Indiċi 
Testi adottati
It-Tlieta, 12 ta' Diċembru 2017 - Strasburgu
Ġestjoni sostenibbli ta' flotot tas-sajd esterni ***II
 Emendi għal diversi Regolamenti fil-qasam tal-agrikoltura u l-iżvilupp rurali ***I
 Skema tal-UE għan-negozjar ta' emissjonijiet (EU ETS): tkomplija tal-limitazzjonijiet attwali tal-kamp ta' applikazzjoni fl-attivitajiet tal-avjazzjoni u preparazzjoni biex tiġi implimentata miżura globali bbażata fuq is-suq mill-2021 ***I
 Estensjoni tad-durata tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi ***I
 Talba għall-ħarsien tal-privileġġi u l-immunitajiet ta' Eleonora Forenza
 Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Ingeborg Gräßle
 Dazji doganali addizzjonali fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka ***I
 Ftehim UE-Stati Uniti dwar it-Trasport bl-Ajru ***
 Ftehim UE-Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tagħhom***
 Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Każakistan (Approvazzjoni) ***
 Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Każakistan (Riżoluzzjoni)
 Tiġdid tal-mandat tal-President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni
 Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE 2017: Insaħħu d-Drittijiet taċ-Ċittadini f'Unjoni ta' Tibdil Demokratiku
 Lejn strateġija għall-kummerċ diġitali

Ġestjoni sostenibbli ta' flotot tas-sajd esterni ***II
PDF 122kWORD 48k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2017 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġestjoni sostenibbli ta' flotot tas-sajd esterni, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 (11382/2/2017 – C8-0358/2017 – 2015/0289(COD))
P8_TA(2017)0475A8-0374/2017

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (11382/2/2017 – C8-0358/2017),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta' Mejju 2016(1),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2015)0636),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 69(f)(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 67a tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0374/2017),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 303, 19.8.2016, p. 116.
(2) Testi adottati tat-2.2.2017, P8_TA(2017)0015.


Emendi għal diversi Regolamenti fil-qasam tal-agrikoltura u l-iżvilupp rurali ***I
PDF 389kWORD 67k
Riżoluzzjoni
Test
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2017 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jemendaw ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013, (UE) Nru 1307/2013, (UE) Nru 1308/2013 u (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2016)0605 – C8-0404/2017 – 2016/0282B(COD))
P8_TA(2017)0476A8-0380/2017

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0605),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tas-16 ta' Novembru 2017 li taqsam il-proposta tal-Kummissjoni u li tawtorizza lill-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jfassal rapport leġiżlattiv separat għad-dispożizzjonijiet b'rabta mal-mandat ta' dan il-Kumitat, b'mod partikolari l-Artikoli 267 sa 270 u 275 tal-proposta tal-Kummissjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u (3) u l-Artikolu 42, l-Artikolu 43(2) u l-punt (b) tal-Artikolu 168(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Nru 1/2017 tas-26 ta' Jannar 2017(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2016(2),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-11 ta' Mejju 2017(3),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0211/2017),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-15 ta' Novembru 2017, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0380/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Japprova d-dikjarazzjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni;

4.  Jissottolinja li l-qsim tal-proposta tal-Kummissjoni għandu l-għan li jippermetti li d-dispożizzjonijiet b'rabta mal-mandat tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jibdew japplikaw mill-1 ta' Jannar 2018 u li l-parti li jkun jifdal mill-proposta tal-Kummissjoni(4) tiġi eżaminata fi stadju suċċessiv;

5.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Diċembru 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), (UE) Nru 1306/2013 dwar il-finanzjament, il- ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni, (UE) Nru 1307/2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni, (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u (UE) Nru 652/2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal- pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti

P8_TC1-COD(2016)0282B


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2017/2393.)

ANNESS għar-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni mill-PArlament EWropew

Ir-regoli l-ġodda dwar organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-liġi dwar il-kompetizzjoni (OKS)

Il-Parlament Ewropew ifakkar li, skont l-Artikolu 42 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), ir-regoli dwar il-kompetizzjoni japplikaw għall-produzzjoni u l-kummerċ ta' prodotti agrikoli biss sa fejn jista' jiġi deċiż mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, waqt li jittieħed kont tal-objettivi tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) kif stabbiliti fl-Artikolu 39 tal-istess Trattat.

Kif stipulat fit-Trattat, u f'konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea(5), l-għanijiet tal-PAK jipprevalu fuq dawk tal-politika tal-kompetizzjoni Ewropea. Madankollu, is-swieq agrikoli mhumiex eżenti mill-applikazzjoni tal-liġi dwar il-kompetizzjoni. L-adattament tar-regoli tal-kompetizzjoni għall-ispeċifiċitajiet agrikoli huwa l-prerogattiva tal-koleġiżlaturi, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

F'dan il-kuntest, il-Parlament Ewropew permezz ta' dan ir-Regolament jipproponi kjarifika tar-relazzjoni bejn ir-regoli tal-PAK, b'mod partikolari r-rwol u l-missjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u tal-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, u l-applikazzjoni tal-liġi Ewropea dwar il-kompetizzjoni. Din il-kjarifika hija meħtieġa minħabba l-inċertezzi eżistenti dwar l-implimentazzjoni ta' dawn ir-regoli, u hija essenzjali biex jintlaħaq l-objettiv tal-Unjoni li ssaħħaħ il-pożizzjoni tal-bdiewa fi ħdan il-katina tal-provvista tal-ikel. Il-proposti tal-Parlament Ewropew huma bbażati fuq ir-rakkomandazzjonijiet fir-rapport tat-Task Force għas-Swieq Agrikoli (AMTF) tal-14 ta' Novembru 2016. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet kienu bbażati fuq sensiela ta' seduti ta' smigħ u kontribuzzjonijiet riċevuti mingħand l-atturi kollha fil-katina tal-provvista tal-ikel: produtturi, proċessuri u bejjiegħa bl-imnut.

Il-Parlament Ewropew għandu l-għan li jissimplifika u jiċċara l-kundizzjonijiet li skonthom l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-setturi kollha elenkati fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistgħu, f'isem il-membri tagħhom, iwettqu attivitajiet ta' ppjanar tal-produzzjoni, tqegħid fis-suq, negozjar ta' kuntratti għall-provvista ta' prodotti agrikoli u titjib fl-ispejjeż tal-produzzjoni. Dawn il-kompiti jirrikjedu essenzjalment l-eżistenza ta' ċerti prattiki, inklużi konsultazzjonijiet interni u l-iskambju ta' informazzjoni kummerċjali fi ħdan dawk l-entitajiet. Għalhekk qed jiġi propost li dawn il-prattiki jaqgħu barra mill-ambitu tal-projbizzjoni ta' ftehimiet antikompetittivi, stabbilita permezz tal-Artikolu 101(1) tat-TFUE, u li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, li jwettqu tal-inqas attività ekonomika waħda, jibbenefikaw minn deroga mill-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu. Madankollu, din id-deroga mhijiex assoluta: l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni jżommu l-possibbiltà li jintervjenu jekk jikkunsidraw li attivitajiet bħal dawn aktarx jeskludu l-kompetizzjoni jew ifixklu l-objettivi tal-PAK.

Ir-rwol u l-missjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew tal-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u r-relazzjoni tagħhom mal-liġi dwar il-kompetizzjoni huma għaldaqstant iċċarati. Mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi istituzzjonali tal-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew iqis li r-regoli l-ġodda ma jirrikjedux aktar kjarifiki, fil-forma ta' linji gwida tal-Kummissjoni Ewropea."

Dikjarazzjonijiet mill-kummissjoni

"Artikolu 1 - Żvilupp rurali

—  Estensjoni tal-perjodu tal-pjanijiet ta' żvilupp rurali

In-nefqa marbuta mal-programmi ta' żvilupp rurali għas-snin 2014-2020 approvata skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 se tibqa' eliġibbli għall-kontribut tal-FAEŻR jekk titħallas lill-benefiċjarji qabel il-31 ta' Diċembru 2023. Il-Kummissjoni se tindirizza t-tkomplija tal-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-2020 'l quddiem fil-kuntest tal-proposta tagħha għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) li jmiss.

—  Il-ġestjoni tar-riskju

Il-Kummissjoni tikkonferma l-intenzjoni tagħha li tirrevedi l-funzjonament u l-effiċjenza tal-għodod ta' ġestjoni tar-riskju li bħalissa huma inklużi fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013, fil-kuntest tal-proposta tagħha dwar il-modernizzazzjoni u s-semplifikazzjoni tal-Politika Agrikola Komuni.

—  Penali għal-Leader

Il-Kummissjoni tikkonferma l-intenzjoni tagħha li tirrevedi l-effettività u l-proporzjonalità tal-penali għal-LEADER inklużi fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014.

Artikolu 2 - Regolament Orizzontali

—  Riżerva għall-kriżijiet

Il-Kummissjoni tikkonferma li l-operat tar-riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu, u r-rimborż tal-approprjazzjonijiet marbutin mad-dixxiplina finanzjarja kif previst mill-Artikoli 25 u 26(5) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, se jiġu rriveduti fil-kuntest tat-tħejjijiet għall-QFP li jmiss, bil-għan li jingħata lok għal intervent effiċjenti u f'waqtu fi żminijiet ta' kriżi fis-suq.

—  Awditu uniku

Il-Kummissjoni tappoġġa l-istrateġija ta' awditu uniku, kif tikkonferma l-proposta tagħha għall-Artikolu 123 tar-Regolament Finanzjarju l-ġdid. Il-Kummissjoni tikkonferma wkoll li l-qafas legali attwali għall-ġestjoni u l-kontroll tan-nefqa agrikola, stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1306/2013, diġà jagħti lok għal tali approċċ, u li dan diġà ġie adottat fl-istrateġija tal-awditjar tagħha għall-perjodu 2014-2020. B'mod partikulari, fejn l-opinjoni tal-Korp taċ-Ċertifikazzjoni maħruġa skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 titqies affidabbli, il-Kummissjoni tqis din l-opinjoni meta tiġi biex tivvaluta l-bżonn ta' awditi tal-aġenzija tal-pagamenti kkonċernata.

Artikolu 3 - Pagamenti Diretti

—  Il-Pjan tal-Proteini

Il-Kummissjoni tikkonferma l-intenzjoni tagħha li tirrevedi l-qagħda tal-provvista u tad-domanda għall-proteini tal-pjanti fl-UE, u li tqis il-possibbiltà li tiġi żviluppata "strateġija Ewropea għall-proteini tal-pjanti" bil-għan li tkompli tħeġġeġ il-produzzjoni tal-proteini tal-pjanti fl-UE b'mod favorevoli għall-ekonomija u għall-ambjent.

Artikolu 4 - OKS

—  Skemi volontarji ta' tnaqqis fil-produzzjoni

Il-Kummissjoni tikkonferma li r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli diġà jinkludi, fl-Artikoli 219 u 221 tiegħu, il-bażi ġuridika meħtieġa li, soġġett għad-disponibbiltà ta' riżorsi baġitarji, tippermettilha tindirizza d-disturb fis-suq u problemi speċifiċi oħra, inkluż fil-livell reġjonali, bil-possibbiltà li tingħata għajnuna finanzjarja diretta lill-bdiewa. Barra minn hekk, il-proposta tal-Kummissjoni biex tiżdied, mar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali, għodda għall-istabbilizzazzjoni tad-dħul speċifika għas-settur, se tippermetti lill-Istati Membri jinkludu fil-programmi ta' żvilupp rurali tagħhom il-possibbiltà li jikkumpensaw lill-bdiewa f'settur speċifiku f'każ ta' tnaqqis sinifikanti fid-dħul tagħhom.

Il-Kummissjoni tikkonferma wkoll li l-Artikolu 219 jippermettilha ddaħħal, f'każ ta' disturb fis-suq jew riskju ta' disturb fis-suq, skemi li fihom tingħata għajnuna tal-Unjoni lil produtturi li jintrabtu li jnaqqsu l-produzzjoni tagħhom b'mod volontarju, inkluż id-dettalji meħtieġa għall-operat ta' tali skema (eż. ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1612, ĠU L 242, 9.9.2016, p. 4).

—  Ir-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali transnazzjonali

Il-Kummissjoni tfakkar li jeżistu regoli, stipulati fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/232, dwar il-kooperazzjoni fost il-produtturi fejn jidħol ir-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi transnazzjonali, tal-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi transnazzjonali, jew tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali transnazzjonali, inkluż il-kooperazzjoni amministrattiva meħtieġa fost l-Istati Membri kkonċernati. L-operat u l-adegwatezza ta' dawn ir-regoli se jiġu rriveduti fil-kuntest tal-proċess li għaddej fuq il-modernizzazzjoni u s-semplifikazzjoni tal-PAK.

—  Prattiki kummerċjali inġusti

Il-Kummissjoni tikkonferma li varat inizjattiva dwar il-katina tal-provvista tal-ikel, li għaddejja bħalissa mid-diversi stadji meħtieġa mil-linji gwida dwar Regolamentazzjoni Aħjar. Se tiddeċiedi fuq proposta leġiżlattiva possibbli ladarba din il-proċedura tkun tlestiet, jekk possibbli fl-ewwel nofs tal-2018.

—  Stqarrija tal-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni fost il-produtturi

Il-Kummissjoni tieħu nota tal-ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill dwar l-emendi lill-Artikoli 152, 209, 222 u 232. Il-Kummissjoni tinnota li l-emendi miftiehma mill-Parlament u mill-Kunsill huma ta' natura sostanzjali, u li ġew inklużi mingħajr valutazzjoni tal-impatt kif rikjest mill-punt 15 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. Dan iwassal għal livell mhux mixtieq ta' inċertezza legali u proċedurali, u l-impatt u l-implikazzjonijiet possibbli tagħha mhumiex magħrufa.

Billi l-bidliet lill-proposta oriġinali tal-Kummissjoni meħudin flimkien iwasslu għal tibdil sinifikanti tal-qafas legali, il-Kummissjoni tinnota bi tħassib li wħud mid-dispożizzjonijiet il-ġodda favur l-organizzazzjonijiet tal-prodotturi jaf ikollhom l-effett li jipperikolaw il-vijabbiltà u l-benessri tal-bdiewa ż-żgħar, kif ukoll l-interess tal-konsumaturi. Il-Kummissjoni tikkonferma l-impenn tagħha li tissalvagwardja l-kompetizzjoni effettiva fis-settur agrikolu, u li tagħti effett sħiħ lill-objettivi tal-PAK stipulati fl-Artikolu 39 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tinnota li l-emendi miftiehma mill-koleġiżlaturi jipprevedu biss rwol limitat ħafna kemm għall-Kummissjoni u kemm għall-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni fis-salvagwardja ta' kompetizzjoni effettiva.

Il-qbil ġenerali tal-Kummissjoni dwar il-proposta "Omnibus", inklużi l-emendi miftiehma mill-Parlament u mill-Kunsill, huwa mingħajr ħsara għal kwalunkwe proposta futura li l-Kummissjoni tista' tressaq f'dawn l-oqsma fil-kuntest tar-riforma tal-politika agrikoli komuni għall-perjodu ta' wara l-2020, kif ukoll għal kwalunkwe inizjattiva oħra li tkun maħsuba speċifikament biex tindirizza wħud mill-kwistjonijiet ittrattati mit-test li issa huwa miftiehem bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

Il-Kummissjoni jiddispjaċiha li l-kwistjoni tar-rwol limitat ħafna, kemm għall-Kummissjoni u kemm għall-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni, fis-salvagwardja ta' kompetizzjoni effettiva, għadha ma ġietx indirizzata b'mod sodisfaċenti mill-koleġiżlaturi, u tesprimi tħassib rigward l-implikazzjonijiet possibbli ta' din il-limitazzjoni għall-bdiewa u għall-konsumaturi. Il-Kummissjoni tinnota li t-test legali għandu jiġi interpretat b'mod konsistenti mat-Trattat, speċifikament rigward il-possibbiltà li l-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jintervjenu jekk organizzazzjoni tal-produtturi, li tkopri sehem kbir mis-suq, tfittex li tirrestrinġi l-libertà tal-membri tagħha biex jaġixxu. Il-Kummissjoni jiddispjaċiha li din il-possibbiltà mhijiex issalvagwardjata biċ-ċar fit-test legali."

(1) ĠU C 91, 23.3.2017, p. 1.
(2) ĠU C 75, 10.3.2017, p. 63.
(3) ĠU C 306, 15.9.2017, p. 64.
(4) Numru tal-proċedura 2016/0282A(COD).
(5)Sentenza Maizena, 139/79, EU:C:1980:250, paragrafu 23. Sentenza Ġermanja vs Il-Kunsill, C-280/93, EU:C:1994:367, paragrafu 61.


Skema tal-UE għan-negozjar ta' emissjonijiet (EU ETS): tkomplija tal-limitazzjonijiet attwali tal-kamp ta' applikazzjoni fl-attivitajiet tal-avjazzjoni u preparazzjoni biex tiġi implimentata miżura globali bbażata fuq is-suq mill-2021 ***I
PDF 343kWORD 45k
Riżoluzzjoni
Test
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2017 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Direttiva 2003/87/KE biex jitkomplew il-limitazzjonijiet attwali tal-kamp ta' applikazzjoni fl-attivitajiet tal-avjazzjoni u ssir il-preparazzjoni biex tiġi implimentata miżura globali bbażata fuq is-suq mill-2021 (COM(2017)0054 – C8-0028/2017 – 2017/0017(COD))
P8_TA(2017)0477A8-0258/2017

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0054),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0028/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-31 ta' Mejju 2017(1),

–  wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-27 ta' Ottubru 2017, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0258/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(2);

2.  Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Diċembru 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Direttiva 2003/87/KE biex jitkomplew il-limitazzjonijiet attwali tal-kamp ta’ applikazzjoni fl-attivitajiet tal-avjazzjoni u ssir il-preparazzjoni biex tiġi implimentata miżura globali bbażata fuq is-suq mill-2021

P8_TC1-COD(2017)0017


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2017/2392.)

ANNESS TAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni

L-eżitu tal-ħidma tal-ICAO fir-rigward l-implimentazzjoni tal-miżura globali bbażata fuq is-suq huwa kruċjali għall-effettività tagħha u għall-kontribuzzjoni futura tas-settur tal-avjazzjoni biex jinkisbu l-objettivi skont il-Ftehim ta' Pariġi. Huwa importanti li l-istati membri tal-ICAO, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru u s-soċjetà ċivili jibqgħu jkunu involuti f'din il-ħidma tal-ICAO. F'dan il-kuntest, ser ikun neċessarju li l-ICAO taġixxi bi trasparenza sħiħa u tagħmel kuntatt mal-persuni kkonċernati kollha biex tinformahom fil-ħin dwar il-progress u d-deċiżjonijiet.

(1) ĠU C 288, 31.8.2017, p. 75.
(2) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fit-13 ta' Settembru 2017 (Testi adottati, P8_TA(2017)0338).


Estensjoni tad-durata tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi ***I
PDF 344kWORD 49k
Riżoluzzjoni
Test
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2017 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 2015/1017 fir-rigward tal-estensjoni tad-durata tal-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi kif ukoll l-introduzzjoni ta' titjib tekniku għal dan il-Fond u għaċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti (COM(2016)0597 – C8-0375/2016 – 2016/0276(COD))
P8_TA(2017)0478A8-0198/2017

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0597),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 172 u 173, it-tielet paragrafu tal-Artikolu 175 u l-Artikolu 182(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0375/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2016(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-7 ta' Diċembru 2016(2),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitati responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-8 ta' Novembru 2017, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0198/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Diċembru 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2017/... tal- Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) 2015/1017 fir-rigward tal-estensjoni tad-durata tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi kif ukoll l-introduzzjoni ta' titjib tekniku għal dak il-Fond u għaċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti

P8_TC1-COD(2016)0276


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2017/2396.)

ANNESS għar-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar iż-żieda ta’ EUR 225 miljun tal-programm dwar il-“Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa”

Bis-saħħa tal-ftehim politiku bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-finanzjament tal-FEIS 2.0, se jiġi riallokat ammont ta’ EUR 275 miljun minn strumenti finanzjarji tas-CEF, li jirrappreżenta tnaqqis ta’ EUR 225 miljun meta mqabbel mal-proposta tal-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni tikkonferma li l-ipprogrammar finanzjarju se jkun rivedut biex jirrifletti ż-żieda korrispondenti ta’ EUR 225 miljun tal-programm CEF.

Fil-qafas tal-proċeduri baġitarji annwali għas-snin 2019–2020 il-Kummissjoni se tagħmel il-proposti xierqa biex tiżgura l-aħjar allokazzjoni ta’ dan l-ammont fi ħdan il-programm CEF.

(1) ĠU C 75, 10.3.2017, p. 57.
(2) ĠU C 185, 9.6.2017, p. 62.


Talba għall-ħarsien tal-privileġġi u l-immunitajiet ta' Eleonora Forenza
PDF 254kWORD 49k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2017 dwar it-talba għall-ħarsien tal-privileġġi u l-immunitajiet ta' Eleonora Forenza (2017/2199(IMM))
P8_TA(2017)0479A8-0398/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-talba ta' Gabriele Zimmer tal-20 ta' Lulju 2017, imħabbra fis-seduta plenarja fil-11 ta' Settembru 2017, fid-dawl tal-ħarsien tal-privileġġi u l-immunitajiet ta' Eleonora Forenza fir-rigward ta' inċident li din tal-aħħar ġarrbet waqt dimostrazzjoni li seħħet fil-kuntest tas-Summit tal-G20 f'Hamburg, fit-8 ta' Lulju 2017,

–  wara li sema' lil Eleonora Forenza skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta' Settembru 1976,

–  wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fit-12 ta' Mejju 1964, fl-10 ta' Lulju 1986, fil-15 u fil-21 ta' Ottubru 2008, fid-19 ta' Marzu 2010, fis-6 ta' Settembru 2011 u fis-17 ta' Jannar 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 7 u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0398/2017),

A.  billi Gabriele Zimmer, Membru tal-Parlament Ewropew u President tal-Grupp GUE/NGL, talbet, bis-saħħa tal-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7, il-ħarsien tal-immunità parlamentari ta' Eleonora Forenza, Membru tal-PE fl-istess grupp, li ġiet perkwiżita u mbagħad miżmuma mill-pulizija Ġermaniża flimkien ma' attivisti oħra waqt dimostrazzjoni li seħħet fil-kuntest tas-Summit tal-G20 f'Hamburg fit-8 ta' Lulju 2017; billi l-perkwiżizzjoni u l-arrest seħħew wara l-imsemmija dimostrazzjoni, meta s-Sa Forenza u l-grupp tagħha kienu fi triqthom biex jieklu flimkien;

B.  billi l-Parlament għandu setgħa diskrezzjonali wiesgħa fir-rigward tal-orjentazzjoni li jixtieq jagħti lil deċiżjoni fir-rigward ta' talba għall-ħarsien ta' immunità mressqa minn Membru(2);

C.  billi l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jeskludu lil xulxin(3); billi l-każ inkwistjoni ma jikkonċerna ebda opinjoni espressa minn Membru tal-Parlament Ewropew, iżda pjuttost imġieba meqjusa perikoluża għall-ordni pubblika (allegata parteċipazzjoni f'rewwixta); billi, għalhekk, l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 japplika b'mod ċar għal dan il-każ;

D.  billi, skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, il-Membri tal-Parlament Ewropew igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-parlament ta' pajjiżhom u, fit-territorju ta' kull Stat Membru ieħor, l-immunità minn kull tip ta' detenzjoni u minn proċedimenti legali. billi s-Sa Forenza, bħala Membru Taljan tal-Parlament Ewropew li kienet fil-Ġermanja, għalhekk tgawdi minn din l-immunità;

E.  billi, skont it-talba għall-ħarsien tal-immunità, is-Sa Forenza, mal-ewwel kuntatti tagħha mal-pulizija Ġermaniża, iddikjarat li hija kienet Membru tal-Parlament Ewropew; billi hija immedjatament ippreżentat dokumenti li jikkonfermaw l-istatus tagħha; billi kien irnexxielha saħansitra tqiegħed lill-konslu Taljan f'Hamburg f'kuntatt mal-uffiċjal tal-pulizija responsabbli;

F.  billi, minkejja l-istatus tagħha ta' Membru tal-Parlament Ewropew, il-pulizija Ġermaniża xorta wettqet perkwiżizzjoni bir-reqqa fuq il-persuna tas-Sa Forenza u mbagħad poġġietha f'detenzjoni għal erba' siegħat;

G.  billi l-pulizija Ġermaniża, fid-dawl ta' dak kollu li ntqal hawn fuq, kienet konxja mill-fatt li hija kienet arrestat Membru tal-Parlament Ewropew; billi dan jammonta għal ksur tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari tal-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9 tiegħu;

H.  billi, fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-każ, huwa evidenti li s-Sra Forenza ma ġietx arrestata in flagrante delicto, u b'hekk l-eċċezzjoni prevista fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea ma tapplikax, u billi s-Sa Forenza hija kompletament koperta mill-immunità tagħha.

1.  Jiddeċiedi li jħares il-privileġġi u l-immunitajiet ta' Eleonora Forenza;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u lil Eleonora Forenza.

(1) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Mejju 1964, Wagner vs Fohrmann u Krier, 101/63, ECLI:EU:C:1964:28; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1986, Wybot vs Faure et., 149/85, ECLI:EU:C:1986:310; sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Ottubru 2008, Mote vs Il-Parlament, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs Il-Parlament, T-42/06, ECLI:EU:T:2010:102; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C-163/10, ECLI:EU:C:2011:543; sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs Il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23.
(2) Kawża T-42/06, Gollnisch vs Il-Parlament, iċċitata iktar 'il fuq, punt 101.
(3) Kawżi magħquda C-200/07 u C-201/07, Marra/De Gregorio u Clemente, iċċitati iktar 'il fuq, punt 45.


Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Ingeborg Gräßle
PDF 253kWORD 49k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2017 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Ingeborg Gräßle (2017/2220(IMM))
P8_TA(2017)0480A8-0397/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Ingeborg Gräßle, imressqa fis-27 ta' Lulju 2017 mill-Uffiċċju tal-Prosekutur ta' Ellwangen (Il-Ġermanja) fil-qafas tal-proċediment kriminali bir-referenza 21 Js 11263/17, u mħabbra fis-seduta plenarja fit-2 ta' Ottubru 2017,

–  wara li kkunsidra r-rinunzja ta' Ingeborg Gräßle għad-dritt għal smiegħ tagħha skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta' Settembru 1976,

–  wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fit-12 ta' Mejju 1964, fl-10 ta' Lulju 1986, fil-15 u fil-21 ta' Ottubru 2008, fid-19 ta' Marzu 2010, fis-6 ta' Settembru 2011 u fis-17 ta' Jannar 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 46 tal-Liġi Fundamentali tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2) u 6(1) u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0397/2017),

A.  billi l-Uffiċċju tal-Prosekutur ta' Ellwagen bagħat talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Ingeborg Gräßle, Membru tal-Parlament Ewropew għar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, rigward ksur fis-sens tal-Artikolu 229 tal-Kodiċi Kriminali Ġermaniż; billi l-proċediment jikkonċerna b'mod konkret reat allegat ta' offiża involontarja fuq persuna;

B.  billi fl-10 ta' Ġunju 2017, is-Sa Gräßle, waqt li kienet qed issuq karozza, għaddiet fuq l-aħmar f'salib it-toroq Brenzstrasse/Ploucquetstrasse f'Heidenheim, u kkawżat inċident li rriżulta fil-korriment fl-ispalla ta' individwu; billi tressqet kwerela bil-kostituzzjoni ta' parti ċivili;

C.  billi, skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, il-Membri tal-Parlament Ewropew igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-parlament ta' dak l-Istat;

D.  billi l-Artikolu 46 tal-Liġi Fundamentali tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja jiddisponi li għal att li għalih hija prevista sanzjoni, membru jista' jinżamm responsabbli jew jiġi arrestat biss wara l-awtorizzazzjoni tal-Bundestag, ħlief jekk jinqabad in flagrante delicto jew l-għada tal-ġurnata li fiha ikun wettaq dan l-att;

E.  billi huwa l-Parlament biss li jista' jiddeċiedi li jneħħi jew ma jneħħix l-immunità f'każ partikolari; billi l-Parlament jista' raġonevolment jikkunsidra l-pożizzjoni tal-Membru biex jieħu d-deċiżjoni jekk ineħħix l-immunità tiegħu(2);

F.  billi r-reat allegat la għandu rabta diretta jew evidenti mal-qadi mis-Sa Gräßle tal-funzjonijiet tagħha ta' Membru tal-Parlament Ewropew, u lanqas ma jikkostitwixxi opinjoni espressa jew vot mixħut fil-qadi tal-funzjonijiet ta' Membru tal-Parlament Ewropew, fis-sens tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea;

G.  billi fil-każ preżenti, il-Parlament ma setax jikkonstata l-eżistenza ta' fumus persecutionis, jiġifieri suspett fondat u preċiż biżżejjed li l-kawża tressqet bl-intenzjoni li ssir ħsara politika lill-Membru;

1.  Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Ingeborg Gräßle;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u lil Ingeborg Gräßle.

(1) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Mejju 1964, Wagner vs Fohrmann u Krier, C-101/63, ECLI:EU:C:1964:28; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1986, Wybot vs Faure et., C-149/85, ECLI:EU:C:1986:310; sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba' Awla) tal-15 ta' Ottubru 2008, Mote vs Il-Parlament, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-21 ta' Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, Kawżi magħquda C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs Il-Parlament, T-42/06, ECLI:EU:T:2010:102; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C-163/10, ECLI:EU:C:2011:543; sentenza tal-Qorti Ġenerali (l-Ewwel Awla) tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs Il-Parlament, Kawżi magħquda T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23.
(2) Kawża T-345/05, Mote vs Il-Parlament (iċċitata iktar 'il fuq) punt 28.


Dazji doganali addizzjonali fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka ***I
PDF 335kWORD 48k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2017 dwar il-proposta emendata għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dazji doganali addizzjonali fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka (kodifikazzjoni) (COM(2017)0361 – C8-0226/2017 – 2014/0175(COD))
P8_TA(2017)0481A8-0331/2017

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0361),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0226/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 103 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0331/2017),

A.  billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali;

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta’ Diċembru 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dazji doganali addizzjonali fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka (kodifikazzjoni)

P8_TC1-COD(2014)0175


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2018/196.)

(1) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


Ftehim UE-Stati Uniti dwar it-Trasport bl-Ajru ***
PDF 249kWORD 49k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati Uniti tal-Amerika, min-naħa l-oħra (13419/2016 – C8-0100/2017 – 2006/0058(NLE))
P8_TA(2017)0482A8-0376/2017

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (13419/2016),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati Uniti tal-Amerika, min-naħa l-oħra(1),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 100(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0100/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0376/2017),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Istati Uniti tal-Amerika.

(1) ĠU L 134, 25.5.2007, p. 4.


Ftehim UE-Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tagħhom***
PDF 117kWORD 47k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tagħhom (13076/2017 – C8-0415/2017 – 2017/0193(NLE))
P8_TA(2017)0483A8-0386/2017

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (13076/2017),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tagħhom (13073/2017),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 192(1) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0415/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0386/2017),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Konfederazzjoni Żvizzera.


Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Każakistan (Approvazzjoni) ***
PDF 250kWORD 49k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Każakistan, min-naħa l-oħra (12409/2016 – C8-0469/2016 – 2016/0166(NLE))
P8_TA(2017)0484A8-0325/2017

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12409/2016),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Każakistan, min-naħa l-oħra (09452/2015),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 37 u l-Artikolu 31(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea; u bi qbil mal-Artikolu 91, l-Artikolu 100(2), l-Artikoli 207 u 209, l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), u l-Artikolu 218(8), it-tieni subparagrafu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0469/2016),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tat-12 ta’ Diċembru 2017(1) dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni;

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0325/2017),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Każakistan.

(1) Testi adottati, P8_TA(2017)0485.


Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Każakistan (Riżoluzzjoni)
PDF 409kWORD 61k
Riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, ta' Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Każakistan, min-naħa l-oħra (12409/2016 – C8-0469/2016 – 2016/0166(NLE)2017/2035(INI))
P8_TA(2017)0485A8-0335/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12409/2016),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Każakistan, min-naħa l-oħra (09452/2015),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 31(1) u 37 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 91, 100(2), 207 u 209 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 218(6)(a) tagħha, (C8-0469/2016),

–  wara li kkunsidra l-iffirmar tal-Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni fil-21 ta' Diċembru 2015 f'Astana, fil-preżenza tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ), Federica Mogherini,

–  wara li kkunsidra l-applikazzjoni provviżorja tal-partijiet tal-Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni taħt il-kompetenza esklużiva tal-UE mill-1 ta' Mejju 2016,

–  wara li kkunsidra l-implimentazzjoni kontinwa tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (FSK) UE-Każakistan, iffirmat fit-23 ta' Jannar 1995, mid-dħul fis-seħħ tiegħu fl-1 ta' Lulju 1999,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Novembru 2012 li fih ir-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna dwar in-negozjati għal ftehim imsaħħaħ ta' sħubija u kooperazzjoni bejn l-UE u l-Każakistan(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Każakistan, fosthom dawk tal-10 ta' Marzu 2016(2), tat-18 ta' April 2013(3), tal-15 ta' Marzu 2012(4) u tas-17 ta' Settembru 2009 dwar il-każ ta' Yevgeny Zhovtis fil-Każakistan(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar l-istat tal-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-UE għall-Asja Ċentrali(6) u tat-13 ta' April 2016 dwar implimentazzjoni u rieżami tal-Istrateġija tal-UE għall-Asja Ċentrali(7),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tad-19 ta' Jannar 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' kontinwazzjoni taċ-Ċentru Internazzjonali tax-Xjenza u t-Teknoloġija(8), stabbilit f'Astana fil-Każakistan,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tat-12 ta' Diċembru 2017 dwar abbozz ta' deċiżjoni(9),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 2015 u tad-19 ta' Ġunju 2017 dwar l-istrateġija għall-Asja Ċentrali,

–  wara li kkunsidra r-raba' rapport ta' progress tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u tas-servizzi tal-Kummissjoni tat-13 ta' Jannar 2015 dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għall-Asja Ċentrali, adottat fl-2007,

–  wara li kkunsidra d-Djalogi annwali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem bejn l-UE u l-Każakistan,

–  wara li kkunsidra d-diversi laqgħat UE-Asja Ċentrali,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0335/2017),

A.  billi l-Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni għandu jwassal għall-approfondiment u t-tisħiħ perċettibbli tar-relazzjonijiet politiċi u ekonomiċi bejn iż-żewġ partijiet, filwaqt li jirrispettaw u jitqiesu d-differenzi eżistenti u ċ-ċirkustanzi politiċi, ekonomiċi u soċjali speċifiċi tal-partijiet, għall-benefiċċju tan-nies kemm tal-Każakistan kif ukoll tal-UE;

B.  billi l-Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni (Artikolu 1) jista' jsaħħaħ il-qafas għat-twettiq ta' elementi essenzjali, bħar-rispett għad-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji ta' ekonomija tas-suq, li diġà huwa previst fil-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni, sakemm l-implimentazzjoni tal-klawsoli kollha hija soġġetta għal mekkaniżmu ta' monitoraġġ strett u effikaċi bbażat fuq parametri referenzjarji u skadenzi ċari; billi l-ġlieda kontra l-proliferazzjoni tal-armi ta' qerda massiva ġiet miżjuda bħala element essenzjali ġdid (Artikolu 11);

C.  billi l-Każakistan huwa l-ewwel pajjiż tal-Asja Ċentrali li ffirma Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni mal-UE; billi l-Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni, ladarba ratifikat mill-Istati Membri kollha u mill-Parlament Ewropew, se jissostitwixxi l-FSK tal-1999 u billi t-test tal-Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni sar pubbliku fil-15 ta' Lulju 2015;

D.  billi l-Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni jistabbilixxi firxa wiesgħa ta' oqsma ġodda ta' kooperazzjoni, li huma mhux biss fl-interess politiku u ekonomiku tal-UE, iżda huma adattati wkoll sabiex jappoġġaw lill-Każakistan fl-istadju li jmiss ta' modernizzazzjoni li jaspira għalih, filwaqt li fl-istess ħin tiġi żgurata l-kooperazzjoni fl-indirizzar ta' sfidi globali, partikolarment f'dak li għandu x'jaqsam ma' żvilupp soċjali u ekonomiku sostenibbli għaċ-ċittadini kollha, il-preservazzjoni tad-diversità kulturali, il-ħarsien tal-ambjent u l-ġestjoni tal-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima f'konformità mar-rekwiżiti tal-Ftehim ta' Pariġi, kif ukoll iż-żamma tal-paċi u l-kooperazzjoni reġjonali;

E.  billi, minn Mejju 2016, żewġ terzi tal-Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni ġew applikati b'mod provviżorju;

F.  billi l-Parlament Ewropew huwa lest li, fil-qafas tal-kompetenzi tiegħu, jinvolvi ruħu attivament fl-iżvilupp u li jsir xogħol konkret fl-oqsma speċifiċi ta' kooperazzjoni mal-Każakistan, inklużi r-relazzjonijiet parlamentari;

G.  billi l-Każakistan ingħaqad mad-WTO fl-1 ta' Jannar 2016;

H.  billi l-Każakistan ingħaqad mal-Kummissjoni Ewropea għad-Demokrazija permezz tal-Liġi (Il-Kummissjoni ta' Venezja), f'Marzu 2012;

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Każakistan u dwar il-Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni

1.  Jenfasizza li t-tisħiħ tar-relazzjonijiet politiċi, ekonomiċi u kulturali bejn l-UE u l-Każakistan irid ikun ibbażat fuq impenn komuni għall-valuri universali, b'mod partikolari, tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, u ggwidat minn interessi reċiproċi;

2.  Josserva l-istrateġija konsistenti ta' riavviċinament tal-Każakistan mal-UE; jissottolinja l-kontribut fundamentali tal-pajjiż għall-implimentazzjoni tal-istrateġija UE-Asja Ċentrali li sejra tkun suġġetta għal rieżami sostanzjali fl-2019;

3.  Jilqa' pożittivament il-fatt li l-Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni jistabbilixxi bażi soda għall-approfondiment tar-relazzjonijiet; josserva l-fatt li l-Każakistan huwa l-ewwel pajjiż sieħeb tal-Asja Ċentrali li miegħu l-UE nnegozjat u ffirmat Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni; iqis li dan il-ftehim ta' ġenerazzjoni ġdida huwa mudell tajjeb li fil-ġejjieni jista' jiġi applikat ukoll għal pajjiżi oħra fir-reġjun;

4.   Jilqa' b'sodisfazzjon l-ambizzjoni espressa fil-Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni biex tittejjeb il-kooperazzjoni u sabiex jittejbu b'mod sinifikanti r-rabtiet ekonomiċi bejn l-UE u l-Każakistan f'diversi oqsma ta' tħassib u ta' interess komuni, bħalma huma d-demokrazija u l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, l-iżvilupp sostenibbli, il-politika barranija u ta' sigurtà, il-kummerċj, il-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà kif ukoll f'29 qasam ta' politika settorjali ewlieni ieħor, bħalma huma l-kooperazzjoni ekonomika u finanzjarja, l-enerġija, it-trasport, l-ambjent u t-tibdil fil-klima, l-impjiegi u l-affarijiet soċjali, il-kultura, l-edukazzjoni u r-riċerka; iħeġġeġ liż-żewġ naħat biex b'mod attiv jissodisfaw l-impenji tagħhom;

5.  Jistenna li l-Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni ser jippromwovi t-tisħiħ tal-istat tad-dritt u l-parteċipazzjoni demokratika taċ-ċittadini kollha, xena politika aktar varjata, ġudikatura li tiffunzjona aħjar, indipendenti u imparzjali, żieda fit-trasparenza u l-akkontabilità tal-gvern, titjib tal-liġijiet tax-xogħol f'konformità mar-rekwiżiti tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), aktar opportunitajiet ta' negozju għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, l-iżvilupp sostenibbli tal-ambjent, il-ġestjoni tal-ilma u ta' riżorsi oħrajn, bħal użu effiċjenti tal-enerġija u l-iżvilupp ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli;

6.  Jissottolinja l-importanza u l-validità kontinwa tar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament tat-22 ta’ Novembru 2012 dwar in-negozjati għal Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni UE-Każakistan;

7.  Ifakkar li l-Parlament enfasizza li l-progress fin-negozjati dwar il-Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni jrid ikun marbut mal-progress fir-riforma politika u progress reali fil-qasam tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, tal-istat tad-dritt, governanza tajba u demokratizzazzjoni, fejn l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja jista' jkollha rwol pożittiv; jesprimi tħassib serju dwar il-fatt li d-drittijiet tal-libertà ta' espressjoni, tal-għaqda paċifika u tal-assoċjazzjoni, għadhom limitati; iħeġġeġ lill-pajjiż jimplimenta bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet formulati mir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-drittijiet għal-libertà ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni fir-rapport dwar il-missjoni tiegħu fil-Każakistan f'Jannar 2015;

8.  Jisħaq fuq il-fatt li hemm bżonn jittieħdu aktar passi bbażati fuq l-applikazzjoni tal-prinċipju "aktar għal aktar";

9.  Jilqa' l-fatt li l-Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni introduċa l-possibbiltà li jiġi nnegozjat ftehim għall-faċilitazzjoni tal-viża bejn l-UE u l-Każakistan b'mod parallel man-negozjati possibbli ta' ftehim li jirregola l-obbligi speċifiċi f'dak li jirrigwarda r-riammissjonijiet; jirrimarka dwar l-importanza li jiġu intensifikati l-iskambji, b'mod partikolari fil-livell taż-żgħażagħ u dak akkademiku, u jitlob, f'dan ir-rigward, għal espansjoni sostanzjali tal-programm Erasmus + għall-Każakistan;

10.  Itenni l-appell tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-VP/RGħ biex:

   jiżguraw li ż-żewġ naħat jirrispettaw l-elementi fundamentali tal-Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni, inkwantu li n-nuqqas ta' osservanza jwassal għal riżoluzzjoni ta' tilwim (Artikolu 278) jew saħansitra s-sospensjoni fl-eventwalità ta' ksur serju (Artikolu 279),
   jiżviluppaw parametri ta' riferiment u termini għall-implimentazzjoni tal-Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni;
   jipprevedu mekkaniżmu komprensiv ta' monitoraġġ bejn il-Parlament u s-SEAE ladarba l-Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni jidħol totalment fis-seħħ, inklużi l-elementi kif speċifikati fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Novembru 2012;

11.  Ifakkar fl-Artikolu 218(10) tat-TFUE u d-deċiżjonijiet rilevanti tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja li jirrigwardaw l-aċċess immedjat u sħiħ, min-naħa tal-Parlament, għad-dokumenti kollha tan-negozjati u għall-informazzjoni relatata u li għadhom biss parzjalment rispettati mill-VP/RGħ, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni;

12.  Jitlob lill-Kumitat Parlamentari ta' Kooperazzjoni UE-Każakistan jaġġorna r-Regoli ta' Proċedura tiegħu bil-għan li jipprevedu skrutinju demokratiku tal-applikazzjoni provviżorja f'dawn l-oqsma li diġà daħlu fis-seħħ u tuża l-prerogattivi tagħha biex tadotta rakkomandazzjonijiet u tipprepara għall-iskrutinju tal-Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni sħiħ ladarba jidħol totalment fis-seħħ;

Id-djalogu politiku u l-kooperazzjoni, id-demokrazija, l-istat tad-dritt, governanza tajba u l-libertajiet fundamentali

13.   Jistieden lill-UE tipprijoratizza, b'mod konsistenti, fid-djalogu politiku tagħha mal-Każakistan il-kwistjonijiet relatati mal-istat tad-dritt u mad-demokrazija, mal-libertajiet fundamentali u mad-drittijiet tal-bniedem;

14.  Jinkoraġġixxi lill-Każakistan, fid-dawl tal-protesti soċjali, uħud minnhom vjolenti, jieħu passi proattivi u konkreti, fl-implimentazzjoni tal-programm 'Każakistan 2050' dwar riformi politiċi, demokratiċi u soċjali, inkluża separazzjoni ċara tal-poteri bejn il-poter eżekuttiv u dak leġiżlattiv, kif ukoll l-introduzzjoni ta' aktar kontrolli u kontrokontrolli fi ħdan is-sistema kostituzzjonali, f'konformità mal-impennji internazzjonali li assuma l-pajjiż fl-ambitu tad-diversi strumenti tan-NU, tal-OSKE u tal-Kunsill tal-Ewropa; itenni l-konvinzjoni tiegħu li t-tranżizzjoni li l-Każakistan qed ifittex, lejn tip ġdid ta' tkabbir b'iffukar xjentifiku intensiv, ma tidhirx li tkun possibbli mingħajr edukazzjoni ta' kwalità għolja, aċċess għal parti kbira tal-popolazzjoni għal servizzi moderni essenzjali, politika soċjali inklussiva u sistema ta' relazzjonijiet soċjali regolati, partikolarment fl-ekonomija; jilqa' l-programm fuq '100 pass' bħala tentattiv biex tiġi indirizzata l-ħtieġa għal riformi urġenti fil-pajjiż;

15.  Jilqa' ċerti żviluppi pożittivi li kien hemm dan l-aħħar fil-qasam tar-riformi kostituzzjonali u amministrattivi kif ukoll il-ħolqien ta' pjattaforma ta' konsultazzjoni għas-soċjetà ċivili; huwa, madankollu, serjament imħasseb dwar l-effetti restrittivi fuq l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-attivitajiet tagħhom tal-Kodiċijiet Kriminali u Amministrattiv li daħlu fis-seħħ fl-2015;

16.  Jistieden lill-Każakistan jimplimenta bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet formulati mill-missjoni ta' osservazzjoni elettorali OSKE/ODIHR għall-elezzjonijiet tal-20 ta' Marzu 2016 skont liema l-pajjiż għad fadallu ħafna biex jissodisfa l-impenji mal-OSKE għal elezzjonijiet demokratiċi; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Każakistan biex jevitaw li jirrestrinġu l-attività ta' kandidati indipendenti; iħeġġeġ, barra minn hekk, li d-drittijiet elettorali taċ-ċittadini jiġu rispettati;

17.  Jilqa' pożittivament il-kooperazzjoni min-naħa tal-Każakistan mal-Kummissjoni ta' Venezja u jappella għall-implimentazzjoni sħiħa tar-rakkomandazzjonijiet rilevanti magħmula minnha b'mod partikolari fil-qasam tar-riformi demokratiċi u ġudizzjarji;

18.  Jilqa' r-riformi amministrattivi attwali u jirrakkomanda aktar riformi li jiggarantixxu ġudikatura tassew indipendenti u imparzjali u sforzi aktar effiċjenti fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni fil-livelli kollha; jappella, madankollu, għal governanza msaħħa u riformi, b'ġudikatura verament indipendenti, ħielsa mill-korruzzjoni u li tiżgura d-dritt għal proċess ġust u d-dritt għal difiża, u għal sforzi ikbar u iktar effiċjenti fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-kriminalità organizzata u t-traffikar tad-drogi; jitlob it-titjib u l-modernizzazzjoni u l-investimenti f'setturi soċjali bażiċi; jenfasizza li aktar attenzjoni għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali f'reġjuni periferiċi u lil hinn mill-ibliet prinċipali ser tkun importanti għall-istabbiltà fit-tul tal-pajjiż;

19.  Josserva l-eżistenza ta' pjattaformi ta' djalogu mas-soċjetà ċivili; itenni t-tħassib tiegħu rigward il-leġiżlazzjoni dwar l-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) li timmina l-indipendenza tagħhom u l-kapaċità li joperaw; ifakkar fl-importanza ta' soċjetà ċivili attiva u indipendenti għall-futur sostenibbli tal-Każakistan; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Każakistani jiggarantixxu, f'kull ċirkostanza, li l-attivisti u l-NGOs kollha li jaħdmu favur id-drittijiet tal-bniedem fil-Każakistan ikunu jistgħu jwettqu l-attivitajiet leġittimi tagħhom ta' drittijiet tal-bniedem mingħajr il-biża' ta' rappreżalji, u ħielsa minn kwalunkwe restrizzjoni u b'hekk jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli tas-soċjetà u t-tisħiħ tad-demokrazija; huwa tal-fehma li l-Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni jimplika wkoll appoġġ imsaħħaħ għall-iżvilupp ta' soċjetà ċivili ġenwina, u jistieden lill-awtoritajiet tal-Każakistan biex jaġixxu kif xieraq, u lill-Kummissjoni biex iżżid programmi bl-għan li tissaħħaħ u tiġi kkonsolidata l-azzjoni ta' NGOs indipendenti;

20.  Jitlob għat-tmiem tal-persekuzzjoni ġudizzjarja, tal-fastidju u tal-priġunerija ta' ġurnalisti indipendenti, tal-attivisti tas-soċjetà ċivili, tal-mexxejja ta' trejdjunjins, tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, ta' figuri politiċi fl-oppożizzjoni u ta' individwi oħra skjetti b'ritaljazzjoni għall-eżerċizzju tagħhom tal-libertà tal-espressjoni u ta' libertajiet fundamentali oħra, fenomenu li intensifika ruħu matul dawn l-aħħar ftit snin; jitlob għar-riabilitazzjoni sħiħa u għall-ħelsien immedjata tal-attivisti u l-priġunieri politiċi kollha li bħalissa jinsabu l-ħabs, kif ukoll għat-tneħħija ta' restrizzjonijiet fuq il-movimenti tal-oħrajn; jitlob tmiem tal-abbuż tal-proċeduri tiegħu ta' estradizzjoni tal-Interpol u l-waqfien tal-fastidju lill-oppożizzjoni politika barra mill-pajjiż;

21.  Jilqa' favorevolment il-libertà kondizzjonali mill-ħabs tal-attivist tal-Każakistan u kap tal-partit tal-oppożizzjoni Alga! Vladimir Kozlov f'Awwissu 2016;

22.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar ir-restrizzjoni tal-libertà tal-midja, tal-libertà tal-espressjoni, u tal-libertà ta' għaqda u ta' assoċjazzjoni, u l-libertà tar-reliġjon, inkluż permezz ta' leġiżlazzjoni restrittiva, pressjoni, ċensura u l-prosekuzzjoni kriminali ta' attivisti; josserva li l-libertà tal-espressjoni għall-mezzi tax-xandir indipendenti, il-bloggers u ċ-ċittadini individwali hija valur universali li jrid jiġi rispettat; jirrakkomanda lill-Każakistan japplika l-istandards tal-Kunsill tal-Ewropa fis-sistema leġali tiegħu; jieħu nota tal-isforzi tal-Każakstan biex itejjeb l-immaġni internazzjonali tal-pajjiż, kif muri mill-ftuħ reċenti tal-Expo-2017 f'Astana; jirrimarka, madankollu, li dawn l-isforzi huma kontradetti mit-trażżin ta' vuċijiet ta' kritika u pressjoni fuq is-soċjetà ċivili matul l-aħħar ftit xhur;

23.  Jinsab imħasseb li wħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali u tal-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali, riformati dan l-aħħar, jillimitaw il-libertà ta' espressjoni; jinkoraġġixxi lill-Każakistan jerġa' jdurhom partikolarment fir-rigward tal-kriminalizzazzjoni tal-malafama;

24.  Jenfasizza li l-libertà tal-midja u l-libertà tal-espressjoni huma essenzjali fil-ħolqien u l-konsolidazzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem; jiddispjaċih li l-ambjent għal mezzi tax-xandir indipendenti sar aktar ostili; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-abbozz ta' leġiżlazzjoni dwar il-midja mmirata lejn l-implimentazzjoni ta' regoli għall-ġurnalisti li jinvolvihom fil-verifika tal-informazzjoni tagħhom mal-awtoritajiet tal-istat; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Każakistan biex ineħħu tali emendi mill-abbozzi leġiżlattivi tagħhom u biex tiġi żgurata indipendenza sħiħa ta' investigazzjoni u rappurtar għall-ġurnalisti; barra minn hekk, jistieden lill-awtoritajiet tal-Każakistan biex jibqgħu lura milli jirrestrinġu l-aċċess għall-mezzi tal-informazzjoni, onlajn u offlajn, li huma kritiċi tal-istat, fil-pajjiż u barra mill-pajjiż; jiddispjaċih li l-malafama tibqa' kriminalizzata fil-Każakistan, u jenfasizza li dan sar problematiku fid-dawl tal-libertà tal-espressjoni fil-pajjiż; jinsab imħasseb dwar in-numru kbir ta' każijiet ta' malafama, fosthom kawżi kontra xi xandara tal-aħbarijiet u websajts oħra li jirrappurtaw b'mod sfavorevoli fuq il-politiki tal-gvern u li huma wkoll ta' spiss imblukkati, li jinfetħu minn uffiċjali pubbliċi u persuni pubbliċi oħra li jgawdu minn protezzjoni speċjali u li jeżiġu ammonti kbar ta' kumpens morali bħala riżultat ta' artikli li jkun fihom allegazzjonijiet ta' korruzzjoni, imġiba ħażina jew kwistjonijiet oħra li ma jogħġbuhomx;

25.  Iħeġġeġ li jitreġġgħu lura t-tendenzi negattivi f'termini ta' libertà tal-mezzi ta' komunikazzjoni, libertà ta' espressjoni u tal-libertà ta' assoċjazzjoni u ta' għaqda, u libertà ta' reliġjon; jirrakkomanda li l-Każakistan japplika l-istandards tal-Kunsill tal-Ewropa fil-liġijiet tiegħu; jieħu nota, f'dan il-kuntest, li, mill-2016, l-NGOs kollha tal-Każakistan kienu obbligati bil-liġi li jirreġistraw mal-awtoritajiet u biex jipprovdu annwalment informazzjoni dwar l-attivitajiet tagħhom għal inklużjoni f'bażi tad-data tal-gvern dwar l-NGOs; jenfasizza li dan il-pass jista' jiġi dirett lejn it-tisħiħ tat-trasparenza fis-settur; jinsab imħasseb, madankollu, li r-rekwiżiti l-ġodda jżidu mal-obbligi ta' rappurtar lill-istat li huma diġà estensivi ferm għas-settur non-governattiv, filwaqt li l-politika ta' trasparenza hija applikata b'mod sproporzjonat għas-setturi non-governattivi, mingħajr skop ta' qligħ, peress li ma tapplikax għal entitajiet legali oħra; jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-involviment f'assoċjazzjonijiet mhux reġistrati jiġi kkriminalizzat u li wieħed jonqos milli jipprovdi informazzjoni għall-bażi tad-data l-ġdida jew li wieħed jipprovdi informazzjoni "żbaljata" jistgħu jirriżultaw f'sanzjonijiet għall-organizzazzjonijiet; jiddispjaċih li l-attivitajiet ta' assoċjazzjonijiet pubbliċi rreġistrati jistgħu jiġu sospiżi jew itterminati mill-qrati għal kwalunkwe ksur tal-liġi nazzjonali, żgħira kemm hi żgħira;

26.  Josserva bi tħassib li l-adozzjoni tal-liġijiet reċenti kontra t-terroriżmu, fosthom abbozz ta' liġi li jipproponi li ċ-ċittadinanza tiġi rtirata għal dawk suspettati ta' terroriżmu jista' jwassal għas-soppressjoni tal-oppożizzjoni politika paċifika u leġittima; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Każakistan jevitaw li jużaw din il-leġiżlazzjoni minħabba l-effetti possibbli ta' limitazzjoni tal-libertà tal-espressjoni, l-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin, l-indipendenza tal-ġudikatura jew il-projbizzjoni tal-attività tal-oppożizzjoni;

27.  Jieħu nota li, fl-osservazzjonijiet ta' konklużjoni tiegħu dwar il-Każakistan adottati fis-sajf tal-2016, il-Kumitat tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem esprima tħassib dwar id-dispożizzjonijiet ifformulati b'mod ġenerali tal-Artikolu 174 tal-Kodiċi Kriminali, li jipprojbixxi "l-inċitament" soċjali, nazzjonali jew ta' kunflitt ieħor, u l-Artikolu 274 li jipprojbixxi t-"tixrid ta' informazzjoni li hija magħrufa li hija falza", u l-użu ta' dawn l-artikoli sabiex tiġi ristretta bla bżonn il-libertà tal-espressjoni u drittijiet oħra mħarsa mill-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR); jiddispjaċih li għadd ta' attivisti tas-soċjetà ċivili u ġurnalisti ġew akkużati u mibgħuta l-ħabs fuq il-bażi tal-artikoli msemmija hawn fuq tal-Kodiċi Kriminali; jinnota li l-lista tinkludi Maks Bokayev u Talgat Ayan li qed jiskontaw sentenzi ta' ħabs ta' ħames snin għar-rwol tagħhom fi protesti paċifiċi, li seħħew fil-Każakistan fir-rebbiegħa tal-2016; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Każakistan biex jeħlishom kollha u biex jiġu rtirati l-akkużi kontrihom;

28.  Jistieden lill-Każakistan jirrevedi l-Liġi dwar it-Trade Unions tiegħu tal-2014 u l-Kodiċi tax-Xogħol tal-2015 biex iġibhom konformi mal-istandards tal-ILO; ifakkar lill-Każakistan fl-obbligi tiegħu li jikkonforma bis-sħiħ mal-konklużjonijiet adottati mill-Kumitat tal-ILO dwar l-Applikazzjoni tal-Istandards (fl-2017, fl-2016 u fl-2015);

29.  Jikkundanna l-għeluq tal-Konfederazzjoni tat-Trejdjunjins Indipendenti tal-Każakistan (CITUK) permezz ta' digriet tal-qorti f'Jannar 2017 talli allegatament naqset milli tikkonferma l-istejtus tagħha skont il-liġi restrittiva tal-pajjiż dwar it-Trejdjunjins tal-2014; ifakkar lill-awtoritajiet tal-Każakistan dwar il-ħtieġa li jiggarantixxu ġudikatura indipendenti u imparzjali u li jippermettu djalogu soċjali reali billi trawwem ukoll l-eżistenza u l-funzjonament ta' trejdjunjins indipendenti, bħall-CITUK u l-affiljati tagħha; jirreferi għall-Konklużjonijiet tal-Kumitat tal-ILO dwar l-Applikazzjoni tal-Istandards dwar is-sitwazzjoni fil-Każakistan f'Ġunju 2017; jiddispjaċih li Larisa Kharkova, President tal-CITUK, instabet ħatja minn qorti fil-25 ta' Lulju 2017 ta' akkużi ta' approprjazzjoni indebita u frodi relatati mal-użu ta' fondi tat-trejdjunjins, li huma meqjusa li huma motivati politikament; jiddeplora l-fatt li ġiet arbitrarjament ikkundannata għal erba' snin ta' restrizzjonijiet imposti mill-qorti fuq il-moviment liberu tagħha, flimkien ma' 100 siegħa ta' xogħol fil-komunità u projbizzjoni għal ħames snin fuq iż-żamma ta' pożizzjonijiet ta' tmexxija f'assoċjazzjonijiet pubbliċi; jistieden lill-Każakistan biex jannulla l-kundanna u jitwaqqu l-akkużi li nġiebu kontriha;

30.  Jiddispjaċih li, f'April u f'Mejju 2017, żewġ mexxejja oħra ta' trejdjunjins, Nurbek Kushakbayev u Amin Yeleusinov, kienu ikkundannati għal sentejn u nofs u sentejn ħabs, rispettivament, fuq akkużi kriminali wkoll ikkunsidrati bħala motivati politikament; jinnota li s-sentenzi kontra t-tliet mexxejja tat-trejdjunjins huma daqqa ta' ħarta lill-attività indipendenti tat-trejdjunjins fil-pajjiż;

31.  Josserva n-natura multietnika u multireliġjuża tal-Każakistan u jisħaq fuq il-bżonn tal-protezzjoni tal-minoranzi u ta' drittijiethom, partikolarment fir-rigward tal-użu tal-lingwi, tal-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin, tan-nondiskriminazzjoni u tal-opportunitajiet indaqs; jilqa' l-koeżistenza paċifika ta' komunitajiet differenti fil-Każakistan;

32.  Jitlob għal reviżjoni sostanzjali tad-Djalogu annwali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem bejn l-UE u l-Każakistan, sabiex dan issir aktar effettiv u orjentat lejn ir-riżultati; jistieden lill-awtoritajiet Każakistani jimpenjaw ruħhom bis-sħiħ f'dan, kif ukoll fil-fora l-oħra kollha, sabiex jinkiseb progress tanġibbli dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f'dan il-pajjiż filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari għall-każijiet individwali; ifakkar li l-involviment tas-soċjetà ċivili f'dawn id-djalogi u l-konsultazzjonijiet għandhom ikunu garantiti;

33.  Jissottolinja l-bżonn ta' impenn kontinwu fi ħdan iċ-ċiklu tal-mekkaniżmu tal-Eżami Perjodiku Universali tal-Kunsill tan-NU tad-Drittijiet tal-Bniedem (UNHRC), b'mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni effikaċi tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu;

34.  Jinsisti li l-Każakistan jirrispetta r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat tan-NU kontra t-Tortura u r-rakkomandazzjonijiet tal-2009 tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar it-Tortura;

35.  Jiddispjaċih li l-Każakistan sal-lum irrifjuta investigazzjoni internazzjonali indipendenti f'dak li ġara f'Zhanaozen fl-2011 minkejja l-appelli tal-UNHRC;

36.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-applikazzjoni tal-pajjiż biex isir parti minn bosta konvenzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa;

37.  Jiddispjaċih li l-Każakistan ma huwa la parti, u lanqas stat firmatarju tal-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali u jappella lill-Każakistan sabiex jiffirma u jaderixxi miegħu;

Relazzjonijiet internazzjonali, kooperazzjoni reġjonali, u sfidi globali

38.  Jilqa' l-kooperazzjoni kostruttiva tal-Każakistan fir-relazzjonijiet internazzjonali bħala fattur importanti li jikkontribwixxi għall-paċi u l-istabbiltà kemm fil-livell reġjonali kif ukoll f'dak globali, pereżempju, permezz tal-iffaċilitar tat-taħdidiet dwar il-ftehim nukleari Iranjan, in-negozjati bejn il-partijiet f'Astana għal soluzzjoni komprensiva sabiex tintemm il-gwerra fis-Sirja, l-isforzi diplomatiċi tiegħu f'dak li għandu x'jaqsam mal-kunflitt fl-Ukrajna u l-inizjattiva tiegħu dwar il-Konferenza dwar l-Interazzjoni u l-Miżuri għall-Bini tal-Fiduċja fl-Asja; iħeġġeġ lill-Każakistan ikomplu jimpenja ruħu u jieħu rwol kostruttiv fix-xena internazzjonali; jilqa', f'dan ir-rigward, l-appell tiegħu għal qerda gradwali tal-kunflitti armati permezz tan-nonproliferazzjoni nukleari u d-diżarm, u l-inizjazzjoni tiegħu tad-Dikjarazzjoni Universali dwar il-Kisba ta' Dinja Ħielsa mill-Armi Nukleari; jilqa', b'mod partikolari, id-deċiżjoni tal-Każakistan li ma jisseħibx fil-projbizzjoni Russa tal-prodotti agrikoli tal-UE, u jqis li dan huwa sinjal inkoraġġanti u konkret ta' rieda ta' dan il-pajjiż biex jintensifika d-djalogu u l-kooperazzjoni tiegħu mal-UE;

39.  Jinnota l-importanza ġeostrateġika tal-Każakistan u jirrikonoxxi politika barranija multidimensjonali tal-pajjiż, bil-għan tagħha li trawwem relazzjonijiet amikevoli u prevedibbli, inkluż, bħala prijorità, il-bini u l-ibbilanċjar ta' relazzjonijiet tajba ta' viċinat mar-Russja, iċ-Ċina, l-istati tal-Asja Ċentrali li magħhom jaqsam il-fruntieri, u msieħba oħrajn, inkluż l-Istati Uniti u l-UE;

40.  Jirrikonoxxi l-fatt li l-Każakistan huwa attur importanti fil-politika estera u ta' sigurtà mhux inqas minħabba r-rwol konsistenti li żvolġa fid-diżarm nukleari u fis-sigurtà globali, kif ukoll bħala membru mhux permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fl-2017-2018;

41.  Jirrikonoxxi l-isfida tas-sigurtà fil-konfront tal-Każakistan mid-Daesh u minn organizzazzjonijiet oħra indikati bħala terroristiċi mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU; jinnota n-numru kbir ta' ċittadini tal-Każakistan fost il-ġellieda barranin fil-Lvant Nofsani; jirrikonoxxi l-potenzjal għal destabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Każakistan li tirriżulta mill-konflitt li għaddej fl-Afganistan, inkluż permezz ta' estremiżmu reliġjuż, it-traffikar tad-drogi u t-terroriżmu; jappella għal kooperazzjoni aktar mill-qrib fil-ġlieda kontra l-estremiżmu vjolenti u l-ġlieda kontra t-terroriżmu, u jirrimarka li l-prijorità għandha tkun li jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tar-radikalizzazzjoni; jinnota li l-Artikolu 13 tal-Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija jiffoka fuq il-miżuri tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u jaqdi rwol kruċjali, speċjalment fl-ambjent internazzjonali preżenti;

42.  Jinnota li l-Każakistan jappartjeni għall-organizzazzjonijiet reġjonali ewlenin kollha; iqis il-profil internazzjonali li l-Każakistan kiseb reċentement, permezz tal-presidenza ta' organizzazzjonijiet internazzjonali varji bħalma huma l-OSKE, l-Organizzazzjoni tal-Kooperazzjoni Iżlamika (OIC), il-Commonwealth ta' Stati Indipendenti (CIS), l-Organizzazzjoni ta' Kooperazzjoni ta' Shanghai u l-Organizzazzjoni tat-Trattat dwar is-Sigurtà Kollettiva, bħala punt ta' tluq tajjeb għal attivitajiet konġunti biex tiġi stabbilizzata s-sitwazzjoni tas-sigurtà fir-reġjun tal-Asja Ċentrali u sabiex jinstabu soluzzjonijiet multilaterali għal sfidi globali; jilqa', f'dan il-kuntest, id-dikjarazzjonijiet ċari tal-Każakistan li s-sħubija tiegħu fl-Unjoni Ekonomika Ewrasjatika (EAEU) mhux se taffettwa t-tisħiħ tar-relazzjonijiet mal-UE;

43.  Jirrakkomanda li l-UE tkompli s-sostenn tagħha favur il-kooperazzjoni reġjonali fl-Asja Ċentrali, partikolarment għall-Istat tad-dritt, il-miżuri għat-tisħiħ tal-fiduċja, il-ġestjoni tal-ilma u tar-riżorsi, il-ġestjoni tal-fruntieri, l-istabilità u s-sigurtà; isostni, f'dan ir-rigward, l-isforzi tal-Każakistan fil-promozzjoni tar-relazzjonijiet ta' bon viċinat u li jsir garanti ta' stabilità fir-reġjun; jitlob li jkun hemm soluzzjoni sostenibbli tal-Asja Ċentrali fir-rigward il-kwistjonijiet marbuta mal-ġestjoni tal-ilma, l-enerġija u tas-sigurtà li tissodisfa l-interessi kollha;

44.  Jirrikonoxxi li l-Każakistan huwa setgħa ewlenija fir-reġjun tal-Asja Ċentrali; iħeġġeġ lill-Każakistan biex din il-pożizzjoni tintuża bħala bażi għal impenn pożittiv mal-ġirien reġjonali tiegħu u li jieħu passi biex jimxi 'l quddiem fil-kooperazzjoni reġjonali;

L-iżvilupp sostenibbli, l-enerġija u l-ambjent

45.  Jilqa' t-tielet strateġija ta' modernizzazzjoni tal-Kazakistan, imħabbra f'Jannar 2017, bil-għan li jsir wieħed mit-30 l-iktar pajjiżi żviluppati fid-dinja;

46.  Jilqa' pożittivament il-kapitolu msaħħaħ dwar il-materja prima u l-kooperazzjoni fil-qasam enerġetiku, li għandu potenzjal kbir biex jikkontribwixxi għas-sigurtà enerġetika tal-UE; ifakkar li l-Każakistan għandu rwol importanti bħala fornitur tal-enerġija lill-UE; jistieden lill-UE biex timpenja ruħha b'mod iktar attiv fil-kooperazzjoni fil-qasam tal-enerġija u biex issaħħaħ id-djalogu tagħha mal-Każakistan u ma' pajjiżi oħra tal-Asja Ċentrali biex tissaħħaħ is-sigurtà tal-enerġija tal-UE;

47.  Jilqa' l-inklużjoni fil-Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni tal-kapitolu dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tat-tibdil fil-klima; jitlob lill-UE biex tkompli tikkoopera mal-gvern tal-Każakistan, u tassistih fl-identifikazzjoni u l-iżvilupp innovattiv u sostenibbli tal-politiki ambjentali u ekoloġiċi; ifakkar li l-Każakistan huwa partikolarment milqut mill-konsegwenzi ta' tnejn mill-akbar diżastri ambjentali fid-dinja kkawżati mill-bniedem, jiġifieri n-nixfa tal-Baħar Aral u tat-testijiet nukleari fl-era Sovjetika fis-sit ta' Semey/Semipalatinsk; jistieden lill-Kummissjoni biex iżżid l-għajnuna tagħha lill-awtoritajiet tal-Każakistan, kemm fuq bażi teknika u kemm fuq livell finanzjarju, sabiex jitjiebu b'mod sostanzjali l-ġestjoni tal-ilma u l-konservazzjoni tal-ilma f'baċir tal-baħar Aral fil-qafas tal-programm ta' azzjoni tal-Fond Internazzjonali għas-Salvataġġ tal-Baħar Aral, u biex jiġi żviluppat pjan ta' azzjoni effettiv għat-tindif ta' dik li kienet iż-żona nukleari "Polygon"; jilqa' l-parteċipazzjoni tal-Każakistan fil-Programm ta' Sħubija volontarja magħruf bħala "Green Bridge"; jemmen li dan ser jipprovdi bażi stabbli u fit-tul għall-investiment ekoloġiku, għat-trasferiment ta' teknoloġiji u innovazzjonijiet ġodda, u sabiex tinkiseb soċjetà ħielsa mill-emissjonijiet tal-karbonju;

48.  Jissottolinja l-bżonn ta' applikazzjoni tal-prinċipji ta' żvilupp sostenibbli mil-lat ambjentali fil-Każakistan fir-rigward tal-estrazzjoni u tal-ipproċessar tar-riżorsi naturali vasti tiegħu; japprezza, f'dan ir-rigward, il-fatt li l-pajjiż jikkonforma mal-istandards tal-Inizjattiva għat-trasparenza tal-industriji estrattivi (EITI);

Kummerċ u ekonomija

49.  Ifakkar li l-UE hija l-ewwel sieħba kummerċjali u ta' investiment tiegħu u li l-Każakistan huwa s-sieħeb kummerċjali ewlieni tal-UE fl-Asja Ċentrali; jittama li dawn ir-relazzjonijiet se jkunu msaħħa iktar; jinnota li 80 % tal-esportazzjonijiet tal-Każakistan lejn l-UE tikkonsisti f'żejt u gass; itenni l-importanza ta' diversifikazzjoni ikbar tal-kummerċ tiegħu mal-UE; jenfasizza li l-kummerċ u d-drittijiet tal-bniedem jistgħu jsaħħu lil xulxin b'mod pożittiv meta joperaw f'ambjent tal-istat tad-dritt; ifakkar li l-komunità kummerċjali għandha rwol importanti biex jiġu offruti inċentivi pożittivi f'termini ta' promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija, u tar-responsabilità korporattiva; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-katini ta' valur globali jikkontribwixxu għat-titjib internazzjonali fundamentali tax-xogħol, l-istandards ambjentali, soċjali u tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż l-istabbiliment u l-infurzar ta' miżuri tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, l-opportunitajiet edukattivi, istituzzjonijiet imparzjali, u t-tnaqqis tal-korruzzjoni;

50.  Jilqa' l-adeżjoni tal-Każakistan mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ fl-1 ta' Jannar 2016, li rawmet il-modernizzazzjoni ekonomika u amministrattiva tal-pajjiż; jinnota li l-ekonomija tal-Każakistan hija, fil-biċċa l-kbira tagħha, ibbażata fuq l-isfruttament u l-esportazzjoni tal-materja prima u tal-idrokarburi; jittama li l-programm ambizzjuż għad-diversifikazzjoni tal-ekonomija, li fiha l-UE tista' taqdi rwol importanti, kif ukoll għar-riforma tal-pajjiż, li tinkludi, inter alia, il-professjonalizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika u l-introduzzjoni ta' miżuri kontra l-korruzzjoni, fil-prattika jiġu eżegwiti bis-sħiħ; jistieden, b'mod partikolari, lill-Kummissjoni tkompli tassisti lill-Każakistan biex l-ekonomija tiegħu jiffavorixxi l-ambjent u jkun sostenibbli;

51.  Jieħu nota tal-impenn tal-Każakistan biex jilliberalizza kompletament il-moviment tal-kapital fil-forma ta' investiment dirett, u jiddispjaċih li t-titolu tal-Kummerċ u n-Negozju tal-Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni ma jinkludix dispożizzjonijiet kontra l-korruzzjoni; huwa tal-fehma li għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-kwistjonijiet ta' governanza korporattiva u ta' korruzzjoni waqt li tkun qed tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tal-ftehim, sabiex jiġi evitat li jiżdied ir-riskju tal-ħasil tal-flus;

52.  Jilqa' d-determinazzjoni tal-Każakistan, kif jidher matul l-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni, li jonora u jissodisfa l-impenji tiegħu tal-Ftehim Imsaħħaħ u tad-WTO; jistieden lill-Każakistan jonora l-impenji tiegħu skont il-Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni rigward id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali, abbażi ta' reġim ta' eżawriment reġjonali;

53.  Jistieden lill-Każakistan jallinja kompletament it-tariffi tiegħu għall-importazzjonijiet mal-impenji tad-WTO u tal-Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni, irrispettivament mill-parteċipazzjoni tiegħu fl-Unjoni Ekonomika Ewroasjatika (EAEU), sabiex jevita ħlas kumpensatorju għali lis-sħab kummerċjali tad-WTO;

54.  Jistieden lill-Każakistan jissieħeb mas-sistema kompjuterizzata veterinarja integrata (TRACES), biex jippermetti l-kontrolli sanitarji u fitosanitarji (SPS) effikaċi, u sabiex jintużaw iċ-ċertifikati bilaterali tal-SPS bejn l-UE u l-Każakistan;

55.  Jieħu nota tal-perjodu tranżitorju ta' ħames snin għall-akkwist pubbliku u l-perjodu tranżitorju ta' tmien snin għall-kostruzzjoni stabbiliti fil-Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni, u jistenna b'interess għaż-żieda tal-kummerċ ladarba dawn il-perjodi jkunu għaddew; jinnota li l-akkwist pubbliku huwa strument ta' politika pubblika sinifikanti għall-Każakistan;

o
o   o

56.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għall-Asja, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-gvern u lill-parlament tal-Każakistan.

(1) ĠU C 419, 16.12.2015, p. 159.
(2) Testi adottati, P8_TA(2016)0083.
(3) ĠU C 45, 5.2.2016, p. 85.
(4) ĠU C 251 E, 31.8.2013, p. 93.
(5) ĠU C 224 E, 19.8.2010, p. 30.
(6) ĠU C 168 E, 14.6.2013, p. 91.
(7) Testi adottati, P8_TA(2016)0121.
(8) Testi adottati, P8_TA(2017)0007.
(9) Testi adottati, P8_TA(2017)0484.


Tiġdid tal-mandat tal-President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni
PDF 249kWORD 48k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2017 dwar il-proposta tal-Kummissjoni għat-tiġdid tal-mandat tal-President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (N8-0092/2017 – C8-0425/2017 – 2017/0901(NLE))
P8_TA(2017)0486A8-0393/2017

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tad-29 ta' Novembru 2017 għat-tiġdid tal-mandat tal-President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (N8-0092/2017),

–  wara li kkunsidra t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 56(6) u l-Artikolu 56(7) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 122a tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0393/2017),

A.  billi fid-19 ta' Diċembru 2014, il-Kunsill ħatar lil Elke König bħala President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (SRB) għal mandat ta' tliet snin li beda fit-23 ta' Diċembru 2014(2);

B.  billi skont l-Artikolu 56(7) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-mandat tal-ewwel President tal-SRB jista' jiġġedded darba għal perjodu ta' ħames snin;

C.  billi fid-29 ta' Novembru 2017, il-Kummissjoni adottat proposta għat-tiġdid tal-mandat ta’ Elke König bħala President tal-SRB u bagħtet din il-proposta lill-Parlament;

D.  billi l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament imbagħad ipproċeda bl-evalwazzjoni tal-kredenzjali tal-kandidata proposta għall-kariga ta' President tal-SRB, b'mod partikolari fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014;

E.  billi fl-4 ta' Diċembru 2017, il-Kumitat organizza smigħ ta’ Elke König, li fih għamlet dikjarazzjoni tal-ftuħ u mbagħad wieġbet għall-mistoqsijiet li sarulha mill-membri tal-Kumitat;

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni għat-tiġdid tal-mandat ta’ Elke König bħala President tal-SRB;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1.
(2) ĠU L 367, 23.12.2014, p. 97.


Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE 2017: Insaħħu d-Drittijiet taċ-Ċittadini f'Unjoni ta' Tibdil Demokratiku
PDF 348kWORD 66k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2017 dwar ir-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE 2017: Insaħħu d-Drittijiet taċ-Ċittadini f'Unjoni ta' Tibdil Demokratiku (2017/2069(INI))
P8_TA(2017)0487A8-0385/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-24 ta' Jannar 2017, intitolat "It-Tisħiħ tad-Drittijiet taċ-Ċittadini f'Unjoni ta' Tibdil Demokratiku" (COM(2017)0030),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Jannar 2017 mfassal skont l-Artikolu 25 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) dwar il-progress lejn ċittadinanza effettiva tal-UE 2013-2016 (COM(2017)0032),

–  wara li kkunsidra r-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika tal-2015 dwar iċ-ċittadinanza tal-UE mmexxija mill-Kummissjoni, u r-riżultati tal-eżerċizzji ta' stħarriġ tal-Ewrobarometru tal-2015 dwar id-drittijiet elettorali u dwar iċ-ċittadinanza,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 6 u 9-12 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), l-Artikoli 18-25 tat-TFUE (TFUE) u l-Artikoli 11, 21 u 39 sa 46 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE,

–  wara li kkunsidra r-rispett għall-istat tad-dritt stabbilit fl-Artikolu 2 tat-TUE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 3(2) tat-TUE, li jistabbilixxi d-dritt għall-moviment liberu tal-persuni,

–  wara li kkunsidra d-dritt ta’ petizzjoni stabbilit fl-Artikolu 44 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 165 tat-TFUE,

–  wara li kkunsidra d-dritt ta' petizzjoni stabbilit fl-Artikolu 227 tat-TFUE,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-29 ta' Frar 2016 dwar l-istrateġija għal suq uniku(1) u speċjalment id-dokument dwar ir-riżultati tal-laqgħa informali taċ-Ċentri SOLVIT li saret f'Lisbona fit-18 ta' Settembru 2015(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Marzu 2014 dwar "Ir-Rapport tal-2013 dwar iċ-ċittadinanza tal-UE – Iċ-ċittadini tal-UE: id-drittijiet tagħkom, il-futur tagħkom"(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ April 2016 dwar "Tagħlim dwar l-UE fl-iskejjel"(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar "Il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni: Rapport annwali tal-2014"(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' Frar 2017 dwar rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-aspetti transfruntiera tal-adozzjonijiet(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu, tat-2 ta' Marzu 2017(7) dwar l-Implimentazzjoni tal-programm "l-Ewropa għaċ-Ċittadini",

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill dwar il-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' deċiżjonijiet fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri u dwar sekwestru internazzjonali ta' minuri (riformulazzjoni) (COM(2016)0411),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet dwar l-attivitajiet tal-Grupp ta' ħidma tal-Kumitat dwar Kwistjonijiet marbuta mal-Benessri tat-Tfal,(8) u b'mod partikolari l-konklużjonijiet tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2016 dwar l-attivitajiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet fl-2015(9),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tat-23 ta' Marzu 2017(10) u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali tal-1 ta' Ġunju 2017(11) li tikkonċerna r-rapport mill-Kummissjoni dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dritt tal-UE fl-2015,

–  wara li kkunsidra s-seduti ta' smigħ organizzati mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet fl-2016 u fl-2017, u speċjalment għal: is-seduta konġunta ta' smigħ pubbliku tal-11 ta' Mejju 2017 organizzata b'mod konġunt mill-Kumitati LIBE, PETI u EMPL bit-titlu "Is-sitwazzjoni u d-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE fir-Renju Unit"; is-smigħ pubbliku tal-11 ta' Ottubru 2016 bit-titolu "Ostakli għal-libertà taċ-ċittadini tal-UE li jiċċaqilqu u jaħdmu fis-Suq Intern"; is-smigħ pubbliku tal-4 ta' Mejju 2017 bit-titolu "Il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-protezzjoni tal-minoranzi"; is-seduta konġunta ta' smigħ pubbliku tal-15 ta' Marzu 2016 organizzata mid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi u l-Kumitati LIBE, PETI, AFCO u JURI tal-Parlament Ewropew intitolat "iċ-Ċittadinanza tal-Unjoni fil-prattika"; u s-seduta konġunta ta' smigħ pubbliku dwar l-Apolidija organizzata mill-Kumitati LIBE u PETI fid-29 ta' Ġunju 2017,

–  wara li kkunsidra s-smigħ tal-Kumitat PETI tat-23 ta' Frar 2016 bit-titolu "Jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE (Artikolu 51)?", is-smigħ tal-21 ta' Ġunju 2016 dwar "It-Trasparenza u l-libertà ta' informazzjoni fl-istituzzjonijiet tal-UE" u dak tat-22 ta' Ġunju 2017 dwar "Il-kisba mill-ġdid tal-kunfidenza u tal-fiduċja taċ-ċittadini fil-Proġett Ewropew", flimkien ma' dawk preċedenti f'dan it-terminu leġiżlattiv dwar id-"Dritt għal Petizzjoni (23 ta' Ġunju 2015) u dwar "L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej" (26 ta' Frar 2015),

–  wara li kkunsidra l-istudji kkummissjonati fl-2016 u l-2017 mid-Dipartiment Tematiku C tal-Parlament fuq talba tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet intitolata "Obstacles to the right of free movement and residence for EU citizens and their families" ("Ostakli għad-dritt tal-moviment liberu u ta' residenza għaċ-ċittadini tal-UE u l-familji tagħhom"), "Discrimination(s) as emerging from the petitions received" (Id-Diskriminazzjoni/il-każijiet ta' diskriminazzjoni, kif jirriżultaw mill-petizzjonijiet irċevuti"), "The impact of Brexit in relation to the right to petition and on the competences, responsibilities and activities of the Committee on Petitions" (L-impatt tal-Brexit fir-rigward tad-dritt għal petizzjoni u dwar il-kompetenzi, ir-responsabilitajiet u l-attivitajiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet") u "The protection role of the Committee on Petitions in the context of the implementation of the UN Convention on the Rights of Persons with Disabilities" ("Ir-rwol ta' protezzjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità"),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet u l-opinjonijiet tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġusizzja u l-Intern, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0385/2017),

A.  billi ċ-ċittadinanza tal-UE u d-drittijiet relatati tagħha kienu inizjalment introdotti fl-1992 mit-Trattat ta' Maastricht u ġew imsaħħa aktar permezz tat-Trattat ta' Lisbona, li daħal fis-seħħ f'Diċembru 2009, kif ukoll permezz tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE;

B.  billi l-eżerċitar taċ-ċittadinanza jirrikjedi l-garanzija minn qabel u t-tgawdija tad-drittijiet kollha tal-bniedem, b'mod partikolari d-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali;

C.  billi approċċ olistiku li għandu l-għan li jilħaq l-objettivi stipulati fit-Trattati tal-UE, bħall-impjieg sħiħ u l-progress soċjali, huwa fundamentali biex jippermetti t-tgawdija effettiva tad-drittijiet u tal-libertajiet marbuta maċ-ċittadinanza tal-UE;

D.  billi l-aċċess għaċ-ċittadinanza tal-UE jinkiseb permezz tan-nazzjonalità ta' Stat Membru, li huwa rregolat minn liġijiet nazzjonali; billi fl-istess ħin, id-drittijiet u d-dmirijiet joħorġu minn din l-istituzzjoni u huma stabbiliti mid-dritt tal-UE u ma jiddependux fuq l-Istati Membri; billi għal din ir-raġuni huwa daqstant ieħor veru li dawn id-drittijiet u l-obbligi ma jistgħux jiġu limitati b'mod inġustifikat mill-Istati Membri, inklużi l-entitajiet sottonazzjonali tagħhom; billi fil-kuntest tal-aċċess għaċ-ċittadinanza nazzjonali, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu rregolati mill-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni, bħal dawk tal-proporzjonalità u tan-nondiskriminazzjoni, li t-tnejn huma elaborati sew fil-ġurisprudenza tal-QtĠ; billi skont it-Trattati kull ċittadin tal-UE jrid jirċievi attenzjoni ugwali mill-istituzzjonijiet tal-UE;

E.  billi ċ-ċittadini tal-Unjoni għandhom fiduċja li l-Istati Membri, inklużi l-entitajiet sottonazzjonali, japplikaw kemm id-dritt Komunitarju kif ukoll il-liġijiet nazzjonali tagħhom, li hija prekundizzjoni għall-eżerċitar effettiv tad-drittijiet kollha li jirriżultaw miċ-ċittadinanza Ewropea li huma detenturi tagħha;

F.  billi t-tisħiħ taċ-ċittadinanza tal-UE jintrabat mat-titjib tal-kwalità tad-demokrazija fil-livell tal-Unjoni, għat-tgawdija sħiħa tad-drittijiet u tal-libertajiet fundamentali u għall-opportunità li tingħata lil kull ċittadin biex jipparteċipa fil-ħajja demokratika tal-Unjoni;

G.  billi kwalunkwe bidla unilaterali tal-fruntiera ta' Stat Membru tikser, ta' mill-inqas, l-Artikoli 2, 3(2) u 4(2) tat-TUE, minbarra li tipperikola t-tgawdija tad-drittijiet kollha li jirriżultaw miċ-ċittadinanza tal-Unjoni;

H.  billi t-Trattat ta' Lisbona kkonsolida d-drittijiet inaljenabbli u l-garanziji taċ-ċittadinanza tal-UE, li jinkludu, inter alia, il-libertà li wieħed jivvjaġġa, jaħdem u jistudja fi Stat Membru ieħor, li jieħu sehem fil-ħajja politika Ewropea, li jippromwovi l-ugwaljanza u r-rispett għad-diversità u li jkun protett minn diskriminazzjoni, speċjalment dik ipprattikata fuq il-bażi tan-nazzjonalità; billi l-eżerċitar dejjem jiżdied tad-dritt għall-moviment liberu fl-UE matul id-deċennji li għaddew kellu bħala konsegwenza l-iżvilupp ta' familji mħallta b'nazzjonalitajiet differenti, li spiss jinkludu t-tfal; billi filwaqt li din hija xejra tajba għall-konsolidazzjoni taċ-ċittadinanza tal-UE bħala istituzzjoni fiha nnifisha, din timplika ħtiġijiet speċifiċi u tippreżenta sfidi f'aspetti differenti, inklużi dawk legali;

I.  billi l-prospettiva tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE (Brexit) irrilevat l-importanza tad-drittijiet marbutin maċ-ċittadinanza tal-UE u r-rwol kruċjali tagħhom fil-ħajja ta' kuljum għal miljuni ta' ċittadini tal-UE, u qajmet kuxjenza fl-UE dwar it-telf potenzjali ta' drittijiet involut minħabba l-Brexit fuq iż-żewġ naħat b'kunsiderazzjoni partikolari għat-3 miljun ċittadin tal-UE residenti fir-Renju Unit u l-1,2 miljun ċittadin tar-Renju Unit residenti fl-UE;

J.  billi fid-dawl tal-aħħar avvenimenti fir-Renju Unit, il-kriżi umanitarja tar-refuġjati, il-livelli għoljin ta' qgħad u faqar, u ż-żieda fil-ksenofobija u r-razziżmu fl-UE, dawn qegħdin ipoġġu f'dubju l-fiduċja fis-sistema u fil-proġett Ewropew kollu hemm hu;

K.  billi d-dritt għal moviment liberu u l-eżerċitar tiegħu huma ċentrali għaċ-ċittadinanza tal-UE u jikkomplementaw il-libertajiet l-oħra tas-suq intern tal-UE; billi ż-żgħażagħ Ewropej għandhom qalbhom marbuta, b'mod partikolari, mal-moviment liberu, li qiegħed fl-ewwel post fost iċ-ċittadini tal-UE f'dak li għandu x'jaqsam mar-rikonoxximent u l-popolarità, bħala l-aktar kisba pożittiva tal-UE, wara dik tal-paċi;

L.  billi, hekk kif jixhdu diversi petizzjonijiet irċevuti, il-libertà tal-moviment u l-eżerċitar tagħha nkisru minn diversi Stati Membri li keċċew jew heddew li jkeċċu mit-territorju tagħhom lil ċittadini tal-UE;

M.  billi, kif urew il-petizzjonijiet u l-ilmenti indirizzati lill-Kummissjoni u lil SOLVIT, iċ-ċittadini tal-UE jħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet kbar biex igawdu d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tagħhom minħabba problemi ekonomiċi u tal-impjiegi serji, li ġew iggravati minn piżijiet amministrattivi u burokrazija fl-Istati Membri, u informazzjoni ħażina u/jew nuqqas ta' kooperazzjoni mill-awtoritajiet tal-Istati Membri;

N.  billi l-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni abbażi ta' sess, razza, kulur tal-ġilda jew oriġini etnika jew soċjali, karatteristiċi ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin, opinjonijiet politiċi jew xi opinjoni oħra, appartenenza għal minoranza nazzjonali, proprjetà, twelid, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali, kif minquxin fl-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, huwa l-espressjoni primarja taċ-ċittadinanza tal-UE; billi huwa wkoll kruċjali għall-eżerċizzju ta' suċċess tal-libertà ta' moviment, kif muri mill-petizzjonijiet;

O.  billi r-rispett tad-drittijiet tal-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi huwa wieħed mill-prinċipji li fuqhom hija msejsa l-UE, kif minqux fit-Trattati; billi madwar 8 % taċ-ċittadini tal-UE jappartjenu għal minoranza nazzjonali, u madwar 10 % jitkellmu lingwa reġjonali jew minoritarja; billi l-protezzjoni effettiva tal-minoranzi jeħtieġ li tissaħħaħ;

P.  billi t-tisħiħ tad-drittijiet taċ-ċittadini u tal-istituzzjonijiet demokratiċi jinkludi l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-inugwaljanza bejn is-sessi f'konformità mal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli;

Q.  billi s-sottorappreżentanza tan-nisa f'pożizzjonijiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet, b'mod partikolari fl-isfera politika u fil-livell tal-bordijiet fir-rigward ta' negozji, tostakola l-iżvilupp tal-kapaċitajiet u ddgħajjef l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-ħajja demokratika tal-UE;

R.  billi l-parteċipazzjoni u t-tmexxija tan-nisa fit-teħid ta' deċiżjonijiet politiċi għadhom affettwati minn diversi ostakli, bħall-persistenza ta' sterjotipi bbażati fuq is-sessi u l-konsegwenzi tal-kriżi ekonomika reċenti flimkien mar-riperkussjonijiet negattivi tagħha fuq il-kwistjonijiet tal-ugwaljanza bejn is-sessi;

S.  billi għad hemm diskrepanzi kbar f'termini ta' protezzjoni tal-vittmi ta' vjolenza sessista u ta' vjolenza domestika madwar l-UE f'każijiet ta' tilwim transfruntier fil-familji;

T.  billi d-diskriminazzjoni ffaċċjata min-nisa madwar l-UE hija ostaklu għall-ugwaljanza; billi n-nisa jibqgħu sottorappreżentati bħala votanti kif ukoll f'karigi ta' tmexxija, kemm jekk hija kariga eletta, fis-servizz ċivili, fl-akkademja, fil-media kif ukoll fis-settur privat; billi d-diskriminazzjoni multipla mifruxa ffaċċjata min-nisa u l-għadd sproporzjonat ta' nisa li jiffaċċjaw il-faqar u l-esklużjoni soċjali huma ostakli għall-eżerċitar sħiħ tad-drittijiet ta' ċittadinanza tagħhom;

U.  billi d-dritt li ssir petizzjoni lill-Parlament Ewropew, kif stabbilit fl-Artikoli 20 u 227 tat-TFUE u fl-Artikolu 44 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, huwa wieħed mill-pilastri taċ-ċittadinanza tal-UE, huwa kklassifikat bħala t-tieni dritt l-aktar magħruf mid-drittijiet taċ-ċittadinanza tal-UE, u jrid joħloq mezz ta' konnessjoni bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet Ewropej permezz ta' proċess miftuħ, demokratiku u trasparenti;

V.  billi d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tal-UE jistgħu jiġu ggarantiti permezz ta' approċċ ġdid li jirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 51 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali;

W.  billi ċ-ċittadini Ewropej huma direttament rappreżentati fil-Parlament Ewropew u għandhom id-dritt demokratiku li joħorġu għall-elezzjonijiet Ewropej u li jivvutaw fl-elezzjonijiet Ewropej, anke meta jirrisjedu fi Stat Membru ieħor; billi d-dritt tal-vot taċ-ċittadini Ewropej li jkunu eżerċitaw id-dritt tagħhom tal-liberta ta' moviment biex jivvotaw fl-elezzjonijiet Ewropej u lokali mhuwiex iffaċilitat u promoss ugwalment fl-Istati Membri kollha; billi petizzjonijiet varji indikaw l-eżistenza ta' ostakli u nuqqasijiet burokratiċi ta' natura amministrattiva jew xi natura oħra fir-rigward tal-eżerċitar tad-dritt tal-vot fl-elezzjonijiet nazzjonali jew reġjonali tal-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom għal dawk li jirrisjedu fi Stat Membru ieħor; billi xi ċittadini qed jiġu miċħuda milli jeżerċitaw dan id-dritt demokratiku, bħalma huwa l-każ ta' persuni b'diżabilitajiet fl-Istati Membri li rratifikaw il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità (UNCPRD) imma li ma kkonformawx mal-obbligu tagħha li jirriformaw il-liġijiet elettorali tagħhom biex jippermettu lil persuni b'diżabilitajiet li jeżerċitaw id-dritt tagħhom għall-vot;

X.  billi ċ-ċittadini għandhom id-dritt li jorganizzaw jew jappoġġaw, flimkien ma' ċittadini oħra tal-UE mill-Istati Membri kollha, Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (ECI), li għandha tippermettihom jistabbilixxu l-aġenda leġiżlattiva tal-UE; billi l-ECI tikkostitwixxi strument importanti ta' demokrazija diretta li jippermetti liċ-ċittadini jkunu involuti b'mod attiv fit-tfassil tal-politiki u l-leġiżlazzjoni tal-UE; billi għandha tkun trasparenti u effettiva; billi l-eżerċitar ta' dan id-dritt ma kienx sodisfaċenti s'issa;

Y.  billi l-ħolqien taż-żona Schengen u l-integrazzjoni tal-acquis ta' Schengen fil-qafas tal-UE saħħew ħafna l-libertà ta' moviment fl-UE u jikkostitwixxu wieħed mill-akbar kisbiet tal-proċess ta' integrazzjoni Ewropea; billi fil-konklużjonijiet tiegħu Nru 9166/3/11 u 9167/3/11 tad-9 ta' Ġunju 2011, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea kkonferma l-konklużjoni b'suċċess tal-proċess ta' evalwazzjoni u t-tħejjija teknika tal-Bulgarija u tar-Rumanija biex jaderixxu għaż-żona Schengen;

Z.  billi s-sigurtà hija waħda mill-preokkupazzjonijiet ewlenin taċ-ċittadini tal-UE; billi l-UE jenħtieġ li tagħmel liċ-ċittadini tagħha jħossu li l-libertà tagħhom hija protetta u li s-sigurtà tagħhom hija żgurata fit-territorju tagħha kollu filwaqt li tiżgura li l-libertajiet u d-drittijiet tagħhom ikunu ugwalment irrispettati u protetti; billi t-terroriżmu huwa theddida globali li teħtieġ tiġi indirizzata b'mod effettiv fil-livell lokali, nazzjonali u tal-UE sabiex tiġi żgurata s-sigurtà taċ-ċittadini Ewropej;

AA.  billi skont il-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni (SEC(2011)1556) li takkumpanja l-proposta li twassal għall-adozzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/637 tal-20 ta' April 2015 dwar il-miżuri ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni biex tiġi ffaċilitata l-protezzjoni konsulari għal ċittadini mhux rappreżentati tal-Unjoni f'pajjiżi terzi(12), kważi seba' miljun ċittadin tal-UE jivvjaġġaw jew jgħixu barra mill-UE f'postijiet fejn il-pajjiż tagħhom stess ma jkollux ambaxxata jew konsulat; billi l-għadd ta' ċittadini tal-UE mhux irrappreżentati huwa mistenni li jiżdied għal mill-inqas għaxar miljuni sal-2020; billi ċ-ċittadini tal-UE residenti fit-territorju ta' pajjiż mhux tal-UE li fih ma hemmx rappreżentanza tal-Istat Membru ta' oriġini tagħhom, huma intitolati għall-protezzjoni mill-awtoritajiet diplomatiċi u konsulari ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk taċ-ċittadini ta' dak l-istat;

1.  Jieħu nota tar-Rapport tal-Kummissjoni dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE tal-2017, li fih elenku ta' prijoritajiet ġodda skont il-qasam ta' attività għas-snin li ġejjin; ifakkar li l-applikazzjoni korretta tal-liġi tal-UE hija responsabilità konġunta tal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE; jenfasizza f'dan ir-rigward ir-rwol kruċjali li l-Kummissjoni għandha bħala l-gwardjan tat-Trattati fl-implimentazzjoni tal-Artikoli 258 sa 260 tat-TFUE; jesprimi l-ħtieġa ta' prijoritajiet li jwieġbu b'mod effettiv it-tħassib taċ-ċittadini u ta' impenji u azzjonijiet konkreti u definiti sew għat-tliet snin li ġejjin; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tħaffef il-politika ta' infurzar tad-dritt tal-UE tagħha billi tuża l-mekkaniżmi ta' għodda kollha disponibbli;

2.  Jinnota li d-drittijiet għal petizzjoni, id-dritt li wieħed jirrikorri għand l-Ombudsman Ewropew u d-dritt ta' aċċess għal dokumenti u reġistri huma elementi tanġibbli u fundamentali taċ-ċittadinanza tal-UE u sabiex tiżdied it-trasparenza tat-teħid ta' deċiżjonijiet; għalhekk, jesprimi x-xewqa tiegħu li dawn id-drittijiet jiġu promossi u enfasizzati bħala elementi ewlenin tar-Rapport tal-Kummissjoni dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE u jiġu riflessi kif suppost hemmhekk;

3.  Jenfasizza l-fatt li l-eżerċitar effettiv tad-dritt għal petizzjoni ġie ffaċilitat bis-saħħa tal-ipproċessar imtejjeb tal-petizzjonijiet fil-Parlament Ewropew u t-tnedija lejn l-aħħar tal-2014 tal-portal tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, li jippermetti li jiġu ppreżentati petizzjonijiet b'mod mhux ikkumplikat u ġestiti b'mod iktar effiċjenti, kif spjegat ukoll fir-Rapporti Annwali rispettivi tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet; jitlob għall-konklużjoni mingħajr dewmien tal-implimentazzjoni tal-passi li jmiss tal-proġett kif previst, peress li dan jippermetti segwitu ħafna aktar interattiv tal-proċess tal-petizzjonijiet mill-petizzjonanti u mis-sostenituri;

4.  Jenfasizza li l-eżerċitar b'suċċess tad-drittijiet taċ-ċittadinanza jippresupponi li d-drittijiet u l-libertajiet kollha li huma minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE huma rispettati mill-Istati Membri; Jisħaq fuq il-fatt li l-adozzjoni ta' governanza demokratika u parteċipattiva, l-ogħla livell possibbli ta' trasparenza u l-involviment dirett taċ-ċittadini kollha fil-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet, finalment isaħħu ċ-ċittadinanza tal-UE; jistieden lill-Istati Membri jinfurmaw aħjar liċ-ċittadini tal-UE dwar id-drittijiet u d-dmirijiet tagħhom u jiffaċilitaw l-aċċess ugwali ta' dawn id-drittijiet u r-rispett ugwali għalihom kemm fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom kif ukoll fi Stati Membri oħrajn; jenfasizza n-nonparteċipazzjonijiet eżistenti minn partijiet tat-Trattati tal-UE minn xi Stati Membri li jirriżultaw f'differenzi de facto fid-drittijiet taċ-ċittadini;

5.  Jesprimi dispjaċir qawwi dwar il-fatt li għal kważi għaxar snin sa issa ma sar l-ebda progress fl-adozzjoni tad-Direttiva kontra d-Diskriminazzjoni fl-UE kollha; jistieden lill-istituzzjonijiet kollha tal-UE u speċjalment lill-Istati Membri biex jerġgħu iniedu, bħala kwistjoni ta' prijorità assoluta, in-negozjati rilevanti; jinnota l-impenn tal-Kummissjoni li tappoġġja b'mod attiv il-konklużjonijiet ta' dawn in-negozjati;

6.  Huwa tal-fehma li l-effettività tal-politiki tal-UE fil-qasam tal-antidiskriminazzjoni jenħtieġ li tiżdied u li l-ostakli li fadal jitneħħew; jirrakkomanda li l-Kummissjoni taġġorna l-ewwel żewġ direttivi kontra d-diskriminazzjoni, jiġifieri d-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE u d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, biex tallinjahom mal-verżjoni attwali tat-Trattati u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE;

7.  Jirrikjedi l-adozzjoni ta' qafas regolatorju effiċjenti u miżuri ta' koordinazzjoni fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri biex jiġu assigurati livelli għolja ta' protezzjoni soċjali, b'mod speċjali fil-postijiet tax-xogħol stabbli li għandhom remunerazzjoni adegwata; jemmen li tali approċċ huwa determinanti biex jiġu rinforzati d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali marbuta maċ-ċittadinanza tal-UE;

8.  Jenfasizza li l-miżuri ta' awsterità adottati fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri żiedu l-inugwaljanzi ekonomiċi u soċjali, li b'hekk illimitaw b'mod serju l-eżerċitar konkret tad-drittijiet u tal-libertajiet fundamentali marbuta maċ-ċittadinanza tal-UE;

9.  Ifakkar fl-emendi adottatitiegħu fl-14 ta’ Settembru 2017(13) u l-proposta tal-Kummissjoni dwar direttiva komprensiva dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti ta' aċċessibilità għall-prodotti u s-servizzi (COM(2015)0615), inklużi mezzi ta' trasport differenti; jirrakkomanda li l-leġiżlaturi jħaffu l-attivitajiet tagħhom fir-rigward tal-adozzjoni ta' Att Ewropew dwar l-Aċċessibilità; jilqa' l-ftehim interistituzzjonali li ntlaħaq għall-implimentazzjoni tat-Trattat ta' Marrakexx fil-liġi tal-UE dwar id-drittijiet tal-awtur, li ġie promoss mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet sa mill-2011, u jtenni t-talba tiegħu għal ratifika rapida tat-Trattat ta' Marrakexx mill-UE u l-Istati Membri tagħha; jistieden lill-Istati Membri jirratifikaw il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (UNCRPD) u jiffirmaw il-Protokoll tagħha; jappoġġa l-estensjoni tal-użu ta' karta tad-diżabilità tal-UE, rikonoxxuta b'mod reċiproku, għal kemm jista' jkun Stati Membri; iħeġġiġhom jiffaċilitaw il-mobilità tal-persuni b'diżabilità u l-limitazzjonijiet funzjonali fl-UE; jisħaq fuq il-ħtieġa li tittejjeb l-aċċessibilità għas-siti web tal-UE għall-persuni b'diżabilità;

10.  Jistieden lill-Kummissjoni tieħu passi iktar attivi fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni kontra persuni LGBTI u biex tiġġieled l-omofobija billi tiddefinixxi azzjoni konkreta li għandha tittieħed fil-livelli nazzjonali u Ewropej; jistieden fl-istess ħin lill-istituzzjonijiet tal-UE jimmonitorjaw id-drittijiet ta' persuni LGBTI mill-qrib u jippromwovu r-rikonoxximent tad-drittijiet transfruntiera għal persuni LGBTI u l-familji tagħhom fl-UE;

11.  ifakkar li l-prinċipju tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel jista' jiġi implimentat biss permezz ta' ugwaljanza strateġika bejn is-sessi fil-politiki kollha tal-UE, inkluż permezz tal-Impenn Strateġiku tagħha għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2016-2019; jistieden lill-Kummissjoni biex tiffaċilita l-aċċess sħiħ għas-servizzi tal-kura tas-saħħa sesswali u riproduttiva fl-Istati Membri kollha; jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu miżuri effettivi sabiex tiġi eliminata d-diskriminazzjoni u jiġu miġġielda d-dikjarazzjonijiet diskriminatorji li jsofru n-nisa fl-UE u li jħeġġu l-isterjotipi tas-sessi; itenni l-ħtieġa ta' investiment fl-edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza u dik ċivika u l-edukazzjoni għall-ugwaljanza bejn is-sessi fl-Ewropa kollha; jiġbed l-attenzjoni lejn id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa u d-distakk fil-pensjonijiet fl-UE, li jimminaw il-possibilità ta' awtonomija ekonomika ġenwina għal miljuni ta' nisa; jenfasizza l-importanza tal-parteċipazzjoni politika taż-żgħażagħ, b'mod partikolari n-nisa u l-bniet, u jitlob għal aktar azzjoni min-naħa tal-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni tagħhom.

12.  Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni biex l-UE tiffirma u tikkonkludi l-adeżjoni tagħha mal-Konvenzjoni ta' Istanbul; jiddispjaċih, madankollu, li l-limitazzjoni għal żewġ oqsma – kwistjonijiet relatati ma' kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali, u l-asil u n-non-refoulement – tqajjem inċertezzi legali dwar l-iskop tal-adeżjoni tal-UE; iħeġġeġ lill-Istati Membri jaċċeleraw in-negozjati dwar ir-ratifika u l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Istanbul; jistieden lill-Istati Membri li għadhom m'għamlux dan biex jirratifikaw malajr din il-Konvenzjoni, u lill-Kummissjoni biex tressaq proposti għal direttiva dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa; jilqa' l-preżentazzjoni tal-pakkett dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata mill-Kummissjoni, u jistieden lill-istituzzjonijiet kollha jwettqu dawn il-miżuri malajr kemm jista' jkun; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu d-dħul u r-rappreżentanza tan-nisa f'pożizzjonijiet ta' tmexxija u biex jieħdu azzjoni speċifika ħalli jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' ċittadini vulnerabbli li jiffaċċjaw diskriminazzjoni multipla intersezzjonali, b'tali mod li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet ta' ċittadinanza tagħhom, pereżempju permezz ta' strateġiji xierqa; jistieden lill-Kunsill iżid l-isforzi tiegħu biex terġa' titnieda d-Direttiva dwar in-Nisa fil-Bordijiet; jafferma mill-ġdid it-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tadotta l-Impenn Strateġiku għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2016-2019 tagħha, bħala komunikazzjoni;

13.  Ifakkar li l-minoranzi tradizzjonali ilhom jikkoeżistu għal sekli sħaħ ma' kulturi ta' maġġoranza fil-kontinent tal-Ewropa; jenfasizza l-ħtieġa li l-istituzzjonijiet tal-UE jkollhom rwol aktar attiv fil-ħarsien tal-minoranzi, billi jippromwovu laqgħat, seminars u riżoluzzjonijiet dwar sensibilizzazzjoni kif ukoll passi amministrattivi konkreti fl-istituzzjonijiet tal-UE; jemmen li l-UE għandha tistabbilixxi standards għoljin għall-protezzjoni tal-minoranzi, li jibdew bl-istandards ikkodifikati fi strumenti legali internazzjonali, bħal dawk tal-Kunsill tal-Ewropa, u li dawn l-istandards għandhom jiġu inkorporati b'mod sħiħ f'qafas legali li jiggarantixxi d-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fl-UE kollha; iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha biex jirratifikaw għalkollox il-Konvenzjoni Qafas għall-Ħarsien tal-Minoranzi Nazzjonali u l-Karta Ewropea għal-Lingwi Reġjonali jew Minoritarji mingħajr aktar dewmien u biex jimplimentaw it-Trattati in bona fede; ifakkar, barra minn hekk, il-ħtieġa li jiġu implimentati l-prinċipji żviluppati fil-qafas tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE); jiddeplora kwalunkwe retorika li tinċita diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità; iħeġġeġ lill-gvernijiet nazzjonali biex jinstabu soluzzjonijiet dejjiema u biex jippromwovu kultura ta' diversità lingwistika fl-Istati Membri kollha u l-UE kollha kemm hi, lil hinn mill-konfini ta' lingwi uffiċjali tal-UE, billi kemm it-Trattati kif ukoll il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE għandhom referenzi għall-protezzjoni tal-minoranzi nazzjonali u tad-diskriminazzjoni pprattikata abbażi ta' lingwa;

14.  Jesprimi t-tħassib kbir tiegħu dwar l-għadd ta' persuni Rom fl-Ewropa, li huma vittmi ta' reġistrazzjoni tat-twelid diskriminatorja, u li għalhekk ma għandhom l-ebda dokumenti ta' identità u huma mċaħħda l-aċċess għal servizzi bażiċi essenzjali fil-pajjiż ta' residenza tagħhom, u konsegwentement, huma wkoll miċħuda l-aċċess tagħhom għal kwalunkwe dritt fl-UE; jistieden lill-Istati Membri jieħdu miżuri korrettivi immedjati f'dan ir-rigward biex jissalvagwardjaw it-tgawdija tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem tagħhom u d-drittijiet kollha pprovduti miċ-ċittadinanza tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta u timmonitorja s-sitwazzjoni fl-Istati Membri u tibda l-identifikazzjoni u l-protezzjoni tal-persuni li ċ-ċittadinanza tagħhom ma ġietx rikonoxxuta u li ma għandhom l-ebda aċċess għal dokumenti ta' identità;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipproponu miżuri speċifiċi għat-tneħħija ta' ostakli għall-moviment liberu, f'konformità mar-riżoluzzjonijiet tal-Parlament tal-15 ta' Marzu 2017 dwar l-ostakli għal-libertà taċ-ċittadini tal-UE li jiċċaqilqu u jaħdmu fis-Suq Intern(14) u tat-28 ta' April 2016 dwar is-salvagwardja tal-aħjar interessi tat-tfal madwar l-UE abbażi ta' petizzjonijiet indirizzati lill-Parlament Ewropew(15);

16.  Jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja b'mod regolari l-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/38/KE fl-Istati Membri u tieħu l-miżuri xierqa biex tneħħi l-ostakli potenzjali għal-libertà ta' moviment; jilqa' l-għodda ta' tagħlim elettroniku dwar id-dritt għall-moviment liberu ta' ċittadini tal-Unjoni, li tgħin lill-amministraturi lokali biex jifhmu aħjar id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mill-moviment liberu.

17.  Jirrikonoxxi l-isforzi tal-Kummissjoni biex tagħmel sorsi multipli ta' informazzjoni u għajnuna dwar l-UE u d-drittijiet li tagħti liċ-ċittadini tagħha, bħalma hu n-netwerk Europe Direct, il-portal Your Europe u l-portal tal-ġustizzja elettroniku, disponibbli u aktar aċċessibbli, sabiex l-individwi jiġu informati aħjar dwar l-eżerċitar tad-drittijiet tagħhom bħala ċittadini tal-UE; jirrikonoxxi l-proposta tal-Kummissjoni għal Portal Diġitali Uniku li jagħti liċ-ċittadini aċċess online faċli għal informazzjoni, assistenza u servizzi ta' riżoluzzjoni ta' problemi fir-rigward tal-eżerċitar tad-drittijiet fi ħdan is-suq uniku;

18.  Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ in-netwerk SOLVIT billi ttejjeb l-interazzjoni bejn is-servizzi u ċ-ċentri nazzjonali tiegħu bil-għan li tiżgura segwitu aħjar ta' każijiet mhux solvuti u repetittivi kif ukoll artikulazzjoni aktar viċina bejn l-għodod differenti tal-infurzar tad-dritt tal-Unjoni bħall-EU PILOT u CHAP; u fl-istess ħin, jistieden lill-Istati Membri jippromwovu n-netwerk SOLVIT u s-servizzi tiegħu, kif ukoll mekkaniżmi oħrajn ta' rimedju u parteċipazzjoni taċ-ċittadini, fost iċ-ċittadini tal-UE, kemm fil-livell tal-Unjoni (eż. permezz tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament, l-Ombudsman Ewropew jew l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej) kif ukoll fil-livell nazzjonali (eż. permezz tal-ombudsman reġjonali jew lokali, kumitati tal-petizzjonijiet jew inizjattivi leġiżlattivi popolari);

19.  Jappoġġja l-impenn tal-Kummissjoni fir-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE tal-2017 li torganizza kampanja ta' sensibilizzazzjoni u ta' informazzjoni mal-UE kollha dwar id-drittijiet ta' ċittadinanza tal-UE sabiex tgħin liċ-ċittadini jifhmu aħjar id-drittijiet tagħhom; jinnota li ċ-ċittadini għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni kollha neċessarja għat-tisħiħ ġenwin taċ-ċittadinanza Ewropea, u li tali informazzjoni għandha tiġi ppreżentata b'mod ċar u li jinftiehem, sabiex ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar l-eżerċitar tad-drittijiet tagħhom iggarantiti skont it-Trattat u skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE; jirrakkomanda l-promozzjoni tat-trasparenza u tal-appoġġ konsulari proattiv bħala l-aktar għodod xierqa għal dak il-għan, flimkien ma' pubblikazzjoni adegwata tal-informazzjoni meħtieġa biex jiġi ffaċilitat l-issetiljar ta' persuni li jkunu għadhom kif waslu;

20.  Ifakkar li l-aċċess għas-servizzi tas-saħħa, il-koordinazzjoni tal-iskemi ta' sigurtà soċjali u r-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali fi Stati Membri oħra huma l-oqsma li fihom iċ-ċittadini tal-UE spiss qed jiffaċċjaw diffikultajiet, u jitlob li jsir infurzar vigoruż mill-Kummissjoni sabiex jiġu solvuti tali sitwazzjonijiet;

21.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar iż-żieda fin-nuqqas ta' sodisfazzjon politiku fost iċ-ċittadini ; jenfasizza l-bżonn li tingħata prijorità lill-ġlieda kontra l-ksenofobija, ir-razziżmu, id-diskriminazzjoni u d-diskors ta' mibegħda;

22.  Jirrikonoxxi li l-azzjoni biex jiżdied l-għadd ta' votanti fl-elezzjonijiet Ewropej hija responsabilità kondiviża bejn l-UE u l-Istati Membri; jinkoraġġixxi lil dawn tal-aħħar biex jippromwovu l-parteċipazzjoni demokratika billi jinfurmaw aħjar liċ-ċittadini dwar id-dritt tagħhom li joħorġu għall-elezzjonijiet lokali u Ewropej u jivvutaw fihom permezz ta' diversi kanali u b'lingwa li tinftiehem, u biex ineħħu kull ostaklu għall-parteċipazzjoni tagħhom, bħal diskriminazzjoni ekonomika, soċjali u lingwistika, prattiki inġusti jew korruzzjoni; iħeġġeġ lill-Istati Membri jneħħu l-ostakli ta' aċċessibilità għaċ-ċittadini b'diżabilità u jiffaċilitaw il-votazzjoni fl-elezzjonijiet kollha għaċ-ċittadini li jgħixu, jaħdmu jew jistudjaw 'il bogħod mill-post fejn jivvutaw is-soltu, pereżempju billi jinkludu l-identifikazzjoni elettronika u soluzzjonijiet ta' votazzjoni;

23.  Jemmen li r-riforma tal-Att Elettorali tista' tkun opportunità għall-Unjoni biex issir aktar demokratika; jenfasizza l-fatt li eluf ta' Ewropej jaqblu ma' din il-fehma; ifakkar il-ħtieġa li jiġu promossi l-parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet Ewropej billi tiżdied il-viżibilità tal-partiti politiċi fuq livell Ewropew u li t-tisħiħ tan-natura Ewropea tal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew ikun responsabilità kondiviża bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha; iħeġġeġ lill-Kunsill biex jinkludi l-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi u listi bbilanċjati bejn is-sessi fir-reviżjoni tal-att imsemmi hawn fuq; jitlob lill-Kummissjoni biex taġixxi fuq ilmenti fir-rigward tal-eżerċizzju tad-dritt għall-vot fl-elezzjonijiet Ewropej u muniċipali, biex tfassal pjan ta' azzjoni konkret biex l-introduzzjoni tal-votazzjoni elettronika fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew jibdew l-aktar kmieni possibbli, u biex dik is-sistema tkun disponibbli b'mod usa' għaċ-ċittadini kollha tal-UE; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jagħmlu dak kollu li jistgħu biex iħeġġu lill-persuni li m'għandhomx ċittadinanza ta' xi stat u li jgħixu b'mod permanenti fl-Istati Membri tal-UE biex jadottaw iċ-ċittadinanza tal-Istat Membru ospitanti, sabiex dawn ikunu jistgħu jgawdu bis-sħiħ id-drittijiet ta' ċittadinanza tal-UE; iqis li ċ-ċittadini tal-UE li jiċċaqilqu lejn Stat Membru u jirrisjedu fih għandu jkollhom il-possibilità li jeżerċitaw id-dritt tal-vot tagħhom fl-elezzjonijiet nazzjonali tal-pajjiż ta' oriġini tagħhom; jistieden lill-Istati Membri li jneħħu d-dritt tal-vot taċ-ċittadini tagħhom stess, li jagħżlu li jgħixu fi Stat Membru ieħor għal perjodu ta' żmien estiż, biex jiffaċilitaw il-kundizzjonijiet għal dawn iċ-ċittadini u jippreżervaw id-dritt tal-vot tagħhom fl-elezzjonijiet nazzjonali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu l-passi neċessarji biex tippermetti lill-persuni b'diżabilità jeżerċitaw id-dritt tal-vot tagħhom mingħajr ebda forma ta' diskriminazzjoni; jappoġġja l-possibilità li, apparti dokumenti nazzjonali ta' identifikazzjoni, tinħoloq karta tal-identità Ewropea;

24.  Jinnota l-aħħar komunikazzjoni tal-Kummissjoni (COM(2017)0482) dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej li tinkludi proposta għar-reviżjoni tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 tas-16 ta' Frar 2011, bil-għan li jitjieb il-funzjonament tiegħu; huwa fiduċjuż li r-reviżjoni tar-regolament ser tirriżulta fi strument tal-ECI li jkun aktar trasparenti, effikaċi u faċli biex jintuża, filwaqt li jiżgura r-responsabilità demokratika u l-parteċipazzjoni usa' taċ-ċittadini fid-dibattitu Ewropew u l-istabbiliment ta' aġenda; jenfasizza li l-Parlament se jkollu rwol leġiżlattiv importanti u l-importanza ta' kooperazzjoni tajba mal-Kummissjoni matul ir-reviżjoni tar-regolament; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi dispożizzjonijiet li jirrivedu l-kundizzjonijiet tal-ammissibilità legali, ir-rekwiżiti ta' reġistrazzjoni u proċeduri ta' eżami għal ECI;

25.  Jikkunsidra li fl-interessi taċ-ċittadinanza tal-Unjoni hija meħtieġa azzjoni mill-Kummissjoni biex issaħħaħ id-dimensjoni kulturali Ewropea; iħeġġeġ il-programm "Ewropa għaċ-Ċittadini" biex jiffinanzja proġetti aktar innovattivi b'potenzjal ta' impatt sistemiku; jissuġġerixxi li jinħoloq il-programm "Sir af l-Ewropa" b'mod parallel u komplementari għall-programm "Ewropa għaċ-Ċittadini";

26.  Jipproponi, bl-iskop li tissaħħaħ iċ-ċittadinanza tal-Unjoni u l-eżerċitar ta' dik iċ-ċittadinanza, li l-Kummissjoni tħeġġeġ lill-awtoritajiet lokali biex jaħtru kunsilliera responsabbli għall-affarijiet Ewropej, peress li dan huwa l-eqreb livell għaċ-ċittadini;

27.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tistabbilixxi reġistru ta' dħul f'kull sede tagħha, inklużi r-rappreżentanzi fl-Istati Membri, b'mod li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jirrikorru bil-miktub, personalment u b'mod affidabbli, għand kwalunkwe istituzzjoni tal-Unjoni;

28.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tintroduċi, f'kooperazzjoni ml-fornituri ta' servizzi tal-posta universali, sistema ta' spedizzjoni ta' messaġġi b'ċertifikazzjoni tal-kontenut, kif ukoll tad-data ta' min qiegħed jibgħat, b'mod li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jirrikorru bil-miktub, mingħajr il-preżenza fiżika tagħhom, u b'mod affidabbli għand l-istituzzjonijiet Ewropej;

29.  Jesprimi l-konvinzjoni tiegħu li d-dritt fundamentali għal-libertà ta' espressjoni u informazzjoni, minquxa fl-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, il-media ħielsa u l-aċċess għall-pluralità ta' vuċijiet fis-soċjetà u fil-media huma partijiet indispensabbli minn demokrazija b'saħħitha u għalhekk jikkostitwixxu fondazzjoni kostituzzjonali tas-sħubija tal-UE kif stabbilit fl-Artikoli 2 u 6 tat-TUE; jissottolinja l-ħtieġa għal politika tal-UE definita b'mod ċar sabiex tindirizza propaganda anti-Ewropea u informazzjoni falza, kif ukoll sabiex trawwem l-indipendenza tal-media pubblika mill-gvernijiet; jipproponi li jiġi stabbilit żmien minimu ddedikat għall-kontenut relatat mal-affarijiet tal-UE fil-media tax-xandir pubblika fl-Istati Membri kollha; jipproponi li l-istituzzjonijiet tal-UE jipproċedu bil-ħolqien ta' kanali tax-xandir tat-televiżjoni Ewropej fl-Istati Membri kollha u fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE, u bl-edukazzjoni taċ-ċittadini dwar il-litteriżmu tal-media minn età bikrija; jappoġġja t-tixrid ta' produzzjonijiet multimedjali u tal-istampa bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE; jenfasizza f'dan ir-rigward il-ħtieġa għal aktar tqajjim ta' kuxjenza fost il-ġurnalisti Ewropej;

30.  Isostni li d-diversità lingwistika u t-trasparenza huma għodod ewlenin biex iqarrbu liċ-ċittadini lejn l-UE u jinvolvuhom fl-attivitajiet tagħha; jinnota li aċċess għad-dokumenti jirrappreżenta 30 % tal-investigazzjonijiet magħluqa mill-Ombudsman Ewropew fl-2016 u għalhekk jirrakkomanda l-promozzjoni tad-dritt ta' aċċess għad-dokumenti u t-traduzzjoni ta' kemm jista' jkun dokumenti fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE; jappoġġja l-intensifikazzjoni tad-djalogu maċ-ċittadini u jħeġġeġ dibattiti pubbliċi sabiex jitjieb il-fehim taċ-ċittadini tal-impatt tal-UE fuq il-ħajja tagħhom ta' kuljum u biex ikunu jistgħu jieħdu sehem fi skambju ta' opinjonijiet, permezz ta' slots fi programmi tat-televiżjoni għal udjenzi fil-mira; jitlob li tiġi implimentata direttiva orizzontali dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta li tistabbilixxi mezzi u proċeduri xierqa għar-rappurtar tal-każijiet;

31.  Jappoġġa l-promozzjoni ta' kultura ta' servizz pubbliku fost l-istituzzjonijiet tal-UE u dawk nazzjonali u jqis li l-UE jenħtieġ li tmexxi bl-eżempju permezz tal-ogħla standards ta' amministrazzjoni u ta' trasparenza, skont l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE; jipproponi li l-uffiċċji lokali tal-UE fl-Istati Membri jiġi trasformati f'uffiċċju wieħed li joffri servizzi komprensivi għaċ-ċittadini tal-UE, sabiex jitnaqqsu l-burokrazija u l-ostakli li jinħolqu għall-eżerċitar tad-drittijiet taċ-ċittadinanza tal-UE; jenfasizza l-importanza ta' proġett "ta' darba biss", li jelimina piżijiet żejda għan-negozji Ewropej li jintalbu jippreżentaw l-istess data u dokumenti ripetutament fl-operazzjonijiet tagħhom bejn il-fruntieri;

32.  Jenfasizza li edukazzjoni aċċessibbli għandha rwol vitali biex tinforma liċ-ċittadini futuri tal-UE dwar id-drittijiet tagħhom; jenfasizza l-importanza li, permezz tal-programm Erasmus+, jitrawwem l-iżvilupp ta' ħiliet trasferibbli li jtejbu l-fehim interkulturali u l-parteċipazzjoni attiva f'soċjetajiet differenti; iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħtu aktar spazju għall-edukazzjoni ċivika ffukata b'mod partikolari fuq iċ-ċittadinanza tal-UE u wkoll fuq l-affarijiet tal-UE fil-kurrikuli tal-iskejjel tagħhom, u jadattaw it-taħriġ tal-għalliema kif xieraq; ifakkar fil-ħtieġa li l-għalliema u l-professjonisti fil-qasam edukattiv jingħataw l-għajnuna biex jintegraw l-informazzjoni dwar id-drittijiet u ċ-ċittadinanza tal-UE fit-tagħlim tagħhom; jenfasizza, f'dan il-kuntest, il-ħtieġa li jippromwovu u jiżviluppaw pjattaformi onlajn, sabiex il-professjonisti tal-edukazzjoni jkunu jistgħu jaċċessaw materjal ta' tagħlim multilingwistiku innovattiv li jgħinhom jispiraw u jimmotivaw l-istudenti biex jitgħallmu dwar l-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tniedi strateġija dwar l-Edukazzjoni għaċ-Ċittadinanza Ewropea li tinkorpora l-linji gwida proposti biex jiżviluppaw kurrikulu li jista' jinkludi żjarat tal-iskejjel fl-istituzzjonijiet tal-UE;

33.  Ifakkar li, skont il-liġi tal-UE kif inhi bħalissa, l-irtirar ta' Stat Membru mill-Unjoni huwa ekwivalenti għat-telf taċ-ċittadinanza Ewropea għaċ-ċittadini tagħha; jiddispjaċih li l-irtirar tar-Renju Unit mill-UE se tkun l-ewwel darba fl-istorja li ċ-ċittadini se jiġu miċħuda minn drittijiet mogħtija lilhom permezz tat-Trattati tal-UE; jenfasizza li dan it-telf ta' drittijiet huwa mistenni li jkollu impatt serju fuq il-ħajja tagħhom ta' kuljum; jenfasizza li kwalunkwe ftehim għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipji tal-ekwità, is-simetrija, it-trattament ġust, ir-reċiproċità, u n-nondiskriminazzjoni kif ukoll ir-rispett sħiħ tal-integrità tad-dritt tal-UE, inkluż il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE u l-qafas tal-infurzar tagħha. iħeġġeġ liż-żewġ partijiet fin-negozjati biex jagħtu prijorità liċ-ċittadini kollha affettwati u biex iħarsu d-drittijiet tagħhom; jitlob lill-partijiet involuti fin-negozjati biex iżommu d-drittijiet soċjali, ekonomiċi u tal-familja derivattivi kollha, u b'mod partikolari d-drittijiet tal-kura tas-saħħa, bl-aktar mod sħiħ possibbli wara l-ħruġ tar-Renju Unit;

34.  Jipproponi li, fid-9 ta' Mejju, tiġi stabbilita vaganza pubblika Ewropea sabiex jissaħħaħ is-sens Ewropew ta' appartenenza għall-familja Ewropea;

35.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jiggarantixxu li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom tkun ċara u dettaljata biżżejjed biex tiżgura li d-dritt ta' moviment liberu taċ-ċittadini u l-familji tagħhom jiġi rispettat, biex jipproċedu b'taħriġ xieraq tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti f'dan ir-rigward u biex tinxtered informazzjoni preċiża lill-partijiet interessati b'mod preċiż, u sabiex titrawwem kooperazzjoni tajba u skambju rapidu ta' informazzjoni ma' amministrazzjonijiet nazzjonali oħrajn, speċjalment fejn huma kkonċernati assigurazzjoni transfruntiera u pensjonijiet tal-irtirar; jitlob biex ikun hemm kooperazzjoni aħjar bejn l-Istati Membri ospitanti u l-konsulati kkonċernati li tiżgura netwerk xieraq ta' assistenza u trattament ġust f'każijiet transfruntiera, b'mod partikolari meta dawn jinvolvu kustodja tal-minuri; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta proposta leġiżlattiva dwar ir-rikonoxximent transfruntier ta' ordnijiet ta' adozzjoni;

36.  Jistieden lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u lill-Kunsill Ewropew biex jippermettu lill-pajjiżi kollha li jissodisfaw il-kriterji tekniċi meħtieġa biex isiru membri taż-żona Schengen, sabiex iċ-ċittadini kollha tal-UE jkunu jistgħu jgawdu l-libertà ta' moviment bla xkiel minn kontrolli mal-fruntieri;

37.  Ifakkar li l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-sigurtà jenħtieġ li tkun aġġornata, effikaċi u effiċjenti fil-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u r-reazzjoni għat-theddid li qed jevolvi għas-sigurtà; jitlob l-implimentazzjoni urġenti tal-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà, infurzar aħjar tal-istrumenti legali eżistenti tal-UE f'dan il-qasam, u skambju ta' informazzjoni u koordinazzjoni aktar effiċjenti fost l-Istati Membri u mal-aġenziji tal-UE; jilqa' l-inizjattivi tal-Kummissjoni biex issaħħaħ il-kooperazzjoni fis-sigurtà bejn l-Istati Membri; jenfasizza l-importanza li jiġu rispettati d-drittijiet fundamentali fil-ġlieda kontra t-terroriżmu; jenfasizza li l-armonizzazzjoni ta' azzjoni interna u esterna tal-UE fil-qasam tas-sigurtà hija essenzjali għall-protezzjoni effiċjenti taċ-ċittadini tal-UE;

38.  Jistieden lill-istituzzjonijiet u lill-Istati Membri tal-UE biex jintensifikaw l-isforzi biex jiżviluppaw unjoni ta' sigurtà effettiva u ġenwina li tindirizza d-dimensjonijiet kollha tat-theddida terroristika;

39.  Iqis id-deradikalizzazzjoni u l-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni bħala prijorità assoluta għall-UE u jesprimi ruħu ferm favur it-tisħiħ tal-programmi bejn is-setturi speċifiċi mmirati lejn l-edukazzjoni, l-attivitajiet volontarji u kulturali, il-ħidma fost iż-żgħażagħ kif ukoll il-programmi ta' deradikalizzazzjoni fl-istituzzjonijiet, il-komunitajiet lokali, is-soċjetà ċivili, il-komunitajiet reliġjużi u l-amministrazzjonijiet reġjonali; jemmen li politika komprensiva f'dan il-qasam għandha tkun akkumpanjata minn proċessi ta' deradikalizzazzjoni proattivi u fuq perijodu twil fl-isfera ġudizzjarja; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żviluppati strateġiji dwar l-inklużjoni soċjali u l-politiki li jindirizzaw id-diskriminazzjoni; jistieden lill-Istati Membri biex jindirizzaw ir-radikalizzazzjoni b'mod olistiku u jieħdu vantaġġ tal-għarfien espert tan-Netwerk ta' Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni stabbilit fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni; jenfasizza li l-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni tista' tkun appoġġjata wkoll permezz ta' azzjonijiet iffinanzjati minn programmi tal-UE bħall-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, Orizzont 2020 u Ewropa għaċ-Ċittadini;

40.  Jitlob l-implimentazzjoni sħiħa u effettiva tad-Direttiva (UE) 2015/637 sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni konsulari għaċ-ċittadini tal-UE f'pajjiżi terzi fejn l-Istat Membru tagħhom mhuwiex rappreżentat;

41.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel proposta għal format ġdid u aktar sigur għad-dokument ta' emerġenza tal-ivvjaġġar tal-UE għaċ-ċittadini tal-UE mhux irrappreżentati barra l-UE li l-passaport tagħhom ikun insteraq, intilef, inqered jew li jkun temporanjament mhux disponibbli, sabiex jiġi garantit li huma jkunu jistgħu jivvjaġġaw lura lejn pajjiżhom mingħajr periklu;

42.  Jenfasizza li l-vittmi tal-kriminalità u t-terroriżmu jridu jiġu ggarantiti livell xieraq ta' drittijiet mingħajr diskriminazzjoni fl-UE kollha, u li għandhom jiġu ttrattati bir-rispett u d-dinjità u jirċievu appoġġ xieraq skont il-ħtiġijiet individwali tagħhom u l-ħtiġijiet tal-familji tagħhom; jenfasizza li għadd dejjem akbar ta' ċittadini Ewropej sofrew attakki terroristiċi f'pajjiż li mhuwiex pajjiżhom, u għalhekk jitlob b'urġenza li jiġu stabbiliti protokolli fl-Istati Membri sabiex, f'każ ta' attakk terroristiku, l-Ewropej mhux ċittadini tal-pajjiż jiġu megħjuna, f'konformità mad- Direttiva (UE) 2017/541 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu; jenfasizza l-ħtieġa ta' direttiva speċifika dwar il-protezzjoni tal-vittmi tat-terroriżmu;

43.  Jiddispjaċih dwar l-eżistenza ta' ostakli transfruntiera fi kwistjonijiet ċivili jew soċjali, bħal pereżempju d-dritt tal-familja jew il-pensjonijiet, li jxekklu lil ħafna ċittadini milli jgawdu għal kollox iċ-ċittadinanza tal-UE tagħhom;

44.  Jiddispjaċih li l-ġenituri u t-tfal ma għandhomx l-istess possibbiltajiet ta' rimedji f'kull Stat Membru f'każ ta' separazzjoni jew divorzju, bir-riżultat li mijiet ta' ġenituri fl-Ewropa kkuntattjaw lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet biex iħeġġuħ ikun aktar attiv minkejja li għandu kompetenzi limitati ħafna f'dan il-qasam;

45.  Jitlob li jkun hemm kooperazzjoni msaħħa bejn l-Istati Membri sabiex tiġi żgurata protezzjoni tal-vittmi ta' vjolenza sessista u li l-aħjar interessi tat-tfal jitqiesu f'każijiet ta' tilwim transfruntier fil-familji;

46.  Jilqa' t-tnedija tal-Korp ta' Solidarjetà tal-UE għaċ-ċittadini żgħażagħ Ewropej u jitlob biex l-inizjattiva tiġi ffinanzjata kif xieraq u li l-impjiegi ta' kwalità ma jiġux sostitwiti minn volontarjat mhux imħallas;

47.  Jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu miżuri ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni sabiex jindirizzaw b'mod effiċjenti l-kwistjonijiet tat-taxxa doppja u t-taxxi diskriminatorji fi kwalunkwe kuntest transfruntier u jqisu aħjar ir-realitajiet tal-mobilità transfruntiera tal-ħaddiema; iqis li l-kwistjonijiet tat-taxxa doppja huma attwalment indirizzati b'mod insuffiċjenti għax huma ttrattati permezz tal-konvenzjonijiet tat-taxxa bilaterali eżistenti jew permezz ta' azzjoni unilaterali minn xi Stat Membru, u jkunu jeħtieġu azzjoni miftiehma u f'waqtha fil-livell tal-UE;

48.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-Ombudsman Ewropew u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) Dokument tal-Kunsill 6622/16.
(2) Dokument tal-Kunsill 14268/15.
(3) ĠU C 378, 9.11.2017, p. 146.
(4) Testi adottati, P8_TA(2016)0106.
(5) Testi adottati, P8_TA(2016)0385.
(6) Testi adottati, P8_TA(2017)0013.
(7) Testi adottati, P8_TA(2017)0063.
(8) PE 601.177v04-00.
(9) Testi adottati, P8_TA(2016)0512.
(10) PE 597.698v03-00. Ara wkoll ir-rapport A8-0265/2017.
(11) PE 603.107v02-00. Ara wkoll ir-rapport A8-0265/2017.
(12) ĠU L 106, 24.4.2015, p. 1.
(13) Testi adottati, P8_TA(2017)0347.
(14) Testi adottati, P8_TA(2017)0083.
(15) Testi adottati, P8_TA(2016)0142.


Lejn strateġija għall-kummerċ diġitali
PDF 328kWORD 65k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2017 dwar “Lejn strateġija għall-kummerċ diġitali” (2017/2065(INI))
P8_TA(2017)0488A8-0384/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 207(3) u 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim dwar it-Teknoloġija tal-Informazzjoni (ITA) tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO),

–  wara li kkunsidra l-Programm ta' Ħidma dwar il-Kummerċ Elettroniku tad-WTO,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Ministri tal-ICT tal-G7 fil-Laqgħa f'Takamatsu, Kagawa tad-29 u t-30 ta' April 2016,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Ministerjali tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) dwar l-Ekonomija Diġitali f'Cancún fl-2016,

–  wara li kkunsidra l-Koalizzjoni Dinamika dwar il-Kummerċ (Dynamic Coalition on Trade) fil-Forum ta' Governanza tal-Internet,

–  wara li kkunsidra n-negozjati tal-UE li għaddejjin fil-qasam tal-kummerċ ma' pajjiżi terzi,

–  wara li kkunsidra l-ftehim fil-prinċipju imħabbar mill-Kummissjoni fis-6 ta’ Lulju 2017 dwar il-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika UE-Ġappun,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku)(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data)(2),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Ottubru 2015 bit-titolu "Kummerċ għal Kulħadd: Lejn politika aktar responsabbli għall-kummerċ u l-investiment" (COM(2015)0497),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' April 2016 bit-titolu "Id-Diġitalizzazzjoni tal-Industrija Ewropea" (COM(2016)0180),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' April 2016 bit-titolu "Inizjattiva Cloud Ewropea – Il-bini ta' dejta kompetittiva u ekonomija tal-għarfien fl-Ewropa" (COM(2016)0178),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-23 ta' Ġunju 2017 dwar l-Ostakli għall-Kummerċ u għall-Investiment (COM(2017)0338),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Jannar 2017 bit-titolu "Il-Bini ta' Ekonomija Ewropea tad-Data" (COM(2017)0009),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rispett għall-ħajja privata u l-protezzjoni ta' data personali f'komunikazzjoni elettronika u li jħassar id-Direttiva 2002/58/KE (Regolament dwar il-Privatezza u l-Komunikazzjoni Elettronika) (COM(2017)0010),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Settembru 2017 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas għall-moviment liberu ta' data mhux personali fl-Unjoni Ewropea (COM(2017)0495),

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Mejju 2017 bit-titolu "Digital4Development: mainstreaming digital technologies and services into EU Development Policy" (Digital4Development: integrazzjoni tat-teknoloġiji u s-servizzi diġitali fil-politika ta' żvilupp tal-UE) (SWD(2017)0157),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Lulju 2016 dwar strateġija futura ġdida progressiva u innovattiva dwar il-kummerċ u l-investiment(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Frar 2016 li fiha r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew lill-Kummissjoni dwar in-negozjati dwar il-Ftehim dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (TiSA)(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Lulju 2015 li tinkludi r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew lill-Kummissjoni Ewropea dwar in-negozjati għas-Sħubija Trans-Atlantika ta' Kummerċ u ta' Investiment (TTIP)(5),

–  wara li kkunsidra s-Summit tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli u d-dokument finali adottat mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fil-25 ta' Settembru 2015, bit-titolu "Transforming our world: the 2030 Agenda for Sustainable Development" (Nittrasformaw id-dinja tagħna: l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli)", kif ukoll is-17-il Għan ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs),

–  wara li kkunsidra il-11-il Konferenza Ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, li se ssir fi Buenos Aires, l-Arġentina, mill-10 sat-13 ta' Diċembru 2017, fejn x'aktar se jiġi diskuss il-kummerċ elettroniku,

–  wara li kkunsidra l-inizjattivi tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni tan-NU b'appoġġ għall-Pajjiżi li qed Jiżviluppaw (ITU-D),

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 8(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE u l-Artikolu 16(1) tat-TFUE,

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi,

–  wara li kkunsidra r-rapporti tar-Rapporteur Speċjali tan-NU għall-protezzjoni tal-libertà tal-kelma dwar il-Libertà tal-Espressjoni u s-settur privat fl-era diġitali (A/HRC/32/38) u r-rwol tal-fornituri ta' aċċess diġitali (A/HRC/35/22),

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem dwar il-Libertà tal-Espressjoni Online u Offline, adottati mill-Kunsill (Affarijiet Barranin) fit-12 ta' Mejju 2014,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Individwi tal-Kunsill tal-Ewropa f'dak li għandu x'jaqsam mal-Ipproċessar Awtomatiku tad-Data Personali, Serje tat-Trattati tal-Kunsill tal-Ewropa Nru 108, flimkien mal-Protokoll addizzjonali tagħha,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Mejju 2016 dwar il-flussi ta' data transatlantiċi(6),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Politika Kummerċjali għal Kulħadd, it-Twettiq ta' Politika Kummerċjali Progressiva li Tisfrutta b'Mod Għaqli l-Globalizzazzjoni (COM(2017)0491),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur kif ukoll tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0384/2017),

A.  billi l-iżviluppi teknoloġiċi, l-aċċess għall-internet miftuħ u d-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija jikkostitwixxu l-mutur tat-tkabbir peress li huma jippermettu lil kumpaniji, b'mod partikolari l-istart-ups, l-mikroimpriżi u l-SMEs, joħolqu opportunitajiet ġodda fl-iżvilupp, l-ordnijiet, il-produzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni jew il-kunsinna ta' prodotti u l-għoti ta' servizzi, u jilħqu klijenti madwar id-dinja kollha b'mod aktar rapidu u b'inqas spejjeż minn qatt qabel; billi teknoloġiji emerġenti bħat-teknoloġija tar-reġistru distribwit għandhom il-potenzjal li jsaħħu l-kummerċ diġitali billi jtejbu t-trasparenza ta' kuntratti internazzjonali u jħaffu t-trasferiment ta' valur; billi l-kummerċ f'oġġetti fiżiċi qiegħed jiġi sostitwit b'ammonti dejjem akbar ta' trasferimenti transfruntiera ta' kontenut diġitali, fejn f'xi drabi tisfuma d-distinzjoni bejn prodotti u servizzi;

B.  billi l-ġbir ta' data, l-aggregazzjoni ta' data u l-kapaċità ta' trasferiment ta' data bejn il-fruntieri għandhom il-potenzjal li jkunu mutur fundamentali tal-innovazzjoni, tal-produttività u tal-kompetittività ekonomika;

C.  billi l-globalizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni tal-ekonomiji tagħna u tal-kummerċ internazzjonali ippermettew lill-impriżi jikbru u jipprovdu opportunitajiet ekonomiċi liċ-ċittadini; billi d-diġitalizzazzjoni tal-industriji tradizzjonali taffettwa l-katini tal-provvista, il-manifattura u l-mudelli tas-servizzi, li tista' twassal għal ħolqien ta' impjiegi f'industriji ġodda, iżda tista' wkoll ixxekkel l-impjiegi attwali u twassal għal kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji, peress li aktar u aktar kompiti tradizzjonali imwettqa mill-bniedem jibdew jsiru awtomatizzati u/jew jiġu trasferiti; jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq il-fatt li jridu jiġu stabbiliti l-miżuri soċjali ta' sostenn neċessarji sabiex dawn ikunu ta' benefiċċju għas-soċjetà kollha, bħal politiki b'saħħtihom ta' edukazzjoni u taħriġ, politiki attivi tas-suq tax-xogħol, u miżuri biex jingħeleb id-distakk diġitali;

D.  billi l-ekonomija diġitali teħtieġ qafas ibbażat fuq ir-regoli, inklużi regoli kummerċjali li jkunu jistgħu jirrikonċiljaw il-bidliet rapidi fis-suq mad-drittijiet tal-konsumaturi, li jipprovdi spazju għall-politika u lok għal inizjattivi regolatorji ġodda meħtieġa mill-gvernijiet biex jiddefendu u jsaħħu l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem;

E.  billi aċċess għal internet liberu, miftuħ u sigur huwa rekwiżit preliminari biex jinkisbu l-kummerċ u l-iżvilupp ibbażati fuq ir-regoli fil-qafas tal-ekonomija diġitali; billi l-prinċipju tan-newtralità tan-netwerk għandu jkun parti ewlenija tal-istrateġija tal-UE għall-kummerċ diġitali sabiex ikun hemm kompetizzjoni ġusta u innovazzjoni fl-ekonomija diġitali, filwaqt li tiġi żgurata il-libertà tal-espressjoni online;

F.  billi l-investiment fl-infrastruttura u l-aċċess għall-ħiliet jibqgħu sfidi ewlenin għall-konnettività u, għalhekk, għall-kummerċ diġitali;

G.  billi l-SDGs tan-NU jenfasizzaw li l-għoti ta' aċċess universali u bi prezzijiet raġonevoli għall-internet lill-persuni li jinsabu fil-pajjiżi l-inqas żviluppati sal-2020, se jkun kruċjali biex jitrawwem l-iżvilupp, peress li l-iżvilupp tal-ekonomija diġitali jista' jirrappreżenta l-mutur għall-impjiegi u t-tkabbir, inkwantu l-kummerċ elettroniku jikkostitwixxi opportunità biex jiżdied l-għadd ta' esportaturi żgħar, il-volumi tal-esportazzjoni u d-diversifikazzjoni tal-esportazzjoni;

H.  billi n-nisa jistgħu jibbenefikaw bħala imprendituri u bħala ħaddiema minn aċċess aħjar għas-swieq globali, u bħala konsumaturi minn prezzijiet orħos, billi ħafna sfidi u inugwaljanzi għadhom ixekklu l-parteċipazzjoni tan-nisa fl-ekonomija globali, peress li ħafna nisa f'pajjiżi b'introjtu baxx u medju, għad ma għandhomx aċċess għall-internet;

I.  billi l-kummerċ elettroniku qiegħed jikber ġmielu wkoll f'pajjiżi li qed jiżviluppaw;

J.  billi l-gvernijiet tad-dinja kollha qegħdin jadottaw miżuri ta' protezzjoniżmu diġitali permezz ta' ostakli li jxekklu l-aċċess għas-suq u l-investiment dirett, jew joħolqu vantaġġi inġusti għall-kumpaniji nazzjonali; billi għadd ta' miżuri wiesgħa f'pajjiżi terzi li ttieħdu f'ġieħ iċ-(ċiber)sigurtà nazzjonali għandhom impatt dejjem aktar negattiv fuq il-kummerċ ta' prodotti tal-ICTs;

K.  billi l-kumpaniji barranin bħalissa jibbenefikaw minn aċċess ħafna akbar għas-suq Ewropew milli għandhom l-Ewropej f'pajjiżi terzi; billi ħafna mis-sħab kummerċjali tagħna qegħdin dejjem aktar jagħlqu s-swieq nazzjonali tagħhom u jirrikorru għall-protezzjoniżmu diġitali; billi l-UE għandha tibbaża l-istrateġija għall-kummerċ diġitali tagħha fuq il-prinċipji ta' reċiproċità, kompetizzjoni ġusta, regolamentazzjoni intelliġenti u trasparenza, bl-għan li terġa' tikseb il-fiduċja tal-konsumaturi u kundizzjonijiet ta' parità għall-impriżi;

L.  billi l-imblukkar ġeografiku għandu jintemm, u fil-futur ma għandu jkun hemm l-ebda forma ta' diskriminazzjoni inġusta bbażata fuq in-nazzjonalità, il-post tar-residenza jew il-post ta' stabbiliment tal-konsumatur fis-suq intern;

M.  billi, fil-qafas tal-ftehimiet kollha ta' kummerċ ħieles, jenħtieġ li jkunu promossi l-pilastri fundamentali li jippreservaw l-internet miftuħ fis-suq uniku diġitali tal-UE, inklużi l-prinċipji bħall-kompetizzjoni ġusta, in-newtralità tan-netwerk u l-protezzjoni fir-rigward tar-responsabbiltà tal-intermedjarji; billi d-dimensjoni globali tal-kummerċ diġitali tagħmel lid-WTO s-sede naturali għan-negozjar ta' qafas multilaterali bbażat fuq ir-regoli; billi l-11-il Konferenza Ministerjali tad-WTO f'Diċembru 2017 tipprovdi l-pjattaforma għat-tnedija ta' proċess bħal dan;

N.  billi l-Unjoni Ewropea hija marbuta bil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, inkluż l-Artikolu 8 tagħha dwar id-dritt tal-protezzjoni ta' data personali, bl-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) dwar l-istess dritt fundamentali u bl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE); billi d-dritt għall-privatezza huwa dritt universali tal-bniedem; billi standards għoljin ta' protezzjoni tad-data jgħinu biex tinbena l-fiduċja fl-ekonomija diġitali fost iċ-ċittadini Ewropej, u b'hekk jitrawwem l-iżvilupp tal-kummerċ diġitali; billi l-promozzjoni ta' standards għoljin tal-protezzjoni tad-data, b'mod partikolari fir-rigward ta' data sensittiva, u l-faċilitazzjoni tal-kummerċ internazzjonali jridu jimxu id f'id fl-era diġitali, sabiex jappoġġaw il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, il-kummerċ elettroniku, u l-kriptaġġ, u jirrifjutaw il-protezzjoniżmu diġitali, is-sorveljanza tal-massa, l-ispjunaġġ ċibernetiku u ċ-ċensura online;

O.  billi l-kummerċ diġitali jrid jipproteġi l-ispeċi ta' fawna selvaġġa fil-periklu, u billi s-swieq online iridu jipprojbixxu l-bejgħ ta' fawna selvaġġa u prodotti mill-fawna selvaġġa fuq il-pjattaformi tagħhom;

P.  billi l-kumpaniji privati qegħdin dejjem aktar jistabbilixxu normi u standards fl-ekonomija diġitali, li se jkollhom impatt dirett fuq iċ-ċittadini u l-konsumaturi, kif ukoll fuq il-kummerċ intern u internazzjonali, u fl-istess ħin qegħdin jaċċeleraw l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet teknoloġiċi biex jissalvagwardjaw lin-negozju u lill-konsumaturi;

Q.  billi r-rakkomandazzjonijiet tal-OECD kontra l-erożjoni tal-bażi u t-trasferiment tal-profitt, u l-pjanijiet tal-UE għal bażi komuni konsolidata għat-taxxa korporattiva, enfasizzaw il-ħtieġa li jiġu indirizzati għadd ta' sfidi tat-taxxa, inkluż dawk marbuta mal-ekonomija diġitali; billi t-taxxi għandhom jitħallsu fejn jiġu ġġenerati l-profitti; billi sistema aktar trasparenti, effiċjenti u ġusta għall-kalkolu tal-bażi tat-taxxa ta' kumpaniji transfruntiera għandha tipprevjeni t-trasferiment tal-profitti u l-evitar tat-taxxa; billi approċċ koerenti tal-UE għat-tassazzjoni fl-ekonomija diġitali huwa neċessarju biex tinkiseb tassazzjoni ġusta u effettiva għall-kumpaniji kollha u biex jinħolqu kundizzjonijiet ta' parità; ifakkar li l-ftehimiet kummerċjali għandhom jinkludu klawsola dwar il-governanza tajba tat-taxxa li tafferma mill-ġdid l-impenn tal-partijiet li jimplimentaw l-istandards internazzjonali maqbula fir-rigward tal-ġlieda kontra l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa;

R.  billi, skont l-OECD, aktar minn 5 % tal-prodotti importati fl-UE huma ffalsifikati, li jirriżulta f'telf sostanzjali ta' impjiegi u dħul mit-taxxi;

S.  billi setturi sensittivi bħas-servizzi awdjoviżivi, u drittijiet fundamentali bħall-protezzjoni ta' data personali, ma għandhomx ikunu soġġetti għal negozjati kummerċjali;

T.  billi l-kummerċ diġitali jrid jimmira wkoll li jippromwovi t-tkabbir tal-SMEs u impriżi ġodda, u mhux biss tal-kumpaniji multinazzjonali;

U.  billi l-Messiku jissodisfa l-kundizzjonijiet għall-adeżjoni mal-Konvenzjoni Nru 108 tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-protezzjoni tad-data;

V.  billi l-protezzjoni ta' data personali mhijiex negozjabbli fil-ftehimiet kummerċjali, u billi l-protezzjoni ta' data dejjem ġiet eskluża mill-mandati għan-negozjati kummerċjali tal-UE;

W.  billi l-ftehimiet kummerċjali jistgħu jintużaw bħala lieva biex jittejbu d-drittijiet diġitali; billi l-inklużjoni fil-ftehimiet kummerċjali ta' dispożizzjonijiet dwar in-newtralità tan-netwerk, il-projbizzjoni ta' rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni furzata inġustifikata ta' data, is-sigurtà tad-data, is-sigurtà tal-ipproċessar u l-ħżin tad-data, il-kriptaġġ u r-responsabbiltà tal-intermedjarji tista' ssaħħaħ, b'mod partikolari, il-protezzjoni tal-libertà tal-espressjoni;

1.  Jissottolinja li l-UE, bħala komunità ta' valuri u l-akbar esportatur tad-dinja ta' servizzi, għandha tiffissa l-istandards fir-regoli u fil-ftehimiet internazzjonali dwar il-flussi tal-kummerċ diġitali billi tibbażahom fuq tliet elementi: (1) tiggarantixxi l-aċċess għas-suq ta' oġġetti u servizzi diġitali f'pajjiżi terzi, (2) tiggarantixxi li r-regoli kummerċjali joħolqu benefiċċji konkreti għall-konsumaturi, u (3) tippromwovi r-rispett tad-drittijiet fundamentali;

2.  Jenfasizza li minkejja li l-istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali tindirizza ħafna mill-problemi li jiffaċċja l-kummerċ diġitali, il-kumpaniji tal-UE għadhom iħabbtu wiċċhom ma' ostakoli globali bħal nuqqas ta' trasparenza tar-regolamenti, l-intervent tal-gvern jew lokalizzazzjoni tad-data jew ħżin tad-data inġustifikati; jirrimarka li xi wħud mill-azzjonijiet ewlenin tal-Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali, bħalma huma l-inizjattiva tal-UE dwar il-cloud u r-riforma tad-drittijiet tal-awtur, għandhom dimensjoni internazzjonali li tista' tiġi indirizzata fi strateġija kummerċjali diġitali Ewropea;

3.  Jenfasizza l-ħtieġa li jitnaqqas id-distakk diġitali sabiex jiġu minimizzati l-impatti negattivi potenzjali fuq is-soċjetà u fuq l-iżvilupp; jissottolinja, f'dan ir-rigward, l-importanza tal-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tan-nisa fix-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika (STEM), tat-tneħħija tal-ostakoli għat-tagħlim tul il-ħajja, u tal-għeluq tad-distakki bejn is-sessi fl-aċċess għal teknoloġiji ġodda u għall-użu tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni teżamina aktar kif il-politika kummerċjali ta' bħalissa u l-ugwaljanza bejn is-sessi huma marbuta flimkien, u kif il-kummerċ jista' jippromwovi t-tisħiħ tal-pożizzjoni ekonomika tan-nisa;

4.  Jinnota li l-effett tan-netwerk fuq l-ekonomija diġitali jippermetti lil kumpanija waħda jew għadd żgħir ta' kumpaniji biex ikollhom sehem kbir tas-suq, li jista' jwassal għal konċentrazzjoni eċċessiva tas-suq; jenfasizza l-importanza li fil-ftehimiet kummerċjali tiġi promossa l-kompetizzjoni ġusta u effettiva, b'mod partikolari bejn il-fornituri tas-servizzi diġitali, bħal pjattaformi online, u l-utenti, bħal mikroimpriżi, SMEs u impriżi ġodda, u li tiġi promossa l-għażla tal-konsumatur, li jitnaqqsu l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet, li jiġi żgurat it-trattament nondiskriminatorju tal-parteċipanti tas-swieq kollha, u li jiġi evitat il-ħolqien ta' pożizzjonijiet dominanti li jwasslu għad-distorsjoni tas-suq; jisħaq, f'dan il-kuntest, fuq l-importanza li tiġi inkluża n-newtralità tan-netwerk bħala parti ewlenija tal-istrateġija kummerċjali diġitali tagħha; iqis li strateġija kummerċjali diġitali trid tkun ikkomplementata b'qafas internazzjonali b'saħħtu u effettiv dwar il-politika tal-kompetizzjoni, inkluż permezz ta' aktar kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni, u kapitoli b'saħħithom dwar il-kompetizzjoni fil-ftehimiet kummerċjali; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-impriżi u l-kumpaniji jikkonformaw mar-regoli tal-kompetizzjoni, u li ma jkunx hemm diskriminazzjoni kontra kompetituri għad-detriment tal-interessi tal-konsumaturi;

5.  Jenfasizza li l-aċċess għal-konnettività ma' internet ta' banda wiesgħa u metodi ta' ħlas diġitali sikuri, protezzjoni effikaċi tal-konsumatur, partikolarment f'dak li għandu x'jaqsam mal-mekkaniżmi ta' rimedju għall-bejgħ transfruntier online, u proċeduri doganali prevedibbli, huma elementi essenzjali li jippermettu li jkun hemm il-kummerċ diġitali, l-iżvilupp sostenibbli u t-tkabbir inklużiv;

6.  Iqis li l-ftehimiet kummerċjali għandhom jipprevedu aktar kooperazzjoni bejn l-aġenziji għall-ħarsien tal-konsumatur, u jilqa' l-inizjattivi għat-trawwim ta' miżuri li jsaħħu l-fiduċja tal-konsumatur fin-negozjati kummerċjali, bħal dispożizzjonijiet dwar il-firem elettroniċi u l-kuntratti u komunikazzjonijiet mhux mitluba; jenfasizza li d-drittijiet tal-konsumaturi jridu jipproteġu u fl-ebda każ ma għandhom jiddgħajfu;

7.  Jissottolinja li l-SMEs f'pajjiżi li qed jiżviluppaw jirrappreżentaw il-maġġoranza tal-impriżi u jimpjegaw il-parti l-kbira tal-ħaddiema fis-setturi tal-manifattura u tas-servizzi; ifakkar li l-faċilitazzjoni tal-kummerċ elettroniku transfruntier jista' jkollha impatt dirett fuq it-titjib tal-għajxien, trawwem standards ta' ħajja ogħla u tagħti spinta lill-iżvilupp ekonomiku;

8.  Ifakkar li xejn fil-ftehimiet kummerċjali ma għandu jipprevjeni lill-UE u lill-Istati Membri tagħha milli jżommu, jtejbu u japplikaw ir-regoli tal-protezzjoni tad-data tagħhom; ifakkar li d-data personali tista' tiġi trasferita lejn pajjiżi terzi mingħajr l-użu tad-dispożizzjonijiet ġenerali fil-ftehimiet kummerċjali meta jiġu ssodisfati r-rekwiżiti – kemm dawk fil-preżent kif ukoll fil-ġejjieni – minquxa fil-Kapitolu IV tad-Direttiva 95/46/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u l-moviment liberu ta’ din id-data(7), u fil-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2016/679, jirrikonoxxi li d-deċiżjonijiet ta' adegwatezza, inklużi dawk parzjali u dawk speċifiċi għas-settur, jikkostitwixxu mekkaniżmu fundamentali fir-rigward tas-salvagwardja tat-trasferiment ta' data personali mill-UE lejn pajjiż terz; josserva li l-UE adottat biss deċiżjonijiet ta' adegwatezza ma' erbgħa minn fost l-akbar 20 sieħeb kummerċjali tagħha; ifakkar fl-importanza li jiġi ggarantit it-trasferiment tad-data minn pajjiżi terzi lejn l-UE, b'mod partikolari permezz ta' djalogi fil-qasam tal-adegwatezza;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti prijorità u tħaffef l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet ta' adegwatezza, dment li l-pajjiżi terzi jiżguraw, permezz tad-dritt nazzjonali jew tal-impenji internazzjonali tagħhom, livell ta' protezzjoni "sostanzjalment ekwivalenti" għal dak garantit fi ħdan l-UE; jistieden lill-Kummissjoni tadotta, tippubblika u taġġorna proċeduri vinkolanti dettaljati f'perjodu ta' żmien speċifiku biex jintlaħqu tali deċiżjonijiet, filwaqt li tirrispetta bi sħiħ is-setgħat tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u l-opinjoni tal-Parlament;

10.  Ifakkar li l-kapaċità ta' aċċess, ġbir, ipproċessar u trasferiment tad-data bejn il-fruntieri qiegħda ssir dejjem aktar importanti għal kull tip ta' kumpanija li tforni oġġetti u servizzi fuq livell internazzjonali; jinnota li din tirrigwarda kemm data personali u dik mhux personali, u tinkludi komunikazzjoni bejn magna u oħra;

11.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tabbozza mill-aktar fis possibbli regoli għat-trasferimenti transfruntieri ta' data li jkunu totalment konformi mar-regoli fis-seħħ u futuri tal-UE fil-qasam tal-protezzjoni tad-data u tal-privatezza; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tinkorpora fil-ftehimiet kummerċjali tal-UE dispożizzjoni orizzontali li żżomm bis-sħiħ id-dritt ta' parti li tipproteġi d-data personali u l-privatezza, dment li tali dritt ma jintużax b'mod inġustifikat biex il-parti taħrab mir-regoli tat-trasferimenti tranfruntieri ta' data għal raġunijiet għajr il-protezzjoni tad-data personali; iqis li tali regoli u dispożizzjonijiet għandhom jiffurmaw parti min-negozjati kummerċjali kollha, kemm ġodda kif ukoll dawk varati dan l-aħħar, mal-pajjiżi terzi; jenfasizza li kwalunkwe dispożizzjoni għandha tkun eżentata mill-kamp ta' applikazzjoni ta' kwalunkwe kapitolu futur li jittratta l-protezzjoni tal-investimenti;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni tipprojbixxi b'mod rigoruż ir-rekwiżiti inġustifikati ta' lokalizzazzjoni tad-data fil-ftehimiet ta' kummerċ ħieles; iqis li t-tneħħija ta' tali rekwiżit għandha tkun prijorità assoluta, u jenfasizza li l-leġiżlazzjoni rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data għandha tiġi rrispettata; jiddispjaċih bit-tentattivi li jintużaw tali rekwiżiti bħala forma ta' ostaklu mhux tariffarju għall-kummerċ u bħala forma ta' protezzjoniżmu diġitali; iqis li dan il-protezzjoniżmu jostakola b'mod gravi l-opportunitajiet tal-impriżi Ewropej fis-swieq tal-pajjiżi terzi u jimmina l-benefiċċji ta' effiċjenza tas-suq diġitali;

13.  Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta, mill-aktar fis possibbli, il-pożizzjoni tagħha rigward it-trasferimenti transfruntieri ta' data, ir-rekwiżiti inġustifikati ta' lokalizzazzjoni tad-data u s-salvagwardji għall-protezzjoni tad-data fin-negozjati kummerċjali, konformement mal-pożizzjoni tal-Parlament, bil-għan li tkun inkluża fin-negozjati kollha, kemm ġodda kif ukoll dawk varati dan l-aħħar, u biex ikun evitat li l-UE tingħata il-ġenb fin-negozjati dwar il-kummerċ internazzjonali;

14.  Jistieden lill-Kummissjoni tiġġieled kontra l-miżuri ta' pajjiżi terzi, bħall-politiki favur il-konsum ta' prodotti lokali, ir-rekwiżiti ta' kontenut lokali jew it-trasferimenti tat-teknoloġija furzati, sa tali punt li ma jkunux ġustifikati mill-programmi ggwidati min-NU dwar l-għeluq tad-distakk diġitali jew mill-eżenzjonijiet relatati mit-TRIPS, sabiex il-kumpaniji Ewropej ikunu jistgħu joperaw f'ambjent ġust u prevedibbli;

15.  Jenfasizza li l-UE għandha tkompli bl-isforzi tagħha mil-lati bilaterali, plurilaterali u multilaterali biex tiżgura li l-pajjiżi terzi joffru livelli ta' ftuħ lejn l-investimenti barranin ekwivalenti għal tagħha, kif ukoll biex iżommu kundizzjonijiet ta' parità għall-operaturi tal-UE; jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta tal-UE għal regolament li jistabbilixxi qafas għar-rieżami tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni, u jsostni l-objettivi tagħha biex jiġu protetti b'mod aħjar l-infrastrutturi u t-teknoloġiji kritiċi;

16.  Jissottolinja l-fatt li strateġija għall-kummerċ diġitali trid tkun totalment konformi mal-prinċipju tan-newtralità tan-netwerk u tħares it-trattament indaqs tat-traffiku tal-internet, mingħajr diskriminazzjoni, restrizzjoni jew indħil, indipendentement minn min jibgħat, min jirċievi, mit-tip, mill-kontenut, mill-apparat, mis-servizz jew mill-applikazzjoni; ifakkar, barra minn hekk, li l-miżuri ta' ġestjoni tat-traffiku għandhom ikunu permessi f'każijiet eċċezzjonali biss meta jkunu strettament neċessarji, u matul il-perjodu neċessarju biss, bil-għan li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti ġuridiċi, żamma tal-integrità u tas-sigurtà tan-netwerk jew prevenzjoni tal-konġestjoni imminenti tan-netwerk;

17.  Jenfasizza li l-użu tal-infrastruttura, u l-aċċess għaliha, speċjalment f'żoni rurali, muntanjużi u remoti, li tkun adegwata fir-rigward tal-kopertura, tal-kwalità u tas-sigurtà u li tappoġġa n-newtralità tan-netwerk, huma kruċjali għad-diġitalizzazzjoni tal-industrija Ewropea u għat-tisħiħ tal-governanza elettronika;

18.  Jiddeplora bil-qawwa l-prattiki tal-pajjiżi terzi li jrendu l-aċċess għas-suq kundizzjonat għad-divulgazzjoni u għat-trasferiment lejn l-awtoritajiet statali tal-kodiċijiet sors tas-software li l-kumpaniji biħsiebhom ibigħu; iqis li tali miżuri huma sproporzjonati bħala rekwiżit ġenerali għall-aċċess għas-suq; jistieden lill-Kummissjoni tipprojbixxi lill-gvernijiet firmatarji tal-ftehimiet ta' kummerċ ħieles milli jinvolvu ruħhom f'attivitajiet bħal dawn; jisħaq fuq il-fatt li dan ta' hawn fuq ma għandux jimpedixxi lill-awtoritajiet statali milli jippromwovu t-trasparenza tas-software, filwaqt li titħeġġeġ id-divulgazzjoni pubblika tal-kodiċijiet sors permezz ta' software liberu u b'sors miftuħ, kif ukoll tkun kondiviża d-data permezz ta' liċenzji ta' data miftuħa;

19.  Ifakkar li f'ċerti każijiet ir-rekwiżiti ta' preżenza lokali huma neċessarji biex tkun garantita s-superviżjoni prudenzjali effikaċi jew is-sorveljanza u l-infurzar tar-regolamentazzjoni; itenni għaldaqstant l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tassumi impenji limitati fil-Modalità 1, bil-għan li jkun evitat l-arbitraġġ regolatorju;

20.  Jemmen li l-kummerċ diġitali għandu jkun iffaċilitat aktar fil-politiki tal-akkwist, inkluż billi jittieħed vantaġġ tal-possibbiltajiet biex jiġu pprovduti servizzi mill-bogħod u billi l-kumpaniji Ewropej jitħallew, b'mod partikolari l-SMEs, jiksbu aċċess għall-akkwist pubbliku u privat;

21.  Josserva r-rekwiżiti tat-trasferiment tat-teknoloġija favur tal-iżvilupp ma għandhomx ikunu esklużi mid-dispożizzjonijiet dwar il-kummerċ diġitali;

22.  Jistieden lill-Kummissjoni tipprojbixxi lill-awtoritajiet tal-pajjiżi terzi milli jirrikjedu d-divulgazzjoni jew it-trasferiment tad-dettalji tat-teknoloġija (krittografika) użata fil-prodotti bħala kundizzjoni tal-manifattura, tal-bejgħ jew tad-distribuzzjoni ta' dawn il-prodotti;

23.  Josserva li l-protezzjoni tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali (PI) u tal-investimenti fir-R&Ż hija kundizzjoni preliminari biex tinkiseb ekonomija tal-UE bbażata fuq l-għarfien, u li l-kooperazzjoni internazzjonali hija fundamentali għall-ġlieda kontra l-kummerċ ta' prodotti ffalsifikati matul il-katina tal-valur kollha kemm hi; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni, għalhekk, teżerċita pressjoni biex ikunu implimentati, mad-dinja kollha, l-istandards internazzjonali bħall-Ftehim TRIPS tad-WTO u t-Trattati tad-WIPO dwar l-internet; ifakkar li l-protezzjoni ġuridika, kemm online kif ukoll offline, fl-UE kollha hija neċessarja għall-kreazzjonijiet kollha inkwantu se tinkoraġġixxi l-investimenti u twassal għal aktar innovazzjonijiet; jisħaq, madankollu, fuq il-fatt li l-ftehimiet kummerċjali ma jagħtux lok biex jiġi estiż il-livell ta' protezzjoni tal-PI għad-detenturi tad-drittijiet billi jipprevedu aktar setgħat estensivi dwar l-infurzar tad-drittijiet tal-awtur; jenfasizza li l-aċċess għall-mediċini fil-pajjiżi terzi ma għandux ikun ikkontestat fuq il-bażi tal-protezzjoni tal-PI; jenfasizza li l-kummerċ tal-oġġetti ffalsifikati jeħtieġ approċċ għalkollox differenti fil-konfront tal-ksur tal-PI fl-ekonomija diġitali;

24.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tibqa' għassa tal-Programm gTLD tal-ICANN, li jespandi l-ismijiet ta' dominju għal eluf ta' ismijiet ġeneriċi, u tiggarantixxi, bi qbil mal-impenn tagħha għal internet liberu u miftuħ, il-protezzjoni tad-detenturi tad-drittijiet, partikolarment dawk relatati mal-indikazzjonijiet ġeografiċi;

25.  Jistieden lill-Kummissjoni tuża l-ftehimiet kummerċjali biex tipprevjeni lill-partijiet milli jimponu limiti ta' kapital barrani, tistabbilixxi regoli ta' aċċess bl-ingrossa favur il-kompetizzjoni għan-netwerks tal-operaturi tradizzjonali, tipprovdi regoli u tariffi trasparenti u mhux diskriminatorji għall-ħruġ ta' liċenzji, u tiżgura aċċess veritier għaċ-ċirkwit lokali tal-infrastrutturi fis-swieq tal-esportazzjoni għall-fornituri tat-telekomunikazzjoni tal-UE; ifakkar li l-kompetizzjoni bbażata fuq ir-regoli fis-settur tat-telekomunikazzjonijiet twassal għal servizzi ta' kwalità ogħla u għal prezzijiet orħos;

26.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli bl-isforzi tagħha favur l-iżvilupp ta' ġabra ta' normi multilaterali vinkolanti dwar il-kummerċ elettroniku fi ħdan id-WTO, u tkompli tikkonċentra fuq objettivi konkreti u realistiċi;

27.  Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tniedi b'urġenza n-negozjati TiSA konformement mar-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Parlament; jaqbel mal-fehma li l-UE jmissha taħtaf l-okkażjoni li tassumi rwol ta' tmexxija biex tiffissa standards diġitali globali tal-aħħar ġenerazzjoni;

28.  Ifakkar li, sa mill-1998, il-membri tad-WTO appoġġaw moratorju fuq it-tariffi fuq trażmissjonijiet elettroniċi; jisħaq fuq il-fatt li tali tariffi jkunu jinvolvu spejjeż addizzjonali bla bżonn kemm għall-impriżi kif ukoll għall-konsumaturi; jistieden lill-Kummissjoni tbiddel il-moratorju fi ftehim permanenti dwar il-projbizzjoni ta' tariffi fuq it-trażmissjonijiet elettroniċi, soġġett għal analiżi bir-reqqa tal-implikazzjonijiet fil-qasam tal-istampar tridimensjonali;

29.  Jinnota l-isforzi li saru mid-WTO biex tmexxi 'l quddiem il-programm ta' ħidma tagħha dwar il-kummerċ elettroniku; jitlob lill-Kummissjoni tfittex li jkun hemm aktar espansjoni tal-Ftehim dwar it-Teknoloġija tal-Informazzjoni tad-WTO, bil-għan li jinkludi aktar prodotti u aktar membri tad-WTO, u jieħu nota tal-Konferenza Ministerjali tad-WTO f'Buenos Aires skedata għal Diċembru 2017; jitlob lill-Kummissjoni tikkonsulta lill-impriżi Ewropej u lill-Istati Membri kemm jista' jkun malajr dwar il-pożizzjoni tagħha dwar il-kummerċ elettroniku u kwistjonijiet oħra relatati mal-kummerċ diġitali li se jintlaħaq ftehim dwarhom fil-konferenza, sabiex tiżgura pożizzjoni Ewropea magħquda;

30.  Jistieden lill-Kummissjoni tuża l-ftehimiet kummerċjali biex tippromwovi l-interoperabbiltà tal-istandards tal-ICTs li tkun ta' ġid kemm għall-konsumaturi kif ukoll għall-produtturi, partikolarment fil-kuntest ta' internet tal-oġġetti sikur, tal-5 ġenerazzjoni (5G) u taċ-ċibersigurtà, u fl-istess ħin ma tevitax il-fora leġittimi għall-governanza b'bosta partijiet interessati li kienu ferm siewja għall-internet miftuħ;

31.  Jappoġġa l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' April 2016 bit-titolu "L-istandards tal-ICT bħala l-pedament tas-suq uniku diġitali" (COM(2016)0176); jenfasizza li filwaqt li l-istandardizzazzjoni tal-ICT trid tkompli titmexxa primarjament mill-industrija, tkun volontarja u titmexxa b'kunsens, abbażi tal-prinċipji ta' trasparenza, ftuħ, imparzjalità, kunsens, effikaċja, rilevanza u koerenza, sett aktar ċar ta' prijoritajiet għall-istandardizzazzjoni tal-ICTs, flimkien ma' appoġġ politiku ta' livell għoli, jagħtu spinta lill-kompetittività; jinnota li dan il-proċess għandu jagħmel użu mill-istrumenti tas-Sistema Ewropea ta' Standardizzazzjoni u jinvolvi firxa wiesgħa ta' partijiet interessati, kemm fi ħdan l-UE kif ukoll fil-livell internazzjonali, sabiex jiġu żgurati proċessi mtejba għall-iffissar tal-istandards, b'konformità mal-Inizjattiva Konġunta dwar l-Istandardizzazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni trawwem l-emerġenza ta' standards tal-industrija globali taħt it-tmexxija tal-UE għat-teknoloġiji 5G u l-arkitetturi tan-netwerks ewlenin, b'mod partikolari permezz tal-isfruttament tar-riżultati tas-sħubija pubblika-privata tal-5G (SPP 5G) fil-livell tal-korpi għall-istandardizzazzjoni tal-UE u internazzjonali ewlenin;

32.  Jenfasizza l-importanza ta' standards internazzjonali dwar it-tagħmir u s-servizzi diġitali, speċjalment fil-qasam taċ-ċibersigurtà; jitlob lill-Kummissjoni taħdem biex tiżgura l-introduzzjoni ta' miżuri bażiċi ta' ċibersigurtà fejn għandhom x'jaqsmu prodotti tal-internet tal-oġġetti u servizzi bbażati fuq il-cloud.

33.  Iqis li għandha tingħata kunsiderazzjoni partikolari lin-numru dejjem akbar ta' konsumaturi u individwi li qegħdin ibigħu u jixtru oġġetti fuq l-internet u jkollhom iħabbtu wiċċhom ma' proċeduri doganali kkumplikati għall-oġġetti li jkunu xtraw online; ifakkar fil-bżonn li jinħoloq trattament doganali semplifikat, eżenti mit-taxxi u mid-dazji għall-oġġetti mibjugħa online u għall-oġġetti mhux użati li jinraddu lura; ifakkar li l-Ftehim ta' Faċilitazzjoni tal-Kummerċ tad-WTO jimmira li jħaffef il-proċeduri doganali u jtejbilhom l-obbligu ta' rendikont u t-trasparenza; jisħaq fuq il-bżonn tad-diġitalizzazzjoni tal-informazzjoni u tal-ġestjoni doganali permezz tar-reġistrazzjoni u tal-operazzjoni online tal-informazzjoni, fatt li għandu jiffaċilita l-iżdoganar fil-fruntieri, il-kooperazzjoni fil-kxif ta' frodi, l-isforzi fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u t-trasparenza tal-prezzijiet marbuta mad-dwana; jemmen li l-użu usa' ta' strumenti bħas-soluzzjonijiet tat-tilwim online jkun ta' ġid għall-konsumaturi;

34.  Jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi lill-firmatarji tal-ftehimiet kummerċjali jinkludu, fil-kapitolu ddedikat għat-telekomunikazzjonijiet tal-ftehimiet ta' kummerċ ħieles tagħhom, dispożizzjonijiet li jagħmlu t-tariffi tar-roaming internazzjonali u dawk applikati għat-telefonati u għall-messaġġi internazzjonali trasparenti, ġusti, raġonevoli u orjentati lejn il-konsumatur; jistieden lill-Kummissjoni ssostni l-politiki li jippromwovu prezzijiet bl-imnut orjentati lejn il-kostijiet għas-servizzi tar-roaming bil-għan li jorħsu l-prezzijiet, tkun promossa t-trasparenza, ikunu evitati l-prattiki kummerċjali inġusti jew b'xi mod huma negattivi għall-konsumaturi;

35.  Jirrikonoxxi li l-prinċipji tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku (2000/31/KE) taw il-kontribut tagħhom sabiex tiġi żviluppata l-ekonomija diġitali billi ħalqu l-kundizzjonijiet favorevoli għall-innovazzjonijiet u ggarantew il-libertà tal-kelma u l-libertà ta' impriża; ifakkar li, fin-negozjati kummerċjali tagħha, il-Kummissjoni hija marbuta bl-acquis tal-UE;

36.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tintegra t-teknoloġiji u s-servizzi diġitali fil-politika ta' żvilupp tal-UE, kif definit, fost oħrajn, fl-aġenda Digital4Development; jistieden lill-Kummissjoni tuża l-ftehimiet kummerċjali biex ittejjeb u tippromwovi d-drittijiet diġitali; jirrikonoxxi li 53,6 % biss tal-unitajiet domestiċi fid-dinja kollha għandhom aċċess għall-internet; jiddeplora l-fatt li għad hemm distakk diġitali notevoli; jistieden lill-Kummissjoni żżid l-investimenti fl-infrastruttura diġitali fin-Nofsinhar tad-dinja bil-għan li jingħalaq dan id-distakk diġitali, anki billi jiġu stimolati s-sħubijiet pubbliċi-privati, iżda xorta waħda fir-rispett tal-prinċipji tal-effikaċja tal-iżvilupp; josserva, f'dan il-kuntest, il-kontribut li tat l-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni - Settur tal-Iżvilupp (ITU-D) tan-NU fil-ħolqien, fl-iżvilupp u fit-titjib tat-telekomunikazzjoni u tat-tagħmir u netwerks tal-ICTs; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tara li l-investimenti fl-infrastruttura ta' banda wiesgħa fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw jikkontribwixxu totalment għar-rispett ta' internet liberu, miftuħ u sikur, kif ukoll ikunu subordinati għal dan ir-rispett, u tiżviluppa soluzzjonijiet adegwati għall-promozzjoni ta' aċċess għall-internet mobbli; jisħaq fuq l-importanza partikolari ta' tali investimenti għall-impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju fil-livell lokali, speċjalment fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, bil-għan li jkunu jistgħu jinteraġixxu b'mod diġitali mal-impriżi multinazzjonali u jaċċedu għall-ktajjen tal-valur mondjali; ifakkar li l-aġevolazzjoni tal-kummerċ elettroniku transfruntier jista' jkollha impatt dirett fuq it-titjib tal-għajxien, trawwem standards ta' ħajja ogħla u tagħti spinta lill-iżvilupp ekonomiku; ifakkar il-kontribut li sforzi bħal dawn jistgħu jagħtu għall-ugwaljanza bejn is-sessi billi numru mdaqqas ta' dawn il-kumpaniji huma tan-nisa jew immexxijin minn nisa; itenni li l-kummerċ diġitali jaf ukoll ikun riżorsa għall-amministrazzjonijiet pubbliċi u b'hekk ikun sostnut l-iżvilupp tal-gvern elettroniku;

37.  Jenfasizza li huwa importantissmu li kwalunkwe strateġija għall-kummerċ diġitali trid tirrispetta għalkollox il-prinċipju tal-koerenza tal-politiki, u għandha b'mod partikolari tipprova tippromwovi u tippermetti l-istart-ups u lill-impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju fil-kummerċ elettroniku transfruntier, bi tfakkira tal-kontribut li dan jista' jagħti għall-ugwaljanza bejn is-sessi;

38.  Iqis li l-kwistjonijiet diġitali għandhom ukoll ikunu preżenti b'aktar prominenza fil-politika "Għajnuna għall-Kummerċ" tal-UE bil-għan li jkun iffaċilitat it-tkabbir tal-kummerċ elettroniku permezz ta' iżjed sostenn għall-innovazzjoni u għall-infrastruttura kif ukoll aċċess għall-finanzjamenti, partikolarment bis-saħħa ta' inizjattivi ta' mikrofinanzjament, u anki permezz ta' assistenza biex tiżdied il-viżibbiltà online għall-impriżi tal-kummerċ elettroniku fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, biex ikun iffaċilitat l-aċċess u tkun promossa d-disponibbiltà tas-soluzzjonijiet ta' pagament elettroniku u l-aċċess għal loġistika u servizzi ta' konsenja effikaċi f'termini ta' kostijiet;

39.  Jenfasizza li kwalunkwe strateġija għall-kummerċ diġitali, inklużi l-miżuri ta' akkumpanjament tagħha, trid tkun konformi għalkollox mat-twettiq tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, u trid tikkontribwixxi lejn dan it-twettiq; josserva li l-SDG nru 4 dwar l-edukazzjoni ta' kwalità dwar l-għoti ta' edukazzjoni primarja u sekondarja li tkun b'xejn, ekwa u ta' kwalità lill-bniet u lis-subien kollha, l-SDG nru 5 dwar il-ksib tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-emanċipazzjoni tan-nisa u tal-bniet, l-SDG nru 8.10 dwar il-promozzjoni ta' tkabbir ekonomiku inklużiv u sostenibbli, partikolarment billi tissaħħaħ il-kapaċità tal-istituzzjonijiet finanzjarji nazzjonali u jitwessa' l-aċċess għas-servizzi finanzjarji, kif ukoll l-SDG nru 9.1 dwar l-iżvilupp ta' infrastruttura affidabbli u reżiljenti b'enfasi fuq aċċess ekwu għal kulħadd, u l-SDG nru 9.3 dwar iż-żieda fl-aċċess tal-impriżi ż-żgħar, partikolarment fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, għas-servizzi finanzjarji, inkluż għall-kreditu bi mgħax raġonevoli, u l-integrazzjoni tagħhom fil-ktajjen tal-valur u fis-swieq, huma partikolarment rilevanti f'dan ir-rigward;

40.  Jimpenja ruħu li jaġġorna l-istrateġija għall-kummerċ diġitali tiegħu kull ħames snin;

41.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, u lis-SEAE.

(1) ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1.
(2) ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1.
(3) Testi adottati, P8_TA(2016)0299.
(4) Testi adottati, P8_TA(2016)0041.
(5) ĠU C 265, 11.8.2017, p. 35.
(6) Testi adottati, P8_TA(2016)0233.
(7) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

Avviż legali - Politika tal-privatezza