Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2016/0376(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0391/2017

Testi mressqa :

A8-0391/2017

Dibattiti :

PV 15/01/2018 - 12
CRE 15/01/2018 - 12
PV 12/11/2018 - 14
CRE 12/11/2018 - 14

Votazzjonijiet :

PV 17/01/2018 - 10.5
CRE 17/01/2018 - 10.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 13/11/2018 - 4.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0010
P8_TA(2018)0442

Testi adottati
PDF 793kWORD 95k
L-Erbgħa, 17 ta' Jannar 2018 - Strasburgu Verżjoni finali
Effiċjenza fl-enerġija ***I
P8_TA(2018)0010A8-0391/2017

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fis-17 ta' Jannar 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija (COM(2016)0761 – C8-0498/2016 – 2016/0376(COD))(1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 1
(1)  Il-moderazzjoni tad-domanda għall-enerġija hija waħda mill-ħames dimensjonijiet tal-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija adottata fil-25 ta' Frar 2015. It-titjib fl-effiċjenza fl-enerġija se jkun ta' benefiċċju għall-ambjent, inaqqas l-emissjonijiet tal-gass serra, itejjeb is-sigurtà tal-enerġija bit-tnaqqis tad-dipendenza mill-importazzjonijiet tal-enerġija minn barra l-Unjoni, jaqta' l-ispiża tal-enerġija għall-unitajiet domestiċi u għall-'kumpanniji, jgħin biex itaffi l-faqar enerġetiku u jwassal għal żieda fl-impjiegi u fl-attività ekonomika fl-ekonomija kollha. Dan huwa konformi mal-impenni tal-Unjoni magħmula fil-qafas tal-Unjoni tal-Enerġija u fl-aġenda tal-klima globali stabbilita fil-Ftehim ta' Pariġi ta' Diċembru 2015 mill-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.
(1)  Il-moderazzjoni tad-domanda għall-enerġija hija waħda mill-ħames dimensjonijiet tal-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija adottata fil-25 ta' Frar 2015. It-titjib fl-effiċjenza fl-enerġija matul il-katina kollha tal-enerġija, inklużi l-ġenerazzjoni, it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni u l-użu aħħari tal-enerġija se jkun ta' benefiċċju għall-ambjent, itejjeb il-kwalità tal-arja u s-saħħa pubblika, inaqqas l-emissjonijiet tal-gass serra, itejjeb is-sigurtà tal-enerġija bit-tnaqqis tad-dipendenza mill-importazzjonijiet tal-enerġija minn barra l-Unjoni, jaqta' l-ispiża tal-enerġija għall-unitajiet domestiċi u għall-kumpanniji, jgħin biex itaffi l-faqar enerġetiku u jwassal għal żieda fil-kompetittività, fl-impjiegi u fl-attività ekonomika fl-ekonomija kollha, b'hekk itejjeb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini. Dan huwa konformi mal-impenji tal-Unjoni magħmula fil-qafas tal-Unjoni tal-Enerġija u fl-aġenda tal-klima globali stabbilita mill-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (COP21) li saret f'Pariġi f'Diċembru 2015 ("il-Ftehim ta' Pariġi"), li timpenja ruħha li żżomm ż-żieda fit-temperatura medja globali ferm taħt it-2°C 'il fuq mil-livelli preindustrijali u li ssegwi l-isforzi biex tillimita ż-żieda fit-temperatura għal 1,5 ° C 'il fuq mil-livelli preindustrijali.
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 2
(2)  Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill hija element għall-progress lejn l-Unjoni tal-Enerġija li taħtha l-effiċjenza fl-enerġija tenħtieġ li tiġi ttrattata bħala sors tal-enerġija fiha nnifisha. Għandu jitqies il-prinċipju li l-"effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel" meta jiġi stabbilit regoli ġodda għan-naħa tal-provvista u għal oqsma ta' politika oħra. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-effiċjenza fl-enerġija u r-rispons tan-naħa tad-domanda jkunu jistgħu jikkompetu fuq termini ekwi mal-kapaċità tal-ġenerazzjoni. Jenħtieġ li l-effiċjenza fl-enerġija tiġi kkunsidrata fl-ippjanar ta' sistemi tal-enerġija rilevanti jew kull meta jittieħdu deċiżjonijiet dwar il-finanzjamenti. Irid isir titjib effiċjenti fl-enerġija kull meta dan ikun iżjed kosteffettiv minn soluzzjonijiet mil-lat tal-provvista li jkunu ekwivalenti. Dan għandu jgħin biex jiġu sfruttati d-diversi benefiċċji tal-effiċjenza fl-enerġija għas-soċjetà tal-Ewropa, b'mod partikolari għaċ-ċittadini u għan-negozji.
(2)  Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill hija element għall-progress lejn l-Unjoni tal-Enerġija li taħtha l-effiċjenza fl-enerġija tenħtieġ li tiġi ttrattata bħala sors tal-enerġija fiha nnifisha. Għandu jitqies il-prinċipju li l-"effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel" meta jiġi stabbilit regoli ġodda għan-naħa tal-provvista u għal oqsma ta' politika oħra. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tipprijoritizza l-effiċjenza fl-enerġija u r-rispons tan-naħa tad-domanda fuq kapaċità akbar tal-ġenerazzjoni. Jenħtieġ li l-effiċjenza fl-enerġija tiġi kkunsidrata fl-ippjanar ta' sistemi tal-enerġija u kull meta jittieħdu deċiżjonijiet dwar il-finanzjamenti. Iridu jsiru investimenti sabiex titjieb l-effiċjenza fl-enerġija finali kull meta dan ikun iżjed kosteffettiv minn soluzzjonijiet mil-lat tal-provvista li jkunu ekwivalenti. Dan jenħtieġ li jgħin biex jiġu sfruttati d-diversi benefiċċji ta' żieda tal-effiċjenza fl-enerġija fl-istadji kollha tal-katina tal-enerġija u b'hekk jittejjeb il-benessri għas-soċjetà tal-Ewropa. Biex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ ta' dawk il-benefiċċji, u l-implimentazzjoni b'suċċess tal-miżuri ta' politika maħsuba, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jaħdmu flimkien mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, il-bliet, in-negozji u ċ-ċittadini madwar l-Unjoni kollha sabiex jiġi żgurat li ż-żieda l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija b'riżultat ta' bidliet teknoloġiċi, fl-imġiba u bidliet ekonomiċi jimxu id f'id ma' aktar tkabbir ekonomiku.
__________________
__________________
9 Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).
9 Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 2a (ġdida)
(2a)  Il-forom kollha tal-enerġija primarja (sorsi mhux rinnovabbli u rinnovabbli) jenħtieġ li jqisu l-ħidma addizzjonali meħtieġa biex tiġi akkwistata dik l-enerġija, biex jiġu stabbiliti u operati installazzjonijiet tal-enerġija elettrika u biex dawn jiġu żarmati, kif ukoll biex jiġi eliminat it-theddid assoċjat mal-ambjent.
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 2b (ġdida)
(2b)  Il-miżuri tal-Istati Membri jenħtieġ li jiġu appoġġati bi strumenti finanzjarji tal-Unjoni mfassla sew u effettivi, bħall-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi u l-Bank Ewropew tal-Investiment, li jenħtieġ li jappoġġaw investimenti effiċjenti fl-użu tal-enerġija fl-istadji kollha tal-katina tal-enerġija u jużaw analiżi komprensiva tal-kost-benefiċċju bl-użu ta' mudell ta' rati differenzjati. Jenħtieġ li l-appoġġ finanzjarju jiffoka fuq metodi kosteffettivi biex tiżdied l-effiċjenza enerġetika, li jwassal għal tnaqqis fil-konsum tal-enerġija. Biex tintlaħaq mira ambizzjuża għall-effiċjenza enerġetika jeħtieġ li jitneħħew ostakli bħall-kjarifika reċenti mill-Eurostat dwar kif għandhom jiġu rreġistrati l-kuntratti għall-prestazzjoni tal-enerġija fil-kontijiet nazzjonali sabiex ikun aktar faċli li jsir investiment f'miżuri ta' effiċjenza enerġetika.
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 3
(3)  Il-Kunsill Ewropew ta' Ottubru 2014 stabbilixxa mira ta' 27 % ta' effiċjenza fl-enerġija għall-2030, li għandha tiġi riveduta sal-2020 "b'kont meħud tal-livell tal-Unjoni ta' 30 %". F'Diċembru 2015, il-Parlament Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex tivvaluta wkoll il-vijabbiltà ta' mira ta' 40 % għall-effiċjenza fl-enerġija għall-istess perjodu ta' żmien. Għalhekk huwa xieraq li d-Direttiva tiġi riveduta u konsegwentement emendata biex tiġi adattata għall-perspettiva tal-2030.
(3)  Il-Kunsill Ewropew ta' Ottubru 2014 appoġġa mira ta' 27 % ta' effiċjenza fl-enerġija għall-2030, li għandha tiġi riveduta sal-2020 "b'kont meħud tal-livell tal-Unjoni ta' 30 %". F'Diċembru 2015, il-Parlament Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex tivvaluta wkoll il-vijabbiltà ta' mira ta' 40 % għall-effiċjenza fl-enerġija għall-istess perjodu ta' żmien. Għalhekk huwa xieraq li d-Direttiva tiġi riveduta u konsegwentement emendata biex tiġi adattata għall-perspettiva tal-2030.
Emenda 102
Proposta għal direttiva
Premessa 4
(4)  Ma hemm l-ebda mira vinkolanti fil-livell nazzjonali fil-perspettiva tal-2030. Il-ħtieġa tal-Unjoni li tilħaq il-miri tagħha tal-effiċjenza fl-enerġija fil-livell tal-UE, espressi f'konsum tal-enerġija primarja u finali, fl-2020 u fl-2030 tenħtieġ li tiġi stabbilita b'mod ċar fil-forma ta' mira vinkolanti ta' 30 %. Din il-kjarifika fil-livell tal-Unjoni ma għandhiex tirristrinġi lill-Istati Membri għaliex il-libertà tagħhom tinżamm biex ikunu jistgħu jistabbilixxu l-kontribut nazzjonali tagħhom abbażi tal-konsum tal-enerġija primarja jew finali, jew tal-iffrankar tal-enerġija primarja jew finali, jew tal-intensità tal-enerġija. Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu l-kontribuzzjonijiet indikattivi nazzjonali tagħhom tal-effiċjenza fl-enerġija nazzjonali filwaqt li jqisu li l-konsum tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030 ma jridx ikun aktar minn 1 321 Mtoe ta' enerġija primarja u mhux aktar minn 987 Mtoe ta' enerġija finali. Dan ifisser li l-konsum ta' enerġija primarja għandu jitnaqqas bi 23 % u li l-konsum ta' enerġija finali għandu jitnaqqas bi 17 % fl-Unjoni meta mqabbel mal-livelli tal-2005. Evalwazzjoni regolari tal-progress;ejn il-kisba tal-mira tal-Unjoni għall-2030 hija neċessarja u hija stipulata fil-proposta leġiżlattiva dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija.
(4)  Ma hemm l-ebda mira vinkolanti fil-livell nazzjonali fil-perspettiva tal-2030. Il-ħtieġa tal-Unjoni li tilħaq il-miri tagħha tal-effiċjenza fl-enerġija fil-livell tal-UE, espressi f'konsum tal-enerġija primarja u finali, fl-2020 u fl-2030 tenħtieġ li tiġi stabbilita b'mod ċar fil-forma ta' mira indikattiva ta' 30 %. Din il-kjarifika fil-livell tal-Unjoni jenħtieġ li ma tirristrinġix lill-Istati Membri għaliex il-libertà tagħhom tinżamm biex ikunu jistgħu jistabbilixxu l-kontribuzzjonijiet nazzjonali tagħhom abbażi tal-konsum tal-enerġija primarja jew finali, jew tal-iffrankar tal-enerġija primarja jew finali, jew tal-intensità tal-enerġija. Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu l-kontribuzzjonijiet indikattivi nazzjonali tagħhom tal-effiċjenza fl-enerġija nazzjonali filwaqt li jqisu li l-konsum tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030 ma jridx ikun aktar minn 1 321 Mtoe ta' enerġija primarja u mhux aktar minn 987 Mtoe ta' enerġija finali. Dan ifisser li l-konsum ta' enerġija primarja jenħtieġ li jitnaqqas bi 23 % u li l-konsum ta' enerġija finali jenħtieġ li jitnaqqas bi 17 % fl-Unjoni meta mqabbel mal-livelli tal-2005. Evalwazzjoni regolari tal-progress lejn il-kisba tal-mira tal-Unjoni għall-2030 hija neċessarja u hija stipulata fil-proposta leġiżlattiva dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija.
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 4a (ġdida)
(4a)  Il-prinċipju ta' ugwaljanza bejn l-Istati Membri jenħtieġ li jiġi applikat meta jiġu ddeterminati miri nazzjonali għall-effiċjenza enerġetika. L-enerġija hija fattur essenzjali u għalhekk huma invevitabbli livelli minimi ta' konsum ta' enerġija, fatt li jenħtieġ li jitqies sewwa meta jiġu stabbiliti l-miri nazzjonali. B'mod ġenerali, il-pajjiżi li l-konsum tal-enerġija tagħhom per capita huwa inqas mill-medja tal-Unjoni jenħtieġ li jingħataw aktar flessibilità meta jistabbilixu l-miri tagħhom.
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 4b (ġdida)
(4b)  L-effiċjenza operattiva tas-sistemi tal-enerġija fi kwalunkwe mument partikolari hija influwenzata mill-kapaċità li talimenta enerġija elettrika ġġenerata minn sorsi differenti – bi gradi differenti ta' inerzja u ħinijiet tal-istartjar – fin-netwerk, mingħajr intoppi u b'mod flessibbli; it-titjib ta' dik l-effiċjenza jippermetti li jsir użu aħjar mill-enerġija rinnovabbli, bħall-potenza tar-riħ ikkombinata ma' turbini tal-kombustjoni, biex jiġi evitat li n-netwerks servuti minn unitajiet kbar u konvenzjonali tal-enerġija li għandhom inerzja termali sinifikanti ma jiġux mgħobbija żżejjed.
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 4c (ġdida)
(4c)  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jeħtieġ li jiżguraw li t-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija jirriżulta minn effiċjenza akbar fl-enerġija u mhux minn ċirkostanzi makroekonomiċi.
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 4d (ġdida)
(4d)  L-Istati Membri jenħtieġ li jidentifikaw il-potenzjal kosteffettiv tal-effiċjenza fl-enerġija fuq il-bażi ta' kalkolu minn isfel għal fuq għal kull settur separatament, peress li dawn huma dipendenti fuq it-taħlita tal-enerġija tal-ekonomija, l-istruttura u r-ritmu tal-iżvilupp ekonomiku.
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 5
(5)  L-obbligu fuql-Istati Membri li jistabbilixxu strateġiji fit-tul għall-mobilizzazzjoni tal-investiment fir-rinnovazzjoni tal-istokk tal-bini nazzjonali tagħhom u jinnotifikawhom lill-Kummissjoni jenħtieġ li jitneħħa mid-Direttiva 2012/27/UE u jiżdied mad-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill10 fejn jaqbel mal-pjanijiet fit-tul għal bini b'użu ta' enerġija qrib iż-żero u d-dekarbonizzazzjoni tal-bini.
(5)  L-obbligu fuql-Istati Membri li jistabbilixxu strateġiji fit-tul għall-faċilitazzjoni tar-rinnovazzjoni tal-istokk tal-bini nazzjonali tagħhom u jinnotifikawhom lill-Kummissjoni jenħtieġ li jitneħħa mid-Direttiva 2012/27/UE u jiżdied mad-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill10 fejn jaqbel mal-pjanijiet fit-tul għal bini b'użu ta' enerġija qrib iż-żero u d-dekarbonizzazzjoni tal-bini.
__________________
__________________
10Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13.
10Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13.
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 6
(6)  Fid-dawl tal-qafas tal-klima u l-enerġija għall-2030 l-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija għandu jiġi estiż lil hinn mill-2020. L-estensjoni tal-perjodu ta' impenn lil hinn mill-2020 jaf joħloq aktar stabbiltà għall-investituri u b'hekk jinkoraġġixxi l-investimenti fit-tul u miżuri ta' effiċjenza fl-enerġija fit-tul, bħar-rinnovazzjoni tal-bini.
(6)  Fid-dawl tal-qafas tal-klima u l-enerġija għall-2030 l-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija jenħtieġ li jiġi estiż lil hinn mill-2020. L-estensjoni tal-perjodu ta' impenn lil hinn mill-2020 jaf joħloq aktar stabbiltà għall-investituri u b'hekk jinkoraġġixxi l-investimenti fit-tul u miżuri ta' effiċjenza fl-enerġija fit-tul, bħar-rinnovazzjoni estensiva tal-bini bl-objettiv, fuq terminu twil, li jinkiseb stokk ta' bini b'użu ta' enerġija qrib iż-żero (NZEBs). L-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija kien pass essenzjali lejn il-ħolqien ta' tkabbir u ta' impjiegi lokali, u jenħtieġ li jitkompla sabiex jiġi żgurat li l-Unjoni tkun tista' tikseb l-għanijiet tagħha tal-enerġija u tal-klima billi jinħolqu aktar opportunitajiet u titnaqqas id-dipendenza tal-konsum tal-enerġija fuq it-tkabbir. Il-kooperazzjoni mas-settur privat hija importanti biex jiġu vvalutati l-kundizzjonijiet li fuqhom l-investiment privat għal proġetti ta' effiċjenza enerġetika jistgħu jiġu sfruttati u biex jiġu żviluppati mudelli ta' dħul ġodda għall-innovazzjoni fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika.
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 6a (ġdida)
(6a)  It-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija għandu wkoll impatt pożittiv fuq il-kwalità tal-arja, minħabba li aktar bini effiċjenti fl-enerġija jnaqqas id-domanda fil-karburanti tat-tisħin, b'mod speċjali anke l-karburanti solidi tat-tisħin. Għalhekk, il-miżuri tal-effiċjenza enerġetika jikkontribwixxu għat-titjib fil-kwalità tal-arja interna u esterna u jgħinu, b'mod kosteffettiv, biex jinkisbu l-objettivi tal-politika tal-kwalità tal-arja tal-Unjoni, kif stabbiliti b'mod partikolari mid-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a. It-tnaqqis tad-domanda tal-enerġija fil-bini jenħtieġ li jiġi kkunsidrat b'mod ġenerali bħala element tal-politika tal-kwalità tal-arja u b'mod partikolari fi Stati Membri fejn il-kisba tal-limiti tal-Unjoni fuq l-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu fl-arja hija problematika u l-effiċjenza fl-enerġija tista' tgħin biex jinkisbu dawk l-għanijiet.
__________________
1a Id-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi, li temenda d-Direttiva 2003/35/KE u li tħassar id-Direttiva 2001/81/KE (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 1).
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 7
(7)  L-Istati Membri huma mitluba li jilħqu r-rekwiżit kumulattiv għall-iffrankar fl-użu finali għall-perjodu kollu tal-obbligu, ekwivalenti għal iffrankar "ġdid" ta' 1.5 % tal-bejgħ tal-enerġija annwali. Dan ir-rekwiżit jista' jiġi ssodisfat minn miżuri ġodda ta' politika li huma adottati matul il-perjodu l-ġdid tal-obbligu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2030 jew minn azzjonijiet individwali ġodda b'riżultat ta' miżuri ta' politika adottati matul jew qabel il-perjodu preċedenti, imma li fir-rigward tagħhom l-azzjonijiet individwali li jiskattaw l-iffrankar tal-enerġija huma fil-fatt introdotti matul il-perjodu l-ġdid.
(7)  L-Istati Membri huma mitluba li jilħqu r-rekwiżit kumulattiv għall-iffrankar fl-użu finali għall-perjodu kollu tal-obbligu, ekwivalenti għal iffrankar "ġdid" ta' mill-inqas 1,5 %. Dan ir-rekwiżit jista' jiġi ssodisfat minn iffrankar tal-enerġija li jiġi minn miżuri ta' politika dment li jista' jintwera li dawk il-miżuri jwasslu għal azzjonijiet individwali li jagħtu ffrankar verifikabbli tal-enerġija wara l-2020. L-iffrankar f'kull perjodu jenħtieġ li jibni b'mod kumulattiv fuq l-ammont ta' ffrankar li jrid jintlaħaq f’perjodu/perjodi preċedenti.
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Premessa 9
(9)  L-iffrankar ġdid għandu jkun addizjonali għal dak li jsir is-soltu, biex l-iffrankar li xorta waħda kien isir ma jkunx jista' jiġi ddikjarat. Sabiex jiġi kkalkulat l-impatt tal-miżuri introdotti, jista' jingħadd biss l-iffrankar nett, imkejjel bħala l-bidla fil-konsum tal-enerġija li tista' tiġi attribwita direttament għall-miżura tal-effiċjenza fl-enerġija inkwistjoni. Sabiex jiġi kkalkulat l-iffrankar nett, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu xenarju bażi ta' kif is-sitwazzjoni tevolvi fin-nuqqas tal-politika inkwistjoni. L-intervent tal-politika jenħtieġ li jiġi evalwat kontra din il-linja bażi ddefinita. L-Istati Membri għandhom iqisu li interventi oħra ta' politika jistgħu jitwettqu fl-istess perjodu ta' żmien li wkoll jista' jkollhom impatt fuq l-iffrankar tal-enerġija, sabiex mhux it-tibdil kollu osservat sa mill-introduzzjoni tal-politika li qed tiġi evalwata jista' jiġi attribwit għal dik il-miżura ta' politika biss. L-azzjonijiet tal-parti obbligata, parteċipanti jew inkarigata għandhom jikkontriwbixxu realment għall-kisba tal-iffrankar iddikjarat biex ikun issodisfat ir-rekwiżit tal-materjalità.
(9)  L-iffrankar ġdid tal-enerġija jenħtieġ li jkun addizzjonali għal dak li jsir is-soltu, biex l-iffrankar li xorta waħda kien isir ma jkunx jista' jiġi ddikjarat. Sabiex jiġi kkalkulat l-impatt tal-miżuri introdotti, jista' jingħadd biss l-iffrankar nett, imkejjel bħala l-bidla fil-konsum tal-enerġija li tista' tiġi attribwita direttament għall-miżura tal-effiċjenza fl-enerġija inkwistjoni. Sabiex jiġi kkalkulat l-iffrankar nett, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu xenarju bażi ta' kif is-sitwazzjoni tevolvi fin-nuqqas tal-politika inkwistjoni. L-intervent tal-politika jenħtieġ li jiġi evalwat kontra din il-linja bażi ddefinita. L-Istati Membri jenħtieġ li jqisu li interventi oħra ta' politika jistgħu jitwettqu fl-istess perjodu ta' żmien li wkoll jista' jkollhom impatt fuq l-iffrankar tal-enerġija, sabiex mhux it-tibdil kollu osservat sa mill-introduzzjoni tal-politika li qed tiġi evalwata jista' jiġi attribwit għal dik il-miżura ta' politika biss. L-azzjonijiet tal-parti obbligata, parteċipanti jew inkarigata għandhom jikkontriwbixxu realment għall-kisba tal-iffrankar iddikjarat biex ikun issodisfat ir-rekwiżit tal-materjalità.
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Premessa 9a (ġdida)
(9a)  Huwa importanti li jiġu inklużi l-passi kollha fil-katina tal-enerġija fl-għadd ta' ffrankar sabiex jiżdied il-potenzjal ta' ffrankar tal-enerġija fit-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku.
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Premessa 10
(10)  L-iffrankar tal-enerġija li jirriżulta mill-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni ma jistax jiġi ddikjarat diment li l-miżura inkwistjoni ma tmurx lil hinn mill-minimu rikjest mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni inkwistjoni, kemm bl-istabbiliment ta' rekwiżiti iktar ambizzjui tal-effiċjenza fl-enerġija fil-livell nazzjonali u kemm biż-żieda fl-adozzjoni tal-miżura. Filwaqt li jkun rikonoxxut il-fatt li r-rinnovazzjoni tal-bini hija element essenzjali fuq perjodu fit-tul biex jiżdied l-iffrankar fl-enerġija, jenħtieġ li jkun iċċarat li l-iffrankar kollu tal-enerġija li jirriżulta minn miżuri li jippromwovu r-rinnovazzjoni ta' bini eżistenti jista' jiġi ddikjarat jekk dan ikun addizzjonali għall-iżvilupp li kien isir fin-nuqqas tal-miżura ta' politika u jekk l-Istat Membru juri li l-parti obbligata, parteċipanti jew inkarigata ikkontribwiet realment fil-kisba tal-iffrankar iddikjarat mill-miżura inkwistjoni.
(10)  L-iffrankar tal-enerġija li jirriżulta mill-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni ma jistax jiġi ddikjarat diment li l-miżura inkwistjoni ma tmurx lil hinn mill-minimu rikjest mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni inkwistjoni, kemm bl-istabbiliment ta' rekwiżiti iktar ambizzjuż i tal-effiċjenza fl-enerġija fil-livell nazzjonali u kemm biż-żieda fl-adozzjoni tal-miżura. Il-bini jippreżenta potenzjal sostanzjali għal żieda ulterjuri fl-effiċjenza enerġetika, u r-rinnovazzjoni tal-bini hija element essenzjali fuq perjodu fit-tul biex jiżdied l-iffrankar fl-enerġija Jenħtieġ għalhekk li jkun iċċarat li l-iffrankar kollu tal-enerġija li jirriżulta minn miżuri li jippromwovu r-rinnovazzjoni ta' bini eżistenti jista' jiġi ddikjarat jekk dan ikun addizzjonali għall-iżvilupp li kien isir fin-nuqqas tal-miżura ta' politika u jekk l-Istat Membru juri li l-parti obbligata, parteċipanti jew inkarigata ikkontribwiet realment fil-kisba tal-iffrankar iddikjarat mill-miżura inkwistjoni.
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Premessa 10a (ġdida)
(10a)  Il-ġestjoni effikaċi tal-ilma tista' tagħti kontribut sinifikanti għall-iffrankar tal-enerġija. Is-settur tal-ilma u tal-ilma mormi jirrappreżenta 3.5 % tal-użu tal-elettriku fl-Unjoni1a. Barra minn hekk, id-domanda tal-ilma hija mistennija li tiżdied b'25 % sal-2040, primarjament fiż-żoni urbani. Fl-istess ħin, it-telf tal-ilma minħabba tnixxijiet jammonta għal 24 % tal-konsum totali tal-ilma fl-Unjoni, u dan jirriżulta f'telf tal-enerġija u telf tal-ilma. Il-miżuri kollha li għandhom l-għan li jiksbu l-immaniġġjar aktar effettiv tal-ilma u t-tnaqqis fl-użu tal-ilma għalhekk għandhom il-potenzjal li jagħtu kontribut sinifikanti lejn l-objettiv ta' effiċjenza tal-enerġija tal-Unjoni 1b.
__________________
1a. World Energy Outlook 2016 (Perspettiva tal-Enerġija fid-Dinja għall-2016), Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija, 2016
1b. World Energy Outlook 2016 (Perspettiva tal-Enerġija fid-Dinja għall-2016), Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija, 2016
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Premessa 10b (ġdida)
(10b)  Dan ir-rieżami jinkludi dispożizzjonijiet relatati mat-trattament tal-effiċjenza enerġetika bħala prijorità ta' infrastruttura, filwaqt li jirrikonoxxi li dan jissodisfa d-definizzjoni ta' infrastruttura użata mill-FMI u istituzzjonijiet ekonomiċi oħra, u jagħmlu element kruċjali u kunsiderazzjoni ta' prijorità f'deċiżjonijiet futuri ta' investiment dwar l-infrastruttura tal-enerġija tal-Ewropa1a.
__________________
1a.Test mir-rapport tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Ġunju 2016 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija (2012/27/UE) (2015/2232(INI)).
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Premessa 10c (ġdida)
(10c)  Is-settur tal-enerġija hu l-akbar konsumatur tal-ilma fl-Unjoni, li jammonta għal 44 % tal-konsum tal-ilma1a. L-użu ta' teknoloġiji u proċessi intelliġenti għall-ġestjoni effiċjenti tal-ilma għandu l-potenzjal li jiġġenera ffrankar sinifikanti tal-enerġija filwaqt li jsaħħaħ il-kompetittività tal-intrapriżi.
__________________
1a.Commission staff working document, Agriculture and sustainable water management in the EU (Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, L-agrikoltura u l-ġestjoni sostenibbli tal-ilma fl-UE), 28 ta' April 2017.
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Premessa 10d (ġdida)
(10d)  Is-settur tal-ilma u tal-ilma mormi jista' wkoll jikkontribwixxi għall-produzzjoni ta' enerġija rinnovabbli u għat-tnaqqis tal-provvista ta' enerġija fossili. Pereżempju, l-irkupru ta' enerġija minn ħama prodotta permezz tat-trattament tal-ilma mormi, tagħmilha possibbli li tiġi prodotta enerġija fuq il-post.
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Premessa 12
(12)  It-titjib fl-effiċjenza fl-enerġija tal-bini għandu jkun ta' benefiċċju b'mod partikolari għall-konsumaturi affettwati mill-faqar enerġetiku. L-Istati Membri diġà jistgħu jitolbu lill-partijiet obbligati jinkludu għanijiet soċjali fil-miżuri tal-iffrankar tal-enerġija, fir-rigward tal-faqar enerġetiku, u issa din il-possibbiltà għandha tiġi estiża għal miżuri alternattivi u ttrasformata f'obbligu filwaqt li titħalla l-flessibbiltà sħiħa għall-Istati Membri fir-rigward tad-daqs, l-ambitu u l-kontenut ta' dawn il-miżuri. F'konformità mal-Artikolu 9 tat-Trattat, , il-politiki tal-Unjoni dwar l-effiċjenza fl-enerġija għandhom ikunu inklussivi u għalhekk jiżguraw ukoll l-aċċessibbiltà tal-miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija għall-konsumaturi f'faqar enerġetiku.
(12)  It-titjib fl-effiċjenza fl-enerġija tal-bini jenħtieġ li jkun ta' benefiċċju għall-konsumaturi kollha u b'mod partikolari għall-unitajiet domestiċi b'introjtu baxx, inklużi dawk affettwati mill-faqar enerġetiku. Kull Stat Membru jista' jiddefinixxi l-faqar enerġetiku u x'jikkostitwixxi unità domestika b'introjtu baxx skont ċirkostanzi nazzjonali speċifiċi. L-Istati Membri diġà jistgħu jitolbu lill-partijiet obbligati jinkludu għanijiet soċjali fil-miżuri tal-iffrankar tal-enerġija, fir-rigward tal-faqar enerġetiku. Din il-possibbiltà jenħtieġ li tiġi estiża għal miżuri alternattivi u ttrasformata f'obbligu filwaqt li titħalla l-flessibbiltà sħiħa għall-Istati Membri fir-rigward tad-daqs, l-ambitu u l-kontenut ta' dawn il-miżuri. F'konformità mal-Artikolu 9 tat-Trattat, il-politiki tal-Unjoni dwar l-effiċjenza fl-enerġija jenħtieġ li jkunu inklussivi u għalhekk jiżguraw l-aċċessibbiltà tal-miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija għall-konsumaturi f'faqar enerġetiku u b'introjtu baxx.
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Premessa 12a (ġdida)
(12a)  Ir-reazzjoni għad-domanda għall-elettriku matul il-ġurnata u bil-lejl hija strument importanti għat-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija, ladarba żżid b'mod sinifikanti l-opportunitajiet tal-iffrankar tal-enerġija għall-konsumaturi billi tippermettilhom jieħdu deċiżjonijiet, abbażi ta' informazzjoni li tindika l-possibbiltà li jiġi ottimizzat il-konsum tal-enerġija meta jkun hemm domanda għall-enerġija, inkluż f'ħinijiet ta' domanda massima, sabiex ikun jista' jsir użu aħjar ta' netwerks ta' trażmissjoni u ta' riżorsi produttivi.
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Premessa 12b (ġdida)
(12b)  Kontijiet baxxi tal-enerġija jenħtieġ li jintlaħqu billi l-konsumaturi jkunu assistiti inaqqsu l-użu tal-enerġija tagħhom bit-tnaqqis fil-ħtiġijiet tal-enerġija tal-bini, f'titjib fl-effiċjenza tal-apparati, fid-disponibilità ta' modi ta' trasport li jużaw inqas enerġija integrati mat-trasport pubbliku u l-użu tar-rota. It-titjib fi skemi tal-bini u t-tnaqqis fil-ħtiġijiet u fl-użu tal-enerġija huma aspetti fundamentali li jtejbu l-kundizzjonijiet ta' saħħa ta' segmenti tal-popolazzjoni b'introjtu baxx.
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Premessa 12c (ġdida)
(12c)  Huwa kruċjali li titqajjem kuxjenza u tingħata informazzjoni preċiża dwar il-benefiċċji ta' żieda tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-implimentazzjoni possibbli tagħha għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni. Effiċjenza enerġetika akbar hija wkoll kruċjali għall-pożizzjoni ġeopolitika u s-sigurtà tal-Unjoni għaliex tnaqqas id-dipendenza tagħha fuq l-importazzjoni ta' fjuwils minn pajjiżi terzi.
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Premessa 12d (ġdida)
(12d)  Madwar 50 miljun unità domestika fl-Unjoni huma affettwati mill-faqar enerġetiku. Miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija jridu għalhekk ikunu ċentrali għal kull strateġija kosteffettiva sabiex jindirizzaw il-faqar enerġetiku u l-vulnerabbiltà tal-konsumaturi u jkunu komplementari għall-politiki ta' sigurtà soċjali fil-livell ta’ Stat Membru. Biex jiġi żgurat li l-miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija jnaqqsu l-faqar enerġetiku għas-sostenibbiltà tal-okkupanti, jenħtieġ li titqies il-kosteffikaċja ta' tali miżuri, kif ukoll affordabbiltà għas-sidien u l-okkupanti, u l-appoġġ finanzjarju għal dawn il-miżuri jenħtieġ li jiġi garantit fil-livell ta' Stat Membru. L-istokk tal-bini tal-Unjoni ser jeħtieġ li jsir, fuq terminu twil, NZEBs sal-2050, skont l-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi. Ir-rati attwali tar-rinovazzjoni tal-bini mhumiex suffiċjenti u dak il-bini li huwa okkupat minn ċittadini b'introjtu baxx affettwati minn faqar enerġetiku huwa l-aktar diffiċli biex jintlaħaq. Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament fir-rigward ta' obbligi ta' ffrankar tal-enerġija, l-iskemi tal-obbligi tal-effiċjenza enerġetika u miżuri ta' politika alternattivi huma għalhekk ta' importanza partikolari.
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Premessa 12e (ġdida)
(12e)  L-ispejjeż u l-benefiċċji tal-miżuri kollha tal-effiċjenza fl-enerġija, inklużi perjodi ta' rkupru tal-ħlas lura, jenħtieġ li jkunu magħmula kompletament trasparenti għall-konsumaturi.
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Premessa 13
(13)  L-enerġija ġġenerata fuq jew fil-bini minn teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli tnaqqas l-enerġija fossili fornuta. It-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija u l-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fis-settur tal-bini huma miżuri importanti biex inaqqsu d-dipendenza fuq l-enerġija tal-Unjoni u l-emissjonijiet tal-gass serra, b'mod speċjali fid-dawl tal-objettivi ambizzjużi dwar il-klima u l-enerġija stabbiliti għall-2030 kif ukoll l-impenn globali li ttieħed fil-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (COP21) li saret f'Pariġi f'Diċembru 2015. L-Istati Membri għandhom għalhekk ikunu kapaċi jqisu ċertu ammont ta' enerġija rinnovabbli ġġenerata fuq jew fil-bini għall-użu proprju sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti tagħhom għall-iffrankar tal-enerġija. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jitħallew jużaw il-metodoloġiji stabbiliti skont id-Direttiva 2010/31/UE.
(13)  L-enerġija ġġenerata fuq jew fil-bini minn teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli tnaqqas l-enerġija fossili fornuta. It-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija u l-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fis-settur tal-bini huma miżuri importanti biex inaqqsu d-dipendenza fuq l-enerġija tal-Unjoni u l-emissjonijiet tal-gass serra, b'mod speċjali fid-dawl tal-objettivi ambizzjużi dwar il-klima u l-enerġija stabbiliti għall-2030 kif ukoll l-impenn globali li ttieħed fil-Ftehim ta' Pariġi.
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Premessa 13a (ġdida)
(13a)  Il-bilanċ tal-enerġija fin-negozji u l-industriji tal-Istati Membri jista' jittejjeb, abbażi tal-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari, bl-użu xieraq tal-iskart industrijali bħala materja prima sekondarja, sakemm il-potenzjal tal-enerġija tagħha tkun ogħla mill-potenzjal tal-materja prima primarja alternattiva.
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Premessa 13b (ġdida)
(13b)  L-Istati Membri, filwaqt li jieħdu vantaġġ minn mudelli u teknoloġiji ġodda tan-negozju, jenħtieġ li jfittxu li jippromwovu u jiffaċilitaw l-adozzjoni ta' miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija, inkluż permezz ta' servizzi ta' enerġija innovattivi għall-klijenti kbar u żgħar.
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Premessa 13c (ġdida)
(13c)  L-Istati Membri jenħtieġ li juru grad għoli ta' flessibilità fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta' miżuri alternattivi biex jiġu ddeterminati l-prijoritajiet nazzjonali tagħhom tal-effiċjenza fl-enerġija, li jinkludu kemm il-prodotti li jużaw l-enerġija b'mod effiċjenti kif ukoll proċessi ta' produzzjoni teknoloġika effiċjenti fl-użu tal-enerġija. Hemm bżonn ta' appoġġ għal azzjonijiet li jiffokaw fuq miri relatati mal-użu effiċjenti ta' riżorsi naturali jew il-ħtieġa li tiġi introdotta l-ekonomija ċirkolari.
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Premessa 14
(14)  Bħala parti mill-miżuri stabbiliti fil-Patt Ġdid għall-Konsumaturi tal-Enerġija tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, fil-kuntest tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Istrateġija dwar it-Tisħin u t-Tkessiħ, id-drittijiet minimi tal-konsumaturi għal informazzjoni ċara u fil-ħin dwar il-konsum tal-enerġija tagħhom jeħtieġ li jissaħħu. Għalhekk jenħtieġ li l-Artikoli 9 sa 11 u l-Anness VII tad-Direttiva 2012/27/UE jiġu emendati biex jistipulaw feedback frekwenti u mtejjeb dwar il-konsum tal-enerġija. Għandu jiġi ċċarat ukoll li d-drittijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kontijiet u mal-informazzjoni tal-kontijiet japplikaw għall-konsumaturi tat-tisħin, tat-tkessiħ jew tal-misħun fornut minn sors ċentrali anki meta ma jkollhomx relazzjoni kuntrattwali individwali diretta ma' fornitur tal-enerġija. Għalhekk, għall-finijiet ta' dawn id-dispożizzjonijiet, it-terminu “utent aħħari” għandu jkopri l-klijenti aħħarin li jixtru t-tisħin/it-tkessiħ/il-misħun għall-użu proprju tagħhom kif ukoll l-okkupanti tal-unitajiet individwali ta' bini b'aktar minn appartament wieħed jew b'diversi użi fejn dawn l-unitajiet huma fornuti minn sors ċentrali. It-terminu "sottoarloġġi" għandu jirreferi għall-kejl tal-konsum f'unitajiet individwali ta' tali bini. Sal-1 ta' Jannar 2020 arloġġi tas-sħana u allokaturi tal-ispiża tat-tisħin installati ġodda għandhom ikunu jinqraw mill-bogħod biex jiżguraw l-għoti kosteffikaċi u frekwenti tal-informazzjoni dwar il-konsum. L-Artikolu 9a il-ġdid huwa maħsub biex japplika biss għat-tisħin, għat-tkessiħ u għall-misħun fornut minn sors ċentrali.
(14)  Bħala parti mill-miżuri stabbiliti fil-Patt Ġdid għall-Konsumaturi tal-Enerġija tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, fil-kuntest tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Istrateġija dwar it-Tisħin u t-Tkessiħ, id-drittijiet minimi tal-konsumaturi għal informazzjoni preċiża, affidabbli, ċara u fil-ħin dwar il-konsum tal-enerġija tagħhom jeħtieġ li jissaħħu. Filwaqt li l-kejl individwali jenħtieġ li jkompli jkun meħtieġ fejn ikun teknikament fattibbli u kosteffiċjenti f'termini ta' proporzjonalità fir-rigward tal-iffrankar potenzjali tal-enerġija, l-Artikoli 9 sa 11 u l-Anness VII għad-Direttiva 2012/27/UE jenħtieġ li jiġu emendati biex jistipulaw feedback frekwenti u mtejjeb dwar il-konsum tal-enerġija, filwaqt li jitqiesu d-disponibbiltà u l-kapaċitajiet tal-apparat tal-kejl, bil-għan li jiġi ottimizzat l-użu tal-enerġija. L-Istati Membri jenħtieġ li jqisu wkoll li l-implimentazzjoni b'suċċess ta' teknoloġiji ġodda għall-kejl tal-konsum tal-enerġija jirrikjedu investiment imsaħħaħ fl-edukazzjoni u l-ħiliet kemm għall-utenti kif ukoll għall-fornituri tal-enerġija. Jenħtieġ li jiġi ċċarat ukoll li d-drittijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kontijiet u mal-informazzjoni tal-kontijiet u tal-konsum japplikaw għall-konsumaturi tat-tisħin, tat-tkessiħ jew tal-misħun fornut minn sors ċentrali anki meta ma jkollhomx relazzjoni kuntrattwali individwali diretta ma' fornitur tal-enerġija. Għalhekk, għall-finijiet ta' dawn id-dispożizzjonijiet, it-terminu "utent aħħari" minbarra l-klijenti aħħarin li jixtru t-tisħin/it-tkessiħ/il-misħun għall-użu aħħari tagħhom jenħtieġ li jkopri wkoll l-okkupanti tal-unitajiet individwali ta' bini b'aktar minn appartament wieħed jew b'diversi użi fejn dawn l-unitajiet huma fornuti minn sors ċentrali li ma jkollu ebda kuntratt dirett jew individwali mal-fornitur tal-enerġija. It-terminu "sottoarloġġi" għandu jirreferi għall-kejl tal-konsum f'unitajiet individwali ta' tali bini. Sal-1 ta' Jannar 2020 arloġġi tas-sħana u allokaturi tal-ispiża tat-tisħin installati ġodda għandhom ikunu jinqraw mill-bogħod biex jiżguraw l-għoti kosteffikaċi u frekwenti tal-informazzjoni dwar il-konsum. L-Artikolu 9a il-ġdid huwa maħsub biex japplika biss għat-tisħin, għat-tkessiħ u għall-misħun fornut minn sors ċentrali.
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Premessa 14a (ġdida)
(14a)  L-informazzjoni dwar il-kontijiet u r-rendikonti annwali huma mezz importanti li permezz tiegħu jinżammu infurmati l-klijenti. Data dwar il-konsum u l-ispejjeż tista' wkoll twassal informazzjoni oħra li tgħin lill-konsumaturi jqabblu l-kuntratt attwali tagħhom ma' offerti oħra u jirrikorru għand il-ġestjonant tal-ilmenti u tar-riżoluzzjonijiet ta' tilwim. Madankollu, fid-dawl tal-fatt li tilwim relatat mal-kont huwa sors komuni ħafna ta' lmenti mill-konsumaturi, fattur li jikkontribwixxi għal livelli persistentement baxxi ta' sodisfazzjon u ta' involviment tal-konsumaturi fis-settur tal-enerġija, huwa meħtieġ li jsiru kontijiet aktar sempliċi, ċari u eħfef biex jinftiehmu, filwaqt li jiġi żgurat li strumenti separati, pereżempju informazzjoni relatata mal-kontijiet, għodod ta' informazzjoni u dikjarazzjonijiet annwali, jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jirregolaw il-konsum tagħhom tal-enerġija, iqabblu l-offerti u jaqilbu minn fornituri għall-ieħor.
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Premessa 14b (ġdida)
(14b)  Intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva huma dawk li jimpjegaw inqas minn 250 persuna u li l-fatturat annwali tagħhom ma jkunx aktar minn EUR 50 miljun u/jew li t-total tal-karta tal-bilanċ tagħhom ma jkunx aktar minn EUR 43 miljun, bi qbil mal-Artikolu 2(1) tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE1a.
_______________
1a. Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Premessa 15b (ġdida)
(15b)  Iż-żieda tal-effiċjenza fl-enerġija hija riżultat dirett tal-passi li ġejjin fil-proċessi tal-ġenerazzjoni u l-konverżjoni tal-enerġija: il-konverżjoni effiċjenti tal-enerġija primarja f'enerġija finali, it-trażmissjoni effiċjenti ta' din l-enerġija lill-konsumaturi fil-forma ta' elettriku, sħana jew fjuwils, u l-użu ekonomiku tagħha minn utenti finali; l-effett tal-iffrankar fuq is-suq tal-konsumatur jenħtieġ li ma jiġix ikkunsidrat bħala l-uniku objettiv ta' din l-effikaċja, billi dan l-effett jista' jirriżulta minn prezzijiet tal-enerġija mhux favorevoli.
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Premessa 16
(16)  Sabiex jirrifletti l-progress teknoloġiku u s-sehem dejjem jikber tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tal-ġenerazzjoni tal-elettriku, il-koeffiċjent awtomatiku għall-iffrankar f'kWh ta' elettriku għandu jiġi rivedut sabiex jirrifletti t-tibdil fil-fattur tal-enerġija primarja (PEF) għall-elettriku. Il-kalkoli tal-PEF għall-elettriku huma bbażati fuq valuri medji annwali. Il-Metodu tal-kontabilità tal-kontenut tal-enerġija fiżika huwa użat għall-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana nukleari u l-Metodu tal-effiċjenza tal-konverżjoni teknika huwa użat għall-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana minn karburanti fossili u bijomassa. Għall-enerġija rinnovabbli mhux kombustibbli, il-metodu huwa l-ekwivalenti dirett ibbażat fuq l-approċċ tal-Enerġija primarja totali. Biex jiġi kkalkulat is-sehem tal-enerġija primarja għall-elettriku f'CHP, jiġi applikat il-metodu stabbilit fl-Anness II tad-Direttiva 2012/27/UE. Il-pożizzjoni medja tas-suq hija użata pjuttost milli waħda marġinali. L-effiċjenzi tal-konverżjoni huma preżunti li huma 100 % għal rinnovabbli mhux kombustibbli, 10 % għal impjanti ġeotermiċi u 33 % għal impjanti tal-enerġija nukleari. L-effiċjenza totali għall-koġenerazzjoni hija kkalkulata fuq il-bażi tal-aktar dejta riċenti mill-Eurostat. Fir-rigward tal-konfini tas-sistema l-PEF huwa 1 għas-sorsi kollha tal-enerġija. Il-kalkoli huma bbażati fuq l-aktar verżjoni riċenti tax-Xenarju ta' Referenza PRIMES. Il-valur tal-PEF huwa bbażat fuq il-projezzjoni għall-2020. L-analiżi tkopri l-Istati Membri tal-UE u n-Norveġja. Is-sett tad-data għan-Norveġja huwa bbażat fuq id-data tal-ENTSO-E.
(16)  Limitat b'mod strett għall-objettivi ta' din id-Direttiva u jirrifletti l-progress teknoloġiku u s-sehem dejjem jikber tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tal-ġenerazzjoni tal-elettriku f'ċerti Stati Membri, il-koeffiċjent għall-iffrankar f'kWh ta' elettriku f'dawk l-Istati Membri jenħtieġ li jkun analizzat sew u possibbilment jiġi rivedut sabiex jirrifletti t-tibdil fil-fattur tal-enerġija primarja (PEF) għall-elettriku, filwaqt li jirrifletti t-taħlita enerġetika reali tal-Istat Membru rispettiv, permezz ta' metodoloġija komparabbli u trasparenti.
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Premessa 16a (ġdida)
(16a)  Filwaqt li jitqies li l-Kunsill Ewropew, fil-konklużjonijiet tiegħu tal-10 ta' Ġunju 2011 dwar il-Pjan tal-Effiċjenza fl-Enerġija, enfasizza li l-bini jirrappreżenta 40 % tal-konsum tal-enerġija primarja tal-Unjoni, li jirrappreżenta 50 % tal-konsum finali tal-enerġija, u, sabiex ikun possibbli t-tkabbir ekonomiku u jiġi inkoraġġit l-impjieg f'setturi li jirrikjedu kwalifiki speċjali, jiġifieri fis-setturi tal-kostruzzjoni u tal-manifattura tal-prodotti tal-kostruzzjoni, f'attivitajiet professjonali bħall-arkitettura u l-ippjanar urban, u servizzi konsultattivi dwar it-teknoloġiji tat-tisħin u tat-tkessiħ, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu strateġija fit-tul f'dawk l-oqsma li testendi lil hinn mill-2020.
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Premessa 16b (ġdida)
(16b)  Jenħtieġ li jintuża fattur tal-enerġija primarja (PEF) bħala għodda li tnaqqas il-konsum u d-dipendenza fuq il-fjuwils fossili u biex tiżdied l-effiċjenza fl-enerġija kif ukoll l-espansjoni ulterjuri ta' riżorsi tal-enerġija rinnovabbli. F'dan ir-rigward, il-koeffiċjent awtomatiku għall-iffrankar f'kWh ta' elettriku għandu jiġi adattat meta żviluppi teknoloġiċi, ekonomiċi jew soċjali juru l-ħtieġa għal koeffiċjent awtomatiku ta' tnaqqis iktar baxx. Il-Kummissjoni għandha tanalizza u, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva biex temenda l-koeffiċjent awtomatiku tal-PEF sal-2024.
Emenda 40
Proposta għal direttiva
Premessa 17
(17)  Sabiex jiġi żgurat li l-Annessi tad-Direttiva u l-valuri ta' referenza armonizzati għall-effiċjenza msemmija fl-Artikolu 14(10) ikunu jistgħu jiġu aġġornati, jenħtieġ li d-delega tas-setgħat mogħtija tiġi estiża lill-Kummissjoni. .
imħassar
Emenda 41
Proposta għal direttiva
Premessa 18
(18)  Sabiex tkun tista' tiġi evalwata l-effettività tad-Direttiva 2012/27/UE, għandu jiġi introdott rekwiżit għal rieżami ġenerali tad-Direttiva u għal rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-28 ta' Frar 2024.
(18)  Sabiex tkun tista' tiġi evalwata l-effettività tad-Direttiva 2012/27/UE, għandu jiġi introdott rekwiżit għal rieżami ġenerali ta’ dik id-Direttiva u għall-preżentazzjoni ta’ rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-28 ta' Frar 2024. Din id-data se tkun wara bilanċ globali tal-UNFCCC fl-2023 sabiex tippermetti li jiġu introdotti l-allinjamenti meħtieġa għal dak il-proċess, b'kont meħud ukoll tal-iżviluppi ekonomiċi u ta' innovazzjoni.
Emenda 42
Proposta għal direttiva
Premessa 19a (ġdida)
(19a)  L-Istati Membri, li l-PDG per capita tagħhom huwa aktar baxx mill-PDG per capita medju tal-UE, jenħtieġ li jkunu jistgħu jżidu l-konsum tal-enerġija primarja, sakemm il-konverżjoni tagħha f'enerġija finali, it-trażmissjoni u d-distribuzzjoni ulterjuri tagħha, kif ukoll l-iffrankar utli fis-suq tal-konsumatur iqisu żieda sinifikanti tal-effiċjenza fl-enerġija f'kull stadju ta' proċess teknoloġiku li jikkonsisti fil-fluss ta' enerġija primarja rilaxxata.
Emenda 43
Proposta għal direttiva
Premessa 19b (ġdida)
(19b)  L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jingħataw rwol ewlieni fl-iżvilupp u fit-tfassil, l-eżekuzzjoni u l-valutazzjoni tal-miżuri stabbiliti fid-Direttiva, sabiex ikunu kapaċi jindirizzaw il-karatteristiċi speċifiċi tal-klima, il-kultura u s-soċjetà tagħhom.
Emendi 110/rev u 100
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Direttiva 2012/27/UE
Artikolu 1 – paragrafu 1
1.  Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas komuni ta' miżuri li jippromwovu l-effiċjenza fl-enerġija fl-Unjoni sabiex ikun żgurat li jintlaħqu l-miri ewlenin tal-Unjoni għall-effiċjenza fl-enerġija ta' 20 % għall-2020 u l-miri vinkolanti ewlenin tagħha ta' 30 % għall-2030 u sabiex titwitta t-triq għal iktar titjib fl-effiċjenza fl-enerġija lil hinn minn dawk id-dati. Hija tistabbilixxi regoli mfassla sabiex ineħħu l-ostakli fis-suq tal-enerġija u sabiex jegħlbu n-nuqqasijiet tas-swieq li jimpedixxu l-effiċjenza fil-provvista u fl-użu tal-enerġija, u tipprovdi sabiex ikunu stabbiliti miri nazzjonali indikattivi għall-effiċjenza fl-enerġija u l-kontributi għall-2020 u l-2030.;
1.  Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas komuni ta' miżuri li jippromwovu l-effiċjenza fl-enerġija fl-Unjoni, jimplimentaw il-prinċipju tal-"effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel" mal-katini kollha tal-enerġija, inklużi l-ġenerazzjoni, it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni u l-użu aħħari tal-enerġija, sabiex ikun żgurat li jintlaħqu l-miri ewlenin tal-Unjoni għall-effiċjenza fl-enerġija ta' 20 % għall-2020 u l-miri vinkolanti ewlenin tagħha b'minimu ta' 35 % għall-2030 u sabiex titwitta t-triq għal iktar titjib fl-effiċjenza fl-enerġija lil hinn mill-2030, bi qbil mal-miri fuq terminu twil tal-enerġija u l-klima tal-Unjoni għall-2050 u l-Ftehim ta' Pariġi. Hija tistabbilixxi regoli mfassla sabiex ineħħu l-ostakli fis-suq tal-enerġija u sabiex jegħlbu n-nuqqasijiet tas-swieq li jimpedixxu l-effiċjenza fil-provvista u fl-użu tal-enerġija, u tipprovdi sabiex ikunu stabbiliti miri nazzjonali indikattivi għall-effiċjenza fl-enerġija għall-2020 u miri nazzjonali indikattivi għall-effiċjenza fl-enerġija għall-2030;
Emenda 46
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Direttiva 2012/27/UE
Artikolu 1 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Din id-Direttiva tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-prinċipju "l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel" u tiżgura li l-effiċjenza fl-enerġija u r-rispons min-naħa tad-domanda jkunu jistgħu jikkompetu fuq termini ugwali mal-kapaċità ta' ġenerazzjoni. Jenħtieġ li l-effiċjenza fl-enerġija tiġi kkunsidrata fl-ippjanar ta' sistemi tal-enerġija rilevanti jew fejn jittieħdu deċiżjonijiet dwar il-finanzjamenti.
Emenda 47
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Direttiva 2012/27/UE
Artikolu 1 – paragrafu 1b (ġdid)
1b.  Sabiex timmobilizza l-finanzjament privat għall-miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija u r-rinovazzjonijiet tal-enerġija, il-Kummissjoni għandha tibda djalogu kemm mal-istituzzjonijiet pubbliċi kif ukoll dawk privati sabiex tieħu nota tal-mekkaniżmi ta' politika potenzjali. Minħabba l-potenzjal kbir għat-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija fis-settur tal-bini, l-investimenti f'dak is-settur għandhom jitqiesu b'mod partikolari, b'enfażi primarja fuq il-bini residenzjali b'unitajiet domestiċi b'introjtu baxx li jinsabu f'riskju ta' faqar enerġetiku. Barra minn hekk, sabiex l-investimenti fi proġetti tal-effiċjenza fl-enerġija jkunu aktar interessanti u fattibbli finanzjarment għall-investituri, il-Kummissjoni għandha tqis l-opzjonijiet dwar ta' ġbir flimkien ta' proġetti żgħar f'oħrajn kbar. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida lill-Istati Membri dwar kif jiġi stimolat l-investiment privat sal-1 ta' Jannar 2019.
Emenda 51
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2012/27/UE
Artikolu 3 – paragrafi 1, 2 u 3
Artikolu 3
Artikolu 3
Miri għall-effiċjenza fl-enerġija
Miri għall-effiċjenza fl-enerġija
1.  Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi mira indikattiva nazzjonali għall-2020 għall-effiċjenza fl-enerġija, abbażi tal-konsum tal-enerġija primarja jew tal-enerġija finali, l-iffrankar tal-enerġija primarja jew tal-enerġija finali, jew l-intensità tal-enerġija. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk il-miri lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 24(1) u mal-Parti 1 tal-Anness XIV. Meta jagħmlu dan, huma għandhom jesprimu wkoll dawk il-miri f'termini ta' livell assolut ta' konsum primarju tal-enerġija u konsum finali tal-enerġija fl-2020 u għandhom jispjegaw kif, u abbażi ta' liema data, dan ġie kkalkulat.
1.  Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi mira indikattiva nazzjonali għall-2020 għall-effiċjenza fl-enerġija, abbażi tal-konsum tal-enerġija primarja jew tal-enerġija finali, l-iffrankar tal-enerġija primarja jew tal-enerġija finali, jew l-intensità tal-enerġija. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk il-miri lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 24(1) u mal-Parti 1 tal-Anness XIV. Meta jagħmlu dan, huma għandhom jesprimu wkoll dawk il-miri f'termini ta' livell assolut ta' konsum primarju tal-enerġija u konsum finali tal-enerġija fl-2020 u għandhom jispjegaw kif, u abbażi ta' liema data, dan ġie kkalkulat.
Meta jistabbilixxu dawk il-miri, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont:
Meta jistabbilixxu dawk il-miri, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont:
(a)  li l-konsum tal-Unjoni għall-2020 ma jridx ikun aktar minn 1 483 Mtoe ta' enerġija primarja u mhux aktar minn 1 086 Mtoe ta' enerġija finali;
(a)  li l-konsum tal-Unjoni għall-2020 ma jridx ikun aktar minn 1 483 Mtoe ta' enerġija primarja jew mhux aktar minn 1 086 Mtoe ta' enerġija finali;
(b)  tal-miżuri previsti f'din id-Direttiva;
(b)  tal-miżuri previsti f'din id-Direttiva;
(c)  tal-miżuri adottati biex jintlaħqu l-miri nazzjonali tal-iffrankar tal-enerġija adottati skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/32/KE; u
(c)  tal-miżuri adottati biex jintlaħqu l-miri nazzjonali tal-iffrankar tal-enerġija adottati skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/32/KE; u
(d)  ta' miżuri oħrajn biex tiġi promossa l-effiċjenza fl-enerġija fl-Istati Membri u fil-livell tal-Unjoni.
(d)  ta' miżuri oħrajn biex tiġi promossa l-effiċjenza fl-enerġija fl-Istati Membri u fil-livell tal-Unjoni.
Meta jistabbilixxu dawk il-miri, l-Istati Membri jistgħu jqisu wkoll iċ-ċirkostanzi nazzjonali li jaffettwaw il-konsum tal-enerġija primarja, bħal:
Meta jistabbilixxu dawk il-miri, l-Istati Membri jistgħu jqisu wkoll iċ-ċirkostanzi nazzjonali li jaffettwaw il-konsum tal-enerġija primarja, bħal:
(a)  il-potenzjal li fadal biex tiġi ffrankata l-enerġija b'mod kosteffettiv;
(a)  il-potenzjal li fadal biex tiġi ffrankata l-enerġija b'mod kosteffettiv;
(b)  l-evoluzzjoni u l-previżjoni tal-PDG;
(b)  l-evoluzzjoni u l-previżjoni tal-PDG;
(c)  il-bidliet fl-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-enerġija;
(c)  il-bidliet fl-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-enerġija;
(d)  l-iżvilupp tas-sorsi kollha ta' enerġiji rinnovabbli, l-enerġija nukleari, il-ġbir u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju; u
(d)  l-iżvilupp tas-sorsi kollha ta' enerġiji rinnovabbli, l-enerġija nukleari, il-ġbir u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju; u
(e)  azzjoni bikrija.
(e)  azzjoni bikrija.
2.  Sat-30 ta' Ġunju 2014, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-progress miksub u jekk hux probabbli li l-Unjoni tikseb il-konsum tal-enerġija ta' mhux aktar minn 1 483 Mtoe ta' enerġija primarja u mhux aktar minn 1 086 Mtoe ta' enerġija finali fl-2020.
2.  Sat-30 ta' Ġunju 2014, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-progress miksub u jekk hux probabbli li l-Unjoni tikseb il-konsum tal-enerġija ta' mhux aktar minn 1 483 Mtoe ta' enerġija primarja u/jew mhux aktar minn 1 086 Mtoe ta' enerġija finali fl-2020.
3.  Fit-twettiq tar-rieżami msemmi fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha:
3.  Fit-twettiq tar-rieżami msemmi fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha:
(a)  tgħodd il-miri nazzjonali indikattivi għall-effiċjenza fl-enerġija rrapurtati mill-Istati Membri;
(a)  tgħodd il-miri nazzjonali indikattivi għall-effiċjenza fl-enerġija rrapurtati mill-Istati Membri;
(b)  tivvaluta jekk it-total ta' dawk il-miri jistax jiġi kkundirat gwida affidabbli dwar jekk l-Unjoni bis-sħiħ hijiex fit-triq it-tajba, filwaqt li titqies l-evoluzzjoni tal-ewwel rapport annwali skont l-Artikolu 24(1), u l-evalwazzjoni tal-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija f'konformità mal-Artikolu 24(2);
(b)  tivvaluta jekk it-total ta' dawk il-miri jistax jiġi kkunsidrat gwida affidabbli dwar jekk l-Unjoni bis-sħiħ hijiex fit-triq it-tajba, filwaqt li titqies l-evoluzzjoni tal-ewwel rapport annwali skont l-Artikolu 24(1), u l-evalwazzjoni tal-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija f'konformità mal-Artikolu 24(2);
(c)  tqis l-analiżi komplementari li tirriżulta minn:
(c)  tqis l-analiżi komplementari li tirriżulta minn:
(i)  valutazzjoni tal-progress fil-konsum tal-enerġija assolut, u fil-konsum tal-enerġija skont l-attività ekonomika fil-livell tal-Unjoni, inkluż il-progress fl-effiċjenza tal-provvista tal-enerġija fl-Istati Membri li bbażaw il-miri indikattivi tagħhom fuq il-konsum tal-enerġija finali jew l-iffrankar tal-enerġija finali, inkluż il-progress bis-saħħa tal-konformità ta' dawn l-Istati Membri mal-Kapitolu III ta' din id-Direttiva;
(i)  valutazzjoni tal-progress fil-konsum tal-enerġija assolut, u fil-konsum tal-enerġija skont l-attività ekonomika fil-livell tal-Unjoni, inkluż il-progress fl-effiċjenza tal-provvista tal-enerġija fl-Istati Membri li bbażaw il-miri indikattivi tagħhom fuq il-konsum tal-enerġija finali jew l-iffrankar tal-enerġija finali, inkluż il-progress bis-saħħa tal-konformità ta' dawn l-Istati Membri mal-Kapitolu III ta' din id-Direttiva;
(ii)  ir-riżultati mill-eżerċizzji ta' mmudellar relatati max-xejriet futuri fil-konsum tal-enerġija fil-livell tal-Unjoni.
(ii)  ir-riżultati mill-eżerċizzji ta' mmudellar relatati max-xejriet futuri fil-konsum tal-enerġija fil-livell tal-Unjoni.
(d)  tqabbel ir-riżultati skont il-punti (a) sa (c) mal-kwantità tal-konsum tal-enerġija li tkun meħtieġa biex tinkiseb konsum tal-enerġija ta' mhux aktar minn 1 483 Mtoe ta' enerġija primarja u mhux aktar minn 1 086 Mtoe ta' enerġija finali fl-2020.
(d)  tqabbel ir-riżultati skont il-punti (a) sa (c) mal-kwantità tal-konsum tal-enerġija li tkun meħtieġa biex jinkiseb konsum tal-enerġija ta' mhux aktar minn 1 483 Mtoe ta' enerġija primarja u/jew mhux aktar minn 1 086 Mtoe ta' enerġija finali fl-2020.
Emenda 101
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 2
Direttiva 2012/27/UE
Artikolu 3 – paragrafu 4
4.  Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi l-kontribuzzjonijiet indikattivi nazzjonali tal-effiċjenza fl-enerġija lejn il-mira tal-Unjoni għall-2030 imsemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 1 f'konformità mal-Artikoli [4] u [6] tar-Regolament (UE) XX/20XX [il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija]. Meta jistabbilixxu dawk il-kontribuzzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li l-konsum tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030 ma jridx ikun aktar minn 1 321 Mtoe ta' enerġija primarja u mhux aktar minn 987 Mtoe ta' enerġija finali. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dwar dawk il-miri lill-Kummissjoni bħala parti mill-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima f'konformita mal-proċedura skont l-Artikoli [3] u [7] sa [11] tar-Regolament (UE) XX/20XX [il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija].";
4.  Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi l-miri indikattivi nazzjonali tal-effiċjenza fl-enerġija lejn il-mira tal-Unjoni għall-2030 imsemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 1 u f'konformità mal-Artikoli [4] u [6] tar-Regolament (UE) XX/20XX [il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija]. Meta jistabbilixxu dawk il-kontribuzzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li l-konsum tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030 ma jridx ikun aktar minn 1 321 Mtoe ta' enerġija primarja u mhux aktar minn 987 Mtoe ta' enerġija finali. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dwar dawk il-miri lill-Kummissjoni bħala parti mill-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima f'konformita mal-proċedura skont l-Artikoli [3] u [7] sa [11] tar-Regolament (UE) XX/20XX [il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija].";
Emendi 54, 105 u 107
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Direttiva 2012/27/UE
Artikolu 7
Artikolu 7
Artikolu 7
Obbligu tal-iffrankar tal-enerġija
Obbligu tal-iffrankar tal-enerġija
1.  L-Istati Membri għandhom jiksbu ffrankar tal-enerġija kumulattiv fl-użu finali tal-anqas ekwivalenti għal:
1.  L-Istati Membri għandhom jiksbu ffrankar tal-enerġija kumulattiv fl-użu finali tal-anqas ekwivalenti għal:
(a)  iffrankar ġdid kull sena mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020 ta' 1.5 % tal-bejgħ annwali tal-enerġija lill-klijenti aħħarin skont il-volum, fuq medja tal-aktar perjodu ta' tliet snin riċenti qabel l-1 ta' Jannar 2013;
(a)  iffrankar ġdid kull sena mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020 ta' 1,5 % tal-bejgħ annwali tal-enerġija lill-klijenti aħħarin skont il-volum, fuq medja tal-aktar perjodu ta' tliet snin riċenti qabel l-1 ta' Jannar 2013;
(b)  iffrankar ġdid kull sena mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2030 ta' 1.5 % tal-bejgħ annwali tal-enerġija lill-klijenti aħħarin skont il-volum, fuq medja tal-aktar perjodu ta' tliet snin riċenti qabel l-1 ta' Jannar 2019.
(b)  iffrankar ġdid kull sena mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2030 ta' mill-inqas 1,5 % tal-bejgħ annwali tal-enerġija lill-klijenti aħħarin skont il-volum, fuq medja tal-aktar perjodu ta' tliet snin riċenti qabel l-1 ta' Jannar 2019.
L-Istati Membri għandhom ikomplu jiksbu ffrankar annwali ġdid ta' 1.5 % għal perjodi ta' għaxar snin wara l-2030, sakemm l-analiżijiet mill-Kummissjoni sal-2027 u kull 10 snin warajhom jikkonkludu li dan mhux meħtieġ biex jintlaħqu l-miri fit-tul tal-Unjoni dwar l-enerġija u l-klima għall-2050.
L-Istati Membri għandhom ikomplu jiksbu ffrankar annwali ġdid ta' 1,5 % għal perjodi ta' għaxar snin wara l-2030, sakemm l-analiżijiet mill-Kummissjoni sal-2027 u kull 10 snin warajhom jikkonkludu li dan mhux meħtieġ biex jintlaħqu l-miri fit-tul tal-Unjoni dwar l-enerġija u l-klima għall-2050.
Iffrankar f'kull perjodu għandu jibni b'mod kumulattiv fuq l-ammont ta' ffrankar li jrid jinkiseb matul il-perjodu/perjodi preċedenti. Fejn miżuri preċedenti ta' politika, programmi u/jew azzjonijiet individwali m'għadhomx jagħtu aktar iffrankar, it-telf ta' dan l-iffrankar għandu jkun ikkunsidrat meta jiġi kkalkulat l-ammont totali ta' ffrankar li jrid jinkiseb fi tmiem kull perjodu, u t-telf sostitwit b'iffrankar ġdid.
Għall-finijiet tal-punt (b), u mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 2 u 3, l-Istati Membri jistgħu jgħoddu biss dak l-iffrankar tal-enerġija li jirriżulta minn miżuri ġodda ta' politika introdotti wara l-31 ta' Diċembru 2020 jew miżuri ta' politika introdotti matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020 sakemm jista' jintwera li dawk il-miżuri jirriżultaw f'azzjonijiet individwali li jittieħdu wara l-31 ta' Diċembru 2020 u jagħtu l-iffrankar.
Iffrankar rikjest għall-perjodu msemmi fil-punt (b) għandu jkun kumulattiv u addizzjonali għall-iffrankar meħtieġ għall-perjodu msemmi fil-punt (a). Għal dak il-għan, u mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 2 u 3, l-Istati Membri jistgħu jgħoddu l-iffrankar tal-enerġija li jirriżulta minn miżuri ġodda ta' politika introdotti wara l-31 ta' Diċembru 2020 jew qabel sakemm jista' jintwera li dawk il-miżuri jirriżultaw f'azzjonijiet individwali ġodda li jittieħdu wara l-31 ta' Diċembru 2020 u jagħtu ffrankar. L-Istati Membri jistgħu wkoll jgħoddu l-iffrankar minn azzjonijiet individwali li jsiru matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020 sakemm dawn ikomplu jwasslu ffrankar tal-enerġija verifikabbli wara l-2020.
Il-bejgħ tal-enerġija, skont il-volum, użata fit-trasport jista' jiġi parzjalment jew kompletament eskluż minn dawn il-kalkoli.
Għall-finijiet tal-perjodu msemmi fil-punt (a) biss, il-bejgħ tal-enerġija, skont il-volum, użata fit-trasport jista' jiġi parzjalment jew kompletament eskluż minn dawn il-kalkoli. Il-bejgħ tal-enerġija użata fit-trasport għandu jiġi kompletament inkluż fil-kalkoli għall-perjodu msemmi fil-punt(b) u lil hinn.
L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif il-kwantità kkalkulata tal-iffrankar il-ġdid għandha titqassam f'fażijiet fuq kull perjodu msemmija fil-punt(a) u (b) sakemm l-iffrankar kumulattiv totali meħtieġ ikun intleħaq sal-aħħar ta' kull perjodu.
L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif il-kwantità kkalkulata tal-iffrankar il-ġdid għandha titqassam f'fażijiet fuq kull perjodu msemmija fil-punt (a) u (b) sakemm l-iffrankar kumulattiv totali meħtieġ ikun intleħaq sal-aħħar ta' kull perjodu.
2.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, kull Stat Membru jista':
2.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, kull Stat Membru jista':
(a)  jwettaq il-kalkolu metieġ fil-punt (a) tal-paragrafu 1 billi juża valuri ta' 1 % fl-2014 u fl-2015; 1.25 % fl-2016 u fl-2017; u 1.5 % fl-2018, fl-2019 u fl-2020;
(a)  jwettaq il-kalkolu metieġ fil-punt (a) tal-paragrafu 1 billi juża valuri ta' 1 % fl-2014 u fl-2015; 1.25 % fl-2016 u fl-2017; u 1.5 % fl-2018, fl-2019 u fl-2020;
(b)  jeskludi mill-kalkolu parti mill-bejgħ jew il-bejgħ kollu, skont il-volum, tal-enerġija użata f'attivitajiet industrijali elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE;
(b)  jeskludi mill-kalkolu parti mill-bejgħ jew il-bejgħ kollu, skont il-volum, tal-enerġija użata f'attivitajiet industrijali elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE;
(c)  jippermetti li l-iffrankar tal-enerġija miksub fis-setturi tat-trasformazzjoni, id-distribuzzjoni u t-trażmissjoni tal-enerġija, inkluża infrastruttura effiċjenti ta' tisħin u tkessiħ distrettwali, b'riżultat tal-implimentazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 14(4), il-punt (b) tal-Artikolu 14(5) u l-Artikolu 15(1) sa (6) u (9) li għandhom jingħaddu mal-ammont ta' ffrankar tal-enerġija meħtieġ skont il-paragrafu 1;
(c)  jippermetti li l-iffrankar tal-enerġija miksub fis-setturi tat-trasformazzjoni, id-distribuzzjoni u t-trażmissjoni tal-enerġija, inkluża infrastruttura effiċjenti ta' tisħin u tkessiħ distrettwali, b'riżultat tal-implimentazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 14(4), il-punt (b) tal-Artikolu 14(5) u l-Artikolu 15(1) sa (6) u (9) li għandhom jingħaddu mal-ammont ta' ffrankar tal-enerġija meħtieġ skont il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1; u
(d)  jgħodd l-iffrankar tal-enerġija li jirriżulta minn azzjonijiet individwali li għadhom kemm ġew implimentati mill-31 ta' Diċembru 2008 li jkun għad għandu impatt fl-2020 u lil hinn u li jista' jitkejjel u jiġi vverifikat, mal-ammont ta' ffrankar tal-enerġija msemmi fil-paragrafu 1; u
Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.
(e)  jeskludi mill-kalkolu tar-rekwiżit tal-iffrankar tal-enerġija msemmi fil-paragrafu 1 l-ammont verifikabbli tal-enerġija ġġenerata fuq jew fil-bini għal użu proprju b'riżultat ta' miżuri ta' politika li jippromwocu tal-installazzjoni ta' teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli.
3.  L-għażliet kollha magħżula skont il-paragrafu 2 meħuda flimkien iridu jammontaw għal mhux aktar minn 25 % tal-ammont ta' ffrankar tal-enerġija msemmi fil-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom japplikaw u jikkalkolaw l-effett tal-għażliet magħżula għall-perjodi msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 separatament:
3.  L-għażliet kollha magħżula skont il-paragrafu 2 meħuda flimkien iridu jammontaw għal mhux aktar minn 25 % tal-ammont ta' ffrankar tal-enerġija msemmi fil-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom japplikaw u jikkalkolaw l-effett tal-għażliet magħżula għall-perjodi msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 separatament:
(a)  għall-kalkolu tal-ammont ta' ffrankar tal-enerġija meħtieġ għall-perjodu msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 l-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu mill-punti (a), (b), (c), u (d) tal-paragrafu 2;
(a)  għall-kalkolu tal-ammont ta' ffrankar tal-enerġija meħtieġ għall-perjodu msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 l-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu mill-punti (a), (b), (c), u (d) tal-paragrafu 2;
(b)  għall-kalkolu tal-ammont ta' ffrankar tal-enerġija meħtieġ għall-perjodu msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 l-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu mill-punti (b), (c), (d) u (e) tal-paragrafu 2, sakemm l-azzjonijiet individwali fis-sens tal-punt (d) ikomplu jkollhom impatt verifikabbli u li jista' jitkejjel wara l-31 ta' Diċembru 2020.
4.  L-iffrankar tal-enerġija miksub wara l-31 ta' Diċembru 2020 ma jistax jgħodd lejn l-ammont ta' ffrankar kumulattiv meħtieġ għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020.
4.  L-iffrankar tal-enerġija miksub wara l-31 ta' Diċembru 2020 ma jistax jgħodd lejn l-ammont ta' ffrankar kumulattiv meħtieġ għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020.
5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iffrankar li jirriżulta minn miżuri ta' politika msemmija fl-Artikoli 7a u 7b u l-Artikolu 20(6) jiġi kkalkulat skont l-Anness V.
5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iffrankar li jirriżulta minn miżuri ta' politika msemmija fl-Artikoli 7a u 7b u l-Artikolu 20(6) jiġi kkalkulat skont l-Anness V.
6.  L-Istati Membri għandhom jiksbu l-ammont meħtieġ ta' ffrankar skont il-paragrafu 1 billi jistabbilixxu skema tal-obbligi tal-effiċjenza fl-enerġija msemmija fl-Artikolu 7a jew billi jadottaw miżuri alternattivi msemmija fl-Artikolu 7b. L-Istati Membri jistgħu jikkombinaw skema tal-obbligi tal-effiċjenza fl-enerġija ma' miżuri ta' politika alternattivi.
6.  L-Istati Membri għandhom jiksbu l-ammont meħtieġ ta' ffrankar skont il-paragrafu 1 billi jistabbilixxu skema tal-obbligi tal-effiċjenza fl-enerġija msemmija fl-Artikolu 7a jew billi jadottaw miżuri alternattivi msemmija fl-Artikolu 7b. L-Istati Membri jistgħu jikkombinaw skema tal-obbligi tal-effiċjenza fl-enerġija ma' miżuri ta' politika alternattivi.
7.  L-Istati Membri għandhom juru li meta jkun hemm trikkib fl-impatt ta' miżuri ta' politika jew azzjonijiet individwali, ma jsirx għadd doppju ta' ffrankar tal-enerġija.";
7.  L-Istati Membri għandhom juru li meta jkun hemm trikkib fl-impatt ta' miżuri ta' politika jew azzjonijiet individwali, ma jsirx għadd doppju ta' ffrankar tal-enerġija.";
Emenda 55
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva 2012/27/UE
Artikolu 7a – paragrafu 1
1.  Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jissodisfaw l-obbligi tagħhom biex jiksbu l-ammont ta' ffrankar meħtieġ skont l-Artikolu 7 (1) permezz ta' skema tal-obbligi tal-effiċjenza fl-enerġija huma għandhom jiżguraw li l-partijiet obbligati msemmija fil-paragrafu 2 li joperaw fit-territorju ta' kull Stat Membru jiksbu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7(2), ir-rekwiżit tal-iffrankar tal-enerġija kumulattiva fl-użu finali stabbilita fl-Artikolu 7(1).
1.  Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jissodisfaw l-obbligi tagħhom biex jiksbu l-ammont ta' ffrankar meħtieġ skont l-Artikolu 7(1) permezz ta' skema tal-obbligi tal-effiċjenza fl-enerġija huma għandhom jiżguraw li l-partijiet obbligati msemmija fil-paragrafu 2 li joperaw fit-territorju ta' kull Stat Membru jiksbu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7(2), ir-rekwiżit tal-iffrankar tal-enerġija kumulattiva fl-użu finali stabbilita fl-Artikolu 7(1) jew jippermettu lill-partijiet obbligati jikkontribwixxu għall-Fond Nazzjonali għall-Effiċjenza Enerġetika skont l-Artikolu 20(6).
Emenda 56
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva 2012/27/UE
Artikolu 7a – paragrafu 2
2.  L-Istati Membri għandhom jinnominaw, abbażi ta' kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji, partijiet obbligati fost id-distributuri tal-enerġija u/jew 'kumpanniji li jbigħu l-enerġija fil-livell tal-konsum li joperaw fit-territorju tiegħu u dawn jistgħu jinkludu distributuri tal-karburant għat-trasport jew bejjiegħa fil-livell tal-konsum tal-karburant għat-trasport li joperaw fit-territorju tiegħu. L-ammont ta' ffrankar tal-enerġija meħtieġ biex jiġi ssodisfat l-obbligu għandu jinkiseb mill-partijiet obbligati fost il-klijenti aħħarin, nominati mill-Istat Membru, indipendentement mill-kalkolu magħmul fl-Artikolu 7(1), jew, jekk l-Istati Membri jiddeċiedu hekk, permezz ta' ffrankar iċċertifikat li jkun ġej minn partijiet oħra kif deskritt fil-punt (b) tal-paragrafu 5.
2.  L-Istati Membri għandhom jinnominaw, abbażi ta' kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji, partijiet obbligati fost id-distributuri tal-enerġija, 'kumpanniji li jbigħu l-enerġija fil-livell tal-konsum u distributuri tal-karburant għat-trasport jew bejjiegħa fil-livell tal-konsum tal-karburant għat-trasport li joperaw fit-territorju tagħhom. L-ammont ta' ffrankar tal-enerġija meħtieġ biex jiġi ssodisfat l-obbligu għandu jinkiseb mill-partijiet obbligati fost il-klijenti aħħarin, nominati mill-Istat Membru, indipendentement mill-kalkolu magħmul fl-Artikolu 7(1), jew, jekk l-Istati Membri jiddeċiedu hekk, permezz ta' ffrankar iċċertifikat li jkun ġej minn partijiet oħra kif deskritt fil-punt (b) tal-paragrafu 5.
Emenda 57
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva 2012/27/UE
Artikolu 7a – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Fejn kumpanniji tal-bejgħ tal-enerġija fil-livell tal-konsum ikunu nnominati bħala partijiet obbligati skont il-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li waqt li qed jissodisfaw l-obbligu tagħhom, kumpanniji tal-bejgħ tal-enerġija fil-livell tal-konsum ma joħolqu l-ebda xkiel biex il-konsumaturi jaqilbu minn fornitur għal ieħor.
Emenda 59
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva 2012/27/UE
Artikolu 7a – paragrafu 5 – punt b
(b)  jistgħu jħallu lill-partijiet obbligati jgħoddu mal-obbligu tagħhom l-iffrankar tal-enerġija ċċertifikat miksub minn fornituri ta' servizzi ta' enerġija jew partijiet terzi oħrajn inkluż meta partijiet obbligati jippromwovu miżuri permezz ta' korpi oħrajn approvati mill-Istat jew permezz ta' awtoritajiet pubbliċi li jistgħu jkunu jinvolvu jew ma jinvolvux sħubijiet formali u jistgħu jkunu kkombinati ma' sorsi oħra ta' finanzjament. Fejn l-Istati Membri jippermettu dan, huma għandhom jiżguraw li jkun stabbilit proċess ta' approvazzjoni li jkun ċar, trasparenti u miftuħ għall-atturi kollha tas-suq, u jkollu l-għan li jimminimizza l-ispejjeż taċ-ċertifikazzjoni;
(b)  jistgħu jħallu lill-partijiet obbligati jgħoddu mal-obbligu tagħhom l-iffrankar tal-enerġija ċċertifikat miksub minn fornituri ta' servizzi ta' enerġija jew partijiet terzi oħrajn inkluż meta partijiet obbligati jippromwovu miżuri permezz ta' korpi oħrajn approvati mill-Istat jew permezz ta' awtoritajiet pubbliċi li jistgħu jkunu jinvolvu jew ma jinvolvux sħubijiet formali u jistgħu jkunu kkombinati ma' sorsi oħra ta' finanzjament. Fejn l-Istati Membri jippermettu dan, huma għandhom jiżguraw li jkun stabbilit proċess ta' approvazzjoni akkreditat li jkun ċar, trasparenti, parteċipattiv u miftuħ għall-atturi kollha tas-suq, u jkollu l-għan li jimminimizza l-ispejjeż taċ-ċertifikazzjoni;
Emenda 60
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva 2012/27/UE
Artikolu 7a – paragrafu 5 – punt ca (ġdid)
(ca)  jippermettu ffrankar addizzjonali miksub permezz ta' teknoloġiji aktar sostenibbli fis-sistemi tat-tisħin u tat-tkessiħ distrettwali f'ambjenti urbani (li jwasslu wkoll għal tnaqqis ta' sustanzi niġġiesa u partikoli) li għandhom jingħaddu mal-ammont ta' ffrankar tal-enerġija rikjest skont il-paragrafu 1;
Emenda 61
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva 2012/27/UE
Artikolu 7a – paragrafu 5 – punt cb (ġdid)
(cb)  jippromwovu l-adozzjoni ta' miżuri li jindirizzaw il-potenzjal tat-tisħin u t-tkessiħ għall-iffrankar tal-enerġija, li possibbilment jipprovdu benefiċċji addizzjonali għal interventi li jirriżultaw fi tnaqqis ta' tniġġis;
Emenda 62
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva 2012/27/UE
Artikolu 7a – paragrafu 5 – punt cc (ġdid)
(cc)  jistabbilixxu strumenti li jiċċertifikaw l-iffrankar tal-enerġija li jirriżulta mill-verifiki tal-enerġija jew minn sistemi ta' ġestjoni tal-enerġija ekwivalenti msemmija fl-Artikolu 8 biex jgħoddu dak l-iffrankar mal-ammont ta' ffrankar tal-enerġija rikjest skont il-paragrafu 1;
Emenda 63
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva 2012/27/UE
Artikolu 7a – paragrafu 5 – punt cd (ġdid)
(cd)  jistgħu jippermettu li l-partijiet obbligati jgħoddu mal-obbligu tagħhom l-iffrankar tal-enerġija fl-użu finali miksub f'infrastruttura effiċjenti għat-tisħin u t-tkessiħ;
Emenda 65
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva 2012/27/UE
Artikolu 7a – paragrafu 5 – punt cf (ġdid)
(cf)  għandhom jivvalutaw u jieħdu miżuri biex inaqqsu l-impatt ta' spejjeż diretti u indiretti ta' skemi bħal dawn fuq il-kompetittività tal-industriji li jużaw ħafna enerġija u li huma esposti għall-kompetizzjoni internazzjonali.
Emenda 66
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva 2012/27/UE
Artikolu 7a – paragrafu 6a (ġdid)
6a.  Bħala parti mill-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar miżuri ta' politika maħsuba tagħhom skont il-punt (c) tal-Artikolu 7(2). L-impatt ta' dawn il-miżuri għandu jiġi kkalkolati u inkluż f'dawk il-pjanijiet. Il-kalkolu użat mill-Istati Membri għandu jkun ibbażat fuq kriterji oġġettivi, mhux diskriminatorji, li għandhom jitfasslu f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni, sa l-1 ta' Jannar 2019.
Emenda 67
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva 2012/27/UE
Artikolu 7b – paragrafu 1
1.  Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jissodisfaw l-obbligi tagħhom biex jiksbu l-iffrankar skont l-Artikolu 7(1) permezz ta' miżuri ta' politika alternattivi huma għandhom jiżguraw li l-iffrankar tal-enerġija meħtieġ skont l-Artikolu 7(1) jinkiseb fost il-klijenti aħħarin.
1.  Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jissodisfaw l-obbligi tagħhom biex jiksbu l-iffrankar skont l-Artikolu 7(1) permezz ta' miżuri ta' politika alternattivi huma għandhom jiżguraw li l-iffrankar tal-enerġija meħtieġ skont l-Artikolu 7(1) jinkiseb kompletament fost il-klijenti aħħarin.
Emenda 68
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva 2012/27/UE
Artikolu 7b – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Barra minn hekk, l-opportunitajiet kollha biex tiżdied l-effiċjenza enerġetika, inkluż bi prestazzjoni ogħla tal-fjuwil użat għat-trasport għandhom ikunu eliġibbli għar-rekwiżit tal-iffrankar kumulattiv tal-użu aħħari tal-enerġija rikjest mill-Artikolu 7(1).
Emenda 69
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva 2012/27/UE
Artikolu 7b – paragrafu 2
2.  Fit-tfassil tal-miżuri ta' politika alternattivi biex jinkiseb l-iffrankar tal-enerġija, l-Istati Membri għandhom iqisu l-effett fuq l-unitajiet domestiċi affettwati mill-faqar enerġetiku.
2.  Fit-tfassil tal-miżuri ta' politika alternattivi biex jinkiseb l-iffrankar tal-enerġija, l-Istati Membri għandhom iqisu l-effett fuq l-unitajiet domestiċi b'introjtu baxx inklużi dawk affettwati mill-faqar enerġetiku u jiżguraw li dawn il-miżuri jiġu implimentati bħala prijorità f'dawk l-unitajiet domestiċi u fl-akkomodazzjoni soċjali.
L-Istati Membri għandhom jikkalkolaw l-ammont ta' ffrankar miksub f'unitajiet domestiċi kif imqabbla mal-ammont totali ta' ffrankar miksub fl-unitajiet domestiċi kollha skont dan l-Artikolu.
Dan l-iffrankar għandu jiġi ppubblikat u inkluż fir-rapporti nazzjonali integrati ta' progress dwar l-enerġija u l-klima skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) XX/20XX [Il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija].
Emenda 70
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)
Direttiva 2012/27/UE
Artikolu 7c (ġdid)
(4a)  Jiddaħħal l-artikolu li ġej:
"Artikolu 7c
Forniment ta' servizzi ta' effiċjenza enerġetika
Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, għandha tiżgura li jkunu pprovduti servizzi fis-suq tal-effiċjenza enerġetika f'kuntest ta' kompetizzjoni trasparenti sabiex tippermetti li l-konsumatur aħħari jgawdi l-benefiċċji, f'termini ta' spejjeż aktar baxxi u kwalità ta' servizz aħjar, assoċjati ma' miżuri ta' effiċjenza enerġetika. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li n-negozji, b'mod partikolari l-SMEs, ikollhom aċċess mhux diskriminatorju għas-suq tas-servizzi tal-effiċjenza enerġetika, biex b'hekk ikunu jistgħu jipparteċipaw fuq termini ugwali ma' operaturi integrati vertikalment u jegħlbu l-pożizzjonijiet ta' vantaġġ kompetittiv stabbilit għal distributuri jew bejjiegħa tal-enerġija. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jadottaw kull azzjoni meħtieġa biex jiżguraw li l-operaturi integrati joffru lill-partijiet terzi l-istess kundizzjonijiet u mezzi li huma jimpjegaw biex jipprovdu servizzi tal-effiċjenza enerġetika."
Emenda 71
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b
Direttiva 2012/27/UE
Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa fejn huwa teknikament possibbli, raġonevoli mil-lat finanzjarju u proporzjonat fir-rigward tal-iffrankar potenzjali tal-enerġija, il-klijenti aħħarin tal-gass naturali jingħataw arloġġi individwali bi prezz kompettitiv li jirriflettu b'mod preċiż il-konsum proprju ta' enerġija tal-klijent aħħari u li jagħtu informazzjoni dwar il-ħin reali tal-użu.;
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa fejn huwa teknikament possibbli, raġonevoli mil-lat finanzjarju u proporzjonat fir-rigward tal-iffrankar potenzjali tal-enerġija, il-klijenti aħħarin tal-gass naturali jingħataw, fir-rigward ta' teknoloġija u funzjonalità magħżula, arloġġi individwali u kontrolli tat-tisħin bi prezz kompettitiv li jirriflettu b'mod preċiż il-konsum proprju ta' enerġija tal-klijent aħħari u li jagħtu informazzjoni dwar il-ħin reali tal-użu u karatteristiċi oħra, kif applikabbli bi qbil mad-dispożizzjonijiet relatati mal-kejl tal-elettriku fl-Artikoli 19 sa 22 tad-Direttiva (UE) .../... [dwar regoli komuni għas-suq intern fl-elettriku (tfassil mill-ġdid)].
Emenda 72
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt c – punt -iia (ġdid)
Direttiva 2012/27/UE
Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)
Is-sistema tal-kejl intelliġenti għandha tipprovdi lill-konsumatur aħħari b'aċċess għad-data dwar il-konsum tal-enerġija tiegħu u s-serje kronoloġika fil-perjodi tas-saldu tas-suq.
Emenda 73
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt d
Direttiva 2012/27/UE
Artikolu 9 – paragrafu 3
(d)  il-paragrafu 3 jitħassar;
(d)  il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:
‘3. Fir-rigward tal-format tad-data u l-funzjonalitajiet, id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu allinjati mal-Artikoli 18 sa 21 tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a sa fejn dan ikun xieraq. Data tal-konsumatur għandha tiġi ttrattata skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1b. Il-klijenti aħħarin m'għandhom jintalbu l-ebda ħlas għal kostijiet għall-aċċess għad-data tagħhom f'format li jkun utli għalihom.
__________________
1a. Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55).
1b Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament dwar il-Protezzjoni tad-Data Ġenerali) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).’
Emenda 74
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Direttiva 2012/27/UE
Artikolu 9a
Artikolu 9a
Artikolu 9a
Arloġġi, sottoarloġġi u allokazzjoni tal-ispiża għat-tisħin u t-tkessiħ u għall-misħun domestiku
Arloġġi, sottoarloġġi u allokazzjoni tal-ispiża għat-tisħin u t-tkessiħ u għall-misħun domestiku
1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti aħħarin tat-tisħin u tat-tkessiħ distrettwali u tal-misħun domestiku jingħataw arloġġi bi prezz kompetittiv li jirriflettu b'mod preċiż il-konsum finali reali ta' enerġija mill-klijent.
1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti aħħarin tat-tisħin u tat-tkessiħ distrettwali u tal-misħun domestiku jingħataw arloġġi bi prezz kompetittiv li jirriflettu b'mod preċiż il-konsum finali reali ta' enerġija mill-klijent.
Fejn it-tisħin u t-tkessiħ jew il-misħun ikunu pprovduti lil bini minn sors ċentrali li jaqdi għadd ta' bini jew minn netwerk ta' tisħin u tkessiħ distrettwali, għandu dejjem jiġi installat arloġġ tas-sħana jew tal-misħun fejn isir l-iskambju tas-sħana jew fil-punt ta' konsenja.
Fejn it-tisħin, it-tkessiħ jew il-misħun ikunu pprovduti lil bini minn sors ċentrali li jaqdi għadd ta' bini jew minn netwerk ta' tisħin jew tkessiħ distrettwali, għandu jiġi installat arloġġ fejn isir l-iskambju tas-sħana jew fil-punt ta' konsenja.
2.  F'binjiet b'aktar minn appartament wieħed u b'diversi użi b'sors ċentrali ta' tisħin jew tkessiħ jew fornuti minn sistemi ta' tisħin u tkessiħ distrettwali, għandhom jiġu installati arloġġi individwali biex ikejlu l-konsum tat-tisħin jew tat-tkessiħ jew tal-misħun għal kull unità tal-bini.
2.  F'binjiet b'aktar minn appartament wieħed u b'diversi użi b'sors ċentrali ta' tisħin jew tkessiħ jew fornuti minn sistemi ta' tisħin u tkessiħ distrettwali, għandhom jiġu installati arloġġi individwali biex ikejlu l-konsum tat-tisħin jew tat-tkessiħ jew tal-misħun għal kull unità tal-bini, fejn teknikament fattibbli u kosteffikaċi f'termini li jkun proporzjonali fir-rigward tal-iffrankar ta' enerġija potenzjali.
Fejn l-użu ta' arloġġi individwali ma jkunx teknikament fattibbli jew fejn ma jkunx kosteffiċjenti li jitkejlu t-tisħin u t-tkessiħ f'kull unità ta' bini, għandhom jintużaw allokaturi individwali tal-ispiża tat-tisħin biex jitkejjel il-konsum tat-tisħin f'kull radjatur dment li l-Istat Membru inkwistjoni ma jurix li l-installazzjoni ta' tali allokaturi tal-ispiża tat-tisħin ma tkunx kosteffiċjenti. F'dawk il-każijiet, jistgħu jiġu kkunsidrati metodi kosteffiċjenti alternattivi ta' kejl tal-konsum tas-sħana. Il-kundizzjonijiet tan-nuqqas ta' fattibbiltà teknika u tan-nuqqas ta; kosteffettività għandhom jiġu stabbiliti b'mod ċar u ppubblikati minn kull Stat Membru.
Fejn l-użu ta' arloġġi individwali ma jkunx teknikament fattibbli jew fejn ma jkunx kosteffiċjenti li jitkejlu t-tisħin u t-tkessiħ f'kull unità ta' bini, għandhom jintużaw allokaturi individwali tal-ispiża tat-tisħin biex jitkejjel il-konsum tat-tisħin f'kull radjatur dment li l-Istat Membru inkwistjoni ma jurix li l-installazzjoni ta' tali allokaturi tal-ispiża tat-tisħin ma tkunx kosteffiċjenti. F'dawk il-każijiet, jistgħu jiġu kkunsidrati metodi kosteffiċjenti alternattivi ta' kejl tal-konsum tas-sħana. Wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, il-kriterji, il-metodoloġiji u/jew il-proċeduri ġenerali li jiddeterminaw in-nuqqas ta' fattibbiltà teknika u tan-nuqqas ta' kosteffettività għandhom jiġu stabbiliti b'mod ċar u ppubblikati minn kull Stat Membru.
F'bini ġdid tat-tip imsemmi fl-ewwel subparagrafu jew meta bini bħal dan jiġi rinnovat drastikament, kif stabbilit fid-Direttiva 2010/31/UE, għandhom dejjem jingħataw arloġġi individwali.
F'bini ġdid b'aktar minn appartament wieħed u fil-parti residenzjali ta' bini ġdid b'diversi użi, fejn dawn ikollhom sors ċentrali ta' tisħin għall-ilma sħun jew huma fornuti minn sistemi ta' tisħin distrettwali, arloġġi individwali għandhom, minkejja l-ewwel u t-tieni subparagrafi, jiġu provduti għall-ilma sħun.
3.  Fejn binjiet b'aktar minn appartament wieħed u b'diversi użi huma moqdija minn tisħin jew tkessiħ distrettwali, jew fejn is-sistemi komuni tagħhom ta' tisħin jew tkessiħ għal tali bini jkunu prevalenti, l-Istati Membri għandhom jintroduċu regoli trasparenti dwar l-allokazzjoni tal-ispiża tat-tisħin, it-tkessiħ u l-konsum tal-misħun f'tali bini biex tiġi żgurata t-trasparenza u l-preċiżjoni tal-kontijiet tal-konsum individwali inkluż:
3.  Fejn binjiet b'aktar minn appartament wieħed u b'diversi użi huma moqdija minn tisħin jew tkessiħ distrettwali, jew fejn is-sistemi komuni tagħhom ta' tisħin jew tkessiħ għal tali bini jkunu prevalenti, l-Istati Membri għandhom jintroduċu regoli trasparenti dwar l-allokazzjoni tal-ispiża tat-tisħin, it-tkessiħ u l-konsum tal-misħun f'tali bini biex tiġi żgurata t-trasparenza u l-preċiżjoni tal-kontijiet tal-konsum individwali inkluż:
(a)  misħun għall-ħtiġijiet domestiċi;
(a)  misħun għall-ħtiġijiet domestiċi;
(b)  sħana mormija mill-installazzjoni tal-bini u għall-iskop tat-tisħin taż-żoni komuni (fejn it-taraġ u l-kurituri jkunu mgħammra b'radjaturi);
(b)  sħana mormija mill-installazzjoni tal-bini u għall-iskop tat-tisħin taż-żoni komuni (fejn it-taraġ u l-kurituri jkunu mgħammra b'radjaturi);
(c)  għall-iskop tat-tisħin jew it-tkessiħ ta' appartamenti.
(c)  għall-iskop tat-tisħin jew it-tkessiħ ta' appartamenti.
4.  Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, mill-1 ta' Jannar 2020 l-arloġġi u l-allokaturi tal-ispiża installati għandhom ikunu apparati li jinqraw mill-bogħod.
4.  Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, mill-1 ta' Jannar 2020 l-arloġġi u l-allokaturi tal-ispiża tat-tisħin installati reċentement għandhom ikunu apparati li jinqraw mill-bogħod. Il-kundizzjonijiet rigward il-fattibilità teknika u l-kosteffettività stipulati fl-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-paragrafi 2 għandhom jibqgħu japplikaw.
L-arloġġi u l-allokaturi tal-ispiża li diġà ġew installati imma li ma jinqrawx mill-bogħod għandhom jiġu pprovduti b'din il-kapaċità jew jiġu ssostitwiti b'apparati li jinqraw mill-bogħod sal-1 ta' Jannar 2027, ħlief fejn l-Istat Membru inkwistjoni juri li dan mhuwiex kosteffiċjenti.;
L-arloġġi u l-allokaturi tal-ispiża tat-tisħin li diġà ġew installati imma li ma jinqrawx mill-bogħod għandhom jiġu pprovduti b'din il-kapaċità jew jiġu ssostitwiti b'apparati li jinqraw mill-bogħod sal-1 ta' Jannar 2027, ħlief fejn l-Istat Membru inkwistjoni juri li dan mhuwiex kosteffiċjenti.;
Emenda 75
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt b
Direttiva 2012/27/UE
Artikolu 10 – paragrafu 1
1.  Meta l-klijenti aħħarin ma jkollhomx l-arloġġi intelliġenti kif imsemmi fid-Direttiva 2009/73/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw, sal-31 ta' Diċembru 2014, li l-informazzjoni dwar il-kontijiet tkun preċiża u bbażata fuq il-konsum proprju, f'konformità mal-punt 1.1 tal-Anness VII, għall-gass, fejn dan ikun teknikament possibbli u ekonomikament iġġustifikat.
1.  Meta l-klijenti aħħarin ma jkollhomx l-arloġġi intelliġenti kif imsemmi fid-Direttiva 2009/73/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw, sal-31 ta' Diċembru 2014, li l-informazzjoni dwar il-kontijiet tkun affidabbli, preċiża u bbażata fuq il-konsum proprju, f'konformità mal-punt 1.1 tal-Anness VII, għall-gass, fejn dan ikun teknikament possibbli u ekonomikament iġġustifikat.
Emenda 76
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt c
Direttiva 2012/27/UE
Artikolu 10 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
L-arloġġi installati skont id-Direttiva 2009/73/KE għandhom jippermettu informazzjoni preċiża dwar kontijiet ibbażata fuq il-konsum effettiv. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti aħħarin ikollhom il-possibbiltà ta' aċċess faċli għal informazzjoni komplementari dwar il-konsum storiku li jippermettu verifiki dettaljati minnhom stess.
L-arloġġi installati skont id-Direttiva 2009/73/KE għandhom jipprovdu informazzjoni preċiża dwar kontijiet ibbażata fuq il-konsum effettiv. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti aħħarin ikollhom il-possibbiltà ta' aċċess faċli għal informazzjoni komplementari dwar il-konsum storiku li jippermettu verifiki dettaljati minnhom stess.
Emenda 77
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8
Direttiva 2012/27/UE
“Artikolu 10a
Artikolu 10a
Artikolu 10a
Informazzjoni dwar il-kontijiet u l-konsum għat-tisħin u t-tkessiħ u għall-misħun domestiku
Informazzjoni dwar il-kontijiet u l-konsum għat-tisħin u t-tkessiħ u għall-misħun domestiku
1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-kontijiet u l-konsum hija preċiża u bbażata fuq il-konsum reali, skont il-punti 1 u 2 tal-Anness VIIa għall-utenti aħħarin kollha fejn hemm installati l-arloġġi jew l-allokaturi tal-ispiża.
1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn l-arloġġi jew l-allokaturi tal-ispiża tat-tisħin ikunu installati, il-kontijiet u l-informazzjoni dwar il-konsum ikunu affidabbli, preċiżi u bbażati fuq il-konsum reali jew fuq il-qari tal-allokaturi tal-ispiża tas-sħana, skont il-punti 1 u 2 tal-Anness VIIa għall-utenti aħħarin kollha, jiġifieri għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jixtru t-tisħin, it-tkessiħ jew l-ilma sħun għall-użu proprju tagħhom, jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jokkupaw bini individwali jew unità f'bini b'aktar minn appartament wieħed jew f'bini b'diversi użi fornut b'tisħin, tkessiħ jew ilma sħun minn sors ċentrali li ma għandu ebda kuntratt dirett jew individwali mal-fornitur tal-enerġija.
Dan l-obbligu jista', ħlief fil-każ ta' konsum b'sottoarloġġi skont l-Artikolu 9a(2), jiġi ssodisfat minn sistema ta' qari regolari tal-konsum proprju mill-klijent aħħari li permezz tiegħu huma jikkomunikaw il-qari mill-arloġġ tagħhom lill-fornitur tal-enerġija. Biss f'każijiet meta l-klijent aħħari ma jkunx ipprovda qari mill-arloġġ għal perjodu partikolari ta' kontijiet, il-kontijiet għandhom ikunu bbażati fuq konsum stmat jew rata fissa.
Dan l-obbligu jista', fejn Stat Membru jipprevedi għal dan, u ħlief fil-każ ta' konsum b'sottoarloġġi ibbażat fuq allokaturi tal-ispiża tas-sħana skont l-Artikolu 9a(2), jiġi ssodisfat minn sistema ta' qari proprju regolari tal-konsum mill-klijent aħħari jew mill-utent aħħari li permezz tiegħu huma jikkomunikaw il-qari mill-arloġġ tagħhom. Biss f'każijiet meta l-klijent aħħari jew l-utent aħħari ma jkunx ipprovda qari mill-arloġġ għal perjodu partikolari ta' kontijiet, il-kontijiet għandhom ikunu bbażati fuq konsum stmat jew rata fissa.
2.  L-Istati Membri:
2.  L-Istati Membri:
(a)  għandhom jirrikjedu li, jekk l-informazzjoni dwar il-kontijiet tal-enerġija u l-konsum storiku tal-utenti aħħarin tkun disponibbli, din issir disponibbli, għal fornitur ta' servizz ta' enerġija magħżul minn utent aħħari;
(a)  għandhom jirrikjedu li, jekk l-informazzjoni dwar il-kontijiet tal-enerġija u l-konsum storiku jew il-qari tal-allokatur tal-ispiża tas-sħana tal-utenti aħħarin tkun disponibbli, din issir disponibbli fuq talba mill-utent aħħari, għal fornitur ta' servizz tal-enerġija magħżul mill-utent aħħari;
(b)  għandhom jiżguraw li l-klijenti aħħarin jkun offrut l-għażla ta' informazzjoni dwar il-kontijiet u kontijiet elettroniċi u li jirċievi, fuq talba, spjegazzjoni ċara u li tiftiehem ta' kif il-kont tiegħu nħadem, speċjalment fejn il-kontijiet ma jkunux ibbażati fuq il-konsum reali;
(b)  għandhom jiżguraw li l-klijenti aħħarin ikunu offruti l-għażla ta' informazzjoni dwar il-kontijiet u kontijiet elettroniċi;
(c)  għandom jiżguraw li informazzjoni xierqa tingħata mal-kont ibbażat fuq il-konsum reali lill-utentiaħħarin kollha skont il-punt 3 tal-Anness VII;
(c)  għandom jiżguraw li informazzjoni ċara u li tinftiehem tingħata mal-kont lill-utenti aħħarin kollha skont il-punt 3 tal-Anness VIIa;
(d)  jistgħu jipprovdu li, fuq talba tal-klijent aħħari, l-għoti ta' informazzjoni dwar il-kontijiet ma jkollhiex titqies li tikkostitwixxi talba għall-ħlas. F'dawn il-każijiet, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu offruti arranġamenti flessibbli għall-ħlas reali;
(d)  jistgħu jipprovdu li, fuq talba tal-klijent aħħari, l-għoti ta' informazzjoni dwar il-kontijiet ma jkollhiex titqies li tikkostitwixxi talba għall-ħlas. F'dawn il-każijiet, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu offruti arranġamenti flessibbli għall-ħlas reali;
(da)  għandhom jippromwovu ċ-ċibersigurtà u jiżguraw il-privatezza u l-protezzjoni tad-data tal-utenti aħħarin f'konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni.
2a.  L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu min għandu jkun responsabbli biex jipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 lill-utenti aħħarin li ma jkollhom ebda kuntratt dirett jew individwali ma' fornitur tal-enerġija.
Emenda 78
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 – punt -a (ġdid)
Direttiva 2012/27/UE
Artikolu 15 – paragrafu 4 – subparagrafu 1a (ġdid)
(-a)  fil-paragrafu 4, jiżdied is-subparagrafu li ġej:
"Għandha tiġi stabbilita metodoloġija komuni mill-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, sabiex l-operaturi tan-netwerks ikunu inkoraġġiti jnaqqsu t-telf, jimplimentaw programm ta' investiment fl-infrastruttura li jkun effettiv mil-lat ta' spejjeż tal-enerġija u li jikkunsidra sew l-effiċjenza enerġetika u l-flessibbiltà tan-netwerk. Il-Kummissjoni għandha, sa... [12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], tadotta att delegat skont l-Artikolu 23 li jissupplimenta din id-Direttiva billi jispeċifika dik il-metodoloġija."
Emenda 79
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 – punt a – punt ii
Direttiva 2012/27/UE
Artikolu 15 – paragrafu 5 – subparagrafu 3
L-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni u l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness XII.;
L-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni u l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni għandhom jieħdu kont tal-ħtieġa li jiżguraw il-kontinwità fil-provvista ta' tisħin meta jagħmlu konnessjoni, filwaqt li jiggarantixxu aċċess għan-netwerk u jibagħtu koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja, u għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness XII.
Emenda 80
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11a (ġdid)
Direttiva 2012/27/UE
Artikolu 19a (ġdid)
(11a)  Jiddaħħal l-artikolu li ġej:
"Artikolu 19a
Il-finanzjament tal-effiċjenza fl-enerġija minn banek Ewropej
Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) għandhom jadattaw l-objettivi ta' politika tagħhom bil-għan li jirrikonoxxu l-effiċjenza fl-enerġija bħala sors tal-enerġija minnu nnifsu u investimenti fl-effiċjenza fl-enerġija bħala parti mill-portafoll tal-investiment fl-infrastruttura tagħhom.
Il-BEI u l-BERŻ għandhom, flimkien mal-banek promozzjonali nazzjonali, jiddisinjaw, jiġġeneraw u jiffinanzjaw programmi u proġetti mfassla għas-settur tal-effiċjenza, inkluż għal unitajiet domestiċi f'sitwazzjoni ta' faqar enerġetiku.
L-Istati Membri għandhom jagħmlu użu sħiħ mill-possibbiltajiet u l-għodod proposti mill-Inizjattiva Finanzjament Intelliġenti għal Bini Intelliġenti."
Emenda 82
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12 a (ġdid)
Direttiva 2012/27/UE
Artikolu 23 – paragrafu 3a (ġdid)
(12a)   Fl-Artikolu 23, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
“3a. Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti magħżula minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.”
Emenda 83
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12 b (ġdid)
Direttiva 2012/27/UE
Artikolu 24 – paragrafu 4a (ġdid)
(12b)   Fl-Artikolu 24, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
“4a. Fil-kuntest ta' rapport dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar il-funzjonament tas-suq tal-karbonju skont l-Artikolu 29(1) u (2)(c) tar-Regolament (UE) XX/20XX [Il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija], filwaqt li jitqiesu l-effetti tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.”
Emenda 84
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13
Direttiva 2012/27/UE
Artikolu 24 – paragrafu 12
12.  Il-Kummissjoni għandha tevalwa din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-28 ta' Frar 2024, u kull ħames snin minn dik id-data 'l quddiem, u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk ikun xieraq, minn proposti għal aktar miżuri.;
12.  Il-Kummissjoni għandha tevalwa din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-28 ta' Frar 2024, u kull ħames snin minn dik id-data 'l quddiem, u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta l-effikaċja ġenerali ta' din id-Direttiva u l-ħtieġa li tiġi aġġustata l-politika tal-effiċjenza fl-enerġija tal-Unjoni skont l-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi, l-iżviluppi ekonomiċi u ta' innovazzjoni. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk ikun xieraq, minn proposti għal aktar miżuri.
Emenda 85
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13 a (ġdid)
Direttiva 2012/27/UE
Artikolu 24 – paragrafu 12a (ġdid)
(13a)   Fl-Artikolu 24, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
“12a. Sal-31 ta' Diċembru 2019, il-Kummissjoni għandha twettaq analiżi fil-fond separata tal-potenzjal tal-effiċjenza fl-enerġija relatat ma’:
(a)  l-konverżjoni u t-trasformazzjoni tal-enerġija;
(b)  t-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-enerġija;
(c)  l-produzzjoni u t-trasport sussegwenti tal-provvisti tal-enerġija, jiġifieri l-enerġija użata fl-estrazzjoni tal-fjuwils fossili u t-trasport tagħha lejn il-post tal-użu;
(d)  l-ħżin tal-enerġija.
Sal-31 ta' Jannar 2021, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, abbażi tal-konklużjonijiet tagħha, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, proposta leġiżlattiva f'dan ir-rigward
Emenda 114
Proposta għal direttiva
Anness I – punt 1 – punt a
Direttiva 2012/27/EU
Anness V – paragrafu 2 – punt h
(a)  fl-Anness IV, in-nota ta' qiegħ il-paġna 3 qed tinbidel b'dan li ġej: "(3) Applikabbli meta l-iffrankar tal-enerġija jiġi kkalkulat f'termini ta' enerġija primarja fejn jintuża approċċ minn isfel għal fuq ibbażat fuq il-konsum tal-enerġija finali. Għall-iffrankar f'kWh tal-elettriku, l-Istati Membri jistgħu japplikaw koeffiċjent awtomatiku ta' 2,0. L-Istati Membri jistgħu japplikaw koeffiċjent differenti bil-kundizzjoni li jkunu jistgħu jiġġustifikawh.";
(a)  fl-Anness IV, in-nota ta' qiegħ il-paġna 3 qed tinbidel b'dan li ġej: "(3) Applikabbli għal finijiet ta' din id-Direttiva biss u meta l-iffrankar tal-enerġija jiġi kkalkulat f'termini ta' enerġija primarja fejn jintuża approċċ minn isfel għal fuq ibbażat fuq il-konsum tal-enerġija finali. Għall-iffrankar f'kWh tal-elettriku, l-Istati Membri għandhom japplikaw koeffiċjent stabbilit permezz ta' metodu trasparenti komparabbli fl-Istati Membri kollha, abbażi taċ-ċirkostanzi nazzjonali li jaffettwaw il-konsum tal-enerġija primarja. Dawk iċ-ċirkostanzi għandhom ikunu sostanzjati, jistgħu jitkejlu u verifikabbli kif xieraq u bbażati fuq kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji. Għall-iffrankar f'kWh tal-elettriku, l-Istati Membri jistgħu japplikaw koeffiċjent awtomatiku ta' 2,3 jew koeffiċjent differenti bil-kundizzjoni li jkunu jistgħu jiġġustifikawh." Meta jagħmlu dan, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw it-taħlita enerġetika tagħhom inklużi l-pjanijiet nazzjonali integrati tal-enerġija u tal-klima tagħhom li għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu [3] tar-Regolament (UE) XX/20XX [Il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija]. Il-koeffiċjent awtomatiku għandu jiġi rivedut kull 5 snin abbażi ta' dejta attwali osservata.
Emenda 87
Proposta għal direttiva
Anness I – punt 1 – punt b
Direttiva 2012/27/UE
Anness V – paragrafu 2 – punt a
(a)  irid jintwera li l-iffrankar huwa addizzjonali għal dak li kien se jkun hemm fi kwalunkwe każ mingħajr l-attività tal-partijiet obbligati, parteċipanti jew fdati u/jew tal-awtoritajiet tal-implimentazzjoni. Sabiex jiġi ddeterminat liema ffrankar jista' jitqies bħala addizzjonali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu xenarju bażi li jiddeskrivi kif il-konsum tal-enerġija se jevolvi fin-nuqqas tal-miżura ta' politika inkwistjoni. Ix-xenarju bażi għandu jirrifletti tal-anqas l-elementi li ġejjin: ix-xejriet tal-konsum tal-enerġija, it-tibdil fl-imġiba tal-konsumaturi, il-progress teknoloġiku u t-tibdil ikkawżat minn miżuri oħra implimentati fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-UE;
(a)  irid jintwera li l-iffrankar huwa addizzjonali għal dak li kien se jkun hemm fi kwalunkwe każ mingħajr l-attività tal-partijiet obbligati, parteċipanti jew fdati u/jew tal-awtoritajiet tal-implimentazzjoni. Sabiex jiġi ddeterminat liema ffrankar jista' jitqies bħala addizzjonali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu xenarju bażi li jiddeskrivi kif il-konsum tal-enerġija se jevolvi fin-nuqqas tal-miżura ta' politika inkwistjoni u l-azzjoni individwali ġdida li tirriżulta. Ix-xenarju bażi għandu jirrifletti tal-anqas l-elementi li ġejjin: ix-xejriet tal-konsum tal-enerġija, it-tibdil fl-imġiba tal-konsumaturi, il-progress teknoloġiku u t-tibdil ikkawżat minn miżuri oħra implimentati fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-Unjoni;
Emenda 88
Proposta għal direttiva
Anness I – punt 1 – punt b
Direttiva 2012/27/UE
Anness V – paragrafu 2 – punt b
(b)  l-iffrankar li jirriżulta mill-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni obbligatorja tal-Unjoni huwa kkunsidrat bħala ffrankar li kien se jsir fi kwalunkwe każ mingħajr l-attività tal-partijiet obbligati, tal-partijiet parteċipanti jew tal-partijiet fdati u/jew tal-awtoritajiet tal-implimentazzjoni, u b'hekk ma jistax jintalab taħt il-paragrafu 1 tal-Artikolu 7, ħlief għall-iffrankar relatat mar-rinnovazzjoni ta' bini eżistenti diment li jiġi żgurat il-kriterju tal-materjalità msemmi fil-parti 3(h);
(b)  l-iffrankar li jirriżulta mill-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni obbligatorja tal-Unjoni huwa kkunsidrat bħala ffrankar li kien se jsir fi kwalunkwe każ mingħajr l-attività tal-partijiet obbligati, tal-partijiet parteċipanti jew tal-partijiet fdati u/jew tal-awtoritajiet tal-implimentazzjoni, u b'hekk ma jistax jintalab taħt il-paragrafu 1 tal-Artikolu 7, ħlief għall-iffrankar relatat ma' miżuri li jippromwovu r-rinnovazzjoni ta' bini eżistenti diment li jiġi żgurat il-kriterju tal-materjalità msemmi fil-parti 3(h);
Emenda 89
Proposta għal direttiva
Anness I – punt 1 – punt b
Direttiva 2012/27/UE
Anness V – paragrafu 2 – punt h
(h)  il-kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija għandu jqis it-tul ta' ħajja tal-miżuri. Dan il-kalkolu għandu jsir billi jingħadd l-iffrankar li għalih se twassal kull azzjoni individwali bejn id-data tal-implimentazzjoni tagħha u l-31 ta' Diċembru 2020 jew il-31 ta' Diċembru 2030 kif xieraq. Inkella, l-Istati Membri jistgħu jadottaw metodu ieħor li huwa stmat li jikseb tal-inqas l-istess kwantità totali ta' ffrankar. Meta jużaw metodi oħrajn, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ammont totali ta' ffrankar ta' enerġija kkalkulat bl-użu ta' dawn il-metodi l-oħra ma jaqbiżx l-ammont ta' ffrankar ta' enerġija li kien jirriżulta mill-kalkolu tagħhom meta jingħadd l-iffrankar li kull azzjoni individwali kienet tikseb bejn id-data ta' implimentazzjoni tagħha u l-31 ta' Diċembru 2020 jew il-31 ta' Diċembru 2030 kif xieraq. L-Istati Membri għandhom jiddeskrivu fid-dettall fil-pjanijiet Nazzjonali Integrati għall-Enerġija u għall-Klima tagħhom skont il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija liema metodi oħrajn użaw u liema dispożizzjonijiet saru biex jiġi żgurat li huma jilħqu dan ir-rekwiżit vinkolanti għall-kalkolu.
(h)  il-kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija għandu jqis it-tul ta' ħajja tal-miżuri u r-rata li biha t-tfaddil jonqos maż-żmien. Dan il-kalkolu għandu jsir billi jingħadd l-iffrankar li għalih se twassal kull azzjoni individwali bejn id-data tal-implimentazzjoni tagħha u l-31 ta' Diċembru 2020 jew il-31 ta' Diċembru 2030 kif xieraq. Inkella, l-Istati Membri jistgħu jadottaw metodu ieħor li huwa stmat li jikseb tal-inqas l-istess kwantità totali ta' ffrankar. Meta jużaw metodi oħrajn, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ammont totali ta' ffrankar ta' enerġija kkalkulat bl-użu ta' dawn il-metodi l-oħra ma jaqbiżx l-ammont ta' ffrankar ta' enerġija li kien jirriżulta mill-kalkolu tagħhom meta jingħadd l-iffrankar li kull azzjoni individwali kienet tikseb bejn id-data ta' implimentazzjoni tagħha u l-31 ta' Diċembru 2020 jew il-31 ta' Diċembru 2030 kif xieraq. L-Istati Membri għandhom jiddeskrivu fid-dettall fil-pjanijiet Nazzjonali Integrati għall-Enerġija u għall-Klima tagħhom skont ir-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija liema metodi oħrajn użaw u liema dispożizzjonijiet saru biex jiġi żgurat li huma jilħqu dan ir-rekwiżit vinkolanti għall-kalkolu.
Emenda 90
Proposta għal direttiva
Anness I – punt 1 – punt b
Direttiva 2012/27/UE
Anness V – paragrafu 3 – punt d
(d)  l-ammont ta' ffrankar tal-enerġija meħtieġ jew li għandu jinkiseb mill-miżura ta' politika jiġi espress fil-konsum finali jew primarju tal-enerġija, bl-użu tal-fatturi ta' konverżjoni mogħtija fl-Anness IV;
(d)  l-ammont ta' ffrankar tal-enerġija meħtieġ jew li għandu jinkiseb mill-miżura ta' politika jiġi espress fil-konsum finali u primarju tal-enerġija, bl-użu tal-fatturi ta' konverżjoni mogħtija fl-Anness IV;
Emenda 91
Proposta għal direttiva
Anness I – punt 1 – punt b
Direttiva 2012/27/UE
Anness V – paragrafu 3 – subparagrafu 2
Għall-miżuri ta' politika meħuda skont il-punt (e) tal-Artikolu 7(2), l-Istati Membri jistgħu jużaw il-metodoloġija tal-kalkolu stabbilita fid-Direttiva 2010/31/UE sakemm din tkun konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 7 ta' din id-Direttiva u ma' dan l-Anness.
imħassar
Emenda 92
Proposta għal direttiva
Anness I – punt 2 – punt b
Direttiva 2012/27/UE
Anness VIIa
Anness VIIa
Anness VIIa
Rekwiżiti minimi għall-kontijiet u informazzjoni fil-kontijiet ibbażata fuq il-konsum proprju tat-tisħin, tat-tkessiħ u tal-misħun
Rekwiżiti minimi għall-kontijiet u informazzjoni fil-kontijiet għat-tisħin, għat-tkessiħ u għall-misħun
1.  Kontijiet ibbażati fuq il-konsum proprju
1.  Kontijiet ibbażati fuq il-konsum proprju jew il-qari tal-allokatur tal-ispiża tat-tisħin
Sabiex l-utenti aħħarin jkunu jistgħu jirregolaw il-konsum tagħhom tal-enerġija, il-kontijiet għandhom isiru abbażi tal-konsum proprju tal-inqas darba fis-sena.
Sabiex l-utenti aħħarin jkunu jistgħu jirregolaw il-konsum tagħhom tal-enerġija, il-kontijiet għandhom isiru abbażi tal-konsum proprju jew il-qari tal-allokatur tal-ispiża tat-tisħin tal-inqas darba fis-sena.
2.  Frekwenza minima tal-kontijiet jew tal-informazzjoni dwar il-konsum
2.  Frekwenza minima tal-kontijiet jew tal-informazzjoni dwar il-konsum
Minn [Please insert here ….the entry into force], fejn ikunu ġew installati arloġġi li jinqraw mill-bogħod jew allokaturi tal-ispiża, il-kontijiet jew l-informazzjoni dwar il-konsum ibbażata fuq il-konsum proprju għandhom ikunu disponibbli tal-inqas kull tliet xhur fuq talba jew fejn il-konsumaturi finali jkunu għażlu li jirċievu kont elettroniku, jew inkella darbtejn fis-sena.
Minn [Jekk jogħġbok daħħal hawn ... id-data ta' traspożizzjoni], fejn ikunu ġew installati arloġġi li jinqraw mill-bogħod jew allokaturi tal-ispiża tat-tisħin, l-informazzjoni dwar il-kontijiet jew il-konsum ibbażata fuq il-konsum proprju jew il-qari tal-allokaturi tal-ispiża tat-tisħin għandhom ikunu pprovduti lill-utenti aħħarin tal-inqas kull tliet xhur fuq talba jew fejn il-konsumaturi finali jkunu għażlu li jirċievu kont elettroniku, jew inkella darbtejn fis-sena.
Mill-1 ta' Jannar 2022, fejn ikunu ġew installati arloġġi li jinqraw mill-bogħod jew allokaturi tal-ispiża, il-kontijiet jew l-informazzjoni dwar il-konsum għandhom ikunu disponibbli tal-inqas kull xahar. It-tisħin u t-tkessiħ jistgħu jkunu eżentati minn dan ir-rekwiżit barra l-istaġun tat-tisħin jew tat-tkessiħ.
Mill-1 ta' Jannar 2022, fejn ikunu ġew installati arloġġi li jinqraw mill-bogħod jew allokaturi tal-ispiża tat-tisħin, l-informazzjoni dwar il-kontijiet jew il-konsum ibbażata fuq il-konsum proprju jew il-qari tal-allokatur tal-ispiża tat-tisħin għandha tkun ipprovduta lill-utenti aħħarin kollha tal-inqas kull xahar. Din għandha ukoll tkun disponibbli b'mod kontinwu permezz tal-internet u għandha tkun aġġornata ta' sikwit skont kif permess minn apparati u sistemi tal-kejl. It-tisħin u t-tkessiħ jistgħu jkunu eżentati minn dan ir-rekwiżit barra l-istaġun tat-tisħin jew tat-tkessiħ.
3.  Informazzjoni minima inkluża fil-kont ibbażata fuq il-konsum proprju
3.  Informazzjoni minima inkluża fil-kont
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li ġejja tkun disponibbli għall-utenti aħħarin f'termini ċari u li jinftiehmu fil-kontijiet tagħhom jew li din tkun mehmuża magħhom:
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li ġejja tkun preċiża u tkun disponibbli għall-utenti aħħarin f'termini ċari u li jinftiehmu fil-kontijiet tagħhom jew li din tkun mehmuża magħhom fejn dawn huma bbażati fuq il-konsum attwali jew il-qari tal-allokaturi tal-ispiża tat-tisħin:
(a)  il-prezzijiet effettivi kurrenti u l-konsum effettiv tal-enerġija;
(a)  il-prezzijiet effettivi kurrenti u l-konsum effettiv tal-enerġija jew l-ispiża totali tat-tisħin u l-qari tal-allokatur tal-ispiża tat-tisħin;
(b)  informazzjoni dwar it-taħlita tal-fjuwils użata, inkluż għall-utenti aħħarin fornuti b'tisħin jew bi tkessiħ distrettwali;
(b)  informazzjoni dwar it-taħlita tal-fjuwils użata u l-emissjonijiet ta' gass serra, inkluż għall-utenti aħħarin fornuti b'tisħin jew bi tkessiħ distrettwali u spjegazzjoni tat-taxxi, tal-imposti u tat-tariffi differenti applikati;
(c)  il-paraguni tal-konsum kurrenti tal-enerġija tal-utenti aħħarin mal-konsum għall-istess perjodu fis-sena preċedenti f'forma grafika, bil-korrezzjonijiet tal-klima għat-tisħin u għat-tkessiħ;
(c)  il-paraguni tal-konsum kurrenti tal-enerġija tal-utenti aħħarin mal-konsum għall-istess perjodu fis-sena preċedenti f'forma grafika, bil-korrezzjonijiet tal-klima għat-tisħin u għat-tkessiħ;
(d)  l-informazzjoni ta' kuntatt għall-organizzazzjonijiet tal-klijenti aħħarin, għall-aġenziji tal-enerġija jew għal korpi simili, inklużi l-indirizzi tas-siti elettroniċi minn fejn tista' tinkiseb informazzjoni dwar il-miżuri disponibbli għal titjib tal-effiċjenza fl-enerġija, il-profili komparattivi tal-utenti aħħarin u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi oġġettivi għal tagħmir li juża l-enerġija.
(d)  l-informazzjoni ta' kuntatt għall-organizzazzjonijiet tal-klijenti aħħarin, għall-aġenziji tal-enerġija jew għal korpi simili, inklużi l-indirizzi tas-siti elettroniċi minn fejn tista' tinkiseb informazzjoni dwar il-miżuri disponibbli għal titjib tal-effiċjenza fl-enerġija, il-profili komparattivi tal-utenti aħħarin u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi oġġettivi għal tagħmir li juża l-enerġija.
(da)  l-informazzjoni dwar il-proċeduri għall-ilmenti rilevanti, is-servizzi tal-ombudsman jew mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim alternattivi;
Barra minn dan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-paraguni ma' utent aħħari medju normalizzat jew skont parametri ta' referenza fl-istess kategorija tal-utenti jsiru disponibbli għall-utenti aħħarin f'termini ċari u li jinftiehmu fil-kontijiet tagħhom jew fid-dokumenti mehmużin magħhom.
(db)  il-paraguni ma' utent aħħari medju normalizzat jew skont parametri ta' referenza fl-istess kategorija tal-utenti aħħarin.
Kontijiet li ma jkunux ibbażati fuq il-konsum attwali jew qari tal-allokatur tal-ispiża għat-tisħin għandhom jinkludu spjegazzjoni ċara u li tinftiehem ta' kif l-ammont stabbilit fil-kont kien ikkalkulat, u tal-inqas l-informazzjoni msemmija fil-punti (d) u (da).
Emenda 93
Proposta għal direttiva
Anness I – punt 2a (ġdid)
Direttiva 2012/27/UE
Anness IX – Parti 1 – paragrafu 4– punt g
2a.  Fir-rabà paragrafu tal-Parti 1 ta’ l-Anness IX, il-punt g huwa mibdul b'dan li ġej:
(g)  Analiżi ekonomika: Inventarju tal-effetti
(g)  Analiżi ekonomika: Inventarju tal-effetti
L-analiżijiet ekonomiċi għandhom jieħdu kont tal-effetti ekonomiċi rilevanti kollha.
L-analiżijiet ekonomiċi għandhom jieħdu kont tal-effetti ekonomiċi rilevanti kollha.
L-Istati Membri għandhom jivvalutaw u jieħdu kont fit-teħid ta' deċiżjonijiet tal-ispejjeż u l-iffrankar tal-enerġija mill-flessibbiltà miżjuda fil-provvista tal-enerġija u minn tħaddim aktar ottimali tan-netwerks tal-elettriku, inklużi l-ispejjeż evitati u l-iffrankar mill-investiment imnaqqas fl-infrastruttura, fix-xenarji analizzati.
L-Istati Membri għandhom jivvalutaw u jieħdu kont fit-teħid ta' deċiżjonijiet tal-ispejjeż u l-iffrankar tal-enerġija mill-flessibbiltà miżjuda fil-provvista tal-enerġija u minn tħaddim aktar ottimali tan-netwerks tal-elettriku, inklużi l-ispejjeż evitati u l-iffrankar mill-investiment imnaqqas fl-infrastruttura, fix-xenarji analizzati.
L-ispejjeż u l-benefiċji meqjusa għandhom jinkludu mill-inqsas dawn li ġejjin:
L-ispejjeż u l-benefiċji meqjusa għandhom jinkludu mill-inqsas dawn li ġejjin:
(i)  Benefiċċji
(i)  Benefiċċji
—  Valur tal-output għall-konsumatur (tisħin u elettriku)
—  Valur tal-output għall-konsumatur (tisħin u elettriku)
—  Benefiċċji esterni bħall-benefiċċji ambjentali jew ta' saħħa, safejn possibbli.
—  Benefiċċji esterni bħall-benefiċċji ambjentali, ta' emissjonijiet ta' gass serra jew ta' saħħa
—  Effetti fis-suq tax-xogħol, is-sigurtà tal-enerġija u l-kompetittività
(ii)  Spejjeż
(ii)  Spejjeż
—  Spejjeż kapitali ta' impjanti u tagħmir
—  Spejjeż kapitali ta' impjanti u tagħmir
—  Spejjeż kapitali tan-netwerks tal-enerġija assoċjati
—  Spejjeż kapitali tan-netwerks tal-enerġija assoċjati
—  Spejjeż ta' tħaddim varjabbli u fissi
—  Spejjeż ta' tħaddim varjabbli u fissi
—  Spejjeż tal-enerġija
—  Spejjeż tal-enerġija
—  Spiża ambjentali u ta' saħħa, safejn possibbli
—  Spiża ambjentali, ta' saħħa u tas-sikurezza
—  Spejjeż tas-suq tax-xogħol, is-sigurtà tal-enerġija u l-kompetittività"
Emenda 94
Proposta għal direttiva
Anness – punt 2b (new)
Direttiva 2012/27/UE
Anness XII – paragrafu 1 – punt a
(2b)  Fl-ewwel paragrafu tal-Anness XII, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
‘a) jistabbilixxu u jagħmlu pubbliċi r-regoli standard tagħhom relatati mas-sostenn u mal-kondiviżjoni tal-ispejjeż tal-adattamenti tekniċi, bħall-konnessjonijiet mal-grilja u t-tisħiħ tal-grilja, it-titjib fit-tħaddim tal-grilja u r-regoli dwar implimentazzjoni mhux diskriminatorja tal-kodiċijiet tal-grilja, li huma meħtieġa għall-integrazzjoni tal-produtturi l-ġodda li jalimentaw l-elettriku prodott minn koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja fil-grilja interkonnessa;
‘a) jistabbilixxu u jagħmlu pubbliċi r-regoli standard tagħhom relatati mas-sostenn u mal-kondiviżjoni tal-ispejjeż tal-adattamenti tekniċi, bħall-konnessjonijiet mal-grilja, it-tisħiħ tal-grilja u l-introduzzjoni ta' grilji ġodda, it-titjib fit-tħaddim tal-grilja u r-regoli dwar implimentazzjoni mhux diskriminatorja tal-kodiċijiet tal-grilja, li huma meħtieġa għall-integrazzjoni tal-produtturi l-ġodda li jalimentaw l-elettriku prodott minn koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja fil-grilja interkonnessa u sorsi diffużi oħra."

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għal negozjati interistituzzjonali lill-kumitati responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’subparagrafu (A8-0391/2017).

Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Settembru 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza