Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2016/0295(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0390/2017

Testi mressqa :

A8-0390/2017

Dibattiti :

PV 16/01/2018 - 14
CRE 16/01/2018 - 14
PV 25/03/2021 - 13
PV 25/03/2021 - 15
CRE 25/03/2021 - 13
CRE 25/03/2021 - 15

Votazzjonijiet :

PV 17/01/2018 - 10.1
CRE 17/01/2018 - 10.1
PV 25/03/2021 - 17
CRE 25/03/2021 - 17

Testi adottati :

P8_TA(2018)0006
P9_TA(2021)0101

Testi adottati
PDF 624kWORD 85k
L-Erbgħa, 17 ta' Jannar 2018 - Strasburgu
Il-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija, l-assistenza teknika u t-transitu ta’ oġġetti b’użu doppju ***I
P8_TA(2018)0006A8-0390/2017

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fis-17 ta' Jannar 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi reġim tal-Unjoni għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija, l-assistenza teknika u t-transitu ta' oġġetti b'użu doppju (riformulazzjoni) (COM(2016)0616 – C8-0393/2016 – 2016/0295(COD))(1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – riformulazzjoni)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 3
(3)  Sistema komuni effettiva ta' kontrolli tal-esportazzjoni fuq oġġetti b'użu doppju hija għalhekk meħtieġa biex tassigura konformità mal-impenji u r-responsabbiltajiet internazzjonali tal-Istati Membri u tal-Unjoni, speċjalment rigward in-non-proliferazzjoni.
(3)  Sistema komuni effettiva ta' kontrolli tal-esportazzjoni fuq oġġetti b'użu doppju hija għalhekk meħtieġa biex tassigura konformità mal-impenji u r-responsabbiltajiet internazzjonali tal-Istati Membri u tal-Unjoni, speċjalment rigward in-non-proliferazzjoni u d-drittijiet tal-bniedem.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 5
(5)  Meta jitqies l-iżvilupp ta' kategoriji ġodda ta' oġġetti b'użu doppju, u bi tweġiba għas-sejħiet tal-Parlament Ewropew u indikazzjonijiet li ċerti teknoloġiji ta' sorveljanza ċibernetika esportati mill-Unjoni ntużaw b'mod ħażin minn persuni kompliċi jew responsabbli għall-ġestjoni tat-twettiq ta' ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem jew tad-dritt umanitarju internazzjonali f'sitwazzjonijiet ta' kunflitt armat jew ta' ripressjoni interna, huwa adatt li l-esportazzjoni ta' dawn it-teknoloġiji tiġi kkontrollata għall-protezzjoni tas-sigurtà pubblika kif ukoll għall-morali pubbliċi. Dawn il-miżuri ma għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa proporzjonat. B'mod partikolari, huma ma għandhomx ma jippermettux l-esportazzjoni ta' teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni li tintuża għal skopijiet leġittimi, inkluż l-eżekuzzjoni tal-liġi u r-riċerka dwar is-sigurtà tal-internet. B'konsultazzjonijiet mill-qrib mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati, il-Kummissjoni ser tiżviluppa linji gwida bħala appoġġ għall-applikazzjonijiet prattiċi tal-kontrolli mmirati onnikomprensivi.
(5)  Ċerti oġġetti relatati mas-sorveljanza ċibernetika rriżultaw bħala kategorija ġdida ta' oġġetti b'użu doppju li ntużaw biex ifixklu direttament lid-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-dritt għall-ħajja privata, id-dritt għall-protezzjoni tad-data, il-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-għaqda u ta' assoċjazzjoni, permezz tal-monitoraġġ jew l-estrazzjoni ta' dejta mingħajr ma tinkiseb awtorizzazzjoni speċifika, infurmata u mhux ambigwa tal-proprjetarju tad-dejta u/jew billi s-sistema fil-mira tiġi inabilitata jew issirilha l-ħsara. Bi tweġiba għas-sejħiet tal-Parlament Ewropew, u bi prova li ċerti oġġetti relatati mas-sorveljanza ċibernetika ntużaw b'mod ħażin minn persuni kompliċi jew responsabbli għall-ġestjoni jew it-twettiq ta' ksur tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jew tad-dritt umanitarju internazzjonali f'pajjiżi fejn dan il-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem ikun ġie stabbilit, huwa adatt li l-esportazzjoni ta' dawn l-oġġetti tiġi kkontrollata. Il-kontrolli jenħtieġ li jkunu bbażati fuq kriterji definiti b'mod ċar. Dawn il-miżuri jenħtieġ li ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ u proporzjonat. B'mod partikolari, jenħtieġ li huma ma jimpedixxux l-esportazzjoni ta' teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni li tintuża għal skopijiet leġittimi, inkluż l-eżekuzzjoni tal-liġi u r-riċerka dwar is-sigurtà tan-netwerk u tal-internet bl-iskop ta' ttestjar awtorizzat jew il-protezzjoni tal-informazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà. B'konsultazzjonijiet mill-qrib mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqiegħed għad-dispożizzjoni linji gwida bħala appoġġ għall-applikazzjonijiet prattiċi ta' dawk il-kontrolli mad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Il-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem jirreferi għal sitwazzjonijiet kif deskritti fil-punt 2.6 tat-tieni Taqsima tal-Kapitolu 2 tal-Gwida għall-Utenti għall-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK1a kif approvat mill-Kunsill Affarijiet Barranin fl-20 ta' Lulju 2015.
_______________________
1a Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta' Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' teknoloġija u tagħmir militari (ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99).
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 6
(6)  Bħala risultat, huwa adatt ukoll li tiġi riveduta d-definizzjoni ta' oġġetti b'użu doppju, u li tiġi introdotta definizzjoni tat-teknoloġija ta' sorveljanza ċibernetika. Għandu jiġi ċċarat ukoll li l-kriterji tal-valutazzjoni għall-kontroll tal-esportazzjonijiet tal-oġġetti b'użu doppju jinkludu konsiderazzjonijiet rigward il-possibbiltà tal-użu ħażin tagħhom b'konnessjoni ma' atti ta' terroriżmu jew ta' vjolazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem.
(6)  Bħala riżultat, huwa adatt ukoll li tiġi introdotta definizzjoni ta' oġġetti relatati mas-sorveljanza ċibernetika. Jenħtieġ li jiġi ċċarat ukoll li l-kriterji tal-valutazzjoni għall-kontroll tal-esportazzjonijiet tal-oġġetti relatati mas-sorveljanza ċibernetika jqisu l-impatt dirett u indirett ta' dawn l-oġġetti fuq id-drittijiet tal-bniedem, kif rifless fil-Gwida għall-Utent għall-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/CFSP. Jenħtieġ li jiġi stabbilit grupp ta' ħidma tekniku għall-iżvilupp tal-kriterji tal-valutazzjoni, f'kooperazzjoni mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u l-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (COHOM). Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit grupp indipendenti ta' esperti fi ħdan dak il-grupp ta' ħidma tekniku. Il-kriterji tal-valutazzjoni jenħtieġ li jkunu disponibbli għall-pubbliku u aċċessibbli faċilment.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 6a (ġdida)
(6a)  Bil-għan li tiġi definita teknoloġija ta' sorveljanza ċibernetika, l-oġġetti li għandhom ikunu koperti minn dan ir-Regolament jenħtieġ li jinkludu apparat ta' telekomunikazzjoni għall-interċettazzjoni, softwer ta' intrużjoni, ċentri ta' monitoraġġ, sistemi legali ta' interċettazzjoni u sistemi ta' żamma tad-dejta konnessi ma' dawn is-sistemi ta' interċettazzjoni, apparat għad-dekodifikazzjoni tal-kriptaġġ, l-irkupru ta' hard disks, l-evitar ta' passwords u l-analiżi ta' dejta bijometrika kif ukoll sistemi ta' sorveljanza tan-netwerk IP.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 6b (ġdida)
(6b)  Fir-rigward tal-kriterji tal-valutazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, huwa adatt li ssir referenza għad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt għall-Privatezza tat-23 ta' Marzu 2017, il-Prinċipji Gwida dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem: L-implimentazzjoni tal-Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti ‘Protezzjoni, Rispett u Rimedju’, ir-Rapport tar-Rapporteur Speċjali dwar id-Dritt għall-Privatezza tal-24 ta' Marzu 2017, ir-Rapport tar-Rapporteur Speċjali dwar il-promozzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali fil-ġlieda kontra t-terroriżmu tal-21 ta' Frar 2017 u s-sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fil-kawża Zakharov vs Ir-Russja tal-4 ta' Diċembru 2015;
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 7a (ġdida)
(7a)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) jobbliga lill-kontrolluri u lill-persuni inkarigati mill-proċessar tal-protezzjoni tad-dejta jimplimentaw miżuri tekniċi biex jiżguraw livell ta' sigurtà xieraq għar-riskju tal-ipproċessar, inkluż permezz tal-kriptaġġ tad-dejta personali. Peress li dak ir-Regolament jistabbilixxi li japplika għall-ipproċessar tad-dejta personali irrispettivament minn jekk l-ipproċessar iseħħx fl-Unjoni jew le, hemm inċentiv qawwi biex l-Unjoni tneħħi oġġetti tal-kriptografija mil-lista ta' kontroll sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u tiżdied il-kompetittività tan-negozji Ewropej f'dan il-kuntest. Barra minn hekk, il-livell attwali ta' kontroll dwar il-kriptaġġ imur kontra l-fatt li l-kriptaġġ huwa mezz ewlieni biex jiżgura li ċ-ċittadini, in-negozji u l-gvernijiet ikunu jistgħu jipproteġu d-dejta tagħhom kontra l-kriminali u atturi oħra bi skop ħażin; biex ikun żgurat l-aċċess għas-servizzi li huma kruċjali għall-funzjonament tas-Suq Uniku Diġitali; u biex ikunu faċilitati komunikazzjonijiet siguri, li huma meħtieġa biex jipproteġu d-dritt għall-privatezza, id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta u l-libertà tal-espressjoni, b'mod partikolari tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem.
_______________________
1a Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data)
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 9
(9)  L-għan ta' "kontrolli onnikomprensivi", li japplikaw għal oġġetti b'użu doppju mhux elenkati f'ċirkostanzi speċifiċi, għandu jiġi ċċarat u armonizzat, u għandu jindirizza r-riskju tat-terroriżmu u tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem. L-iskambju adatt ta' informazzjoni u l-konsultazzjonijiet dwar "kontrolli onnikomprensivi" għandhom jiżguraw l-applikazzjoni effikaċi u konsistenti tal-kontrolli madwar l-Unjoni. Kontrolli onnikomprensivi mmirati għandhom japplikaw ukoll, f'ċerti kundizzjonijiet, għall-esportazzjoni ta' teknoloġija ta' sorveljanza ċibernetika.
(9)  L-għan ta' ‘kontrolli onnikomprensivi’, li japplikaw għall-oġġetti relatati mas-sorveljanza ċibernetika mhux elenkati f'ċirkostanzi speċifiċi, jenħtieġ li jiġi ċċarat u armonizzat. L-iskambju adatt ta' informazzjoni u l-konsultazzjonijiet dwar ‘kontrolli onnikomprensivi’ jenħtieġ li jiżguraw l-applikazzjoni effikaċi u konsistenti tal-kontrolli madwar l-Unjoni. L-iskambju ta' informazzjoni jenħtieġ li jinkludi appoġġ għall-iżvilupp ta' pjattaforma pubblika u għall-ġbir ta' informazzjoni mis-settur privat, l-istituzzjonijiet pubbliċi u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 10
(10)  Id-definizzjoni ta' sensar għandha tiġi riveduta sabiex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni tal-kontrolli rigward il-forniment ta' servizzi ta' senserija minn persuni li jaqgħu fil-ġuriżdizzjoni tal-Unjoni. Il-kontrolli fuq il-forniment ta' servizzi ta' senserija għandhom jiġu armonizzati sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni effikaċi u konsistenti tagħhom madwar l-Unjoni u u għandhom japplikaw ukoll sabiex jiġu evitati atti ta' terroriżmu u ksur tad-drittijiet tal-bniedem.
(10)  Id-definizzjoni ta' sensar jenħtieġ li tiġi riveduta sabiex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni tal-kontrolli rigward il-forniment ta' servizzi ta' senserija minn persuni li jaqgħu fil-ġuriżdizzjoni tal-Unjoni. Il-kontrolli fuq il-forniment ta' servizzi ta' senserija jenħtieġ li jiġu armonizzati sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni effikaċi u konsistenti tagħhom madwar l-Unjoni u jenħtieġ li japplikaw ukoll sabiex jiġi evitat il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 11
(11)  Bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, ġie ċċarat li l-forniment ta' servizzi ta' assitenza teknika li jinvolvu l-moviment transfruntier jaqgħu wkoll fil-kompetenza tal-Unjoni. Għalhekk huwa adatt li jiġu ċċarati l-kontrolli applikabbli għas-servizzi ta' assistenza teknika, u li tiġi introdotta definizzjoni ta' dawn is-servizzi. Għal raġunijiet ta' effikaċja u konsistenza, il-kontrolli fuq il-forniment tas-servizzi ta' assistenza teknika għandhom jiġu armonizzati u japplikaw anke sabiex jipprevjentu atti ta' terroriżmu u ksur tad-drittijiet tal-bniedem.
(11)  Bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, ġie ċċarat li l-forniment ta' servizzi ta' assistenza teknika li jinvolvu l-moviment transfruntier jaqgħu wkoll fil-kompetenza tal-Unjoni. Għalhekk huwa adatt li jiġu ċċarati l-kontrolli applikabbli għas-servizzi ta' assistenza teknika, u li tiġi introdotta definizzjoni ta' dawn is-servizzi. Għal raġunijiet ta' effikaċja u konsistenza, il-kontrolli qabel il-forniment tas-servizzi ta' assistenza teknika jenħtieġ li jiġu armonizzati u japplikaw anke sabiex jimpedixxu l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 12
(12)  Ir-Regolament (KE) Nru 428/2009 jipprevedi l-possibbiltà għall-awtoritajiet tal-Istati Membri biex jipprojbixxu fuq bażi ta' każ b'każ it-transitu ta' oġġetti b'użu doppju mhux tal-Unjoni fejn għandhom raġunijiet biex jissuspettaw minn intelligence jew minn sorsi oħrajn li l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu intenzjonati fl-intier tagħhom jew parzjalment għall-proliferazzjoni ta' armi ta' qerda massiva jew għall-mezzi tat-twassil tagħhom. Għal raġunijiet ta' effikaċja u konsistenza, il-kontrolli tat-transitu għandhom jiġu armonizzati u jkunu japplikaw ukoll sabiex ma jippermettux atti ta' terroriżmu u ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem.
(12)  Ir-Regolament (KE) Nru 428/2009 jipprevedi l-possibbiltà għall-awtoritajiet tal-Istati Membri biex jipprojbixxu fuq bażi ta' każ b'każ it-transitu ta' oġġetti b'użu doppju mhux tal-Unjoni fejn għandhom raġunijiet biex jissuspettaw minn informazzjoni tal-intelligence jew minn sorsi oħrajn li l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu intenzjonati fl-intier tagħhom jew parzjalment għall-proliferazzjoni ta' armi ta' qerda massiva jew għall-mezzi tat-twassil tagħhom. Għal raġunijiet ta' effikaċja u konsistenza, il-kontrolli tat-transitu jenħtieġ li jiġu armonizzati u japplikaw ukoll sabiex jimpedixxu l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 13a (ġdida)
(13a)  Għalkemm ir-responsabbiltà biex tittieħed deċiżjoni dwar l-awtorizzazzjonijiet ta' esportazzjoni individwali, globali u nazzjonali taqa' f'idejn l-awtoritajiet nazzjonali, reġim ta' kontroll tal-esportazzjoni effikaċi tal-UE jimplika li l-operaturi ekonomiċi, li għandhom l-intenzjoni li jesportaw oġġetti koperti b'dan ir-Regolament, jeżerċitaw id-diliġenza dovuta kif stabbilit, inter alia, fil-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali, il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Imġiba Responsabbli fin-Negozju u l-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 14
(14)  Għandu jiġi introdott rekwiżit standard għall-konformità fil-forma ta' "programmi ta' konformità interna" sabiex jingħata kontribut għal kundizzjonijiet ekwi bejn l-esportaturi u sabiex titjieb l-applikazzjoni effikaċi tal-kontrolli. Għal raġunijiet ta' proporzjonalità, dan ir-rekwiżit għandu japplika għal modalitajiet speċifiċi ta' kontroll fil-forma ta' awtorizzazzjonijiet globali u ċerti awtorizzazzjonijiet ġenerali għall-esportazzjoni.
(14)  Jenħtieġ li jiġu introdotti rekwiżit, definizzjoni u deskrizzjoni standard għall-konformità fil-forma ta' ‘programmi ta' konformità interna’ kif ukoll possibbiltà ta' ċertifikazzjoni sabiex jinkisbu inċentivi fil-proċess ta' awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti sabiex jingħata kontribut għal kundizzjonijiet ekwi bejn l-esportaturi u sabiex titjieb l-applikazzjoni effikaċi tal-kontrolli. Għal raġunijiet ta' proporzjonalità, dan ir-rekwiżit jenħtieġ li japplika għal modalitajiet speċifiċi ta' kontroll fil-forma ta' awtorizzazzjonijiet globali u ċerti awtorizzazzjonijiet ġenerali għall-esportazzjoni.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 15
(15)  Għandhom jiġu introdotti awtorizzazzjonijiet ġenerali għall-esportazzjoni sabiex jonqos il-piż amministrattiv fuq il-kumpaniji u l-awtoritajiet filwaqt li jkun żgurat livell adatt ta' kontroll tal-oġġetti rilevanti lejn id-destinazzjonijiet rilevanti. Għandha tiġi introdotta wkoll awtorizzazzjoni globali għal proġetti kbar biex il-kundizzjonijiet tal-liċenzjar jiġu adattati għall-ħtiġijiet partikolari tal-industrija.
(15)  Jenħtieġ li jiġu introdotti awtorizzazzjonijiet ġenerali tal-Unjoni għall-esportazzjoni sabiex jonqos il-piż amministrattiv fuq il-kumpaniji, b'mod partikolari l-SMEs, u l-awtoritajiet filwaqt li jkun żgurat livell adatt ta' kontroll tal-oġġetti rilevanti lejn id-destinazzjonijiet rilevanti. Jenħtieġ li tiġi introdotta wkoll awtorizzazzjoni globali għal proġetti kbar biex il-kundizzjonijiet tal-ħruġ ta' liċenzji jiġu adattati għall-ħtiġijiet partikolari tal-industrija.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 16a (ġdida)
(16a)  Meta wieħed iqis l-progress rapidu tal-iżviluppi teknoloġiċi, huwa adatt li l-Unjoni tintroduċi kontrolli ta' ċerti tipi ta' teknoloġiji ta' sorveljanza ċibernetika abbażi ta' lista unilaterali, fit-Taqsima B tal-Anness I. Minħabba l-importanza tas-sistema multilaterali ta' kontroll tal-esportazzjoni, it-Taqsima B tal-Anness I jenħtieġ li tiġi limitata biss fl-ambitu tat-teknoloġiji ta' sorveljanza ċibernetika u jenħtieġ li ma tinkludi l-ebda duplikazzjoni mat-Taqsima A tal-Anness I.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 17
(17)  Id-deċiżjonijiet biex ikunu aġġornati l-listi komuni ta' oġġetti b'użu doppju soġġetti għal kontrolli ta' esportazzjoni fit-Taqsima A tal-Anness I għandhom ikunu f'konformità mal-obbligi u l-impenji li l-Istati Membri u l-Unjoni jkunu aċċettaw bħala membri tar-reġimi internazzjonali rilevanti ta' non-proliferazzjoni u arranġamenti rilevanti ta' kontroll tal-esportazzjoni, jew bir-ratifika tat-trattati internazzjonali rilevanti. Id-deċiżjonijiet li tiġi aġġornata l-lista komuni ta' oġġetti b'użu doppju soġġetti għal kontrolli ta' esportazzjoni fit-Taqsima B tal-Anness I, bħat-teknoloġija tas-sorveljanza ċibernetika, għandhom isiru billi jitqiesu r-riskji li l-esportazzjoni ta' tali oġġetti tista' tippreżenta fir-rigward tat-twettiq ta' ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem jew tad-dritt umanitarju internazzjonali jew tal-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha. Id-deċiżjonijiet li tiġi aġġornata l-lista komuni ta' oġġetti b'użu doppju soġġetti għal kontrolli ta' esportazzjoni fit-Taqsima B tal-Anness I għandhom isiru billi titqies il-politika pubblika u l-interessi tas-sigurtà pubblika tal-Istati Membri skont l-Artikolu 36 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Id-deċiżjonijiet li jiġu aġġornati l-listi komuni ta' oġġetti u destinazzjonijiet stipulati fit-Taqsimiet A sa J tal-Anness II għandhom isiru billi titqies il-valutazzjoni tal-kriterji stipulati f'dan ir-Regolament.
(17)  Id-deċiżjonijiet biex ikunu aġġornati l-listi komuni ta' oġġetti b'użu doppju soġġetti għal kontrolli ta' esportazzjoni fit-Taqsima A tal-Anness I jenħtieġ li jkunu f'konformità mal-obbligi u l-impenji li l-Istati Membri u l-Unjoni jkunu aċċettaw bħala membri tar-reġimi internazzjonali rilevanti ta' nonproliferazzjoni u arranġamenti rilevanti ta' kontroll tal-esportazzjoni, jew bir-ratifika tat-trattati internazzjonali rilevanti. Id-deċiżjonijiet li tiġi aġġornata l-lista komuni ta' oġġetti relatati mas-sorveljanza ċibernetika soġġetti għal kontrolli ta' esportazzjoni fit-Taqsima B tal-Anness I jenħtieġ li jsiru billi jitqiesu r-riskji li l-esportazzjoni ta' tali oġġetti tista' tippreżenta fir-rigward tal-użu tagħhom għall-ksur tad-dritt internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem jew tad-dritt umanitarju internazzjonali f'pajjiżi fejn dan il-ksur, speċjalment rigward il-libertà tal-espressjoni, il-libertà tal-għaqda u d-dritt għall-privatezza jkun ġie stabbilit, jew fir-rigward tal-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha. Id-deċiżjonijiet li tiġi aġġornata l-lista komuni ta' oġġetti b'użu doppju soġġetti għal kontrolli ta' esportazzjoni fit-Taqsima B tal-Anness I jenħtieġ li jsiru billi titqies il-politika pubblika u l-interessi tas-sigurtà pubblika tal-Istati Membri skont l-Artikolu 36 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Id-deċiżjonijiet li jiġu aġġornati l-listi komuni ta' oġġetti u destinazzjonijiet stipulati fit-Taqsimiet A sa J tal-Anness II jenħtieġ li jsiru billi titqies il-valutazzjoni tal-kriterji stipulati f'dan ir-Regolament. Deċiżjonijiet biex jitħassru s-sottokategoriji kollha dwar il-kriptografija u l-kriptaġġ, bħal fil-Kategorija 5 tat-Taqsima A tal-Anness I jew fit-Taqsima I tal-Anness II jenħtieġ li jsiru b'kunsiderazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tas-27 ta' Marzu 1997 tal-Kunsill tal-OECD dwar il-Linji Gwida għal Politika dwar il-Kriptografija.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 18
(18)  Sabiex ikun hemm rispons rapidu mill-Unjoni għal ċirkostanzi li qed jinbidlu fir-rigward tal-valutazzjoni tas-sensitività tal-esportazzjonijiet skont l-Awtorizzazzjonijiet tal-Esportazzjoni Ġenerali kif ukoll tal-iżviluppi teknoloġiċi u kummerċjali, is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti b'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tat-Taqsima A tal-Anness I, l-Anness II u tat-Taqsima B tal-Anness IV ta' dan ir-Regolament. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, anke fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. Biex tkun żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, b'mod partikolari, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess waqt bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom sistematikament aċċess għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti ddelegati.
(18)  Sabiex ikun hemm rispons rapidu mill-Unjoni għal ċirkostanzi li qed jinbidlu fir-rigward tal-valutazzjoni tas-sensittività tal-esportazzjonijiet skont l-Awtorizzazzjonijiet tal-Esportazzjoni Ġenerali kif ukoll tal-iżviluppi teknoloġiċi u kummerċjali, is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti b'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tat-Taqsimiet A u B tal-Anness I, l-Anness II u tat-Taqsima B tal-Anness IV ta' dan ir-Regolament. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, anke fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. Biex tkun żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, b'mod partikolari, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess waqt bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom jenħtieġ li jkollhom sistematikament aċċess għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 19a (ġdida)
(19a)   Ir-riskju ta' serq ċibernetiku u esportazzjoni mill-ġdid lejn pajjiżi terzi, kif imsemmi fil-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK, jitlob il-bżonn ta' tisħiħ tad-dispożizzjonijiet dwar l-oġġetti b'użu doppju.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 21
(21)  Skont u fil-limiti tal-Artikolu 36 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u sakemm isseħħ grad akbar ta' armonizzazzjoni, l-Istati Membri jżommu d-dritt li jwettqu kontrolli fuq trasferimenti ta' ċerti oġġetti b'użu doppju fl-Unjoni Ewropea sabiex tkun salvagwardjata l-politika pubblika jew is-sigurtà pubblika. Għal raġunijiet ta' proporzjonalità, il-kontrolli fuq it-trasferiment ta' oġġetti b'użu doppju fl-Unjoni għandhom jiġu riveduti sabiex jiġi minimizzat il-piż għall-kumpaniji u għall-awtoritajiet. Barra minn hekk, il-lista tal-oġġetti soġġetti għal kontrolli ta' trasferiment fl-Unjoni fit-Taqsima B tal-Anness IV għandha tkun rieżaminata kull tant żmien fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi u kummerċjali u fir-rigward tal-valutazzjoni tas-sensitività tat-trasferiment .
(21)  Skont u fil-limiti tal-Artikolu 36 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fl-istennija ta' livell ogħla ta' armonizzazzjoni , l-Istati Membri jżommu d-dritt li jwettqu kontrolli fuq trasferimenti ta' ċerti oġġetti b'użu doppju fl-Unjoni Ewropea sabiex tkun salvagwardjata l-politika pubblika jew is-sigurtà pubblika. Għal raġunijiet ta' proporzjonalità, il-kontrolli fuq it-trasferiment ta' oġġetti b'użu doppju fl-Unjoni jenħtieġ li jiġu riveduti sabiex jiġi minimizzat il-piż għall-kumpaniji, b'mod partikolari l-SMEs, u għall-awtoritajiet. Barra minn hekk, il-lista tal-oġġetti soġġetti għal kontrolli ta' trasferiment fl-Unjoni fit-Taqsima B tal-Anness IV jenħtieġ li tkun rieżaminata kull tant żmien fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi u kummerċjali u fir-rigward tal-valutazzjoni tas-sensittività tat-trasferiment.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 22a (ġdida)
(22a)  Fid-dawl tal-importanza tal-obbligu ta' rendikont u tal-iskrutinju pubbliku tal-attivitajiet ta' kontroll fuq l-esportazzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu d-dejta kollha rilevanti fil-qasam tal-ħruġ ta' liċenzji disponibbli pubblikament.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 25
(25)  Komunikazzjoni mas-settur privat u t-trasparenza huma elementi essenzjali għal reġim effikaċi ta' kontroll tal-esportazzjoni. Għaldaqstant huwa xieraq li jkun previst l-iżvilupp kontinwu tal-gwida bħala sostenn għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u għall-pubblikazzjoni ta' rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-kontrolli, b'konformità mal-prassi kurrenti.
(25)  Komunikazzjoni mas-settur privat, b'mod partikolari l-SMEs, u t-trasparenza huma elementi essenzjali għal reġim effikaċi ta' kontroll tal-esportazzjoni. Għaldaqstant huwa xieraq li jkun previst l-iżvilupp kontinwu tal-linji gwida bħala sostenn għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u għall-pubblikazzjoni ta' rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-kontrolli, b'konformità mal-prassi kurrenti. Fid-dawl tal-importanza tal-linji gwida għall-interpretazzjoni ta' ċerti elementi ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li dawn il-linji gwida jsiru disponibbli pubblikament meta dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 25a (ġdida)
(25a)  Jenħtieġ li jiġi żgurat li d-definizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament ikunu f'konformità mad-definizzjonijiet fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 27
(27)  Kull Stat Membru għandu jiddetermina pieni effettivi, proporzjonati u disswassivi applikabbli fil-każ ta' ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Huwa wkoll xieraq li jiġu introdotti dispożizzjonijiet biex jindirizzaw b'mod speċifiku każi ta' traffikar illeċitu ta' oġġetti b'użu doppju sabiex jagħtu appoġġ effikaċi lill-eżekuzzjoni tal-kontrolli.
(27)  Kull Stat Membru għandu jiddetermina pieni effikaċi, proporzjonati u disswassivi applikabbli fil-każ ta' ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Il-ħolqien ta' kundizzjonijiet ekwi għall-esportaturi tal-Unjoni jenħtieġ li jissaħħaħ. Għaldaqstant, il-pieni għall-ksur ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu simili fin-natura u fl-effett fl-Istati Membri kollha. Huwa wkoll xieraq li jiġu introdotti dispożizzjonijiet biex jindirizzaw b'mod speċifiku każi ta' traffikar illeċitu ta' oġġetti b'użu doppju sabiex jagħtu appoġġ effikaċi lill-eżekuzzjoni tal-kontrolli.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 29
(29)  Il-kontrolli tal-esportazzjoni għandhom impatt fuq is-sigurtà u l-kummerċ internazzjonali ma' pajjiżi terzi u għalhekk huwa xieraq li jiġu żviluppati djalogu u kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi bħala sostenn għal kundizzjonijiet globali ekwi u biex tissaħħaħ is-sigurtà internazzjonali.
(29)  Il-kontrolli tal-esportazzjoni għandhom impatt fuq is-sigurtà u l-kummerċ internazzjonali ma' pajjiżi terzi u għalhekk huwa adatt li jiġu żviluppati djalogu u kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi sabiex jiġu appoġġati l-kundizzjonijiet globali ekwi, tiġi promossa l-konverġenza 'l fuq u tissaħħaħ is-sigurtà internazzjonali. Sabiex jiġu promossi dawn l-għanijiet, jenħtieġ li l-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Istati Membri, f'kooperazzjoni mill-qrib mas-SEAE, jimpenjaw ruħhom b'mod proattiv fil-fora internazzjonali rilevanti, fosthom il-Ftehim ta' Wassenaar sabiex tiġi stabbilita l-lista ta' oġġetti relatati mas-sorveljanza ċibernetika stabbilita fit-Taqsima B tal-Anness I bħala standard internazzjonali. Barra minn hekk, jenħtieġ li tissaħħaħ u tiġi estiża l-assistenza lill-pajjiżi terzi fir-rigward tal-iżvilupp ta' reġim ta' kontroll tal-esportazzjoni ta' oġġetti b'użu doppju u kapaċitajiet amministrattivi xierqa, b'mod partikolari fir-rigward tad-dwana.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 31
(31)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti, b'mod partikolari, mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-aktar il-libertà ta' intrapriża,.
(31)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a
(a)  oġġetti li jistgħu jintużaw għad-disinn, l-iżvilupp, il-produzzjoni jew l-użu ta' armi nukleari, kimiċi jew bijoloġiċi u l-mezz ta' twassil tagħhom, inkluża l-merkanzija kollha li tista' tintuża kemm għal użu mhux splussiv kemm għal assistenza fi kwalunkwe mod fil-manifattura ta' armi nukleari jew mezzi splussivi nukleari oħrajn;
(a)  oġġetti tradizzjonali b'użu doppju jiġifieri oġġetti, li jinkludu softwer u ħardwer, li jistgħu jintużaw għad-disinn, l-iżvilupp, il-produzzjoni jew l-użu ta' armi nukleari, kimiċi jew bijoloġiċi u l-mezz ta' twassil tagħhom, inkluża l-merkanzija kollha li tista' tintuża kemm għal użu mhux splussiv kemm għal assistenza fi kwalunkwe mod fil-manifattura ta' armi nukleari jew mezzi splussivi nukleari oħrajn;
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b
(b)  teknoloġija ta' sorveljanza ċibernetika li tista' tintuża biex jitwettaq ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem jew tad-dritt umanitarju internazzjonali, jew li tista' tippreżenta theddida għas-sigurtà internazzjonali jew għall-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha.
(b)  oġġetti relatati mas-sorveljanza ċibernetika li jinkludu ħardwer, softwer u teknoloġija, li huma ddisinjati apposta sabiex jippermettu l-intrużjoni bil-moħbi f'sistemi ta' informazzjoni u telekomunikazzjoni u/jew il-monitoraġġ, l-estrazzjoni, il-ġbir u l-analiżi tad-dejta u/jew oġġetti li jippermettu li s-sistema fil-mira tiġi inabilitata jew issirilha l-ħsara mingħajr l-awtorizzazzjoni speċifika, infurmata u mhux ambigwa tal-proprjetarju tad-dejta, u li jistgħu jintużaw f'konnessjoni mal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-dritt għall-privatezza, id-dritt għal-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-għaqda u ta' assoċjazzjoni, jew li tista' tintuża biex jitwettaq ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem jew tad-dritt umanitarju internazzjonali, jew li tista' tippreżenta theddida għas-sigurtà internazzjonali jew għas-sigurtà essenzjali tal-Unjoni u l-Membri tagħha. Għandha tiġi eskluża r-riċerka fil-qasam tan-netwerks u tas-sigurtà tal-ICT għal finijiet ta' ttestjar awtorizzat jew tal-protezzjoni tas-sistemi ta' sigurtà tal-informazzjoni.
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)
5a.  ‘utent finali’ tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew entità li tkun ir-riċevitur finali u tal-oġġett b'użu doppju;
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 13
13.  "awtorizzazzjoni ta' proġett kbir" għandha tfisser awtorizzazzjoni globali ta' esportazzjoni mogħtija lil esportatur speċifiku wieħed rigward tip jew kategorija ta' oġġett b'użu doppju li tista' tkun valida għal esportazzjonijiet għal utent finali speċifikat wieħed jew aktar f'pajjiż terz speċifikat wieħed jew aktar għat-tul tal-ħajja ta' proġett li t-twettiq tiegħu jieħu aktar minn sena;
13.  ‘awtorizzazzjoni ta' proġett kbir’ għandha tfisser awtorizzazzjoni globali ta' esportazzjoni mogħtija lil esportatur speċifiku wieħed rigward tip jew kategorija ta' oġġett b'użu doppju li tista' tkun valida għal esportazzjonijiet għal utent finali speċifikat wieħed jew aktar f'pajjiż terz speċifikat wieħed jew aktar għal proġett speċifiku. Għandha tkun valida għal bejn sena u erba' snin, ħlief f'każijiet debitament iġġustifikati abbażi tat-tul taż-żmien tal-proġett, u tista' tiġġedded mill-awtorità kompetenti;
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 22
22.  "programm ta' konformità interna" għandha tfisser mezzi u proċeduri adatti u proporzjonati, inklużi l-iżvilupp, l-implimentazzjoni, u l-aderenza ma' politiki, proċeduri, standards ta' komportament, u salvagwardji standardizzati ta' konformità operazzjonali, żviluppati mill-esportaturi biex tkun żgurata l-konformità mad-dispożizzjonijiet u mat-termini u l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament;
22.  ‘programm ta' konformità interna’ (ICP) għandha tfisser mezzi u proċeduri adatti u proporzjonati (approċċ ibbażat fuq ir-riskju), inklużi l-iżvilupp, l-implimentazzjoni, u l-aderenza ma' politiki, proċeduri, standards ta' komportament, u salvagwardji standardizzati ta' konformità operazzjonali, żviluppati mill-esportaturi biex tkun żgurata l-konformità mad-dispożizzjonijiet u mat-termini u l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament; l-esportatur għandu jkollu l-possibbiltà, fuq bażi volontarja, li jkollu l-programm tiegħu ta' konformità interna ċċertifikat mingħajr ħlas mill-awtoritajiet kompetenti fuq il-bażi ta' referenza għal programm ta' konformità interna stabbilita mill-Kummissjoni, bil-għan li jinkisbu l-inċentivi fil-proċess ta' awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali;
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 23
23.  'att terroristiku' għandha tfisser att terroristiku skont it-tifsira tal-Artikolu 1(3) tal- Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.
imħassar
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 23a (ġdid)
23a.  ‘diliġenza dovuta’ tfisser il-proċess li bih l-impriżi jistgħu jidentifikaw, jimpedixxu, itaffu u jagħtu rendikont ta' kif huma jindirizzaw l-impatti negattivi reali u potenzjali tagħhom bħala parti integrali mit-teħid tad-deċiżjoni u tas-sistemi ta' ġestjoni tar-riskju ta' impriża;
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt d
(d)  għall-użu minn persuni li jkunu kompliċi jew responsabbli għat-tmexxija jew it-twettiq ta' ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem jew tad-dritt umanitarju internazzjonali f'sitwazzjonijiet ta' kunflitt armat jew ta' ripressjoni interna fil-pajjiż tad-destinazzjoni finali, kif identifikat minn istituzzjonijiet pubbliċi internazzjonali relevanti, jew minn awtoritajiet kompetenti Ewropej jew nazzjonali, u fejn hemm evidenza li dawn l-oġġetti jew oġġetti simili jistgħu jintużaw biex jitmexxa jew jitwettaq ksur serju bħal dan mill-utent finali propost;
(d)  fir-rigward tal-oġġetti relatati mas-sorveljanza ċibernetika, għall-użu minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi b'rabta mal-ksur tad-dritt internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem jew tad-dritt umanitarju internazzjonali f'pajjiżi fejn ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem ġie stabbilit mill-korpi kompetenti tan-NU, tal-Kunsill tal-Ewropa, tal-Unjoni jew minn awtoritajiet kompetenti nazzjonali, u fejn hemm raġuni li jiġi suspettat li dawn l-oġġetti jew oġġetti simili jistgħu jintużaw bl-għan li jitmexxa jew jitwettaq ksur bħal dan mill-utent finali propost;
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt e
(e)  għal użu b'konnessjoni ma' atti ta' terroriżmu.
imħassar
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2
2.  Jekk esportatur, skont l-obbligu tiegħu li jeżerċita diliġenza xierqa, huwa konxju li l-oġġetti b'użu doppju li hu jipproponi li jesporta, mhux elenkati fl-Anness I, huma maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għal kwalunkwe użu msemmi fil-paragrafu 1, huwa għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti, li għandha tiddeċiedi jekk huwiex espedjenti jew le li l-esportazzjoni inkwistjoni tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni.
2.  Jekk esportatur, filwaqt li jkun qed jeżerċita diliġenza dovuta jinduna li l-oġġetti b'użu doppju mhux elenkati fl-Anness I li hu jipproponi li jesporta, jistgħu jkunu intenzjonati, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għal kwalunkwe użu msemmi fil-paragrafu 1, huwa jeħtieġlu jinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit jew residenti, li jiddeċiedi jekk huwiex espedjenti jew le li l-esportazzjoni inkwistjoni tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni.
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 3
3.  Awtorizzazzjonijiet għall-esportazzjoni ta' oġġetti mhux elenkati għandhom jingħataw għal oġġetti speċifiċi u għal utenti finali. L-awtorizzazzjonijiet għandhom jingħataw mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn l-esportatur ikun residenti jew stabbilit jew, fil-każ meta l-esportatur ikun persuna residenti jew stabbilita barra mill-Unjoni, mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikunu jinsabu l-oġġetti. L-awtorizzazzjonijiet għandhom ikunu validi fl-Unjoni kollha. L-awtorizzazzjonijiet għandhom ikunu validi għal sena, u jistgħu jiġġeddu mill-awtorità kompetenti.
3.  Awtorizzazzjonijiet għall-esportazzjoni ta' oġġetti mhux elenkati għandhom jingħataw għal oġġetti speċifiċi u għal utenti finali. L-awtorizzazzjonijiet għandhom jingħataw mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn l-esportatur ikun residenti jew stabbilit jew, fil-każ meta l-esportatur ikun persuna residenti jew stabbilita barra mill-Unjoni, mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikunu jinsabu l-oġġetti. L-awtorizzazzjonijiet għandhom ikunu validi fl-Unjoni kollha. L-awtorizzazzjonijiet għandhom ikunu validi għal sentejn, u jistgħu jiġġeddu mill-awtorità kompetenti.
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
Jekk ma jkun hemm l-ebda oġġezzjoni, l-Istati Membri kkonsultati għandhom jitqiesu bħala li ma għandhom ebda oġġezzjoni u għandhom jimponu r-rekwiżiti ta' awtorizzazzjonijiet għat-"transazzjonijiet essenzjalment identiċi". Huma għandhom jinformaw lill-amministrazzjoni doganali u lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti l-oħra tagħhom dwar ir-rekwiżiti tal-awtorizzazzjonijiet.
Jekk ma jkun hemm l-ebda oġġezzjoni, l-Istati Membri kkonsultati għandhom jitqiesu bħala li ma għandhom ebda oġġezzjoni u għandhom jimponu r-rekwiżiti ta' awtorizzazzjonijiet għat-‘transazzjonijiet essenzjalment identiċi’ jiġifieri oġġett b'parametri jew karatteristċi tekniċi essenzjalment identiċi għall-istess utenti finali jew konsenjatarju. Huma għandhom jinformaw lill-amministrazzjoni doganali u lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti l-oħra tagħhom dwar ir-rekwiżiti tal-awtorizzazzjonijiet. Il-Kummissjoni għandha tippubblika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea deskrizzjoni qasira tal-każ, il-motivazzjoni tad-deċiżjoni u tindika, jekk applikabbli, ir-rekwiżit ġdid ta' awtorizzazzjoni f'Taqsima E ġdida tal-Anness II.
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 4 – subparagrafu 3
Jekk ikun hemm oġġezzjonijiet minn xi Stat Membru kkonsultat, ir-rekwiżit ta' awtorizzazzjoni għandu jiġi revokat sakemm l-Istat Membru li jimponi r-rekwiżit ta' awtorizzazzjoni ma jikkunsidrax li l-esportazzjoni tista' tippreġudika l-interessi essenzjali tas-sigurtà tiegħu. F'dak il-każ, l-Istat Membru jista' jiddeċiedi li jżomm ir-rekwiżit ta' awtorizzazzjoni. Dan jeħtieġ li jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra mingħajr dewmien.
Jekk ikun hemm oġġezzjonijiet minn tal-inqas erba' Stati Membri li jirrappreżentaw għall-inqas 35 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni, ir-rekwiżit ta' awtorizzazzjoni għandu jiġi revokat sakemm l-Istat Membru li jimponi r-rekwiżit ta' awtorizzazzjoni ma jikkunsidrax li l-esportazzjoni tista' tippreġudika l-interessi essenzjali tas-sigurtà tiegħu jew l-obbligi tad-drittijiet tal-bniedem tiegħu. F'dak il-każ, l-Istat Membru jista' jiddeċiedi li jżomm ir-rekwiżit ta' awtorizzazzjoni. Dan jenħtieġ li jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra mingħajr dewmien.
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 4 – subparagrafu 4
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra jżommu fis-seħħ reġistru aġġornat tar-rekwiżiti ta' awtorizzazzjoni.
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra għandhom iżommu reġistru aġġornat tar-rekwiżiti ta' awtorizzazzjoni. Id-dejta disponibbli f'dak ir-reġistru għandha tiġi inkluża fir-rapport lill-Parlament Ewropew, imsemmi fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 24, u għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku.
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2
2.  Jekk sensar huwa konxju li l-oġġetti b'użu doppju li għalihom huwa jipproponi servizzi ta' senserija huma intenzjonati, fl-intier jew parzjalment, għal kwalunkwe użu msemmi fl-Artikolu 4(1), huwa għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti li tiddeċiedi jekk huwiex espedjenti jew le li dawn is-servizzi ta' senserija jsiru soġġetti għal awtorizzazzjoni.
2.  Jekk sensar huwa konxju li l-oġġetti b'użu doppju li għalihom huwa jipproponi servizzi ta' senserija huma intenzjonati, fl-intier jew parzjalment, għal kwalunkwe użu msemmi fl-Artikolu 4(1), huwa jrid jinnotifika lill-awtorità kompetenti li għandha trendi lil dawn is-servizzi ta' senserija suġġett għal awtorizzazzjoni.
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1
1.  Għandha tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għall-forniment, dirett jew indirett, ta' assistenza teknika relatata ma' oġġetti b'użu doppju, jew relatata mal-forniment, il-manifattura, jew manutenzjoni u l-użu ta' oġġetti b'użu doppju, jekk il-fornitur tal-assistenza teknika jkun ġie infurmat mill-awtorità kompetenti li l-oġġetti inkwistjoni huma jew jistgħu jkunu intenzjonati, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għal xi użi msemmija fl-Artikolu 4.
1.  Għandha tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għall-forniment, dirett jew indirett, ta' assistenza teknika relatata ma' oġġetti b'użu doppju, jew relatata mal-forniment, il-manifattura, jew manutenzjoni u l-użu ta' oġġetti b'użu doppju, jekk il-fornitur tal-assistenza teknika jkun ġie infurmat mill-awtorità kompetenti li l-oġġetti inkwistjoni huma jew jistgħu jkunu intenzjonati, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għal xi użi msemmija fl-Artikolu 4(1).
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2
Jekk fornitur ta' assistenza teknika jkun konxju li l-oġġetti b'użu doppju li għalihom huwa jipproponi assistenza teknika huma intenzjonati, fl-intier jew parzjalment, għal xi użu msemmi fl-Artikolu 4, huwa jrid jinnotifika lill-awtorità kompetenti li tiddeċiedi jekk huwiex espedjenti jew le li din l-assistenza teknika ssir soġġetta għal awtorizzazzjoni.
Jekk fornitur ta' assistenza teknika jkun konxju li l-oġġetti b'użu doppju li għalihom huwa jipproponi assistenza teknika huma intenzjonati, fl-intier jew parzjalment, għal xi użu msemmi fil paragrafu 1 tal-Artikolu 4, huwa jrid jinnotifika lill-awtorità kompetenti li għandha tagħmel din l-assistenza teknika soġġetta għal awtorizzazzjoni.
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1
1.  Stat Membru jista' jipprojbixxi jew jimponi ħtieġa ta' awtorizzazzjoni fuq l-esportazzjoni ta' oġġetti b'użu doppju mhux elenkati fl-Anness I għal raġunijiet ta' sigurtà pubblika jew għal konsiderazzjonijiet ta' drittijiet tal-bniedem.
1.  Stat Membru jista' jipprojbixxi jew jimponi ħtieġa ta' awtorizzazzjoni fuq l-esportazzjoni ta' oġġetti b'użu doppju mhux elenkati fl-Anness I għal raġunijiet ta' sigurtà pubblika, għal konsiderazzjonijiet ta' drittijiet tal-bniedem jew għall-prevenzjoni ta' atti ta' terroriżmu.
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 7
7.  Id-dokumenti kummerċjali rilevanti relatati mat-trasferimenti intra-Unjoni tal-oġġetti b'użu doppju elenkati fl-Anness I għandhom jindikaw b'mod ċar li dawk l-oġġetti huma soġġetti għal kontrolli jekk esportati mill-Unjoni. Id-dokumenti kummerċjali rilevanti jinkludu, b'mod partikolari, kwalunkwe kuntratt ta' bejgħ, konferma ta' ordni, fattura jew nota ta' konsenja.
7.  Id-dokumenti kummerċjali rilevanti relatati mal-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi u t-trasferimenti intra-Unjoni tal-oġġetti b'użu doppju elenkati fl-Anness I għandhom jindikaw b'mod ċar li dawk l-oġġetti huma soġġetti għal kontrolli jekk esportati mill-Unjoni. Id-dokumenti kummerċjali rilevanti jinkludu, b'mod partikolari, kwalunkwe kuntratt ta' bejgħ, konferma ta' ordni, fattura jew nota ta' konsenja.
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 3
3.  L-awtorizzazzjonijiet individwali ta' esportazzjoni u l-awtorizzazzjonijiet globali ta' esportazzjoni għandhom ikunu validi għal sena, u jistgħu jiġġeddu mill-awtorità kompetenti. L-awtorizzazzjonijiet globali ta' esportazzjoni għal proġetti kbar għandhom ikunu validi għal żmien li jiġi ddeterminat mill-awtorità kompetenti.
3.  L-awtorizzazzjonijiet individwali ta' esportazzjoni u l-awtorizzazzjonijiet globali ta' esportazzjoni għandhom ikunu validi għal sentejn, u jistgħu jiġġeddu mill-awtorità kompetenti. L-awtorizzazzjonijiet globali ta' esportazzjoni għal proġetti kbar għandhom ikunu validi għal mhux iktar minn erba' snin, ħlief f'ċirkostanzi debitament iġġustifikati abbażi tat-tul taż-żmien tal-proġett. Dan ma għandux jimpedixxi lill-awtoritajiet kompetenti milli jannullaw, jissospendu, jimmodifikaw jew jirrevokaw l-awtorizzazzjonijiet individwali jew globali ta' esportazzjoni fi kwalunkwe mument.
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
L-esportaturi għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti l-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa għall-applikazzjonijiet tagħhom għal awtorizzazzjoni għal esportazzjoni individwali u globali sabiex tingħata informazzjoni kompleta b'mod partikolari dwar l-utent finali, il-pajjiż tad-destinazzjoni u l-użu finali tal-oġġett esportat.
L-esportaturi għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti l-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa għall-applikazzjonijiet tagħhom għal awtorizzazzjoni għal esportazzjoni individwali u globali sabiex tingħata informazzjoni kompleta b'mod partikolari dwar l-utent finali, il-pajjiż tad-destinazzjoni u l-użu finali tal-oġġett esportat. Meta jkunu qed jiġu ttrattati utenti finali governattivi, l-informazzjoni pprovduta għandha tispeċifika liema dipartiment, aġenzija, unità jew sottounità se tkun l-aħħar utent finali tal-oġġett esportat.
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
L-awtorizzazzjonijiet jistgħu jkunu soġġetti, jekk adatt, għal dikjarazzjoni ta' użu finali.
L-awtorizzazzjonijiet kollha għal oġġetti relatati mas-sorveljanza ċibernetika, kif ukoll l-awtorizzazzjonijiet individwali ta' esportazzjoni għal oġġetti li għalihom jeżisti riskju għoli ta' devjazzjoni jew esportazzjoni mill-ġdid f'kundizzjonijiet mhux mixtieqa, għandhom ikunu soġġetti għal dikjarazzjoni ta' użu finali. L-awtorizzazzjonijiet għal oġġetti oħra għandhom ikunu soġġetti għal dikjarazzjoni ta' użu finali, jekk ikun adatt.
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 4 – subparagrafu 3 – parti introduttorja
Awtorizzazzjonijiet ta' esportazzjoni globali għandhom ikunu soġġetti għall-implimentazzjoni, mill-esportatur, ta' programm ta' konformità interna effikaċi. L-esportatur għandu jirrapporta wkoll lill-awtorità kompetenti, mill-anqas darba fis-sena, dwar l-użu ta' din l-awtorizzazzjoni; ir-rapport għandu mill-anqas jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
Awtorizzazzjonijiet ta' esportazzjoni globali għandhom ikunu soġġetti għall-implimentazzjoni, mill-esportatur, ta' programm ta' konformità interna effikaċi. L-esportatur għandu jkollu l-possibbiltà, fuq bażi volontarja, li jkollu l-programm tiegħu ta' konformità interna ċċertifikat mingħajr ħlas mill-awtoritajiet kompetenti fuq il-bażi ta' referenza għal programm ta' konformità interna stabbilita mill-Kummissjoni, bil-għan li jinkisbu l-inċentivi fil-proċess ta' awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali. L-esportatur għandu jirrapporta wkoll lill-awtorità kompetenti, mill-anqas darba fis-sena, jew fuq talba tal-awtorità kompetenti, dwar l-użu ta' din l-awtorizzazzjoni; ir-rapport għandu mill-anqas jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 4 – subparagrafu 3 – punt d
(d)  fejn magħruf, l-użu finali u l-utent finali tal-oġġetti b'użu doppju.
(d)  l-użu finali u l-utent finali tal-oġġetti b'użu doppju.
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 4 – subparagrafu 3 – punt da (ġdid)
(da)  l-isem u l-indirizz tal-utent finali, meta magħruf;
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 4 – subparagrafu 3 – punt db (ġdid)
(db)  id-data li fiha saret l-esportazzjoni.
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 5
5.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jipproċessaw talbiet għal awtorizzazzjonijiet individwali jew globali f'perjodu ta' żmien li għandu jiġi determinat mil-liġi jew mill-prattika nazzjonali L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha dwar iż-żminijiet medji għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet relevanti għat-tħejjija tar-rapport annwali imsemmi fl-Artikolu 24(2).
5.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jipproċessaw talbiet għal awtorizzazzjonijiet individwali jew globali fi żmien 30 jum tas-sottomissjoni valida tal-applikazzjoni. Jekk l-awtorità kompetenti, għal raġunijiet debitament iġġustifikati, tirrikjedi aktar żmien biex tipproċessa l-applikazzjoni, hija għandha tinforma lill-applikant b'dan fi żmien 30 jum. L-awtorità kompetenti għandha, f'kull każ, tiddeċiedi dwar applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet individwali jew globali sa mhux aktar tard minn 60 jum tas-sottomissjoni valida tal-applikazzjoni.
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Meta s-sensar jew il-fornitur tal-assistenza teknika ma jkunx residenti jew stabbilit fit-territorju tal-Unjoni, l-awtorizzazzjonijiet għas-servizzi ta' senserija jew ta' assistenza teknika taħt dan ir-Regolament għandhom jingħataw, alternattivament, mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-kumpanija prinċipali tas-sensar jew tal-fornitur tas-servizzi tekniċi, jew minn fejn ikunu se jingħataw is-servizzi ta' senserija u ta' assistenza teknika.
Meta s-sensar jew il-fornitur tal-assistenza teknika ma jkunx residenti jew stabbilit fit-territorju tal-Unjoni, l-awtorizzazzjonijiet għas-servizzi ta' senserija jew ta' assistenza teknika taħt dan ir-Regolament għandhom jingħataw mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru minn fejn ikunu se jingħataw is-servizzi ta' senserija u ta' assistenza teknika. Dan jinkludi servizzi ta' senserija u l-provvista ta' assistenza teknika ta' sussidjarji jew impriżi konġunti stabbiliti f'pajjiżi terzi iżda li huma proprjetà ta' kumpaniji stabbiliti fit-territorju tal-Unjoni jew ikkontrollati minnhom.
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  F'deċiżjoni ta' jekk għandhiex tingħata jew le awtorizzazzjoni individwali jew globali jew għandhiex tingħata awtorizzazzjoni għal servizzi ta' senserija jew ta' assistenza teknika taħt dan ir-Regolament, jew jekk jiġix ipprojbit transitu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom iqisu l-kriterji li ġejjin:
1.  F'deċiżjoni ta' jekk għandhiex tingħata jew le awtorizzazzjoni individwali jew globali jew għandhiex tingħata awtorizzazzjoni għal servizzi ta' senserija jew ta' assistenza teknika taħt dan ir-Regolament, jew jekk jiġix ipprojbit transitu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom iqisu l-kunsiderazzjonijiet kollha rilevanti fosthom:
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt a
(a)  l-obbligi u l-impenji tal-Unjoni u tal-Istati Membri, b'mod partikolari l-obbligi u l-impenji li kull wieħed minnhom aċċetta bħala membru tar-reġimi internazzjonali ta' nonproliferazzjoni rilevanti u l-arranġamenti tal-kontroll tal-esportazzjoni, jew b'ratifika tat-trattati internazzjonali rilevanti kif ukoll l-obbligi tagħhom taħt sanzjonijiet imposti minn 2a deċiżjoni jew pożizzjoni komuni adottati mill-Kunsill jew b'deċiżjoni tal-OSCE jew b'riżoluzzjoni li torbot tal-Kunsill tas-Sigurta tan-Nazzjonijiet Uniti;
(a)  l-obbligi u l-impenji tal-Unjoni u tal-Istati Membri, b'mod partikolari l-obbligi u l-impenji li kull wieħed minnhom aċċetta bħala membru tar-reġimi internazzjonali ta' nonproliferazzjoni rilevanti u l-arranġamenti tal-kontroll tal-esportazzjoni, jew b'ratifika tat-trattati internazzjonali rilevanti;
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa)  l-obbligi tagħhom skont is-sanzjonijiet imposti minn deċiżjoni jew pożizzjoni komuni adottati mill-Kunsill jew b'deċiżjoni tal-OSKE jew b'riżoluzzjoni vinkolanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti;
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba)  l-eżistenza ta' ksur tad-dritt fl-ambitu tad-drittijiet tal-bniedem, tal-libertajiet fundamentali u tad-dritt umanitarju internazzjonali fil-pajjiżi ta' destinazzjoni finali kif ġie stabbilit mill-korpi kompetenti tan-NU, tal-Kunsill tal-Ewropa jew tal-Unjoni;
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt c
(c)  is-sitwazzjoni interna fil-pajjiż ta' destinazzjoni finali – l-awtoritajiet kompetenti mhux se jawtorizzaw esportazzjonijiet li jkunu jipprovokaw jew jipprolongaw il-kunflitti armati jew jaggravaw it-tensjonijiet jew il-kunflitti eżistenti fil-pajjiż ta' destinazzjoni finali;
(c)  is-sitwazzjoni interna fil-pajjiż ta' destinazzjoni finali – l-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jawtorizzaw esportazzjonijiet li jkunu jipprovokaw jew jipprolongaw il-kunflitti armati jew jaggravaw it-tensjonijiet jew il-kunflitti eżistenti fil-pajjiż ta' destinazzjoni finali;
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)
(da)  l-imġiba tal-pajjiż ta' destinazzjoni fir-rigward tal-komunità internazzjonali, f'dik li hija partikolarment l-attitudni tiegħu fil-konfront tat-terroriżmu, in-natura tal-alleanzi tiegħu u r-rispett tad-dritt internazzjonali;
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt db (ġdid)
(db)  il-kompatibbiltà tal-esportazzjonijiet ta' oġġetti fir-rigward tal-kapaċità teknika u ekonomika tal-pajjiż riċeventi;
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt f
(g)  konsiderazzjonijiet dwar użu finali intenzjonat u r-riskju ta' devjazzjoni, inkluż l-eżistenza ta' riskju li l-oġġetti b'użu doppju jiġu ddevjati jew esportati mill-ġdid taħt kundizzjonijiet mhux mixtieqa.
(f)  konsiderazzjonijiet dwar użu finali intenzjonat u r-riskju ta' devjazzjoni, inkluż l-eżistenza ta' riskju li l-oġġetti b'użu doppju, u partikolarment, dawk relatati mas-sorveljanza ċibernetika, jiġu ddevjati jew esportati mill-ġdid taħt kundizzjonijiet mhux mixtieqa, jew jiġu ddevjati lejn użu finali militari mhux intenzjonat jew għal finijiet ta' terroriżmu.
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet individwali ta' esportazzjoni u tal-awtorizzazzjonijiet globali ta' esportazzjoni jew tal-awtorizzazzjonijiet għal servizzi ta' senserija jew ta' assistenza teknika għall-oġġetti relatati mas-sorveljanza ċibernetika, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom, b'mod partikolari, iqisu r-riskju tal-ksur tad-dritt għall-privatezza, tad-dritt għall-protezzjoni tad-dejta, tal-libertà tal-kelma u tal-libertà ta' għaqda u ta' assoċjazzjoni, kif ukoll ir-riskji marbuta mal-istat tad-dritt, mal-qafas ġuridiku għall-użu tal-oġġetti li jiġu esportati u r-riskju potenzjali għas-sigurtà għall-Unjoni u għall-Istati Membri.
Meta l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jaslu għall-konklużjoni li l-eżistenza ta' tali riskji x'aktarx se twassal għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem, l-Istati Membri ma għandhomx jagħtu l-awtorizzazzjonijiet ta' esportazzjoni jew għandhom jannullaw, jissospendu, jimmodifikaw jew jirrevokaw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti.
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jagħmlu disponibbli gwida u/jew rakkomandazzjonijiet biex ikun żgurat li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jwettqu valutazzjonijiet tar-riskju komuni rigward l-implimentazzjoni ta' dawn il-kriterji.
2.  Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jagħmlu disponibbli linji gwida, malli jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, biex ikun żgurat li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jwettqu valutazzjonijiet tar-riskju komuni rigward l-implimentazzjoni ta' dawn il-kriterji u bil-għan li jingħataw kriterji uniformi għad-deċiżjonijiet relatati mal-ħruġ ta' liċenzji. Il-Kummissjoni għandha tħejji linji gwida fil-forma ta' manwal li jiddefinixxi fid-dettall il-passi li għandhom isegwu l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għall-ħruġ ta' liċenzji u l-esportaturi li jeżerċitaw diliġenza dovuta li jkun fih rakkomandazzjonijiet prattiċi dwar l-implimentazzjoni u l-konformità mal-kontrolli skont il-punt d tal-Artikolu 4(1) u l-kriterji elenkati fl-Artikolu 14(1), inklużi eżempji tal-aħjar prattiki. Dan il-manwal għandu jkun żviluppat f'kooperazzjoni stretta mas-SEAE u mal-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar Oġġetti b'Użu Doppju u għandu jinvolvi lill-kompetenzi tekniċi esterni bħad-dinja akkademika, l-esportaturi, is-sensara u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, skont proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 21(3) u għandu jkun aġġornat kif ikun meqjus neċessarju u xieraq.
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet billi tiżviluppa programmi ta' taħriġ komuni mmirati għall-uffiċjali li jkunu ġejjin mill-awtoritajiet tal-eżekuzzjoni fil-qasam doganali u tal-ħruġ ta' liċenzji.
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt b
(b)  Il-lista ta' oġġetti b'użu doppju stipulata fit-Taqsima B tal-Anness I tista' tiġi emendata jekk ikun meħtieġ minħabba r-riskji li l-esportazzjoni ta' tali oġġetti tista' tippreżenta fir-rigward tat-twettiq ta' ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem jew tad-dritt umanitarju internazzjonali jew tal-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha.
(b)  Il-lista ta' oġġetti relatati mas-sorveljanza ċibernetika stipulata fit-Taqsima B tal-Anness I għandha tiġi emendata jekk ikun meħtieġ minħabba r-riskji li l-esportazzjoni ta' tali oġġetti tista' tippreżenta fir-rigward tat-twettiq ta' ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem jew tad-dritt umanitarju internazzjonali jew tal-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha jew jekk ġew attivati l-kontrolli rigward kwantità sinifikanti ta' oġġetti mhux elenkati skont l-Artikolu 4(1)(d) ta' dan ir-Regolament. L-emendi jistgħu jikkonċernaw ukoll deċiżjonijiet sabiex il-prodotti diġà elenkati jitħassru mil-lista.
Meta raġunijiet imperattivi ta' urġenza jeħtieġu t-tneħħija jew iż-żieda ta' prodotti speċifiċi fit-Taqsima B tal-Anness I, il-proċedura prevista fl-Artikolu 17 għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan il-punt.
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)
(ba)   Il-Kummissjoni tista' tneħħi oġġetti mil-lista, b'mod partikolari jekk, b'konsegwenza tal-kuntest teknoloġiku f'evoluzzjoni rapida, tali oġġetti niżlu fil-livell jew saru prodotti tas-suq tal-massa, disponibbli faċilment jew teknikament modifikabbli faċilment.
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Il-kamp ta' applikazzjoni tat-Taqsima B tal-Anness I għandu jkun limitat għall-oġġetti relatati mas-sorveljanza ċibernetika u tali Taqsima ma għandhiex ikun fiha oġġetti elenkati fit-Taqsima A tal-Anness I.
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 5
5.  Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tiżviluppa dwida biex tappoġġa l-kooperazzjoni interaġenzjali bejn l-awtoritajiet tal-liċenzjar u dawk doganali.
5.  Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tiżviluppa linji gwida biex tappoġġa l-kooperazzjoni interaġenzjali bejn l-awtoritajiet tal-ħruġ ta' liċenzji u dawk doganali.
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 2 – punt a
(a)  informazzjoni li tirrigwarda l-applikazzjoni ta' kontrolli, inkluża d-dejta dwar il-liċenzjar (l-għadd, il-valur u t-tip ta' liċenzji u d-destinazzjonijiet relatati, l-għadd ta' utenti tal-awtoritzzazzjonijiet ġenerali u globali, l-għadd ta' operaturi b'ICP, iż-żmien li jieħu l-ipproċessar, il-volum u l-valur tal-kummerċ li huwa soġġett għal trasferimenti intra-UE eċċ), u fejn disponibbli, dejta dwar l-esportazzjonijiet ta' oġġetti b'użu doppju li jseħħu fi Stati Membri oħra;
(a)  l-informazzjoni kollha li tirrigwarda l-applikazzjoni ta' kontrolli;
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 2 – punt b
(b)  informazzjoni li tirrigwarda l-eżekuzzjoni tal-kontrolli, inklużi d-dettalji ta' esportaturi miċħuda, mid-dritt li jużaw l-awtorizzazzjonijiet ġenerali ta' esportazzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni, ir-rapporti ta' ksur, sekwestru u l-applikazzjoni ta' pieni oħrajn;
(b)  l-informazzjoni kollha li tirrigwarda l-eżekuzzjoni tal-kontrolli, inklużi d-dettalji ta' esportaturi miċħuda, mid-dritt li jużaw l-awtorizzazzjonijiet ġenerali ta' esportazzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni, kwalunkwe rapport ta' ksur, sekwestru u l-applikazzjoni ta' pieni oħrajn;
Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 2 – punt c
(c)  dejta dwar utenti finali sensittivi, atturi involuti f'attivitajiet ta' akkwist suspettużi, u, fejn disponibbli, ir-rotot użati.
(c)  id-dejta kollha dwar utenti finali sensittivi, atturi involuti f'attivitajiet ta' akkwist suspettużi, u r-rotot użati.
Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 2
2.  Il-President tal-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar l-Użu Doppju għandu, kull meta jikkunsidra li huwa meħtieġ, jikkonsulta l-esportaturi, is-sensara u partijiet interessati rilevanti oħrajn ikkonċernati minn dan ir-Regolament.
2.  Il-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar l-Użu Doppju għandu, kull meta jikkunsidra li huwa meħtieġ, jikkonsulta l-esportaturi, is-sensara u partijiet interessati rilevanti oħrajn ikkonċernati minn dan ir-Regolament.
Emenda 71
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 3
3.  Il-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar l-Użu Doppju għandu, meta adatt, iwaqqaf gruppi ta' esperti tekniċi magħmula minn esperti mill-Istati Membri sabiex jeżaminaw każijiet li jirrigwardaw l-implimentazzjoni tal-kontrolli, inklużi kwistjonijiet dwar l-aġġornament tal-listi ta' kontroll tal-Unjoni fl-Anness I. Il-gruppi ta' esperti tekniċi għandhom, meta adatt, jikkonsultaw lill-esportaturi, lis-sensara u lil partijiet ikkonċernati rilevanti oħra li jikkonċernahom dan ir-Regolament.
3.  Il-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar l-Użu Doppju għandu, meta adatt, iwaqqaf gruppi ta' esperti tekniċi magħmula minn esperti mill-Istati Membri sabiex jeżaminaw każijiet li jirrigwardaw l-implimentazzjoni tal-kontrolli, inklużi kwistjonijiet dwar l-aġġornament tal-listi ta' kontroll tal-Unjoni fit-Taqsima B tal-Anness I. Il-gruppi ta' esperti tekniċi għandhom jikkonsultaw lill-esportaturi, lis-sensara, lill-organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili u lil partijiet ikkonċernati rilevanti oħra li jikkonċernahom dan ir-Regolament. Il-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar l-Użu Doppju għandu b'mod partikolari jistabbilixxi grupp ta' ħidma tekniku dwar il-kriterji għall-valutazzjoni kif isemmu l-Artikolu 4(1)(d) u l-Artikolu 14(1)(b), u dwar l-elaborazzjoni tal-linji gwida għad-diliġenza dovuta f'konsultazzjoni mal-grupp ta' esperti indipendenti, mad-dinja akkademika u mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.
Emenda 72
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 1
1.  Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri adatti biex jassigura l-infurzar adatt tad-dispożizzjonijiet kollha ta' dan ir-Regolament. B'mod partikolari, huwa għandu jistabbilixxi l-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jew ta' dawk adottati għall-implimentazzjoni tiegħu. Dawn il-pieni jridu jkunu effettivi, proporzjonati u disważivi.
1.  Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri adatti biex jassigura l-infurzar adatt tad-dispożizzjonijiet kollha ta' dan ir-Regolament. B'mod partikolari, huwa għandu jistabbilixxi l-pieni applikabbli għall-ksur, għall-aġevolazzjoni tal-ksur u għall-elużjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jew ta' dawk adottati għall-implimentazzjoni tiegħu. Dawn il-pieni jridu jkunu effettivi, proporzjonati u disważivi. Il-miżuri għandhom jinkludu awditi regolari bbażati fuq ir-riskju fil-konfront tal-esportaturi.
Emenda 73
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 2
2.  Il-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar l-Użu Doppju għandu jistabbilixxi Mekkaniżmu ta' Koordinazzjoni għall-Eżekuzzjoni bl-għan li jiġu stabbiliti kooperazzjoni diretta u skambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-aġenziji tal-eżekuzzjoni.
2.  Il-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar l-Użu Doppju għandu jistabbilixxi Mekkaniżmu ta' Koordinazzjoni għall-Eżekuzzjoni bl-għan li jiġu stabbiliti kooperazzjoni diretta u skambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-aġenziji tal-eżekuzzjoni u jagħti kriterji uniformi għad-deċiżjonijiet relatati mal-ħruġ ta' liċenzji. Wara l-valutazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni tar-regoli dwar il-pieni stabbiliti mill-Istati Membri, dan il-mekkaniżmu għandu jsib modi kif il-pieni għall-ksur ta' dan ir-Regolament ikunu simili fil-forma u fl-effett.
Emenda 74
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni u l-Kunsill fejn adatt, għandhom jagħmlu disponibbli gwida u/jew rakkomandazzjonijiet għall-aħjar prattiki għas-suġġetti msemmijin f'dan ir-Regolament biex tkun żgurata l-effiċjenza tar-reġim ta' kontroll tal-esportazzjoni tal-Unjoni u l-konsistenza tal-implimentazzjoni tiegħu. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom ukoll, fejn adatt, jipprovdu gwida komplimentari għall-esportaturi, is-sensara u l-operaturi ta' transitu li jkunu residenti jew stabbiliti f'dak l-Istat Membru.
1.  Il-Kummissjoni u l-Kunsill fejn adatt, għandhom jagħmlu disponibbli linji gwida għall-aħjar prattiki għas-suġġetti msemmijin f'dan ir-Regolament biex tkun żgurata l-effiċjenza tar-reġim ta' kontroll tal-esportazzjoni tal-Unjoni u l-konsistenza tal-implimentazzjoni tiegħu. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom ukoll, fejn adatt, jipprovdu gwida komplementari għall-esportaturi, speċjalment l-SMEs, is-sensara u l-operaturi ta' transitu li jkunu residenti jew stabbiliti f'dak l-Istat Membru.
Emenda 75
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha adatta għall-preparazzjoni tar-rapport. Dan ir-rapport annwali għandu jkun pubbliku.
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha adatta għall-preparazzjoni tar-rapport. Dan ir-rapport annwali għandu jkun pubbliku. L-Istati Membri għandhom ukoll jiddivulgaw pubblikament, tal-lanqas fuq bażi trimestrali u b'mod faċilment aċċessibbli, informazzjoni sinifikattiva dwar kull liċenzja rigward it-tip ta' liċenzja, il-valur, il-volum, in-natura tat-tagħmir, deskrizzjoni tal-prodott, l-utent finali u l-użu finali, il-pajjiż ta' destinazzjoni kif ukoll informazzjoni relatata mal-approvazzjoni jew maċ-ċaħda tat-talba għal liċenzja. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iqisu l-interessi leġittimi tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi kkonċernati billi ma jiġux iddivulgati s-sigrieti tan-negozju tagħhom.
Emenda 76
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
Bejn ħames u seba' snin wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament u tirrapporta dwar il-konklużjonijiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Bejn ħames u seba' snin wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament u tirrapporta dwar il-konklużjonijiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Din l-evalwazzjoni għandha tinkludi proposta dwar it-tħassir tal-Kriptografija fil-Kategorija 5 tat-Taqsima A tal-Anness I.
Emenda 77
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 1 – punt d
(d)  fejn magħruf, l-użu finali u l-utent finali tal-oġġetti b'użu doppju.
(d)  l-użu finali u l-utent finali tal-oġġetti b'użu doppju.
Emenda 78
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 3
3.  Ir-reġistri jew ir-rekords u d-dokumenti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jinżammu għal mill-inqas tliet snin wara t-tmiem tas-sena kalendarja li fiha saret l-esportazzjoni jew li fiha ngħataw is-servizzi ta' senserija jew ta' assistenza teknika. Meta jintalbu, huma għandhom jingħataw lill-awtorità kompetenti.
3.  Ir-reġistri jew ir-rekords u d-dokumenti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jinżammu għal mill-inqas ħames snin wara t-tmiem tas-sena ta' kalendarju li fiha saret l-esportazzjoni jew li fiha ngħataw is-servizzi ta' senserija jew ta' assistenza teknika. Meta jintalbu, huma għandhom jingħataw lill-awtorità kompetenti.
Emenda 79
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom, fejn adatt, jagħmlu skambju ta' informazzjoni fuq bażi regolari u reċiproka ma' pajjiżi terzi.
1.  Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jidħlu f'kuntatt, fejn adatt, mal-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, bħall-OECD u ma' dawk ir-reġimi multilaterali ta' kontroll tal-esportazzjonijiet li fihom jipparteċipaw ħalli jippromwovu r-rispett, fuq livell internazzjonali, tal-lista ta' oġġetti relatati mas-sorveljanza ċibernetika suġġetti għall-kontrolli tal-esportazzjoni fit-Taqsima B tal-Anness I u, fejn adatt, jagħmlu skambju ta' informazzjoni fuq bażi regolari u reċiproka ma' pajjiżi terzi, anki fil-kuntest tad-djalogu dwar l-oġġetti b'użu doppju previst fil-ftehimiet ta' sħubija u kooperazzjoni u fil-ftehimiet ta' sħubija strateġika tal-Unjoni, jimpenjaw ruħhom fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet u fil-promozzjoni tal-konverġenza 'l fuq. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar dawn l-attivitajiet fuq bażi annwali lill-Parlament Ewropew.
Emenda 80
Proposta għal regolament
Anness I – Taqsima A – DEFINIZZJONIJIET TA' TERMINI UŻATI F'DAN L-ANNESS
"Software ta' Intrużjoni" (4) tfisser "software" mfassal speċjalment jew immodifikat sabiex jevita d-detezzjoni permezz tal-'għodda tal-monitoraġġ' jew sabiex jegħleb 'kontromiżuri protettivi' ta' kompjuter jew ta' apparat li jaqbad ma' netwerk, u jagħmel xi waħda milli ġejjin:
"Software ta' Intrużjoni" (4) tfisser "software" mfassal speċjalment jew immodifikat biex ikun eżegwit jew installat mingħajr "awtorizzazzjoni" mis-sidien jew mill-"amministraturi" tal-kompjuters jew tal-apparat li jaqbad ma' netwerk, u jagħmel xi waħda milli ġejjin:
a.  Jislet dejta jew informazzjoni minn kompjuter jew apparat li jaqbad ma' netwerk jew il-modifikazzjoni ta' dejta ta' sistema jew ta' utent; jew
a.  Jislet, mingħajr awtorizzazzjoni, dejta jew informazzjoni minn kompjuter jew apparat li jaqbad ma' netwerk jew il-modifikazzjoni ta' dejta ta' sistema jew ta' utent; jew
b.  Il-modifika ta' metodu ta' eżekuzzjoni standard ta' programm jew proċess sabiex tkun permessa l-eżekuzzjoni ta' istuzzjoniet mogħtija esternament.
b.  Il-modifika ta' sistema jew ta' dejta ta' utent maħsuba biex ikun iffaċilitat l-aċċess għad-dejta maħżuna f'kompjuter jew f'apparat li jaqbad ma' netwerk min-naħa ta' partijiet li mhumiex il-partijiet awtorizzati minn sid il-kompjuter jew l-apparat li jaqbad ma' netwerk.
Noti:
Noti:
1.  "Is-software ta' intrużjoni" ma jinkludi l-ebda wieħed minn dawn li ġejjin:
1.  "Is-software ta' intrużjoni" ma jinkludi l-ebda wieħed minn dawn li ġejjin:
a.  Iperviżuri, programmi għat-tneħħija ta' bugs jew għodda fil-forma ta' Software għall-Inġinerija Inversa (SRE);
a.  Iperviżuri, programmi għat-tneħħija ta' bugs jew għodda fil-forma ta' Software għall-Inġinerija Inversa (SRE);
b.  "Software" għall-Immaniġjar tad-Drittijiet Diġitali (DRM); jew
b.  "Software" għall-Immaniġjar tad-Drittijiet Diġitali (DRM); jew
c.  "Software" imfassal biex jiġi installat mill-manifatturi, l-amministraturi jew l-utenti sabiex jiġu rintraċċati jew irkuprati beni.
c.  "Software" imfassal biex jiġi installat mill-amministraturi jew l-utenti sabiex jiġu rintraċċati l-beni, irkuprati l-beni jew għall-'ittestjar għas-sigurtà tal-ICTs'.
ca.  Is-"software" distribwit għall-finijiet espressi biex jgħin fid-detezzjoni, fit-tneħħija, jew fil-prevenzjoni tal-eżekuzzjoni tiegħu fuq kompjuters jew apparat li jaqbad ma' netwerk ta' partijiet mhux awtorizzati.
2.  Apparat li jaqbad ma' netwerk jinkludi apparat mobbli u miters intelliġenti.
2.  Apparat li jaqbad ma' netwerk jinkludi apparat mobbli u miters intelliġenti.
Noti Tekniċi:
Noti Tekniċi:
1.  'Għodda ta' monitoraġġ': Tagħmir ta' hardware u "software", li jimmonitorja l-komportament jew il-proċessi ta' sistema li jkunu qed jaħdmu fuq apparat. Dan jinkludi prodotti ta' antivirus (AV), prodotti għas-sigurtà tal-aħħar punt, Prodotti għas-Sigurtà Personali (PSP), Sistemi għad-Detezzjoni ta' Intrużjoni (IDS) jew firewalls.
1.  'Awtorizzazzjoni': il-kunsens informat tal-utent (jiġifieri indikazzjoni affermattiva li fehem in-natura, l-implikazzjonijiet u l-konsegwenzi futuri ta' azzjoni, u li qabel mal-eżekuzzjoni ta' din l-azzjoni).
2.  "Kontromiżuri protettivi": tekniki mfasslin sabiex tiġi żgurata l-esekuzzjoni sigura, bħall-Prevenzjoni tal-Eżekuzzjoni tad-Dejta (DEP), il-Każwalizzazzjoni tal-Arranġament tal-Ispazju tal-Indirizzi (Address Space Layout Randomisation - ASLR) jew sandboxing.
2.  "Ittestjar għas-sigurtà tal-ICTs" l-iskoperta u l-valutazzjoni tar-riskju, tal-vulnerabbiltà, tal-iżbalji jew tad-dgħufijiet statiċi jew dinamiċi li jolqtu is-"software", in-netwerks, il-kompjuters, l-apparat li jaqbad ma' netwerk, u komponenti jew dipendenzi tagħhom, bl-iskop muri li jittaffew il-fatturi ta' ħsara għat-tħaddim, għall-użu jew għad-diffużjoni sikuri.
Emenda 81
Proposta għal regolament
Anness I – Taqsima B – titolu
B.  LISTA TA' OĠĠETTI B'UŻU DOPPJU
B.  LISTA TA' OĠĠETTI RELATATI MAS-SORVELJANZA ĊIBERNETIKA
Emenda 82
Proposta għal regolament
Anness I – Taqsima B – kategorija 10 – punt 10A001 – Nota Teknika – punt ea (ġdid)
(ea)  riċerka fil-qasam tan-netwerks u tas-sigurtà għal finijiet ta' ttestjar awtorizzat jew tal-protezzjoni tas-sistemi ta' sigurtà tal-informazzjoni.
Emenda 83
Proposta għal regolament
Anness II – Taqsima A – parti 3 – paragrafu 3
3.  Kull esportatur li jkollu l-ħsieb li juża din l-awtorizzazzjoni għandu, qabel ma juża din l-awtorizzazzjoni għall-ewwel darba, jirreġistra mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa residenti jew irreġistrat. L-awtorità kompetenti għandha awtomatikament tirreġistra u tirrikonoxxi r-reġistrazzjoni tal-esportatur fi żmien 10 ijiem tax-xogħol minn meta tirċeviha.
3.  Stat Membru jista' jobbliga lill-esportaturi rreġistrati f'dak l-Istat Membru biex jirreġistraw qabel ma jużaw din l-awtorizzazzjoni għall-ewwel darba. Ir-reġistrazzjoni għandha tkun awtomatika u rikonoxxuta mill-awtoritajiet kompetenti lill-esportatur mingħajr dewmien u f'kull każ fi żmien 10 ijiem tax-xogħol minn meta jirċevuha.
Emenda 84
Proposta għal regolament
Anness II – Taqsima A – parti 3 – paragrafu 4
4.  L-esportatur irreġistrat għandu jinnotifika l-ewwel użu ta' din l-awtorizzazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih huwa residenti jew irreġistrat sa mhux aktar tard minn 10 ijiem mid-data tal-ewwel esportazzjoni.
4.  L-esportatur irreġistrat għandu jinnotifika l-ewwel użu ta' din l-awtorizzazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih huwa residenti jew irreġistrat sa mhux aktar tard minn 30 jum wara d-data meta tkun saret l-ewwel esportazzjoni.
Emenda 85
Proposta għal regolament
Anness II – Taqsima A – parti 3 – paragrafu 5 – punt 4
(4)  fejn magħruf, l-użu finali u l-utent finali tal-oġġetti b'użu doppju.
(4)  l-użu finali u l-utent finali tal-oġġetti b'użu doppju.
Emenda 86
Proposta għal regolament
Anness II – Taqsima B – parti 3 – paragrafu 3
3.  Kull esportatur li jkollu l-ħsieb li juża din l-awtorizzazzjoni għandu, qabel ma juża din l-awtorizzazzjoni għall-ewwel darba, jirreġistra mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa residenti jew irreġistrat. L-awtorità kompetenti għandha awtomatikament tirreġistra u tirrikonoxxi r-reġistrazzjoni tal-esportatur fi żmien 10 ijiem tax-xogħol minn meta tirċeviha.
3.  Stat Membru jista' jobbliga lill-esportaturi rreġistrati f'dak l-Istat Membru biex jirreġistraw qabel ma jużaw din l-awtorizzazzjoni għall-ewwel darba. Ir-reġistrazzjoni għandha tkun awtomatika u rikonoxxuta mill-awtoritajiet kompetenti lill-esportatur mingħajr dewmien u f'kull każ fi żmien 10 ijiem tax-xogħol minn meta jirċevuha.
Emenda 87
Proposta għal regolament
Anness II – Taqsima B – parti 3 – paragrafu 5 – punt 4
(4)  fejn magħruf, l-użu finali u l-utent finali tal-oġġetti b'użu doppju.
(4)  l-użu finali u l-utent finali tal-oġġetti b'użu doppju.
Emenda 88
Proposta għal regolament
Anness II – Taqsima C – parti 3 – paragrafu 5
5.  L-esportatur irreġistrat għandu jinnotifika l-ewwel użu ta' din l-awtorizzazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih huwa residenti jew irreġistrat sa mhux aktar tard minn 10 ijiem mid-data tal-ewwel esportazzjoni.
5.  L-esportatur irreġistrat għandu jinnotifika l-ewwel użu ta' din l-awtorizzazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih huwa residenti jew irreġistrat sa mhux aktar tard minn 30 jum wara d-data meta tkun saret l-ewwel esportazzjoni jew, bħala alternattiva, u skont rekwiżit tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn l-esportatur ikun irreġistrat, qabel ma tintuża l-awtorizzazzjoni għall-ewwel darba. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-metodu ta' notifika magħżul għal din l-awtorizzazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni nnotifikata lilha fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 89
Proposta għal regolament
Anness II – Taqsima C – parti 3 – paragrafu 6 – punt 4
(4)  fejn magħruf, l-użu finali u l-utent finali tal-oġġetti b'użu doppju.
(4)  l-użu finali u l-utent finali tal-oġġetti b'użu doppju.
Emenda 90
Proposta għal regolament
Anness II – Taqsima D – parti 3 – paragrafu 6
6.  L-esportatur irreġistrat għandu jinnotifika l-ewwel użu ta' din l-awtorizzazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih huwa residenti jew irreġistrat sa mhux aktar tard minn 10 ijiem mid-data tal-ewwel esportazzjoni.
6.  L-esportatur irreġistrat għandu jinnotifika l-ewwel użu ta' din l-awtorizzazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih huwa residenti jew irreġistrat sa mhux aktar tard minn 30 jum wara d-data meta tkun saret l-ewwel esportazzjoni jew, bħala alternattiva, u skont rekwiżit tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn l-esportatur ikun irreġistrat, qabel ma tintuża din l-awtorizzazzjoni għall-ewwel darba. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-metodu ta' notifika magħżul għal din l-awtorizzazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni nnotifikata lilha fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 91
Proposta għal regolament
Anness II – Taqsima D – parti 3 – paragrafu 7 – punt 4
(4)  fejn magħruf, l-użu finali u l-utent finali tal-oġġetti b'użu doppju.
(4)  l-użu finali u l-utent finali tal-oġġetti b'użu doppju.
Emenda 92
Proposta għal regolament
Anness II – Taqsima F – parti 3 – paragrafu 5 – punt 4
(4)  fejn magħruf, l-użu finali u l-utent finali tal-oġġetti b'użu doppju.
(4)  l-użu finali u l-utent finali tal-oġġetti b'użu doppju.
Emenda 93
Proposta għal regolament
Anness II – Taqsima G – parti 3 – paragrafu 8 – punt 4
(4)  fejn magħruf, l-użu finali u l-utent finali tal-oġġetti b'użu doppju.
(4)  l-użu finali u l-utent finali tal-oġġetti b'użu doppju.
Emenda 94
Proposta għal regolament
Anness II – Taqsima H – parti 3 – paragrafu 1 – parti introduttorja u punt 1
1.  Din l-awtorizzazzjoni tawtorizza t-trażmissjoni ta' teknoloġija u softwer elenkati fil-Parti I minn kull esportatur li huwa residenti jew irreġistrat fi Stat Membru tal-Unjoni sakemm l-oġġett jintuża biss:
1.  Tali awtorizzazzjoni tawtorizza t-trażmissjoni ta' teknoloġija u software elenkati fil-Part I minn kwalunkwe kumpanija residenti jew irreġistrata fi Stat Membru lil kwalunkwe kumpanija oħt, kumpanija sussidjarja jew kumpanija omm dment li dawn l-entitajiet ikunu proprjetà jew ikkontrollati mill-istess kumpanija omm jew huma rreġistrati fi Stat Membru u dment li l-oġġett inkwistjoni jkun intiż biex jintuża għall-proġetti ta' kooperazzjoni bejn il-kumpaniji, inklużi l-iżvilupp, ir-riċerka, il-manutenzjoni, il-produzzjoni u l-użu tal-prodotti kummerċjali u, fil-każ tal-impjegati u tal-persuni inkarigati mill-ipproċessar tal-ordnijiet, skont il-ftehim li jistabbilixxi r-relazzjoni tal-impjieg.
(1)  mill-esportatur jew minn xi entità li hi proprjetà tal-esportatur jew ikkontrollata minnu;
Emenda 95
Proposta għal regolament
Anness II – Taqsima H – parti 3 – paragrafu 1 – punt 2
(2)  mill-impjegati tal-esportatur jew ta' xi entità li hi proprjetà tal-esportaur jew ikkontrollata minnu
imħassar
Emenda 96
Proposta għal regolament
Anness II – Taqsima H – parti 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
fl-attivitajiet tagħha jew tagħhom ta' żvilupp ta' prodott kummerċjali u, fil-każ tal-impjegati, skont il-ftehim stabbilit mir-relazzjoni tal-impjieg.
imħassar
Emenda 97
Proposta għal regolament
Anness II – Taqsima I – parti 3 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
Kull esportatur li jkollu l-ħsieb li juża din l-awtorizzazzjoni għandu, qabel ma juża din l-awtorizzazzjoni għall-ewwel darba, jirreġistra mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa residenti jew irreġistrat. L-awtorità kompetenti għandha awtomatikament tirreġistra u tirrikonoxxi r-reġistrazzjoni tal-esportatur fi żmien 10 ijiem tax-xogħol minn meta tirċeviha.
Stat Membru jista' jobbliga lill-esportaturi rreġistrati f'dak l-Istat Membru biex jirreġistraw qabel l-ewwel użu ta' din l-awtorizzazzjoni. Ir-reġistrazzjoni għandha tkun awtomatika u rikonoxxuta mill-awtoritajiet kompetenti lill-esportatur mingħajr dewmien u f'kull każ fi żmien 10 ijiem tax-xogħol minn meta jirċevuha.
Emenda 98
Proposta għal regolament
Anness II – Taqsima J – parti 3 – paragrafu 5 – punt 4
(4)  fejn magħruf, l-użu finali u l-utent finali tal-oġġetti b'użu doppju.
(4)  l-użu finali u l-utent finali tal-oġġetti b'użu doppju.

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għal negozjati interistituzzjonali lill-kumitati responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’subparagrafu (A8-0390/2017).

Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Settembru 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza