Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2017/0056(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0377/2017

Testi mressqa :

A8-0377/2017

Dibattiti :

PV 15/01/2018 - 14
CRE 15/01/2018 - 14

Votazzjonijiet :

PV 16/01/2018 - 5.1
CRE 16/01/2018 - 5.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 29/05/2018 - 7.11

Testi adottati :

P8_TA(2018)0001
P8_TA(2018)0214

Testi adottati
PDF 483kWORD 57k
It-Tlieta, 16 ta' Jannar 2018 - Strasburgu
Miżuri ta' ġestjoni, ta' konservazzjoni u ta' kontroll li japplikaw fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd fin-Nofsinhar tal-Paċifiku (SPRFMO) ***I
P8_TA(2018)0001A8-0377/2017

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fis-16 ta' Jannar 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri ta' ġestjoni, ta' konservazzjoni u ta' kontroll li japplikaw fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd fin-Nofsinhar tal-Paċifiku (SPRFMO) (COM(2017)0128 – C8-0121/2017 – 2017/0056(COD))(1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 7a (ġdida)
(7a)  Jenħtieġ li meta jiġu implimentati l-miżuri ta' konservazzjoni u ġestjoni adottati mill-SPRFMO, l-Unjoni u l-Istati Membri jagħmlu ħilithom biex jippromwovu l-attivitajiet ta' sajd kostali u l-użu ta' rkaptu u tekniki tas-sajd li jkunu selettivi u li jkollhom impatt ambjentali mnaqqas, inklużi rkaptu u tekniki użati fis-sajd tradizzjonali u artiġjanali, u b'hekk isir kontribut għal livell ġust ta' għajxien għall-ekonomiji lokali.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1
Dan ir-Regolament jistabbilixxi dispożizzjonijiet ta' ġestjoni, ta' konservazzjoni u ta' kontroll relatati mas-sajd għal speċijiet ta' ħut tranżonali fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd fin-Nofsinhar tal-Paċifiku (SPRFMO).
Dan ir-Regolament jistabbilixxi dispożizzjonijiet ta' ġestjoni, ta' konservazzjoni u ta' kontroll relatati mas-sajd għal stokkijiet ta' ħut tranżonali fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd fin-Nofsinhar tal-Paċifiku (SPRFMO).
Emenda 3
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c
(c)  Bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi malli jitolbu l-aċċess jew ikunu soġġetti għall-ispezzjoni fil-portijiet tal-Unjoni u jġorru prodotti tas-sajd maqbuda fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO.
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)
Emenda 4
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1
(1)  "Żona ta' Konvenzjoni tal-SPRFMO" tfisser iż-żona ġeografika ta' ibħra miftuħa fin-Nofsinhar ta' 10° N, fit-Tramuntana taż-Żona tal-Konvenzjoni tas-CCAMLR kif definit fil-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni tar-Riżorsi Ħajjin tal-Baħar Antartiku, fil-Lvant taż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SIOFA kif iddefinit fil-Ftehim dwar is-Sajd fin-Nofsinhar tal-Oċean Indjan, u fil-Punent taż-żoni ta' ġurisdizzjoni tas-sajd tal-Istati tal-Amerika t'Isfel;
(1)  "Żona ta' Konvenzjoni tal-SPRFMO" tfisser iż-żona ġeografika immarkata fl-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta' Riżorsi tas-Sajd f'Ibħra Miftuħa fin-Nofsinhar tal-Oċean Paċifiku;
Emenda 5
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2
(2)  "bastiment tas-sajd" tfisser kull bastiment ta' kull daqs li jintuża jew hu maħsub biex jintuża għall-finijiet ta' sfruttament kummerċjali tar-riżorsi tas-sajd, inklużi vapuri ta' sostenn, bastimenti għall-ipproċessar tal-ħut, bastimenti involuti fit-trasbord u bastimenti tal-ġarr mgħammrin għat-trasportazzjoni ta' prodotti tas-sajd, ħlief il-bastimenti tal-kontejners;
(2)  "bastiment tas-sajd" tfisser kull bastiment użat jew maħsub biex jintuża għas-sajd, inklużi bastimenti għall-ipproċessar tal-ħut, bastimenti ta' sostenn, bastimenti tal-ġarr u kull bastiment ieħor li b'mod dirett jagħmel operazzjonijiet tas-sajd;
Emenda 6
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 7
(7)  "impronta tas-sajd tal-qiegħ" tfisser il-medda spazjali tas-sajd tal-qiegħ matul perjodu ta' żmien definit fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO;
(7)  "impronta tas-sajd tal-qiegħ" tfisser il-medda spazjali tas-sajd tal-qiegħ fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO matul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2002 u l-31 ta' Diċembru 2006;
Emenda 7
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 10
(10)  "sajd stabbilit" tfisser sajd li ma ġiex magħluq u li ġie soġġett għas-sajd jew ġie soġġett għas-sajd b'tip ta' rkaptu tas-sajd jew teknika partikolari fl-għaxar snin preċedenti;
imħassar
Emenda 8
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 10a (ġdid)
(10a)  "għeżul tat-tisqif pelaġiċi fuq skala kbira" (għeżul tat-tisqif) tfisser għażel jew xibka oħra jew kombinazzjoni ta' xbieki li jkunu ta' aktar minn 2.5 kilometri fit-tul li l-iskop tagħha huwa li fihom il-ħut jinqabad, jitħabbel jew jitgħaqqad billi jimxi mal-kurrent fil-wiċċ jew ġol-ilma.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 10b (ġdid)
(10b)  "għeżul tal-baħar fond" (parit, xbieki kalati, xbieki ankrati, xbieki mgħerrqa) tfisser serje ta' ħitan ta' xbieki singoli, doppji jew trippli, miżmuma b'mod vertikali, fuq jew ħdejn il-qiegħ, li fihom il-ħut jinqabad, jitħabbel jew jitgħaqqad. L-għeżul tal-baħar fond jikkonsistu minn xibka singola, jew, anqas komunement, doppja jew trippla imqiegħda fuq l-istess ħbula strutturali. Tipi varji ta' xbieki jistgħu jiġu kkombinati f'irkaptu wieħed. Dawk ix-xbieki jistgħu jintużaw waħedhom jew, kif inhu aktar komuni, f'numri kbar f'linja ("rimjiet" ta' xbieki). L-irkaptu jista' jiġi kalat, ankrat mal-qiegħ jew jitħalla fil-wiċċ, ħieles jew marbut mal-bastiment.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 11
(11)  "attivitajiet tas-sajd IUU" tfisser kwalunkwe attività ta' sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat kif iddefinit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008;
(11)  "is-sajd IUU" tfisser attivitajiet tas-sajd kif definiti fil-punt 1 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008;
Emenda 11
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 16
(16)  "ekosistema marina vulnerabbli" tfisser kwalunkwe ekosistema marina li l-integrità tagħha hija, skont l-aħjar informazzjoni xjentifika disponibbli u skont il-prinċipju ta' prekawzjoni, mhedda b'impatti negattivi sinifikanti li jirriżultaw mill-kuntatt fiżiku mal-irkaptu tal-qiegħ fl-andament normali tal-operazzjonijiet tas-sajd, inklużi, fost l-oħrajn, l-iskolli, l-għoljiet tal-baħar, il-bokok idrotermali, il-qrolli tal-ilma kiesaħ jew il-qigħan rotob tal-ilma kiesaħ.
(16)  "ekosistema marina vulnerabbli" tfisser kwalunkwe ekosistema marina li l-integrità tagħha (jiġifieri l-istruttura jew il-funzjoni ta' ekosistema) tkun, skont l-aħjar informazzjoni xjentifika disponibbli u skont il-prinċipju ta' prekawzjoni, mhedda b'impatti negattivi sinifikanti li jirriżultaw mill-kuntatt fiżiku mal-irkapti tal-qiegħ fl-andament normali tal-operazzjonijiet tas-sajd, inklużi, fost l-oħrajn, l-iskolli, l-għoljiet tal-baħar, il-bokok idrotermali, il-qrolli tal-ilma kiesaħ jew il-qigħan rotob tal-ilma kiesaħ.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Artikolu 6a (ġdid)
Artikolu 6a
L-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd għas-sawrell
Skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, meta jallokaw l-opportunitajiet tas-sajd għall-istokkijiet tas-sawrell disponibbli għalihom, l-Istati Membri għandhom jużaw kriterji trasparenti u oġġettivi, inkluż dawk ta' natura ambjentali, soċjali u ekonomika, u għandhom jagħmlu wkoll ħilithom biex iqassmu l-kwoti nazzjonali b'mod ġust bejn id-diversi sezzjonijiet tal-flotta, b'kunsiderazzjoni speċjali għas-sajd tradizzjonali u artiġjanali, u biex jipprovdu inċentivi għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jużaw irkaptu selettiv tas-sajd jew li jużaw tekniki tas-sajd b'impatt ambjentali mnaqqas.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 6
6.  Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom ikunu pprojbiti milli jarmu l-ġewwieni matul il-kalar u l-irfigħ tal-irkaptu. Meta dan ma jkunx fattibbli, il-bastimenti għandhom jiġbru l-iskart f'lottijiet għal sagħtejn jew aktar.
6.  Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom jiġu pprojbiti milli jarmu l-ġewwieni matul il-kalar u l-irfigħ tal-irkaptu. Meta dan ma jkunx fattibbli u meta jkun neċessarju li jintrema skart bijoloġiku minħabba tħassib ta' sikurezza operazzjonali, il-bastimenti għandhom jiġbru l-iskart f'lottijiet għal sagħtejn jew aktar.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 4
4.  Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom ikunu pprojbiti milli jarmu l-ġewwieni matul il-kalar u l-irfigħ tal-irkaptu.
4.  Meta jkun possibbli, il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom jiġu pprojbiti milli jarmu l-ġewwieni matul il-kalar u l-irfigħ tal-irkaptu.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 5
5.  Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom jikkonvertu l-ġewwieni f'ħut mitħun u jżommu l-materjal ta' skart kollu, u jirrestrinġu kwalunkwe rimi għal rimi likwidu/samp tal-ilma. Meta dan ma jkunx fattibbli, il-bastimenti tas-sajd għandhom jiġbru l-iskart f'lottijiet għal sagħtejn jew aktar.
5.  Meta jkun possibbli u xieraq, il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom jikkonvertu l-ġewwieni f'ħut mitħun u jżommu l-materjal ta' skart kollu u jirrestrinġu kwalunkwe rimi għal rimi likwidu/ilma tal-fossa. Meta dan ma jkunx fattibbli, il-bastimenti tas-sajd għandhom jiġbru l-iskart f'lottijiet għal sagħtejn jew aktar.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 6
6.  Ix-xbieki għandhom jitnaddfu wara kull operazzjoni tas-sajd biex jitneħħa l-ħut maqbud u l-materjal tal-qiegħ sabiex tiġi skoraġġita l-interazzjoni mal-għasafar matul it-tfigħ tal-irkaptu.
6.  Meta jkun possibbli, ix-xbieki għandhom jitnaddfu wara kull operazzjoni tas-sajd biex jitneħħa l-ħut maqbud u l-materjal tal-qiegħ sabiex tiġi skoraġġita l-interazzjoni mat-tjur matul it-tfigħ tal-irkaptu.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt b a (ġdid)
(ba)   kwalunkwe data osservata dwar l-interazzjoni mat-tjur tal-baħar.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt b
(b)  il-livell medju tal-qabdiet matul il-perjodu bejn 1 ta' Jannar 2002 u l-31 ta' Diċembru 2006;
(b)  il-livell annwali medju tal-qabdiet matul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2002 u l-31 ta' Diċembru 2006;
Emenda 19
Proposta għal regolament
Titolu 3 – Kapitolu IIa (ġdid)
Il-Kapitolu IIa
L-għeżul
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 17a (ġdid)
Artikolu 17a
L-għeżul
1.  L-użu ta' għeżul tat-tisqif pelaġiċi fuq skala kbira u tal-għeżul kollha tal-baħar fond huwa pprojbit madwar iż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO.
2.  Stati Membri tal-bandiera li l-bastimenti tagħhom ifittxu li jagħmlu tranżitu fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO bl-għeżul abbord għandhom:
(a)  javżaw lis-Segretarjat mill-inqas 36 siegħa bil-quddiem qabel ma jidħlu fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO, u għandhom jinkludu d-dati tad-dħul u tal-ħruġ mistennija u t-tul tal-għażel miżmum abbord;
(b)  jiżguraw li l-bastimenti tagħhom iħaddmu sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti (VMS) li tistħarreġ darba kull sagħtejn waqt li jkunu fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO;
(c)  jissottomettu r-rapporti tal-pożizzjoni VMS lis-Segretarjat tal-SPRFMO fi żmien 30 jum minn meta l-bastiment iħalli ż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO; kif ukoll
(d)  jekk aċċidentalment l-għeżul jintilfu jew jaqgħu fil-baħar mill-bastiment, jirrapportaw id-data, il-ħin, il-pożizzjoni u t-tul (f'metri) ta' għeżul mitlufa lis-Segretarjat tal-SPRFMO mill-aktar fis possibbli u fi kwalunkwe każ fi żmien 48 siegħa minn meta jintilef l-irkaptu.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 5
5.  Minkejja l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li ma jkunux inklużi fir-Reġistru tal-bastimenti tal-SPRFMO, ma għandhomx jiġu awtorizzati jieħdu sehem f'attivitajiet tas-sajd għall-ispeċijiet maqbuda fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO.
5.  Minkejja l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li ma jkunux inklużi fir-Reġistru tal-bastimenti tal-SPRFMO, ma għandhomx jiġu awtorizzati jieħdu sehem f'attivitajiet tas-sajd għall-ispeċijiet taħt ir-responsabilità tal-SPRFMO fiż-Żona tal-Konvenzjoni.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 4
4.  Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u l-Artikolu 4(3) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008.
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 1 – punt c
(c)  jagħżel punt ta' kuntatt bl-iskop li jiġu trażmessi rapporti ta' ispezzjoni skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008.
(c)  jagħżel punt ta' kuntatt bl-iskop li jitwasslu rapporti ta' ispezzjoni skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 1
L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, tal-inqas 120 ġurnata qabel il-laqgħa annwali, kwalunkwe informazzjoni dokumentata li tindika każijiet possibbli ta' nuqqas ta' konformità minn kwalunkwe bastiment tas-sajd, mal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni tal-SPRFMO fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO matul is-sentejn preċedenti. Il-Kummissjoni għandha teżamina dik l-informazzjoni, u jekk ikun jixraq, tibgħatha lis-Segretarjat tal-SPRFMO mill-inqas 90 jum qabel il-laqgħa annwali.
L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, tal-inqas 150 ġurnata qabel il-laqgħa annwali, kwalunkwe informazzjoni dokumentata li tindika każijiet possibbli ta' nuqqas ta' konformità minn kwalunkwe bastiment tas-sajd, mal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni tal-SPRFMO fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO matul is-sentejn preċedenti. Il-Kummissjoni għandha teżamina dik l-informazzjoni, u jekk ikun jixraq, tibgħatha lis-Segretarjat tal-SPRFMO mill-inqas 120 ġurnata qabel il-laqgħa annwali.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 30a – paragrafu 2
2.  L-awtoritajiet ta' bastiment tas-sajd bil-bandiera ta' Stat Membru li jkun ġie notifikat mill-Kummissjoni dwar l-inklużjoni tiegħu fl-Abbozz tal-Lista ta' Bastimenti IUU għandhom jinnotifikaw lis-sid tal-bastiment bl-inklużjoni tiegħu fl-Abbozz tal-Lista ta' Bastimenti IUU tal-SPRFMO u bil-konsegwenzi li jistgħu jirriżultaw mill-inklużjoni tiegħu fil-Lista ta' Bastimenti IUU adottata mill-SPRFMO.
2.  Meta l-Kummissjoni tkun ġiet notifikata li bastiment bil-bandiera ta' Stat Membru jkun ġie inkluż fl-abbozz tal-lista ta' bastimenti IUU tal-SPRFMO, hija għandha tinnotifika lill-awtoritajiet tal-Istat Membru kkonċernat dwar dan, u l-Istat Membru għandu mbagħad jinnotifika lis-sid tal-bastiment bl-inklużjoni tiegħu fl-Abbozz tal-Lista ta' Bastimenti IUU tal-SPRFMO u bil-konsegwenzi li jistgħu jirriżultaw mill-inklużjoni tiegħu fil-Lista ta' Bastimenti IUU adottata mill-SPRFMO.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 32c – paragrafu 1 – punt e
(e)  Id-data u l-ħin tal-pożizzjoni (UTC);
(e)  Id-data u l-ħin tal-pożizzjoni (latitudni u lonġitudni) (UTC);

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għal negozjati interistituzzjonali lill-kumitati responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’subparagrafu (A8-0377/2017).

Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Settembru 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza