

31 338 525

345 000

12 02 06

Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA)

15 947 170

11 636 615

-4 310 555

1.1.OTH

Azzjonijiet u programmi oħra

 

 

-900 000

26 02 01

Proċeduri għall-aġġudikazzjoni u r-riklamar ta' kuntratti pubbliċi ta' provvista, xogħlijiet u servizzi

8 200 000

7 300 000

-900 000

3.0.DAG

Aġenziji deċentralizzati

 

 

10 535 000

18 02 04

Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol)

116 687 271

120 377 271

3 690 000

18 03 02

Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO)

85 837 067

90 837 067

5 000 000

33 03 04

Unità Ewropea ta' Kooperazzjoni Ġudizzjarja (Eurojust)

36 506 468

38 351 468

1 845 000

4.0.1

Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II)

 

 

-76 300 000

05 05 04 02

Appoġġ għat-Turkija — Żvilupp ekonomiku, soċjali u territorjali u allinjament progressiv relatat mal-acquis tal-Unjoni

120 000 000

107 200 000

-12 800 000

22 02 01 01

Sostenn għall-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Kosovo(8), il-Montenegro, is-Serbja u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja — riformi politiċi u allinjament progressiv relatat mal-acquis tal-Unjoni

219 000 000

221 500 000

2 500 000

22 02 03 01

Sostenn għat-Turkija — riformi politiċi u allinjament progressiv relatat mal-acquis tal-Unjoni

86 000 000

48 500 000

-37 500 000

22 02 03 02

Sostenn għat-Turkija — Żvilupp ekonomiku, soċjali u territorjali u allinjament progressiv relatat mal-acquis tal-Unjoni

291 000 000

262 500 000

-28 500 000

4.0.2

Strument Ewropew ta' Viċinat (ENI)

 

 

12 500 000

22 04 01 03

Pajjiżi Mediterranji — Ħolqien ta' fiduċja, sigurtà u l-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta' kunflitti

125 000 000

133 500 000

8 500 000

22 04 01 04

Sostenn għall-proċess ta' paċi u assistenza finanzjarja lill-Palestina u l-Aġenzija ta' Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti għar-rifuġjati tal-Palestina (UNRWA)

260 000 000

261 500 000

1 500 000

22 04 02 02

Sħubija tal-Lvant — Tnaqqis tal-faqar u żvilupp sostenibbli

320 000 000

322 500 000

2 500 000

4.0.3

Strument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI)

 

 

16 900 000

21 02 07 03

L-iżvilupp tal-bniedem

170 000 000

179 400 000

9 400 000

21 02 20

Erasmus+ — Kontribuzzjoni mill-istrument għall-kooperazzjoni fl-iżvilupp (DCI)

95 995 100

103 495 100

7 500 000

4.0.OTH

Azzjonijiet u programmi oħra

 

 

1 000 000

13 07 01

Sostenn finanzjarju biex jitħeġġeġ l-iżvilupp ekonomiku tal-komunità Ċiprijotta Torka

25 000 000

26 000 000

1 000 000

4.0.SPEC

Azzjonijiet iffinanzjati taħt il-prerogattivi tal-Kummissjoni u l-kompetenzi speċifiċi kkonferiti lill-Kummissjoni

 

 

1 500 000

19 06 01

Sensibilizzazzjoni informattiva dwar relazzjonijiet esterni tal-Unjoni

13 700 000

15 200 000

1 500 000

 

Total

 

 

-49 231 555

4.  Sar tnaqqis addizzjonali fl-approprjazzjonijiet ta' impenn għal dawn il-linji baġitarji li ġejjin:

 

 

 

 

f'EUR

Linja baġitarja / Programm

Isem

AB 2018 (inkl. l-IE 1)

Baġit tal-2018

Differenza

1.2.12

Reġjuni fi tranżizzjoni

 

 

-55 000 000

04 02 61

Fond Soċjali Ewropew — Reġjuni fi tranżizzjoni — Investiment għall-objettiv tat-tkabbir u l-impjiegi

1 345 000 000

1 305 000 000

-40 000 000

13 03 61

Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Reġjuni fi tranżizzjoni — Investiment għall-objettiv tat-tkabbir u l-impjiegi

2 750 463 362

2 735 463 362

-15 000 000

1.2.13

Kompetittività (reġjuni aktar żviluppati)

 

 

-90 000 000

04 02 62

Fond Soċjali Ewropew — Reġjuni aktar żviluppati — Investiment għall-objettiv tat-tkabbir u l-impjiegi

2 882 000 000

2 847 000 000

-35 000 000

13 03 62

Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Reġjuni aktar żviluppati — Investiment għall-objettiv tat-tkabbir u l-impjiegi

3 497 060 077

3 442 060 077

-55 000 000

1.2.2

Kooperazzjoni territorjali Ewropea

 

 

-90 500 000

13 03 64 01

Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — kooperazzjoni territorjali Ewropea

1 004 701 248

914 201 248

-90 500 000

1.2.31

Assistenza teknika

 

 

-4 500 000

13 03 65 01

Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Assistenza teknika operazzjonali

72 000 000

69 000 000

-3 000 000

13 03 66

Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Azzjonijiet ta' innovazzjoni fil-qasam tal-iżvilupp urban sostenibbli

43 321 859

41 821 859

-1 500 000

 

Total

 

 

-240 000 000

1.  Tħassret ir-riżerva tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (artikolu baġitarju 40 02 44) (-EUR 88,0 miljun).

Dawn l-azzjonijiet se jipprovdu livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament li jammonta għal EUR 144 681,0 miljun, tnaqqis ta' EUR 582,5 miljun meta mqabbel mal-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2018.

1.5.  Riżerva

Ma hemm l-ebda riżerva oħra barra minn dawk tal-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2018, ħlief il-partita baġitarja 22 02 03 01 Sostenn għat-Turkija — riformi politiċi u allinjament progressiv relatat mal-acquis tal-Unjoni li għaliha EUR 70 000 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 35 000 000 f'approprjazzjonijiet ta' pagament jitqiegħdu fir-riżerva sakemm din il-kundizzjoni li ġejja tiġi sodisfatta:

"Dan l-ammont jiġi żblukkat meta t-Turkija tagħmel titjib suffiċjenti u kwantifikabbli fl-oqsma tal-istat tad-dritt, id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertà tal-istampa, skont ir-rapport annwali tal-Kummissjoni."

Il-kumment baġitarju għall-partita baġitarja 22 02 03 01 huwa modifikat f'dan is-sens.

1.6.  Kummenti baġitarji

Sakemm ma jkunx indirizzat speċifikament fil-paragrafi preċedenti, l-emendi introdotti mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill lit-test tal-kummenti baġitarji huma maqbula, bl-eċċezzjoni ta' dawk il-linji baġitarji elenkati fiż-żewġ tabelli li ġejjin:

—  Linji baġitarji li fir-rigward tagħhom l-emendi introdotti mill-Parlament Ewropew ġew approvati bil-modifika proposta mill-Kummissjoni fl-Ittra Emendatorja tagħha.

Linja baġitarja

Isem

06 02 01 01

It-tneħħija tar-restrinġiment, it-tisħiħ tal-interoperabbiltà ferrovjarja, l-għaqda fejn hemm il-lakuni u t-titjib tat-taqsimiet transkonfinali

09 05 01

Sottoprogramm MEDIA— Jopera fuq livell transnazzjonali u internazzjonali u jippromwovi ċ-ċirkolazzjoni u l-mobbiltà transnazzjonali

18 04 01 01

Ewropa għaċ-Ċittadini — Tisħiħ tal-kommemorazzjoni u t-titjib tal-kapaċità għall-parteċipazzjoni ċivika fil-livell tal-Unjoni

21 02 07 03

L-iżvilupp tal-bniedem

22 02 03 02

Sostenn għall-iżvilupp ekonomiku, soċjali u territorjali u allinjament progressiv relatat mal-acquis tal-Unjoni

—  Linji baġitarji li fir-rigward tagħhom il-kumment baġitarju rispettiv kif propost fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2018 u mill-aġġornament FEG, huma approvati.

Linja baġitarja

Isem

02 02 01

Promozzjoni tal-intraprenditorija u titjib tal-kompetittività u l-aċċess għas-swieq għall-intrapriżi tal-Unjoni

02 03 04

Għodod ta' Governanza tas-Suq Intern

05 02 08 03

Fondi operazzjonali għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi

05 03 01 01

Skema ta' pagament uniku (SPU)

05 03 01 10

Skema ta' pagament bażiku (BPS)

05 04 60 01

Promozzjoni ta' żvilupp rurali sostenibbli, aktar bilanċjat territorjalment u ambjentalment, settur agrikolu tal-Unjoni aktar favorevoli għall-klima u innovattiv

08 02 02 02

Titjib tal-aċċess għal finanzjament ta' riskju għal investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni

09 05 05

Azzjonijiet ta' Multimedia

13 03 61

Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Reġjuni fi tranżizzjoni — Investiment għall-objettiv tat-tkabbir u l-impjiegi

13 03 62

Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Reġjuni aktar żviluppati — Investiment għall-objettiv tat-tkabbir u l-impjiegi

13 06 01

Għajnuna għall-Istati Membri fil-każ ta' diżastru naturali kbir b'riperkussjonijiet serji fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien, l-ambjent naturali jew l-ekonomija

18 02 01 02

Prevenzjoni u ġlieda kontra l-kriminalità transfruntiera organizzata u mmaniġġar aħjar tar-riskji u l-kriżijiet b'rabta mas-sigurtà

18 03 01 01

Tisħiħ u żvilupp tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil u titjib tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabilità bejn l-Istati Membri

21 04 01

Tisħiħ tar-rispett u l-osservanza tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u l-appoġġ għal riformi demokratiċi

23 02 01

Konsenja ta' għajnuna umanitarja u assistenza alimentari rapidi, effikaċi u bżonnjużi

33 02 07

Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE)

Dan huwa skont il-fehim li l-emendi introdotti mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill ma jistgħux jimmodifikaw jew jestendu l-kamp ta' applikazzjoni tal-bażi ġuridika eżistenti, jew inaqqru l-awtonomija amministrattiva tal-istituzzjonijiet, u li l-azzjoni tista' tkun koperta minn riżorsi disponibbli.

1.7.  Linji baġitarji ġodda

In-nomenklatura baġitarja proposta mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2018, hija maqbula bl-inklużjoni ta':

—  il-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji l-ġodda, proposti fl-ambitu tat-taqsima 1.2 ta' hawn fuq; u

—  il-partita baġitarja 2 2 1 4 l-ġdida fi ħdan it-taqsima tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, proposta fl-ambitu tat-taqsima 1.3 ta' hawn fuq.

2.  Baġit 2017

L-Abbozz ta' Baġit Emendatorju (ABE) 6/2017 huwa approvat kif propost mill-Kummissjoni.

3.  DIKJARAZZJONIJIET

3.1.  Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-approprjazzjonijiet ta' pagament

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ifakkru fil-ħtieġa li tiġi żgurata, fid-dawl tal-implimentazzjoni, il-progressjoni ordnata tal-pagamenti b'rabta mal-approprjazzjonijiet ta' impenn sabiex jiġi evitat kull livell anormali ta' fatturi mhux imħallsa fi tmiem is-sena.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jappellaw lill-Kummissjoni biex tkompli tissorvelja mill-qrib u b'mod attiv l-implimentazzjoni tal-programmi għall-2014-2020. Għal dak l-għan, jistiednu lill-Kummissjoni biex tippreżenta f'waqthom, ċifri aġġornati rigward l-istat ta' implimentazzjoni u stimi rigward ħtiġijiet ta' approprjazzjonijiet ta' pagament fl-2018.

Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew ser jieħdu kwalunkwe deċiżjoni meħtieġa fi żmien debitu għal ħtiġijiet ġustifikati kif dovut biex jipprevjenu l-akkumulazzjoni ta' ammont eċċessiv ta' kontijiet mhux imħallsa u biex jiżguraw li t-talbiet għal pagament jiġu rimborżati kif dovut.

3.2.  Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill(9) u tal-Kummissjoni dwar l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ

Il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni jfakkru li t-tnaqqis tal-qgħad, u b’mod partikolari l-qgħad fost iż-żgħażagħ, jibqa' prijorità politika għolja u kondiviża, u għal dan l-għan huma jirriaffermaw id-determinazzjoni tagħhom li jagħmlu l-aħjar użu possibbli tar-riżorsi baġitarji disponibbli biex dan jiġi indirizzat, u b'mod partikolari permezz tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ.

Għaldaqstant, huma jilqgħu ż-żieda fl-ammont allokat għal din l-inizjattiva fl-2018. Madankollu, mhuwiex biss essenzjali li jkun previst finanzjament adegwat fil-baġit tal-UE, iżda li jkun hemm fis-seħħ, fl-istess ħin, il-proċeduri xierqa biex jiġi implimentat b’mod effettiv.

F’dan ir-rigward, hija meħtieġa kooperazzjoni effettiva bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni biex jiġi żgurat l-akbar impatt possibbli tal-miżuri adottati.

Għaldaqstant, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew ser jikkunsidraw, bħala materja ta’ prijorità, il-modifika fir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni meħtieġa mill-adozzjoni tal-baġit għall-2018.

Il-Kummissjoni ser tiffaċilita l-approvazzjoni rapida tat-tibdil fil-programmi għall-implimentazzjoni tal-YEI.

3.3.  Dikjarazzjoni unilaterali mill-Kummissjoni dwar l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ

It-tnaqqis tal-qgħad fost iż-żgħażagħ jibqa’ prijorità politika għolja. Il-Kummissjoni ser tagħmel monitoraġġ mill-qrib tax-xejra fl-implimentazzjoni tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI). Jekk ix-xejra ta’ din l-inizjattiva taċċellera u jekk il-kapaċità ta’ assorbiment tippermetti żieda, il-Kummissjoni ser tipproponi żieda tal-finanzjament tal-YEI permezz ta’ baġit emendatorju li għandu jiġi ffinanzjat mill-marġini globali għall-impenji f'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament QFP.

F’dak il-każ, il-Kummissjoni tistenna lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew sabiex jipproċessaw b’mod rapidu kwalunkwe abbozz ta’ baġit emendatorju bħal dan.

3.4.  Dikjarazzjoni unilaterali mill-Kunsill dwar it-tnaqqis ta' 5 % tal-persunal

Il-Kunsill ifakkar li s-sena fil-mira għall-implimentazzjoni sħiħa tat-tnaqqis ta' 5 % tal-persunal kienet l-2017. Madankollu, minħabba li mhux l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji kollha laħqu l-mira ta’ tnaqqis, il-Kunsill iħeġġeġ it-tkomplija tal-isforzi fl-2018 sabiex jiġi ssodisfat il-ftehim.

Huwa essenzjali li l-mira ta’ tnaqqis ta’ 5% tal-persunal tiġi implimentata mill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji kollha u jsir monitoraġġ sakemm tintlaħaq għalkollox. Fid-dawl ta' dan, il-Kunsill jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli tevalwa l-eżitu tal-eżerċizzju sabiex jinsiltu minnu tagħlimiet għall-futur.

(1) Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2017)0408.
(2) ĠU L 168, 7.6.2014, p. 105.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(5) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(6) ĠU L 50, 28.2.2017, p. 57.
(7) Din il-pożizzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet 1244(1999) u mal-opinjoni tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
(8) Din il-pożizzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet 1244(1999) u mal-opinjoni tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
(9) Ir-Renju Unit ma jappoġġax din id-dikjarazzjoni.


It-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Ana Gomes
PDF 260kWORD 51k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Ana Gomes (2017/2096(IMM))
P8_TA(2017)0459A8-0363/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Ana Gomes, imressqa fit-30 ta' Mejju 2017 mir-Rappreżentanza Permanenti tal-Portugall għall-Unjoni Ewropea, u ffirmata mid-Deputat Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika Portugiża fl-ambitu ta' proċedimenti kriminali pendenti quddiem l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku tal-Qorti Distrettwali ta' Peso da Régua – fid-Distrett ta' Vila Reale (ref. NUIPC 430/16.6T9LSBP), u mħabbra fis-seduta plenarja fit-12 ta' Ġunju 2017,

–  wara li sema' lil Ana Gomes skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta' Settembru 1976,

–  wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fit-12 ta' Mejju 1964, fl-10 ta' Lulju 1986, fil-15 u l-21 ta' Ottubru 2008, fid-19 ta' Marzu 2010, fis-6 ta' Settembru 2011 u fis-17 ta' Jannar 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 157(2) tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Portugiża u l-Artikolu 11 tal-Istatut tal-Membri tal-Assemblea tar-Repubblika Portugiża,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2) u 6(1) u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0363/2017),

A.  billi l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku tal-Prosekuzzjoni tar-Repubblika Portugiża tad-Distrett ta' Vila Real, Prosekuzzjoni Ġenerali tal-Qorti Distrettwali ta' Peso de Régua, ressaq talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Ana Gomes f'konnessjoni ma' dikjarazzjonijiet magħmula mill-onorevoli Gomes f'intervista lill-gazzetta ta' kuljum Diàrio de Noticias, ippubblikata mill-istess gazzetta fuq l-internet fid-29 ta' April 2016; billi t-talba intbagħtet sabiex ikun jista' jinfetaħ proċediment kriminali kontra l-onorevoli Gomes u hi tkun tista' tinstema' fl-ambitu ta' tali proċediment;

B.  billi l-artikolu fil-gazzetta rrapporta dwar perkwiżizzjonijiet fir-rigward tat-tarzni ta' Viana, u li l-onorevoli Gomes iddikjarat li "huwa sinjal li xi ħaġa qed tiċċaqlaq f'każ ta' korruzzjoni flagranti", filwaqt li għamlet referenza għall-bejgħ, skont hi "għal ftit ċenteżmi", tal-lanċa Atlântida;

C.  billi l-fatti denunċjati, teoretikament, jikkostitwixxu tliet reati, mwettqa mill-onorevoli Gomes, jiġifieri r-reati ta' offiża fil-konfront ta' organizzazzjoni, ta' servizz jew ta' persuna ġuridika, previsti u sanzjonati permezz tal-Artikolu 187(1) u (2)(a), u l-Artikolu 183(2) tal-Kodiċi Kriminali fil-konfront ta' żewġ partijiet ċivili, reat punibbli b'piena ta' ħabs sa mhux aktar minn sentejn jew multa kuljum għal mhux inqas minn 120 jum;

D.  billi skont l-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, il-Membri tal-Parlament Ewropew m'għandhom ikunu suġġetti għal ebda forma ta' investigazzjoni, detenzjoni jew proċeduri legali, fir-rigward ta' opinjonijiet espressi jew voti mogħtija minnhom fil-qadi ta' dmirijiethom;

E.  billi l-Artikolu 5 tar-regolament tal-Parlament Ewropew jistabbilixxi li fl-eżerċizzju tas-setgħat tiegħu rigward il-privileġġi u l-immunitajiet, il-Parlament għandu jaġixxi biex iħares l-integrità tiegħu bħala assemblea leġiżlattiva demokratika u jiggarantixxi l-indipendenza tal-Membri tiegħu fil-qadi ta' dmirijiethom;

F.  billi l-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea ddeċidiet li dikjarazzjoni magħmula minn Membru barra mill-Parlament Ewropew tista' tikkostitwixxi opinjoni espressa fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu fis-sens tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 meta jkun hemm valutazzjoni soġġettiva li turi rabta diretta u evidenti mal-eżerċizzju tal-funzjonijiet tal-Membru stess fil-Parlament Ewropew, u b'hekk tagħti rilevanza mhux lill-post li fih id-dikjarazzjoni tkun saret, iżda lin-natura u l-kontenut tad-dikjarazzjoni nnifisha;

G.  billi llum il-ġurnata id-dibattitu poliku qiegħed isir dejjem aktar 'il barra mill-awli tal-Parlament, permezz ta' mezzi ta' kommunikazzjoni li jvarjaw minn stqarrijiet għall-istampa, sa intervisti, blogs u l-internet;

H.  billi d-dikjarazzjonijiet magħmula waqt l-intervista inkwistjoni tal-onorevoli Gomes saru fit-twettiq tal-funzjonijiet ta' Membru tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari fl-ambitu tal-attribuzzjonijiet li jidderivaw mir-rwol tagħha ta' Viċi President tal-Kummissjoni ta' Investigazzjoni inkarigata biex teżamina r-rapporti ta' ksur u ta' amministrazzjoni ħażina fl-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fir-rigward tal-ħasil tal-flus, l-evitar u l-evażjoni tat-taxxi;

I.  billi l-affermazzjonijiet tal-onorevoli Gomes huma direttament marbuta mad-dikjarazzjonijiet li għamlet waqt il-programm televiżiv "TVI24- Cara a Cara - Ana Gomes versus Carlos Abreu Amorim" imxandar fid-29 ta' Novembru 2013, u li għalihom il-Parlament Ewropew iddefenda l-immunità tagħha(2);

J.  billi d-dikjarazzjonijiet tal-onorevoli Gomes għalhekk jaqgħu fi ħdan l-attivitajiet tagħha fil-Parlament Ewropew;

1.  Jiddeċiedi li ma jneħħix l-immunità ta' Ana Gomes ;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika Portugiża u lil Ana Gomes.

(1) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Mejju 1964, Wagner vs Fohrmann u Krier, 101/63, ECLI:EU:C:1964:28; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1986, Wybot vs Faure et, 149/85, ECLI:EU:C:1986:310; sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Ottubru 2008, Mote vs il-Parlament, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C-163/10, ECLI: EU:C:2011:543; sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23.
(2) Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2014 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Ana Gomes (ĠU C 285, 5.8.2016, p. 19).


Tibdil fir-riżorsi għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u fir-riżorsi għall-investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi u l-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea ***I
PDF 338kWORD 50k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward it-tibdil fir-riżorsi għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u fir-riżorsi għall-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi u l-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (COM(2017)0565 – C8-0342/2017 – 2017/0247(COD))
P8_TA(2017)0460A8-0358/2017

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0565),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 177 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C8-0342/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

–  wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Baġits,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0358/2017),

A.  Billi għal raġunijiet ta' urġenza huwa ġustifikat li jipproċedi għall-votazzjoni qabel l-iskadenza tat-terminu ta' tmien ġimgħat stabbiliti fl-Artikolu 6 tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta “sussidjarjetà u proporzjonalità;"

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-30 ta’ Novembru 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2017/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward it-tibdil fir-riżorsi għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u fir-riżorsi għall-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi u l-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea

P8_TC1-COD(2017)0247


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2017/2305.)


Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika UE/Eġittu: il-parteċipazzjoni tal-Eġittu fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) ***
PDF 253kWORD 47k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-30 ta’ Novembru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) (11965/2017 – C8-0345/2017 – 2017/0196(NLE))
P8_TA(2017)0461A8-0353/2017

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (11965/2017),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Eġittu fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) (11926/2017),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2017 dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) li jipparteċipaw fiha b'mod konġunt diversi Stati Membri(1),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 186 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0345/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0353/2017),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu.

(1) ĠU L 185, 18.7.2017, p. 1.


Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika UE/Alġerija: il-parteċipazzjoni tal-Alġerija fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) ***
PDF 253kWORD 48k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) (11964/2017 – C8-0346/2017 – 2017/0197(NLE))
P8_TA(2017)0462A8-0354/2017

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (11964/2017),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) (11924/2017),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2017 dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) li jipparteċipaw fiha b'mod konġunt diversi Stati Membri(1),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 186 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0346/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0354/2017),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija.

(1) ĠU L 185, 18.7.2017, p. 1.


Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika UE/Ġordan: il-parteċipazzjoni UE/Ġordan fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) ***
PDF 253kWORD 47k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) (11966/2017 – C8-0343/2017 – 2017/0200(NLE))
P8_TA(2017)0463A8-0355/2017

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (11966/2017),

–  wara li kkunsidra l-ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) (11927/2017),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2017 dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) li jipparteċipaw fiha b'mod konġunt diversi Stati Membri(1),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 186 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0343/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0355/2017),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan.

(1) ĠU L 185, 18.7.2017, p. 1.


L-adeżjoni taċ-Ċilì, tal-Iżlanda u tal-Bahamas mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri *
PDF 253kWORD 47k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lir-Rumanija biex taċċetta, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni taċ-Ċilì, tal-Iżlanda u tal-Bahamas mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri (COM(2017)0360 – C8-0234/2017 – 2017/0150(NLE))
P8_TA(2017)0464A8-0364/2017

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2017)0360),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 38(4) tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali tat-Tfal,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 81(3) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (b), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0234/2017),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja(1) dwar il-kompetenza esterna esklużiva tal-Unjoni Ewropea għal dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni ta' adeżjoni għall-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali tat-Tfal,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 78c u 108(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0364/2017),

1.  Japprova l-awtorizzazzjoni għar-Rumanija biex taċċetta, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni taċ-Ċilì, tal-Iżlanda u tal-Bahamas mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, kif ukoll lill-Bureau Permanenti tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat.

(1) Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Ottubru 2014, 1/13, ECLI:EU:C:2014:2303.


L-adeżjoni tal-Panama, tal-Urugwaj, tal-Kolombja u ta’ El Salvador mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri *
PDF 252kWORD 48k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Awstrija u r-Rumanija biex jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Panama, tal-Urugwaj, tal-Kolombja u ta' El Salvador mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri (COM(2017)0369 – C8-0231/2017 – 2017/0153(NLE))
P8_TA(2017)0465A8-0362/2017

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2017)0369),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 38(4) tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali tat-Tfal,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 81(3), kif ukoll l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (b), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0231/2017),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja(1) dwar il-kompetenza esterna esklużiva tal-Unjoni Ewropea għal dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni ta' adeżjoni għall-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali tat-Tfal,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 78c u 108(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0362/2017),

1.  Japprova l-awtorizzaazzjoni għall-Awstrija u r-Rumanija biex jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Panama, tal-Urugwaj, tal-Kolombja u ta' El Salvador mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, kif ukoll lill-Bureau Permanenti tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat.

(1) Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Ottubru 2014, 1/13, ECLI:EU:C:2014:2303.


L-adeżjoni ta’ San Marino mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri *
PDF 253kWORD 48k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kroazja, lin-Netherlands, lill-Portugall u lir-Rumanija biex jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni ta' San Marino mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri (COM(2017)0359 – C8-0232/2017 – 2017/0149(NLE))
P8_TA(2017)0466A8-0360/2017

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2017)0359),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 38(4) tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali tat-Tfal,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 81(3), kif ukoll l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (b), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0232/2017),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja(1) dwar il-kompetenza esterna esklużiva tal-Unjoni Ewropea għal dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni ta' adeżjoni għall-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali tat-Tfal,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 78c u 108(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0360/2017),

1.  Japprova l-awtorizzazzjoni għall-Kroazja, in-Netherlands, il-Portugall u r-Rumanija biex jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni ta' San Marino mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, kif ukoll lill-Bureau Permanenti tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat.

(1) Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Ottubru 2014, 1/13, ECLI:EU:C:2014:2303.


L-adeżjoni tal-Georgia u tal-Afrika t’Isfel mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri *
PDF 251kWORD 47k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lil-Lussemburgu u lir-Rumanija biex jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Georgia u tal-Afrika t'Isfel mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri (COM(2017)0357 – C8-0233/2017 – 2017/0148(NLE))
P8_TA(2017)0467A8-0361/2017

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew

–  wara li kkunsidra il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2017)0357),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 38(4) tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali tat-Tfal,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 81(3) kif ukoll l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt b, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0233/2017),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja(1) dwar il-kompetenza esterna esklużiva tal-Unjoni Ewropea għal dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni ta' adeżjoni għall-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali tat-Tfal,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 78c u 108(8), tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0361/2017),

1.  Japprova l-awtorizzazzjoni għal-Lussemburgu u r-Rumanija biex jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Georgia u tal-Afrika t'Isfel mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, kif ukoll lill-Bureau Permanenti tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat.

(1) Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Ottubru 2014, 1/13, ECLI:EU:C:2014:2303.


Arranġamenti tranżitorji għall-mitigazzjoni tal-impatt tal-introduzzjoni tal-IFRS 9 ***I
PDF 344kWORD 52k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-30 ta’ Novembru 2017 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar il-proporzjon ta' ingranaġġ, il-proporzjon ta' ffinanzjar stabbli nett, rekwiżiti għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, riskju ta' kreditu tal-kontroparti, riskju tas-suq, skoperturi għal kontropartijiet ċentrali, skoperturi għal impriżi ta' investiment kollettiv, skoperturi kbar, rekwiżiti ta' rappurtar u divulgar u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (COM(2016)0850 – C8-0158/2017 – 2016/0360B(COD))
P8_TA(2017)0468A8-0255/2017

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0850),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0158/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata mil-Parlament Żvediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikajara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju tas-sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-8 ta’ Novembru 2017(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-30 ta' Marzu 2017(2),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-18 ta' Mejju 2017 li tawtorizza lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji li jaqsam il-proposta tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq u li jħejji żewġ rapporti leġiżlattivi separati fuq il-bażi tagħha,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-15 ta’ Novembru 2017 li japprova l-pożizzjoni msemmija, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0255/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-30 ta’ Novembru 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar arranġamenti tranżitorji għall-mitigazzjoni tal-impatt tal-introduzzjoni tal-IFRS 9 dwar fondi proprji u għat-trattament ta’ espożizzjonijiet kbar ta’ ċerti skoperturi tas-settur pubbliku denominat f'muniti differenti minn dawk domestiċi tal-Istati Membri

P8_TC1-COD(2016)0360B


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2017/2395.)

(1) Għadha mhix ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali.
(2) ĠU C 209, 30.6.2017, p. 36.


Strument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi ***I
PDF 347kWORD 49k
Riżoluzzjoni
Test
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 230/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument li jikkontribwixxi għall-istabbilità u l-paċi (COM(2016)0447 – C8-0264/2016 – 2016/0207(COD))
P8_TA(2017)0469A8-0261/2017

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0447),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 209(1) u 212(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0264/2016),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-27 ta’ Ottubru 2017 li japprova l-pożizzjoni msemmija, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 39 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0261/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;li se tkun ippubblikata fis-serje L tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea flimkien mal-att leġiżlattiv finali;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-30 ta’ Novembru 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2017/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 230/2014 li jistabbilixxi strument li jikkontribwixxi għall-istabbilità u l-paċi

P8_TC1-COD(2016)0207


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2017/2306.)

ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni dwar is-sorsi ta' finanzjament ta' miżuri ta' għajnuna taħt l-Artikolu 3a tar-Regolament (UE) Nru 230/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu li t-tisħiħ tal-kapaċitajiet b'appoġġ għall-iżvilupp u għas-sigurtà għall-iżvilupp għandu jiġi ffinanzjat fi ħdan l-Intestatura IV tal-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020, prinċipalment permezz ta’ riallokazzjonijiet, filwaqt li jiġi ppreservat, kemm jista' jkun possibbli, il-bilanċ finanzjarju fost l-istrumenti kollha. Barra minn hekk, mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-awtorità baġitarja fil-proċedura baġitarja annwali, tali riallokazzjonijiet ma għandhomx jinkludu użu ta' approprjazzjonijiet allokati għal miżuri taħt ir-Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp għall-perijodu 2014-2020.


Il-klassifikazzjoni tal-istrumenti ta' dejn mhux garantiti fil-ġerarkija tal-insolvenza ***I
PDF 337kWORD 45k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-istrumenti ta' dejn mhux garantiti fil-ġerarkija tal-insolvenza (COM(2016)0853 – C8-0479/2016 – 2016/0363(COD))
P8_TA(2017)0470A8-0302/2017

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0853),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0479/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-15 ta’ Novembru 2017 li japprova l-pożizzjoni msemmija, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0302/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-30 ta’ Novembru 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2017/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-istrumenti ta' dejn mhux garantiti fil-ġerarkija tal-insolvenza

P8_TC1-COD(2016)0363


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Direttiva (UE) 2017/2399.)

(1) ĠU C 132, 26.4.2017, p.1.
(2) ĠU C 173, 31.5.2017, p.41.


Obbligi tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-provvisti ta' servizzi u għall-bejgħ mill-bogħod ta' prodotti *
PDF 400kWORD 54k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE u d-Direttiva 2009/132/KE fir-rigward ta' ċerti obbligi tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-provvisti ta' servizzi u għall-bejgħ mill-bogħod ta' prodotti (COM(2016)0757 – C8-0004/2017 – 2016/0370(CNS))
P8_TA(2017)0471A8-0307/2017

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2016)0757),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0004/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0307/2017),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa -1 (ġdid)
(-1)   Id-differenza bejn id-dħul mistenni mill-VAT u l-ammont ta' VAT li fil-fatt inġabar (id-"diskrepanza tal-VAT") fl-Unjoni fl-2015 kienet madwar EUR 152 biljun u l-frodi transfruntiera tammonta għal telf ta' dħul mill-VAT fl-Unjoni ta' madwar EUR 50 biljun fis-sena, u dan kollu jagħmel il-VAT kwistjoni importanti li għandha tiġi indirizzata fil-livell tal-Unjoni, u jagħmel l-adozzjoni ta' reġim tal-VAT definittiv ibbażat fuq il-prinċipju tad-destinazzjoni essenzjali.
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 3
(3)  Il-valutazzjoni ta' dawk l-iskemi speċjali kif introdotti fl-1 ta' Jannar 2015 identifikat numru ta' oqsma fejn hemm lok għal titjib. L-ewwel nett, jenħtieġ li jitnaqqas il-piż għan-negozji mikro stabbiliti fi Stat Membru li kultant ifornu t-tali servizzi lil Stati Membri oħrajn sabiex jikkonformaw mal-obbligi tal-VAT fi Stati Membri oħrajn li mhumiex l-Istat Membru ta' stabbiliment tagħhom. Għaldaqstant jenħtieġ li jiddaħħal limitu li japplika madwar il-Komunità kollha li, f'ammonti anqas minnu, dawn il-provvisti għandhom jibqgħu soġġetti għall-VAT fl-Istat Membru ta' stabbiliment tagħhom. It-tieni, ir-rekwiżit li jridu jżommu konformità mar-rekwiżiti tal-fatturar u ta' żamma tar-rekords tal-Istati Membri kollha fejn jibagħtu l-provvisti huwa wieħed li joħloq piżijiet kbar. B'hekk, sabiex jitnaqqsu l-piżijiet fuq in-negozji, ir-regoli dwar il-fatturar u ż-żamma tar-rekords għandhom ikunu dawk applikabbli fl-Istat Membru tal-identifikazzjoni tal-fornitur li juża l-iskemi speċjali. It-tielet, il-persuni taxxabbli mhux stabbiliti fil-Komunità iżda li għandhom reġistrazzjoni tal-VAT fi Stat Membru (eż. għaliex iwettqu tranżazzjonijiet okkażjonali soġġetti għall-VAT f'dak l-Istat Membru) la jistgħu jużaw l-iskema speċjali għall-persuni taxxabbli mhux stabbiliti fil-Komunità, u lanqas l-iskema speċjali għall-persuni taxxabbli stabbiliti fil-Komunità. Konsegwentement, huwa propost li t-tali persuni taxxabbli jenħtieġ li jitħallew jużaw l-iskema speċjali għall-persuni taxxabbli mhux stabbiliti fi ħdan il-Komunità.
(3)  Il-valutazzjoni ta' dawk l-iskemi speċjali kif introdotti fl-1 ta' Jannar 2015 identifikat numru ta' oqsma fejn hemm lok għal titjib. L-ewwel nett, jenħtieġ li jitnaqqas il-piż għan-negozji mikro stabbiliti fi Stat Membru li kultant ifornu t-tali servizzi lil Stati Membri oħrajn sabiex jikkonformaw mal-obbligi tal-VAT fi Stati Membri oħrajn li mhumiex l-Istat Membru ta' stabbiliment tagħhom. Għaldaqstant jenħtieġ li jiddaħħal limitu li japplika madwar il-Komunità kollha li, f'ammonti anqas minnu, dawn il-provvisti għandhom jibqgħu soġġetti għall-VAT fl-Istat Membru ta' stabbiliment tagħhom. It-tieni, ir-rekwiżit li jridu jżommu konformità mar-rekwiżiti tal-fatturar tal-Istati Membri kollha fejn jibagħtu l-provvisti huwa wieħed li joħloq piżijiet kbar. B'hekk, sabiex jitnaqqsu l-piżijiet fuq in-negozji, ir-regoli dwar il-fatturar jenħtieġ li jkunu dawk applikabbli fl-Istat Membru tal-identifikazzjoni tal-fornitur li juża l-iskemi speċjali. It-tielet, il-persuni taxxabbli mhux stabbiliti fil-Komunità iżda li għandhom reġistrazzjoni tal-VAT fi Stat Membru (eż. għaliex iwettqu tranżazzjonijiet okkażjonali soġġetti għall-VAT f'dak l-Istat Membru) la jistgħu jużaw l-iskema speċjali għall-persuni taxxabbli mhux stabbiliti fil-Komunità, u lanqas l-iskema speċjali għall-persuni taxxabbli stabbiliti fil-Komunità. Konsegwentement, huwa propost li t-tali persuni taxxabbli jenħtieġ li jitħallew jużaw l-iskema speċjali għall-persuni taxxabbli mhux stabbiliti fi ħdan il-Komunità.
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 3a (ġdid)
(3a)   Filwaqt li l-valutazzjoni tal-Mini One Stop Shop (MOSS) kienet fil-biċċa l-kbira tagħha pożittiva, 99 % tad-dħul mill-VAT ipproċessat permezz tal-MOSS jiġi ddikkjarat minn 13 % biss tan-negozju rreġistrat, u dan juri l-ħtieġa li l-Istati Membri jippromwovu l-MOSS ma' firxa usa' ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, sabiex jingħelbu l-ostakli għall-kummerċ elettroniku transfruntier.
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 9a (ġdid)
(9a)   Din id-Direttiva emendatorja tista' twassal għal żieda fl-ispejjeż amministrattivi għall-konsenji żgħar, peress li l-pakketti rilevanti jeħtieġu marka ta' distinzjoni li turi li ntużat l-iskema ta' importazzjoni tal-VAT u s-settur postali jkollu jorganizza l-pakketti skont jekk intużatx l-iskema ta' importazzjoni tal-VAT. L-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ li jagħtu attenzjoni mill-qrib fir-rigward tal-impatt fuq is-settur postali.
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 14
(14)  Id-data tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandha, fejn rilevanti, tqis iż-żmien meħtieġ sabiex jiġu implimentati l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u sabiex l-Istati Membri jadattaw is-sistema informatika tagħhom għar-reġistrazzjoni u għad-dikjarazzjoni u għall-pagament tal-VAT.
(14)  Id-data tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jenħtieġ li, fejn rilevanti, tqis iż-żmien meħtieġ sabiex jiġu implimentati l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u sabiex l-Istati Membri u n-negozji jadattaw is-sistema informatika tagħhom għar-reġistrazzjoni u għad-dikjarazzjoni u għall-pagament tal-VAT.
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 17a (ġdid)
(17a)   Il-proposta tal-Kummissjoni hija biss wieħed mill-elementi importanti biex tingħalaq id-diskrepanza tal-VAT; hemm bżonn ta' miżuri ulterjuri sabiex il-frodi tal-VAT fl-Unjoni tiġi miġġielda b'mod effikaċi;
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 14 – paragrafu 3a (ġdid)
(-1)  Fl-Artikolu 14, jiżdied il-paragrafu li ġej:
"3a. Meta persuna taxxabbli, li taġixxi f'isimha iżda li, f'isem perusna oħra, tieħu parti f'bejgħ mill-bogħod ta' prodotti importati minn territorji jew pajjiżi terzi f'konsenja b'valur intrinsiku inqas minn EUR 150, jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali, u jkollha fatturat annwali li jaqbeż EUR 1 000 000, jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali, matul is-sena kalendarja attwali, inklużi l-każijiet fejn netwerk tat-telekomunikazzjonijiet, interfaċċja jew portal jintużaw għall-iskop tal-bejgħ mill-bogħod, dik il-persuna taxxabbli għandha titqies li tkun irċeviet u forniet dawk il-prodotti hija stess."
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 58 – paragrafu 2 – punt b
(b)  is-servizzi huma pprovduti lil klijenti li jinsabu fi kwalunkwe Stat Membru għajr l-Istat Membru msemmi fil-punt (a);
(b)  is-servizzi huma pprovduti lil klijenti li jinsabu fi kwalunkwe Stat Membru għajr l-Istat Membru msemmi fil-punt (a); u
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 58 – paragrafu 2 – punt c
(c)  il-valur totali, mingħajr VAT, tat-tali fornimenti ma jaqbiżx l-EUR 10 000 fis-sena kalendarja attwali, jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali, u ma għamiltx dan matul is-sena kalendarja preċedenti.
(c)  il-valur totali, mingħajr VAT, tat-tali fornimenti ma jaqbiżx il-EUR 35 000 fis-sena kalendarja attwali, jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali, u ma għamiltx dan matul is-sena kalendarja preċedenti.
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 369 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
‘L-Istat Membru tal-identifikazzjoni għandu jistabbilixxi l-perjodu li matulu dawk ir-rekords għandhom jinżammu mill-persuna taxxabbli mhux stabbilita fi ħdan il-Komunità.’
‘Dawk ir-rekords għandhom jinżammu għal perjodu ta' ħames snin minn tmiem is-sena kalendarja li matulha tkun saret it-tranżazzjoni.’
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – titolu
Emendi għad-Direttiva 2006/112/KE b'effett mill-1 ta' Jannar 2021
Emendi għad-Direttiva 2006/112/KE b'effett mill-1 ta' April 2021
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1
Mill-1 ta' Jannar 2021, id-Direttiva 2006/112/KE hija emendata kif ġej:
Mill-1 ta' April 2021, id-Direttiva 2006/112/KE hija emendata kif ġej:
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6
Direttiva 2006/112/KE
Titolu V — Kapitolu 3a — Artikolu 59c — paragrafu 1 — punt c
(c)  il-valur totali, mingħajr VAT, tal-fornimenti koperti minn dawn id-dispożizzjonijiet ma jaqbiżx l-EUR 10 000, jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali fis-sena kalendarja attwali, u lanqas ma għamel dan matul is-sena kalendarja preċedenti.
(c)  il-valur totali, mingħajr VAT, tal-fornimenti koperti minn dawn id-dispożizzjonijiet ma jaqbiżx il-EUR 35 000, jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali fis-sena kalendarja attwali, u lanqas ma għamel dan matul is-sena kalendarja preċedenti.
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 143 – paragrafu 1 – punt ca
‘(ca) l-importazzjoni ta' prodotti fejn il-VAT tiġi ddikjarata skont l-iskema speċjali fil-Kapitolu 6, Taqsima 4, tat-Titolu XII u fejn, sa mhux aktar tard mill-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-importazzjoni, in-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT tal-fornitur jew tal-intermedjarju li jaġixxi għan-nom tiegħu allokat skont l-Artikolu 369q ġie pprovdut lill-uffiċċju doganali kompetenti fl-Istat Membru tal-importazzjoni;
‘(ca) l-importazzjoni ta' prodotti fejn il-VAT tiġi ddikjarata skont l-iskema speċjali fil-Kapitolu 6, Taqsima 4, tat-Titolu XII u fejn, sa mhux aktar tard mill-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-importazzjoni, in-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT tal-fornitur jew tal-intermedjarju li jaġixxi għan-nom tiegħu allokat skont l-Artikolu 369q ikun ġie pprovdut lill-uffiċċju doganali kompetenti fl-Istat Membru tal-importazzjoni, filwaqt li l-Kummissjoni għandha tispeċifika f'att in-natura preċiża tad-dikjarazzjoni tal-importazzjoni;’
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 21
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 369b – paragrafu 1
L-Istati Membri għandhom jippermettu lil kwalunkwe persuna taxxabbli li twettaq bejgħ intra-Komunitaru mill-bogħod ta' prodotti u lil kwalunkwe persuna taxxabbli mhux stabbilita fl-Istat Membru tal-konsum tforni servizzi lil persuna mhux taxxabbli li hija stabbilita jew għandha l-indirizz permanenti tagħha jew is-soltu tirrisjedi fi Stat Membru, sabiex tuża din l-iskema speċjali. Din l-iskema speċjali għandha tapplika għal dawk il-prodotti jew is-servizzi kollha forniti fil-Komunità.
L-Istati Membri għandhom jippermettu lil kwalunkwe persuna taxxabbli li twettaq bejgħ intra-Komunitaru mill-bogħod ta' prodotti u lil kwalunkwe persuna taxxabbli mhux stabbilita fl-Istat Membru tal-konsum tforni kwalunkwe servizz lil persuna mhux taxxabbli biex tuża l-iskema speċjali skont dan il-kapitolu, irrispettivament mill-post fejn din il-persuna taxxabbli hija stabbilita jew fejn għandha l-indirizz permanenti tagħha jew fejn is-soltu tirrisjedi. Din l-iskema speċjali għandha tapplika għal dawk il-prodotti jew is-servizzi kollha forniti fil-Komunità.
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 29
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 369l – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)
(5a)   Il-valur tal-prodotti, li ma jistax jaqbeż il-EUR 150 b'konformità ma' dan il-paragrafu, għandu jiġi ddeterminat mill-konverżjoni tal-munita skont l-Artikolu 53 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, dment li l-prodotti jkunu qegħdin jiġu kkumerċjalizzati f'muniti barranin.
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 30
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 369y – paragrafu 1
Meta l-persuna li għaliha jkunu ddestinati l-prodotti importati f'konsenji b'valur intrinsiku li ma jaqbiżx il-EUR 150 ma tapplikax l-arranġamenti standard għall-importazzjoni ta' prodotti, inkluż għall-applikazzjoni ta' rata tal-VAT imnaqqsa skont l-Artikolu 94(2), l-Istat Membru tal-importazzjoni għandu jippermetti lill-persuna li tippreżenta l-prodotti lid-dwana fi ħdan it-territorju tal-Komunità li tagħmel użu minn arranġamenti speċjali għad-dikjarazzjoni u għall-ħlas tal-VAT fuq l-importazzjoni fir-rigward ta' prodotti li għalihom id-dispaċċ jew it-trasport jintemm f'dak l-Istat Membru.
Meta l-iskema speċjali msemmija fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu 6 ma tintużax għall-importazzjoni tal-prodotti f'konsenji b'valur intrinsiku li ma jaqbiżx il-EUR 150, l-Istat Membru tal-importazzjoni għandu jippermetti lill-persuna li tippreżenta l-prodotti lid-dwana f'isem il-persuna li għaliha l-prodotti huma ddestinati fi ħdan it-territorju tal-Komunità li tagħmel użu minn arranġamenti speċjali għad-dikjarazzjoni u għall-ħlas tal-VAT fuq l-importazzjoni fir-rigward ta' prodotti li għalihom id-dispaċċ jew it-trasport jintemm f'dak l-Istat Membru.
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 30
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 369z – paragrafu 1 – punt b
(b)  il-persuna li tippreżenta l-prodotti lid-dwana fi ħdan it-territorju tal-Komunità għandha tkun responsabbli għall-ġbir tal-VAT mingħand il-persuna li lilha huma ddestinati l-prodotti.
(b)  il-persuna li tiddikjara l-prodotti lid-dwana fi ħdan it-territorju tal-Komunità għandha tkun responsabbli għall-ġbir tal-VAT mingħand il-persuna li lilha huma ddestinati l-prodotti.
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 30
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 369z – paragrafu 2
2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-persuna li tippreżenta l-prodotti lid-dwana fi ħdan it-territorju tal-Komunità tieħu l-miżuri xierqa sabiex tiżgura li titħallas it-taxxa korretta mill-persuna li għaliha huma ddestinati l-prodotti.
2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-persuna li tiddikjara l-prodotti lid-dwana fi ħdan it-territorju tal-Komunità tieħu l-miżuri xierqa sabiex tiżgura li titħallas it-taxxa korretta mill-persuna li għaliha huma ddestinati l-prodotti.
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1
Mill-1 ta' Jannar 2021, jitħassar it-Titolu IV tad-Direttiva 2009/132/KE.
B'effett mill-1 ta' April 2021, jitħassar it-Titolu IV tad-Direttiva 2009/132/KE.
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 4
Huma għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonformaw mal-Artikoli 2 u 3 ta' din id-Direttiva mill-1 ta' Jannar 2021.
Huma għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonformaw mal-Artikoli 2 u 3 ta' din id-Direttiva mill-1 ta' April 2021.

Il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud *
PDF 365kWORD 51k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 904/2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (COM(2016)0755 – C8-0003/2017 – 2016/0371(CNS))
P8_TA(2017)0472A8-0306/2017

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2016)0755),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0003/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0306/2017),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1a (ġdid)
(1a)   Id-diskrepanza tal-VAT fl-Unjoni huwa stmat għal 12.8 % jew EUR 152 biljun fis-sena, inkluż EUR 50 biljun ta' frodi transfruntiera tal-VAT, u dan qed jagħmel il-VAT kwistjoni importanti li għandha tiġi indirizzata fil-livell tal-Unjoni.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 5
(5)  Peress li, bl-iskemi speċjali, Stat Membru tal-identifikazzjoni jiġbor u jikkontrolla l-VAT f'isem l-Istati Membri tal-konsum, xieraq li jiġi pprovdut għal mekkaniżmu li bih l-Istat Membru tal-identifikazzjoni jirċievi dritt mingħand l-Istati Membri tal-konsum ikkonċernati li jikkumpensa għall-kostijiet tal-ġbir u tal-kontroll. Madankollu, peress li s-sistema attwali li biha tinżamm miżata mill-ammonti tal-VAT ittrasferiti mill-Istat Membru tal-identifikazzjoni lill-Istati Membri tal-konsum ħolqot kumplikazzjonijiet għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa, b'mod partikolari meta jkunu involuti r-rimborżi, tali miżata għandha tiġi kkalkolata u titħallas darba fis-sena, barra l-iskemi speċjali.
(5)  Peress li, bl-iskemi speċjali, Stat Membru tal-identifikazzjoni jiġbor u jikkontrolla l-VAT f'isem l-Istati Membri tal-konsum, xieraq li jiġi pprovdut għal mekkaniżmu li bih l-Istat Membru tal-identifikazzjoni jirċievi dritt mingħand l-Istati Membri tal-konsum ikkonċernati li jikkumpensa għall-kostijiet tal-ġbir u tal-kontroll. Madankollu, peress li s-sistema attwali li biha tinżamm miżata mill-ammonti tal-VAT ittrasferiti mill-Istat Membru tal-identifikazzjoni lill-Istati Membri tal-konsum ħolqot kumplikazzjonijiet għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa, b'mod partikolari meta jkunu involuti r-rimborżi, tali miżata jenħtieġ li tiġi kkalkolata u titħallas darba fis-sena, barra l-iskemi speċjali, u fejn titħallas rifużjoni bejn il-muniti nazzjonali differenti, jenħtieġ li tkun applikata r-rata tal-kambju valida ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 6
(6)  Sabiex jiġi ssimplifikat il-ġbir tad-data statistika rigward l-applikazzjoni tal-iskemi speċjali, il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata taċċessa b'mod awtomatiku l-informazzjoni ġenerali relatata mal-iskemi speċjali maħżunin fis-sistemi elettroniċi tal-Istati Membri, bl-eċċezzjoni tad-data rigward il-persuni taxxabbli individwali.
(6)  Sabiex jiġi ssimplifikat il-ġbir tad-data statistika rigward l-applikazzjoni tal-iskemi speċjali, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun awtorizzata taċċessa b'mod awtomatiku l-informazzjoni ġenerali relatata mal-iskemi speċjali maħżunin fis-sistemi elettroniċi tal-Istati Membri, bl-eċċezzjoni tad-data rigward il-persuni taxxabbli individwali. L-Istati Membri jenħtieġ li jiġu mħeġġa jiżguraw li din l-informazzjoni ġenerali tkun disponibbli għal awtoritajiet nazzjonali rilevanti oħrajn, jekk dan mhuwiex diġà l-każ, sabiex jiġu miġġielda l-frodi tal-VAT u l-ħasil tal-flus.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 7a (ġdid)
(7a)   Il-komunikazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li tkun adegwata u effikaċi, bil-ħsieb li jintlaħqu l-objettivi ta' dan ir-Regolament fiż-żmien opportun.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 9a (ġdid)
(9a)   L-użu tal-IT fil-ġlieda kontra l-frodi, jista' jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jidentifikaw netwerks ta' frodi aktar malajr u b'mod komprensiv. Approċċ immirat u ekwilibrat bl-użu ta' teknoloġiji ġodda jista' jnaqqas il-ħtieġa ta' miżuri ġenerali kontra l-frodi tal-Istati Membri u jtejjeb fl-istess ħin l-effiċjenza tal-politika kontra l-frodi.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b
Regolament (UE) Nru 904/2010
Taqsima 3 – Sottotaqsima 1 – Artikolu 47a – paragrafu 1
Id-dispożizzjonijiet ta' din it-Taqsima għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2021.
Id-dispożizzjonijiet ta' din it-Taqsima għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2021. L-Istati Membri għandhom jiskambjaw l-informazzjoni kollha msemmija fis-Sottotaqsima 2 mingħajr dewmien, sakemm ma jkunx iddikjarat espressament mod ieħor.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b
Regolament (UE) Nru 904/2010
Taqsima 3 – Sottotaqsima 3 – Artikolu 47j – paragrafu 4
4.  Kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni d-dettalji tal-persuna kompetenti responsabbli għall-koordinazzjoni tal-inkjesti amministrattivi fi ħdan dak l-Istat Membru.
4.  Kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni d-dettalji tal-persuna kompetenti responsabbli għall-koordinazzjoni tal-inkjesti amministrattivi fi ħdan dak l-Istat Membru. Dik l-informazzjoni għandha tkun ippubblikata fuq is-sit web tal-Kummissjoni.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b
Regolament (UE) Nru 904/2010
Taqsima  3 – sottotaqsima 4 – Artikolu 471 – paragrafu 3a (ġdid)
Fi żmien sentejn mid-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami biex tiżgura l-vijabilità u l-kosteffettività tal-miżata u, jekk meħtieġ, tieħu passi korrettivi.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b
Regolament (UE) Nru 904/2010
Taqsima 3 – Sottotaqsima 5 – Artikolu 47m – paragrafu 1
L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni aċċess għall-informazzjoni statistika maħżuna fis-sistema elettronika tagħhom skont l-Artikolu 17(1)(d). Din l-informazzjoni ma għandux ikun fiha data personali.
L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni aċċess għall-informazzjoni statistika maħżuna fis-sistema elettronika tagħhom skont l-Artikolu 17(1)(d). Din l-informazzjoni ma għandux ikun fiha data personali u għandha tkun limitata għall-informazzjoni meħtieġa għal skopijiet rilevanti ta' statistika.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b
Regolament (UE) Nru 904/2010
Taqsima 3 – Sottotaqsima 6 – Artikolu 47n – paragrafu 1 – punt f
(f)  l-informazzjoni li trid tiġi aċċessata mill-Kummissjoni kif imsemmija fl-Artikolu 47m kif ukoll il-mezzi tekniċi għall-estrazzjoni ta' din l-informazzjoni.
(f)  l-informazzjoni li trid tiġi aċċessata mill-Kummissjoni kif imsemmija fl-Artikolu 47m kif ukoll il-mezzi tekniċi għall-estrazzjoni ta' din l-informazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-estrazzjoni tad-data ma timponix piż amministrattiv żejjed fuq l-Istati Membri.

Sitwazzjoni fil-Jemen
PDF 294kWORD 57k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar is-sitwazzjoni fil-Jemen (2017/2849(RSP))
P8_TA(2017)0473RC-B8-0649/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Jemen, b'mod partikolari dawk tal-15 ta' Ġunju 2017(1) u tal-25 ta' Frar 2016(2) dwar is-sitwazzjoni umanitarja fil-Jemen, u dik tad-9 ta' Lulju 2015 dwar is-sitwazzjoni fil-Jemen(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) tat-8 ta' Ottubru 2016 dwar l-attakk fil-Jemen, tad-19 ta' Ottubru 2016 dwar il-waqfien mill-ġlied fil-Jemen u tal-21 ta' Novembru 2017 dwar is-sitwazzjoni fil-Jemen,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissarju tal-UE għall-Għajnuna Umanitarja u l-Ġestjoni tal-Kriżijiet, Christos Stylianides, tal-11 ta' Novembru 2017 dwar is-sitwazzjoni umanitarja fil-Jemen,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-3 ta' April 2017 dwar is-sitwazzjoni fil-Jemen,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016 dwar attakki fuq sptarijiet u skejjel bi ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali(4) u r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Frar 2014 dwar l-użu ta' drones armati(5),

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar il-Promozzjoni tal-Konformità mad-Dritt Umanitarju Internazzjonali,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (KSNU) dwar il-Jemen, b'mod partikolari r-Riżoluzzjonijiet 2342 (2017), 2266 (2016), 2216 (2015), 2201 (2015) u 2140 (2014),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Mibgħut Speċjali tan-NU għall-Jemen, Ismail Ould Cheikh Ahmed, tat-30 ta' Jannar, tat-12 ta' Lulju, tad-19 ta' Awwissu u tas-26 ta' Ottubru 2017 dwar is-sitwazzjoni fil-Jemen,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-12 ta' Lulju 2017 ta' dak li kien is-Sotto-Segretarju Ġenerali tan-NU għall-Affarijiet Umanitarji, Stephen O'Brien, quddiem il-KSNU;

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-Programm Dinji tal-Ikel (WFP), il-Fond tan-Nazzjonijiet Uniti għat-Tfal (UNICEF) u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) tas-16 ta' Novembru 2017 li tappella għat-tneħħija immedjata tal-imblokk umanitarju fil-Jemen,

–  wara li kkunsidra l-Konferenza ta' Livell Għoli tad-Donaturi tan-NU għall-Kriżi Umanitarja fil-Jemen, tal-25 ta' April 2017, li matulha ġew imwiegħda USD 1,1 biljun biex titnaqqas diskrepanza fil-finanzjament ta' USD 2,1 biljun għall-2017,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU ta' Settembru 2017 li jiġu investigati l-allegazzjonijiet kollha ta' abbużi tad-drittijiet tal-bniedem fil-Jemen matul il-kunflitt;

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet presidenzjali maħruġa mill-KSNU fil-15 ta' Ġunju 2017 li appellaw lill-partijiet fil-Jemen biex jimpenjaw ruħhom b'mod kostruttiv fi sforz bona fide favur ir-riżoluzzjoni tal-kunflitt, u fid-9 ta' Awwissu 2017 dwar it-theddida tal-karestija fil-Jemen,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi diversi ċikli ta' negozjati organizzati min-NU għadhom ma wasslux għal progress sinifikanti lejn soluzzjoni politika fil-Jemen; billi l-partijiet involuti fil-kunflitt u s-sostenituri reġjonali u internazzjonali tagħhom, inklużi l-Arabja Sawdija u l-Iran, ma rnexxilhomx jilħqu ftehim ta' waqfien mill-ġlied jew xi tip ta' soluzzjoni u billi l-ġlied u l-bumbardamenti indiskriminati qed ikomplu bla waqfien; billi l-ebda naħa ma kisbet rebħa militari u billi mhuwiex probabbli li xi naħa minnhom tagħmel dan fil-ġejjieni; billi s-sejbien ta' soluzzjoni politika għall-kunflitt taħt il-patroċinju tal-inizjattiva għall-paċi tan-NU fil-Jemen għandu jkun prijorità għall-UE u għall-komunità internazzjonali inġenerali;

B.  billi s-sitwazzjoni umanitarja fil-Jemen għadha waħda katastrofika; billi l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-NU (FAO) iddikjarat is-sitwazzjoni fil-Jemen bħala "l-akbar emerġenza tas-sigurtà tal-ikel fid-dinja"; billi, skont l-Uffiċċju tan-NU għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA), 20,7 miljun ruħ fil-Jemen jeħtieġu assistenza, speċjalment assistenza għall-ikel, u minn dawn 7 miljuni qed jiffaċċjaw "emerġenza tas-sigurtà tal-ikel"; billi 2,2 miljun tifel u tifla qegħdin isofru malnutrizzjoni akuta u gravi u billi tifel jew tifla jmutu kull għaxar minuti minħabba kawżi prevenibbli; billi hemm 2,9 miljun ruħ li sfaw spustati internament u miljun ruħ li ġew rimpatrijati;

C.  billi, skont in-NU, aktar minn 8 000 ruħ, li 60 % minnhom kienu persuni ċivili, inqatlu u aktar minn 50 000 indarbu, fosthom numru kbir ta' tfal, f'attakki mill-ajru u ġlied fuq l-art minn meta l-koalizzjoni mmexxija mill-Arabja Sawdija intervjeniet fil-gwerra ċivili tal-Jemen f'Marzu 2015; billi l-ġlied, kemm fuq l-art kif ukoll fl-ajru, għamilha impossibbli li l-osservaturi fuq il-post tal-Uffiċċju tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem ikollhom aċċess għaż-żona biex jivverifikaw in-numru ta' vittmi ċivili; billi dawn iċ-ċifri, għalhekk, jirriflettu biss il-persuni maqtula u midruba li l-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR) irnexxielu jikkorrobora u jikkonferma;

D.  billi l-gruppi vulnerabbli, in-nisa u t-tfal huma partikolarment affettwati mill-ostilitajiet li għaddejjin bħalissa u mill-kriżi umanitarja; billi l-għadd ta' vittmi ċivili qed ikompli jiżdied;

E.  billi, skont l-organizzazzjoni Save the Children, 130 tifel u tifla jmutu kuljum fil-Jemen; billi minn tal-anqas 1,8 miljun tifel u tifla kellhom jitilqu mill-iskola qabel iż-żmien, flimkien mal-1,6 miljun li ma kinux imorru skola qabel ma beda l-kunflitt;

F.  billi l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tirrapporta li "aktar minn nofs il-faċilitajiet tas-saħħa kollha għalqu minħabba ħsara, qerda jew nuqqas ta' fondi" u li hemm nuqqas serju ta' provvisti mediċi; billi 30 000 ħaddiem tas-saħħa essenzjali ilhom ma jitħallsu 'l fuq minn sena;

G.  billi l-qerda tal-infrastruttura u l-kollass tas-servizzi pubbliċi aċċeleraw it-tifqigħa tal-kolera; billi, fit-2 ta' Novembru 2017, l-OCHA ħabbar li mis-27 ta' April 2017 'il quddiem kienu ġew rappurtati kważi 895 000 każ suspettat ta' kolera, li wasslu għall-mewt ta' 2 200 ruħ; billi aktar min-nofs il-każijiet suspettati jinvolvu lit-tfal; billi huwa diffiċli li jiġi aċċertat b'eżattezza n-numru veru tal-każijiet ta' kolera, peress li hemm aċċess limitat għal ħafna reġjuni u ħafna pazjenti suspettati li għandhom il-kolera jiġu ttrattati qabel ma jiġu dijanjostikati kompletament;

H.  billi kważi 90 % tal-ikel bażiku fil-pajjiż jiġi importat; billi r-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar l-impatt negattiv tal-miżuri koerċittivi unilaterali diġà enfasizza fil-passat li l-imblokk mill-ajru u mill-baħar impost fuq il-Jemen mill-forzi tal-koalizzjoni huwa fost il-kawżi ewlenin tal-katastrofi umanitarja li għaddejja bħalissa; billi dan l-imblokk irrestrinġa u ħarbat l-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-ikel, il-fjuwil u l-provvisti mediċi, kif ukoll tal-għajnuna umanitarja; billi d-dewmien mhux raġonevoli u/jew iċ-ċaħda tad-dħul tal-bastimenti fil-portijiet tal-Jemen jirrappreżentaw miżura koerċittiva unilaterali, skont id-dritt internazzjonali;

I.  billi s-sitwazzjoni umanitarja fil-Jemen kompliet tiggrava minħabba l-fatt li fis-6 ta' Novembru 2017 il-koalizzjoni mmexxija mill-Arabja Sawdija imponiet imblokk fuq il-fruntieri tal-art, tal-baħar u tal-ajru tal-pajjiż; billi l-port marittimu ta' Aden u l-punt ta' qsim tal-fruntiera tal-art bejn l-Arabja Sawdija u l-Jemen f'al-Wadea reġgħu nfteħu; billi, madankollu, il-portijiet ta' Hodeida u Saleef, kif ukoll l-ajruport ta' Sana'a, meħuda mir-ribelli Houthi f'Marzu 2015, li permezz tagħhom madwar 80 % tal-importazzjonijiet – inklużi prodotti kummerċjali u provvisti umanitarji – jidħlu fil-Jemen, għadhom suġġetti għall-imblokk; billi l-aġenziji tal-għajnuna wissew li, jekk l-imblokk ma jitneħħiex, il-Jemen se jiffaċċja l-akbar karestija li rat id-dinja għal għexieren ta' snin u li dan se jikkaġuna miljuni ta' vittmi;

J.  billi r-Riżoluzzjoni 2216 tal-KSNU tipprevedi espliċitament li individwu jiġi kklassifikat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet bħala li jkun qed "jostakola t-twassil tal-għajnuna umanitarja fil-Jemen";

K.  billi l-attakki mill-ajru mmexxija mill-koalizzjoni ġewwa u madwar Sana'a intensifikaw f'dawn l-aħħar ġimgħat u qed jikkaġunaw vittmi ċivili u l-qerda tal-infrastruttura; billi għexieren ta' attakki mill-ajru mmexxija mill-Arabja Sawdija ġew meqjusa responsabbli għall-qtil u l-feriment indiskriminat ta' persuni ċivili bi ksur tal-liġijiet tal-gwerra, anke permezz ta' munizzjon dispersiv li huwa pprojbit internazzjonalment; billi fl-4 ta' Novembru 2017 ir-ribelli Houthi sparaw missili ballistiċi fuq l-ajruport internazzjonali ċivili prinċipali ta' Riyadh; billi għexieren oħra ta' missili ġew sparati lejn it-territorju tal-Arabja Sawdija din is-sena; billi l-liġijiet tal-gwerra jipprojbixxu l-attakki intenzjonati u indiskriminati fuq il-persuni ċivili; billi tali attakki huma kkunsidrati bħala delitti tal-gwerra u l-individwi li jwettquhom jistgħu jittellgħu quddiem il-ġustizzja għal dawn id-delitti;

L.  billi s-sitwazzjoni fil-Jemen iġġorr magħha riskji serji għall-istabbiltà tar-reġjun, b'mod partikolari dik tal-Qarn tal-Afrika, tal-Baħar l-Aħmar u tar-reġjun usa' tal-Lvant Nofsani; billi l-grupp Al-Qaeda fil-Peniżola Għarbija (AQAP) irnexxielu japprofitta mid-deterjorament tas-sitwazzjoni politika u ta' sigurtà fil-Jemen, hekk li firex il-preżenza tiegħu u kabbar l-għadd u l-iskala tal-attakki terroristiċi tiegħu; billi l-AQAP u l-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku (ISIS/Daesh) stabbilew il-preżenza tagħhom fil-Jemen u wettqu attakki terroristiċi, li qatlu mijiet ta' persuni;

M.  billi hemm embargo internazzjonali fuq l-armi fis-seħħ kontra l-forzi Houthi/Saleh, li jibbenefikaw mill-appoġġ tal-Iran; billi, skont it-18-il Rapport Annwali tal-UE dwar l-Esportazzjonijiet tal-Armi, l-Istati Membri tal-UE komplew jawtorizzaw it-trasferimenti tal-armi lejn l-Arabja Sawdija wara l-eskalazzjoni tal-kunflitt, bi ksur tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta’ Diċembru 2008 dwar il-kontroll tal-esportazzjonijiet tal-armi; billi r-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-25 ta' Frar 2016 dwar is-sitwazzjoni umanitarja fil-Jemen appellat lill-VP/RGħ biex tniedi inizjattiva maħsuba biex l-UE timponi embargo fuq l-armi fil-konfront tal-Arabja Sawdija, bi qbil mal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK;

N.  billi, skont il-UNICEF, l-edukazzjoni ta' 2 miljun tifel u tifla waqfet għalkollox; billi, skont l-OCHA, "aktar minn 1 700 skola fil-preżent mhumiex f'qagħda li jintużaw minħabba ħsarat relatati mal-kunflitt, minħabba li qed jospitaw lil persuni spostati internament, jew minħabba li huma okkupati minn gruppi armati"; billi ġew iddokumentati każijiet ta' reklutaġġ u użu ta' tfal biex jiġġieldu jew jaqdu dmirijiet militari; billi eluf ta' għalliema, wara li ma tħallsux għal aktar minn sena, ma kellhomx għażla oħra għajr li jitilqu minn xogħolhom biex isibu mezz ta' dħul ieħor; billi, minħabba l-qerda ta' infrastruttura kritika, huwa diffiċli li jintlaħqu l-perċentwal żgħir ta' skejjel li għadhom qed jiffunzjonaw;

O.  billi l-ġurnalisti ripetutament mhumiex jitħallew jidħlu fil-Jemen, b'mod partikolari mill-koalizzjoni mmexxija mill-Arabja Sawdija, anke billi jiġu pprojbiti minn titjiriet ta' għajnuna tan-NU lejn il-belt kapitali Sana'a, li tinsab ikkontrollata mir-ribelli Houthi;

P.  billi d-deċiżjoni biex ċerti individwi jiżdiedu fil-lista tal-objettivi tal-operazzjonijiet bid-drones spiss tittieħed mingħajr mandati tal-qorti jew inġunzjonijiet; billi l-attakki fuq ċerti individwi u l-qtil sussegwenti tagħhom qed isiru mingħajr proċess ġust;

Q.  billi, mill-bidu tal-kunflitt, l-Unjoni Ewropea allokat EUR 171,7 miljun f'għajnuna umanitarja; billi l-għajnuna umanitarja tal-UE tagħti prijorità lis-saħħa, lin-nutrizzjoni, lis-sigurtà tal-ikel, lill-protezzjoni, lill-kenn, kif ukoll lill-ilma u lis-servizzi sanitarji;

R.  billi minkejja l-Konferenza ta' Livell Għoli tad-Donaturi għall-Kriżi Umanitarja fil-Jemen li saret f'Ġinevra f'April 2017, li matulha bosta pajjiżi u organizzazzjonijiet wiegħdu donazzjonijiet b'valur ta' USD 1,1 biljun, sal-21 ta' Novembru 2017 id-donaturi kienu taw fondi li jammontaw biss għal 56,9 % mill-USD 2,3 biljun li n-NU talbet f'għajnuna umanitarja għall-Jemen għall-2017;

1.  Jikkundanna bl-aktar mod qawwi l-vjolenza li għaddejja bħalissa fil-Jemen u l-attakki kollha kontra l-persuni ċivili u l-infrastruttura ċivili, li jikkostitwixxu delitti tal-gwerrra; jesprimi tħassib serju dwar id-deterjorament allarmanti tas-sitwazzjoni umanitarja fil-Jemen; jiddispjaċih ferm għat-telf ta' ħajja kkawżat mill-kunflitt u għat-tbatija estrema ta' dawk li huma mċaħħda mill-għajnuna umanitarja u mill-prodotti bażiċi, u li nqabdu fil-ġlied, li ġew spustjati jew li tilfu l-mezzi tal-għajxien tagħhom, u jagħti l-kondoljanzi tiegħu lill-familji tal-vittmi; itenni l-impenn tiegħu li jkompli jappoġġja lill-Jemen u lill-poplu Jemenit;

2.  Itenni l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-isforzi tas-Segretarju Ġenerali tan-NU u tal-Mibgħut Speċjali tas-Segretarju Ġenerali għall-Jemen sabiex in-negozjati jaqbdu mill-ġdid; jenfasizza li hija biss soluzzjoni politika, inklużiva u nnegozjata għall-kunflitt li tista' ġġib lura l-paċi u żżomm l-għaqda, is-sovranità, l-indipendenza u l-integrità territorjali tal-Jemen; jistieden lill-atturi internazzjonali u reġjonali kollha jinvolvu ruħhom b'mod kostruttiv mal-partijiet preżenti fil-Jemen sabiex tkun tista' tittaffa l-intensità tal-kunflitt u tintlaħaq soluzzjoni nnegozjata; iħeġġeġ lill-Arabja Sawdija u lill-Iran jaħdmu biex itemmu l-ġlied fil-Jemen u biex itejbu r-relazzjonijiet bilaterali; jistieden lill-Iran jieqaf minnufih jagħti appoġġ lill-forzi Houthi fil-Jemen, kemm direttament kif ukoll permezz ta' intermedjarji;

3.  Jistieden lill-partijiet kollha involuti fil-kunflitt jilħqu ftehim b'urġenza dwar waqfien tal-ostilitajiet immonitorjat min-NU, bħala l-ewwel pass lejn il-qbid mill-ġdid tat-taħdidiet ta' paċi taħt it-tmexxija tan-NU; iħeġġeġ lill-partijiet kollha biex, b'bona fide u mingħajr prekundizzjonijiet, jimpenjaw ruħhom mill-aktar fis possibbli f'ċiklu ġdid ta' negozjati ta' paċi mmexxija min-NU; jiddispjaċih għad-deċiżjoni tal-ġellieda Houthi u tal-alleati tagħhom li jirrifjutaw lil Ismail Ould Cheikh Ahmed bħala negozjatur tal-paċi;

4.  Jistieden lill-VP/RGħ tipproponi b'urġenza strateġija integrata tal-UE għall-Jemen u ġġedded l-isforzi favur inizjattiva ta' paċi għall-Jemen taħt il-patroċinju tan-NU; isostni mill-ġdid l-appoġġ tiegħu għall-isforzi tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) biex jiffaċilita l-qbid mill-ġdid tan-negozjati, u jħeġġeġ lill-partijiet kollha involuti fil-kunflitt jirreaġixxu għal dawn l-isforzi b'mod kostruttiv u mingħajr ma jiffissaw prekundizzjonijiet; jenfasizza li l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' bini ta' fiduċja – bħar-rilaxx tal-priġunieri politiċi, passi immedjati lejn waqfien mill-ġlied sostenibbli, mekkaniżmu għall-irtirar tal-forzi taħt is-superviżjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, l-iffaċilitar tal-aċċess umanitarju u kummerċjali, inizjattivi Track II li jinvolvu parteċipanti fil-livell tal-politika, tas-sigurtà u tas-soċjetà ċivili – hija essenzjali biex jiġi ffaċilitat ritorn għad-direzzjoni politika t-tajba;

5.  Jiddeplora l-fatt li l-Arabja Sawdija u s-sħab tal-koalizzjoni tagħha għalqu l-portijiet marittimi, l-ajruporti u l-punti ta' qsim tal-fruntiera fil-Jemen, li wassal biex is-sitwazzjoni fil-pajjiż kompliet tmur għall-agħar; iqis li l-miżuri meħudin mill-koalizzjoni intiżi biex jerġgħu jinbdew l-operazzjonijiet fil-port ta' Aden u biex jinfetaħ il-punt ta' qsim tal-fruntiera f'al-Wadea huma pass fid-direzzjoni t-tajba; iħeġġeġ lill-koalizzjoni tiżgura li l-attivitajiet tal-portijiet ta' Hodeida u Saleef jerġgħu jinbdew minnufih, li l-fruntieri tal-art jinfetħu għall-għajnuna umanitarja u li l-prodotti kummerċjali bażiċi jkunu jistgħu jitwasslu fil-pajjiż;

6.  Jenfasizza li l-KSNU, bil-ħsieb li jindirizza l-emerġenza umanitarja kif ukoll li jibni l-fiduċja bejn in-naħat b'mod li jwassal għal negozjati politiċi, qed iħeġġeġ li jintlaħaq ftehim malajr dwar l-użu ta' kontrolli addizzjonali fil-qafas tal-Mekkaniżmu ta' Verifika u Spezzjoni tan-NU, biex b'hekk tiżdied il-kapaċità tal-portijiet kollha tal-Jemen u jkun hemm aċċess akbar għall-ajruport ta' Sana'a;

7.  Jistieden lill-partijiet kollha involuti jagħtu aċċess umanitarju sħiħ u immedjat għaż-żoni milquta mill-kunflitt sabiex dawk fil-bżonn ikunu jistgħu jintlaħqu u jappella biex tkun żgurata s-sigurtà tal-ħaddiema umanitarji; jistieden lill-Kunsill u lill-KSNU biex, waqt l-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 2216 tal-KSNU, jidentifikaw l-individwi li qed jostakolaw it-twassil tal-għajnuna umanitarja fil-Jemen u jimponu fuqhom sanzjonijiet immirati;

8.  Jikkundanna l-attakki indiskriminati mill-ajru mmexxija mill-koalizzjoni li qed iħallu vittmi ċivili, inklużi tfal, u li jed jeqirdu l-infrastruttura ċivili u medika; jikkundanna l-attakki tant ieħor indiskriminati mill-Houthis u l-forzi alleati li kkaġunaw il-mewt ta' persuni ċivili u wasslu biex dawn il-gruppi jużaw l-isptarijiet u l-iskejjel bħala bażijiet biex minnhom iwettqu l-attakki tagħhom;

9.  Jikkundanna l-attakki indiskriminati bil-missili li twettqu fl-4 ta' Novembru 2017 mill-forzi Houthi/Saleh fuq bliet tal-Arabja Sawdija, b'mod partikolari fuq l-ajruport internazzjonali ċivili ewlieni ta' Riyadh (l-Ajruport Internazzjonali King Khaled);

10.  Iħeġġeġ lill-partijiet kollha jagħtu l-aċċess għall-pajjiż lill-ġurnalisti, inkluż fit-territorji kollha u fiż-żoni kollha ta' kunflitt fil-pajjiż; jinnota li l-imblokk impost mill-Jemen biex il-ġurnalisti ma jidħlux fil-pajjiż huwa l-kaġun tan-nuqqas ta' rappurtaġġ tal-kriżi, u dan qed ixekkel l-isforzi tal-ħaddiema umanitarji milli jiġbdu l-attenzjoni tal-komunità internazzjonali u tad-donaturi rigward is-sitwazzjoni katastrofika; jilqa' l-ħelsien riċenti ta' Yahya Abdulraqeeb al-Jubeihi, Abed al-Mahziri u Kamel al-Khozani u jħeġġeġ il-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tal-ġurnalisti kollha li għadhom il-ħabs;

11.  Jistieden lin-naħat kollha jikkonformaw mad-dritt umanitarju internazzjonali u mad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem sabiex jiżguraw il-protezzjoni tal-persuni ċivili u sabiex iżommu lura milli jkollhom fil-mira diretta tagħhom l-infrastrutturi ċivili, b'mod partikolari l-faċilitajiet mediċi u s-sistemi tal-ilma;

12.  Ifakkar li l-attakki intenzjonati kontra l-persuni ċivili u l-infrastruttura ċivili, inklużi l-isptarijiet u l-persunal mediku, jikkostitwixxu ksur serju tad-dritt umanitarju internazzjonali; iħeġġeġ lill-komunità internazzjonali tieħu provvedimenti għall-prosekuzzjoni kriminali internazzjonali tal-persuni responsabbli għal każijiet ta' ksur tad-dritt internazzjonali mwettqa fil-Jemen; jappoġġa bis-sħiħ, f'dan ir-rigward, id-deċiżjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU li twettaq investigazzjoni komprensiva dwar id-delitti mwettqa fil-kunflitt fil-Jemen;

13.  Jappoġġa bis-sħiħ l-isforzi mill-Istati Membri tal-UE u minn pajjiżi terzi biex jistabbilixxu mekkaniżmi internazzjonali bil-għan li jiġbru l-provi u li jitolbu rendikont lil dawk responsabbli għall-ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u għall-ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali; jisħaq li, biex tinkiseb soluzzjoni fit-tul għall-kunflitt, huwa indispensabbli li min wettaq vjolazzjonijiet jagħti kont ta' għemilu; jilqa', f'dan ir-rigward, l-istabbiliment ta' Grupp ta' Esperti Internazzjonali u Reġjonali Eminenti tan-NU li jkollu l-mandat li jimmonitorja u jirrapporta dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Jemen u li jwettaq eżami komprensiv tal-allegazzjonijiet kollha ta' ksur u abbużi tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u ta' oqsma rilevanti u applikabbli oħra tad-dritt internazzjonali mwettqa mill-partijiet kollha involuti fil-kunflitt sa minn Marzu 2015; jiddeplora l-fatt li l-isforzi biex issir inkjesta indipendenti ġew imblukkati;

14.  Jesprimi tħassib serju li l-instabbiltà fil-Jemen ġiet sfruttata minn organizzazzjonijiet terroristiċi u estremisti bħalma huma l-ISIS/Daesh u l-AQAP; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Jemen jerfa' r-responsabbiltajiet tiegħu fil-ġlieda kontra l-ISIS/Daesh u l-AQAP; jenfasizza l-ħtieġa li l-partijiet kollha involuti fil-kunflitt jieħdu azzjoni deċiża kontra tali gruppi, li l-attivitajiet tagħhom jirrappreżentaw theddida serja għal soluzzjoni nnegozjata u għas-sigurtà fir-reġjun u lil hinn minnu; itenni l-impenn tal-UE li topponi l-gruppi estremisti u l-ideoloġiji tagħhom u jisħaq fuq il-bżonn li l-partijiet fir-reġjun jagħmlu l-istess;

15.  Jistieden lill-Kunsill jippromwovi b'mod effikaċi l-konformità mad-dritt umanitarju internazzjonali, kif previst fil-linji gwida rilevanti tal-UE; itenni, b'mod partikolari, il-ħtieġa li l-Istati Membri kollha tal-UE japplikaw strettament ir-regoli stabbiliti fil-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK; ifakkar, f'dan ir-rigward, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Frar 2016 dwar is-sitwazzjoni umanitarja fil-Jemen, li tistieden lill-VP/RGħ tniedi inizjattiva bil-għan li l-UE timponi embargo fuq l-armi fil-konfront tal-Arabja Sawdija, fid-dawl tal-allegazzjonijiet serji ta' vjolazzjonijiet tad-dritt umanitarju internazzjonali mill-Arabja Sawdija fil-Jemen u tal-fatt li, jekk ikomplu jinħarġu l-liċenzji għall-bejgħ tal-armi lill-Arabja Sawdija, dan ikun għalhekk qed jikser il-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK;

16.  Jappoġġja l-appell tal-UE lill-partijiet kollha involuti fil-kunflitt biex jieħdu l-passi kollha meħtieġa ħalli jipprevjenu u jiġġieldu l-forom kollha ta' vjolenza, inklużi l-vjolenza sesswali u dik ibbażata fuq il-ġeneru, f'sitwazzjonijiet ta' kunflitt armat; jikkundanna bil-qawwa l-ksur tad-drittijiet tat-tfal u jinsab preokkupat dwar l-aċċess limitat tat-tfal anki għall-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni bażiċi; jikkundanna r-reklutaġġ u l-użu ta' suldati tfal fit-taqbid, kemm mill-forzi tal-gvern kif ukoll mill-gruppi armati tal-oppożizzjoni;

17.  Jilqa' l-impenji meħuda waqt il-Konferenza ta' Livell Għoli tad-Donaturi għall-Kriżi Umanitarja fil-Jemen u jisħaq fuq il-ħtieġa li jkun hemm azzjoni umanitarja kkoordinata taħt it-tmexxija tan-NU biex tittaffa t-tbatija tal-poplu tal-Jemen; jitlob il-mobilizzazzjoni immedjata tal-fondi mwiegħda lill-Jemen u l-finanzjament sħiħ tal-Pjan ta' Rispons Umanitarju 2017 tan-NU għall-Jemen;

18.  Jilqa' l-fatt li l-UE u l-Istati Membri tagħha huma lesti jintensifikaw l-għajnuna umanitarja lill-popolazzjoni fil-pajjiż kollu bil-għan li jindirizzaw il-ħtiġijiet dejjem jiżdiedu u li jimmobilizzaw l-assistenza tagħhom għall-iżvilupp sabiex ikunu jistgħu jiġu ffinanzjati proġetti f'setturi kruċjali;

19.  Jappoġġja bil-qawwa l-ħidma tas-Sotto-Segretarju Ġenerali tan-NU għall-Affarijiet Umanitarji u Koordinatur tal-Għajnuna ta' Emerġenza, Mark Lowcock – u tal-predeċessur tiegħu, Stephen O'Brien – biex tittaffa t-tbatija tal-popolazzjoni Jemenita;

20.  Jistieden lill-UE u l-Istati Membri tagħha biex, flimkien mal-isforzi umanitarji u politiċi tagħhom, jappoġġjaw l-azzjonijiet ta' bini tal-paċi u ta' reżiljenza, inkluż bl-appoġġ għall-atturi tas-soċjetà ċivili u għall-istrutturi lokali ekonomiċi u ta' governanza, sabiex jiġi żgurat l-istabbiliment mill-ġdid tas-servizzi u tal-infrastrutturi bażiċi, tiġi stimulata l-ekonomija lokali u jiġu promossi l-paċi u l-koeżjoni soċjali;

21.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf, lis-Segretarju Ġenerali tal-Lega tal-Istati Għarab u lill-Gvern tal-Jemen.

(1) Testi adottati: P8_TA(2017)0273.
(2) Testi adottati: P8_TA(2016)0066.
(3) ĠU C 265, 11.8.2017, p. 93.
(4) Testi adottati, P8_TA(2016)0201.
(5) ĠU C 285, 29.8.2017, p. 110.


L-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità
PDF 555kWORD 71k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità (2017/2127(INI))
P8_TA(2017)0474A8-0339/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 9, 10, 19, 168 u 216(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-Artikoli 2 u 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23, 25 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (is-CRPD) u d-dħul fis-seħħ tagħha fl-UE fil-21 ta' Jannar 2011 skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE tas-26 ta' Novembru 2009 dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà(1),

–  wara li kkunsidra l-Kodiċi ta' Kondotta bejn il-Kunsill, l-Istati Membri u l-Kummissjoni li jistabbilixxi arranġamenti interni għall-implimentazzjoni mill-Unjoni Ewropea kif ukoll għar-rappreżentanza tagħha relatati mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità,

–  wara li kkunsidra l-Osservazzjonijiet Konklużivi tal-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità tat-2 ta' Ottubru 2015 dwar ir-rapport inizjali tal-Unjoni Ewropea(2),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali (Sensiela tat-Trattati Ewropej, Nru 5, 1950), u l-protokolli tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Karta Soċjali Ewropea (ETS Nru 35, 1961, riveduta fl-1996; ETS Nru 163),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa Rec(2002)5 tal-Kumitat tal-Ministri lill-Istati Membri dwar il-protezzjoni tan-nisa kontra l-vjolenza, u r-Rakkomandazzjoni CM/Rec(2007)17 dwar l-istandards u l-mekkaniżmi ta' ugwaljanza bejn is-sessi,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa (CEDAW) tat-18 ta' Diċembru 1979 u l-Protokoll Fakultattiv tagħha tas-6 ta' Ottubru 1999,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE(3),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol(4),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-2 ta' Diċembru 2015 għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (COM(2015)0615),

–  wara li kkunsidra l-kunsens Ewropew il-ġdid għall-iżvilupp bit-titolu "Id-dinja tagħna, id-dinjità tagħna, il-ġejjieni tagħna", dikjarazzjoni konġunta mill-Kunsill u mir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea u l-impenn f’dan ir-rigward li jitqiesu l-bżonnijiet speċifiċi tal-persuni b'diżabilità fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp,

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-2 ta' Frar 2017 bit-titolu "Rapport ta' Progress dwar l-Implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020" (SWD(2017)0029),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Novembru 2010 bit-titolu "Strateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020: Impenn mill-ġdid għal Ewropa mingħajr ostakoli" (COM(2010)0636),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2016 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea fl-2015(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Settembru 2016 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol ("Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi")(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Lulju 2016 dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, b'riferiment partikolari għall-Osservazzjonijiet Konklużivi tal-Kumitat tan-NU dwar is-CRPD(7),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-Lista ta' Kwistjonijiet adottata mill-Kumitat tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità b'rabta mar-rapport inizjali tal-Unjoni Ewropea(8),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-mobilità u l-inklużjoni ta' persuni b'diżabilità u l-Istrateġija Ewropea dwar id-Diżabilità 2010-2020(9),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol(10),

–  wara li kkunsidra t-tgħarrif tas-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew bit-titolu "The European Disability Strategy 2010-2020" (L-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020),

–  wara li kkunsidra l-istudju tad-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni tal-Unjoni tal-Parlament bit-titolu "Discrimination Generated by the Intersection of Gender and Disability" (Diskriminazzjoni Ġġenerata mill-Intersezzjoni tas-Sessi u d-Diżabilità),

–  wara li kkunsidra l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Annwali 2016 tal-Ombudsman Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Rapporti dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-2016 u l-2017 tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali,

–  wara li kkunsidra r-rapporti tematiċi tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali,

–  wara li kkunsidra l-istatistika tal-Eurostat tal-2014 dwar id-diżabilità fir-rigward tal-aċċess għas-suq tax-xogħol, l-aċċess għall-edukazzjoni u t-taħriġ, u l-faqar u l-inugwaljanzi fid-dħul,

–  wara li kkunsidra l-Konklużjoni tal-Kunsill dwar "Ġejjieni Ewropew sostenibbli: It-tweġiba tal-UE għall-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli" li ġiet ippubblikata fl-20 ta' Ġunju 2017,

–  wara li kkunsidra l-Qafas Ewropew Volontarju għall-Kwalità għas-Servizzi Soċjali (SPC/2010/10/8),

–  wara li kkunsidra l-Aġenda Urbana Ġdida (A/RES/71/256),

–  wara li kkunsidra l-Qafas ta' Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta' Diżastri,

–  wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2016-2020,

–  wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija (2015-2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, il-pożizzjoni fil-forma ta' emendi tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A8-0339/2017),

A.  billi, bħala ċittadini sħaħ(11), il-persuni b'diżabilità kollha għandhom drittijiet ugwali fl-oqsma kollha tal-ħajja u huma intitolati għal dinjità inaljenabbli, trattament ugwali, għajxien indipendenti, awtonomija u parteċipazzjoni sħiħa fis-soċjetà;

B.  billi huwa stmat li fl-Unjoni Ewropea hemm 80 miljun persuna b'diżabilità, li 46 miljun minnhom huma nisa;

C.  billi t-TFUE jirrikjedi li l-Unjoni tiġġieled id-diskriminazzjoni bbażata fuq id-diżabilità fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet tagħha (l-Artikolu 10) u jagħtiha s-setgħa li tadotta leġiżlazzjoni sabiex tindirizza tali diskriminazzjoni (l-Artikolu 19);

D.  billi l-Artikoli 21 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipprojbixxu b'mod espliċitu d-diskriminazzjoni abbażi tad-diżabilità u jipprevedu l-parteċipazzjoni ugwali tal-persuni b'diżabilità fis-soċjetà;

E.  billi l-UNCRPD hija l-ewwel trattat internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem irratifikat mill-UE, u ġie ffirmat ukoll mit-28 Stat Membru u rratifikat minn 27; billi l-UE hija l-akbar donatur ta' għajnuna għall-iżvilupp u waħda mill-aktar partijiet interessati influwenti fil-livell internazzjonali;

F.  billi l-UE hija impenjata favur l-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDG) fi ħdan l-UE u fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp ma' pajjiżi sħab;

G.  billi l-UNCRPD tiddikjara li l-persuni b'diżabilità jinkludu dawk li għandhom indeboliment fiżiku, mentali, intellettwali jew sensjorju fit-tul li, meta f'interazzjoni ma' diversi ostakoli, jista' jxekkel il-parteċipazzjoni sħiħa u effettiva tagħhom fis-soċjetà bħal ħaddieħor; filwaqt li l-Artikolu 9 tal-UNCRPD, huwa ta’ importanza partikolari f'dak ir-rigward;

H.  billi l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ssaħħaħ il-fatt li l-UNCRPD hija vinkolanti fuq l-UE u l-Istati Membri tagħha fl-implimentazzjoni tad-dritt tal-UE, peress li hija strument ta' leġiżlazzjoni sekondarja(12); billi huwa imperattiv li l-għodod ta' politika u d-dritt tal-UE eżistenti jiġu infurzati sabiex tiġi mmassimizzata l-implimentazzjoni tal-UNCRPD;

I.  billi l-persuni b'diżabilità jikkostitwixxu grupp varjat, u billi n-nisa, it-tfal, il-persuni iktar anzjani, u l-individwi bi ħtiġijiet ta' appoġġ kumplessi jew b'diżabilità temporanja jew li ma tidhirx iħabbtu wiċċhom ma' ostakoli addizzjonali u forom multipli ta' diskriminazzjoni;

J.  billi l-persuni b'diżabilità jħabbtu wiċċhom ma' spejjeż addizzjonali, dħul iktar baxx u livell ogħla ta' qgħad; billi l-benefiċċji relatati mad-diżabilità jenħtieġ li jitqiesu bħala għajnuna mill-istat immirata biex tgħin lin-nies jeliminaw l-ostakoli bl-għan li jipparteċipaw bis-sħiħ fis-soċjetà, inkluż permezz tal-impjieg;

K.  billi t-tfal b'diżabilità għandhom id-dritt li jgħixu mal-familja tagħhom jew f'ambjent tal-familja li jkun konformi mal-aħjar interess tagħhom; billi l-membri tal-familja ta' spiss ikollhom inaqqsu jew iwaqqfu l-attivitajiet professjonali tagħhom biex jindukraw membri tal-familja b'diżabilità;

L.  billi l-prinċipji tal-UNCRPD jmorru ferm lil hinn mid-diskriminazzjoni, u juru t-triq lejn it-tgawdija sħiħa tad-drittijiet tal-bniedem mill-persuni kollha b'diżabilità u mill-familji tagħhom f'soċjetà inklużiva;

M.  billi għadha qed tiġi adottata leġiżlazzjoni ġdida u reveduta mingħajr ebda referenza għall-UNCRPD u l-aċċessibilità; billi l-aċċessibilità hija prerekwiżit għall-parteċipazzjoni; billi l-UE, bħala parti għall-UNCRPD, għandha d-dmir li tiżgura l-involviment mill-qrib u l-parteċipazzjoni attiva tal-persuni b'diżabilità u tal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-politiki filwaqt li tirrispetta l-kunċetti diversi ta' diżabilità;

N.  billi l-istereotipi, il-kunċetti żbaljati u l-preġudizzji huma parti mill-għeruq ta' dak li jikkawża d-diskriminazzjoni, l-istigma u l-inugwaljanza;

O.  billi l-persuni b'diżabilità ta' spiss isofru minn nuqqas ta' appoġġ, protezzjoni, komunikazzjoni u informazzjoni dwar id-drittijiet u s-servizzi ta' kura tas-saħħa, protezzjoni kontra l-vjolenza u kura tat-tfal, u m'għandhom l-ebda aċċess jew ftit għandhom aċċess għal tali servizzi u informazzjoni; billi l-persunal tas-servizzi tas-saħħa jenħtieġ li jkun imħarreġ b'mod xieraq dwar il-ħtiġijiet speċifiċi tal-persuni b'diżabilità;

P.  billi parti konsiderevoli mill-4 miljun persuna li ta' kull sena jispiċċaw mingħajr dar għandhom diżabilità, u billi dawn ġew injorati bħala grupp fil-mira tal-UNCRPD u l-Istrateġija tal-UE dwar id-Diżabilità;

Q.  billi, minkejja l-bosta konvenzjonijiet internazzjonali, leġiżlazzjonijiet u strateġiji tal-UE u nazzjonali, il-persuni b'diżabilità xorta għadhom mhux jipparteċipaw fis-soċjetà u jgawdu drittijiethom b'mod sħiħ; billi l-parteċipazzjoni tal-persuni b'diżabilità tista' tinkiseb biss jekk ikunu inklużi fil-ħajja politika u pubblika, fejn ta' spiss mhumiex rappreżentati biżżejjed, bi qbil mal-Artikolu 29 tal-UNCRPD;

R.  billi r-rapport ta' progress tal-Kummissjoni juri li hemm dewmien evidenti fl-implimentazzjoni tal-obbligi li jidderivaw mill-UNCRPD kemm fil-livell tal-UE kif ukoll fil-livell tal-Istati Membri; billi għad hemm sfidi u diskrepanzi fil-qafas tal-istrateġija u hemm bżonn ta' perspettiva fit-tul għall-allinjament tal-politiki, il-liġijiet u l-programmi tal-UE mal-UNCRPD;

S.  billi l-mudell ta' għajxien indipendenti, kif enfasizzat mll-UNCRPD, jissalvagwardja l-ogħla livell ta' aċċessibilità possibbli; billi l-aċċess għal servizzi oħrajn bħat-trasport aċċessibbli, u l-aċċess għall-attivitajiet kulturali u rikreattivi, huma wkoll komponent ta' għajxien ta' kwalità u jistgħu jikkontribwixxu għall-integrazzjoni tal-persuni b'diżabilità;

T.  billi huwa imperattiv li jkun hemm aċċess għas-suq tax-xogħol inklużiv u attiv peress li dan huwa wieħed mill-mezzi prinċipali għall-promozzjoni tal-indipendenza għall-persuni b'diżabilità; billi l-aċċess għas-suq tax-xogħol attwalment jammonta għal 58,5 % meta mqabbel ma' 80,5 % fost persuni mingħajr diżabilità, b'ċerti gruppi jħabbtu wiċċhom ma' diskriminazzjoni addizzjonali abbażi tat-tip ta' diżabilità, u billi l-ekonomija soċjali tipprovdi għadd kbir ta' opportunitajiet ta' impjieg għall-persuni b'diżabilità;

U.  billi linji gwida aktar b'saħħithom fil-livell Ewropew u riżorsi adegwati, kif ukoll taħriġ fi kwistjonijiet ta' diżabilità jistgħu jsaħħu l-effikaċja u l-indipendenza tal-korpi li jippromwovu l-ugwaljanza fil-livell nazzjonali;

V.  billi waħda mill-erba' prijoritajiet stabbiliti mill-Kummissjoni wara d-Dikjarazzjoni ta' Pariġi dwar il-promozzjoni taċ-ċittadinanza u l-valuri komuni ta' libertà, tolleranza u nondiskriminazzjoni permezz tal-edukazzjoni, hija li trawwem l-edukazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ żvantaġġati, billi jiġi żgurat li s-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ tagħna jindirizzaw il-bżonnijiet tagħhom;

W.  billi l-ispiża kumplessiva li tirriżulta jekk il-persuni b'diżabilità jinżammu barra mis-suq tax-xogħol hija ogħla minn dik li tirriżulta jekk ikunu inklużi fil-post tax-xogħol; billi dan jgħodd aktar u aktar għall-persuni bi ħtiġijiet ta' appoġġ multipli fejn il-membri tal-familja jafu jiġu sfurzati jsiru ndokraturi;

X.  billi l-għadd ta' persuni b'diżabilità b'impjieg jaf hu aktar baxx minn dak li tindika d-data, meta wieħed iqis li ħafna jaqgħu fil-kategorija ta' "mhux impjegabbli" jew jaħdmu fis-settur protett jew f'ambjenti aktar protetti, m'għandhomx l-istatus ta' impjegat u għaldaqstant ma jidhrux fid-data u l-istatistika uffiċjali;

Y.  billi l-impjegaturi jridu jiġu appoġġati u mħeġġa jiżguraw li l-persuni b'diżabilità jkunu awtonomizzati tul it-traġitt sħiħ mill-edukazzjoni sal-impjieg; billi, għal dan l-għan, is-sensibilizzazzjoni tal-imjegaturi hija mezz wieħed biex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni fir-reklutaġġ ta' persuni b'diżabilità;

Z.  billi l-miżuri fuq il-post tax-xogħol huma kruċjali kemm għall-promozzjoni ta' saħħa mentali pożittiva kif ukoll għall-prevenzjoni tal-mard mentali u d-diżabilitajiet psikosoċjali;

AA.  billi l-UE hija l-akbar donatur ta' għajnuna għall-iżvilupp fid-dinja, u għandha rwol ewlieni fil-programmi ta' inklużjoni tal-persuni b'diżabilità;

AB.  billi d-diskriminazzjoni fl-impjieg mhijiex kwistjoni iżolata; billi d-diskriminazzjoni fl-edukazzjoni, fit-taħriġ vokazzjonali u fl-akkomodazzjoni, u n-nuqqas ta' aċċess għat-trasport ifissru diskriminazzjoni fl-impjieg;

AC.  billi 75 % tal-persuni b'diżabilità serja fl-UE ma għandhomx l-opportunità li jipparteċipaw bis-sħiħ fis-suq tax-xogħol; billi kemm is-sottoimpjieg kif ukoll il-qgħad jistgħu jikkostitwixxu problema b'mod partikolari għall-persuni li jbatu minn disturbi fl-ispettru awtistiku jew dawk li huma torox u li għandhom problemi ta' smigħ kif ukoll il-persuni għomja jew dawk torox-għomja;

AD.  billi l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u l-Pilastru tad-Drittijiet Soċjali jafu jkunu mezzi potenzjali għall-implimentazzjoni tal-UNCRPD;

AE.  billi n-nuqqas ta' kapaċità ġuridika jikkostitwixxi ostakolu sinifikanti għall-eżerċitar tad-dritt tal-vot, inkluż fl-elezzjonijiet Ewropej;

AF.  billi 34 % tan-nisa bi problema tas-saħħa jew diżabilità esperjenzaw vjolenza fiżika jew sesswali mwettqa minn sieħeb tul ħajjithom;

AG.  billi l-Artikolu 168(7) tat-TFUE jagħti lill-Istati Membri r-responsabilità li jiddefinixxu l-politiki tas-saħħa tagħhom u jipprovdu s-servizzi tas-saħħa, u dan juri l-importanza vitali tal-konsultazzjoni u l-involviment tal-Istati Membri sabiex l-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità tirnexxi;

AH.  billi l-Artikolu 25 tal-UNCRPD jsaħħaħ id-dritt ta' persuni b'diżabilità li jiksbu l-ogħla standard tal-kura tas-saħħa li jista' jintlaħaq, mingħajr diskriminazzjoni;

AI.  billi l-persuni b'diżabilità huma partikolarment vulnerabbli għan-nuqqasijiet fis-servizzi tal-kura tas-saħħa, u dan iwassal għal imġiba ta' riskju għas-saħħa u rati ogħla ta' mwiet prematuri;

L-oqsma ewlenin ta' azzjoni

L-aċċessibilità

1.  Jirrikonoxxi l-importanza li l-aċċessibilità tiġi definita u applikata b'mod olistiku, u l-valur tagħha bħala bażi għall-persuni b'diżabilità biex igawdu minn opportunitajiet ugwali u inklużjoni soċjali u parteċipazzjoni ġenwini fis-soċjetà, kif rikonoxxut fil-UNCRPD u b'konformità mal-Kumment Ġenerali Nru 2 tal-UNCRPD, b'kont meħud tad-diversità tal-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabilità u l-promozzjoni tal-importanza dejjem tikber ta' disinn għal kulħadd bħala prinċipju tal-UE;

2.  Ifakkar lill-Kummissjoni fl-obbligu tagħha li tintegra d-diżabilità u tiżviluppa u tippromwovi l-aċċessibilità fl-oqsma ta' politika kollha kemm fis-setturi pubbliċi kif ukoll f'dawk privati, u jirrakkomanda li jitwaqqfu unitajiet b'għarfien espert b'rabta mal-aċċessibilità fi ħdan il-ġerarkija tal-Kummissjoni bl-għan li jiġi vverifikat li dan id-dmir qed jitwettaq;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi rekwiżiti obbligatorji dwar l-aċċessibilità tal-ispazji pubbliċi u speċjalment tal-ambjent mibni;

4.  Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ u jimmonitorjaw b'mod kontinwu l-leġiżlazzjoni kollha relatata mal-aċċessibilità, inklużi d-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva, il-Pakkett tat-Telekomunikazzjonijiet u d-Direttiva dwar l-Aċċessibilità għall-Web, kif ukoll ir-regolamenti rilevanti dwar it-trasport u d-drittijiet tal-passiġġieri; jistieden lill-UE, f'dan il-kuntest, tikkoordina u timmonitorja tali implimentazzjoni minbarra li tippromwovi r-ratifika tal-UNCRPD internament u esternament;

5.  Jittama li l-koleġiżlaturi tal-UE jadottaw, mingħajr dewmien, l-Att Ewropew dwar l-Aċċessibilità; jirrakkomanda li, sabiex il-UNCRPD tiġi implimenta bis-sħiħ, it-test finali jenħtieġ li jtejjeb l-aċċessibilità tal-prodotti u s-servizzi għall-persuni b'diżabilità u l-persuni b'limitazzjonijiet funzjonali; jenfasizza li huma meħtieġa regoli Ewropej komprensivi kemm dwar l-aċċessibilità tal-ambjent mibni kif ukoll dwar l-aċċess għall-mezzi kollha tat-trasport;

6.  Jinsab imħasseb li l-monitoraġġ ta' xi atti leġiżlattivi, bħad-Direttiva dwar l-Aċċessibilità għall-Web(13) jew ir-Regolament dwar l-Aċċessibilità Ferrovjarja(14), isir permezz ta' awtovalutazzjoni mill-industrija u l-Istati Membri u ma jitwettaqx minn entità indipendenti; jirrakkomanda, għaldaqstant, li l-Kummissjoni ttejjeb il-valutazzjoni tal-konformità tagħha u tqis l-iżvilupp ta' leġiżlazzjoni dwar il-monitoraġġ sabiex ikun żgurat li d-drittijiet tal-persuni b'diżabilità jiġu rrispettati, inkluż, pereżempju, fl-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 261/2004(15);

7.  Ifakkar li l-implimentazzjoni tal-obbligi kollha relatati mal-aċċessibilità tirrikjedi finanzjament suffiċjenti fil-livell tal-UE, fil-livell nazzjonali u fil-livell lokali; jistieden lill-UE tiżgura li l-programmi ta' finanzjament kollha huma aċċessibbli, jimxu fuq approċċ ta' disinn għal kulħadd u jinkludu baġit separat għall-aċċessibilità; jistieden lill-Istati Membri jagħtu spinta lill-investiment pubbliku sabiex tiġi żgurata l-aċċessibilità tal-persuni b'diżabilità kemm għall-ambjent fiżiku kif ukoll għal dak diġitali;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-aċċessibilità permezz ta' appoġġ għall-iżvilupp tal-ICT u billi jappoġġaw l-inizjattivi relatati kollha, inklużi n-negozji l-ġodda li joperaw fil-qasam tas-sikurezza tal-persuni b'diżabilità;

9.  Huwa favur l-istudju u l-użu tal-aħjar prattiki f'dak li għandu x'jaqsam ma' għajxien indipendenti fl-UE;

10.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li n-numru ta' emerġenza 112 ikun aċċessibbli totalment għall-persuni kollha b'kull tip ta' diżabilità, u li l-aspetti kollha tal-politiki u l-programmi għat-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri jkunu inklużivi u aċċessibbli għall-persuni kollha b'diżabilità;

11.  Jinsab imħasseb minħabba li l-kundizzjonalità ex ante tal-akkwist pubbliku ta' xiri aċċessibbli qabel l-iffirmar ta' kuntratt pubbliku mhux qed tiġi implimentata biżżejjed fil-livell nazzjonali; jirrakkomanda, f'dan ir-rigward, li jinħoloq portal, b'mod simili għall-akkwist pubbliku ekoloġiku, bil-linji gwida kollha dwar l-aċċessibilità;

12.  Jirrakkomanda bil-qawwa li l-proċeduri għat-tressiq tal-ilmenti b'rabta mad-drittijiet tal-passiġġieri jsiru għalkollox aċċessibbli u adatti għall-persuni b'diżabilità, u li jingħataw numru ikbar ta' responsabilitajiet ta' infurzar daqstant b'saħħithom lill-Korpi Nazzjonali tal-Infurzar;

13.  Jenfasizza, b'mod partikolari, li l-aċċessibilità hija prinċipju ċentrali tal-UNCRPD, u prekundizzjoni għall-eżerċizzju ta' drittijiet oħra minquxa fil-Konvenzjoni; jissottolinja li għadd konsistenti ta' petizzjonijiet imressqa minn ċittadini Ewropej jilmentaw dwar in-nuqqas ta' aċċessibilità jew il-preżenza ta' ostakoli arkitettoniċi; jenfasizza li d-dritt għall-aċċessibilità, kif definit fl-Artikolu 9 tal-UNCRPD, irid jiġi implimentat b'mod komprensiv sabiex jiġi żgurat li l-persuni b'diżabilità jkunu jistgħu jaċċessaw l-ambjent tagħhom, it-trasport, il-faċilitajiet u s-servizzi pubbliċi, kif ukoll it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-aċċessibilità tkun prijorità għolja u tiġi integrata aħjar fl-oqsma ta' politika kollha marbuta mad-diżabilità;

14.  Jinnota li l-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitali jenħtieġ li tiġi implimentata b'tali mod li jiġi żgurat aċċess sħiħ għall-aspetti kollha tagħha għall-persuni b'diżabilità;

Il-parteċipazzjoni

15.  Jilqa' l-proġett tal-Karta tad-Diżabilità tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, jinkludu lill-pajjiżi kollha f'inizjattiva fit-tul futura bil-ħsieb li jinkiseb kamp ta' applikazzjoni identiku għall-kard Ewropea għall-parkeġġ, u jinkludu aċċess għas-servizzi li jagħti lok għal parteċipazzjoni fil-ħajja kulturali u t-turiżmu;

16.  Jinsab imħasseb dwar l-użu kontinwu tal-mudell mediku ta' diżabilità li aktar jiffoka fuq id-dijanjożi medika tal-persuni b'diżabilità milli fuq l-ostakoli ambjentali li jħabbtu wiċċhom magħhom; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħti bidu għal reviżjoni ta' dan l-approċċ, b'mod partikolari fil-qasam tal-ġbir tad-data; jistieden lill-Istati Membri jeżaminaw modi kif issir ħidma lejn definizzjoni komuni ta' diżabilità;

17.  Jilqa' l-progress miksub fir-rigward tat-Trattat ta' Marrakexx; josserva li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fl-opinjoni tagħha tal-14 ta' Frar 2017, indikat li l-UE għandha kompetenza esklużiva fir-rigward tal-konklużjoni tat-Trattat ta' Marrakexx, peress li l-korp tal-obbligi tat-Trattat ta' Marrakexx jaqa' f'qasam li fil-biċċa l-kbira diġà huwa kopert minn regoli komuni tal-UE; jirrakkomanda li l-UE u l-Istati Membri jistabbilixxu pjan ta' azzjoni biex jiżguraw li dan jiġi implimentat bis-sħiħ; jistieden lill-UE ma tirratifikax l-opzjoni li tikkonċerna l-piż ekonomiku;

18.  Huwa tal-fehma li l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, b'mod partikolari fil-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss, iridu jirrispettaw il-UNCRPD u jenħtieġ li jkomplu jrawmu d-deistituzzjonalizzazzjoni bħala kwistjoni ta' prijorità u li jenħtieġ li, barra minn hekk, jiffinanzjaw servizzi ta' appoġġ biex jippermettu li l-persuni b'diżabilità jgawdu d-dritt li jgħixu ħajja indipendenti fil-komunità; jemmen li l-Kummissjoni jenħtieġ li timmonitorja mill-qrib l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tal-kundizzjonalitajiet ex ante dwar it-tranżizzjoni minn servizzi istituzzjonali għal servizzi bbażati fil-komunità, li jridu jkunu konkreti u vverifikati fir-rigward tal-kwalità b'mod kontinwu u trasparenti; jemmen li l-proposti għal proġetti ffinanzjati mill-UE, inklużi dawk fil-qafas tal-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi u s-self mill-Bank Ewropew tal-Investiment, jenħtieġ li jirrispettaw ir-regoli tal-aċċessibilità permezz ta' approċċ ta' disinn għal kulħadd; iqis li wieħed ma jistax jiddependi biss fuq l-istrumenti finanzjarji sabiex jinkisbu dawn l-objettivi;

19.  Jenfasizza li hemm ħtieġa li jiġi żgurat aċċess liberu għal komunikazzjoni li tkun adatta għat-tip ta' diżabilità, u jenfasizza li dan huwa ta' importanza vitali f'dak li jikkonċerna l-parteċipazzjoni ċivika tal-persuni b'diżabilità;

20.  Jinsab imħasseb dwar l-ostakoli għall-parteċipazzjoni li l-persuni taħt tutela u dawk li jgħixu f'istituzzjonijiet iħabbtu wiċċhom magħhom fl-Ewropa, u jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li l-persuni mċaħħda mill-kapaċità ġuridika tagħhom ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet kollha minquxa fit-trattati u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea; jistieden lill-Istati Membri jippromwovu l-parteċipazzjoni billi jaċċelleraw il-proċess tad-deistituzzjonalizzazzjoni u jissostitwixxu t-teħid ta' deċiżjonijiet sostituttiv b'teħid ta' deċiżjonijiet appoġġat;

21.  Jistieden lill-Kummissjoni, bħala parti mis-serje ta' rapporti regolari tagħha dwar l-implimentazzjoni tad-Direttivi tal-Kunsill 93/109/KE(16) u 94/80/KE(17), tinkludi valutazzjoni ta' jekk humiex qed jiġu interpretati b'mod konsistenti mal-Artikolu 29 tal-UNCRPD;

22.  Jenfasizza l-fatt li n-nisa u l-bniet b'diżabilità jsofru minn diskriminazzjoni doppja minħabba l-intersezzjoni tal-ġeneru u d-diżabilità, u ħafna drabi jistgħu saħansitra jkunu esposti għal diskriminazzjoni multipla li tirriżulta mill-intersezzjoni tal-ġeneru u d-diżabilità mal-orjentazzjoni sesswali, l-età, ir-reliġjon jew l-etniċità;

23.  Itenni li n-nisa b'diżabilità ta' spiss ikunu f'pożizzjoni aktar żvantaġġata mill-kontropartijiet irġiel tagħhom u jkunu aktar ta' spiss f'riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali;

24.  Iqis li l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi jenħtieġ li jipprovdi gwida f'livell Ewropew u tal-Istati Membri fir-rigward tas-sitwazzjoni speċifika tan-nisa u l-bniet b'diżabilità, u jenħtieġ li jkollu rwol attiv fil-ħidma ta' promozzjoni biex jiġu żgurati drittijiet ugwali u tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni;

25.  Ifakkar li l-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali fost il-persuni b'diżabilità hija marbuta mill-qrib mal-kwistjoni tat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-membri tal-familja li ta' sikwit jaġixxu ta' ndokraturi mhux imħallsa u ma jitqisux bħala persuni impjegati; iħeġġeġ, għalhekk, lill-Istati Membri jippreżentaw strateġiji nazzjonali ta' appoġġ għall-indokraturi informali, li fil-maġġoranza tagħhom huma nisa qraba ta' persuni b'diżabilità;

26.  Jenfasizza li l-għadd ta' anzjani qiegħed jikber u li, skont id-WHO, il-prevalenza tad-diżabilità hija ogħla fost in-nisa, li huma affettwati b'mod partikolari minn dan il-fenomenu minħabba li l-istennija tal-għomor tagħhom hija itwal; jenfasizza li, għalhekk, se jkun hemm żieda proporzjonali fin-numru ta' nisa b'diżabilità;

27.  Jenfasizza l-valur tal-istrumenti mikrofinanzjarji għall-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir; jistieden lill-Istati Membri jagħmlu dawn l-istrumenti disponibbli aktar faċilment għan-nisa b'diżabilità;

28.  Jenfasizza li, bl-għan li jiġi żgurat għajxien indipendenti għall-persuni b'diżabilità, huwa meħtieġ li jingħata appoġġ lil riċerka u innovazzjoni mmirati lejn l-iżvilupp ta' prodotti li jgħinu lill-persuni b'diżabilità fl-attivitajiet ta' kuljum tagħhom;

L-ugwaljanza

29.  Jenfasizza li l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni jinsabu fil-qalba tal-Istrateġija dwar id-Diżabilità;

30.  Jistieden lill-Kummissjoni tindirizza d-diżabilità fl-Impenn Strateġiku għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2016-2019 tagħha;

31.  Jiddispjaċih ħafna dwar l-imblokk prolongat fil-Kunsill Ewropew rigward il-progress lejn id-direttiva kontra d-diskriminazzjoni, u jistieden lill-Istati Membri jikkontribwixxu għall-adozzjoni tad-Direttiva Orizzontali kontra d-Diskriminazzjoni(18), sabiex isir progress lejn soluzzjoni prammatika, li jenħtieġ li tinkludi l-protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni fl-oqsma kollha tal-ħajja għall-persuni b'diżabilità, inkluż ir-rikonoxximent taċ-ċaħda ta' akkomodazzjoni raġonevoli bħala forma ta' diskriminazzjoni, u ta' diskriminazzjoni multipla u intersezzjonali;

32.  Jinsab allarmat bid-data eżistenti dwar id-diskriminazzjoni u l-abbuż ta' persuni b'diżabilità; għadu mħasseb bil-każijiet ta' sottorappurtar minħabba l-inaċċessibilità ta' mekkaniżmi ta' lment u ta' rappurtar, u nuqqas ta' fiduċja u sensibilizzazzjoni fir-rigward tad-drittijiet; jinsisti li jenħtieġ li tinġabar data diżaggregata skont il-ġeneru u jirrakkomanda, f'dan ir-rigward, l-iżvilupp ta' metodu ġdid għall-ġbir tad-data, b'mod partikolari fir-rigward ta' każijiet ta' imbark miċħud u rifjut ta' assistenza jew assistenza mhux disponibbli;

33.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-korpi nazzjonali tal-ugwaljanza kollha għandhom mandat fil-qasam tad-diżabilità, riżorsi adegwati u l-indipendenza biex jipprovdu l-assistenza meħtieġa lill-vittmi ta' diskriminazzjoni, u jiżguraw li kwalunkwe estensjoni tal-mandat tagħhom tkun akkumpanjata minn żieda fir-riżorsi umani;

34.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jiffinanzjaw taħriġ u jiżviluppaw mudelli ta' prattika tajba minn u għall-persuni b'diżabilità, l-organizzazzjonijiet tagħhom, it-trejdjunjins, il-federazzjonijiet tal-impjegaturi, il-korpi tal-ugwaljanza u l-impjegati taċ-ċivil dwar il-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni, inkluża d-diskriminazzjoni multipla u intersezzjonali, u akkomodazzjoni raġonevoli;

35.  Jistieden lill-UE tiżviluppa programmi ta' riċerka li jindirizzaw il-prinċipji tal-ugwaljanza meta tkun qed tfassal il-qafas post Orizzont 2020 għar-Riċerka u l-Iżvilupp;

L-impjieg

36.  Jenfasizza li l-aċċess għas-suq tax-xogħol huwa kwistjoni olistika li tirrikjedi l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' appoġġ li jirriżultaw f'sitwazzjoni favorevoli kemm għall-individwu kif ukoll għall-impjegatur, filwaqt li tiġi żgurata l-inklużjoni soċjali u li jenħtieġ li jinkludu proċeduri ta' reklutaġġ aċċessibbli, trasport aċċessibbli minn u lejn il-post tax-xogħol, progress fil-karriera, taħriġ kontinwu, kif ukoll akkomodazzjoni raġonevoli u postijiet tax-xogħol aċċessibbli; jistieden lill-Kummissjoni taġġorna l-Kompendju ta' prattiki tajbin dwar l-impjieg appoġġat għall-persuni b'diżabilità fl-UE u fl-EFTA-ŻEE;

37.  Jinkoraġġixxi l-adozzjoni ta' miżuri ta' diskriminazzjoni pożittiva, inkluża l-adozzjoni ta' perċentwali minimi rigward l-impjieg ta' persuni b'diżabilità fis-setturi pubbliċi u privati;

38.  Jiddispjaċih li ċ-ċaħda ta' akkomodazzjoni raġonevoli ma tikkostitwix diskriminazzjoni fi ħdan il-qafas tad-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi(19), u dan ġie kkritikat mill-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità; ifakkar li l-ewwel artikolu tad-Direttiva dwar it-trattament ugwali fl-impjieg jipprojbixxi kwalunkwe forma ta' diskriminazzjoni fuq bażi ta' diżabilità;

39.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li n-nases tal-benefiċċji ma jikkostitwux ostakolu għall-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, u jitlob is-separazzjoni tal-benefiċċji relatati mad-diżabilità mill-appoġġ għad-dħul b'kont meħud tal-kura addizzjonali u l-ħtiġijiet l-oħra li l-persuni b'diżabilità jista' jkollhom, sabiex ikunu jistgħu jgħixu ħajja dinjituża u jgawdu minn aċċess għas-suq tax-xogħol; jistieden lill-Istati Membri, f'dan ir-rigward, jiżguraw li l-benefiċċji relatati mad-diżabilità ma jiġux irtirati minħabba raġunijiet ta' impjieg;

40.  Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa lill-intrapriżi soċjali f'konformità mal-prinċipji tad-Dikjarazzjoni ta' Bratislava u tad-Dikjarazzjoni ta' Madrid dwar l-Ekonomija Soċjali bħala sors importanti ta' opportunitajiet ta' impjieg għal persuni b'diżabilità;

41.  Jistieden lill-Istati Membri, b'konformità mal-UNCRPD, jikkunsidraw li jneħħu l-ostakoli ġuridiċi kollha għall-impjegabilità, inklużi, pereżempju, il-miżuri li jmorru kontra l-Artikolu 12 tal- UNCRPD, li ma jħallux lill-persuni b'diżabilità jiffirmaw kuntratti tax-xogħol, jiftħu kont bankarju u jkollhom aċċess għal flushom, u b'hekk jispiċċaw finanzjarjament esklużi, jew il-klawżoli nazzjonali li jiddikjaraw ċerti kategoriji ta' persuni b'diżabilità bħala "mhux kapaċi jaħdmu";

42.  Jenfasizza l-importanza tar-riintegrazzjoni u r-riabilitazzjoni effettivi kif ukoll tal-miżuri ta' attivazzjoni u żamma f'soċjetà li qed tixjieħ, li jagħtu lok sabiex in-nies jerġgħu lura x-xogħol jew jibqgħu jaħdmu wara marda jew diżabilità fiżika, mentali jew emozzjonali;

43.  Ifakkar li t-tfigħ tal-piż finanzjarju tal-assistenza fuq il-persuni b'diżabilità u s-sħab tagħhom inaqqas mhux biss id-dħul attwali tagħhom imma anki l-prospetti ta' impjieg u d-dħul tagħhom meta jixjieħu;

44.  Jifhem li l-miżuri ta' bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, inklużi l-arranġamenti tax-xogħol flessibbli, bħax-xogħol intelliġenti, it-telexogħol u s-sigħat tax-xogħol flessibbli jistgħu jkunu ta' ġid għall-persuni b'diżabilità u pożittivi għas-saħħa mentali, filwaqt li jiżguraw sigurtà u stabilità għal kulħadd, iżda jinsab imħasseb minħabba li l-ambjenti tax-xogħol diġitali jaf joħolqu ostakoli ġodda jekk ma jkunux aċċessibbli u jekk ma tkunx provduta akkomodazzjoni raġonevoli;

45.  Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi l-prattiki tajbin u ħżiena f'rapporti futuri biex tippermetti lil min iħaddem jimplimenta b'mod effettiv il-leġiżlazzjoni dwar id-diżabilità;

46.  Jinsab imħasseb minħabba li f'xi Stati Membri, il-persuni b'diżabilità li jaħdmu f'workshops protetti mhumiex rikonoxxuti formalment bħala ħaddiema skont il-liġi, jitħallsu inqas mill-paga minima u mhumiex intitolati għall-istess vantaġġi soċjali li jgawdu l-ħaddiema regolari;

47.  Jinsab partikolarment imħasseb dwar iż-żgħażagħ b'diżabilità u dawk li ilhom qiegħda għal perjodu itwal ta' żmien; jistieden lill-Istati Membri jaħdmu favur l-inklużjoni taż-żgħażagħ b'diżabilità fis-suq tax-xogħol bħala kwistjoni ta' prijorità, pereżempju, billi jistabbilixxu ċentri ta' konsulenza għall-karriera speċjali sabiex jagħtu pariri lill-istudenti u ż-żgħażagħ qiegħda dwar il-karrieri futuri tagħhom, jew bħala parti mill-programm ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ;

48.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jippromwovu d-diversità bħala argument għall-vijabilità u jinkoraġġixxu karti tad-diversità li jippromovu l-valur miżjud tal-persuni b'diżabilità fuq il-post tax-xogħol;

49.  Jistieden lill-UE tiżgura li d-drittijiet tal-persuni b'diżabilità u l-familji tagħhom ikunu inklużi fil-pakkett propost dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;

L-edukazzjoni u t-taħriġ

50.  Jinsab imħasseb dwar il-fatt li ħafna tfal b'diżabilità fi Stati Membri differenti tal-UE għadhom esklużi mill-edukazzjoni inklużiva ta' kwalità minħabba, pereżempju, politiki ta' segregazzjoni kif ukoll minħabba numru ta' ostakoli arkitettoniċi, li jikkostitwixxu forma ta' diskriminazzjoni kontra t-tfal u ż-żgħażagħ b'diżabilità;

51.  Jenfasizza li l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali huma essenzjali għall-impjegabilità tal-persuni b'diżabilità u li l-impjegaturi jenħtieġ li jkunu involuti fil-proċess sabiex jintegraw il-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabilità, anki, iżda mhux esklużivament, billi jitqiesu l-benefiċċji possibbli tat-teknoloġiji l-ġodda f'oqsma bħalma huma t-tiftix ta' impjieg, l-iżvilupp personali u t-tisħiħ tal-indipendenza;

52.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jneħħu l-ostakoli ġuridiċi, fiżiċi u organizzattivi għall-persuni b'diżabilità kollha sabiex jiġu garantiti s-sistemi ta' edukazzjoni inklużiva u tagħlim tul il-ħajja;

53.  Jitlob lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jiżguraw akkomodazzjoni raġonevoli għat-trainees, u jesiġi li l-proċeduri tal-applikazzjoni għat-traineeships ikunu aċċessibbli u li jiġu offruti traineeships speċifiċi għall-persuni b'diżabilità, inklużi traineeships abbażi ta' inċentivi għall-impjegaturi;

54.  Jitlob lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jiżguraw li Erasmus + u programmi oħra għaż-żgħażagħ, bħalma huma l-Iskema ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, ikunu kompletament aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità permezz ta' akkomodazzjoni raġonevoli individwalizzata u li l-informazzjoni dwar id-drittijiet ta' aċċessibilità tagħhom tkun disponibbli għall-persuni b'diżabilità sabiex titħeġġeġ il-parteċipazzjoni tagħhom; jirrakkomanda, għal dan l-għan, li l-għodod eżistenti, bħalma huma dawk previsti, pereżempju, fil-pjattaforma ta' mobilità inklużiva MappED! jiġu mmassimizzati;

55.  Jiddispjaċih li l-aġenda l-ġdida għall-ħiliet ma tinkludix mira speċifika għall-persuni b'diżabilità; jenfasizza li s-sottoimpjieg u d-diskriminazzjoni fis-suq tax-xogħol attwali tal-persuni b'diżabilità wkoll huma ħela ta' ħiliet siewja; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tqis il-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabilità fl-inizjattivi futuri kollha relatati mal-ħiliet;

56.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżviluppaw miżuri effettivi mmirati biex jindirizzaw is-segregazzjoni u r-rifjut tal-istudenti b'diżabilità fl-iskejjel u fl-ambjenti tat-tagħlim, u jiżviluppaw, f'dan il-kuntest, programmi nazzjonali ta' tranżizzjoni biex jiġu żgurati edukazzjoni inklużiva u taħriġ vokazzjonali ta' kwalità, kemm formali kif ukoll mhux formali, inkluż għall-persuni b'diżabilità li jeħtieġu livell għoli ta' appoġġ, abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat tal-UNCRPD;

57.  Jenfasizza l-importanza tat-taħriġ u t-taħriġ mill-ġdid tal-persunal edukattiv, b'mod partikolari biex jingħata appoġġ lill-persuni bi ħtiġijiet kumplessi;

58.  Jirrakkomanda li jsir użu aħjar mill-Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u l-Edukazzjoni Inklużiva sabiex il-mandat eżistenti tagħha jiġi mmassimizzat;

59.  Jenfasizza li huwa essenzjali li l-għalliema u dawk li jħarrġu jiġu mħejjija biex jaħdmu mat-tfal b'diżabilità u li jingħataw appoġġ adegwat; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jfasslu edukazzjoni inklużiva, taħriġ u żvilupp professjonali kontinwu għall-għalliema u għal dawk li jħarrġu, b'kontribut mingħand varjetà ta' partijiet interessati, b'mod partikolari l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabilità u l-professjonisti b'diżabilità;

60.  Jitlob, fid-dawl tar-rata għolja ta' tluq bikri mill-iskola fost iż-żgħażagħ b'diżabilità u/jew bi bżonnijiet edukattivi speċjali, l-esplorazzjoni ulterjuri tal-opportunitajiet offruti mit-tagħlim tul il-ħajja u l-għoti ta' alternattivi attraenti; iqis li l-promozzjoni ta' programmi ta' tagħlim tul il-ħajja għall-persuni b'diżabilità hija parti vitali mill-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità;

61.  Jinkoraġġixxi l-iskambju tal-aħjar prattiki fir-rigward tal-edukazzjoni inklużiva u t-tagħlim tul il-ħajja bejn l-għalliema, il-persunal, il-korpi governattivi, l-istudenti u t-tfal tal-iskola b'diżabilità;

62.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li, minkejja t-titjib, il-persuni b'diżabilità għadhom f'riskju għoli ta' qgħad u li inqas minn 30 % spiċċaw l-edukazzjoni terzjarja jew edukazzjoni ekwivalenti, meta mqabbla ma' madwar 40 % għall-persuni mingħajr diżabilità; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jagħtu attenzjoni speċjali lid-diffikultajiet li ż-żgħażagħ b'diżabilità u/jew bi bżonnijiet edukattivi speċjali jiltaqgħu magħhom matul it-tranżizzjoni tagħhom mill-edukazzjoni sekondarja u universitarja u/jew mit-taħriġ vokazzjonali għall-impjieg;

63.  Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet pubbliċi u lill-kumpaniji tal-UE jimplimentaw politiki favur id-diversità u l-Karti tad-Diversità nazzjonali;

64.  Jenfasizza li ż-żgħażagħ b'diżabilità jipparteċipaw inqas fl-attività fiżika minn żgħażagħ bħalhom mingħajr diżabilità u li l-iskejjel għandhom rwol importanti fl-adozzjoni ta' stil ta' ħajja san; jenfasizza, għalhekk, kemm hu importanti li titrawwem il-parteċipazzjoni ikbar taż-żgħażagħ b'diżabilità fl-attivitajiet fiżiċi; jistieden lill-Istati Membri biex ineħħu b'ħeffa l-ostakoli kollha eżistenti li jxekklu l-parteċipazzjoni tal-persuni b'diżabilità jew tal-persuni bi bżonnijiet speċjali fl-attivitajiet sportivi;

65.  Ifakkar fil-ħtieġa li jitnaqqas id-distakk diġitali u li jiġi żgurat li l-persuni b'diżabilità jibbenefikaw bis-sħiħ mill-Unjoni Diġitali; jenfasizza, f'dan il-kuntest, kemm hu importanti li jittejbu l-ħiliet u l-kompetenzi diġitali tal-persuni b'diżabilità, b'mod partikolari permezz ta' proġetti finanzjati mill-programm Erasmus+, u jistieden lill-Istati Membri jiżguraw il-protezzjoni taċ-ċittadini vulnerabbli – inklużi l-persuni b'diżabilità – online, permezz ta' miżuri effiċjenti kontra d-diskors ta' mibegħda, il-bullying ċibernetiku u l-forom kollha ta' diskriminazzjoni online u billi jipprovdu aktar edukazzjoni fil-litteriżmu diġitali u medjatiku bħala parti mill-edukazzjoni kemm mhux formali kif ukoll formali; jistieden, barra minn hekk, lill-Istati Membri jagħmlu l-għodda teknoloġiċi edukattivi adegwati disponibbli mingħajr ħlas għat-tfal b'diżabilità, sabiex ikunu jistgħu jipparteċipaw bis-sħiħ fl-attivitajiet edukattivi u ta' taħriġ;

Il-protezzjoni soċjali

66.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-Istrateġija tal-UE tad-Diżabilità 2030 tinkludi azzjonijiet speċifiċi għall-promozzjoni ta' sistemi ta' protezzjoni soċjali inklużivi fl-UE kollha, li jiggarantixxu l-aċċess għall-benefiċċji u s-servizzi għall-persuni b'diżabilità tul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja; jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu bażi ta' protezzjoni soċjali għal persuni b'diżabilità, li tiżguralhom standard ta' għajxien adegwat;

67.  Jistieden lill-koleġiżlaturi jikkunsidraw l-inklużjoni tal-persuni b'diżabilità bħala grupp fil-mira speċifiku fir-Regolament dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali(20);

68.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri japplikaw il-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku meta jwettqu l-valutazzjoni u d-determinazzjoni tagħhom ta' diżabilità, u dan jenħtieġ li jsegwi u ma jridx jikkomprometti l-mudell ta' diżabilità tal-UNCRPD bbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem, filwaqt li jitqiesu l-ostakoli ambjentali u soċjetali li persuna tiltaqa' magħhom u bl-involviment tal-partijiet interessati rilevanti kollha sabiex jiġi żgurat li l-istandards tal-għajxien tal-persuni b'diżabilità ma jiġux ipperikolati, pereżempju, mill-programmi ta' aġġustament ekonomiku;

69.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jintegra d-diżabilità fl-aspetti kollha;

70.  Jirrakkomanda li l-Fond Soċjali Ewropew (FSE), il-Programm Ewropew għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI) u l-fondi soċjali futuri tal-UE jintużaw mhux biss għal miżuri ta' attivazzjoni tal-impjieg, iżda anki għall-inklużjoni soċjali; jenfasizza l-importanza tar-riabilitazzjoni bħala mezz ta' inklużjoni soċjali biex jiġi żgurat li l-persuni b'diżabilità jibqgħu attivi fi ħdan il-komunità;

71.  Jirrakkomanda li l-Istati Membri jieħdu miżuri speċifiċi, bħall-għoti ta' assistenza finanzjarja u kura ta' serħan, għall-promozzjoni ta' sistemi ta' protezzjoni soċjali inklużivi madwar l-UE li jiggarantixxu standard ta' għajxien adegwat, benefiċċji u aċċess għas-servizzi għall-persuni kollha b'diżabilità tul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja;

72.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw li d-deistituzzjonalizzazzjoni qatt ma twassal biex il-persuni b'diżabilità jispiċċaw bla dar minħabba nuqqas ta' akkomodazzjoni adegwata u/jew aċċessibbli biex tingħata l-kura fil-komunità;

Is-saħħa

73.  Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ id-Direttiva tal-2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali(21); jirrakkomanda li l-Kummissjoni tinkludi komponent qawwi ta' diżabilità fit-traspożizzjoni tad-Direttiva sabiex jiġi garantit l-aċċess għal kura tas-saħħa transkonfinali affordabbli u ta' kwalità għall-persuni b'diżabilità; jistieden, b'rabta ma' dan, lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-impatt tad-Direttiva bl-għan li tirrevediha sabiex issir konformi mal-UNCRPD u tħejji gwida għall-UE kollha dwar l-integrazzjoni tad-diżabilità fil-ħidma tal-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali bi kriterji komuni ta' prestazzjoni, inklużi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għad-diżabilità; iħeġġeġ lill-Istati Membri jipprovdu edukazzjoni u taħriġ xierqa lill-professjonisti fil-kura tas-saħħa dwar il-ħtiġijiet speċifiċi tal-pazjenti b'diżabilità;

74.  Huwa mħasseb dwar il-ksur, inkluż ksur tad-drittijiet tal-bniedem, fis-servizzi tas-saħħa mentali u tal-kura, li f'ħafna każijiet kellu impatt sinifikanti fuq il-kwalità tas-servizzi pprovduti, u jinnota li dawk is-servizzi jridu jkunu ffokati fuq l-irkupru, iffinanzjati b'mod xieraq u pprovduti skont mudell ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem;

75.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw servizzi tas-saħħa mentali li jirrikjedu li tkun il-persuna b'diżabilità nfisha, u mhux persuna oħra li tieħu d-deċiżjonijiet minflokha, li tagħti l-kunsens infurmat għat-trattament u għall-ammissjoni fl-isptar, filwaqt li jitqiesu wkoll miżuri ta' teħid ta' deċiżjonijiet b'mod assistit;

76.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li s-saħħa elettronika u s-servizzi tas-saħħa u tal-kura jkunu kompletament aċċessibbli u jkunu jistgħu jintużaw b'mod sikur mill-persuni kollha b'diżabilità, inklużi dawk b'diżabilitajiet intellettwali u ħtiġijiet kumplessi, u mill-membri tal-familja tagħhom;

77.  Jiġbed l-attenzjoni lejn kemm hu urġenti li jiġi indirizzat in-nuqqas ġenerali ta' aċċess għal kura speċjalizzata multidixxiplinari għall-persuni b'diżabilità u, fejn din teżisti, li jiġi indirizzat ukoll iż-żmien twil li l-pazjenti jkollhom jistennew, bħala ostakolu mill-akbar għall-aċċess ugwali għall-prevenzjoni u t-trattament għall-kura tas-saħħa, li spiss jirriżulta fid-deterjorament tal-kundizzjoni tal-pazjent b'diżabilità u f'piż li jkun seta' jiġi evitat fuq is-sistemi tal-kura tas-saħħa;

78.  Jirrimarka li s-sistemi tal-kura tas-saħħa għandhom jiżguraw id-detezzjoni, ir-rappurtar u l-prevenzjoni tal-vjolenza sesswali u/jew l-abbuż sesswali;

79.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jżidu l-għadd ta' servizzi ta' valutazzjoni u ta' valutazzjoni mill-ġdid multidixxiplinari għall-adulti b'diżabilità, bil-għan li jiġu żviluppati pjanijiet imfassla apposta li jkunu jistgħu jiġu implimentati billi jintużaw riżorsi territorjali (bħal servizzi tad-djar/ta' kura matul il-jum/residenzjali) li jissodisfaw ir-rekwiżiti bijopsikosoċjali identifikati;

80.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ mill-qafas tan-Netwerks Ewropej ta' Referenza sabiex jiżviluppaw kura tas-saħħa multidixxiplinari u speċjalizzata għall-persuni b'diżabilità b'mod ġenerali u, b'mod partikolari, għal dawk b'diżabilità rari, u sabiex jespandu l-aċċess għal tali kura tas-saħħa;

81.  Jenfasizza n-nuqqas ta' attenzjoni fir-rigward tad-diżabilitajiet min-naħa tal-Kummissjoni fil-Pjan ta' Azzjoni għall-Forza tax-Xogħol tal-UE fil-Qasam tal-Kura tas-Saħħa u l-aġenda tal-UE dwar sistemi tas-saħħa effettivi, aċċessibbli u reżiljenti, peress li mhumiex trattati b'mod speċifiku fiż-żewġ testi;

82.  Jenfasizza s-suċċess tat-tieni Azzjoni Konġunta dwar id-Demenzja, filwaqt li jittama li, għall-perjodu tat-tliet snin li jmiss, se jiġu żborżati fondi addizzjonali mill-kumpaniji farmaċewtiċi li jieħdu sehem fl-Inizjattiva dwar Mediċini Innovattivi;

83.  Jistieden lill-Kummissjoni tressaq strateġija rigward l-assistenza ta' persuni b'diżabilità serja wara l-mewt ta' qraba tagħhom li kienu jieħdu ħsieb il-kura ta' kuljum tagħhom (ara l-liġi Taljana adottata reċentement "dopo di noi");

84.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni twettaq analiżi bir-reqqa tal-lakuni li jeżistu bejn l-Osservazzjonijiet Konklużivi tan-Nazzjonijiet Uniti u r-rapport ta' progress tagħha stess, speċifikament fir-rigward tal-qasam tal-prijorità tas-saħħa tal-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità;

85.  Jitlob promozzjoni konsistenti tal-għoti ta' kura ostetrika lokali bħala servizz pubbliku fl-Istati Membri, sabiex jitnaqqsu l-każijiet ta' diżabilità li jirriżultaw minn kumplikazzjonijiet fit-twelid u jkun żgurat twelid sikur kemm għall-ommijiet kif ukoll għat-trabi, b'konformità mal-Lista ta' Kontroll tat-Twelid Sikur tal-WHO;

86.  Huwa kuntent bil-progress li sar fis-settur Ewropew tat-telemediċina li għandu l-potenzjal jibdel b'mod fundamentali l-kapaċità ta' persuni b'diżabilità biex jaċċedu għas-servizzi; jemmen, barra minn hekk, li l-użu tat-teknoloġija 4G, l-introduzzjoni tal-5G u l-firxa tal-Internet tal-Oġġetti se jwasslu għal titjib fl-għoti tal-kura tas-saħħa għall-persuni b'diżabilità; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li s-settur Ewropew tat-teknoloġija tas-saħħa ma jkunx mgħobbi b'regolamentazzjoni eċċessiva u jkollu aċċess adegwat għall-finanzjament;

L-azzjoni esterna

87.  Jitlob li l-azzjoni esterna tal-UE tkun konformi bis-sħiħ mal-UNCRPD;

88.  Jistieden lill-UE tiżgura li l-kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-azzjoni umanitarja jkunu kompletament aċċessibbli u inklużivi fir-rigward tal-persuni b'diżabilità;

89.  Jistieden lill-UE tintroduċi indikatur tad-drittijiet tal-persuni b'diżabilità fir-rappurtar uffiċjali tal-assistenza għall-iżvilupp;

90.  Jistieden lill-UE tiżgura li jkollha rwol ewlieni fl-iżgurar li l-persuni b'diżabilità ma jitħallewx jaqgħu lura fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja, skont l-impenn meħud fil-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp, u tinkludi l-indirizzar tad-diskriminazzjoni multipla li jħabbtu wiċċhom magħhom il-persuni vulnerabbli u l-gruppi emarġinati;

91.  Jistieden lill-Kummissjoni tkun minn ta' quddiem nett fil-kisba ta' implimentazzjoni b'mod li jkun jinkludi lill-persuni b'diżabilità tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli fl-azzjoni esterna, indipendentement minn strateġija Ewropea ġdida dwar id-diżabilità, permezz tal-adozzjoni ta' pjan direzzjonali ċar, trasparenti u inklużiv biex jinkisbu l-għanijiet;

92.  Jiddispjaċih li l-indikatur tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tal-UE dwar l-impjieg mhuwiex diżaggregat skont id-diżabilità; jistieden lill-UE tħeġġeġ id-diżaggregazzjoni tad-data skont it-tip ta' diżabilità b'kooperazzjoni mal-pajjiżi sħab;

93.  Jistieden lill-UE u s-sħab tagħha jinkludu lill-persuni b'diżabilità u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom fl-istadji kollha tal-iżvilupp tal-politiki u tal-proġetti, inkluż fuq il-post fil-pajjiżi sħab bil-parteċipazzjoni attiva tal-organizzazzjonijiet tal-persuni b'diżabilità;

94.  Itenni li n-nisa b'diżabilità ta' spiss iħabbtu wiċċhom ma' sfidi u perikli saħansitra ikbar f'pajjiżi involuti f'kunflitt u f'żoni ta' kunflitt; jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa li n-nisa b'diżabilità jkunu protetti fil-politiki esterni tal-UE;

L-obbligi fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-UE

95.  Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jagħmlu l-funzjonalità, il-kontenut, id-dokumenti, il-vidjows u s-servizzi tal-web tas-siti web esterni u interni tagħhom aċċessibbli, inklużi l-konsultazzjonijiet pubbliċi, u jippubblikaw ir-rapporti ta' osservanza u konformità fir-rigward tal-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet u l-obbligi dwar l-aċċessibilità għall-web;

96.  Jiddispjaċih li l-proġett INSIGN li jippermetti komunikazzjoni indipendenti għall-persuni torox u dawk neqsin mis-smigħ matul l-interazzjoni tagħhom mal-istituzzjonijiet tal-UE billi jiġu konnessi ma' interpreti tal-lingwa tas-sinjali u persuni responsabbli mid-didaskalija fl-Istati Membri għadu ma ġiex implimentat, minkejja li l-Kummissjoni ffinanzjat l-iżvilupp tal-prototip tal-pjattaforma ta' servizz, li ġie ttestjat b'suċċess fil-Parlament Ewropew fl-2014;

97.  Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE biex, fuq talba sempliċi, jagħmlu l-laqgħat pubbliċi kollha tagħhom aċċessibbli, inkluż permezz ta' provvediment ta' interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali, didaskalija mid-diskors għat-test u dokumenti pprovduti bil-Braille, kif ukoll permezz ta' metodi ta' komunikazzjoni awmentattivi u alternattivi oħrajn u l-aċċessibilità fiżika tal-bini tagħhom; jirrikonoxxi d-diffikultajiet biex jiġu pprovduti sottotitoli għax-xandir bi streaming kollu u l-vidjows kollha tal-laqgħat; jitlob, madankollu, lill-istituzzjonijiet ikomplu jimmonitorjaw l-iżviluppi teknoloġiċi f'dan il-qasam sabiex tittejjeb l-aċċessibilità fil-futur;

98.  Jagħti parir lill-istituzzjonijiet Ewropej biex jagħtu prijorità lill-interpretazzjoni minn u għal-lingwa/lingwi nazzjonali tas-sinjali pjuttost milli l-Lingwa Internazzjonali tas-Sinjali, b'konformità mal-politika tal-UE dwar il-multilingwiżmu;

99.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw li l-elezzjonijiet tagħhom tal-Parlament Ewropew ikunu aċċessibbli u jkunu jinkludu lil dawk li attwalment qed jgħixu f'istituzzjoni u/jew taħt tutela;

100.  Jirrikonoxxi n-nuqqas ta' proċessi elettorali aċċessibbli u inklużivi għall-persuni b'diżabilità, speċjalment għall-persuni b'diżabilitajiet mentali/intellettwali, kemm fil-livell tal-UE kif ukoll fil-livell tal-Istati Membri; Iħeġġeġ lill-Parlament Ewropew jiżgura li l-materjali ta' komunikazzjoni tagħhom dwar l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew ikunu kompletament aċċessibbli;

101.  Jistieden lill-iskejjel, il-faċilitajiet għall-indukrar tat-trabi u ċ-ċentri ta' wara l-iskola Ewropej jipprovdu edukazzjoni ta' kwalità, inklużiva u konformi mal-UNCRPD għat-tfal kollha tal-persunal tal-UE, inklużi dawk bi bżonnijiet ta' appoġġ kumplessi jew ta' livell għoli;

102.  Jistieden lill-UE tiffaċilita il-provvediment ta' akkomodazzjoni raġonevoli u forom oħra ta' appoġġ għall-impjieg, bħax-xogħol intelliġenti għall-impjegati, inkluż għall-assistenti parlamentari b'diżabilità fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-UE;

103.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi r-regoli konġunti, id-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni, il-kamp ta' applikazzjoni, ir-rappreżentanza tal-persuni b'diżabilità, l-aċċessibilità u l-prattiki tar-Reġim Komuni tal-Assigurazzjoni tal-Mard tagħha biex iġġibu konformi mal-UNCRPD;

104.  Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi kollha tal-UE jistabbilixxu punti fokali, u jenfasizza l-ħtieġa ta' mekkaniżmu ta' koordinament interistituzzjonali orizzontali fid-Direttorati Ġenerali u l-istituzzjonijiet kollha tal-UE; jitlob li l-arranġamenti meħtieġa sabiex dan jinkiseb, ikunu jiffurmaw parti minn strateġija ta' implimentazzjoni tal-UNCRPD;

105.  Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet jadottaw politiki komprensivi ta' reklutaġġ, żamma u promozzjoni, inklużi miżuri pożittivi temporanji, biex iżidu b'mod attiv u sostanzjali l-għadd ta' uffiċjali jew persunal u trainees b'diżabilità, inklużi diżabilitajiet psikosoċjali u intellettwali b'konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/78/KE;

106.  Ifakkar fir-rwol tal-Intergrupp dwar id-Diżabilità tal-Parlament Ewropew għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità, skont il-Konvenzjoni tan-NU, bħala pjattaforma li ġġib flimkien membri parlamentari Ewropej u nazzjonali u rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet u tas-soċjetà ċivili, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak lokali; jinnota li l-Intergrupp huwa forum privileġġat għat-tħeġġiġ tad-diskussjonijiet u d-dibattiti sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-istrateġija;

107.  Jistieden lill-istituzzjonijiet Ewropej jikkonsultaw bis-sħiħ u jinvolvu b'mod effettiv lill-membri tal-persunal u lill-Membri b'diżabilità fit-tfassil, fl-implimentazzjoni u fil-monitoraġġ tal-prattiki, tal-politiki u tar-regoli interni tagħhom, inklużi r-Regolamenti tal-Persunal u d-dispożizzjonijiet dwar l-akkommodazzjoni raġonevoli u l-aċċessibilità;

Il-lakuni fir-rapport ta' progress vis-à-vis l-Osservazzjonijiet Konklużivi

108.  Jiddispjaċih li s-siti web tal-istituzzjonijiet tal-UE ma jikkonformawx mal-istandards tal-aċċessibilità tal-livell AAA; jistieden lill-Istituzzjonijiet jikkonformaw kemm jista' jkun malajr;

109.  Jiddispjaċih li l-leġiżlazzjoni tal-UE u tal-Istati Membri dwar it-trasport għadha mhijiex implimentata bis-sħiħ fil-livell nazzjonali; jirrakkomanda, għal dan l-għan, li jiġu stabbiliti korpi nazzjonali tal-infurzar f'kull Stat Membru;

110.  Jinnota l-progress li sar f'dik li hi aċċessibilità ferrovjarja; jitlob l-istess livell ta' regolamenti tal-aċċessibilità għall-modi tat-trasport l-oħra kollha, inkluż l-ivvjaġġar bl-ajru, bl-għan li jissolvew il-kunflitti bejn is-sikurezza u l-aċċessibilità;

111.  Jinnota li d-Direttiva Orizzontali dwar it-Trattament Ugwali ma ġietx indirizzata fir-Rapport ta' Progress tal-Kummissjoni;

112.  Jiddispjaċih li ftit li xejn sar progress fir-rigward tar-ratifika min-naħa tal-Unjoni Ewropea tal-Protokoll Fakultattiv għall-UNCRPD;

113.  Jinnota li sa issa l-Kummissjoni għadha ma wettqitx rieżami komprensiv u trasversali tal-leġiżlazzjoni tagħha sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni sħiħa mad-dispożizzjonijiet tal-UNCRPD;

114.  Jilqa' l-lista aġġornata ta' strumenti, inklużi l-istrumenti li ġew adottati reċentement, iżda jiddispjaċih li d-dikjarazzjoni tal-kompetenzi ma ġietx riveduta u li l-lista ta' strumenti ma tinkludix strumenti li ma jirreferux b'mod speċifiku għall-persuni b'diżabilità, iżda huma xorta waħda rilevanti għall-persuni b'diżabilità;

115.  Jiddispjaċih li l-Kummissjoni m'għamlitx progress fl-integrazzjoni tad-drittijiet tan-nisa u l-bniet b'diżabilità fil-politiki u l-programmi kollha tagħha dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, u fl-inklużjoni ta' perspettiva tal-ġeneru fl-istrateġiji tad-diżabilità tagħha;

116.  Ifaħħar l-iffirmar min-naħa tal-UE tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul), u jistieden lill-Kunsill biex jirratifikaha malajr;

117.  Jiddispjaċih li l-politiki Ewropej attwali dwar id-drittijiet tat-tfal ma jinkludux b'mod suffiċjenti strateġija komprensiva bbażata fuq id-drittijiet għas-subien u l-bniet b'diżabilità jew salvagwardji biex jipproteġu d-drittijiet tagħhom, u li l-istrateġiji tad-diżabilità ma jindirizzawx u ma jintegrawx biżżejjed id-drittijiet tas-subien u l-bniet b'diżabilità; jistieden lill-Kummissjoni, b'konformità mal-UNCRPD u mal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal (UNCRC), tagħti attenzjoni partikolari lit-tfal b'diżabilità; jenfasizza, b'mod partikolari, il-ħtieġa ta' mudelli eżemplari għan-nisa u l-bniet b'diżabilità;

118.  Jinnota li l-UE għadha ma organizzatx kampanja komprensiva biex trawwem sensibilizzazzjoni għall-UNCRPD u biex tiġġieled il-preġudizzju kontra l-persuni b'diżabilità;

Lejn Strateġija tad-Diżabilità 2030 komprensiva u effettiva

Il-kwistjonijiet orizzontali

119.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-Istrateġija tad-Diżabilità futura timmira li timplimenta bis-sħiħ il-UNCRPD fl-oqsma ta' politika kollha tal-UE u li tintegra l-aċċessibilità, il-parteċipazzjoni, in-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza, filwaqt li tqis l-artikoli kollha tal-UNCRPD u tinkludi baġit adegwat, skeda ta' żmien għall-implimentazzjoni u mekkaniżmu ta' monitoraġġ, u jkollha wkoll l-istess valur legali bħall-istrateġija attwali; huwa konxju li din l-istrateġija tista' tkun ta' suċċess biss jekk il-partijiet interessati kollha, inkluża s-soċjetà ċivili, ikunu involuti;

120.  Jenfasizza li l-istrateġija 2020-2030 jenħtieġ li tkun ibbażata fuq rieżami trasversali u komprensiv tal-leġiżlazzjoni u l-politiki kollha tal-UE sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni sħiħa mad-dispożizzjonijiet tal-UNCRPD, u li jenħtieġ li tinkludi dikjarazzjoni tal-kompetenzi riveduta;

121.  Jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi miżuri relatati mal-integrazzjoni mill-ġdid u r-riabilitazzjoni effettivi biex jitnaqqsu jew jiġu eliminati l-effetti ta' marda jew diżabilità fiżika, mentali jew emozzjonali fuq il-kapaċità tal-qligħ ta' persuna;

122.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tiżgura li kwalunkwe strateġija futura u l-proċess ta' konsultazzjoni relatata magħha jenħtieġ li jkunu trasparenti, jinftiehmu u aċċessibbli għalkollox, u jinkludu indikaturi u punti ta' riferiment ċari;

123.  Jinnota li s-sett ta' indikaturi tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tal-UE mhumiex inklużivi għall-persuni b'diżabilità f'dak li għandu x'jaqsam mal-għan numru 4 (l-edukazzjoni), l-għan numru 5 (l-ugwaljanza bejn is-sessi) u l-għan numru 8 (xogħol deċenti u tkabbir ekonomiku); jitlob li l-istrateġija futura tuża l-indikaturi globali tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli biex timmonitorja l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet u l-politiki ewlenin tal-UE fil-qasam tal-impjieg;

124.  Jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li l-Istrateġija tad-Diżabilità futura tkun koerenti ma' inizjattivi u strateġiji oħrajn tal-UE, sabiex jitrawmu l-impjiegi u l-inklużjoni tal-persuni b'diżabilità, b'mod partikolari n-nisa;

125.  Jirrakkomanda li l-istrateġija post 2020 tinkludi l-akkwist pubbliku u l-istandardizzazzjoni bħala kwistjonijiet orizzontali li jżidu l-impjegabilità tal-persuni b'diżabilità, kif ukoll sabiex jiġu promossi l-ġbir u l-iskambju ta' prattiki tajba fost l-Istati Membri;

126.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-proġetti ffinanzjati mill-UE jkunu konformi mal-approċċ tal-UNCRPD bbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem, u ma jiffinanzjaw l-ebda proġett li joħloq riżultati li ma jkunux aċċessibbi, li jeskludi l-persuni b'diżabilità, jew li ma jirrispettawx l-istandards ta' aċċessibilità;

127.  Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi għodda ta' valutazzjoni tal-aċċessibilità b'monitoraġġ kontinwu, inklużi indikaturi speċifiċi u objettivi tanġibbli;

128.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri, b'segwitu għar-ratifika tal-Konvenzjoni ta' Istanbul mill-UE, jadottaw miżuri speċifiċi li jindirizzaw il-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet b'diżabilità; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tfassal strateġija Ewropea komprensiva għall-ġlieda kontra l-vjolenza fil-konfront tan-nisa, b'enfasi partikolari fuq in-nisa u l-bniet b'diżabilità;

129.  Jirrikonoxxi li n-nisa b'diżabilità, speċjalment diżabilità intellettwali, huma aktar vulnerabbli għall-vjolenza sessista, għall-fastidju sesswali jew għal forom oħra ta' abbuż; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li minħabba l-pożizzjoni tagħhom ta' dipendenza għandhom imnejn ma jkunux kapaċi jidentifikaw jew jirrappurtaw l-abbuż; jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi akkomodata aktar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità li tipprevedi miżuri preventivi intiżi biex jiġi evitat kull tip ta' abbuż u biex il-vittmi tal-vjolenza jingħataw appoġġ ta' kwalità għolja, aċċessibbli u mfassal apposta;

130.  Jistieden lill-UE tintegra l-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità fil-firxa kollha tal-leġiżlazzjoni tal-UE u fil-proċess tas-Semestru Ewropew; Jitlob, f'dan ir-rigward, li jkun hemm djalogu strutturat u ġenwin bejn l-UE u l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabilità għat-tfassil tal-istrateġija post 2020;

131.  Jirrakkomanda li l-istrateġija futura tinkludi r-rwol essenzjali tas-servizzi ta' appoġġ għat-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem mill-persuni b'diżabilità;

132.  Jirrakkomanda li l-istrateġija futura tinkludi kwistjonijiet li jirrigwardaw it-taħriġ tal-persunal, li huma fundamentali sabiex jingħata appoġġ skont il-prinċipji tal-UNCRPD;

Oqsma addizzjonali ta' azzjoni

133.  Iħeġġeġ li l-ugwaljanza, il-perspettiva tal-ġeneri u n-nondiskriminazzjoni, inkluż, pereżempju, fir-rigward tal-persuni LGBTQI b'diżabilità li huma esposti għal diskriminazzjoni multipla, jiġu integrati fl-oqsma kollha tal-istrateġija futura; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu kampanji u korsijiet ta' taħriġ favur is-sensibilizzazzjoni għall-UNCRPD u għall-ħtieġa li d-diversità tiġi rispettata sabiex jiġu miġġielda d-diskriminazzjoni, l-istigma u l-preġudizzji kontra l-persuni b'diżabilità, il-persuni b'diżabilitajiet psikosoċjali u dawk b'diżabilità relatata mat-tagħlim jew bl-awtiżmu;

134.  Jenfasizza li jrid isir aktar biex jingħelbu l-isterjotipi u l-preġudizzji dwar id-diżabilità fil-midja sabiex jinbidlu n-normi soċjali prevalenti ta' esklużjoni; jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jinvestu f'inizjattivi ta' sensibilizzazzjoni tal-pubbliku sabiex jiġi żgurat li l-persuni b'diżabilità jkunu rappreżentati bħala ċittadini ugwali sabiex jiġu miġġielda l-isterjotipi dwar id-diżabilità;

135.  Jinnota l-intersezzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u d-diżabilità, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-kunsens infurmat dwar l-użu tal-kontraċettivi, l-isterilizzazzjoni furzata u l-aċċess għad-drittijiet riproduttivi; jistieden lill-Istati Membri jqisu l-ħtieġa li jevalwaw il-leġiżlazzjoni tagħhom f'dan ir-rigward;

136.  Iħeġġeġ lill-UE tintegra d-drittijiet tat-tfal b'diżabilità fl-oqsma kollha tal-istrateġija futura;

137.  Jirrikonoxxi li l-kapaċità ġuridika hija wieħed mill-prerekwiżiti għat-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-dritt tal-vot, u li kwalunkwe strateġija ġdida trid tirsisti sabiex ħadd ma jiġi mċaħħad mill-kapaċità ġuridika abbażi tad-diżabilità fl-oqsma kollha tal-ħajja; jenfasizza, għal dan l-għan, li l-UE jenħtieġ li tiżgura li l-persuni kollha b'diżabilità jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet kollha minquxa fit-trattati u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea, bħall-aċċess għall-ġustizzja, il-prodotti u s-servizzi, inklużi s-servizzi bankarji, l-impjiegi u l-kura tas-saħħa, kif ukoll il-votazzjoni fl-elezzjonijiet Ewropej u d-drittijiet tal-konsumatur b'konformità mal-Konvenzjoni, u tinkoraġġixxi miżuri nonkoerċittivi u teħid ta' deċiżjonijiet b'appoġġ bi qbil mal-UNCRPD;

138.  Iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni tinkludi l-miżuri kollha possibbli fl-istrateġija l-ġdida biex tiżgura l-libertà u s-sigurtà tal-persuni kollha b'kull tip ta' diżabilità b'konformità mal-Konvenzjoni u l-Kumitat tal-UNCRPD;

139.  Iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni żżomm il-prinċipju tas-sħubija fir-regolamenti futuri dwar il-finanzjament u tiżgura li dan jiġi rispettat bis-sħiħ;

140.  Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-involviment strutturali tal-persuni b'diżabilità u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom fil-proċessi kollha ta' teħid ta' deċiżjonijiet, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell tal-UE, u tiffinanzja l-bini ta' kapaċità tal-organizzazzjonijiet tal-persuni b'diżabilità sabiex il-persuni b'diżabilità jkunu jistgħu jipparteċipaw b'mod strutturali fid-deċiżjonijiet kollha li jikkonċernawhom; jistieden lill-Istati Membri jkomplu jagħtu taħriġ dwar l-UNCRPD biex jiżguraw li l-persuni b'diżabilità jkunu konxji mid-drittijiet tagħhom sabiex id-diskriminazzjoni tkun tista' tiġi evitata;

141.  Ifakkar li l-Kumitat tal-UNCRPD esprima t-tħassib kbir tiegħu dwar is-sitwazzjoni prekarja tal-persuni b'diżabilità fil-kriżi tal-migrazzjoni attwali fl-UE; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni tintegra d-diżabilità fil-politiki tagħha dwar il-migrazzjoni u r-rifuġjati u tiżgura li l-finanzjament kollu tal-UE ddirezzjonat biex tiġi affrontata din il-kriżi umanitarja jkun inklużiv fir-rigward tad-diżabilità;

142.  Iħeġġeġ bil-qawwa lill-Istati Membri jiddiżaggregaw id-data skont it-tipi ta' diżabilità, u jaħdmu mill-qrib mal-Eurostat biex jiġbru data komparabbli dwar id-diżabilità f'oqsma differenti, li tkun tinkludi l-persuni li jgħixu fl-istituti, filwaqt li l-istrateġija dwar id-diżabilità tiġi konnessa mal-proċess tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli;

143.  Jenfasizza l-bżonn ta' indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi, miżurabbli u komparabbli, inkluż dwar l-aċċessibilità, l-ugwaljanza, l-impjieg, il-protezzjoni soċjali, is-saħħa, l-eżiti tal-iskejjel u l-għadd ta' studenti fl-edukazzjoni inklużiva, sabiex tiġi vvalutata l-implimentazzjoni tal-UNCRPD min-naħa tal-UE u l-Istati Membri, u jħeġġeġ bil-qawwa li tinġabar id-data biex jiġu applikati dawn l-indikaturi;

144.  Iħeġġeġ lill-UE tiżviluppa sistema ta' indikaturi abbażi tad-drittijiet tal-bniedem b'kooperazzjoni mal-persuni b'diżabilità u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, kif ukoll sistema ta' ġbir komprensiv ta' data komparabbli, b'data diżaggregata skont il-ġeneru, l-età, il-popolazzjoni rurali jew urbana u t-tip ta' indeboliment;

145.  Jirrikonoxxi li l-persuni b'diżabilità intellettwali huma partikolarment vulnerabbli għad-diskriminazzjoni u l-abbuż, u ta' sikwit jitpoġġew f'istituti, mingħajr ebda aċċess għall-edukazzjoni u mingħajr ebda awtodeterminazzjoni;

146.  Iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu miżuri addizzjonali biex jilħqu lil dawk l-aktar vulnerabbli, bħalma huma l-persuni b'diżabilità mingħajr saqaf fuq rashom;

147.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' monitoraġġ kontinwu tal-implimentazzjoni tal-UNCRPD b'konformità mal-Artikolu 33 tagħha u b'konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet tal-persuni b'diżabilità;

148.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-ħidma tal-Grupp ta' Livell Għoli tal-Unjoni Ewropea dwar il-ġlieda kontra r-razziżmu, il-ksenofobija u forom oħra ta' intolleranza b'rabta mat-titjib tar-reġistrar u l-ġbir ta' data dwar reati ta' mibegħda tirrifletti għalkollox ir-reati ta' mibegħda kontra l-persuni b'diżabilità;

149.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha jallokaw riżorsi finanzjarji u umani suffiċjenti u stabbli għall-oqfsa ta' monitoraġġ stabbiliti skont l-Artikolu 33(2) tal-UNCRPD sabiex dawn iwettqu l-funzjonijiet tagħhom b'mod indipendenti;

150.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprovdi riżorsi adegwati lill-Qafas ta' Monitoraġġ tal-UE, sabiex dan ikun jista' jaqdi l-funzjonijiet tiegħu b'mod indipendenti u adegwat;

151.  Ifakkar li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet (PETI) kull sena jirċievi għadd konsiderevoli ta' petizzjonijiet li jkunu jirreferu għad-diffikultajiet li jħabbtu wiċċhom magħhom il-persuni b'diżabilità madwar l-UE kollha fl-attivitajiet tagħhom ta' kuljum f'dak li għandu x'jaqsam mat-tmien oqsma prinċipali ta' azzjoni identifikati fl-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità u kwistjonijiet oħra tal-aċċessibilità, bħalma huma l-aċċess għall-kura tas-saħħa u l-protezzjoni soċjali, l-edukazzjoni u t-taħriġ, is-suq tax-xogħol, l-ambjent mibni u t-trasport, l-oġġetti u s-servizzi, l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, u l-parteċipazzjoni fil-ħajja politika, pubblika u kulturali;

152.  Jistieden lill-Istati Membri kollha jirratifikaw il-UNCRPD u jiffirmaw il-Protokoll Fakultattiv;

153.  Jenfasizza r-rwol ta' protezzjoni li jiżvolġi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet permezz tal-proċess tal-petizzjonijiet (flimkien mal-Ombudsman Ewropew, maħtur biex jipproteġi liċ-ċittadini f'każ ta' amministrazzjoni ħażina) fil-kuntest tal-qafas tal-UE għall-UNCRPD, li jippermetti li l-petizzjonanti jressqu lment kontra ksur tad-drittijiet tagħhom min-naħa tal-awtoritajiet Ewropej, nazzjonali u lokali; jenfasizza li l-petizzjonijiet li jirċievi l-Kumitat juru l-ħtieġa li jiġi adottat approċċ effettiv, orizzontali, nondiskriminatorju u bbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem għall-politiki tad-diżabilità; jenfasizza r-rwol tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali fit-tisħiħ tad-drittijiet fundamentali tal-persuni b'diżabilità fl-UE u fl-appoġġ għall-implimentazzjoni tal-UNCRPD min-naħa tal-UE;

154.  Jenfasizza li l-maġġoranza tal-petizzjonijiet imressqa miċ-ċittadini Ewropej jikkonċernaw id-diffikultajiet involuti fil-proċeduri ta' applikazzjoni, fil-ksib ta' rikonoxximent u fir-rigward ta' ħlasijiet tardivi tal-pensjoni tal-invalidità min-naħa tal-amministrazzjonijiet rilevanti; jissottolinja li, fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità u l-qasam ta' azzjoni tagħha ddedikat għall-protezzjoni soċjali, jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali lil dawn il-kwistjonijiet, b'konformità mal-Artikolu 28 tal-UNCRPD dwar standard ta' għajxien adegwat u protezzjoni soċjali;

o
o   o

155.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 23, 27.1.2010, p. 35.
(2) UNCRPD/C/EU/CO/1.
(3) ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65.
(4) ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.
(5) Testi adottati, P8_TA(2016)0485.
(6) Testi adottati, P8_TA(2016)0360.
(7) Testi adottati, P8_TA(2016)0318.
(8) ĠU C 353, 27.9.2016, p. 41.
(9) ĠU C 131 E, 8.5.2013, p. 9.
(10) ĠU C 212 E, 5.8.2010, p. 23.
(11) Fil-kuntest ta' din ir-riżoluzzjoni, "ċittadini sħaħ" jenħtieġ li tinftiehem fis-sens tal-UNCRPD – jiġifieri li kull persuna b'diżabilità jenħtieġ li tibbenefika b'mod sħiħ mid-drittijiet tal-bniedem kollha.
(12) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta' April 2013, HK Danmark, Kawżi Konġunti C-335/11 u C-337/11, ECLI:EU:C:2013:222, paragrafi 29-30; Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta' Marzu 2014, Z, C-363/12, ECLI:EU:C:2014:159, paragrafu 73; Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta' Mejju 2014, Glatzel, C-356/12, , ECLI:EU:C:2014:350, paragrafu 68.
(13) Id-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku (ĠU L 327, 2.12.2016, p. 1).
(14) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1300/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabbiltà relatati mal-aċċessibbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni għall-persuni b'diżabbiltà u għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 110).
(15) Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ ta' imbark miċħud u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU L 46, 17.2.2004, p. 1).
(16) Id-Direttiva tal-Kunsill 93/109/KE tas-6 ta' Diċembru 1993 dwar arranġamenti dettaljati sabiex jiġi eżerċitat id-dritt għall-vot u għall-kandidatura fl-elezzjonijiet għal-Parlament Ewropew għaċ-ċittadini tal-Unjoni li joqgħodu fi Stat Membru li tiegħu ma jkunux ċittadini (ĠU L 329, 30.12.1993, p. 34).
(17) Id-Direttiva tal-Kunsill 94/80/KE tad-19 ta' Diċembru 1994 li tistipula arranġamenti dettaljati għall-eżerċizzju tad-dritt tal-vot u tal-kandidatura f'elezzjonijiet muniċipali minn ċittadini tal-Unjoni li jgħixu fi Stat Membru li tiegħu mhumiex ċittadini ĠU L 368, 31.12.1994, p. 38).
(18) Il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali (COM(2008)0426).
(19) Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għal trattament ugwali fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16).
(20) Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali (ĠU L 200, 7.6.2004, p. 1).
(21) Id-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 45).

Avviż legali - Politika tal-privatezza