Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2016/0375(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0402/2017

Testi mressqa :

A8-0402/2017

Dibattiti :

PV 15/01/2018 - 12
CRE 15/01/2018 - 12
PV 12/11/2018 - 14
CRE 12/11/2018 - 14

Votazzjonijiet :

PV 17/01/2018 - 10.6
CRE 17/01/2018 - 10.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 13/11/2018 - 4.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0011
P8_TA(2018)0443

Testi adottati
PDF 1183kWORD 139k
L-Erbgħa, 17 ta' Jannar 2018 - Strasburgu
Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija ***I
P8_TA(2018)0011A8-0402/2017

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fis-17 ta' Jannar 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, li jemenda d-Direttiva 94/22/KE, id-Direttiva 98/70/KE, id-Direttiva 2009/31/KE, ir-Regolament (KE) Nru 663/2009, ir-Regolament (KE) Nru 715/2009, id-Direttiva 2009/73/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE, id-Direttiva 2010/31/UE, id-Direttiva 2012/27/UE, id-Direttiva 2013/30/UE u d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 (COM(2016)0759 – C8-0497/2016 – 2016/0375(COD))(1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
(1)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-bażi leġiżlattiva meħtieġa għal Governanza affidabbli u trasparenti li tiżgura li jintlaħqu l-għanijiet u l-miri tal-Unjoni tal-Enerġija permezz ta' sforzi kumplimentari, koerenti u ambizzjużi mill-Unjoni u mill-Istati Membri tagħha, filwaqt li jippromwovi l-prinċipji tal-Unjoni għal Regolamentazzjoni Aħjar.
(1)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-bażi leġiżlattiva meħtieġa għal Governanza affidabbli, inklużiva, kosteffiċjenti, trasparenti u prevedibbli li tiżgura li jintlaħqu l-għanijiet u l-miri tal-2030 u fit-tul tal-Unjoni tal-Enerġija b'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima ("il-Ftehim ta' Pariġi"), permezz ta' sforzi kumplimentari, koerenti u ambizzjużi mill-Unjoni u mill-Istati Membri tagħha, filwaqt li jillimita l-kumplessità amministrattiva.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 3
(3)  L-għan ta' Unjoni tal-Enerġija reżiljenti b'politika ambizzjuża dwar il-klima fil-qalba tagħha huwa li l-konsumaturi tal-Unjoni, kemm l-unitajiet domestiċi kif ukoll n-negozji, jingħataw enerġija sigura, sostenibbli, kompetittiva u bi prezz għall-but ta' kulħadd, li jirrikjedi trasformazzjoni fundamentali tas-sistema tal-enerġija tal-Ewropa. Dak l-għan jista' jintlaħaq biss permezz ta' azzjoni kkoordinata, li tlaqqa' flimkien kemm l-atti leġiżlattivi kif ukoll dawk mhux leġiżlattivi fil-livell tal-Unjoni u fil-livell nazzjonali.
(3)  L-għan ta' Unjoni tal-Enerġija reżiljenti b'politika ambizzjuża dwar il-klima fil-qalba tagħha huwa li l-konsumaturi tal-Unjoni, kemm l-unitajiet domestiċi kif ukoll in-negozji, jingħataw enerġija sigura, sostenibbli, kompetittiva u bi prezz għall-but ta' kulħadd, u jitrawmu r-riċerka u l-innovazzjoni billi jiġu attirati l-investimenti, li jirrikjedi trasformazzjoni fundamentali tas-sistema tal-enerġija tal-Ewropa. Dak l-għan jista' jintlaħaq biss permezz ta' azzjoni kkoordinata, li tlaqqa' flimkien kemm l-atti leġiżlattivi kif ukoll dawk mhux leġiżlattivi fil-livell tal-Unjoni u fil-livell makroreġjonali, reġjonali, nazzjonali u lokali.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 3a (ġdida)
(3a)  B'Unjoni tal-Enerġija kompletament funzjonali u reżiljenti, l-Unjoni tista' tikkonverti f'reġjun ewlieni fl-innovazzjoni, l-investimenti, it-tkabbir u l-iżvilupp soċjali u ekonomiku, filwaqt li tagħti eżempju tajjeb dwar kif is-segwitu ta' ambizzjonijiet għolja f'termini tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima huwa marbut mal-miżuri biex jitrawmu l-innovazzjoni, l-investimenti u t-tkabbir.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 4
(4)  Il-proposta tal-Kummissjoni ġiet żviluppata b'mod parallel u hija adottata flimkien ma' sensiela ta' inizjattivi fil-politika settorjali dwar l-enerġija, b'mod partikolari fir-rigward tal-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika u d-disinn tas-suq. Dawk l-inizjattivi jiffurmaw pakkett bit-tema ġenerali tal-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel, ir-rwol mexxej globali tal-Unjoni fl-enerġija rinnovabbli, u arranġament ġust għall-konsumaturi tal-enerġija.
(4)  Il-proposta tal-Kummissjoni ġiet żviluppata b'mod parallel u hija adottata flimkien ma' sensiela ta' inizjattivi fil-politika settorjali dwar l-enerġija, b'mod partikolari fir-rigward tal-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika (inkluż ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija) u d-disinn tas-suq. Dawk l-inizjattivi jiffurmaw pakkett bit-tema ġenerali tal-kunċett li l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel, ir-rwol mexxej globali tal-Unjoni fl-enerġija rinnovabbli, u arranġament ġust għall-konsumaturi tal-enerġija, inkluż billi jiġi indirizzat il-faqar enerġetiku u l-promozzjoni tal-kompetizzjoni ġusta fis-suq intern.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 5
(5)  Fl-24 ta' Ottubru 2014, il-Kunsill Ewropew qabel fuq il-Qafas għall-Enerġija u l-Klima għall-2030 għall-Unjoni bbażat fuq erba' miri ewlenin: minn tal-inqas 40 % tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-ekonomija kollha, minn tal-inqas 27 % titjib fl-effiċjenza enerġetika bl-għan li jkun hemm livell ta' 30 %, minn tal-inqas 27 % tas-sehem ta' enerġija rinnovabbli kkunsmata fl-Unjoni, u minn tal-inqas 15 % tal-interkonnessjoni tal-elettriku. Huwa speċifika li l-mira għall-enerġija rinnovabbli hija vinkolanti fil-livell tal-Unjoni u li din se tintlaħaq permezz ta' kontributi mill-Istati Membri ggwidati mill-ħtieġa li l-mira tal-Unjoni tintlaħaq b'mod kollettiv.
(5)  Fl-24 ta' Ottubru 2014, il-Kunsill Ewropew ippropona Qafas għall-Enerġija u l-Klima għall-2030 għall-Unjoni bbażat fuq erba' miri ewlenin: minn tal-inqas 40 % tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra ("GHG") fl-ekonomija kollha, minn tal-inqas 27 % titjib fl-effiċjenza enerġetika bl-għan li jkun hemm livell ta' 30 %, minn tal-inqas 27 % tas-sehem ta' enerġija rinnovabbli kkunsmata fl-Unjoni, u minn tal-inqas 15 % tal-interkonnessjoni tal-elettriku. Huwa speċifika li l-mira għall-enerġija rinnovabbli hija vinkolanti fil-livell tal-Unjoni u li din se tintlaħaq permezz ta' kontributi mill-Istati Membri ggwidati mill-ħtieġa li l-mira tal-Unjoni tintlaħaq b'mod kollettiv. Madankollu, dan ir-Regolament jirrifletti l-miri miftiehma fil-leġiżlazzjoni settorjali.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 5a (ġdida)
(5a)  Fl-24 ta' Ottubru 2014, il-Kunsill Ewropew qabel li l-Kummissjoni, b'appoġġ mill-Istati Membri se tieħu miżuri urġenti sabiex tiżgura l-kisba ta' mira minima ta' 10 % tal-interkonnessjonijiet eżistenti tal-elettriku, bħala kwistjoni ta' urġenza, u mhux aktar tard mill-2020, tal-inqas għall-Istati Membri li għadhom ma laħqux livell minimu ta' integrazzjoni fis-suq intern tal-enerġija.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 6 a (ġdida)
(6a)  Il-Ftehim ta' Pariġi żied sostanzjalment il-livell ta' ambizzjoni globali dwar il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, fejn il-firmatarji tiegħu impenjaw ruħhom għaż-"żamma taż-żieda fit-temperatura medja globali għal sew inqas minn 2°C 'il fuq mil-livelli preindustrijali u biex jitkomplew l-isforzi li jillimitaw iż-żieda fit-temperatura għal 1,5°C 'il fuq mil-livelli preindustrijali". Jenħtieġ li l-Unjoni tħejji għal tnaqqis fl-emissjonijiet ħafna akbar u aktar rapidu minn kif kien previst. Fl-istess waqt, tali tnaqqis huwa fattibbli bi spiża aktar baxxa minn dik stmata qabel, meta wieħed iqis ir-ritmu tal-iżvilupp u l-użu tat-teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 6 b (ġdida)
(6b)  F'konformità mal-objettiv tal-Ftehim ta' Pariġi li jinkiseb bilanċ bejn l-emissjonijiet antropoġeniċi mis-sorsi u l-assorbimenti ta' GHGs minn bjar fit-tieni nofs tas-seklu 21, jenħtieġ li l-Unjoni timmira biex, fuq il-bażi tal-prinċpju ta' ekwità, sal-2050 tilħaq emissjonijiet nett-żero domestikament, u wara dan tidħol f'perjodu ta' emissjonijiet negattivi.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 6 c (ġdida)
(6c)  Għas-sistema tal-klima, huma l-emissjonijiet antropoġeniċi totali kumulattivi matul iż-żmien li huma rilevanti għall-konċentrazzjoni totali ta' gassijiet b'effett ta' serra fl-atmosfera. Sabiex ikun hemm konsistenza mal-impenji tal-Ftehim ta' Pariġi, jeħtieġ li jiġi analizzat il-baġit globali tal-karbonju li jkun konsistenti mal-isforzi biex iż-żieda fit-temperatura tiġi limitata għal 1,5°C ogħla mil-livelli pre-industrijali, u jiġi stabbilit sehem ġust tal-Unjoni tal-baġit globali tal-karbonju li jifdal għall-Unjoni. L-istrateġiji fit-tul dwar il-klima u l-enerġija jenħtieġ li jkunu konsistenti ma' dak il-baġit tal-karbonju.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 6 d (ġdida)
(6d)  L-Unjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jżommu l-miri dwar il-klima u l-enerġija taħt reviżjoni regolari u li jirrevedu l-miri 'l fuq kif meħtieġ, sabiex jirriflettu r-reviżjonijiet suċċessivi mwettqa fi ħdan il-proċess tal-UNFCCC u biex jirriflettu l-aħħar evidenza xjentifika dwar ir-ritmu u l-impatti tat-tibdil fil-klima.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 6 e (ġdida)
(6e)  Minkejja li l-UE wiegħdet li sal-2030 se twettaq l-aktar tnaqqis ambizzjuż fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra, hija ma tistax tiġġieled it-theddida tat-tibdil fil-klima waħedha. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jużaw kull opportunità biex jipperswadu b'mod partikulari lil dawk il-pajjiżi li jibbenefikaw mill-kummerċ internazzjonali mal-Unjoni biex jassumu sehem proporzjonali ta' responsabbiltà globali u jżidu l-livell ta' ambizzjoni tagħhom meta mqabbel ma' dak tal-Unjoni.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 7
(7)  Fl-24 ta' Ottubru 201414, il-Kunsill Ewropew ikkonkluda wkoll li jenħtieġ li tiġi żviluppata sistema ta' governanza affidabbli u trasparenti, mingħajr l-ebda piż amministrattiv bla bżonn, sabiex jiġi żgurat li l-Unjoni tilħaq l-għanijiet tagħha tal-politika dwar l-enerġija, bil-flessibbiltà meħtieġa għall-Istati Membri u b'rispett sħiħ tal-libertà tagħhom li jagħżlu t-taħlita tal-enerġija tagħhom. Il-Kunsill enfasizza li jenħtieġ li din is-sistema ta' governanza tibni fuq elementi kostitwenti eżistenti, bħal pereżempju programmi nazzjonali dwar il-klima, pjanijiet nazzjonali dwar l-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika, kif ukoll li hemm bżonn li jiġu ssimplifikati u miġbura flimkien l-obbligi separati ta' ppjanar u ta' rapportar. Huwa qabel ukoll li jissaħħu r-rwol u d-drittijiet tal-konsumaturi, it-trasparenza u l-prevedibbiltà għall-investituri, fost l-oħrajn permezz ta' monitoraġġ sistematiku tal-indikaturi ewlenin għal sistema tal-enerġija bi prezz għall-but ta' kulħadd, sikura, kompetittiva, sigura u sostenibbli, u li tiġi ffaċilitata l-koordinazzjoni tal-politiki nazzjonali dwar l-enerġija u titrawwem il-kooperazzjoni reġjonali bejn l-Istati Membri.
(7)  Fl-24 ta' Ottubru 201414, il-Kunsill Ewropew ikkonkluda wkoll li jenħtieġ li tiġi żviluppata sistema ta' governanza affidabbli u trasparenti, mingħajr l-ebda piż amministrattiv bla bżonn u bi flessibbiltà suffiċjenti għall-Istati Membri, sabiex jiġi żgurat li l-Unjoni tilħaq l-għanijiet tagħha tal-politika dwar l-enerġija, filwaqt li tirrispetta b'mod sħiħ il-libertà tal-Istati Membri li jagħżlu t-taħlita tal-enerġija tagħhom. Il-Kunsill enfasizza li jenħtieġ li din is-sistema ta' governanza tibni fuq elementi kostitwenti eżistenti, bħal pereżempju programmi nazzjonali dwar il-klima, pjanijiet nazzjonali dwar l-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika, kif ukoll li hemm bżonn li jiġu ssimplifikati u miġbura flimkien l-obbligi separati ta' ppjanar u ta' rapportar. Huwa qabel ukoll li jissaħħu r-rwol u d-drittijiet tal-konsumaturi, it-trasparenza u l-prevedibbiltà għall-investituri, fost l-oħrajn permezz ta' monitoraġġ sistematiku tal-indikaturi ewlenin għal sistema tal-enerġija bi prezz għall-but ta' kulħadd, sikura, kompetittiva, sigura u sostenibbli, u li tiġi ffaċilitata l-koordinazzjoni tal-politiki nazzjonali dwar il-klima u l-enerġija u titrawwem il-kooperazzjoni reġjonali bejn l-Istati Membri.
__________________
__________________
14 Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 u tal-24 ta' Ottubru 2014 (EUCO 169/14).
14 Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 u tal-24 ta' Ottubru 2014 (EUCO 169/14).
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 10
(10)  Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 201516 irrikonoxxew li l-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija se tkun għodda essenzjali għall-kostruzzjoni effiċjenti u effettiva tal-Unjoni tal-Enerġija u biex jintlaħqu l-għanijiet tagħha. Dawn enfasizzaw li jenħtieġ li s-sistema ta' governanza tkun ibbażata fuq il-prinċipji ta' integrazzjoni ta' ppjanar u ta' rapportar strateġiċi dwar l-implimentazzjoni tal-politiki dwar il-klima u l-enerġija u l-koordinazzjoni bejn l-atturi responsabbli għall-politika dwar l-enerġija u l-klima, fil-livell reġjonali, nazzjonali u tal-Unjoni. Enfasizzaw ukoll li jenħtieġ li l-Governanza tiżgura li l-miri tal-enerġija u tal-klima għall-2030 jintlaħqu; u li l-Governanza twettaq monitoraġġ tal-progress kollettiv tal-Unjoni biex jintlaħqu l-għanijiet ta' politika fil-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija.
(10)  Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 201516 irrikonoxxew li l-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija se tkun għodda essenzjali għall-kostruzzjoni effiċjenti u effettiva tal-Unjoni tal-Enerġija u biex jintlaħqu l-għanijiet tagħha. Dawn enfasizzaw li jenħtieġ li s-sistema ta' governanza tkun ibbażata fuq il-prinċipji ta' integrazzjoni tal-ippjanar strateġiku u ta' rapportar dwar l-implimentazzjoni tal-politiki dwar il-klima u l-enerġija u l-koordinazzjoni bejn l-atturi responsabbli għall-politika dwar l-enerġija u l-klima, fil-livell reġjonali, nazzjonali u tal-Unjoni. Huma enfasizzaw ukoll li jenħtieġ li l-Governanza tiżgura li l-miri tal-enerġija u tal-klima għall-2030 jintlaħqu; u li l-Governanza twettaq monitoraġġ tal-progress kollettiv ta' kull Stat Membru u tal-Unjoni biex jintlaħqu l-miri u l-għanijiet ta' politika fil-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija.
__________________
__________________
16 Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2015 (14632/15).
16 Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2015 (14632/15).
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 12
(12)  Għalhekk, jenħtieġ li l-għan ewlieni tal-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija jkun li tippermetti li jintlaħqu l-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija u b'mod partikolari l-miri tal-Qafas għall-Klima u l-Enerġija għall-2030. Għaldaqstant dan ir-Regolament huwa marbut mal-leġiżlazzjoni settorjali li timplimenta l-miri tal-enerġija u tal-klima għall-2030. Filwaqt li l-Istati Membri jeħtieġu flessibbiltà biex jagħżlu l-politiki li jkunu l-iktar xierqa għat-taħlita u għall-preferenzi nazzjonali tagħhom tal-enerġija, jenħtieġ li dik il-flessibbiltà tkun kompatibbli ma' integrazzjoni ulterjuri tas-suq, iżjed kompetizzjoni, li jintlaħqu l-għanijiet tal-klima u tal-enerġija u l-bidla gradwali lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju.
(12)  Għalhekk, jenħtieġ li l-għan ewlieni tal-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija jkun li tippermetti li jintlaħqu l-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija u b'mod partikolari l-miri tal-Qafas għall-Klima u l-Enerġija għall-2030, fis-settur tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-GHGs, is-sorsi tal-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika. Għaldaqstant dan ir-Regolament huwa marbut mal-leġiżlazzjoni settorjali li timplimenta l-miri tal-enerġija u tal-klima għall-2030. Filwaqt li l-Istati Membri jeħtieġu flessibbiltà biex jagħżlu l-politiki li jkunu l-iktar xierqa għat-taħlita u għall-preferenzi nazzjonali tagħhom tal-enerġija, jenħtieġ li dik il-flessibbiltà tkun kompatibbli ma' integrazzjoni ulterjuri tas-suq, iżjed kompetizzjoni, li jintlaħqu l-għanijiet tal-klima u tal-enerġija u l-bidla gradwali lejn ekonomija sostenibbli b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju bbażata fuq sistema enerġetika effiċjenti ħafna fl-użu tal-enerġija u bbażata fuq l-enerġija rinnovabbli. Jenħtieġ li jiġi introdott mudell obbligatorju għall-istrateġiji għall-klima u l-enerġija fit-tul biex jiżgura l-kwalità u l-komparabbilità tagħhom.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 13
(13)  It-tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju teħtieġ tibdil fl-aġir tal-investiment u inċentivi fil-firxa kollha tal-politika. Sabiex jintlaħaq it-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra jeħtieġ li l-effiċjenza u l-innovazzjoni fl-ekonomija Ewropea jingħataw spinta u b'mod partikolari jenħtieġ li jwassal ukoll għal titjib fil-kwalità tal-arja.
(13)  It-tranżizzjoni soċjalment aċċettabbli lejn ekonomija sostenibbli b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju teħtieġ tibdil sostanzjali fl-aġir tal-investiment, partikolarment fir-rigward tal-investiment pubbliku u privat, u inċentivi fil-firxa kollha tal-politika, kif ukoll riformi tas-suq reġjonali. Sabiex jintlaħaq it-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra jeħtieġ li l-effiċjenza u l-innovazzjoni fl-ekonomija Ewropea jingħataw spinta u b'mod partikolari jenħtieġ li joħloq impjiegi sostenibbli u jwassal ukoll għal titjib fil-kwalità tal-arja.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 13a (ġdida)
(13a)  L-Unjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu azzjonijiet konkreti biex jipprojbixxu s-sussidji fuq l-enerġija, tal-anqas għall-fjuwils fossili, sabiex ikunu konformi mal-impenji internazzjonali tal-G7 u l-G20 u tal-Ftehim ta' Pariġi.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 14
(14)  Peress li l-biċċa l-kbira tal-gassijiet serra u tas-sustanzi li jniġġsu l-arja jiġu minn sorsi komuni, il-politika mfassla biex jitnaqqsu l-GHGs jista' jkollha kobenefiċċji għall-kwalità tal-arja li jistgħu jpaċu parzjalment jew għalkollox il-kostijiet fuq medda qasira tal-mitigazzjoni tal-GHGs. Peress li d-dejta rrapportata skont id-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill18 tirrappreżenta kontribut importanti għall-kompilazzjoni tal-inventarju dwar il-GHGs u tal-pjanijiet nazzjonali, jenħtieġ li tiġi rrikonoxxuta l-importanza tal-kompilazzjoni u tar-rapportar ta' dejta konsistenti bejn id-Direttiva 2001/81/KE u l-inventarju dwar il-GHGs.
(14)  Peress li l-biċċa l-kbira tal-gassijiet serra u tas-sustanzi li jniġġsu l-arja jiġu minn sorsi komuni, il-politika mfassla biex jitnaqqsu l-GHGs jista' jkollha kobenefiċċji għas-saħħa pubblika u għall-kwalità tal-arja, partikolarment fiż-żoni urbani, li jistgħu jpaċu l-kostijiet fuq medda qasira tal-mitigazzjoni tal-GHGs. Peress li d-dejta rrapportata skont id-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill18 tirrappreżenta kontribut importanti għall-kompilazzjoni tal-inventarju dwar il-GHGs u tal-pjanijiet nazzjonali, jenħtieġ li tiġi rrikonoxxuta l-importanza tal-kompilazzjoni u tar-rapportar ta' dejta konsistenti bejn id-Direttiva 2001/81/KE u l-inventarju dwar il-GHGs.
__________________
__________________
18 Id-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli nazzjonali massimi tal-emissjonijiet ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi (ĠU L 309, 27.11.2001, p. 22).
18 Id-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli nazzjonali massimi tal-emissjonijiet ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi (ĠU L 309, 27.11.2001, p. 22).
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 16
(16)  B'konformità mal-impenn sod tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni Aħjar, jenħtieġ li l-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija twassal għal tnaqqis sinifikanti tal-piż amministrattiv għall-Istati Membri, għall-Kummissjoni u għal istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni u jenħtieġ li tgħin biex jiġu żgurati l-koerenza u l-adegwatezza tal-politiki u tal-miżuri fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni fir-rigward tat-trasformazzjoni tas-sistema tal-enerġija lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju.
(16)  B'konformità mal-impenn sod tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni Aħjar u b'mod konsistenti ma' politika għar-riċerka, l-innovazzjoni u l-investimenti, jenħtieġ li l-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija twassal għal tnaqqis sinifikanti tal-kumplessità amministrattiva għall-Istati Membri u għall-partijiet ikkonċernati rilevanti, għall-Kummissjoni u għal istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni u jenħtieġ li tgħin biex jiġu żgurati l-koerenza u l-adegwatezza tal-politiki u tal-miżuri fil-livell tal-Unjoni, makroreġjonali, reġjonali, nazzjonali, u lokali fir-rigward tat-trasformazzjoni tas-sistema tal-enerġija lejn ekonomija sostenibbli b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 17
(17)  Jenħtieġ li jiġi żgurat li l-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija jintlaħqu permezz ta' kombinazzjoni ta' inizjattivi tal-Unjoni u ta' politiki nazzjonali koerenti stabbiliti fi pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima. Il-leġiżlazzjoni settorjali tal-Unjoni fl-oqsma tal-enerġija u tal-klima tistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ippjanar, li kienu għodda utli biex tiġi xprunata l-bidla fil-livell nazzjonali. L-introduzzjoni tagħhom f'perjodi differenti ta' żmien wasslet għal trikkib u nuqqas ta' kunsiderazzjoni tas-sinerġiji u tal-interazzjonijiet bejn l-oqsma ta' politika. Għalhekk jenħtieġ li l-ippjanar, ir-rapportar u l-monitoraġġ separati attwali fl-oqsma tal-klima u tal-enerġija jiġu ssimplifikati u integrati kemm jista' jkun.
(17)  Jenħtieġ li jiġi żgurat li l-miri u l-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija jintlaħqu permezz ta' kombinazzjoni ta' inizjattivi tal-Unjoni u ta' politiki nazzjonali koerenti stabbiliti fi pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima. Il-leġiżlazzjoni settorjali tal-Unjoni fl-oqsma tal-enerġija u tal-klima tistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ippjanar, li kienu għodda utli biex tiġi xprunata l-bidla fil-livell nazzjonali. L-introduzzjoni tagħhom f'perjodi differenti ta' żmien wasslet għal trikkib u nuqqas ta' kunsiderazzjoni tas-sinerġiji u tal-interazzjonijiet bejn l-oqsma ta' politika, għad-detriment tal-kosteffiċjenza. Jenħtieġ li, fejn ikun rilevanti, l-ippjanar, ir-rapportar u l-monitoraġġ separati attwali fl-oqsma tal-klima u tal-enerġija jiġu ssimplifikati u integrati.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 17a (ġdida)
(17a)  Tinħtieġ evalwazzjoni tal-interazzjonijiet bejn il-politiki u l-miżuri eżistenti u dawk ippjanati biex tinkiseb id-dekarbonizzazzjoni, u l-Istati Membri jenħtieġ li jipproduċu evalwazzjoni kwantitattiva jew kwalitattiva.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 17b (ġdida)
(17b)  L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw koerenza politika bejn il-pjanijiet nazzjonali tagħhom dwar l-enerġija u l-klima u l-istrateġiji fit-tul tagħhom għal emissjonijiet baxxi, u l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-NU.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 18
(18)  Jenħtieġ li l-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima jkopru perjodi ta' għaxar snin u jipprovdu stampa ġenerali tas-sistema tal-enerġija u tas-sitwazzjoni attwali ta' politika. Jenħtieġ li dawn jistabbilixxu għanijiet nazzjonali għal kull waħda mill-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija u l-politiki u l-miżuri korrispondenti biex jintlaħqu dawk l-għanijiet u jkun hemm bażi analitika. Jenħtieġ li l-pjanijiet nazzjonali li jkopru l-ewwel perjodu mill-2021 sal-2030 jagħtu attenzjoni partikolari lill-miri tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, tal-enerġija rinnovabbli, tal-effiċjenza enerġetika u tal-interkonnessjoni tal-elettriku għall-2030. Jenħtieġ li l-Istati Membri jimmiraw li jiżguraw li l-pjanijiet nazzjonali jkunu konsistenti mal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u jikkontribwixxu biex dawn jintlaħqu.
(18)  Jenħtieġ li l-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima jkopru perjodi ta' għaxar snin u jipprovdu stampa ġenerali tas-sistema tal-enerġija u tas-sitwazzjoni attwali ta' politika. Jenħtieġ li dawn jistabbilixxu miri jew għanijiet nazzjonali għal kull waħda mill-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija u l-politiki u l-miżuri korrispondenti biex jintlaħqu dawk l-għanijiet u jkun hemm bażi analitika. Jenħtieġ li l-pjanijiet nazzjonali li jkopru l-ewwel perjodu mill-2021 sal-2030 jagħtu attenzjoni partikolari lill-miri tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, tal-enerġija rinnovabbli, tal-effiċjenza enerġetika u tal-interkonnessjoni tal-elettriku għall-2030. Jenħtieġ li l-Istati Membri jimmiraw li jiżguraw li l-pjanijiet nazzjonali jkunu konsistenti mal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u jikkontribwixxu biex dawn jintlaħqu.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 18a (ġdida)
(18a)   Meta jkunu qed iħejju l-pjan nazzjonali integrat tagħhom dwar l-enerġija u l-klima, l-Istati Membri jenħtieġ li jivvalutaw l-għadd ta' unitajiet domestiċi f'faqar enerġetiku, b'kont meħud tas-servizzi tal-enerġija domestiċi meħtieġa sabiex jiġu garantiti standards tal-għajxien bażiċi fil-kuntest nazzjonali rilevanti, li jista' jkun li ma jkunux jistgħu jaffordjaw minħabba kombinazzjoni ta' dħul baxx, nefqa kbira fuq l-enerġija u effiċjenza fl-użu tal-enerġija batuta fid-djar tagħhom. L-Istati Membri jenħtieġ li jiddefinixxu l-politiki u miżuri eżistenti u ppjanati li jindirizzaw il-faqar enerġetiku u, fejn ikun meħtieġ, jinkludi objettiv nazzjonali biex jitnaqqas l-għadd ta' unitajiet domestiċi f'qagħda ta' faqar enerġetiku. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tadotta metodoloġija komuni biex l-Istati Membri jiddefinixxu l-faqar enerġetiku u kull Stat Membru jenħtieġ li jiddefinixxi l-unitajiet domestiċi f'faqar enerġetiku skont iċ-ċirkustanzi nazzjonali speċifiċi tiegħu.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Premessa 18b (ġdida)
(18b)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-finanzjament tal-Unjoni mill-qafas finanzjarju pluriennali tal-2014 sal-2020 jiġi inkluż fil-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima. L-allokazzjonijiet nazzjonali mill-qafas finanzjarju pluriennali ta' wara l-2020 jenħtieġ li jikkontribwixxu b'mod attiv biex jintlaħqu l-miri u l-objettivi tal-Unjoni tal-Enerġija, partikolarment fis-setturi tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra, inklużi l-assorbimenti minn bjar, l-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika. Għal dan il-għan, il-proċess ta' programmazzjoni fil-livell nazzjonali u lokali għall-qafas finanzjarju pluriennali għal wara l-2020 jenħtieġ li jsir flimkien ma' valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-pjanijiet nazzjonali integrati tal-enerġija u tal-klima biex jirrifletti livell għoli ta' ambizzjoni, b'mod partikolari fid-dawl tal-għanijiet fit-tul tal-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Premessa 19a (ġdida)
(19a)  L-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu pjattaforma permanenti ta' djalogu f'diversi livelli dwar l-enerġija li tiġbor flimkien l-awtoritajiet lokali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, il-komunità tan-negozju, l-investituri, u partijiet ikkonċernati rilevanti oħrajn biex jiddiskutu l-alternattivi differenti previsti għall-politiki dwar il-klima u l-enerġija. Il-pjanijiet nazzjonali integrati tal-enerġija u tal-klima kif ukoll l-istrateġiji fit-tul għall-klima u l-enerġija jenħtieġ li jiġu diskussi fil-qafas ta' dik il-pjattaforma.
Emenda 27
Proposta għal regolament
Premessa 20
(20)  L-implimentazzjoni ta' politiki u ta' miżuri fl-oqsma tal-enerġija u tal-klima jkollha impatt fuq l-ambjent. Għalhekk jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-pubbliku jingħata opportunitajiet bikrin u effettivi biex jipparteċipa u jiġi kkonsultat għat-tħejjija tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima b'konformità, meta jkun applikabbli, mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24 u l-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti ("UNECE") dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja f'Materji Ambjentali tal-25 ta' Ġunju 1998 (il-"Konvenzjoni ta' Aarhus"). Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw l-involviment tal-imsieħba soċjali fit-tħejjija tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima.
(20)  L-implimentazzjoni ta' politiki u ta' miżuri fl-oqsma tal-enerġija u tal-klima jkollha impatt fuq l-ambjent. Għalhekk jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-pubbliku jingħata opportunitajiet bikrin u effettivi biex jipparteċipa b'mod attiv u jiġi kkonsultat għat-tħejjija tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima u l-istrateġiji fit-tul dwar il-klima u l-enerġija b'konformità, meta jkun applikabbli, mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24 u l-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti ("UNECE") dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja f'Materji Ambjentali tal-25 ta' Ġunju 1998 (il-"Konvenzjoni ta' Aarhus"). Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw l-involviment tas-sħab soċjali, tal-awtoritajiet lokali u tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha minn stadju bikri tal-proċessi ta' ppjanar u ta' rappurtar u fit-tħejjija tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima u l-istrateġiji fit-tul.
__________________
__________________
24 Id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2001 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30).
24 Id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2001 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30).
Emenda 28
Proposta għal regolament
Premessa 21
(21)  Il-kooperazzjoni reġjonali hija kruċjali biex jiġi żgurat li l-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija jintlaħqu b'mod effettiv. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom l-opportunità jikkummentaw dwar il-pjanijiet tal-Istati Membri l-oħra qabel ma jiġu ffinalizzati biex jiġu evitati inkonsistenzi u impatti negattivi potenzjali fuq Stati Membri oħra u jiġi żgurat li l-għanijiet komuni jintlaħqu b'mod kollettiv. Jenħtieġ li l-kooperazzjoni reġjonali fl-elaborazzjoni u fil-finalizzazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali kif ukoll fl-implimentazzjoni sussegwenti tal-pjanijiet nazzjonali tkun essenzjali għat-titjib tal-effettività u tal-effiċjenza tal-miżuri u għat-trawwim tal-integrazzjoni tas-suq u tas-sigurtà tal-enerġija.
(21)  Il-kooperazzjoni makroreġjonali u reġjonali huma meħtieġa sabiex l-Istati Membri jimplimentaw b'mod konġunt ċerti politiki u miżuri li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-miri u l-objettivi komuni b'mod ottimali mil-lat ta' spiża. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom ukoll l-opportunità jikkummentaw dwar il-pjanijiet tal-Istati Membri l-oħra qabel ma jiġu ffinalizzati biex jiġu evitati inkonsistenzi u impatti negattivi potenzjali fuq Stati Membri oħra u jiġi żgurat li l-għanijiet komuni jintlaħqu b'mod kollettiv. Jenħtieġ li l-kooperazzjoni makroreġjonali u reġjonali fl-elaborazzjoni u fil-finalizzazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali kif ukoll fl-implimentazzjoni sussegwenti tal-pjanijiet nazzjonali tkun essenzjali għat-titjib tal-effettività u tal-effiċjenza tal-miżuri u għat-trawwim tal-integrazzjoni tas-suq u tas-sigurtà tal-enerġija.
Emenda 30
Proposta għal regolament
Premessa 22
(22)  Jenħtieġ li l-pjanijiet nazzjonali jkunu stabbli biex jiġu żgurati t-trasparenza u l-prevedibbiltà tal-politiki u tal-miżuri nazzjonali sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza għall-investituri. Madankollu jenħtieġ li l-aġġornamenti tal-pjanijiet nazzjonali jkunu previsti darba matul il-perjodu kopert ta' għaxar snin biex l-Istati Membri jingħataw l-opportunità li jadattaw għal ċirkostanzi sinifikanti ta' bidla. Jenħtieġ li għall-pjanijiet li jkopru l-perjodu mill-2021 sal-2030, l-Istati Membri jkunu jistgħu jaġġornaw il-pjanijiet tagħhom sal-1 ta' Jannar 2024. Jenħtieġ li l-miri, l-għanijiet u l-kontributi jiġu mmodifikati biss biex jirriflettu żieda ġenerali fl-ambizzjoni b'mod partikolari fir-rigward tal-miri tal-enerġija u tal-klima għall-2030. Bħala parti mill-aġġornamenti, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu sforzi biex itaffu kwalunkwe impatt ambjentali avvers li jirriżulta bħala parti mir-rapportar integrat.
(22)  Jenħtieġ li l-pjanijiet nazzjonali jkunu stabbli biex jiġu żgurati t-trasparenza u l-prevedibbiltà tal-politiki u tal-miżuri nazzjonali sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza għall-investiment. Il-preżentazzjoni regolari tal-pjanijiet nazzjonali fuq perjodi rikorrenti ta' għaxar snin tagħti lill-Istati Membri l-opportunità li jadattaw għal ċirkostanzi sinifikanti ta' bidla. Jenħtieġ li l-miri u l-għanijiet jiġu mmodifikati biss biex jirriflettu żieda ġenerali fl-ambizzjoni b'mod partikolari fir-rigward tal-miri tal-enerġija u tal-klima. Bħala parti minn dawk il-pjanijiet, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu sforzi biex itaffu kwalunkwe impatt ambjentali avvers li jirriżulta bħala parti mir-rapportar integrat.
Emenda 31
Proposta għal regolament
Premessa 23
(23)  Strateġiji fit-tul għal emissjonijiet baxxi huma kruċjali biex jikkontribwixxu għal trasformazzjoni ekonomika, impjiegi, tkabbir u biex jintlaħqu għanijiet ta' żvilupp sostenibbli usa', kif ukoll biex iqarrbu b'mod ġust u kosteffikaċi lejn l-għan fit-tul stabbilit bil-Ftehim ta' Pariġi. Barra minn hekk, il-Partijiet tal-Ftehim ta' Pariġi mistiedna jikkomunikaw l-istrateġiji tagħhom tal-iżvilupp fit-tul u ta' nofs is-seklu dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra.
(23)  L-istrateġiji fit-tul dwar il-klima u l-enerġija huma kruċjali biex jikkontribwixxu għat-trasformazzjoni ekonomika, għall-impjiegi, għat-tkabbir u biex jintlaħqu għanijiet ta' żvilupp sostenibbli usa', kif ukoll biex iqarrbu b'mod ġust u kosteffikaċi lejn l-għan fit-tul stabbilit bil-Ftehim ta' Pariġi. Barra minn hekk, il-Partijiet tal-Ftehim ta' Pariġi mistiedna jikkomunikaw l-istrateġiji tagħhom tal-iżvilupp fit-tul u ta' nofs is-seklu dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra.
Emenda 32
Proposta għal regolament
Premessa 23a (ġdida)
(23a)  L-Istati Membri jenħtieġ li jiżviluppaw strateġiji fit-tul dwar il-klima u l-enerġija għall-2050 u lil hinn li jidentifikaw il-bidliet f'setturi differenti li huma meħtieġa biex issir qalba lejn sistema tal-enerġija rinnovabbli u biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi. L-istrateġiji jenħtieġ li jkunu konsistenti mal-politika tal-Unjoni dwar is-sehem ġust tal-baġit globali tal-karbonju li jifdal u jenħtieġ li jiġu żviluppati b'mod miftuħ u trasparenti u bl-involviment sħiħ tal-partijiet ikkonċernati rilevanti. Il-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima jenħtieġ li jkunu bbażati fuq l-istrateġiji fit-tul dwar il-klima u l-enerġija u jkunu konsistenti magħhom.
Emenda 33
Proposta għal regolament
Premessa 23b (ġdida)
(23b)  Is-settur tal-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija (LULUCF) huwa espost ħafna u vulnerabbli ħafna għat-tibdil fil-klima. Fl-istess ħin, dan is-settur għandu potenzjal enormi li jipprovdi benefiċċji fit-tul għall-klima u li jikkontribwixxi b'mod sinifikanti biex jintlaħqu l-miri Ewropej u dawk internazzjonali dwar il-klima fuq terminu twil. Dan jista' jikkontribwixxi b'diversi modi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, b'mod partikolari billi jnaqqas l-emissjonijiet, u jżomm u jżid il-bjar u l-ħażniet tal-karbonju, u jipprovdi materjali bijoloġiċi li jistgħu jissostitwixxu l-materjali fossili u dawk intensivi fl-użu tal-karbonju. Sabiex il-miżuri li għandhom l-għan li b'mod partikolari jżidu s-sekwestru tal-karbonju jkunu effettivi, hemm bżonn tal-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi u tal-istabbiltà u l-adattabbiltà fit-tul tar-raggruppamenti tal-karbonju. Jinħtieġu strateġiji fit-tul sabiex ikunu jistgħu jsiru investimenti sostenibbli fuq medda twila ta' żmien.
Emenda 34
Proposta għal regolament
Premessa 23c (ġdida)
(23c)  Fl-iżvilupp ta' interkonnessjonijiet ulterjuri, huwa importanti li ssir valutazzjoni sħiħa tal-kostijiet u l-benefiċċji tagħhom, inkluż l-impatti tekniċi, soċjoekonomiċi u ambjentali sħaħ tagħhom, kif meħtieġ mir-Regolament TEN-E, u jitqiesu l-esternalitajiet pożittivi tal-interkonnessjonijiet, bħalma huma l-integrazzjoni tas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli, is-sigurtà tal-provvista u ż-żieda fil-kompetizzjoni fis-suq intern.
Emenda 35
Proposta għal regolament
Premessa 24
(24)  Bħalma huwa l-każ għall-ippjanar, il-leġiżlazzjoni settorjali tal-Unjoni fl-oqsma tal-enerġija u tal-klima tistabbilixxi rekwiżiti ta' rapportar, li ħafna minnhom kienu għodda utli biex tiġi xprunata l-bidla fil-livell nazzjonali, iżda dawk ir-rekwiżiti ġew introdotti f'perjodi differenti ta' żmien u dan wassal għal trikkib u għal nuqqas ta' kunsiderazzjoni tas-sinerġiji u tal-interazzjonijiet bejn l-oqsma ta' politika bħal pereżempju l-mitigazzjoni tal-GHGs, l-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika u l-integrazzjoni tas-suq. Sabiex jinstab il-bilanċ ġust bejn il-ħtieġa li jiġi żgurat segwitu adattat għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali u l-ħtieġa li jitnaqqas il-piż amministrattiv, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu rapporti biennali ta' progress dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet u dwar żviluppi oħra fis-sistema tal-enerġija. Madankollu, xorta waħda jkun meħtieġ xi rapportar fuq bażi annwali, b'mod partikolari fir-rigward tar-rekwiżiti ta' rapportar fil-qasam tal-klima li jirriżultaw mill-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima ("UNFCCC") u mir-Regolamenti tal-Unjoni.
(24)  Bħalma huwa l-każ għall-ippjanar, il-leġiżlazzjoni settorjali tal-Unjoni fl-oqsma tal-enerġija u tal-klima tistabbilixxi rekwiżiti ta' rapportar, li ħafna minnhom kienu għodda utli biex tiġi xprunata l-bidla fil-livell nazzjonali, komplementari għar-riformi tas-suq, iżda dawk ir-rekwiżiti ġew introdotti f'perjodi differenti ta' żmien u dan wassal għal trikkib u kostineffiċjenza kif ukoll għal nuqqas ta' kunsiderazzjoni tas-sinerġiji u tal-interazzjonijiet bejn l-oqsma ta' politika bħal pereżempju l-mitigazzjoni tal-GHGs, l-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika u l-integrazzjoni tas-suq. Sabiex jinstab il-bilanċ ġust bejn il-ħtieġa li jiġi żgurat segwitu adattat għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali u l-ħtieġa li titnaqqas il-kumplessità amministrattiva, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu rapporti biennali ta' progress dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet u dwar żviluppi oħra fis-sistema tal-enerġija. Madankollu, xorta waħda jkun meħtieġ xi rapportar fuq bażi annwali, b'mod partikolari fir-rigward tar-rekwiżiti ta' rapportar fil-qasam tal-klima li jirriżultaw mill-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima ("UNFCCC") u mir-Regolamenti tal-Unjoni.
Emenda 36
Proposta għal regolament
Premessa 25
(25)  Jenħtieġ li r-rapporti integrati ta' progress tal-Istati Membri jirriflettu l-elementi stabbiliti fil-mudell għall-pjanijiet nazzjonali. Jenħtieġ li mudell għar-rapporti integrati ta' progress ikun dettaljat f'att(i) ta' implimentazzjoni sussegwenti minħabba n-natura teknika tagħhom u l-fatt li l-ewwel rapporti ta' progress huma dovuti fl-2021. Jenħtieġ li r-rapporti ta' progress jitwettqu sabiex tiġi żgurata t-trasparenza fil-konfront tal-Unjoni, ta' Stati Membri oħra u ta' atturi oħra tas-suq, inklużi l-konsumaturi. Jenħtieġ li dawn ikunu komprensivi fil-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija u, għall-ewwel perjodu, fl-istess waqt jagħmlu enfasi fuq l-oqsma koperti bil-miri tal-Qafas għall-klima u l-enerġija għall-2030.
(25)  Jenħtieġ li r-rapporti integrati ta' progress tal-Istati Membri jirriflettu l-elementi stabbiliti fil-mudell għall-pjanijiet nazzjonali. Jenħtieġ li mudell għar-rapporti integrati ta' progress ikun dettaljat f'att(i) ta' implimentazzjoni sussegwenti minħabba n-natura teknika tagħhom u l-fatt li l-ewwel rapporti ta' progress huma dovuti fl-2021. Jenħtieġ li r-rapporti ta' progress jitwettqu sabiex tiġi żgurata t-trasparenza fil-konfront tal-Unjoni, ta' Stati Membri oħra, tal-awtoritajiet reġjonali u lokali, ta' atturi oħra tas-suq, inklużi l-konsumaturi, u ta' parijiet ikkonċernati relevanti oħrajn kif ukoll il-pubbliku ġenerali. Jenħtieġ li dawn ikunu komprensivi fil-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija u, għall-ewwel perjodu, fl-istess waqt jagħmlu enfasi fuq l-oqsma koperti bil-miri tal-Qafas għall-klima u l-enerġija għall-2030.
Emenda 37
Proposta għal regolament
Premessa 28
(28)  L-esperjenza bl-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 uriet l-importanza tat-trasparenza, tar-reqqa, tal-konsistenza, tal-kompletezza u tal-paragunabbiltà tal-informazzjoni. Filwaqt li jibni fuq dik l-esperjenza, jenħtieġ li dan ir-Regolament jiżgura li l-Istati Membri jirrapportaw dwar il-politiki, il-miżuri u l-projezzjonijiet tagħhom bħala komponent ewlieni tar-rapporti ta' progress. Jenħtieġ li l-informazzjoni f'dawk ir-rapporti tkunu essenzjali biex tintwera l-implimentazzjoni f'waqtha tal-impenji skont ir-Regolament [ ] [ESR]. Jenħtieġ li t-tħaddim u t-titjib kontinwu tas-sistemi fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri, flimkien ma' gwida aħjar dwar ir-rapportar, jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għat-tisħiħ kontinwu tal-informazzjoni meħtieġa biex jinżamm amment tal-progress fid-dimensjoni tad-dekarbonizzazzjoni.
(28)  L-esperjenza bl-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 uriet l-importanza tat-trasparenza, tar-reqqa, tal-konsistenza, tal-kompletezza u tal-paragunabbiltà tal-informazzjoni. Filwaqt li jibni fuq dik l-esperjenza, jenħtieġ li dan ir-Regolament jiżgura li l-Istati Membri jużaw dejta u suppożizzjonijiet konsistenti u kredibbli fil-ħames dimensjonijiet u jagħmlu disponibbli għall-pubbliku d-dejta użata fit-tfassil ta' xenarji u mudelli u jirrapportaw dwar il-politiki, il-miżuri u l-projezzjonijiet tagħhom bħala komponent ewlieni tar-rapporti ta' progress. Jenħtieġ li l-informazzjoni f'dawk ir-rapporti tkunu essenzjali biex tintwera l-implimentazzjoni f'waqtha tal-impenji skont ir-Regolament [ ] [ESR]. Jenħtieġ li t-tħaddim u t-titjib kontinwu tas-sistemi fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri, flimkien ma' gwida aħjar dwar ir-rapportar, jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għat-tisħiħ kontinwu tal-informazzjoni meħtieġa biex jinżamm amment tal-progress fid-dimensjoni tad-dekarbonizzazzjoni.
Emenda 38
Proposta għal regolament
Premessa 30
(30)  Sabiex jiġi limitat il-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri u l-Kummissjoni, jenħtieġ li din tal-aħħar tistabbilixxi pjattaforma tar-rapportar onlajn biex tiffaċilita l-komunikazzjoni u tippromwovi l-kooperazzjoni. Jenħtieġ li b'hekk tiġi żgurata s-sottomissjoni f'waqtha tar-rapporti u tiġi ffaċilitata trasparenza mtejba fir-rapportar nazzjonali. Jenħtieġ li l-pjattaforma tar-rapportar elettroniku tikkumplimenta u tibni fuq il-proċessi eżistenti ta' rapportar, il-bażijiet ta' dejta u l-għodod elettroniċi, bħal dawk tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, il-Eurostat, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka u l-lezzjonijiet meħuda mill-Iskema ta' Mmaniġġjar u Awditjar Ekoloġiċi tal-Unjoni kif ukoll tibbenefika minnhom.
(30)  Sabiex tiżdied it-trasparenza fit-tfassil tal-politika dwar l-enerġija u l-klima u sabiex tiġi limitata l-kumplessità amministrattiva fuq l-Istati Membri u l-Kummissjoni, jenħtieġ li din tal-aħħar tistabbilixxi pjattaforma pubblika onlajn biex tiffaċilita l-aċċess tal-pubbliku għall-informazzjoni, il-komunikazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri kif ukoll il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri. Jenħtieġ li b'hekk tiġi żgurata s-sottomissjoni f'waqtha tar-rapporti u tiġi ffaċilitata trasparenza mtejba fir-rapportar nazzjonali. Jenħtieġ li l-pjattaforma elettronika tikkumplimenta u tibni fuq il-proċessi eżistenti ta' rapportar, il-bażijiet ta' dejta u l-għodod elettroniċi, bħal dawk tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, il-Eurostat, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka u l-lezzjonijiet meħuda mill-Iskema ta' Mmaniġġjar u Awditjar Ekoloġiċi tal-Unjoni kif ukoll tibbenefika minnhom.
Emenda 39
Proposta għal regolament
Premessa 31
(31)  Fir-rigward tad-dejta li trid tiġi pprovduta lill-Kummissjoni permezz ta' ppjanar u ta' rapportar nazzjonali, jenħtieġ li l-informazzjoni mill-Istati Membri ma tirdoppjax id-dejta u l-istatistika li diġà jkunu disponibbli għall-pubbliku permezz tal-Eurostat fil-kuntest tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill27 bl-istess mod kif isir skont l-obbligi ta' ppjanar u ta' rapportar ta' dan ir-Regolament u xorta jkunu disponibbli mill-Eurostat bl-istess valuri. Meta jkunu disponibbli u xierqa f'termini ta' tempestività, jenħtieġ li d-dejta u l-projezzjonijiet irrapportati pprovduti fil-pjanijiet nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima jibnu fuq id-dejta tal-Eurostat u fuq il-metodoloġija li ntużat għar-rapportar tal-istatistika Ewropea skont ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 u jkunu konsistenti magħhom.
(31)  Sabiex jiġi evitat dewmien ta' azzjoni fil-livell tal-Unjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tuża l-istimi annwali dwar il-GHGs, dwar is-sorsi tal-enerġija rinnovabbli u dwar l-effiċjenza enerġetika pprovduti mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, sabiex tivvaluta l-progress lejn il-kisba tal-miri tal-2030. Fir-rigward tad-dejta li trid tiġi pprovduta lill-Kummissjoni permezz ta' ppjanar u ta' rapportar nazzjonali, jenħtieġ li l-informazzjoni mill-Istati Membri ma tirdoppjax id-dejta u l-istatistika li diġà jkunu disponibbli għall-pubbliku permezz tal-Eurostat fil-kuntest tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill27 bl-istess mod kif isir skont l-obbligi ta' ppjanar u ta' rapportar ta' dan ir-Regolament u xorta jkunu disponibbli mill-Eurostat bl-istess valuri. Meta jkunu disponibbli u xierqa f'termini ta' tempestività, jenħtieġ li d-dejta u l-projezzjonijiet irrapportati pprovduti fil-pjanijiet nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima jibnu fuq id-dejta tal-Eurostat u fuq il-metodoloġija li ntużat għar-rapportar tal-istatistika Ewropea skont ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 u jkunu konsistenti magħhom.
__________________
__________________
27 Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta' data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).
27 Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta' data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).
Emenda 40
Proposta għal regolament
Premessa 32
(32)  Sabiex l-għanijiet tal-Istrateġija dwar l-Unjoni tal-Enerġija jintlaħqu b'mod kollettiv, se jkun essenzjali li l-Kummissjoni tivvaluta l-pjanijiet nazzjonali u l-implimentazzjoni tagħhom, abbażi tar-rapporti ta' progress. Għall-ewwel perjodu ta' għaxar snin, dan jikkonċerna b'mod partikolari l-kisba tal-miri tal-enerġija u tal-klima fil-livell tal-Unjoni għall-2030 u l-kontributi nazzjonali għal dawk il-miri. Jenħtieġ li din il-valutazzjoni ssir fuq bażi biennali, u fuq bażi annwali meta jkun meħtieġ biss, u jenħtieġ li tiġi kkonsolidata fl-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija tal-Kummissjoni.
(32)  Sabiex l-għanijiet tal-ħames dimensjonijiet tal-Istrateġija dwar l-Unjoni tal-Enerġija jintlaħqu b'mod kollettiv, b'mod partikolari l-ħolqien ta' Unjoni tal-Enerġija kompletament funzjonali u reżiljenti, se jkun essenzjali li l-Kummissjoni tivvaluta l-abbozzi ta' pjanijiet nazzjonali kif ukoll l-implimentazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali nnotifikati permezz ta' rapporti ta' progress. Dan huwa partikolarment il-każ fir-rigward tal-miri tal-enerġija u tal-klima fil-livell tal-Unjoni għall-2030 għall-ewwel perjodu ta' għaxar snin. Jenħtieġ li din il-valutazzjoni ssir fuq bażi biennali, u fuq bażi annwali meta jkun meħtieġ, u jenħtieġ li tiġi kkonsolidata fl-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija tal-Kummissjoni.
Emenda 41
Proposta għal regolament
Premessa 33
(33)  L-avjazzjoni jkollha impatti fuq il-klima globali minħabba r-rilaxx ta' CO2 kif ukoll ta' emissjonijiet oħra, inklużi l-emissjonijiet ta' ossidi tan-nitroġenu, u mekkaniżmi, bħall-intensifikazzjoni mis-sħab taċ-ċirru. Fid-dawl tal-għarfien xjentifiku dwar dawk l-impatti li qed jiżviluppa b'mod rapidu, fir-Regolament (UE) Nru 525/2013 diġà hija prevista valutazzjoni aġġornata tal-impatti tal-avjazzjoni mhux mis-CO2 fuq il-klima globali. Jenħtieġ li l-immudellar li ntuża f'dan ir-rigward jiġi adattat għall-progress xjentifiku. Abbażi tal-valutazzjonijiet tagħha ta' tali impatti, il-Kummissjoni tista' tikkunsidra għażliet rilevanti ta' politika biex dawn jiġu indirizzati.
(33)  L-avjazzjoni għandha impatti fuq il-klima globali minħabba r-rilaxx ta' CO2 kif ukoll ta' emissjonijiet oħra, inklużi l-emissjonijiet ta' ossidi tan-nitroġenu, u mekkaniżmi, bħall-intensifikazzjoni mis-sħab taċ-ċirru. Fid-dawl tal-għarfien xjentifiku dwar dawk l-impatti li qed jiżviluppa b'mod rapidu, fir-Regolament (UE) Nru 525/2013 diġà hija prevista valutazzjoni aġġornata tal-impatti tal-avjazzjoni mhux mis-CO2 fuq il-klima globali. Jenħtieġ li l-immudellar li ntuża f'dan ir-rigward jiġi adattat għall-progress xjentifiku. Abbażi tal-valutazzjonijiet tagħha ta' tali impatti, jenħtieġ li sal-1 ta' Marzu 2020 il-Kummissjoni tikkunsidra għażliet rilevanti ta' politika biex dawn jiġu indirizzati, u tippreżenta proposta leġiżlattiva, jekk ikun xieraq.
Emenda 42
Proposta għal regolament
Premessa 33a (ġdida)
(33a)  F'konformità mal-linji gwida attwali tal-UNFCCC dwar ir-rapportar għall-gassijiet serra, il-kalkolu u r-rapportar tal-emissjonijiet tal-metan huma bbażati fuq il-potenzjali ta' tisħin globali (GWP) fir-rigward ta' orizzont ta' 100 sena żmien. Minħabba l-GWP għoli u t-tul ta' ħajja atmosferika relattivament qasir tal-metan, li jwassal għal impatt sinifikanti fuq il-klima fi żmien qasir u medju, il-Kummissjoni jenħtieġ li tanalizza l-implikazzjonijiet għall-politiki u l-miżuri jekk tadotta orizzont ta' 20 sena żmien għall-metan. Abbażi tal-analiżi tagħha, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra opzjonijiet ta' politika rilevanti biex tindirizza malajr l-emissjonijiet tal-metan permezz ta' Strateġija tal-Unjoni dwar il-Metan, filwaqt li tipprijoritizza l-emissjonijiet tal-metan marbutin mal-enerġija u mal-iskart.
Emenda 43
Proposta għal regolament
Premessa 34
(34)  Sabiex tiġi żgurata koerenza bejn il-politiki u l-għanijiet nazzjonali u tal-Unjoni dwar l-Unjoni tal-Enerġija, jenħtieġ li jkun hemm djalogu kontinwu bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri. Kif ikun xieraq, jenħtieġ li l-Kummissjoni toħroġ rakkomandazzjonijiet għall-Istati Membri inkluż dwar il-livell ta' ambizzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet nazzjonali, dwar l-implimentazzjoni sussegwenti tal-politiki u tal-miżuri tal-pjanijiet nazzjonali nnotifikati, u dwar pjanijiet u miżuri nazzjonali oħra ta' rilevanza għall-implimentazzjoni tal-Unjoni tal-Enerġija. Jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu ferm dawn ir-rakkomandazzjonijiet u fir-rapporti sussegwenti ta' progress jispjegaw kif ikunu ġew implimentati.
(34)  Sabiex tiġi żgurata l-koerenza bejn il-politiki u l-għanijiet nazzjonali u tal-Unjoni dwar l-Unjoni tal-Enerġija, jenħtieġ li jkun hemm djalogu kontinwu bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri u, fejn ikun xieraq, bejn l-Istati Membri. Jenħtieġ li l-Kummissjoni toħroġ rakkomandazzjonijiet għall-Istati Membri inkluż dwar il-livell ta' ambizzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet nazzjonali, dwar l-implimentazzjoni sussegwenti tal-politiki u tal-miżuri tal-pjanijiet nazzjonali nnotifikati, u dwar pjanijiet u miżuri nazzjonali oħra ta' rilevanza għall-implimentazzjoni tal-Unjoni tal-Enerġija. Jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu dawn ir-rakkomandazzjonijiet u fir-rapporti sussegwenti ta' progress jispjegaw kif ikunu ġew implimentati.
Emenda 44
Proposta għal regolament
Premessa 35
(35)  Jekk l-ambizzjoni tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima jew tal-aġġornamenti tagħhom ma tkunx biżżejjed biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija u, għall-ewwel perjodu, b'mod partikolari l-miri tal-enerġija rinnovabbli u tal-effiċjenza enerġetika għall-2030, jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu miżuri fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġi żgurat li dawn l-għanijiet u l-miri jintlaħqu (u b'hekk titneħħa kwalunkwe diskrepanza fl-ambizzjoni'). Jekk il-progress li jkun sar mill-Unjoni fir-rigward dawn l-għanijiet u l-miri ma jkunx biżżejjed biex jintlaħqu, jenħtieġ li l-Kummissjoni, apparti li toħroġ rakkomandazzjonijiet, tieħu miżuri fil-livell tal-Unjoni jew l-Istati Membri jieħdu miżuri addizzjonali sabiex jiġi żgurat li jintlaħqu dawn l-għanijiet u l-miri (b'hekk titneħħa kwalunkwe diskrepanza fit-twettiq'). Jenħtieġ li dawn il-miżuri jqisu l-kontributi ambizzjużi bikrin li jkunu saru mill-Istati Membri għall-miri tal-enerġija rinnovabbli u tal-effiċjenza enerġetika għall-2030 meta sseħħ il-kondiviżjoni tal-isforz biex il-miri jintlaħqu b'mod kollettiv. Fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, tali miżuri jistgħu jinkludu wkoll kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri għal pjattaforma ta' finanzjament ġestita mill-Kummissjoni, li tintuża biex jingħata kontribut għall-proġetti tal-enerġija rinnovabbli fl-Unjoni. Jenħtieġ li l-miri nazzjonali tal-enerġija rinnovabbli tal-Istati Membri għall-2020 iservu bħala ishma ta' referenza għall-enerġija rinnovabbli mill-2021 'il quddiem. Fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika, miżuri addizzjonali jistgħu b'mod partikolari jimmiraw li jtejbu l-effiċjenza enerġetika tal-prodotti, tal-bini u tat-trasport.
(35)  Jekk l-ambizzjoni u l-miri, il-politiki u l-miżuri mfissra fil-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima ma jkunux biżżejjed biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija u, għall-ewwel perjodu, b'mod partikolari l-miri tal-enerġija rinnovabbli u tal-effiċjenza enerġetika għall-2030, jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu miżuri fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġi żgurat li dawn l-għanijiet u l-miri jintlaħqu u l-Istati Membri jenħtieġ li jirrevedu 'l fuq il-miri nazzjonali tagħhom fil-qasam tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli sal-31 ta' Diċembru 2020 (u b'hekk titneħħa kwalunkwe "diskrepanza fl-ambizzjoni"). Jekk il-progress li jkun sar mill-Unjoni fir-rigward dawn l-għanijiet u l-miri ma jkunx biżżejjed biex jintlaħqu, jenħtieġ li l-Kummissjoni, apparti li toħroġ rakkomandazzjonijiet, tieħu miżuri fil-livell tal-Unjoni jew l-Istati Membri jieħdu miżuri addizzjonali sabiex jiġi żgurat li jintlaħqu dawn l-għanijiet u l-miri (b'hekk titneħħa kwalunkwe "diskrepanza fit-twettiq"). Jenħtieġ li dawn il-miżuri jqisu l-isforzi ambizzjużi bikrin li jkunu saru mill-Istati Membri għall-miri tal-enerġija rinnovabbli u tal-effiċjenza enerġetika għall-2030 meta sseħħ il-kondiviżjoni tal-isforz biex il-miri jintlaħqu b'mod kollettiv. Fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, tali miżuri jistgħu jinkludu wkoll kontribuzzjonijiet finanzjarji volontarji mill-Istati Membri għal pjattaforma ta' finanzjament ġestita mill-Kummissjoni, li tintuża biex jingħata kontribut għall-proġetti tal-enerġija rinnovabbli fl-Unjoni, inklużi dawk ta' interess tal-Unjoni tal-Enerġija. Jenħtieġ li l-miri nazzjonali tal-enerġija rinnovabbli tal-Istati Membri għall-2020 iservu bħala ishma ta' referenza għall-enerġija rinnovabbli mill-2021 'il quddiem u jenħtieġ li jinżammu tul il-perjodu kollu. Fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika, miżuri addizzjonali jistgħu b'mod partikolari jimmiraw li jtejbu l-effiċjenza enerġetika tal-prodotti, tal-bini u tat-trasport.
Emenda 45
Proposta għal regolament
Premessa 38
(38)  Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jiżguraw kooperazzjoni mill-qrib fil-kwistjonijiet kollha marbuta mal-implimentazzjoni tal-Unjoni tal-Enerġija u ta' dan ir-Regolament, bl-involviment mill-qrib tal-Parlament Ewropew. Kif ikun xieraq, jenħtieġ li l-Kummissjoni tassisti lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward tal-istabbiliment ta' pjanijiet nazzjonali u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet assoċjati.
(38)  Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jiżguraw kooperazzjoni mill-qrib fil-kwistjonijiet kollha marbuta mal-implimentazzjoni tal-Unjoni tal-Enerġija u ta' dan ir-Regolament, bl-involviment mill-qrib tal-Parlament Ewropew. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tassisti lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward tal-istabbiliment, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima u l-istrateġija fuq terminu twil dwar il-klima u l-enerġija u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet assoċjati billi timmobilizza r-riżorsi interni mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, il-kapaċità ta' mudellar intern u, fejn rilevanti, għarfien espert estern.
Emenda 46
Proposta għal regolament
Premessa 41a (ġdida)
(41a)  Dan ir-Regolament jinkludi dispożizzjonijiet relatati mat-trattament tal-effiċjenza enerġetika bħala prijorità infrastrutturali, u jirrikonoxxi li din tissodisfa d-definizzjoni ta' infrastruttura użata mill-Fond Monetarju Internazzjonali u istituzzjonijiet ekonomiċi oħrajn, minbarra li jagħmilha element kruċjali u kunsiderazzjoni prijoritarja fid-deċiżjonijiet futuri dwar l-investiment fl-infrastruttura tal-enerġija tal-Ewropa1a.
__________________
1a Rapport tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Ġunju 2016 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija (2012/27/UE) (2015/2232(INI))
Emenda 47
Proposta għal regolament
Premessa 43
(43)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiġi assistita fil-kompiti tagħha skont dan ir-Regolament permezz ta' Kumitat dwar l-Unjoni tal-Enerġija sabiex jitħejjew l-atti ta' implimentazzjoni. Jenħtieġ li dan jissostitwixxi u jassumi l-kompiti tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima u ta' kumitati oħra kif ikun xieraq.
(43)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiġi assistita fil-kompiti tagħha skont dan ir-Regolament permezz ta' Kumitat dwar l-Enerġija u l-Klima sabiex jitħejjew l-atti ta' implimentazzjoni. Fir-rigward tal-kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-klima, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun assistita mill-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru 525/2013.
Emenda 48
Proposta għal regolament
Premessa 44a (ġdida)
(44a)  Bi tħejjija għal reviżjoni futura ta' dan ir-Regolament u fil-kuntest tal-istrateġija ta' ċibersigurtà tal-Unjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, tivvaluta jekk jafx ikun hemm il-ħtieġa li jiżdiedu rekwiżiti ta' ppjanar u rapportar uniformi addizzjonali dwar l-isforzi tal-Istati Membri biex itejbu l-protezzjoni tal-infrastruttura kritika tas-sistema tal-enerġija tal-UE kontra kull forma ta' theddid ċibernetiku, b'mod partikolari fid-dawl tal-għadd dejjem jikber ta' attakki ċibernetiċi potenzjalment kritiċi matul l-aħħar deċennju, sabiex tiġi garantita s-sigurtà tal-enerġija fi kwalunkwe ċirkostanza. Madankollu, koordinazzjoni mtejba bħal din fl-Unjoni jenħtieġ li ma taffettwax l-interessi ta' sigurtà nazzjonali tal-Istati Membri billi tiżvela informazzjoni sensittiva.
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 1
Artikolu 1
Artikolu 1
Is-suġġett u l-kamp ta' applikazzjoni
Is-suġġett u l-kamp ta' applikazzjoni
1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi mekkaniżmu ta' Governanza sabiex:
1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi mekkaniżmu ta' Governanza sabiex:
(-a)  jiġu implimentati strateġiji u miżuri fit-tul għall-klima u l-enerġija mfassla biex jiġu rrispettati l-impenji tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni skont il-Ftehim ta' Pariġi;
(a)  jiġu implimentati strateġiji u miżuri mfassla biex jintlaħqu l-għanijiet u l-miri tal-Unjoni tal-Enerġija, u għall-ewwel perjodu ta' għaxar snin mill-2021 sal-2030, b'mod partikolari l-miri tal-enerġija u tal-klima tal-UE għall-2030;
(a)  jiġu implimentati strateġiji u miżuri mfassla biex jintlaħqu l-għanijiet u l-miri tal-Unjoni tal-Enerġija, u għall-ewwel perjodu ta' għaxar snin mill-2021 sal-2030, b'mod partikolari l-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030;
(aa)  jiġu strutturati sħubiji u kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-livell makroreġjonali u reġjonali, maħsuba biex jinkisbu l-miri, l-objettivi u l-impenji tal-Unjoni tal-Enerġija;
(b)  jiġu żgurati t-tempestività, it-trasparenza, ir-reqqa, il-konsistenza, il-komparabbiltà u l-kompletezza tar-rapportar mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha lis-Segretarjat tal-UNFCCC.
(b)  jiġu żgurati t-tempestività, it-trasparenza, ir-reqqa, il-konsistenza, il-komparabbiltà u l-kompletezza tar-rapportar mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha lis-Segretarjat tal-UNFCCC.
(ba)  jikkontribwixxi għal ċertezza regolatorja akbar kif ukoll jikkontribwixxi għal aktar ċertezza għall-investituri u jgħin sabiex jittieħed vantaġġ sħiħ mill-opportunitajiet għal żvilupp ekonomiku, l-istimolu tal-investiment, il-ħolqien tal-impjiegi u l-koeżjoni soċjali;
(bc)  jappoġġa tranżizzjoni ġusta għaċ-ċittadini u għar-reġjuni li jistgħu jkunu milquta ħażin mit-tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' karbonju.
Il-mekkaniżmu ta' governanza għandu jkun ibbażat fuq pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima li jkopru perjodi ta' għaxar snin li jibdew mill-2021 sal-2030, filwaqt li jikkorrispondi mar-rapporti nazzjonali integrati ta' progress dwar l-enerġija u l-klima mill-Istati Membri u mal-arranġamenti integrati ta' monitoraġġ mill-Kummissjoni Ewropea. Dan għandu jiddefinixxi proċess strutturat u ripetittiv bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri bl-għan li jiġu ffinalizzati l-pjanijiet nazzjonali u l-implimentazzjoni sussegwenti tagħhom, inkluż fir-rigward tal-kooperazzjoni reġjonali u l-azzjoni korrispondenti tal-Kummissjoni.
Il-mekkaniżmu ta' governanza għandu jkun ibbażat fuq pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima li jkopru perjodi ta' għaxar snin li jibdew mill-2021 sal-2030, filwaqt li jikkorrispondi mar-rapporti nazzjonali integrati ta' progress dwar l-enerġija u l-klima mill-Istati Membri u mal-arranġamenti integrati ta' monitoraġġ mill-Kummissjoni Ewropea. Dan għandu jiddefinixxi proċess strutturat, trasparenti u iterattiv bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri li jiżgura l-parteċipazzjoni sħiħa tal-pubbliku inġenerali u tal-awtoritajiet lokali bl-għan li jiġu ffinalizzati l-pjanijiet nazzjonali u l-implimentazzjoni sussegwenti tagħhom, inkluż fir-rigward tal-kooperazzjoni makroreġjonali u reġjonali u l-azzjoni korrispondenti tal-Kummissjoni.
2.  Dan ir-Regolament għandu japplika għall-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija li ġejjin:
2.  Dan ir-Regolament għandu japplika għall-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija li ġejjin:
(a)  is-sigurtà tal-enerġija,
(a)  is-sigurtà tal-enerġija,
(b)  is-suq tal-enerġija,
(b)  is-suq intern tal-enerġija,
(c)  l-effiċjenza enerġetika,
(c)  l-effiċjenza enerġetika,
(d)  id-dekarbonizzazzjoni u
(d)  id-dekarbonizzazzjoni u
(e)  r-riċerka, l-innovazzjoni u l-kompetittività.
(e)  ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-kompetittività.
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fir-[riformulazzjoni tad-Direttiva 2009/28/KE kif proposta b'COM(2016)0767], fid-Direttiva 2010/31/UE u fid-Direttiva 2012/27/UE.
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet fir-[riformulazzjoni tad-Direttiva 2009/28/KE kif proposta b'COM(2016)0767], [riformulazzjoni tad-Direttiva 2009/72/KE kif propost mill-COM(2016)XXXX], fid-Direttiva 2010/31/UE u fid-Direttiva 2012/27/UE.
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 3
(3)  "politiki u miżuri adottati" tfisser il-politiki u l-miżuri li għalihom tkun ittieħdet deċiżjoni uffiċjali tal-gvern sad-data li fiha jintbagħtu l-pjan nazzjonali jew ir-rapport ta' progress u jkun hemm impenn ċar li ssir l-implimentazzjoni;
(3)  "politiki u miżuri adottati" tfisser il-politiki u l-miżuri li għalihom tkun ittieħdet deċiżjoni ċentrali jew subnazzjonali uffiċjali tal-gvern sad-data li fiha jintbagħtu l-pjan nazzjonali jew ir-rapport ta' progress u jkun hemm impenn ċar li ssir l-implimentazzjoni;
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 9
(9)  "il-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030" tfisser il-mira vinkolanti fl-Unjoni ta' tnaqqis domestiku ta' minn tal-inqas 40 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-ekonomija kollha meta mqabbla mal-1990 li jrid jintlaħaq sal-2030, il-mira vinkolanti fil-livell tal-Unjoni ta' minn tal-inqas 27 % tas-sehem ta' enerġija rinnovabbli kkunsmata fl-UE fl-2030, il-mira fil-livell tal-Unjoni ta' minn tal-inqas 27 % għat-titjib fl-effiċjenza enerġetika fl-2030, li trid tiġi rieżaminata fl-2020 filwaqt li jitqies livell tal-UE ta' 30 %, u l-mira ta' 15 % għall-interkonnessjoni tal-elettriku għall-2030 jew kwalunkwe mira sussegwenti f'dan ir-rigward maqbula mill-Kunsill Ewropew jew mill-Kunsill u mill-Parlament għall-2030.
imħassar
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 11a (ġdid)
(11a)  "sforzi bikrija" tfisser progress bikri ta' Stat Membru magħmul mill-2021 'il quddiem lejn il-kisba tal-mira tiegħu għall-enerġija rinnovabbli kif imsemmija fl-Artikolu 3 tar-[riformulazzjoni tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli] u l-mira tiegħu għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika kif imsemmija fl-Artikolu 1(1) u fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2012/27/UE;
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 17a (ġdid)
(17a)  "l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel" tfisser il-prijoritizzazzjoni, fid-deċiżjonijiet kollha dwar l-ippjanar, il-politika u l-investimenti marbutin mal-enerġija, ta' miżuri biex id-domanda u tal-provvista tal-enerġija jsiru aktar effiċjenti, permezz ta' ffrankar enerġetiku kostottimali fil-konsum finali, inizjattivi ta' ġestjoni min-naħa tad-domanda u konverżjoni, trażmissjoni u distribuzzjoni aktar effiċjenti tal-enerġija;
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 3
Artikolu 3
Artikolu 3
Pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima
Pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima
1.  Sal-1 ta' Jannar 2019 u sussegwentement kull għaxar snin, kull Stat Membru għandu jinnotifika pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima lill-Kummissjoni. Il-pjanijiet għandhom jinkludu l-elementi stabbiliti fil-paragrafu 2 u fl-Anness I. L-ewwel pjan għandu jkopri l-perjodu mill-2021 sal-2030. Il-pjanijiet sussegwenti għandhom ikopru l-perjodu ta' għaxar snin li jiġi immedjatament wara t-tmiem tal-perjodu kopert mill-pjan preċedenti.
1.  Sal-1 ta' Jannar 2019 u sussegwentement kull għaxar snin, kull Stat Membru għandu jinnotifika pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima lill-Kummissjoni. Il-pjanijiet għandhom jinkludu l-elementi stabbiliti fil-paragrafu 2 u fl-Anness I. L-ewwel pjan għandu jkopri l-perjodu mill-2021 sal-2030. Il-pjanijiet sussegwenti għandhom ikopru l-perjodu ta' għaxar snin li jiġi immedjatament wara t-tmiem tal-perjodu kopert mill-pjan preċedenti.
2.  Il-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima għandu jkun fihom it-taqsimiet prinċipali li ġejjin:
2.  Il-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima għandu jkun fihom it-taqsimiet prinċipali li ġejjin:
(a)  stampa ġenerali tal-proċess segwit għall-istabbiliment tal-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima, li jkun fiha sommarju eżekuttiv, deskrizzjoni tal-konsultazzjoni u l-involviment tal-partijiet ikkonċernati u tar-riżultati tagħhom, u tal-kooperazzjoni reġjonali ma' Stati Membri oħra fit-tħejjija tal-pjan;
(a)  stampa ġenerali tal-proċess segwit għall-istabbiliment tal-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima, li jkun fiha:
(1)   sommarju eżekuttiv,
(2)   deskrizzjoni tal-konsultazzjoni u l-involviment tal-awtoritajiet lokali, tas-soċjetà ċivili, tas-sħab soċjali u taċ-ċittadini u tar-riżultati tagħhom,
(3)  deskrizzjoni tal-kooperazzjoni makroreġjonali u reġjonali ma' Stati Membri oħra fit-tħejjija tal-pjan;
(b)  deskrizzjoni tal-għanijiet, tal-miri u tal-kontributi nazzjonali għal kull waħda mill-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija;
(b)  deskrizzjoni tal-għanijiet u tal-miri nazzjonali għal kull waħda mill-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija;
(c)  deskrizzjoni tal-politiki u tal-miżuri previsti biex jintlaħqu l-għanijiet, il-miri u l-kontributi korrispondenti stabbiliti skont il-punt (b);
(c)  deskrizzjoni tal-politiki, tal-miżuri u tal-istrateġiji ta' investiment ippjanati previsti biex jintlaħqu l-għanijiet u l-miri korrispondenti stabbiliti skont il-punt (b);
(d)  deskrizzjoni tas-sitwazzjoni attwali tal-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija inkluż fir-rigward tas-sistema tal-enerġija u l-emissjonijiet, l-assorbimenti kif ukoll il-projezzjonijiet ta' gassijiet serra tal-għanijiet msemmija fil-punt (b) fil-konfront ta' politiki u ta' miżuri (implimentati u adottati) li diġà jkunu eżistenti;
(d)  deskrizzjoni tas-sitwazzjoni attwali tal-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija inkluż fir-rigward tas-sistema tal-enerġija u l-emissjonijiet, l-assorbimenti kif ukoll il-projezzjonijiet ta' gassijiet serra tal-għanijiet u l-miri msemmija fil-punt (b) fil-konfront ta' politiki u ta' miżuri (implimentati u adottati) li diġà jkunu eżistenti kif ukoll deskrizzjoni tal-ostakli u x-xkiel regolatorji u mhux regolatorji għall-kisba tal-miri u l-objettivi;
(e)  valutazzjoni tal-impatti tal-politiki u tal-miżuri ppjanati biex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fil-punt (b);
(e)  valutazzjoni tal-impatti tal-politiki u tal-miżuri individwali u aggregati ppjanati sabiex jintlaħqu l-miri u l-għanijiet imsemmija fl-Artikoli 1, 4, 13a u 14, u dwar l-impatti ambjentali, inkluż fuq il-kwalità tal-arja u l-ħarisen tan-natura u l-impatti fuq is-saħħa, makroekonomiċi u soċjali;
(ea)   valutazzjoni tal-impatti tal-politiki u tal-miżuri ppjanati dwar il-kompettitività marbutin mal-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija;
(eb)  valutazzjoni tal-impatti klimatiċi potenzjali fl-Istat Membru, inklużi l-impatti diretti u indiretti, u l-istrateġiji ta' reżiljenza biex jiġu mmaniġġjati l-impatti klimatiċi, bħal pjanijiet ta' adattament nazzjonali;
(ec)  wara l-iżvilupp ta' strateġija ta' investiment, stima tal-investiment pubbliku u privat meħtieġ biex jiġu implimentati l-politiki u l-miżuri ppjanati;
(f)  anness, imfassal skont ir-rekwiżiti u l-istruttura stabbiliti fl-Anness II ta' dan ir-Regolament, li jistabbilixxi l-metodoloġiji u l-miżuri ta' politika tal-Istat Membru biex jinkiseb ir-rekwiżit tal-iffrankar enerġetiku skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2012/27/UE [il-verżjoni kif emendata skont il-proposta COM(2016)0761] u l-Anness V tagħha.
(f)  anness, imfassal skont ir-rekwiżiti u l-istruttura stabbiliti fl-Anness II ta' dan ir-Regolament, li jistabbilixxi l-metodoloġiji u l-miżuri ta' politika tal-Istat Membru biex jinkiseb ir-rekwiżit tal-iffrankar enerġetiku skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2012/27/UE [il-verżjoni kif emendata skont il-proposta COM(2016)0761] u l-Anness V tagħha.
3.  Meta jħejju l-pjanijiet nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom iqisu l-interkonnessjonijiet bejn il-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija u għandhom jużaw dejta u suppożizzjonijiet konsistenti fil-ħames dimensjonijiet kollha meta dan ikun rilevanti.
3.  Meta jħejju l-pjanijiet nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom:
(a)  jillimitaw il-kumplessità amministrattiva u l-ispejjeż għall-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha;
(b)   iqisu l-interkonnessjonijiet bejn il-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija, b'mod partikolari l-prinċipju li l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel;
(c)   jużaw dejta u suppożizzjonijiet kredibbli u konsistenti fil-ħames dimensjonijiet kollha meta dan ikun rilevanti u jagħmlu d-dejta użata għall-eżerċizzji tal-immudellar disponibbli pubblikament;
(d)  jiżguraw li jkun hemm konsistenza mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 u mal-istrateġiji nazzjonali fuq żmien fit-tul għall-klima u l-enerġija, kif previst fl-Artikolu 14;
(e)  jivvalutaw l-għadd ta' unitajiet domestiċi f'faqar enerġetiku, b'kont meħud tas-servizzi tal-enerġija domestiċi meħtieġa sabiex jiġu garantiti l-istandards tal-għajxien bażiċi fil-kuntest nazzjonali rilevanti, u jiddefinixxu politiki u miżuri eżistenti u ppjanati li jindirizzaw il-faqar fl-enerġija, inklużi miżuri ta' politika soċjali u programmi nazzjonali oħra rilevanti;
F'każ li Stat Membru jkollu għadd sinifikanti ta' unitajiet domestiċi f'faqar enerġetiku, kif sostnut mill-valutazzjoni bbażata fuq dejta verifikabbli, u bl-użu ta' indikaturi tad-dispersjoni ġeografika, huwa jenħtieġ li jinkludi fil-pjan tiegħu objettiv indikattiv nazzjonali biex inaqqas il-faqar enerġetiku;
(f)  jinkludu dispożizzjonijiet biex jevitaw, jimmitigaw jew, jekk il-proġetti jkunu ta' interess pubbliku u ma jkunx hemm alternattivi disponibbli, jikkumpensaw kwalunkwe impatt ambjentali avvers li jfeġġ bħala parti mir-rapportar integrat skont l-Artikoli 15 sa 22.
(g)  iqisu l-iżjed rakkomandazzjonijiet speċifiċi reċenti għall-pajjiżi li jkunu nħarġu fil-kuntest tas-Semestru Ewropew.
3a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, wara l-ewwel pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima tagħhom, kull wieħed mill-pjanijiet sussegwenti tagħhom, innotifikati lill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1, jimmodifika l-miri u l-objettivi nazzjonali tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 4, biex jirriflettu żieda fl-ambizzjoni meta mqabbel ma' dik stabbilita fil-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima preċedenti tagħhom.
3b.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku r-rapporti ppreżentati lill-Kummissjoni b'konformità ma' dan l-Artikolu.
4.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 36 biex temenda l-Anness I sabiex tadattah għall-emendi fil-qafas ta' politika dwar l-enerġija u l-klima tal-Unjoni, l-iżviluppi fis-suq tal-enerġija u r-rekwiżiti l-ġodda tal-UNFCCC u tal-Ftehim ta' Pariġi.
4.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 36 biex temenda l-Anness I sabiex tadattah għall-emendi fil-qafas ta' politika dwar l-enerġija u l-klima tal-Unjoni, l-iżviluppi fis-suq tal-enerġija u r-rekwiżiti l-ġodda tal-UNFCCC u tal-Ftehim ta' Pariġi.
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – titolu
Għanijiet, miri u kontributi nazzjonali għal kull waħda mill-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija
Miri u għanijiet għal kull waħda mill-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-għanijiet, il-miri u l-kontributi ewlenin li ġejjin fil-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima, kif speċifikat fit-Taqsima A.2. tal-Anness I:
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-għanijiet u l-miri ewlenin li ġejjin fil-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima, kif speċifikat fit-Taqsima A.2. tal-Anness I:
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a – punt 1 – punt iia (ġdid)
(iia)  it-trajjettorji li l-Istat Membru jippjana li jżomm u jsaħħaħ l-assorbimenti tal-karbonju minn bjar, b'konformità mal-istrateġiji għall-klima u l-enerġija fit-tul kif imsemmi fl-Artikolu 14;
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a – punt 1 – punt iii
iii.  meta jkun applikabbli, għanijiet u miri nazzjonali oħra li jkunu konsistenti ma' strateġiji eżistenti fit-tul għal emissjonijiet baxxi;
iii.  Għanijiet u miri nazzjonali oħrajn li jkunu konsistenti mal-Ftehim ta' Pariġi u l-istrateġiji dwar il-klima u l-enerġija għal terminu ta' żmien twil.
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a – punt 2 – punt i
i.  bl-għan li tintlaħaq il-mira vinkolanti tal-Unjoni ta' minn tal-inqas 27 % enerġija rinnovabbli fl-2030 kif imsemmi fl-Artikolu 3 tar-[riformulazzjoni tad-Direttiva 2009/28/KE kif proposta b'COM(2016)0767], kontribut għal din il-mira f'termini tas-sehem ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli tal-Istat Membru fil-konsum finali gross tal-enerġija fl-2030, bi trajettorja lineari għal dak il-kontribut mill-2021 'il quddiem;
i.  bl-għan li tintlaħaq il-mira vinkolanti tal-Unjoni ta' minn tal-inqas 35 % enerġija rinnovabbli fl-2030 kif imsemmi fl-Artikolu 3 tar-[riformulazzjoni tad-Direttiva 2009/28/KE kif proposta b'COM(2016)0767],
Emenda 291
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a – punt 2 – punt ia (ġdid)
ia.   il-mira nazzjonali tal-Istat Membru għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum gross finali tal-enerġija fl-2030 stabbilita skont l-Artikolu 3 u l-Anness Ia għad-Direttiva (UE).../... [riformulazzjoni tad-Direttiva 2009/28/KE kif propost mill-COM(2016)0767], bi trajettorja progressiva li tiżgura l-użu regolari tal-enerġija rinnovabbli mill-2021 'il quddiem, kif stabbilit fl-Anness Ia għal dan ir-Regolament;
Emenda 292
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a – punt 2 – punt ib (ġdid)
ib.   It-trajettorja msemmija fil-paragrafu ia għandha:
(i)  tibda mis-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fl-2020, kif stabbilit fit-tielet kolonna tat-tabella fil-Parti A tal-Anness I għad-Direttiva (UE).../... [riformulazzjoni tad-Direttiva 2009/28/KE kif propost mill-COM(2016) 767]. Jekk Stat Membru jaqbeż il-mira nazzjonali vinkolanti għall-2020 tiegħu, it-trajettorja tista' tibda mill-livell li ntlaħaq fl-2020;
(ii)  tikkonsisti minn minimu ta' tliet punti ta' referenza kkalkulati bħala l-medja tas-sentejn jew tliet snin preċedenti kif stipulat fl-Anness Ia;
(iii)  tal-anqas tilħaq il-miri nazzjonali għall-2030 tagħha;
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a – punt 2 – punt ic (ġdid)
ic.  It-trajettorja tal-Istat Membru msemmija fil-punti ia u ib, meħudin flimkien, għandhom jammontaw għat-trajettorja lineari vinkolanti tal-Unjoni u għandha tilħaq il-mira vinkolanti tal-Unjoni ta' minn tal-inqas 35 % enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija fl-2030;
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a – punt 2 – punt id (ġdid)
id.  it-trajettorji tal-Istat Membru għas-sehem ġenerali tal-enerġija rinnovabbli fil-konsum finali tal-enerġija mill-2030 'il quddiem għandhom ikunu konsistenti mal-istrateġiji fit-tul dwar l-enerġija u l-klima;
Emendi 69 u 287
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a – punt 2 – punt ii
ii.  it-trajettorji għas-sehem settorjali ta' enerġija rinnovabbli fil-konsum finali tal-enerġija mill-2021 sal-2030 fis-setturi tat-tisħin u tat-tkessiħ, tal-elettriku u tat-trasport;
ii.  it-trajettorji indikattivi tal-Istat Membru għas-sehem settorjali ta' enerġija rinnovabbli fil-konsum finali tal-enerġija mill-2021 sal-2030 fis-setturi tat-tisħin u tat-tkessiħ, tal-elettriku u tat-trasport;
Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a – punt 2 – punt iii
iii.  it-trajettorji b'teknoloġija tal-enerġija rinnovabbli li l-Istat Membru jippjana li juża biex jikseb it-trajettorji ġenerali u settorjali għall-enerġija rinnovabbli mill-2021 sal-2030 inklużi t-total mistenni tal-konsum finali gross tal-enerġija għal kull teknoloġija u settur f'Mtoe u t-total ippjanat tal-kapaċità installata għal kull teknoloġija u settur f'MW;
iii.  it-trajettorji indikattivi b'teknoloġija tal-enerġija rinnovabbli li l-Istat Membru jippjana li juża biex jikseb it-trajettorji ġenerali u settorjali għall-enerġija rinnovabbli mill-2021 sal-2030 inklużi t-total mistenni tal-konsum finali gross tal-enerġija għal kull teknoloġija u settur f'Mtoe u t-total ippjanat tal-kapaċità installata għal kull teknoloġija u settur, inkluż ir-repowering, f'MW;
Emenda 71
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a – punt 2 – punt iiia (ġdid)
iiia. is-sehem ta' enerġija rinnovabbli ta' Stat Membru, kif ukoll objettivi u trajettorji għal enerġija minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli prodotta mill-bliet, mill-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli u mill-konsumaturi tal-enerġija tagħhom stess mill-2021 sal-2030, inkluż il-konsum gross finali tal-enerġija mistenni f'Mtoe.
Emenda 73
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b – punt 1
(1)  il-kontribut nazzjonali indikattiv għall-effiċjenza enerġetika biex tinkiseb il-mira vinkolanti tal-Unjoni għall-effiċjenza enerġetika ta' 30 % fl-2030 kif imsemmi fl-Artikolu 1(1) u fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2012/27/UE [il-verżjoni kif emendata skont il-proposta COM(2016)0761], abbażi tal-konsum primarju jew finali tal-enerġija, l-iffrankar primarju jew finali tal-enerġija, jew l-intensità enerġetika.
(1)  il-mira nazzjonali vinkolanti għall-effiċjenza enerġetika biex tinkiseb il-mira vinkolanti tal-Unjoni għall-effiċjenza enerġetika ta' 40 % fl-2030 kif imsemmi fl-Artikolu 1(1) u fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2012/27/UE [il-verżjoni kif emendata skont il-proposta COM(2016)0761], abbażi tal-konsum primarju jew finali tal-enerġija, l-iffrankar primarju jew finali tal-enerġija, jew l-intensità enerġetika, bi trajettorja lineari għal dik il-mira mill-2021 'il quddiem.
L-Istati Membri għandhom jesprimu l-kontributi tagħhom f'termini tal-livell assolut ta' konsum primarju tal-enerġija u konsum finali tal-enerġija fl-2020 u fl-2030, bi trajettorja lineari għal dak il-kontribut mill-2021 'il quddiem. Huma għandhom jispjegaw il-metodoloġija sottostanti tagħhom u l-fatturi ta' konverżjoni li ntużaw;
L-Istati Membri għandhom jesprimu l-l-miri ta' effiċjenza enerġetika tagħhom f'termini tal-livell assolut ta' konsum primarju tal-enerġija u konsum finali tal-enerġija fl-2020 u fl-2030. Huma għandhom jispjegaw il-metodoloġija sottostanti tagħhom u l-fatturi ta' konverżjoni li ntużaw b'konformità mal-Annessi IV u V ta' ... [tal-verżjoni kif emendata skont il-proposta COM(2016)0761];
It-trajettorja msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tikkonsisti f'miri interim ta' kull sentejn li jibdew mill-2022 u mbagħad kull sentejn;
Emenda 74
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b – punt 2
(2)  l-ammont kumulattiv ta' ffrankar enerġetiku li jrid jinkiseb matul il-perjodu mill-2021 sal-2030 skont l-Artikolu 7 dwar l-obbligi tal-iffrankar enerġetiku tad-Direttiva 2012/27/UE [il-verżjoni kif emendata skont il-proposta COM(2016)0761];
(2)  l-ammont kumulattiv ta' ffrankar enerġetiku addizzjonali li jrid jinkiseb matul il-perjodu mill-2021 sal-2030 u lil hinn minn dan il-perjodu skont l-Artikolu 7 dwar l-obbligi tal-iffrankar enerġetiku tad-Direttiva 2012/27/UE [il-verżjoni kif emendata skont il-proposta COM(2016)0761];
Emenda 75
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b – punt 3
(3)  l-għanijiet għar-rinnovazzjoni fit-tul tal-istokk nazzjonali ta' bini residenzjali u kummerċjali (kemm pubbliku kif ukoll privat);
(3)  abbażi ta' analiżi tal-istokk tal-bini eżistenti, it-tapep għall-2030 u l-2040 għall-istrateġiji fit-tul għar-rinnovament tal-istokk nazzjonali ta' bini residenzjali u mhux residenzjali, kemm pubbliku kif ukoll privat, filwaqt li jitkejjel il-progress lejn l-għan tal-2050 b'konformità mal-Artikolu 2a tad-Direttiva 2010/31/UE [kif emendata bil-proposta COM(2016)0765];
Emenda 76
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a – punt 3a (ġdid)
(3a)  il-politiki u l-azzjonijiet ippjanati kif ukoll il-progress lejn it-trasformazzjoni tal-istokk tal-bini nazzjonali fi stokk ta' bini effiċjenti ħafna fl-użu tal-enerġija u dekarbonizzat, inkluża stima bbażata fuq l-evidenza kemm tal-iffrankar tal-enerġija mistenni kif ukoll tal-benefiċċji f'sens iktar wiesa', li jridu jinkisbu mill-2020 sal-2030;
Emenda 77
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b – punt 4
(4)  l-erja totali ta' art li trid tiġi rinnovata jew l-iffrankar enerġetiku annwali ekwivalenti li jrid jinkiseb mill-2020 sal-2030 skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2012/27/UE dwar ir-rwol eżemplari tal-bini tal-korpi pubbliċi;
(4)  l-erja totali ta' art li trid tiġi rinnovata u l-iffrankar enerġetiku korrispondenti miksub permezz tar-rinnovazzjoni jew l-iffrankar enerġetiku annwali ekwivalenti li jirriżulta mill-approċċ alternattiv li jrid jinkiseb mill-2020 sal-2030 skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2012/27/UE [kif emendata bil-proposta COM(2016)0761];
Emenda 78
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a – punt 4a (ġdid)
(4a)  il-potenzjal identifikat ta' ffrankar enerġetiku fit-tisħin u t-tkessiħ, inkluż l-eżitu tal-valutazzjoni komprensiva tal-potenzjal tal-applikazzjoni ta' koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja u tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti u innovattivi;
Emenda 79
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b – punt 5
(5)  għanijiet nazzjonali oħra tal-effiċjenza enerġetika, inklużi miri jew strateġiji fit-tul u miri settorjali f'oqsma bħat-trasport, it-tisħin u t-tkessiħ;
(5)  għanijiet nazzjonali oħra tal-effiċjenza enerġetika, inklużi miri jew strateġiji fit-tul u miri settorjali f'oqsma bħal dawk tat-trasport, tal-industrija tal-manifattura u tal-ilma u l-ilma mormi jew fil-qafas ta' politiki ta' abbinament settorjali; kif ukoll l-effiċjenza f'setturi oħra b'potenzjal għoli ta' effiċjenzża enerġetika tul il-katina kollha tal-fluss mill-enerġija primarja sal-utenti finali jew pereżempju ċ-ċentri tad-data;
Emenda 80
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c – punt 1
(1)  l-għanijiet nazzjonali fir-rigward taż-żieda tad-diversifikazzjoni tas-sorsi u tal-provvista tal-enerġija minn pajjiżi terzi;
(1)  l-għanijiet nazzjonali fir-rigward taż-żieda tad-diversifikazzjoni tas-sorsi u tal-provvista tal-enerġija minn pajjiżi terzi, sabiex tiżdied ir-reżiljenza tas-sistemi tal-enerġija makroreġjonali, reġjonali u nazzjonali;
Emenda 81
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c – punt 2
(2)  tal-għanijiet nazzjonali fir-rigward tat-tnaqqis tad-dipendenza fuq l-importazzjoni tal-enerġija minn pajjiżi terzi;
(2)  l-għanijiet nazzjonali fir-rigward tat-tnaqqis tad-dipendenza fuq l-importazzjoni tal-enerġija minn pajjiżi terzi, sabiex tiżdied ir-reżiljenza tas-sistemi tal-enerġija makroreġjonali, nazzjonali u reġjonali;
Emenda 82
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c – punt 4
(4)  l-għanijiet nazzjonali fir-rigward tal-użu ta' sorsi domestiċi tal-enerġija (b'mod partikolari l-enerġija rinnovabbli);
(4)  l-għanijiet nazzjonali fir-rigward taż-żieda tal-flessibbiltà tas-sistema tal-enerġija nazzjonali, b'mod partikolari permezz ta' miżuri ta' effiċjenza enerġetika, sorsi ta' enerġija rinnovabbli domestiċi u reġjonali, rispons għad-domanda u ħżin tal-enerġija;
Emenda 83
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt d – punt 1
(1)  il-livell ta' interkonnettività tal-elettriku li l-Istat Membru jimmira li jilħaq fl-2030 fid-dawl tal-mira ta' minn tal-inqas 15 % għall-interkonnessjoni tal-elettriku għall-2030; L-Istati Membri għandhom jispjegaw il-metodoloġija sottostanti li ntużat;
(1)  il-livell ta' interkonnettività tal-elettriku li l-Istat Membru jimmira li jilħaq fl-2030 fid-dawl tal-mira indikattiva ta' minn tal-inqas 15% għall-interkonnessjoni tal-elettriku għall-2030 filwaqt li jitqiesu l-mira ta' interkonnessjoni għall-2020 ta' 10 %, il-kundizzjonijiet u l-potenzjal tas-suq nazzjonali u reġjonali, l-aspetti kollha tal-analiżijiet tal-ispejjeż u l-benefiċċji, il-livell reali tal-implimentazzjoni tal-PCIs, kif ukoll il-miżuri biex tiżdied il-kapaċità kummerċjabbli fl-interkonnessjonijiet eżistenti; L-Istati Membri għandhom jispjegaw il-metodoloġija sottostanti li ntużat, filwaqt li titqies il-metodoloġija proposta mill-Kummissjoni;
Emenda 84
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt d – punt 2
(2)  l-għanijiet nazzjonali ewlenin għall-infrastruttura tat-trażmissjoni tal-elettriku u tal-gass li huma meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet u l-miri skont kwalunkwe waħda mill-ħames dimensjonijiet tal-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija;
(2)  l-għanijiet nazzjonali ewlenin għall-infrastruttura tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku u tal-gass u l-modernizzazzjoni tagħha, meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet u l-miri skont kwalunkwe waħda mill-ħames dimensjonijiet tal-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija; Għal kwalunkwe proġett ewlieni ta' infrastruttura ppjanat, evalwazzjoni preliminari tal-kompatibbiltà tieghħu mal-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija u l-kontribuzzjonijiet għalihom, b'mod partikolari fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista u l-kompetizzjoni;
Emenda 85
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt d – punt 3
(3)  l-għanijiet nazzjonali relatati ma' aspetti oħra tas-suq intern tal-enerġija bħal pereżempju l-integrazzjoni u l-akkoppjament tas-swieq, filwaqt li jiġi inkluż perjodu ta' żmien li fih jenħtieġ li jintlaħqu l-għanijiet;
(3)  l-għanijiet nazzjonali relatati ma' aspetti oħra tas-suq intern tal-enerġija bħaż-żieda fil-flessibbiltà tas-sistema, b'mod partikolari permezz tat-tneħħija tal-ostakli għall-formazzjoni libera tal-prezzijiet, l-integrazzjoni u l-akkoppjament tas-swieq, il-grilji intelliġenti, l-aggregazzjoni, ir-rispons għad-domanda, il-ħżin, il-ġenerazzjoni distribwita, il-mekkaniżmi għad-dispaċċ, id-dispaċċ mill-ġdid u t-tnaqqis, u s-sinjali tal-prezzijiet f'ħin reali, inkluż perjodu ta' żmien li fih jenħtieġ li jintlaħqu l-għanijiet;
Emenda 86
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt d – punt 3a (ġdid)
(3a)  l-għanijiet nazzjonali relatati mal-parteċipazzjoni nondiskriminatorja tal-enerġija rinnovabbli, ir-rispons għad-domanda u l-ħżin tal-enerġija, inkluż permezz tal-aggregazzjoni fis-swieq kollha tal-enerġija, inkluż perjodu ta' żmien li fih jenħtieġ li jintlaħqu l-għanijiet;
Emenda 87
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt d – punt 3b (ġdid)
(3b)  l-għanijiet nazzjonali biex jiġi żgurat li l-konsumaturi jipparteċipaw fis-sistema tal-enerġija u jibbenefikaw mill-awtoġenerazzjoni u t-teknoloġiji l-ġodda, inklużi l-arloġġi intelliġenti;
Emenda 88
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt d – punt 4
(4)  l-għanijiet nazzjonali fir-rigward tal-iżgurar tal-adegwatezza tas-sistema tal-elettriku kif ukoll il-flessibbiltà tas-sistema tal-enerġija fir-rigward tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, filwaqt li jiġi inkluż perjodu ta' żmien li fih jenħtieġ li jintlaħqu l-għanijiet;
(4)  l-għanijiet nazzjonali fir-rigward tal-iżgurar tal-adegwatezza tas-sistema tal-elettriku, filwaqt li jiġi żgurat li ma jiġi implimentat l-ebda mekkaniżmu ta' kapaċità, jew li meta tali mekkaniżmi jiġu implimentati għall-fini tas-sigurtà tal-provvista dawn ikunu limitati kemm jista' jkun, filwaqt li jiġi inkluż perjodu ta' żmien li fih jenħtieġ li jintlaħqu l-għanijiet;
Emenda 89
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt e – punt 1
(1)  l-għanijiet nazzjonali u miri ta' finanzjament għar-riċerka u għall-innovazzjoni pubbliċi u privati fir-rigward tal-Unjoni tal-Enerġija; jekk ikun applikabbli, inkluż perjodu ta' żmien li fih jenħtieġ li jintlaħqu l-għanijiet. Jenħtieġ li tali miri u għanijiet ikunu koerenti ma' dawk li ġew stabbiliti fl-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija u fil-Pjan SET;
(1)  l-għanijiet nazzjonali u miri ta' finanzjament għall-appoġġ pubbliku għar-riċerka u l-innovazzjoni fir-rigward tal-Unjoni tal-Enerġija u l-effett ta' ingranaġġ mistenni tiegħu fuq ir-riċerka privati; jekk ikun applikabbli, inkluż perjodu ta' żmien li fih jenħtieġ li jintlaħqu l-għanijiet. Jenħtieġ li tali miri u għanijiet ikunu koerenti ma' dawk li ġew stabbiliti fl-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija u fil-Pjan SET;
Emenda 90
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt e – punt 2
(2)  l-għanijiet nazzjonali għall-2050 għall-użu ta' teknoloġiji b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju;
(2)  l-għanijiet nazzjonali għall-2050 marbuta mal-promozzjoni tat-teknoloġiji sostenibbli;
Emenda 91
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt e – punt 3
(3)  l-għanijiet nazzjonali fir-rigward tal-kompetittività.
imħassar
Emenda 92
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – titolu
Il-proċess tal-istabbiliment tal-kontributi tal-Istati Membri fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli
Il-proċess tal-istabbiliment tal-mira tal-Istati Membri fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli
Emenda 93
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1
1.  Meta jistabbilixxu l-kontribut tagħhom għas-sehem tagħhom ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija fl-2030 u l-aħħar sena tal-perjodu kopert għall-pjanijiet nazzjonali sussegwenti, skont l-Artikolu 4(a)(2)(i), l-Istati Membri għandhom iqisu dawn li ġejjin:
1.  Meta jistabbilixxu l-mira tagħhom għas-sehem tagħhom ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija fl-2030 u l-aħħar sena tal-perjodu kopert għall-pjanijiet nazzjonali sussegwenti, skont l-Artikolu 4(a)(2)(i), l-Istati Membri għandhom iqisu dawn li ġejjin:
Emenda 94
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt d – punt i
(i)  id-distribuzzjoni ġusta tal-użu madwar l-Unjoni Ewropea;
(i)  id-distribuzzjoni ġusta u kosteffettiva tal-użu madwar l-Unjoni Ewropea;
Emenda 95
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)
(da)  is-sehem ta' referenza ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali gross tiegħu tal-enerġija stabbilit fl-Artikolu 3(3) tad-Direttiva (UE) .../... [id-Direttiva 2009/28/KE riformulata];
Emenda 96
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2
2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw b'mod kollettiv li s-somma tal-kontributi tagħhom tammonta għal minn tal-inqas 27 % ta' enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija fil-livell tal-Unjoni sal-2030.
2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw b'mod kollettiv li s-somma tal-miri tagħhom tammonta għal trajettorja lineari li tilħaq minn tal-inqas 35 % minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija fil-livell tal-Unjoni sal-2030.
Emenda 97
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – titolu
Il-proċess tal-istabbiliment tal-kontributi tal-Istati Membri fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika
Il-proċess tal-istabbiliment tal-mira vinkolanti tal-Istati Membri fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika
Emenda 98
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Meta jistabbilixxu l-kontribut nazzjonali indikattiv tagħhom għall-effiċjenza enerġetika għall-2030 u l-aħħar sena tal-perjodu kopert għall-pjanijiet nazzjonali sussegwenti skont l-Artikolu 4(b)(1), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
1.  Meta jistabbilixxu l-mira nazzjonali vinkolanti tagħhom għall-effiċjenza enerġetika għall-2030 u l-aħħar sena tal-perjodu kopert għall-pjanijiet nazzjonali sussegwenti skont l-Artikolu 4(b)(1), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
Emenda 99
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a
(a)  il-konsum tal-enerġija tal-Unjoni sal-2020 ma jkunx iżjed minn 1 483 Mtoe ta' enerġija primarja u mhux iżjed minn 1 086 Mtoe ta' enerġija finali, il-konsum tal-enerġija tal-Unjoni sal-2030 ma jkunx iżjed minn 1 321 Mtoe ta' enerġija primarja u mhux iżjed minn 987 Mtoe ta' enerġija finali għall-ewwel perjodu ta' għaxar snin;
(a)  il-konsum tal-enerġija tal-Unjoni sal-2020 ma jkunx iżjed minn 1 483 Mtoe ta' enerġija primarja u mhux iżjed minn 1 086 Mtoe ta' enerġija finali, il-konsum tal-enerġija tal-Unjoni sal-2030 ma jkunx iżjed minn 1 132 Mtoe ta' enerġija primarja u mhux iżjed minn 849 Mtoe ta' enerġija finali għall-ewwel perjodu ta' għaxar snin;
Emenda 100
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2.  Meta jistabbilixxu l-kontribut tagħhom imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jqisu ċ-ċirkostanzi li jaffettwaw il-konsum tal-enerġija primarja u finali, bħal pereżempju:
2.  Meta jistabbilixxu l-mira tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jqisu ċ-ċirkostanzi li jaffettwaw il-konsum tal-enerġija primarja u finali, bħal pereżempju:
Emenda 101
Proposta għal regolament
Artikolu 7
Artikolu 7
Artikolu 7
Politiki u miżuri nazzjonali għal kull waħda mill-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija
Politiki, miżuri u strateġiji ta' investiment nazzjonali għal kull waħda mill-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija
B'konformità mal-Anness I, l-Istati Membri għandhom jiddeskrivu fil-pjan nazzjonali integrat tagħhom dwar l-enerġija u l-klima, il-politiki u l-miżuri ewlenin eżistenti (implimentati u adottati) u ppjanati biex b'mod partikolari jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fil-pjan nazzjonali, filwaqt li jiġu inklużi miżuri li jiżguraw il-kooperazzjoni reġjonali u l-finanzjament xieraq fil-livell nazzjonali u reġjonali.
B'konformità mal-Anness I, l-Istati Membri għandhom jiddeskrivu fil-pjan nazzjonali integrat tagħhom dwar l-enerġija u l-klima, il-politiki u l-miżuri ewlenin eżistenti (implimentati u adottati) u ppjanati biex b'mod partikolari jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fil-pjan nazzjonali, filwaqt li jiġu inklużi miżuri li jiżguraw il-kooperazzjoni reġjonali u l-finanzjament xieraq fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, inkluża l-mobilizzazzjoni tal-programmi u l-istrumenti tal-Unjoni.
Id-deskrizzjoni tal-politiki u l-miżuri eżistenti u ppjanati ewlenin biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fil-pjanijiet nazzjonali għandha tkun akkumpanjata minn ħarsa ġenerali lejn l-investimenti meħtieġa biex jinkisbu dawn l-għanijiet;
L-Istati Membri għandhom jittrattaw l-effiċjenza enerġetika bħala prijorità infrastrutturali. Huma għandhom jinkludu l-programmi dwar l-effiċjenza enerġetika bħala parti mill-ippjanar infrastrutturali tagħhom u jqisu r-restawr tal-bini bħala investiment prijoritarju.
Emenda 102
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1
1.  B'konformità mal-istruttura u l-format speċifikati fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jiddeskrivu s-sitwazzjoni attwali għal kull waħda mill-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija, inklużi tas-sistema tal-enerġija u tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti tal-gassijiet serra fiż-żmien li fih intbagħat il-pjan nazzjonali jew abbażi tal-aħħar informazzjoni disponibbli. L-Istati Membri għandhom ukoll jistabbilixxu u jiddeskrivu l-projezzjonijiet għal kull waħda mill-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija għall-ewwel perjodu ta' għaxar snin minn tal-inqas sal-2040 (inkluż għall-2030) li mistennija jirriżultaw minn politiki u miżuri eżistenti (implimentati u adottati).
1.  B'konformità mal-istruttura u l-format speċifikati fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jiddeskrivu s-sitwazzjoni attwali għal kull waħda mill-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija, inklużi tas-sistema tal-enerġija u tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti tal-gassijiet serra fiż-żmien li fih intbagħat il-pjan nazzjonali jew abbażi tal-aħħar informazzjoni disponibbli. L-Istati Membri għandhom ukoll jistabbilixxu u jiddeskrivu l-projezzjonijiet għal kull waħda mill-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija għall-ewwel perjodu ta' għaxar snin minn tal-inqas sal-2030 (inkluż għall-2030) li mistennija jirriżultaw minn politiki u miżuri eżistenti (implimentati u adottati). L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku s-suppożizzjonijiet, il-parametri u l-metodoloġiji użati għall-projezzjonijiet u x-xenarji.
Emenda 103
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt a
(a)  l-impatti fuq l-iżvilupp tas-sistema tal-enerġija kif ukoll l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra fl-ewwel perjodu ta' għaxar snin minn tal-inqas sal-2040 (inkluż għall-2030) skont il-politiki u l-miżuri ppjanati, filwaqt li jiġi inkluż tqabbil mal-projezzjonijiet abbażi tal-politiki u tal-miżuri eżistenti (implimentati u adottati) imsemmija fil-paragrafu 1;
(a)  l-impatti fuq l-iżvilupp tas-sistema tal-enerġija kif ukoll l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra fl-ewwel perjodu ta' għaxar snin minn tal-inqas sal-2040 (inkluż għall-2030) skont il-politiki u l-miżuri ppjanati, filwaqt li jiġi inkluż tqabbil mal-projezzjonijiet abbażi tal-politiki u tal-miżuri eżistenti (implimentati u adottati) imsemmija fil-paragrafu 1. Dan għandu jinkludi valutazzjoni kemm tas-sinerġiji li jirriżultaw mill-akkoppjament settorjali, id-diġitalizzazzjoni u d-disinn imtejjeb tas-suq kif ukoll tal-benefiċċji f'termini tal-kwalità tal-arja u s-sigurtà tal-provvista;
Emenda 104
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt b
(b)  l-impatt makroekonomiku, ambjentali, soċjali u fuq il-ħiliet tal-politiki u tal-miżuri ppjanati msemmija fl-Artikolu 7 u speċifikati iktar fl-Anness I, għall-ewwel perjodu ta' għaxar snin minn tal-inqas sal-2030, filwaqt li jiġi inkluż tqabbil mal-projezzjonijiet ibbażati fuq politiki u miżuri eżistenti (implimentati u adottati) imsemmija fil-paragrafu 1;
(b)  l-impatt makroekonomiku, ambjentali, soċjali, fuq is-saħħa u fuq il-ħiliet tal-politiki u tal-miżuri ppjanati individwali u aggregati msemmija fl-Artikolu 7 u speċifikati iktar fl-Anness I, għall-ewwel perjodu ta' għaxar snin minn tal-inqas sal-2030, filwaqt li jiġi inkluż tqabbil mal-projezzjonijiet tal-politiki u l-miżuri eżistenti (implimentati u adottati) imsemmija fil-paragrafu 1. Il-metodoloġija użata biex jiġu evalwati dawn l-impatti għandha ssir pubblika u l-użu ta' analiżi tar-relazzjoni bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji għandu jitħeġġeġ;
Emenda 105
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt c
(c)  l-interazzjonijiet bejn il-politiki u l-miżuri eżistenti (implimentati u adottati) u ppjanati f'dimensjoni ta' politika u bejn il-politiki u l-miżuri eżistenti (implimentati u adottati) u ppjanati ta' dimensjonijiet differenti għall-ewwel perjodu ta' għaxar snin minn tal-inqas sal-2030. Il-projezzjonijiet dwar is-sigurtà tal-provvista, l-infrastruttura u l-integrazzjoni tas-swieq għandhom ikunu marbuta ma' xenarji soda tal-effiċjenza enerġetika.
(c)  l-interazzjonijiet bejn il-politiki u l-miżuri eżistenti (implimentati u adottati) u ppjanati f'dimensjoni ta' politika u bejn il-politiki u l-miżuri eżistenti (implimentati u adottati) u ppjanati ta' dimensjonijiet differenti għall-ewwel perjodu ta' għaxar snin minn tal-inqas sal-2030. Il-valutazzjoni għandha tinkludi evalutazzjoni kwantitattiva jew kwalitattiva ta' kwalunkwe interazzjoniji dokumentata bejn il-politiki u l-miżuri nazzjonali, u l-miżuri ta' politika dwar l-enerġija u l-klima tal-Unjoni. Il-projezzjonijiet dwar is-sigurtà tal-provvista, l-infrastruttura u l-integrazzjoni tas-swieq għandhom ikunu marbuta ma' xenarji soda tal-effiċjenza enerġetika;
Emenda 106
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)
(ca)  il-mod kif il-politiki u l-miżuri eżistenti u ppjanati individwali u aggregati se jattiraw l-investiment privat u l-finanzjament pubbliku neċessarji għall-implimentazzjoni tagħhom.
Emenda 107
Proposta għal regolament
Artikolu 9
Artikolu 9
Artikolu 9
Abbozz ta' pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima
Abbozz ta' pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima
1.  Sal-1 ta' Jannar 2018 u sussegwentement kull għaxar snin, l-Istati Membri għandhom iħejju u jibagħtu lill-Kummissjoni abbozz tal-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima msemmi fl-Artikolu 3(1).
1.  Sal-1 ta' Ġunju 2018, kull Stat Membru għandu jħejji u jibgħat lill-Kummissjoni abbozz tal-ewwel pjan nazzjonali integrat tiegħu dwar l-enerġija u l-klima msemmi fl-Artikolu 3(1). Kull Stat Membru għandu jħejji u jippreżenta lill-Kummissjoni abbozz tat-tieni pjan tiegħu sal-1 ta' Jannar 2023 u l-abbozzi tal-pjanijiet sussegwenti tiegħu kull ħames snin wara dan.
2.  B'konformità mal-Artikolu 28, il-Kummissjoni tista' toħroġ rakkomandazzjonijiet għall-Istati Membri dwar l-abbozz ta' pjanijiet. B'mod partikolari, dawk ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jistabbilixxu:
2.  B'konformità mal-Artikolu 28, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-abbozz tal-pjanijiet u għandha toħroġ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għal kull pajjiż lill-Istati Membri sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel l-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-pjan, imsemmija fl-Artikolu 3(1), sabiex:
(a)  il-livell ta' ambizzjoni tal-għanijiet, tal-miri u tal-kontributi bl-għan li b'mod kollettiv jintlaħqu l-għanijiet u l-miri tal-Unjoni tal-Enerġija u b'mod partikolari il-miri tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli u għall-effiċjenza enerġetika għall-2030;
(a)  tiżgura l-ilħuq kollettiv mill-Istati Membri tal-għanijiet u l-miri tal-Unjoni tal-Enerġija tad-dimensjonijiet kollha tal-Unjoni tal-Enerġija;
(aa)  tiżgura li l-Istati Membri jilħqu l-miri u l-għanijiet nazzjonali;
(b)  il-politiki u l-miżuri marbuta mal-għanijiet fil-livell tal-Istati Membri u tal-Unjoni kif ukoll politiki u miżuri oħra ta' rilevanza transfruntiera potenzjali;
(b)  ittejjeb il-politiki u l-miżuri eżistenti u ppjanati individwali inklużi fil-pjanijiet nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima, inklużi dawk ta' rilevanza transfruntiera potenzjali;
(ba)  tissuġġerixxi l-adozzjoni ta' politiki u miżuri addizzjonali fil-pjanijiet nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima;
(c)  l-interazzjonijiet bejn il-politiki u l-miżuri eżistenti (implimentati u adottati) u ppjanati u l-konsistenza tagħhom fil-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima f'dimensjoni waħda u bejn id-dimensjonijiet differenti tal-Unjoni tal-Enerġija.
(c)  tiżgura l-konsistenza bejn il-politiki u l-miżuri eżistenti (implimentati u adottati) u ppjanati fil-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima f'dimensjoni waħda u bejn id-dimensjonijiet differenti tal-Unjoni tal-Enerġija;
(ca)  tiżgura l-konsistenza tal-istrumenti u l-istrateġiji ta' investiment mal-politiki u l-miżuri tal-Istati Membri previsti biex jintlaħqu l-miri u l-għanijiet korrispondenti.
3.  L-Istati Membri għandhom iqisu għalkollox kwalunkwe rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni meta jkunu qed jiffinalizzaw il-pjan nazzjonali integrat tagħhom dwar l-enerġija u l-klima.
3.  L-Istati Membri għandhom iqisu għalkollox kwalunkwe rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni meta jkunu qed jiffinalizzaw il-pjan nazzjonali integrat tagħhom dwar l-enerġija u l-klima. Meta l-pożizzjoni tal-Istat Membru kkonċernat ma taqbilx mar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, dak l-Istat Membru għandu jipprovdi u jippubblika r-raġunijiet għall-pożizzjoni tiegħu.
3a.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku l-abbozzi tal-pjanijiet imsemmija fil-paragarafu 1.
Emenda 108
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rekwiżit ieħor tal-liġi tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku jingħata opportunitajiet bikrin u effettivi biex jipparteċipa fit-tħejjija tal-abbozz ta' pjanijiet imsemmija fl-Artikolu 9 u għandhom jehmżu sommarju tal-fehmiet tal-pubbliku meta jibagħtu l-abbozz ta' pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima lill-Kummissjoni. Safejn ikunu applikabbli d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/42/KE, il-konsultazzjonijiet li jkunu saru skont dik id-Direttiva għandhom jitqiesu li jissodisfaw ukoll l-obbligi ta' konsultazzjoni tal-pubbliku skont dan ir-Regolament.
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rekwiżit ieħor tal-liġi tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku jingħata opportunitajiet bikrin u effettivi biex jipparteċipa fit-tħejjija tal-abbozz ta' pjanijiet imsemmija fl-Artikolu 9, u tal-istrateġiji fit-tul imsemmija fl-Artikolu 14, meta l-għażliet kollha jkunu għadhom possibbli u tkun tista' ssir konsultazzjoni pubblika effettiva.
Emenda 109
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  L-Istati Membri għandhom jistabilixxu perjodi ta' żmien raġonevoli li jippermettu biżżejjed żmien sabiex il-pubbliku jkun infurmat u sabiex jipprepara u jipparteċipa b'mod effettiv fl-istadji differenti tal-proċess tal-ippjanar. L-Istati Membri għandhom iqisu debitament il-parteċipazzjoni ugwali u jiżguraw li l-pubbliku jkun infurmat, b'avviżi pubbliċi jew b'mezzi oħra adatti, bħal mezzi elettroniċi meta dawn ikunu disponibbli, bl-arranġamenti prattiċi kollha relatati mal-parteċipazzjoni tagħhom, u li jkunu jistgħu jaċċessaw id-dokumenti rilevanti kollha.
Emenda 110
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1b (ġdid)
1b.  L-Istati Membri, meta jippreżentaw l-abbozzi u l-pjan integrat nazzjonali finali għall-enerġija u l-klima u l-istrateġiji fit-tul tagħhom lill-Kummissjoni, għandhom jinkludu sommarju tal-fehmiet tal-pubbliku u l-mod kif dawn ġew ikkunsidrati.
Emenda 111
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1c (ġdid)
1c.  Safejn ikunu applikabbli d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/42/KE, il-konsultazzjonijiet imwettqa skont dik id-Direttiva għandhom jitqiesu li jissodisfaw ukoll l-obbligi ta' konsultazzjoni pubblika skont dan ir-Regolament.
Emenda 112
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1d (ġdid)
1d.  L-Istati Membri għandhom jillimitaw il-kumplessità amministrattiva meta jimplimentaw dan l-Artikolu.
Emenda 113
Proposta għal regolament
Artikolu 10a (ġdid)
Artikolu 10a
Pjattaforma ta' Djalogu f'Diversi Livelli dwar il-Klima u l-Enerġija
1.  Fi spirtu ta' sħubija, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu Pjattaforma ta' Djalogu f'Diversi Livelli dwar il-Klima u l-Enerġija permanenti biex jappoġġjaw l-involviment attiv tal-awtoritajiet lokali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, il-komunità tan-negozju, l-investituri, kwalunkwe parti kkonċernata rilevanti oħra u l-pubbliku ġenerali fil-ġestjoni tat-tranżizzjoni tal-enerġija.
2.  L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Pjattaforma ta' Djalogu dwar il-Klima u l-Enerġija nazzjonali tagħhom l-għażliet u x-xenarji differenti previsti għall-politiki dwar l-enerġija u l-klima fuq perjodu qasir, medju u twil tagħhom, flimkien ma' analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji għal kull għażla. Il-Pjattaformi ta' Djalogu dwar il-Klima u l-Enerġija għandhom ikunu fora ta' diskussjoni dwar il-pjanijiet, l-istrateġiji u r-rapporti u dwar l-elaborazzjoni tagħhom skont l-Artikolu 10.
3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Pjattaformi ta' Djalogu dwar il-Klima u l-Enerġija jibbenefika minn riżorsi umani u finanzjarji adegwati u għandhom jiffunzjonaw b'mod trasparenti.
Emenda 114
Proposta għal regolament
Artikolu 11
Artikolu 11
Artikolu 11
Kooperazzjoni reġjonali
Kooperazzjoni makroreġjonali u reġjonali
1.  L-Istati Membri għandhom jikkooperaw ma' xulxin fil-livell reġjonali biex b'mod effettiv jintlaħqu l-miri, l-għanijiet u l-kontributi stabbiliti fil-pjan nazzjonali integrat tagħhom dwar l-enerġija u l-klima.
1.  L-Istati Membri għandhom jikkooperaw ma' xulxin fil-livell makroreġjonali u reġjonali, filwaqt li jqisu bis-sħiħ il-forom eżistenti u potenzjali kollha ta' kooperazzjoni biex b'mod effettiv jintlaħqu l-miri u l-għanijiet stabbiliti fil-pjan nazzjonali integrat tagħhom dwar l-enerġija u l-klima.
2.  Ferm qabel jibagħtu l-abbozz tal-pjan nazzjonali integrat tagħhom dwar l-enerġija u l-klima lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 9(1), l-Istati Membri għandhom jidentifikaw opportunitajiet għal kooperazzjoni reġjonali u jikkonsultaw lill-Istati Membri ġirien u lil Stati Membri oħra li jkunu interessati. Fl-abbozz ta' pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-riżultati ta' tali konsultazzjoni reġjonali, filwaqt li meta jkun applikabbli jinkludu kif ikunu ġew ikkunsidrati l-kummenti.
2.  Ferm qabel jibagħtu l-abbozz tal-pjan nazzjonali integrat tagħhom dwar l-enerġija u l-klima lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 9(1), l-Istati Membri għandhom jidentifikaw opportunitajiet għal kooperazzjoni makroreġjonali u reġjonali, filwaqt li jqisu l-kooperazzjonijiet makroreġjonali eżistenti, b'mod partikolari l-Pjan ta' Interkonnessjoni tas-Suq tal-Enerġija tal-Baltiku (BEMIP), il-Konnettività tal-Gass fl-Ewropa Ċentrali u tax-Xlokk (CESEC), is-Suq tal-Enerġija Reġjonali taċ-Ċentru Punent (CWREM), l-Inizjattiva ta' Grid lil hinn mill-Kosta tal-Pajjiżi tal-Ibħra tat-Tramuntana (NSCOGI), is-Sħubija Ewro-Mediterranja u jikkonsultaw lill-Istati Membri ġirien u lill-Istati Membri l-oħra li jkunu interessati, f'konformità mad-Direttiva 2011/92/UE u l-Konvenzjoni Espoo. Fl-abbozz ta' pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-riżultati ta' tali konsultazzjoni reġjonali, filwaqt li meta jkun applikabbli jinkludu kif ikunu ġew ikkunsidrati l-kummenti. Meta jkunu involuti f'kooperazzjoni makroreġjonali, l-Istati Membri għandhom jaqblu dwar struttura ta' governanza li tagħti lok għal laqgħa f'livell ministerjali mill-inqas darba fis-sena.
2a.  Il-Kummissjoni għandha, fuq talba minn żewġ Stati Membri jew aktar, tiffaċilita l-abbozzar konġunt ta' partijiet tal-pjanijiet nazzjonali integrati tal-enerġija u tal-klima tagħhom, inter alia permezz tal-istabbiliment ta' qafas ta' abilitazzjoni. Meta l-Istati Membri jkunu involuti f'kooperazzjoni makroreġjonali jew reġjonali, dawn għandhom jinkludu fl-abbozz tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima tagħhom ir-riżultati u jippreżentawhom lill-Kummissjoni. Ir-riżultat ta' tali kooperazzjoni makroreġjonali jew reġjonali jista' jissostitwixxi l-partijiet ekwivalenti tal-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima rilevanti.
2b.  Il-Kummissjoni għandha, bil-ħsieb li tippromwovi l-integrazzjoni tas-suq u politiki kosteffiċjenti, tidentifika opportunitajiet ta' kooperazzjoni makroreġjonali jew reġjonali li jkopru riskju wieħed jew aktar tal-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija u b'konformità ma' dan l-Artikolu, b'viżjoni fit-tul, abbażi tal-kundizzjonijiet eżistenti tas-suq. Abbażi ta' tali opportunitajiet, il-Kummissjoni tista' toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri skont l-Artikolu 28 sabiex tiffaċilita kooperazzjoni, sħubijijiet u konsultazzjonijiet effikaċi.
3.  Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-kooperazzjoni u l-konsultazzjoni bejn l-Istati Membri dwar l-abbozz ta' pjanijiet li jkunu ntbagħtulha skont l-Artikolu 9 bl-għan li jiġu ffinalizzati.
3.  Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-kooperazzjoni u l-konsultazzjoni bejn l-Istati Membri dwar l-abbozz ta' pjanijiet li jkunu ntbagħtulha skont l-Artikolu 9 bl-għan li jiġu ffinalizzati.
4.  Fil-pjan nazzjonali integrat finali dwar l-enerġija u l-klima, l-Istati Membri għandhom iqisu l-kummenti li jkunu rċevew minn Stati Membri oħra skont il-paragrafi 2 u 3 u jispjegaw kif tali kummenti jkunu ġew ikkunsidrati.
4.  Fil-pjan nazzjonali integrat finali dwar l-enerġija u l-klima, l-Istati Membri għandhom iqisu l-kummenti li jkunu rċevew minn Stati Membri oħra skont il-paragrafi 2 u 3 u jispjegaw kif tali kummenti jkunu ġew ikkunsidrati.
5.  Għall-finijiet speċifikati fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom ikomplu jikkooperaw fil-livell reġjonali meta jimplimentaw il-politiki u l-miżuri tal-pjanijiet tagħhom.
5.  Għall-finijiet speċifikati fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom ikomplu jikkooperaw fil-livell makroreġjonali meta jimplimentaw il-politiki u l-miżuri tal-pjanijiet tagħhom.
5a.  L-Istati Membri għandhom jipprevedu wkoll kooperazzjoni mal-firmatarji tal-Komunità tal-Enerġija u ma' pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea.
Emenda 116
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima u l-aġġornamenti tagħhom kif innotifikat skont l-Artikoli 3 u 13. B'mod partikolari, għandha tivvaluta jekk:
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima kif innotifikati skont l-Artikolu 3. B'mod partikolari, għandha tivvaluta jekk:
Emenda 117
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt a
(a)  il-miri, l-għanijiet u l-kontributi humiex biżżejjed biex b'mod kollettiv jintlaħqu l-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija u għall-ewwel perjodu ta' għaxar snin b'mod partikolari l-miri tal-Qafas tal-Unjoni għall-Klima u l-Enerġija għall-2030;
(a)  il-miri u l-għanijiet humiex biżżejjed biex b'mod kollettiv jintlaħqu l-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija u għall-ewwel perjodu ta' għaxar snin b'mod partikolari l-miri tal-Qafas tal-Unjoni għall-Klima u l-Enerġija għall-2030;
Emenda 118
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa)  il-politiki eżistenti u dawk previsti u l-miżuri u l-istrateġiji ta' investiment relatati humiex suffiċjenti biex jintlaħqu l-miri nazzjonali msemmija fl-Artikolu 4;
Emenda 120
Proposta għal regolament
Artikolu 13
Artikolu 13
imħassar
Aġġornament tal-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima
1.  Sal-1 ta' Jannar 2023 u sussegwentement kull 10 snin, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni abbozz ta' aġġornament tal-aħħar pjan nazzjonali integrat innotifikat dwar l-enerġija u l-klima msemmi fl-Artikolu 3 jew jikkonfermaw lill-Kummissjoni li l-pjan ikun għadu validu.
2.  Sal-1 ta' Jannar 2024 u sussegwentement kull 10 snin, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'aġġornament tal-aħħar pjan nazzjonali integrat innotifikat dwar l-enerġija u l-klima msemmi fl-Artikolu 3, diment li ma jkunux ikkonfermaw li l-pjan ikun għadu validu skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
3.  L-Istati Membri għandhom jimmodifikaw biss il-miri, l-għanijiet u l-kontributi stabbiliti fl-aġġornament imsemmi fil-paragrafu 2 biex jirriflettu żieda fl-ambizzjoni meta mqabbel ma' dawk stabbiliti fl-aħħar pjan nazzjonali integrat innotifikat dwar l-enerġija u l-klima.
4.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sforz biex fil-pjan aġġornat ikun hemm mitigazzjoni ta' kwalunkwe impatt ambjentali avvers li jfeġġ bħala parti mir-rapportar integrat skont l-Artikoli 15 sa 22.
5.  L-Istati Membri għandhom iqisu l-iżjed rakkomandazzjonijiet speċifiċi reċenti għall-pajjiżi li jkunu nħarġu fil-kuntest tas-Semestru Ewropew meta jħejju l-aġġornament imsemmi fil-paragrafu 2.
6.  Il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 9(2) u fl-Artikolu 11 għandhom japplikaw għat-tħejjija u għall-valutazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali integrati aġġornati dwar l-enerġija u l-klima.
Emenda 121
Proposta għal regolament
Kapitolu 3 – titolu
Strateġiji fit-tul għal emissjonijiet baxxi
Strateġiji fit-tul dwar il-klima u l-enerġija
Emenda 122
Proposta għal regolament
Artikolu 13a (ġdid)
Artikolu 13a
Konsistenza mal-għan globali tal-klima
Il-Kummissjoni għandha, sal-1 ta' Lulju 2018, tirrapporta dwar il-baġit globali tal-karbonju li jifdal li jkun konsistenti mal-isforzi biex iż-żieda fit-temperatura tiġi limitata għal inqas sew minn 2°C, b'mod partikolari 1,5°C, ogħla mil-livelli preindustrijali, u għandha tippubblika analiżi tas-sehem ġust tal-Unjoni għall-2050 u l-2100.
Emenda 123
Proposta għal regolament
Artikolu 14
Artikolu 14
Artikolu 14
Strateġiji fit-tul għal emissjonijiet baxxi
Strateġiji fit-tul dwar il-klima u l-enerġija
1.  Sa mhux iżjed tard mill-1 ta' Jannar 2020 u sussegwentement kull 10 snin, l-Istati Membri għandhom iħejju u jirrapportaw lill-Kummissjoni l-istrateġiji tagħhom fit-tul għal emissjonijiet baxxi b'perspettiva ta' 50 sena, sabiex jikkontribwixxu:
1.  Sa mhux iżjed tard mill-1 ta' Jannar 2019 u sussegwentement kull ħames snin, l-Istati Membri u l-Kummissjoni, f'isem l-Unjoni, għandhom jadottaw l-istrateġiji tagħhom fit-tul dwar l-enerġija u l-klima b'perspettiva ta' 30 sena, sabiex jikkontribwixxu:
(a)  għat-twettiq tal-impenji tal-Unjoni u tal-Istati Membri skont il-UNFCCC u l-Ftehim ta' Pariġi li jitnaqqsu l-emissjonijiet antropoġeniċi ta' gassijiet serra u jissaħħu l-assorbimenti minn bjar;
(a)  għat-twettiq tal-impenji tal-Unjoni u tal-Istati Membri skont il-UNFCCC u l-Ftehim ta' Pariġi li jitnaqqsu l-emissjonijiet antropoġeniċi ta' gassijiet serra u jissaħħu l-assorbimenti minn bjar fi stadji ta' 10 snin;
(b)  biex jintlaħaq l-għan li ż-żieda tat-temperatura medja globali tinżamm ferm inqas minn 2 °C iktar mil-livelli preindustrijali u biex jitkomplew l-isforzi biex iż-żieda tat-temperatura tiġi limitata għal 1,5 °C iktar mil-livelli preindustrijali;
(b)  biex jintlaħaq l-għan li ż-żieda tat-temperatura medja globali tinżamm ferm inqas minn 2 °C iktar mil-livelli preindustrijali u biex jitkomplew l-isforzi biex iż-żieda tat-temperatura tiġi limitata għal 1,5 °C iktar mil-livelli preindustrijali billi l-emissjonijiet ta' gassijiet serra tal-Unjoni jiġu limitati għal livell anqas mis-sehem ekwu tagħha tal-baġit globali tal-karbonju li jifdal b'mod kosteffikaċi;
(c)  biex jinkiseb tnaqqis fit-tul tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u tisħiħ fit-tul tal-assorbimenti minn bjar fis-setturi kollha skont l-għan tal-Unjoni, fil-kuntest tat-tnaqqis meħtieġ skont l-IPCC mill-pajjiżi żviluppati bħala grupp, biex b'mod kosteffikaċi jitnaqqsu l-emissjonijiet bi 80 sa 95 % sal-2050 meta mqabbla mal-livelli tal-1990.
(c)  biex jinkiseb tnaqqis fit-tul tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u tisħiħ fit-tul tal-assorbimenti minn bjar fis-setturi kollha skont l-għan tal-Unjoni, fil-kuntest tat-tnaqqis meħtieġ skont l-IPCC biex b'mod kosteffikaċi jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra tal-Unjoni u jiżdied l-assorbiment minn bjar tal-gassijiet serra ħalli jintlaħqu l-għanijiet tat-temperatura tal-Ftehim ta' Pariġi sabiex l-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra fl-Unjoni jkunu żero sal-2050 u kemm jista' jkun malajr wara dan ikun hemm emissjonijiet netti negattivi;
(ca)  sa mhux aktar tard mill-2050, tinkiseb sistema tal-enerġija effiċjenti ħafna u bbażata fuq sorsi rinnovabbli fi ħdan l-Unjoni.
2.  L-istrateġiji fit-tul għal emissjonijiet baxxi għandhom ikopru:
2.  L-istrateġiji fit-tul dwar il-klima u l-enerġija għandhom jinkludu l-elementi stabbiliti fl-Anness IIa u għandhom ikopru:
(a)  it-tnaqqis totali tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u t-titjib totali tal-assorbimenti minn bjar;
(a)  it-tnaqqis totali tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u t-titjib totali tal-assorbimenti minn bjar b'mira separata għat-tisħiħ tal-assorbiment minn bjar li tkun konsistenti mal-isforzi biex tiġi limitata ż-żieda fit-temperatura skont il-Ftehim ta' Pariġi;
(b)  it-tnaqqis tal-emissjonijiet u t-tisħiħ tal-assorbimenti f'setturi individwali inklużi l-elettriku, l-industrija, it-trasport, is-settur tal-bini (residenzjali u terzjarju), l-agrikoltura u l-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija (LULUCF);
(b)  id-dekarbonizzazzjoni, it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u t-tisħiħ tal-assorbimenti f'setturi individwali inklużi fost l-oħrajn l-elettriku, l-industrija, it-trasport, it-tisħin u t-tkessiħ u s-settur tal-bini (residenzjali u terzjarju), l-agrikoltura u l-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija (LULUCF);
(c)  il-progress mistenni fir-rigward tat-tranżizzjoni lejn ekonomija b'emissjonijiet baxxi ta' gassijiet serra inkluża l-intensità tal-gassijiet serra, l-intensità tas-CO2 tal-prodott domestiku gross u tal-istrateġiji għar-riċerka, għall-iżvilupp u għall-innovazzjoni relatati;
(c)  il-progress mistenni fir-rigward tat-tranżizzjoni lejn ekonomija b'emissjonijiet baxxi ta' gassijiet serra inkluża l-intensità tal-gassijiet serra, l-intensità tas-CO2 tal-prodott domestiku gross u tal-istrateġiji għall-investimenti fit-tul, għar-riċerka, għall-iżvilupp u għall-innovazzjoni relatati;
(ca)  il-progress mistenni fir-rigward tat-tranżizzjoni tal-enerġija, inkluż l-iffrankar tal-enerġija, is-sehem totali ta' enerġija rinnovabbli u l-kapaċità installata ta' enerġija rinnovabbli ppjanata;
(cb)  il-kontribut mistenni tad-dekarbonizzazzjoni fil-fond tal-ekonomija fuq l-iżvilupp makroekonomiku, u l-iżvilupp soċjali, kif ukoll ir-riskji u l-benefiċċji għas-saħħa u l-ħarsien tal-ambjent;
(d)  rabtiet ma' ppjanar nazzjonali ieħor fit-tul.
(d)  rabtiet ma' għanijiet, ippjanar u politiki, miżuri u investimenti nazzjonali oħrajn fit-tul.
2a.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 36 biex temenda l-Anness IIa sabiex tadattah għall-emendi fil-qafas ta' politika dwar l-enerġija u l-klima tal-Unjoni, l-iżviluppi fis-suq tal-enerġija u r-rekwiżiti l-ġodda tal-UNFCCC u tal-Ftehim ta' Pariġi.
3.  Jenħtieġ li l-istrateġiji fit-tul għal emissjonijiet baxxi u l-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima msemmija fl-Artikolu 3 jkunu konsistenti ma' xulxin.
3.  Il-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima msemmija fl-Artikolu 3 għandhom ikunu konsistenti mal-istrateġiji għall-klima u l-enerġija fit-tul.
4.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli minnufih għall-pubbliku l-istrateġiji fit-tul rispettivi tagħhom għal emissjonijiet baxxi u kwalunkwe aġġornament tagħhom.
4.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżviluppaw l-istrateġiji tagħhom b'mod miftuħ u trasparenti, u jiżguraw li l-pubbliku, is-sħab soċjali, in-negozji, l-investituri, is-soċjetà ċivili u partijiet ikkonċernati oħrajn jingħataw opportunitajiet bikrija u effettivi biex jipparteċipaw fit-tħejjija tal-istrateġiji għall-klima u l-enerġija fit-tul u jagħmlu disponibbli għall-pubbliku l-istrateġiji u kwalunkwe analiżi u dejta ta' sostenn, inkluż permezz tal-pjattaforma elettronika kif imsemmi fl-Artikolu 24.
4a.  Il-Kummissjoni għandha tappoġġa lill-Istati Membri fit-tħejjija tagħhom ta' strateġiji fuq żmien fit-tul, billi tipprovdi informazzjoni dwar l-istat tal-bażi tal-għarfien xjentifiku u l-iżvilupp teknoloġiku rilevanti għall-kisba tal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 1. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi wkoll opportunitajiet għall-Istati Membri u partijiet ikkonċernati oħrajn biex tipprovdi informazzjoni addizzjonali u tiddiskuti l-perspettivi tagħhom, u tipproduċi l-aħjar prattiki u linji gwida sabiex l-Istati Membri jużawhom matul il-fażi ta' żvilupp u implimentazzjoni tal-istrateġiji tagħhom.
4b.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk l-istrateġiji nazzjonali fit-tul humiex adegwati biex jinkisbu kollettivament l-objettivi tal-Unjoni stabbiliti fl-Artikolu 1. Il-Kummissjoni tista' toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri sabiex tiffaċilita dan l-għan u biex tgħin lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex iħejju u jimplimentaw l-istrateġiji tagħhom fuq żmien fit-tul.
Emenda 124
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt a
(a)  l-informazzjoni dwar il-progress li jkun sar biex jintlaħqu l-miri, l-għanijiet u l-kontributi stabbiliti fil-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima, u biex jiġu implimentati l-politiki u l-miżuri meħtieġa biex dawn jintlaħqu;
(a)  l-informazzjoni dwar il-progress li jkun sar biex jintlaħqu l-miri u l-għanijiet stabbiliti fil-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima, u biex jiġu ffinanzjati u implimentati l-politiki u l-miżuri meħtieġa biex dawn jintlaħqu;
Emenda 125
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)
(aa)  ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet pubbliċi mwettqa b'konformità mal-Artikolu 10;
Emenda 126
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt ab (ġdid)
(ab)  informazzjoni dwar il-progress miksub biex jiġi appoġġat l-involviment attiv skont l-Artikolu 10a;
Emenda 127
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt ac (ġdid)
(ac)  l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14 u dwar il-progress miksub lejn il-kisba tal-miri, l-għanijiet u l-impenji stabbiliti fl-istrateġiji fit-tul dwar l-enerġija u l-klima;
Emenda 128
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 5
5.  Meta l-Kummissjoni tkun ħarġet rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 27(2) jew (3), l-Istat Membru kkonċernat għandu jinkludi fir-rapport tiegħu msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-informazzjoni dwar il-politiki u l-miżuri adottati jew li beħsiebhom jiġu adottati u implimentati, sabiex jiġu indirizzati dawk ir-rakkomandazzjonijiet. Tali informazzjoni għandha tinkludi skeda dettaljata ta' żmien għall-implementazzjoni.
5.  Meta l-Kummissjoni tkun ħarġet rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 27(2) jew (3), l-Istat Membru kkonċernat għandu jinkludi fir-rapport tiegħu msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-informazzjoni dwar il-politiki u l-miżuri adottati jew li beħsiebhom jiġu adottati u implimentati, sabiex jiġu indirizzati dawk ir-rakkomandazzjonijiet. Tali informazzjoni għandha tinkludi skeda dettaljata ta' żmien għall-implementazzjoni. Meta l-Istat Membru kkonċernat jiddevja minn rakkomandazzjoni maħruġa, dak l-Istat Membru għandu jagħti u jippubblika ġustifikazzjoni ssostanzjati tajjeb, ibbażata fuq data affidabbli u kriterji oġġettivi.
Emenda 129
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 5a (ġdid)
5a.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku r-rapporti ppreżentati lill-Kummissjoni b'konformità ma' dan l-Artikolu.
Emenda 130
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt a – punt 4
(4)   it-trajettorji dwar id-domanda għall-bijoenerġija, diżaggregati bejn it-tisħin, l-elettriku u t-trasport, u dwar il-provvista ta' bijomassa skont il-materja prima u l-oriġini (filwaqt li ssir distinzjoni bejn il-produzzjoni domestika u l-importazzjonijiet). Għall-bijomassa forestali, valutazzjoni tas-sors u tal-impatt tagħha fuq il-bjar tal-LULUCF;
(4)   it-trajettorji dwar id-domanda għall-bijoenerġija, diżaggregati bejn it-tisħin, l-elettriku u t-trasport, inklużi s-sehem tal-bijofjuwils, is-sehem tal-bijofjuwils avvanzati, is-sehem tal-bijofjuwils prodotti minn għelejjel prodotti fuq art agrikola, u dwar il-provvista ta' bijomassa skont il-materja prima u l-oriġini (filwaqt li ssir distinzjoni bejn il-produzzjoni domestika u l-importazzjonijiet). Għall-bijomassa forestali, valutazzjoni tas-sors u tal-impatt tagħha fuq il-bjar tal-LULUCF;
Emenda 131
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt a – punt 4a (ġdid)
(4a)  l-għanijiet u t-trajettorji għall-enerġija rinnovabbli prodotta mir-reġjuni, l-bliet, il-komunitajiet tal-enerġija u l-konsumaturi tal-enerġija tagħhom stess;
Emenda 132
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt a – punt 5
(5)  jekk ikun applikabbli, trajettorji u għanijiet nazzjonali oħra inklużi dawk fit-tul u dawk settorjali (bħal pereżempju s-sehem tal-bijofjuwils, is-sehem tal-bijofjuwils avvanzati, is-sehem tal-bijofjuwils prodotti minn għelejjel ewlenin prodotti fuq art agrikola, is-sehem tal-elettriku prodott mill-bijomassa mingħajr l-użu ta' sħana, is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fit-tisħin distrettwali, l-użu tal-enerġija rinnovabbli fil-bini, l-enerġija rinnovabbli prodotta mill-bliet, mill-komunitajiet tal-enerġija u mill-konsumaturi tal-enerġija tagħhom stess);
(5)  jekk ikun applikabbli, trajettorji u għanijiet nazzjonali oħra inklużi dawk fit-tul u dawk settorjali (bħal pereżempju s-sehem tal-elettriku prodott mill-bijomassa mingħajr l-użu ta' sħana, is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fit-tisħin distrettwali, l-użu tal-enerġija rinnovabbli fil-bini, l-enerġija rkuprata mill-ħama miksub mit-trattament tal-ilma mormi;
Emenda 133
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt b – punt 1
(1)  il-politiki u l-miżuri implimentati, adottati u ppjanati biex jinkiseb il-kontribut nazzjonali għall-mira vinkolanti tal-livell tal-Unjoni għall-2030 għall-enerġija rinnovabbli kif indikat fl-Artikolu 4(a)(2)(i), inklużi l-miżuri speċifiċi għas-setturi u għat-teknoloġija, b'rieżami speċifiku tal-implimentazzjoni tal-miżuri stipulati fl-Artikoli 23, 24 u 25 tar-[riformulazzjoni tad-Direttiva 2009/28/KE kif propost b'COM(2016)0767];
(1)  il-politiki u l-miżuri implimentati, adottati u ppjanati biex jinkisbu l-miri nazzjonali sabiex tinkiseb il-mira vinkolanti tal-livell tal-Unjoni għall-2030 għall-enerġija rinnovabbli kif indikat fl-Artikolu 4(a)(2)(i), inklużi l-miżuri speċifiċi għas-setturi u għat-teknoloġija, b'rieżami speċifiku tal-implimentazzjoni tal-miżuri stipulati fl-Artikoli 23, 24 u 25 tar-[riformulazzjoni tad-Direttiva 2009/28/KE kif propost b'COM(2016) 0767];
Emenda 134
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt a – punt 4a (ġdid)
(4a)  miżuri speċifiċi biex jivvalutaw, jagħmlu trasparenti u jnaqqsu l-ħtieġa ta' kapaċità "must-run" li tista' twassal għal tnaqqis tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli;
Emenda 135
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt a – punt 1
(1)  it-trajettorja għall-konsum tal-enerġija primarja u finali mill-2020 sal-2030 bħala l-kontribut nazzjonali għall-iffrankar tal-enerġija biex tinkiseb il-mira fil-livell tal-Unjoni għall-2030, inkluża l-metodoloġija sottostanti;
(1)  it-trajettorja għall-konsum tal-enerġija primarja u finali mill-2020 sal-2030 bħala l-miri nazzjonali vinkolanti għall-iffrankar tal-enerġija biex tinkiseb il-mira fil-livell tal-Unjoni għall-2030, inkluża l-metodoloġija sottostanti;
Emenda 136
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt a – punt 2
(2)  l-għanijiet għar-rinnovazzjoni fit-tul tal-istokk nazzjonali tal-bini residenzjali u kummerċjali, kemm pubbliku kif ukoll privat;
(2)  l-għanijiet tal-istrateġija fit-tul għar-rinnovazzjoni tal-istokk nazzjonali tal-bini kemm residenzjali kif ukoll mhux residenzjali pubbliku u privat;
Emenda 137
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt b – punt 1
(1)  il-politiki, il-miżuri u l-programmi implimentati, adottati u ppjanati biex jinkiseb il-kontribut nazzjonali indikattiv għall-effiċjenza enerġetika għall-2030 kif ukoll għanijiet oħra ppreżentati fl-Artikolu 6, inklużi l-miżuri u l-istrumenti ppjanati (anke ta' natura finanzjarja) biex jiġi promoss ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, il-miżuri biex jintużaw il-potenzjali tal-effiċjenza enerġetika tal-infrastruttura tal-gass u tal-elettriku u miżuri oħra biex tiġi promossa l-effiċjenza enerġetika;
(1)  il-politiki, il-miżuri u l-programmi implimentati, adottati u ppjanati biex tinkiseb il-mira nazzjonali vinkolanti għall-effiċjenza enerġetika għall-2030 kif ukoll għanijiet oħra ppreżentati fl-Artikolu 6, inklużi l-miżuri u l-istrumenti ppjanati (anke ta' natura finanzjarja) biex jiġi promoss ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, il-miżuri biex jintużaw il-potenzjali tal-effiċjenza enerġetika tal-infrastruttura tal-gass u tal-elettriku u miżuri oħra biex tiġi promossa l-effiċjenza enerġetika;
Emenda 138
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt b – punt 3
(3)  l-iskema nazzjonali tal-obbligi tal-effiċjenza enerġetika u l-miżuri alternattivi skont l-Artikolu 7a u 7b tad-Direttiva 2012/27/UE [il-verżjoni kif emendata skont il-proposta COM(2016)0761], b'konformità mal-Anness II ta' dan ir-Regolament;
(3)  l-iskema nazzjonali tal-obbligi tal-effiċjenza enerġetika u l-miżuri alternattivi skont l-Artikolu 7a u 7b tad-Direttiva 2012/27/UE [il-verżjoni kif emendata skont il-proposta COM(2016)0761], b'konformità mal-Anness II ta' dan ir-Regolament, inklużi l-iffrankar tal-enerġija miksub permezz tal-obbligi nazzjonali ta' effiċjenza enerġetika u/jew il-miżuri alternattivi adottati fl-applikazzjoni tal-Artikoli 7a u 7b u l-Artikolu 20(6) tad-Direttiva 2012/27/UE [kif emendata bil-proposta COM(2016)0761] u l-impatt fuq il-kontijiet tal-konsumaturi kif ukoll ir-rekwiżiti b'għan soċjali;
Emenda 139
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt b – punt 4
(4)  l-istrateġija fit-tul għar-rinnovazzjoni tal-istokk nazzjonali tal-bini residenzjali u kummerċjali, kemm pubbliku kif ukoll privat, inklużi l-politiki u l-miżuri biex tiġi xprunata rinnovazzjoni profonda kosteffikaċi u rinnovazzjoni profonda f'diversi stadji;
(4)  l-istrateġija fit-tul għar-rinnovazzjoni tal-istokk nazzjonali tal-bini residenzjali u mhux residenzjali, kemm pubbliku kif ukoll privat, inklużi l-politiki u l-miżuri biex l-investiment jiġġi ggwidat sabiex tiġi xprunata rinnovazzjoni profonda kosteffikaċi u rinnovazzjoni profonda f'diversi stadji, filwaqt li titqies b'mod partikolari stima bbażata fuq l-evidenza tal-iffrankar ta' enerġija u l-benefiċċji f'sens iktar wiesa' mistennija b'konformità mal-Artikolu 2a tad-Direttiva (UE) .../... [EPBD, COD 0381/16];
Emenda 140
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt a – punt 5a (ġdid)
(5a)  il-politiki u l-miżuri biex jiġi żviluppat il-potenzjal ekonomiku tal-koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja u ta' sistemi ta' tisħin u ta' tkessiħ effiċjenti skont l-Artikolu 14(2) tad-Direttiva (UE) .../... [id-Direttiva 2012/27/UE kif emendata bil-proposta COM(2016)0761];
Emenda 141
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt b – punt 5b (ġdid)
(5b)  Jekk ikun applikabbli, il-progress fir-rigward ta' politiki, miżuri u azzjonijiet implimentati, adottati u ppjanati oħrajn li jirriżultaw mill-istrateġiji fit-tul ta' rinnovazzjoni skont l-Artikolu 2a tad-Direttiva (UE) .../... [EPBD, COD 0381/16], inklużi dawk li huma mmirati lej is-setturi bl-agħar rendiment tal-istokk ta' bini nazzjonali u dwar l-aċċess għall-informazzjoni u l-finanzjament.
Emenda 142
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt a
(a)  tal-għanijiet nazzjonali għad-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-enerġija u tal-pajjiżi fornituri, għall-ħżin u għar-rispons tad-domanda;
(a)  tal-għanijiet nazzjonali għall-ammeljorament tal-effiċjenza enerġetika u s-sorsi ta' enerġija rinnovabbli u diversifikazzjoni tal-provvista u tar-rotot ta' provvista u tal-pajjiżi fornituri, tal-ħżin u tar-rispons tad-domanda;
Emenda 143
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt b
(b)  tal-għanijiet nazzjonali fir-rigward tat-tnaqqis tad-dipendenza fuq l-importazzjoni tal-enerġija minn pajjiżi terzi;
(b)  tal-għanijiet u l-miżuri nazzjonali fir-rigward tat-tnaqqis tad-dipendenza fuq l-importazzjoni tal-enerġija minn pajjiżi terzi u li ma joħolqu l-ebda ostakolu għall-implimentazzjoni b'suċċess tal-Unjoni tal-Enerġija;
Emenda 144
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca)  tal-għanijiet nazzjonali fir-rigward taż-żieda tal-flessibbiltà tas-sistema tal-enerġija nazzjonali, b'mod partikolari permezz ta' miżuri ta' effiċjenza enerġetika, sorsi ta' enerġija rinnovabbli domestiċi, rispons għad-domanda u ħżin tal-enerġija;
Emenda 145
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt a
(a)  il-livell ta' interkonnettività tal-elettriku li l-Istat Membru jimmira li jilħaq fl-2030 b'rabta mal-mira ta' 15 % għall-interkonnessjoni tal-elettriku għall-2030;
(a)  il-livell ta' interkonnettività tal-elettriku li l-Istat Membru jimmira li jilħaq fl-2030 b'rabta mal-mira indikattiva ta' mill-inqas 15 % għall-interkonnessjoni tal-elettriku;
Emenda 146
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt b
(b)  l-għanijiet nazzjonali ewlenin għall-infrastruttura tat-trażmissjoni tal-elettriku u tal-gass li huma meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet u l-miri skont kwalunkwe waħda mill-ħames dimensjonijiet ewlenin tal-Unjoni tal-Enerġija;
(b)  l-għanijiet nazzjonali ewlenin għall-infrastruttura tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku u tal-gass u l-modernizzazzjoni tagħha, meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet u l-miri skont kwalunkwe waħda mill-ħames dimensjonijiet ewlenin tal-Unjoni tal-Enerġija;
Emenda 147
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt d
(d)  l-għanijiet nazzjonali relatati ma' aspetti oħra tas-suq intern tal-enerġija bħal pereżempju l-integrazzjoni u l-akkoppjament tas-swieq, jekk ikun applikabbli;
(d)  l-għanijiet u l-miżuri nazzjonali relatati mal-flessibbiltà tas-sistema, b'mod partikolari permezz tat-tneħħija tal-ostakli għall-formazzjoni libera tal-prezzijiet, l-integrazzjoni u l-akkoppjament tas-swieq, il-grilji intelliġenti, l-aggregazzjoni, ir-rispons għad-domanda, il-ħżin, il-ġenerazzjoni distribwita, il-mekkaniżmi għad-dispaċċ, id-dispaċċ mill-ġdid u t-tnaqqis, u s-sinjali tal-prezzijiet f'ħin reali;
Emenda 148
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt e
(e)  l-għanijiet nazzjonali fir-rigward tal-faqar enerġetiku, inkluż l-għadd ta' unitajiet domestiċi f'faqar enerġetiku;
imħassar
Emenda 149
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)
(ea)  l-għanijiet u l-miżuri nazzjonali relatati mal-parteċipazzjoni mhux diskriminatorja tal-enerġija rinnovabbli, ir-rispons għad-domanda u l-ħżin, inkluż permezz tal-aggregazzjoni, fis-swieq kollha tal-enerġija;
Emenda 150
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt e b (ġdid)
(eb)  l-għanijiet u l-miżuri nazzjonali biex jiġi żgurat li l-konsumaturi jipparteċipaw fis-sistema tal-enerġija u jibbenefikaw mill-awtoġenerazzjoni u t-teknoloġiji l-ġodda, inklużi l-arloġġi intelliġenti;
Emenda 151
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt f
(f)  l-għanijiet nazzjonali fir-rigward tal-iżgurar tal-adegwatezza tas-sistema tal-elettriku, jekk ikun applikabbli;
(f)  l-għanijiet nazzjonali fir-rigward tal-iżgurar tal-adegwatezza tas-sistema tal-elettriku, filwaqt li jiġi żgurat li ma jiġi implimentat l-ebda mekkaniżmu ta' kapaċità, jew li meta tali mekkaniżmi jiġu implimentati għall-fini tas-sigurtà tal-provvista dawn ikunu limitati kemm jista' jkun;
Emenda 152
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)
(fa)  miżuri nazzjonali li jistabbilixxu jew jirrevedu ż-żoni tal-offerti sabiex jindirizzaw il-konġestjoni strutturali, jimmassimizzaw l-effiċjenza ekonomika u l-kummerċ transfruntier u tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista;
Emenda 153
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt g
(g)  tal-politiki u tal-miżuri implimentati, adottati u ppjanati biex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fil-punti (a) sa (f);
(g)  tal-politiki u tal-miżuri implimentati, adottati u ppjanati biex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fil-punti (a) sa (fa);
Emenda 154
Proposta għal regolament
Artikolu 21a (ġdid)
Artikolu 21a
Rapportar Integrat dwar il-Faqar Enerġetiku
Fejn applikabbli, Stat Membru għandu jinkludi fir-rapport nazzjonali integrat ta' progress dwar l-enerġija u l-klima informazzjoni kwantitattiva dwar l-għadd ta' unitajiet domestiċi f'faqar enerġetiku kif ukoll informazzjoni dwar politiki u miżuri li jindirizzaw il-faqar enerġetiku skont l-Artikolu 3(3)(v).
Meta jkun japplika t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(3)(v), l-Istat Membru kkonċernat għandu jinkludi fir-rapport nazzjonali integrat ta' progress dwar l-enerġija u l-klima informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-għan indikattiv nazzjonali tiegħu biex inaqqas l-għadd ta' unitajiet domestiċi f'faqar enerġetiku.
Il-Kummissjoni għandha tikkondividi d-data kkomunikata mill-Istati Membri skont dan l-Artikolu ma' l-Osservatorju Ewropewtal-Faqar Enerġetiku.
Emenda 155
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 1 – punt b
(b)  l-għanijiet nazzjonali għall-infiq totali (pubbliku u privat) fir-riċerka u fl-innovazzjoni marbuta mat-teknoloġiji tal-enerġija nadifa kif ukoll għall-kostijiet tat-teknoloġija u l-iżvilupp tal-prestazzjoni;
(b)  l-għanijiet nazzjonali għall-infiq totali pubbliku u, meta jkun disponibbli, dak privat, fir-riċerka u fl-innovazzjoni marbuta mat-teknoloġiji tal-enerġija nadifa kif ukoll għall-kostijiet tat-teknoloġija u l-iżvilupp tal-prestazzjoni;
Emenda 156
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 1 – punt d
(d)  l-għanijiet nazzjonali biex is-sussidji tal-enerġija jitneħħew b'mod gradwali;
(d)  l-għanijiet nazzjonali biex is-sussidji tal-enerġija jitneħħew b'mod gradwali, b'mod partikolari fir-rigward tal-fjuwils fossili;
Emenda 157
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 1 – punt g
(g)  il-miżuri ta' finanzjament, inkluż l-appoġġ tal-Unjoni u l-użu tal-fondi tal-Unjoni, f'dan il-qasam fil-livell nazzjonali, jekk ikun applikabbli.
(g)  il-miżuri ta' finanzjament, inkluż l-appoġġ tal-Unjoni u l-użu tal-fondi tal-Unjoni, f'dan il-qasam fil-livell nazzjonali, jekk ikun applikabbli. L-użu ta' kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja mill-Kummissjoni għall-istrumenti ta' finanzjament li fihom l-Istati Membri jimpenjaw b'mod konġunt riżorsi nazzjonali, għandu jiġi ppubblikat.
Emenda 158
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 1 – punt a
(a)  l-inventarji approssimati tal-gassijiet serra tagħhom għas-sena X-1;
imħassar
Emenda 159
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca)  il-konsum finali gross approssimat tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u l-konsum gross, primarju u finali approssimat tal-enerġija għas-sena X-1.
Emenda 160
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Għall-finijiet tal-punt (a) il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-inventarji approssimati tal-gassijiet serra tal-Istati Membri jew, jekk Stat Membru ma jkunx ikkomunika l-inventarji approssimati tiegħu sa dik id-data, u abbażi tal-istimi tagħha stess għandha tiġbor kull sena inventarju approssimat tal-gassijiet serra tal-Unjoni. Kull sena sat-30 ta' Settembru, il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.
Għal dawk il-finijiet il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-inventarji approssimati tal-gassijiet serra tal-Istati Membri jew, jekk Stat Membru ma jkunx ikkomunika l-inventarji approssimati tiegħu sa dik id-data, u abbażi tal-istimi tagħha stess għandha tiġbor kull sena inventarju approssimat tal-gassijiet serra tal-Unjoni. Kull sena sat-30 ta' Settembru, il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.
Emenda 161
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Sal-31 ta' Lulju 2021, u sussegwentement kull sena (sena X), l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni l-inventarji tal-gassijiet serra approssimati tagħhom għas-sena X-1;
Emenda 162
Proposta għal regolament
Artikolu 24
Artikolu 24
Artikolu 24
Pjattaforma elettronika tar-rapportar
Pjattaforma elettronika
1.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjattaforma tar-rapportar onlajn biex tiġi ffaċilitata l-komunikazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri u tiġi promossa l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri.
1.  Bħala mezz biex tiżgura l-kosteffiċjenza, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjattaforma pubblika onlajn biex tiġi ffaċilitata l-komunikazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, tiġi promossa l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u jiġi ffaċilitat l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni.
2.  L-Istati Membri għandhom jużaw il-pjattaforma onlajn sabiex jibagħtu r-rapporti msemmija f'dan il-Kapitolu lill-Kummissjoni ladarba l-pjattaforma ssir operazzjonali.
2.  L-Istati Membri għandhom jużaw il-pjattaforma onlajn sabiex jibagħtu r-rapporti msemmija f'dan il-Kapitolu lill-Kummissjoni ladarba l-pjattaforma ssir operazzjonali. L-Istati Membri għandhom jagħmlu dawn ir-rapporti disponibbli pubblikament.
2a.  Il-Kummissjoni għandha tuża l-pjattaforma elettronika biex tiffaċilita l-aċċess pubbliku onlajn għall-abbozzi u għall-verżjonijiet finali kemm tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima kif ukoll tal-istrateġiji nazzjonali fit-tul dwar l-enerġija u l-klima msemmija fl-Artikoli 3, 9 u 14.
Emenda 163
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Sal-31 ta' Ottubru 2021 u sussegwentement kull tieni sena, il-Kummissjoni għandha tivvaluta, b'mod partikolari abbażi tar-rapporti nazzjonali integrati ta' progress dwar l-enerġija u l-klima, ta' informazzjoni oħra rrapportata skont dan ir-Regolament, tal-indikaturi u tal-istatistika Ewropea meta jkunu disponibbli:
1.  Sal-31 ta' Ottubru 2021 u sussegwentement kull tieni sena, il-Kummissjoni għandha tivvaluta, b'mod partikolari abbażi tar-rapporti nazzjonali integrati ta' progress dwar l-enerġija u l-klima, ta' informazzjoni oħra rrapportata skont dan ir-Regolament, ta' data mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u tal-indikaturi u tal-istatistika Ewropea meta jkunu disponibbli:
Emenda 164
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 1 – punt a
(a)  il-progress li jkun sar fil-livell tal-Unjoni biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija, inkluż għall-ewwel perjodu ta' għaxar snin, l-għanijiet tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030, b'mod partikolari bl-għan li tiġi evitata kwalunkwe diskrepanza fl-għanijiet għall-enerġija rinnovabbli u għall-effiċjenza enerġetika tal-Unjoni għall-2030;
(a)  il-progress li jkun sar fil-livell tal-Unjoni biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija, inkluż għall-ewwel perjodu ta' għaxar snin, l-għanijiet tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030, b'mod partikolari bl-għan li tiġi evitata kwalunkwe diskrepanza fl-għanijiet għall-enerġija rinnovabbli u għall-effiċjenza enerġetika tal-Unjoni għall-2030 u fid-dawl tal-azzjoni għall-klima u l-enerġija riveduta tal-Unjoni, skont kif jixraq, kif deskritt fl-Artikolu 38;
Emenda 165
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa)  il-progress miksub fil-livell tal-Unjoni lejn id-diversifikazzjoni tas-sorsi u l-fornituri tal-enerġija tagħha, b'kontribut lejn Unjoni tal-Enerġija li tiffunzjona bis-sħiħ u tkun reżiljenti, imsejsa fuq is-sigurtà tal-provvista, is-solidarjetà u l-fiduċja;
Emenda 166
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 1 – punt b
(b)  il-progress li jkun sar minn kull Stat Membru biex jintlaħqu l-miri, l-għanijiet u l-kontributi tiegħu u biex jiġu implimentati l-politiki u l-miżuri stabbiliti fil-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima;
(b)  il-progress li jkun sar minn kull Stat Membru biex jintlaħqu l-miri u l-għanijiet tiegħu u biex jiġu implimentati l-politiki u l-miżuri stabbiliti fil-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima tiegħu;
Emenda 167
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca)  l-impatt globali tal-politiki u tal-miżuri tal-pjanijiet nazzjonali integrati fuq it-tħaddim tal-miżuri tal-politika tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija, bil-ħsieb li ssir reviżjoni tal-kontribuzzjoni stabbilita fil-livell nazzjonali tal-Unjoni u jiżdied il-livell ta' ambizzjoni b'konformità mal-impenji tal-Ftehim ta' Pariġi;
Emenda 168
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 1 – punt cb (ġdid)
(cb)  l-impatt ġenerali tal-politiki u l-miżuri tal-pjanijiet nazzjonali integrati fuq it-tħaddim tal-EU ETS;
Emenda 169
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 1 – punt cc (ġdid)
(cc)  il-korrettezza tal-istimi tal-Istati Membri rigward l-effetti tal-politiki u l-miżuri li jirkbu fuq xulxin fil-livell nazzjonali fuq il-bilanċ bejn il-provvista ta' kwoti u d-domanda għalihom fi ħdan l-EU ETS, jew, fin-nuqqas ta' dawn l-istimi, għandha twettaq il-valutazzjoni tagħha stess tal-istess impatt;
Emenda 170
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.   Il-Kummissjoni għandha tħabbar bil-quddiem l-indikaturi li biħsiebha tuża biex tagħmel tali valutazzjonijiet.
Emenda 171
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 2
2.  Fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, bħala parti mill-valutazzjoni tagħha msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-progress li jkun sar fis-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-Unjoni abbażi ta' trajettorja lineari li tibda minn 20 % fl-2020 u li tilħaq minn tal-inqas 27 % fl-2030 kif imsemmi fl-Artikolu 4(a)(2)(i).
2.  Fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, bħala parti mill-valutazzjoni tagħha msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-progress li jkun sar fis-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-Unjoni abbażi ta' trajettorja lineari vinkolanti li tibda minn 20 % fl-2020 u li tilħaq minn tal-inqas 35 % fl-2030 kif imsemmi fl-Artikolu 4(a)(2)(ic).
Emenda 172
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
Fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika, bħala parti mill-valutazzjoni tagħha msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-progress li jkun sar biex b'mod kollettiv jintlaħaq livell massimu tal-konsum tal-enerġija fil-livell tal-Unjoni ta' 1 321 Mtoe ta' konsum ta' enerġija primarja u ta' 987 Mtoe ta' konsum ta' enerġija finali fl-2030 kif imsemmi fl-Artikolu 6(1)(a).
Fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika, bħala parti mill-valutazzjoni tagħha msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-progress li jkun sar biex b'mod kollettiv jintlaħaq livell massimu tal-konsum tal-enerġija fil-livell tal-Unjoni ta' 1 132 Mtoe ta' konsum ta' enerġija primarja u ta' 849 Mtoe ta' konsum ta' enerġija finali fl-2030 kif imsemmi fl-Artikolu 6(1)(a).
Emenda 173
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt a
(a)  tikkunsidra nkisbitx il-mira tal-Unjoni ta' mhux iżjed minn 1 483 Mtoe ta' enerġija primarja jew ta' mhux iżjed minn 1 086 Mtoe ta' enerġija finali fl-2020;
(a)  tivvaluta jekk l-Istati Membri individwali humiex fit-triq it-tajba biex jilħqu l-mira nazzjonali vinkolanti tagħhom u jekk inkisbitx il-mira tal-Unjoni ta' mhux iżjed minn 1 483 Mtoe ta' enerġija primarja u ta' mhux iżjed minn 1 086 Mtoe ta' enerġija finali fl-2020;
Emenda 174
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 5
5.  Sal-31 ta' Ottubru 2019 u sussegwentement kull erba' snin, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/31/KE.
imħassar
Emendi 175 u 307
Proposta għal regolament
Artikolu 26
Artikolu 26
Artikolu 26
Segwitu f'każ ta' inkonsistenzi mal-għanijiet u mal-miri ġenerali tal-Unjoni tal-Enerġija skont ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi
Segwitu f'każ ta' inkonsistenzi mal-għanijiet u mal-miri ġenerali tal-Unjoni tal-Enerġija skont ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi
1.  Abbażi tal-valutazzjoni skont l-Artikolu 25, il-Kummissjoni għandha toħroġ rakkomandazzjonijiet lil Stat Membru skont l-Artikolu 28 jekk l-iżviluppi ta' politika f'dak l-Istat Membru juru inkonsistenzi mal-għanijiet ġenerali tal-Unjoni tal-Enerġija.
1.  Abbażi tal-valutazzjoni skont l-Artikolu 25, il-Kummissjoni għandha toħroġ rakkomandazzjonijiet lil Stat Membru skont l-Artikolu 28 jekk l-iżviluppi ta' politika f'dak l-Istat Membru juru inkonsistenzi mal-għanijiet ġenerali tal-Unjoni tal-Enerġija u mal-miri fuq medda twila ta' żmien tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-gassijiet serra.
1a.  Stat Membru li jkun biħsiebu juża l-flessibbiltà skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru .../... [Kondiviżjoni tal-Isforzi] għandu jinkludi fil-pjan skont l-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament, il-livell ta' użu intenzjonat u l-politiki u l-miżuri ppjanati biex jeċċedi r-rekwiżiti skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru.../... [LULUCF] għall-perjodu mill-2021 sal-2030 sal-livell neċessarju.
2.  Il-Kummissjoni tista' toħroġ opinjonijiet dwar il-pjanijiet ta' azzjoni li jkunu ntbagħtu mill-Istati Membri skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament [ ] [ESR].
2.  Il-Kummissjoni tista' toħroġ opinjonijiet dwar il-pjanijiet ta' azzjoni li jkunu ntbagħtu mill-Istati Membri skont l-Artikolu 7 u l-Artikolu 8(1) tar-Regolament [ ] [ESR].
2a.  Il-Kummissjoni tista' b'mod temporanju tissospendi l-possibbiltà li Stat Membru jittrasferixxi allokazzjonijiet annwali ta' emissjonijiet lil Stati Membri oħrajn.
2b.  Minħabba l-potenzjal għoli ta' tisħin globali u t-tul ta' ħajja atmosferika relattivament qasir tal-metan, il-Kummissjoni għandha tanalizza l-implikazzjonijiet għall-politiki u l-miżuri tal-adozzjoni ta' orizzont ta' 20 sena żmien għall-metan. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-għażliet ta' politika sabiex tindirizza malajr l-emissjonijiet tal-metan u tipproponi Strateġija tal-Unjoni dwar il-Metan, filwaqt li tqis kif xieraq l-objettivi tal-ekonomija ċirkolari, u filwaqt li tipprijoritizza l-emissjonijiet tal-metan marbutin mal-enerġija u mal-iskart.
2 c.   Il-Kummissjoni, fl-2027, għandha tirrapporta għall-perjodu mill-2021 sal-2025, u fl-2032, għall-perjodu mill-2026 sal-2030, dwar l-emissjonijiet u l-assorbimenti totali tal-Unjoni ta' gassijiet serra għal kull kategorija ta' kontabbiltà tal-art imsemmija fl-Artikolu 2 skont ir-Regolament (UE) .../... [LULUCF] ikkalkolata bħala t-total tal-emissjonijiet u l-assorbimenti rrappurtati għall-perjodu u jitnaqqas il-valur miksub permezz tal-multiplikazzjoni b'ħamsa tal-medja annwali tal-Unjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti rrappurtati fil-perjodu mill-2000 sal-2009. Abbażi tas-sejbiet tar-rapport, il-Kummissjoni għandha, kif xieraq, tagħmel proposti biex tiżgura l-integrità tal-mira globali tal-Unjoni tal-2030 ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u l-kontribut tagħha għall-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi.
Emenda 309
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu -1 (ġdid)
-1.   Jekk, abbażi tal-valutazzjoni tal-abbozz ta' pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima skont l-Artikolu 9, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miri tal-Istati Membri huma insuffiċjenti għall-kisba kollettiva tal-miri vinkolanti globali tal-Unjoni għall-2030 għas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza fl-enerġija, hi tista' titlob lill-Istati Membri, li l-miri tagħhom huma meqjusa insuffiċjenti, biex iżidu l-livell ta' ambizzjoni sabiex jiżguraw il-livell rilevanti ta' ambizzjoni kollettiva.
Emenda 310
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu -1a (ġdid)
-1a.   Fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, il-Kummissjoni għandha tuża ċ-ċirkostanzi elenkati fl-Artikolu 5(1) bħala l-kriterji oġġettivi għall-valutazzjoni tagħha msemmija fl-Artikolu 12. L-Istati Membri li għandhom mira li tkun inqas minn dik li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-formola stabbilita fl-Anness Ia għandhom iżidu l-mira tagħhom kif xieraq.
Emenda 176
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 1
1.  Jekk, abbażi tal-valutazzjoni tagħha dwar il-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima u l-aġġornamenti tagħhom skont l-Artikolu 12, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miri, l-għanijiet u l-kontributi tal-pjanijiet nazzjonali jew l-aġġornamenti tagħhom ma jkunux biżżejjed biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija u, b'mod partikolari, għall-ewwel perjodu ta' għaxar snin, il-miri għall-enerġija rinnovabbli u għall-effiċjenza enerġetika tal-Unjoni għall-2030, il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri fil-livell tal-Unjoni sabiex li dawk l-għanijiet u l-miri jintlaħqu b'mod kollettiv. Fir-rigward tal-enerġija rinnovabbli, tali miżuri għandhom iqisu l-livell ta' ambizzjoni tal-kontributi biex tintlaħaq il-mira tal-Unjoni għall-2030 stabbilita mill-Istati Membri fil-pjanijiet nazzjonali u fl-aġġornamenti tagħhom.
1.  Jekk, abbażi tal-valutazzjoni tagħha dwar il-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima skont l-Artikolu 12, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miri u l-għanijiet tal-pjanijiet nazzjonali ma jkunux biżżejjed, il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri fil-livell tal-Unjoni sabiex dawk l-għanijiet u l-miri jintlaħqu b'mod kollettiv.
Fir-rigward tal-enerġija rinnovabbli, mingħajr preġudizzju għal miżuri oħra, il-mira nazzjonali tal-Istati Membri għall-2030 għandha tiġi riveduta skont l-Artikolu 3(2) u l-Anness Ia tad-Direttiva (EU) .../... [riformulazzjoni tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinovabbli] sal-31 ta' Diċembru 2020.
Emenda 177
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 2
2.  Jekk, abbażi tal-valutazzjoni tagħha skont l-Artikolu 25(1)(b), il-Kummissjoni tikkonkludi li ma jkunx sar biżżejjed progress minn Stat Membru biex jintlaħqu l-miri, l-għanijiet u l-kontributi jew biex jiġu implimentati l-politiki u l-miżuri stabbiliti fil-pjan nazzjonali integrat dwar il-klima u l-enerġija, għandha toħroġ rakkomandazzjonijiet għall-Istat Membru kkonċernat skont l-Artikolu 28. Meta toħroġ dawn ir-rakkomandazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tqis l-isforzi ambizzjużi bikrin mill-Istati Membri li jikkontribwixxu biex tintlaħaq il-mira għall-enerġija rinnovabbli tal-Unjoni għall-2030.
2.  Jekk, abbażi tal-valutazzjoni tagħha skont l-Artikolu 25(1)(b), il-Kummissjoni tikkonkludi li ma jkunx sar biżżejjed progress minn Stat Membru biex jintlaħqu t-trajettorji, il-miri u l-għanijiet tiegħu jew biex jiġu implimentati l-politiki u l-miżuri stabbiliti fil-pjan nazzjonali integrat dwar il-klima u l-enerġija, għandha toħroġ rakkomandazzjonijiet għall-Istat Membru kkonċernat skont l-Artikolu 28.
Emenda 178
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 3
3.  Jekk, abbażi tal-valutazzjoni aggregata tagħha tar-rapporti nazzjonali integrati ta' progress dwar l-enerġija u l-klima tal-Istati Membri skont l-Artikolu 25(1)(a), u appoġġata minn sorsi oħra ta' informazzjoni, kif ikun xieraq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Unjoni qed tissogra li ma tilħaqx l-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija u, b'mod partikolari, għall-ewwel perjodu ta' għaxar snin, il-miri tal-Qafas għall-Klima u l-Enerġija tal-Unjoni għall-2030, tista' toħroġ rakkomandazzjonijiet għall-Istati Membri kollha skont l-Artikolu 28 biex jittaffa dan ir-riskju. Kif ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri fil-livell tal-Unjoni flimkien mar-rakkomandazzjonijiet sabiex jiġi żgurat b'mod partikolari li l-Unjoni tilħaq il-miri għall-enerġija rinnovabbli u għall-effiċjenza enerġetika għall-2030. Fir-rigward tal-enerġija rinnovabbli, dawn il-miżuri għandhom iqisu l-isforzi ambizzjużi bikrin mill-Istati Membri li jikkontribwixxu biex tintlaħaq il-mira tal-Unjoni għall-2030.
3.  Jekk, abbażi tal-valutazzjoni tagħha tar-rapporti nazzjonali integrati ta' progress dwar l-enerġija u l-klima tal-Istati Membri jew appoġġata minn sorsi oħra ta' informazzjoni, kif ikun xieraq, skont l-Artikolu 25, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Unjoni qed tissogra li ma tilħaqx l-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija u, b'mod partikolari, għall-ewwel perjodu ta' għaxar snin, il-miri tal-Qafas għall-Klima u l-Enerġija tal-Unjoni għall-2030, għandha toħroġ rakkomandazzjonijiet għall-Istati Membri kollha skont l-Artikolu 28 biex jittaffa dan ir-riskju. Meta toħroġ dawn ir-rakkomandazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tqis il-livell ta' ambizzjoni tal-Istati Membri għall-miri tal-Unjoni għall-2030. Kif ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri fil-livell tal-Unjoni flimkien mar-rakkomandazzjonijiet sabiex jiġi żgurat b'mod partikolari li l-Unjoni tilħaq il-miri għall-enerġija rinnovabbli u għall-effiċjenza enerġetika għall-2030. Dawn il-miżuri għandhom iqisu l-isforzi ambizzjużi bikrin, b'mod partikolari dawk mill-2021 'il quddiem, mill-Istati Membri li jikkontribwixxu biex jilħqu l-miri tal-Unjoni għall-2030, il-livell ta' konformità mill-Istati Membri mal-miri u t-trajettorji nazzjonali tagħhom kif ukoll kwalunkwe kontribuzzjoni għall-pjattaforma finanzjarja skont il-paragrafu 4(c).
Emenda 179
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)
Fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika, dawn il-miżuri addizzjonali jistgħu b'mod partikolari jtejbu l-effiċjenza enerġetika:
(a)  tal-prodotti, skont id-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE;
(b)  tal-bini, skont id-Direttivi 2010/31/UE u 2012/27/UE; u
(c)  tat-trasport.
Emenda 180
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Jekk, abbażi tal-valutazzjoni tagħha skont l-Artikolu 25(1)(a), il-Kummissjoni tikkonkludi li proġett ta' infrastruttura jista' potenzjalment ikun ta' ostakolu għall-iżvilupp ta' Unjoni tal-Enerġija reżiljenti, il-Kummissjoni għandha toħroġ valutazzjoni preliminari tal-kompatibbiltà tal-proġett mal-għanijiet fit-tul tas-suq intern tal-enerġija, b'kunsiderazzjoni partikolari tal-għan fit-tul u tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Istat Membru kkonċernat skont l-Artikolu 28. Qabel ma toħroġ din il-valutazzjoni, il-Kummissjoni tista' tikkonsulta Stati Membri oħrajn.
Emenda 293
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 4 – parti introduttorja
Jekk, fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, mingħajr preġudizzju għall-miżuri fil-livell tal-Unjoni stabbiliti fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni tikkonkludi abbażi tal-valutazzjoni tagħha skont l-Artikolu 25(1) u (2) fl-2023, li t-trajettorja lineari tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 25(2) ma ġietx issodisfata b’mod kollettiv, l-Istati Membri għandhom jiżguraw sal-2024 li kwalunkwe diskrepanza emerġenti tkun koperta b'miżuri addizzjonali, bħal:
Jekk, fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, mingħajr preġudizzju għall-miżuri fil-livell tal-Unjoni stabbiliti fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni tikkonkludi abbażi tal-valutazzjoni tagħha skont l-Artikolu 25(1) u (2) li Stat Membru mhux qed jagħmel biżżejjed progress biex jikkonforma mal-miri nazzjonali 2030 tiegħu, b'mod partikolari billi ma jikkonformax mal-punti ta' referenza tiegħu fl-2022, l-2025 u l-2072 kif stupulat fl-Anness Ia, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li kwalunkwe diskrepanza fit-trajettorja tagħhom tkun koperta fi żmien sena b'miżuri addizzjonali, bħal:
Emenda 182
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 4 – punt ba (ġdid)
(ba)   azzjoni biex jiġi promoss sehem ikbar ta' elettriku ġġenerat mill-enerġija rinnovabbli abbażi tal-kriterji tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) .../... [riformulazzjoni tad-Direttiva 2009/28/KE];
Emenda 183
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 4 – punt c
(c)  tingħata kontribuzzjoni finanzjarja għal pjattaforma ta' finanzjament stabbilita fil-livell tal-Unjoni, li tikkontribwixxi għall-proġetti tal-enerġija rinnovabbli u li tkun ġestita direttament jew indirettament mill-Kummissjoni;
(c)  tingħata kontribuzzjoni finanzjarja volontarja għal pjattaforma ta' finanzjament stabbilita fil-livell tal-Unjoni, li tikkontribwixxi għall-proġetti tal-enerġija rinnovabbli, b'mod partikolari dawk li għandhom interess tal-Unjoni tal-Enerġija, u li tkun ġestita direttament jew indirettament mill-Kummissjoni;
Emenda 184
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 4 – punt ca (ġdid)
(ca)   jintużaw mekkaniżmi ta' kooperazzjoni stabbiliti fid-Direttiva (UE) .../... [riformulazzjoni tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli];
Emenda 185
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
Tali miżuri għandhom iqisu l-livell ta' ambizzjoni ta' kontributi bikrin għall-mira tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli għall-2030 mill-Istat Membru kkonċernat.
Tali miżuri għandhom iqisu l-livell ta' konformità tal-Istat Membru mal-mira u t-trajettorja nazzjonali tiegħu għall-enerġija rinnovabbli.
Il-Kummissjoni għandha, kif ikun xieraq, tieħu miżuri fil-livell tal-Unjoni apparti miżuri fil-livell nazzjonali sabiex tiżgura l-kisba tat-trajettorja lineari vinkolanti tal-Unjoni u l-mira vinkolanti tal-Unjoni għall-2030 għall-enerġija rinovabbli.
Emenda 186
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 5
5.  Jekk, fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika, mingħajr preġudizzju għal miżuri oħra fil-livell tal-Unjoni skont il-paragrafu 3, il-Kummissjoni tikkonkludi abbażi tal-valutazzjoni tagħha skont l-Artikolu 25(1) u (3) fl-2023, li l-progress biex tintlaħaq il-mira għall-effiċjenza enerġetika tal-Unjoni msemmija fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 25(3) ma jkunx biżżejjed, għandha tieħu miżuri sal-2024 flimkien ma’ dawk li ġew stabbiliti fid-Direttiva 2010/31/UE [il-verżjoni kif emendata skont il-proposta COM(2016)0765] u fid-Direttiva 2012/27/UE [il-verżjoni kif emendata skont il-proposta COM(2016)0761] sabiex jiġi żgurat li jintlaħqu l-miri vinkolanti għall-effiċjenza enerġetika tal-Unjoni għall-2030.
5.  Jekk, fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika, mingħajr preġudizzju għal miżuri oħra fil-livell tal-Unjoni skont il-paragrafu 3, il-Kummissjoni tikkonkludi abbażi tal-valutazzjoni tagħha skont l-Artikolu 25(1) u (3) fl-2023 u kull sentejn wara dan, li Stat Membru ma jkunx qed jagħmel biżżejjed progress sabiex jikseb il-mira nazzjonali vinkolanti u t-trajettorja tiegħu, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li sas-sena 2024 u kull sentejn wara dan, rispettivament, li kwalunkwe diskrepanza emerġenti fit-trajettorja tiegħu tkun koperta b'miżuri addizzjonali fi żmien sena.
(a)  tal-prodotti, skont id-Direttiva 2010/30/UE u d-Direttiva 2009/125/KE;
(b)  tal-bini, skont id-Direttiva 2010/31/UE [il-verżjoni kif emendata skont il-proposta COM(2016)0765] u d-Direttiva 2012/27/UE [il-verżjoni kif emendata skont il-proposta COM(2016)0761];
(c)  tat-trasport.
Emenda 187
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 5a (ġdid)
5a.  Kull Stat Membru kkonċernat imsemmi fil-paragrafu 4 jew 5 għandu jagħti fid-dettall il-miżuri addizzjonali, implimentati, adottati u ppjanati biex ikopri d-diskrepanza sabiex jikkonforma mal-miri u t-trajettorji nazzjonali tiegħu għall-2030 bħala parti mir-rapport ta' progress tiegħu li jmiss imsemmi fl-Artikolu 15.
Emenda 188
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 2 – punt b
(b)  fir-rapport nazzjonali integrat tiegħu ta' progress dwar l-enerġija u l-klima li jkun sar sena wara li tkun inħarġet ir-rakkomandazzjoni, l-Istat Membru għandu jistabbilixxi kif ikun ikkunsidra għalkollox ir-rakkomandazzjoni u kif ikun implimentaha jew beħsiebu jimplimentaha. L-Istat Membru għandu jipprovdi ġustifikazzjonijiet meta jiddevja mir-rakkomandazzjoni;
(b)  fir-rapport nazzjonali integrat tiegħu ta' progress dwar l-enerġija u l-klima li jkun sar sena wara li tkun inħarġet ir-rakkomandazzjoni, l-Istat Membru għandu jistabbilixxi kif ikun ikkunsidra għalkollox ir-rakkomandazzjoni u kif ikun implimentaha jew beħsiebu jimplimentaha. L-Istat Membru għandu jipprovdi raġunijiet meta jiddevja mir-rakkomandazzjoni;
Emenda 189
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 2 – punt c
(c)  jenħtieġ li r-rakkomandazzjonijiet ikunu kumplimentari għall-iżjed rakkomandazzjonijiet speċifiċi reċenti għall-pajjiżi li jkunu nħarġu fil-kuntest tas-Semestru Ewropew.
(c)  jenħtieġ li r-rakkomandazzjonijiet ikunu kumplimentari għall-iżjed rakkomandazzjonijiet speċifiċi reċenti għall-pajjiżi li jkunu nħarġu skont l-Artikolu 9(2) u fil-kuntest tas-Semestru Ewropew.
Emenda 190
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika minnufih dawn ir-rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri kollha;
Emenda 191
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 2 – punt ja (ġdid)
(ja)  valutazzjoni ġenerali tal-progress li jkun sar lejn l-integrazzjoni sħiħa tal-prinċipju "l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel" u t-trattament ġust għall-konsumaturi tal-enerġija";
Emenda 192
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 2 – punt jb (ġdid)
(jb)  rapport ta' progress dwar il-kompetittività;
Emenda 193
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 2 – punt jc (ġdid)
(jc)  il-progress tal-Istati Membri lejn it-tneħħija gradwali tas-sussidji diretti u indiretti għall-fjuwils fossili sal-2020;
Emenda 194
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 2 - punt ka (ġdid)
(ka)  valutazzjoni finanzjarja tal-ispejjeż sostnuti mill-konsumatur finali tal-elettriku abbażi ta' indikaturi li jimmonitorjaw l-ispiża reali għall-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija.
Emenda 195
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 1
1.  Sal-1 ta' Jannar 2021, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, jħaddmu u jfittxu li jtejbu kontinwament is-sistemi ta' inventarji nazzjonali biex jiġu stmati l-emissjonijiet antropoġeniċi minn fonti u l-assorbimenti minn bjar ta' gassijiet serra elenkati fil-Parti 2 tal-Anness III ta' dan ir-Regolament u tiġi żgurata t-tempestività, it-trasparenza, ir-reqqa, il-konsistenza, il-paragunabbiltà u l-kompletezza tal-inventarji tagħhom tal-gassijiet serra.
1.  Sal-1 ta' Jannar 2021, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, jħaddmu u jfittxu li jtejbu kontinwament is-sistemi ta' inventarji nazzjonali skont ir-rekwiżiti tal-UNFCCC biex jiġu stmati l-emissjonijiet antropoġeniċi minn fonti u l-assorbimenti minn bjar ta' gassijiet serra elenkati fil-Parti 2 tal-Anness III ta' dan ir-Regolament u tiġi żgurata t-tempestività, it-trasparenza, ir-reqqa, il-konsistenza, il-paragunabbiltà u l-kompletezza tal-inventarji tagħhom tal-gassijiet serra.
Emenda 196
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 1
1.  Fl-2027 u fl-2032, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami komprensiv tad-dejta tal-inventarju nazzjonali li tkun intbagħtet mill-Istati Membri skont l-Artikolu 23(3) ta' dan ir-Regolament bl-għan li twettaq monitoraġġ tat-tnaqqis jew tal-limitazzjonijiet tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Istati Membri skont l-Artikoli 4, 9 u 10 tar-Regolament [ ] [ESR] u tat-tnaqqis tagħhom tal-emissjonijiet u tat-tisħiħ tal-assorbimenti minn bjar skont l-Artikoli 4 u 12 tar-Regolament [ ] [LULUCF] u ta' kwalunkwe mira oħra ta' tnaqqis jew ta' limitazzjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra stabbilita fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jipparteċipaw b'mod sħiħ f'dak il-proċess.
1.  Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami komprensiv tad-data tal-inventarju nazzjonali li tkun intbagħtet mill-Istati Membri skont l-Artikolu 23(3) ta' dan ir-Regolament bl-għan li twettaq monitoraġġ tat-tnaqqis jew tal-limitazzjonijiet tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Istati Membri skont l-Artikoli 4, 9 u 10 tar-Regolament [ ] [ESR] u tat-tnaqqis tagħhom tal-emissjonijiet u tat-tisħiħ tal-assorbimenti minn bjar skont l-Artikoli 4 u 12 tar-Regolament [ ] [LULUCF] u ta' kwalunkwe mira oħra ta' tnaqqis jew ta' limitazzjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra stabbilita fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jipparteċipaw b'mod sħiħ f'dak il-proċess.
Emenda 197
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 6
6.  Id-dejta għal kull Stat Membru kif irreġistrata fir-reġistri stabbiliti skont l-Artikolu 11 tar-Regolament [ ] [ESR] xahar wara d-data tal-kontroll tal-konformità mar-Regolament [ ] [LULUCF] imsemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, għandha tintuża għall-kontroll tal-konformità skont l-Artikolu 9 tar-Regolament [ ] [ESR] għall-2021 u għall-2026. Il-kontroll tal-konformità skont l-Artikolu 9 tar-Regolament [ ] [ESR] għal kull waħda mis-snin mill-2022 sal-2025 u mill-2027 sal-2030 għandu jitwettaq fid-data li tinzerta xahar wara d-data tal-kontroll tal-konformità għas-sena preċedenti. Dan il-kontroll għandu jinkludi t-tibdil f'din id-dejta li jirriżulta meta dak l-Istat Membru juża l-flessibbiltajiet skont l-Artikoli 5, 6 u 7 tar-Regolament [ ] [ESR].
6.  Id-data għal kull Stat Membru kif irreġistrata fir-reġistri stabbiliti skont l-Artikolu 11 tar-Regolament [ ] [ESR] xahar wara d-data tal-kontroll tal-konformità mar-Regolament [ ] [LULUCF] imsemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, għandha tintuża għall-kontroll tal-konformità skont l-Artikolu 9 tar-Regolament [ ] [ESR]. Il-kontroll tal-konformità skont l-Artikolu 9 tar-Regolament [ ] [ESR] għal kull waħda [mis-snin konsistenti maċ-ċiklu ta' konformità msemmi fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) .../... [ESR] għandu jitwettaq fid-data li tinzerta xahar wara d-data tal-kontroll tal-konformità għas-sena preċedenti. Dan il-kontroll għandu jinkludi t-tibdil f'din id-data li jirriżulta meta dak l-Istat Membru juża l-flessibbiltajiet skont l-Artikoli 5, 6 u 7 tar-Regolament [ ] [ESR].
Emenda 198
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 6a (ġdid)
6a.  Matul l-aħħar kontroll tal-konformità msemmi fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu, kontroll tar-rekwiżiti skont [l-Artikolu 9a; Riserva għal Azzjoni Bikrija [ESR] għandu jitwettaq mill-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru biex jagħmel użu minn dik ir-riserva. Dak il-kontroll jista' jkun segwit minn tibdiliet rigward id-data għal kull Stat Membru eleġibbli fejn ir-rekwiżiti skont l-[Artikolu 9a; Riżerva għall-Azzjoni Bikrija] [ESR] ikunu sodisfati.
Emenda 199
Proposta għal regolament
Artikolu 35 – paragrafu 1 – parti introduttorja
L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-ħidma tagħha fir-rigward tad-dimensjonijiet tad-dekarbonizzazzjoni u tal-effiċjenza enerġetika sabiex tikkonforma mal-Artikoli 14, 15, 16, 17, 18, 19, 23, 24, 25, 29, 30, 31, 32 u 34 skont il-programm ta' ħidma annwali tagħha. Dik l-assistenza għandha tinkludi l-assistenza kif meħtieġ:
L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-ħidma tagħha fir-rigward tad-dimensjonijiet tad-dekarbonizzazzjoni u tal-effiċjenza enerġetika sabiex tikkonforma mal-Artikoli 13a, 14, 15, 16, 17, 18, 19, 23, 24, 25, 29, 30, 31, 32 u 34 skont il-programm ta' ħidma annwali tagħha. Dik l-assistenza għandha tinkludi l-assistenza kif meħtieġ:
Emenda 200
Proposta għal regolament
Artikolu 35 – paragrafu 1 – punt ja (ġdid)
(ja)  għat-tfassil tas-sehem approssimat tal-Unjoni tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli fil-konsum finali tal-enerġija u l-konsum approssimat tal-enerġija primarja u finali.
Emenda 201
Proposta għal regolament
Artikolu 37 – titolu
Il-Kumitat dwar l-Unjoni tal-Enerġija
Il-Kumitat dwar l-Enerġija u t-Tibdil fil-Klima
Emenda 202
Proposta għal regolament
Artikolu 37 – paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat dwar l-Unjoni tal-Enerġija. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 u għandu jaħdem fil-formazzjonijiet settorjali rispettivi li jkunu rilevanti għal dan ir-Regolament.
1.  Fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat dwar l-Enerġija u t-Tibdil fil-Klima. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Emenda 203
Proposta għal regolament
Artikolu 37 – paragrafu 2
2.  Dan il-Kumitat jissostitwixxi l-kumitat stabbilit bl-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 93/389/KEE, bl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni 280/2004/KE u bl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013. Ir-referenzi għall-kumitat stabbilit skont dawk l-atti legali għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-kumitat stabbilit b’dan ir-Regolament.
2.  Minkejja l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Artikoli 15, 17, 23, 31 u 32 ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima stabbilit mill-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013.
Emenda 204
Proposta għal regolament
Artikolu 38 – paragrafu 1
Sat-28 ta' Frar 2026 u sussegwentement kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-tħaddim ta' dan ir-Regolament, il-kontribut tiegħu għall-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u l-konformità tal-ippjanar, tar-rapportar u tal-monitoraġġ tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ma' leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni jew ma' deċiżjonijiet futuri marbuta mal-UNFCCC u mal-Ftehim ta' Pariġi. Il-Kummissjoni tista' tagħmel proposti jekk ikun xieraq.
Fi żmien sitt xhur mid-djalogu faċilitattiv li għandu jitlaqqa' taħt il-UNFCCC fl-2018 sabiex jittieħed rendikont tal-isforzi kollettivi tal-Partijiet fir-rigward tal-progress lejn l-għan globali fit-tul, u fi żmien sitt xhur mit-teħid tar-rendikont globali fl-2023 u kull teħid ta' rendikont globali sussegwenti wara dan, il-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-tħaddim u l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-kontribut tiegħu għall-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u l-konformità tal-ippjanar, tar-rapportar u tal-monitoraġġ tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ma' leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni jew ma' deċiżjonijiet futuri marbuta mal-UNFCCC u l-adegwatezza tal-kontribut tiegħu għall-kisba tal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi. Ir-rapporti għandhom ikunu akkumpanjati minn proposti biex tissaħħaħ l-azzjoni tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija, jekk ikun xieraq.
Emenda 205
Proposta għal regolament
Artikolu 38 – paragrafu 1a (ġdid)
Fi żmien sitt xhur wara li l-Unjoni tkun issottomettiet Kontribut Determinat fil-Livell Nazzjonali (NDC) ġdid jew rivedut skont il-Ftehim ta' Pariġi, il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tissottometti l-proposti leġiżlattivi neċessarji biex jiġu emendati l-atti legali rilevanti tal-Unjoni.
Emenda 206
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 98/70/KE
Artikolu 7a – paragrafu 1 – subparagrafu 3 – punt a
(2)  fit-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 7a(1), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
imħassar
"il-volum totali tal-provvista ta’ kull tip ta’ fjuwil jew ta’ enerġija; kif ukoll"
Emenda 207
Proposta għal regolament
Artikolu 47 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2012/27/UE
Artikolu 18 - paragrafu 1 - punt e
(2)  fl-Artikolu 18(1), jitħassar il-punt (e);
imħassar
Emenda 208
Proposta għal regolament
Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt 1
Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652
Anness I - parti 2 - punti 2, 3, 4 u 7
(1)  fil-Parti 2 tal-Anness I, jitħassru l-punti 2, 3, 4 u 7.
(1)  fil-Parti 2 tal-Anness I, jitħassru l-punti 4 u 7.
Emenda 209
Proposta għal regolament
Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a
Direttiva (UE) 2015/652
Anness III – punt 1
"1. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw id-data elenkata fil-punt 3. Din id-data għandha tiġi rrappurtata għal kull fjuwil u enerġija imqiegħda fis-suq fl-Istat Membru. Fejn bijofjuwils multipli jkunu mħallta ma' fjwuils fossili, għandha tingħata d-data għal kull bijofjuwil."
"1. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw kull sena d-data elenkata fil-punt 3. Din id-data għandha tiġi rrappurtata għal kull fjuwil u enerġija imqiegħda fis-suq fl-Istat Membru. Fejn bijofjuwils multipli jkunu mħallta ma' fjwuils fossili, għandha tingħata d-data għal kull bijofjuwil."
Emenda 210
Proposta għal regolament
Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b
Direttiva (UE) 2015/652
Anness III – punt 3
(b)  fil-punt 3, jitħassru l-punti (e) u (f);
imħassar
Emenda 211
Proposta għal regolament
Artikolu 49a (ġdid)
Artikolu 49a
EEA
1.  Sa ... [sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tissottometti abbozz ta' deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE relatat ma' dan ir-Regolament, bil-ħsieb li l-pajjiżi taż-ŻEE/EFTA jkunu jistgħu jimplimentaw bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u b'hekk jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija.
2.  Wara li jiġu inkorporati fiż-ŻEE/EFTA wara deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt, l-obbligi tal-Istati Membri lejn Stati Membri oħrajn fil-qafas ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu estiżi wkoll għal dawk il-pajjiżi taż-ŻEE/EFTA li implimentaw ir-Regolament fit-territorju tagħhom.
Emenda 212
Proposta għal regolament
Artikolu 50a (ġdid)
Artikolu 50a
Komunità tal-Enerġija
Sa ... [sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tipproponi l-inkorporazzjoni tiegħu fil-Komunità tal-Enerġija skont l-Artikolu 79 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija. Malli jiġi inkorporat b'deċiżjoni tal-Kunsill Ministerjali tal-Komunità tal-Enerġija u soġġett għal kwalunkwe modifika skont l-Artikolu 24 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija, l-obbligi tal-Istati Membri fil-konfront ta' Stati Membri oħrajn fil-qafas ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu estiżi wkoll għal dawk il-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija li implimentaw ir-Regolament fit-territorju tagħhom.
Emenda 213
Proposta għal regolament
Artikolu 51
Artikolu 51
Artikolu 51
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
B'deroga mill-Artikolu 50 ta' dan ir-Regolament, l-Artikoli 7 u 17(1)(a) u (d) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 għandhom ikomplu japplikaw għar-rapporti li jkun fihom id-dejta meħtieġa skont dawk l-Artikoli għall-2018, għall-2019 u għall-2020.
B'deroga mill-Artikolu 50 ta' dan ir-Regolament, l-Artikoli 7 u 17(1)(a) u (d) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 għandhom ikomplu japplikaw għar-rapporti li jkun fihom id-data meħtieġa skont dawk l-Artikoli għall-2018, għall-2019 u għall-2020.
L-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 għandu jkompli japplika rigward it-tieni perjodu ta' impenn tal-Protokoll ta' Kjoto.
L-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 għandu jkompli japplika għar-rieżamijiet tad-dejta tal-inventarju tal-GHGs għall-2018, għall-2019 u għall-2020.
L-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 għandu jkompli japplika għar-rieżamijiet tad-data tal-inventarju tal-GHGs għall-2018, għall-2019 u għall-2020.
L-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 għandu jkompli japplika għas-sottomissjoni tar-rapport meħtieġ skont dak l-Artikolu.
L-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 għandu jkompli japplika għas-sottomissjoni tar-rapport meħtieġ skont dak l-Artikolu.
L-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 għandu jkompli japplika għall-fini tal-implimentazzjoni tal-Artikoli 15, 17, 23, 31 u 32 ta' dan ir-Regolament kif ukoll meta jkun imsemmi f'atti legali oħra tal-Unjoni.
Emenda 214
Proposta għal regolament
Anness I – parti 1 – taqsima A – paragrafu 1 – punt 1.3. – punt iii
iii.  Konsultazzjonijiet ma' partijiet ikkonċernati, li jinkludu sħab soċjali, u l-involviment tas-soċjetà ċivili
iii.  Konsultazzjonijiet ma' partijiet ikkonċernati, li jinkludu s-sħab soċjali u l-involviment tas-soċjetà ċivili u tal-pubbliku ġenerali
Emenda 215
Proposta għal regolament
Anness I – parti 1 – taqsima A – paragrafu 1 – punt 1.4. – titolu
1.4.  Kooperazzjoni reġjonali fit-tħejjija tal-pjan
1.4.  Kooperazzjoni makroreġjonali u reġjonali fit-tħejjija tal-pjan
Emenda 216
Proposta għal regolament
Anness I – parti 1 – taqsima A – paragrafu 1 – punt 1.4. – punt ii
ii.  Spjegazzjoni kif tiġi kkunsidrata l-kooperazzjoni reġjonali fil-pjan.
ii.  Spjegazzjoni kif tiġi kkunsidrata l-kooperazzjoni makroreġjonali u reġjonali fil-pjan.
Emenda 217
Proposta għal regolament
Anness I – parti 1 – taqsima A – paragrafu 2 – punt 2.1. – punt 2.1.1 – titolu
2.1.1.  Emissjonijiet u assorbimenti tal-gassijiet serra (għall-pjan li jkopri l-perjodu mill-2021 sal-2030, il-mira tal-Qafas għall-2030 ta' mill-anqas 40 % ta' tnaqqis domestiku fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-ekonomiji kollha meta mqabbla mal-1990)1
2.1.1.  Emissjonijiet u assorbimenti tal-gassijiet serra1
__________________
__________________
1.   Il-konsistenza għandha tiġi żgurata permezz ta' strateġiji ta' emissjonijiet baxxi għal perjodu ta' żmien twil skont l-Artikolu 14.
1.  Il-konsistenza għandha tiġi żgurata permezz ta' strateġiji ta' emissjonijiet baxxi għal perjodu ta' żmien twil skont l-Artikolu 14.
Emenda 218
Proposta għal regolament
Anness I – parti 1 – taqsima A – paragrafu 2 – punt 2.1 – punt 2.1.1 – punt ia (ġdid)
ia.  It-trajettorji nazzjonali tal-Istat Membri mill-2021 'il quddiem għaż-żamma u t-titjib tal-assorbimenti tal-karbonju minn bjar konsistenti mal-Ftehim ta' Pariġi
Emenda 219
Proposta għal regolament
Anness I – parti 1 – taqsima A – paragrafu 2 – punt 2.1. – punt 2.1.1 – punt ii
ii.  Jekk applikabbli, għanijiet u miri nazzjonali oħra konsistenti ma' strateġiji eżistenti ta' emissjonijiet baxxi għal terminu ta' żmien twil. Jekk applikabbli, għanijiet u miri oħra, li jinkludu miri settorjali u għanijiet ta' adattament
ii.  Għanijiet u miri nazzjonali oħra konsistenti mal-Ftehim ta' Pariġi u l-istrateġiji dwar il-klima u l-enerġija għal terminu ta' żmien twil. Jekk applikabbli, għanijiet u miri oħra, li jinkludu miri settorjali u għanijiet ta' adattament
Emenda 220
Proposta għal regolament
Anness I – parti 1 – taqsima A – paragrafu 2 – punt 2.1. – punt 2.1.2 – punt i
i.  Is-sehem tal-enerġija ppjanata tal-Istat Membru minn sorsi rinnovabbli tal-konsum finali gross tal-enerġija fl-2030 bħala l-kontribuzzjoni nazzjonali tiegħu biex tinkiseb il-mira vinkolanti fil-livell tal-UE ta' mill-anqas 27 % fl-2030.
i.  Il-mira nazzjonali tal-Istat Membru għal enerġija minn sorsi rinnovabbli tal-konsum finali gross tal-enerġija fl-2030.
Emenda 221
Proposta għal regolament
Anness I – parti 1 – taqsima A – paragrafu 2 – punt 2.1 – punt 2.1.2 – punt iii
iii.  Trajettorji għas-sehem settorjali tal-enerġija rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija mill-2021 sal-2030 fis-setturi tal-elettriku, tat-tisħin u tat-tkessiħ, u tat-trasport
iii.  Trajettorji tal-Istat Membru għas-sehem settorjali tal-enerġija rinnovabbli fil-konsum finali tal-enerġija mill-2021 sal-2030 fis-setturi tal-elettriku, tat-tisħin u tat-tkessiħ, u tat-trasport(diżaggregati bejn it-trasport bit-triq, bil-ferrovija u bl-ajru)
Emenda 222
Proposta għal regolament
Anness I – parti 1 – taqsima A – paragrafu 2 – punt 2.1 – punt 2.1.2 – punt iv
iv.  Trajettorji b'teknoloġija tal-enerġija rinnovabbli li l-Istat Membru jipprojetta li juża biex jikseb it-trajjetorji globali u settorjali għal enerġija rinnovabbli mill-2021 sal-2030 li jinkludu l-konsum finali gross tal-enerġija mistenni skont it-teknoloġija u s-settur f'Mtoe u l-kapaċità installata ppjanata totali (diviża bil-kapaċità ġdida u forniment mill-ġdid tal-enerġija) għal kull teknoloġija u settur f'MW.
iv.  Trajettorji b'teknoloġija tal-enerġija rinnovabbli li l-Istat Membru jipprojetta li juża biex jikseb it-trajjetorji globali u settorjali għal enerġija rinnovabbli mill-2021 sal-2030 li jinkludu l-konsum finali gross tal-enerġija mistenni skont it-teknoloġija u s-settur f'Mtoe u l-kapaċità installata ppjanata netta totali (diviża bil-kapaċità ġdida u forniment mill-ġdid tal-enerġija) għal kull teknoloġija u settur f'MW.
Emenda 223
Proposta għal regolament
Anness I – parti 1 – taqsima A – paragrafu 2 – punt 2.1 – punt 2.1.2 – punt v
v.  it-trajettorji dwar id-domanda għall-bijoenerġija, diżaggregati bejn it-tisħin, l-elettriku u t-trasport, u dwar il-provvista ta' bijomassa skont il-materja prima u l-oriġini (filwaqt li ssir distinzjoni bejn il-produzzjoni domestika u l-importazzjonijiet). Għall-bijomassa forestali, valutazzjoni tas-sors u tal-impatt tagħha fuq il-bjar tal-LULUCF;
v.  It-trajettorji tal-Istat Membru dwar id-domanda għall-bijoenerġija, diżaggregati bejn it-tisħin, l-elettriku u t-trasport, u dwar il-provvista ta' bijomassa skont il-materja prima u l-oriġini (filwaqt li ssir distinzjoni bejn il-produzzjoni domestika u l-importazzjonijiet). Għall-bijomassa forestali, valutazzjoni tas-sors u tal-impatt tagħha fuq il-bjar tal-LULUCF;
Emenda 224
Proposta għal regolament
Anness I – parti 1 – taqsima A – paragrafu 2 – punt 2.1 – punt 2.1.2 – punt va (ġdid)
va.  Is-sehem tal-Istat Membru kif ukoll it-trajettorji u l-għanijiet għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli prodotti mill-ibliet, komunitajiet ta' enerġija rinnovabbli u prosumaturi fl-2030 u trajettorji ta' enerġija rinnovabbli mill-2021 sal-2030 inkluż it-total ta' konsum gross finali tal-enerġija mistenni;
Emenda 225
Proposta għal regolament
Anness I – parti 1 – taqsima A – paragrafu 2 – punt 2.1 – punt 2.1.2 – punt vi
vi.  Jekk applikabbli, trajettorji u għanijiet nazzjonali oħra, li jinkludu dawk fit-tul jew settorjali (eż. is-sehem ta' bijofjuwils avvanzati, is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fit-tisħin distrettwali, l-użu tal-enerġija rinnovabbli fil-bini, l-enerġija rinnovabbli prodotta fl-ibliet, il-komunitajiet tal-enerġija u l-awtokonsumaturi)
vi.  Jekk applikabbli, trajettorji u għanijiet nazzjonali oħra, li jinkludu dawk fit-tul jew settorjali (eż. is-sehem ta' bijofjuwils avvanzati, is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fit-tisħin distrettwali, l-użu tal-enerġija rinnovabbli fil-bini, l-enerġija rkuprata mill-ħama miksuba mit-trattament tal-ilma mormi)
Emenda 226
Proposta għal regolament
Anness I – parti 1 – taqsima A – paragrafu 2 – punt 2.2 – punt i
i.  Il-kontribuzzjoni indikattiva tal-effiċjenza enerġetika nazzjonali għall-kisba tal-mira vinkolanti tal-Unjoni tal-effiċjenza enerġetika ta' 30 % fl-2030 kif jissemma fl-Artikolu 1(1) u fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2012/27/UE [il-verżjoni kif emendata skont il-proposta COM(2016)0761], ibbażata fuq il-konsum tal-enerġija primarja jew finali, l-iffrankar tal-enerġija primarja jew finali, jew l-intensità tal-enerġija; espressa f'termini ta' livell assolut tal-konsum tal-enerġija primarja u l-konsum tal-enerġija finali fl-2020 u fl-2030, bi trajettorja lineari għal dik il-kontribuzzjoni mill-2021 ’il quddiem; li tinkludi l-metodoloġija sottostanti u l-fatturi ta' konverżjoni użati
i.   Il-mira vinkolanti tal-Istat Membru għall-effiċjenza enerġetika fl-2030 kif imsemmi fl-Artikolu 1(1) u fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2012/27/UE [il-verżjoni kif emendata skont il-proposta COM(2016)0761], espressa f'termini ta' livell assolut tal-konsum tal-enerġija primarja u l-konsum tal-enerġija finali fl-2020 u fl-2030, bi trajettorja lineari għal dik il-mira mill-2021 ’il quddiem; li tinkludi l-metodoloġija sottostanti u l-fatturi ta' konverżjoni użati
Emenda 227
Proposta għal regolament
Anness I – parti 1 – taqsima A – paragrafu 2 – punt 2.2 – punt ii
ii.  Ammont kumulattiv ta' ffrankar tal-enerġija li jrid jinkiseb matul il-perjodu 2021-2030 skont l-Artikolu 7 dwar l-obbligi ta' ffrankar tal-enerġija tad-Direttiva 2012/27/UE [il-verżjoni kif emendata skont il-proposta COM(2016)0761],
ii.  Ammont kumulattiv ta' ffrankar tal-enerġija addizzjonali li jrid jinkiseb matul il-perjodu 2021-2030 u perjodi sussegwenti skont l-Artikolu 7 dwar l-obbligi ta' ffrankar tal-enerġija tad-Direttiva 2012/27/UE [il-verżjoni kif emendata skont il-proposta COM(2016)0761],
Emenda 228
Proposta għal regolament
Anness I – parti 1 – taqsima A – paragrafu 2 – punt 2.2 – punt iii
iii.  Għanijiet għal rinnovazzjoni fuq terminu ta' żmien twil tal-istokk nazzjonali ta' bini residenzjali u kummerċjali (kemm pubbliku kif ukoll privat)
iii.  Għanijiet għall-2030 u l-2040 għal rinnovazzjoni fuq terminu ta' żmien twil tal-istokk nazzjonali ta' bini residenzjali u mhux residenzjali (kemm pubbliku kif ukoll privat), skont il-mira tal-2050 ta' stokk ta' bini b'konsum ta' enerġija kważi żero u dekarbonizzat
Emenda 229
Proposta għal regolament
Anness I – parti 1 – taqsima A – paragrafu 2 – punt 2.2 – punt iv
iv.  L-erja tal-pavimentar totali li jrid jiġi rinnovat jew l-iffrankar ekwivalenti annwali tal-enerġija li jrid jinkiseb mill-2021 sal-2030 skont l-Artikolu 5 dwar ir-rwol eżemplari tal-bini tal-korpi pubbliċi tad-Direttiva 2012/27/UE,
iv.  l-erja totali ta' art li trid tiġi rinnovata u l-iffrankar tal-enerġija korrispondenti jew l-iffrankar ekwivalenti annwali tal-enerġija li jrid jinkiseb mill-2021 sal-2030 skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2012/27/UE dwar ir-rwol eżemplari tal-bini tal-korpi pubbliċi;
Emenda 230
Proposta għal regolament
Anness I – parti 1 – taqsima A – paragrafu 2 – punt 2.3 – punt i
i.  Għanijiet nazzjonali fir-rigward ta' żieda fid-diversifikazzjoni ta' sorsi tal-enerġija u forniment minn pajjiżi terzi, ħażna u rispons għad-domanda
i.  Għanijiet nazzjonali fir-rigward ta' żieda fid-diversifikazzjoni ta' sorsi tal-enerġija u forniment minn pajjiżi terzi, l-adozzjoni ta' miżuri tal-iffrankar tal-enerġija, ħażna u rispons għad-domanda
Emenda 231
Proposta għal regolament
Anness I – parti 1 – taqsima A – paragrafu 2 – punt 2.3 – punt ii
ii.  Għanijiet nazzjonali fir-rigward ta' tnaqqis fid-dipendenza ta' importazzjoni tal-enerġija minn pajjiżi terzi
ii.  Għanijiet nazzjonali fir-rigward ta' tnaqqis fid-dipendenza ta' importazzjoni tal-enerġija minn fjuwils fossili (żejt, faħam u gass) u, jekk ikun applikabbli, fjuwils oħra minn pajjiżi terzi
Emenda 232
Proposta għal regolament
Anness I – parti 1 – taqsima A – paragrafu 2 – punt 2.3 – punt iv
iv.  Għanijiet nazzjonali fir-rigward l-iskjerament ta' sorsi tal-enerġija domestika (notevolment enerġija rinnovabbli)
iv.  Għanijiet nazzjonali fir-rigward taż-żieda tal-flessibbiltà tas-sistema nazzjonali tal-enerġija
Emenda 233
Proposta għal regolament
Anness I – parti 1 – taqsima A – paragrafu 2 – punt 2.4 – punt 2.4.1 – punt i
i.  Il-livell ta' interkonnettività elettrika li l-Istat Membru qed jimmira għalih fl-2030 fir-rigward tal-għan tal-Kunsill Ewropew ta' Ottubru 2014.
i.   Il-livell ta' interkonnettività elettrika li l-Istat Membru qed jimmira għalih fl-2030 ta' mill-inqas 15 %, b'kunsiderazzjoni tal-mira għall-interkonnessjoni għall-2020 ta' 10 %;
Emenda 234
Proposta għal regolament
Anness I – parti 1 – taqsima A – paragrafu 2 – punt 2.4 – punt 2.4.2 – punt i
i.  Għanijiet nazzjonali ewlenin għall-infrastruttura tat-trażmissjoni tal-elettriku u tal-gass li huma meħtieġa għall-kisba tal-għanijiet u tal-miri skont kwalunkwe waħda mid-dimensjonijiet tal-istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija
i.  Għanijiet nazzjonali ewlenin għall-infrastruttura tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni tal-elettriku u tal-gass u l-modernizzazzjoni tagħha li huma meħtieġa għall-kisba tal-għanijiet u tal-miri skont kwalunkwe waħda mid-dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija mniżżla fil-punt 2
Emenda 235
Proposta għal regolament
Anness I – parti 1 – taqsima A – paragrafu 2 – punt 2.4 – punt 2.4.3 – punt i
i.  Għanijiet nazzjonali marbuta ma' aspetti oħra tas-suq intern tal-enerġija bħall-integrazzjoni tas-suq u l-akkoppjament, li jinkludu medda ta' żmien għal meta l-għanijiet għandhom jintlaħqu
i.  Għanijiet nazzjonali marbuta ma' aspetti oħra tas-suq intern tal-enerġija bħaż-żieda fil-flessibbiltà tas-sistema, l-integrazzjoni u l-akkoppjament tas-swieq, il-grilji intelliġenti, l-aggregazzjoni, ir-rispons tad-domanda, il-ħażna, il-ġenerazzjoni distribwita, il-mekkaniżmi għad-dispaċċ, id-dispaċċ mill-ġdid u l-limitazzjoni, is-sinjali tal-prezzijiet f'ħin reali, li jinkludu medda ta' żmien għal meta l-għanijiet għandhom jintlaħqu;
Emenda 236
Proposta għal regolament
Anness I – parti 1 – taqsima A – paragrafu 2 – punt 2.4 – punt 2.4.3 – punt ia (ġdid)
ia.  Għanijiet nazzjonali relatati mal-parteċipazzjoni mhux diskriminatorja tal-enerġija rinnovabbli, ir-rispons tad-domanda u l-ħażna, inkluż permezz tal-aggregazzjoni, fis-swieq kollha tal-enerġija, inkluż kalendarju ta' żmien meta l-għanijiet jenħtieġ li jkunu sodisfati;
Emenda 237
Proposta għal regolament
Anness I – parti 1 – taqsima A – paragrafu 2 – punt 2.4 – punt 2.4.3 – punt ib (ġdid)
ib.  Għanijiet nazzjonali li jiżguraw li l-konsumaturi jipparteċipaw fis-sistema tal-enerġija u jibbenefikaw mill-awtoġenerazzjoni u t-teknoloġiji ġodda, inklużi l-arloġġi intelliġenti.
Emenda 238
Proposta għal regolament
Anness I – parti 1 – taqsima A – paragrafu 2 – punt 2.4 – punt 2.4.3 – punt iii
iii.  Għanijiet nazzjonali sabiex jiġu protetti l-konsumaturi tal-enerġija u titjib il-kompetittività tas-settur tal-enerġija bl-imnut.
iii.  Għanijiet nazzjonali sabiex jiġu protetti l-konsumaturi tal-enerġija, tiżdied it-trasparenza, jitħeġġeġ it-tibdil tal-fornitur u tittejjeb il-kompetittività tas-settur tal-enerġija bl-imnut.
Emenda 240
Proposta għal regolament
Anness I – parti 1 – taqsima A – paragrafu 2 – punt 2.5 – punt i
i.  Għanijiet nazzjonali u miri ta' finanzjament għal riċerka u innovazzjoni pubblika u privata marbuta mal-Unjoni tal-Enerġija li jinkludu, jekk jixraq, medda ta' żmien għal meta l-għanijiet għandhom jintlaħqu; li jirriflettu l-prijoritajiet tal-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija u l-Pjan SET
i.  Għanijiet nazzjonali u miri ta' finanzjament għal appoġġ pubbliku għal riċerka u innovazzjoni marbuta mal-Unjoni tal-Enerġija u l-effett ta' ingranaġġ mistenni tagħha fuq ir-riċerka privata li jinkludu, jekk jixraq, medda ta' żmien għal meta l-għanijiet għandhom jintlaħqu; li jirriflettu l-prijoritajiet tal-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija u l-Pjan SET
Emenda 241
Proposta għal regolament
Anness I – parti 1 – taqsima A – paragrafu 2 – punt 2.5 – punt ii
ii.  Jekk jixraq, għanijiet nazzjonali li jinkludu miri fit-tul (2050) għall-iskjerament ta' teknoloġiji b'użu baxx tal-karbonju, li jinkludu s-setturi industrijali li jiddekarbonizzaw l-enerġija u dawk intensivi fl-użu tal-karbonju u, jekk applikabbli, għall-infrastruttura marbuta mat-trasport u mal-ħażna tal-karbonju
ii.  Għanijiet nazzjonali għall-2050 marbuta mal-promozzjoni tat-teknoloġiji sostenibbli
Emenda 242
Proposta għal regolament
Anness I – parti 1 – taqsima A – paragrafu 3 – punt 3.1. – punt 3.1.1
3.1.1  Emissjonijiet u assorbimenti tal-gassijiet serra (għall-pjan li jkopri l-perjodu mill-2021 sal-2030, Mira tal-Qafas għall-2030).
3.1.1  Emissjonijiet u assorbimenti tal-gassijiet serra
i.  Politiki u miżuri għall-kisba tal-mira stabbilita skont ir-Regolament [ ] [ESR] kif jissemma fi 2.1.1 u politiki u miżuri għall-konformità mar-Regolament [ ] [LULUCF], li jkopru s-setturi kollha ewlenin tal-emissjonijiet u s-setturi li jtejbu l-assorbimenti, bi prospetti għall-viżjoni u għall-għan fit-tul sabiex isiru ekonomija b'użu baxx tal-karbonju b'perspettiva ta' 50 sena u jinkiseb bilanċ bejn l-emissjonijiet u l-assorbimenti b'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi
i.  Politiki u miżuri għall-kisba tal-mira stabbilita skont ir-Regolament [ ] [ESR] kif imsemmi fi 2.1.1 u politiki u miżuri għall-konformità mar-Regolament [ ] [LULUCF], u t-trajettorji għaż-żamma u t-tisħiħ tal-assorbimenti tal-karbonju minn bjar kif imsemmi fi 2.1.1, li jkopru s-setturi kollha ewlenin tal-emissjonijiet u s-setturi li jtejbu l-assorbimenti, bi prospetti għall-viżjoni u għall-għan fit-tul sabiex jinkisbu emissjonijiet ta' gassijiet serra nett żero fl-Unjoni sal-2050 u ftit wara jinkisbu emissjonijiet negattivi b'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi
ii.  Kooperazzjoni reġjonali f'dan il-qasam
ii.  Kooperazzjoni reġjonali f'dan il-qasam
iii.  Jekk applikabbli, mingħajr preġudizzju għall-applikabbiltà tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, tal-miżuri ta' finanzjament, li jinkludu l-appoġġ tal-UE u l-użu ta' fondi tal-UE, f'dan il-qasam fil-livell nazzjonali
iii.  Jekk applikabbli, mingħajr preġudizzju għall-applikabbiltà tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, tal-miżuri ta' finanzjament, li jinkludu l-appoġġ tal-UE u l-użu ta' fondi tal-UE, f'dan il-qasam fil-livell nazzjonali
Emenda 243
Proposta għal regolament
Anness I – parti 1 – taqsima A – paragrafu 3 – punt 3.1. – punt 3.1.2 – punt i
i.  Politiki u miżuri sabiex tinkiseb il-kontribuzzjoni nazzjonali għall-mira vinkolanti tal-2030 fil-livell ta' UE għall-enerġija rinnovabbli u t-trajettorji kif ippreżentati fi 2.1.2 li jinkludu miżuri settorjali u speċifiċi għat-teknoloġija6
i.  Politiki u miżuri sabiex tinkiseb il-mira nazzjonali għall-2030 u l-mira vinkolanti fil-livell tal-UE għall-enerġija rinnovabbli u t-trajettorji għall-2030 kif ippreżentati fi 2.1.2 li jinkludu miżuri settorjali u speċifiċi għat-teknoloġija6
__________________
__________________
6.  Meta jkunu qed jippjanaw dawn il-miżuri, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw it-tmiem tal-ħajja ta' installazzjonijiet eżistenti u l-potenzjal għall-forniment tal-enerġija mill-ġdid.
6.  Meta jkunu qed jippjanaw dawn il-miżuri, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw it-tmiem tal-ħajja ta' installazzjonijiet eżistenti u l-potenzjal għall-forniment tal-enerġija mill-ġdid.
Emenda 244
Proposta għal regolament
Anness I – parti 1 – taqsima A – paragrafu 3 – punt 3.1 – punt 3.1.2 – punt iii
iii.  Miżuri speċifiċi dwar l-appoġġ finanzjarju, li jinkludi l-appoġġ tal-UE u l-użu ta' fondi tal-UE, għall-promozzjoni tal-produzzjoni u l-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fl-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ, u t-trasport.
iii.  Miżuri nazzjonali speċifiċi dwar l-appoġġ finanzjarju u miżuri fiskali, kif ukoll l-appoġġ tal-UE u l-użu ta' fondi tal-UE, għall-promozzjoni tal-produzzjoni u l-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fl-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ, u t-trasport.
Emenda 245
Proposta għal regolament
Anness I – parti 1 – taqsima A – paragrafu 3 – punt 3.1 – punt 3.1.2 – punt iv
iv.  Miżuri speċifiċi biex jiġu introdotti one-stop-shop, proċeduri amministrattivi simplifikati, jingħataw informazzjoni u taħriġ, u tagħti setgħa lill-awtokonsumaturi u l-komunitajiet tal-enerġija dwar l-enerġija rinnovabbli.
iv.  Miżuri speċifiċi biex jitneħħew spejjeż u ostakoli li huma ta' piż eċċessiv fuq l-użu ta' enerġija rinnovabbli u jiġu introdotti one-stop-shop, proċeduri amministrattivi simplifikati, jingħataw informazzjoni u taħriġ. Impatt mistenni f'termini ta' kapaċità tal-enerġija rinnovabbli ġdida attivata
Emenda 246
Proposta għal regolament
Anness I – parti 1 – taqsima A – paragrafu 3 – punt 3.1 – punt 3.1.2 – punt iva (ġdid)
iva.  Miżuri speċifiċi li jagħtu d-dritt lill-konsumaturi u li jħeġġuhom isiru awtokonsumaturi tal-enerġija rinnovabbli, b'mod individwali jew kollettiv, u jipproduċu, jaħżnu, jikkunsmaw huma stess u jbigħu l-enerġija rinnovabbli tagħhom, u l-impatt mistenni f'termini ta' kapaċità tal-enerġija rinnovabbli ġdida attivata
Emenda 247
Proposta għal regolament
Anness I – parti 1 – taqsima A – paragrafu 3 – punt 3.1 – punt 3.1.2 – punt vi a (ġdid)
via.  Miżuri oħra ppjanati jew adottati li jippromwovu l-enerġija rinnovabbli, b'mod partikolari, iżda mhux limitati, għal dan li ġej:
(a)  miżuri maħsuba biex jiżguraw li l-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha (nazzjonali, reġjonali jew lokali) jintegraw il-konsum tal-enerġija rinnovabbli fl-attivitajiet tagħhom;
(b)  dispożizzjonijiet inklużi fil-kuntest tal-leġiżlazzjoni dwar l-akkwist pubbliku maħsuba biex jiggarantixxu li l-amministrazzjonijiet pubbliċi (nazzjonali, reġjonali jew lokali) jinkorporaw kriterji tal-għoti tal-akkwist pubbliku ekoloġiċi għall-iskop li jħeġġu l-użu ta' sorsi tal-enerġija rinnovabbli minn entitajiet legali li biħsiebhom jagħmlu kuntratt magħhom, irrispettivament mill-prodott jew is-servizz li għandu jingħata;
(c)  dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-użu ta' enerġiji rinnovabbli bħala rekwiżit għall-għoti ta' kwalunkwe sussidju jew appoġġ pubbliku, meta jkun xieraq.
Emenda 248
Proposta għal regolament
Anness I – parti 1 – taqsima A – paragrafu 3 – punt 3.1 – punt 3.1.3 – punt iv a (ġdid)
iva.  Politiki, skedi ta' żmien u miżuri nazzjonali ppjanati biex ineħħu grdawalment is-sussidji diretti u indiretti tal-fjuwils fossili sal-2020
Emenda 249
Proposta għal regolament
Anness I – parti 1 – taqsima A – paragrafu 3 – punt 3.2 – parti introduttorja
Politiki, miżuri u programmi ppjanati sabiex tinkiseb il-mira indikattiva għall-effiċjenza enerġetika nazzjonali għall-2030 kif ukoll għanijiet oħra ppreżentati fi 2.2, li jinkludu miżuri u strumenti ppjanati (anke ta' natura finanzjarja) li jippromwovu l-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini, b'mod partikolari fir-rigward ta' dan li ġej:
Politiki, miżuri u programmi ppjanati sabiex tinkiseb il-mira vinkolanti għall-effiċjenza enerġetika nazzjonali għall-2030 kif ukoll għanijiet oħra ppreżentati fi 2.2, li jinkludu miżuri u strumenti ppjanati (anke ta' natura finanzjarja) li jippromwovu l-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini, b'mod partikolari fir-rigward ta' dan li ġej:
Emenda 250
Proposta għal regolament
Anness I – parti 1 – taqsima A – paragrafu 3 – punt 3.2 – punt ii
ii.  Strateġija fit-tul għar-rinnovazzjoni tal-istokk nazzjonali tal-bini residenzjali u kummerċjali (kemm pubbliku kif ukoll privat)7 li jinkludu politiki u miżuri biex jistimulaw rinnovazzjonijiet profondi ta' nfiq effettiv u fi stadji profondi.
ii.  Strateġija fit-tul għar-rinnovazzjoni tal-istokk nazzjonali tal-bini residenzjali u mhux residenzjali (kemm pubbliku kif ukoll privat)7 li tinkludi politiki tal-effiċjenza enerġetika/l-iffrankar tal-enerġija, miżuri u azzjonijiet biex jistimulaw rinnovazzjonijiet profondi ta' nfiq effettiv u fi stadji profondi kif ukoll dawk li jimmiraw l-istokk tal-bini li hu l-anqas effiċjenti u l-unitajiet domestiċi li jinsabu fil-faqar enerġetiku
__________________
__________________
7.  B'konformità mal-Artikolu 2a tad-Direttiva 2010/31/UE [il-verżjoni kif emendata skont il-proposta COM(2016)0765].
7.  B'konformità mal-Artikolu 2a tad-Direttiva 2010/31/UE [il-verżjoni kif emendata skont il-proposta COM(2016)0765].
Emenda 251
Proposta għal regolament
Anness I – parti 1 – taqsima A – paragrafu 3 – punt 3.2 – punt iv
iv.  Politiki, miżuri u programmi oħra ppjanati biex jilħqu l-mira indikattiva tal-effiċjenza enerġetika nazzjonali għall-2030 kif ukoll għanijiet oħra ppreżentati fi 2.2 (pereżempju miżuri biex jippromwovu r-rwol eżemplari tal-bini pubbliku u l-akkwist pubbliku effiċjenti tal-enerġija, miżuri li jippromwovu verifiki tal-enerġija u sistemi ta' ġestjoni tal-enerġija9, informazzjoni għall-konsumatur u miżuri ta' taħriġ10, u miżuri oħra li jippromwovu l-effiċjenza enerġetika11
iv.  Politiki, miżuri u programmi oħra ppjanati biex jilħqu l-mira vinkolanti tal-effiċjenza enerġetika nazzjonali għall-2030 kif ukoll għanijiet oħra ppreżentati fi 2.2 (pereżempju miżuri biex jippromwovu r-rwol eżemplari tal-bini pubbliku u l-akkwist pubbliku effiċjenti tal-enerġija, miżuri li jippromwovu verifiki tal-enerġija u sistemi ta' ġestjoni tal-enerġija9, informazzjoni għall-konsumatur u miżuri ta' taħriġ10, u miżuri oħra li jippromwovu l-effiċjenza enerġetika11
__________________
__________________
9.  B'konformità mal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2012/27/UE.
9.  B'konformità mal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2012/27/UE.
10.  B'konformità mal-Artikoli 12 u 17 tad-Direttiva 2012/27/UE
10.  B'konformità mal-Artikoli 12 u 17 tad-Direttiva 2012/27/UE
11.  B'konformità mal-Artikolu 19 tad-Direttiva 2012/27/UE.
11.  B'konformità mal-Artikolu 19 tad-Direttiva 2012/27/UE.
Emenda 252
Proposta għal regolament
Anness I – parti 1 – taqsima A – paragrafu 3 – punt 3.2 – punt iva (ġdid)
iva.  Deskrizzjoni tal-politiki u l-miżuri li jippromwovu r-rwol tal-komunitajiet tal-enerġija lokali fil-kontribuzzjoni għall-implimentazzjoni tal-politiki u l-miżuri fil-punti i, ii, iii u iv
Emenda 253
Proposta għal regolament
Anness I – parti 1 – taqsima A – paragrafu 3 – punt 3.4 – punt 3.4.3 – punt ii
ii.  Miżuri li jżidu l-flessibilità tas-sistema tal-enerġija fir-rigward tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, li jinkludi t-tnedija tal-akkoppjament tas-suq matul il-jum u l-ibbilanċjar tas-swieq transkonfinali
ii.  Miżuri li jżidu l-flessibilità tas-sistema tal-enerġija fir-rigward tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, li jinkludi t-tnedija tal-akkoppjament tas-suq matul il-jum u l-ibbilanċjar tas-swieq transkonfinali, l-użu ta' grilji intelliġenti u ħażna, it-tkabbir tar-rispons tad-domanda u l-ġenerazzjoni distribwita kif ukoll l-aġġustament tal-formazzjoni tal-prezzijiet, inkluż permezz ta' sinjali tal-prezzijiet f'ħin reali
Emenda 254
Proposta għal regolament
Anness I – parti 1 – taqsima A – paragrafu 3 – punt 3.4 – punt 3.4.3 – punt iia (ġdid)
iia.  Miżuri biex jiżguraw il-parteċipazzjoni mhux diskriminatorja tal-enerġija rinnovabbli, ir-rispons tad-domanda u l-ħażna, inkluż permezz tal-aggregazzjoni, fis-swieq kollha tal-enerġija
Emenda 255
Proposta għal regolament
Anness I – parti 1 – taqsima A – paragrafu 3 – punt 3.4 – punt 3.4.3 – punt iii
iii.  Miżuri li jiżguraw aċċess ta' prijorità u d-dispaċċ tal-elettriku prodott minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli jew koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja u li jevitaw it-tnaqqis jew id-dispaċċ mill-ġdid ta' dan l-elettriku18
iii.  Miżuri relatati mal-adattament tar-regoli u l-prattiki operazzjonali tas-sistema biex tittejjeb il-flessibbiltà tas-sistema; miżuri relatati mal-użu tar-regoli tad-dispaċċ li jikkontribwixxu għall-kisba tal-miri nazzjonali tal-enerġija rinnovabbli u tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra; miżuri relatati mal-użu ta' regoli li jimminimizzaw u jikkumpensaw id-dispaċċ mill-ġdid u t-tnaqqis tal-enerġija rinnovabbli; miżuri biex javvanżaw l-aggregazzjoni18
__________________
__________________
18.  B'konformità ma' [riformulazzjoni tad-Direttiva 2009/72/KE kif propost minn COM(2016)0864 u riformulazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 kif propost minn COM(2016)0861]
18.  B'konformità ma' [riformulazzjoni tad-Direttiva 2009/72/KE kif propost minn COM(2016)0864 u riformulazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 kif propost minn COM(2016)0861]
Emenda 256
Proposta għal regolament
Anness I – parti 1 – taqsima A – paragrafu 3 – punt 3 – punt 3.5a (ġdid)
3.5a.  Il-prinċipju "l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel"
Deskrizzjoni ta' kif id-dimensjonijiet u l-politiki u l-miżuri qed iqisu l-prinċipju "l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel"
Emenda 257
Proposta għal regolament
Anness I – parti 1 – taqsima B – paragrafu 4 – punt 4.4 – punt i
i.  Taħlita tal-enerġija attwali, riżorsi tal-enerġija domestika, dipendenza fuq l-importazzjoni, li jinkludu riskji rilevanti
i.  Taħlita tal-enerġija attwali, riżorsi tal-enerġija domestika, inkluż ir-rispons tad-domanda, dipendenza fuq l-importazzjoni, li jinkludu riskji rilevanti
Emenda 258
Proposta għal regolament
Anness I – parti 1 – taqsima B – paragrafu 4 – punt 4.6 – punt iiia (ġdid)
iiia. Livell attwali tas-sussidji nazzjonali favur il-fjuwils fossili
Emenda 259
Proposta għal regolament
Anness I – parti 1 – taqsima B – paragrafu 4 – punt 4.6 – punt iv
iv.  Projezzjonijiet ta' żviluppi f'i. sa iii. b'politiki u miżuri eżistenti tal-anqas sal-2040 (li jinkludu għas-sena 2030)
iv.  Projezzjonijiet ta' żviluppi f'i. sa iiia. b'politiki u miżuri eżistenti tal-anqas sal-2040 (li jinkludu għas-sena 2030)
Emenda 260
Proposta għal regolament
Anness I – parti 1 – taqsima B – paragrafu 4 – punt 3 – punt 4.6a (ġdid)
4.6a.  Il-prinċipju "l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel"
Deskrizzjoni ta' kif id-dimensjonijiet u l-politiki u l-miżuri qed iqisu l-prinċipju "l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel"
Emenda 261
Proposta għal regolament
Anness I – parti 1 – taqsima B – paragrafu 5 – titolu
5.  VALUTAZZJONI TAL-IMPATT TA' POLITIKI U MIŻURI PPJANATI29
5.  VALUTAZZJONI TAL-IMPATT TA' POLITIKI U MIŻURI PPJANATI U STRATEĠIJI TA' INVESTIMENT29
__________________
__________________
29.  Il-politiki u l-miżuri ppjanati huma għażliet li jridu jiġu diskussi u li għandhom ċans realistiku li jiġu adottati u implimentati wara d-data ta' sottomissjoni tal-pjan nazzjonali. Għalhekk il-projezzjonijiet li jirriżultaw skont taqsima 5.1.i għandhom jinkludu mhux biss il-politiki u l-miżuri implimentati u adottati (projezzjonijiet b'politiki u miżuri eżistenti), imma wkoll politiki u miżuri ppjanati.
29.  Il-politiki u l-miżuri ppjanati huma għażliet li jridu jiġu diskussi u li għandhom ċans realistiku li jiġu adottati u implimentati wara d-data ta' sottomissjoni tal-pjan nazzjonali. Għalhekk il-projezzjonijiet li jirriżultaw skont taqsima 5.1.i għandhom jinkludu mhux biss il-politiki u l-miżuri implimentati u adottati (projezzjonijiet b'politiki u miżuri eżistenti), imma wkoll politiki u miżuri ppjanati.
Emenda 262
Proposta għal regolament
Anness I – parti 1 – taqsima B – paragrafu 5 – punt 5.1
5.1.  Impatti ta' politiki u miżuri ppjanati deskritti fit-taqsima 3 dwar is-sistema tal-enerġija u l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jinkludu tqabbil tal-projezzjonijiet ma' politiki u miżuri eżistenti (kif deskritti fit-taqsima 4).
5.1.  Impatti ta' politiki, miżuri u strateġiji ta' investiment ppjanati deskritti fit-taqsima 3 dwar is-sistema tal-enerġija u l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jinkludu tqabbil tal-projezzjonijiet ma' politiki u miżuri eżistenti (kif deskritti fit-taqsima 4).
Emenda 263
Proposta għal regolament
Anness I – parti 1 – taqsima B – paragrafu 5 – punt 5.1 – punt ii
ii.  Valutazzjoni ta' interazzjonijiet tal-politika (bejn politiki u miżuri eżistenti u ppjanati fi ħdan dimensjoni politika u bejn politiki u miżuri eżistenti u ppjanati ta' dimensjonijiet differenti) tal-anqas sal-aħħar sena tal-perjodu kopert mill-pjan
ii.  Valutazzjoni ta' interazzjonijiet tal-politika (bejn politiki u miżuri eżistenti u ppjanati fi ħdan dimensjoni politika u bejn politiki u miżuri eżistenti u ppjanati ta' dimensjonijiet differenti) tal-anqas sal-aħħar sena tal-perjodu kopert mill-pjan, b'mod partikolari biex jiġi stabbilit fehim tajjeb tal-impatt tal-effiċjenza enerġetika / politiki dwar l-iffrankar tal-enerġija dwar id-daqs tas-sistema tal-enerġija u biex jitnaqqas ir-riskju tal-investimenti li marru ħażin fil-provvista tal-enerġija.
Emenda 264
Proposta għal regolament
Anness I – parti 1 – taqsima B – paragrafu 5 – punt 5.1 – punt iia (ġdid)
iia.  Valutazzjoni tal-interazzjonijiet bejn politiki u miżuri nazzjonali eżistenti u dawk ippjanati, u miżuri tal-Unjoni fil-qasam tal-politika klimatika u enerġetika.
Emenda 265
Proposta għal regolament
Anness I – parti 1 – taqsima B – paragrafu 5 – punt 5.2.a (ġdid)
5.2.a  Saħħa u benesseri
i.  Implikazzjonijiet fuq il-kwalità tal-arja u effetti fuq is-saħħa relatati
ii.  Impatti oħra fuq is-saħħa u l-benesseri (pereżempju, tniġġis tal-ilma, tniġġis akustiku jew tniġġis ieħor, iż-żieda tal-ispostamenti bil-mixi u ċ-ċikliżmu, tibdil fl-ivvjaġar ta' kuljum jew fi trasport ieħor eċċ.)
Emenda 266
Proposta għal regolament
Anness I – parti 1 – taqsima B – paragrafu 5 – punt 5.2.b (ġdid)
5.2.b  L-impatti ambjentali
i.  Dettalji ta' kull valutazzjoni ambjentali strateġika jew ta' kull valutazzjoni tal-impatt ambjentali relatati mal-istrateġija jew il-pjanijiet nazzjonali
ii.  Aspetti relatati mal-ilma, pereżempju d-domanda jew l-estrazzjoni tal-ilma (b'kunsiderazzjoni tat-tibdil tal-klima futur potenzjali), l-impatti fuq l-ilma jew ħabitats tal-baħar tal-idroenerġija jew tal-enerġija mill-marea eċċ.
iii.  Impatti ambjentali (u klimatiċi) ta' kull mobilizzazzjoni miżjuda tal-użu tal-bijoenerġija (bijofjuwils ibbażati fuq l-għelejjel, bijomassa forestali eċċ.) u r-relazzjoni mal-istrateġija għall-assorbimenti għas-settur tal-użu tal-art
Emenda 267
Proposta għal regolament
Anness I – parti 1 – taqsima B – paragrafu 5 – punt 5.2.c (ġdid)
5.2.c  Impatti fuq l-investiment
i.  flussi tal-investiment eżistenti;
ii.  suppożizzjonijiet tal-investiment futuri marbuta ma' kull politika u miżura ppjanata, inkluż il-profil tar-riskju tal-politiki u l-miżuri ppjanati;
iii.  fatturi tar-riskji tas-settur jew tas-suq jew ostakoli fil-kuntest nazzjonali (jew makroreġjonali);
iv.  analiżi tal-appoġġ finanzjarju pubbliku addizzjonali jew riżorsi sabiex jimtlew il-lakuni identifikati taħt (iii);
v.  valutazzjoni kwalitattiva tal-fiduċja tal-investitur, inkluża l-viżabbiltà ta' proġett ippjanat u l-vijabbiltà jew l-attrattività tal-opportunitajiet ta' investiment;
vi.  rieżami tas-sena preċedenti rigward suppożizzjonijiet, viżjoni 'l quddiem inklużi fatturi sostantivi li jiffaċċjaw l-investituri.
Emenda 294/rev
Proposta għal regolament
Anness Ia (ġdid)
Anness Ia
TRAJETTORJI NAZZJONALI GĦAS-SEHEM TA' ENERĠIJA MINN SORSI RINNOVABBLI FIL-KONSUM FINALI GROSS TA' ENERĠIJA BEJN L-2020 U L-2030
It-trajettorja msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(a)(2) għandha tikkonsisti mill-punti ta' referenza li ġejjin:
S2020 + 0,20 (S2030 – S2020), bħala medja għall-perjodu mill-2021 sal-2022;
S2020 + 0,45 (S2030 – S2020), bħala medja għall-perijodu mill-2023 sal-2025; kif ukoll
S2020 + 0,70 (S2030 – S2020), bħala medja għall-perijodu mill-2025 sal-2027;
fejn:
S2020 = il-mira għal dak l-Istat Membru fl-2020 skont l-Artikolu 3 u l-Anness I - parti A tad-Direttiva .../... [riformulazzjoni tad-Direttiva 2009/28/KE kif proposta minn COM(2016)0767]
kif ukoll
S2030 = il-mira għal dak l-Istat Membru fl-2030.

Emenda 270
Proposta għal regolament
Anness II – paragrafu 1 – punt b
(b)  volum ta' bejgħ tal-enerġija użat fit-trasport eskluż mill-kalkolu [f'ktoe];
(b)   volum ta' bejgħ tal-enerġija użat fit-trasport eskluż mill-kalkolu, jekk hemm [f'ktoe];
Emenda 271
Proposta għal regolament
Anness II – paragrafu 1 – punt c
(c)  kwantità tal-enerġija ġġenerata għall-użu proprju eskluża mill-kalkolu [f'ktoe];
(c)  kwantità tal-enerġija ġġenerata għall-użu proprju eskluża mill-kalkolu, jekk hemm [f'ktoe];
Emenda 272
Proposta għal regolament
Anness II – paragrafu 1 – punt f – parti introduttorja
(f)  applikazzjoni tal-eżenzjonijiet (b), (c), (d) u (e) imsemmija fl-Artikolu 7(2) u (3) tad-Direttiva 2012/27/UE:
(f)  volumi ta' bejgħ tal-enerġija jew ammont ta' ffrankar tal-enerġija (f'Ktoe) li huma eżentati skont l-Artikolu 7(2) u (3) tad-Direttiva 2012/27/UE:
Emenda 274
Proposta għal regolament
Anness II – paragrafu 1 – punt f – punt ii
(ii)  ammont tal-enerġija ffrankata [f'ktoe] miksub fis-setturi ta' trasformazzjoni, distribuzzjoni u trażmissjoni tal-enerġija b'konformità mal-punt (c),
imħassar
Emenda 275
Proposta għal regolament
Anness II – paragrafu 1 – punt f – punt iii
(iii)  ammont tal-enerġija ffrankata [f'ktoe] li jirriżulta minn azzjonijiet individwali li ġew implimentati ġodda sa mill-31 ta' Diċembru 2008 li jibqgħu jkollhom impatt fl-2020 u lil hinn u b'konformità mal-punt (d);
imħassar
Emenda 276
Proposta għal regolament
Anness II – paragrafu 1 – punt f – punt iv
(iv)  ammont tal-enerġija ġġenerata fuq bini jew fih għall-użu proprju bħala riżultat ta' miżuri ta' politika li jippromwovu installazzjoni ġdida ta' teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli b'konformità mal-punt (e) [f'ktoe];
imħassar
Emenda 277
Proposta għal regolament
Anness IIa (ġdid)
Anness IIa
QAFAS ĠENERALI GĦALL-ISTRATEĠIJI FIT-TUL DWAR IL-KLIMA U L-ENERĠIJA
1.  KUNTEST U PROĊESS GĦALL-IŻVILUPP TAL-ISTRATEĠIJI
1.1.  Sommarju Eżekuttiv
1.2.  Kuntest
1.2.1.  Kuntest nazzjonali, tal-UE u internazzjonali għall-istrateġiji fit-tul
1.2.2.  Kuntest ġuridiku
1.3.  Konsultazzjonijiet
1.3.1.  Konsultazzjonijiet mal-pubbliku u l-partijiet ikkonċernati (parlament nazzjonali, partijiet ikkonċernati lokali, reġjonali, pubbliċi u oħrajn rilevanti)
1.3.2.  Konsultazzjonijiet ma' Stati Membri oħra, pajjiżi terzi u istituzzjonijiet tal-UE
2.  STRATEĠIJI NAZZJONALI FIT-TUL DWAR IL-KLIMA U L-ENERĠIJA
2.1.  IT-TNAQQIS TOTALI TAL-EMISSJONIJIET TAL-GASSIJIET SERRA U T-TITJIB TAL-ASSORBIMENTI MINN BJAR
2.1.1.  Baġit tal-karbonju sal-2100 konsistenti mal-Ftehim ta' Pariġi
2.1.2.  Trajettorja għal triq kosteffettiva għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra nett żero - sal-2050 u emissjonijiet negattivi malajr wara
2.1.3.  Mira nazzjonali għall-2030 u stadji importanti għal mill-inqas 2040 u 2050 allinjati mat-trajettorja msemmija f'2.1.2.
2.1.4.  Id-dimensjoni internazzjonali
2.1.5.  Għanijiet ta' adattament fit-tul
2.2.  ENERĠIJI RINNOVABBLI
2.2.1.  Trajettorja għall-kisba ta' sistema tal-enerġija bbażata fuq sorsi tal-enerġija rinnovabbli fil-konsum gross finali tal-enerġija - sal-2050
2.2.2.  Mira nazzjonali għas-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum gross finali tal-enerġija fl-2030 u l-istadji importanti għal mill-inqas 2035, 2040, 2045 allinjati mat-trajettorja msemmija fi 2.2.2.
2.3.  L-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA
2.3.1.  Trajettorja għall-ilħuq tal-ekonomija bbażata fuq l-enerġija l-aktar effiċjenti sal-2050 f'konformità mal-miri msemmija fi 2.1.2 u 2.2.1
2.3.2.  Mira nazzjonali tal-effiċjenza enerġetika espressa f'termini ta' livell assolut ta' konsum ta' enerġija primarja u konsum tal-enerġija finali fl-2030 u l-istadji importanti għal mill-inqas 2035, 2040, 2045
3.  STRATEĠIJI SETTORJALI
3.1.  Is-sistema tal-enerġija
3.1.1.  Domanda futura probabbli, skont il-portatur tal-enerġija
3.1.2.  Kapaċità ta' ġenerazzjoni futura probabbli, inkuża l-ħażna ċentralizzata u distribwita, skont it-teknoloġija
3.1.3.  Trajettorja jew firxa tal-emissjonijiet maħsuba jew futura probabbli
3.1.4.  Deskrizzjoni ta' motivaturi ewlenin tal-effiċjenza enerġetika, il-flessibbiltà tad-domanda u l-konsum tal-enerġija u l-evoluzzjoni tagħhom mill-2021 u lil hinn
3.1.5.  Deskrizzjoni tal-politiki u l-miżuri maħsuba biex tinkiseb sistema tal-enerġija bbażata fuq sorsi tal-enerġija rinnovabbli msemmija f'2.2.1 fil-konsum gross finali tal-enerġija u l-ekonomija bbażata fuq l-enerġija l-aktar effiċjenti u flessibbli sal-2050, inklużi trajettorji skont it-teknoloġija
3.2.  Industrija
3.2.1.  Trajettorji tal-emissjonijiet mistennija skont is-settur u s-sorsi tal-provvista tal-enerġija
3.2.2.  Għażliet jew approċċi ta' politika tad-dekarbonizzazzjoni u kwalunkwe mira, pjan jew strateġija eżistenti, inklużi l-elettrifikazzjoni, fjuwils alternattivi, miżuri tal-effiċjenza enerġetika eċċ
3.3.  Bini
3.3.1.  Id-domanda tal-enerġija attwali fil-bini, differenzjata skont il-kategorija tal-bini, inkluż bini kummerċjali, residenzjali u pubbliku
3.3.2.  Sorsi tal-provvista tal-enerġija futuri
3.3.3.  Potenzjal għat-tnaqqis tad-domanda tal-enerġija permezz tar-rinovazzjoni ta' bini eżistenti u benefiċċji soċjetali, ekonomiċi u ambjentali relatati
3.3.4.  Miżuri ta' politika biex jistimulaw rinnovazzjonijiet tal-istokk tal-bini eżistenti
3.4.  Trasport
3.4.1.  Emissjonijiet u sorsi tal-enerġija mistennija skont it-tip ta' trasport (pereżempju karozzi u vannijiet, trasport b'vetturi tqal, trasport bil-baħar, avjazzjoni, ferrovija)
3.4.2.  Għażliet jew approċċi ta' politika tad-dekarbonizzazzjoni
3.5.  Agrikoltura u użu tal-art, bidla fl-użu tal-art u forestrija (LULUCF)
3.5.1.  Emissjonijiet attwali skont is-sorsi kollha u skont il-gassijiet serra individwali
3.5.2.  Għażliet u miżuri politiċi tat-tnaqqis tal-emissjonijiet għaż-żamma u t-tisħiħ tal-bjar inklużi miri jew għanijiet nazzjonali
3.5.3.  Rabtiet mal-politiki fil-qasam tal-agrikoltura u l-iżvilupp rurali
3.6.  Elementi strateġiċi transettorjali u setturi rilevanti oħra
4.  FINANZJAMENT
4.1.  Stimi ta' investiment meħtieġa
4.2.  Politiki u miżuri relatati mal-użu tal-finanzjament pubbliku u l-inċentivar tal-investiment privat
4.3.  Strateġiji għal riċerka, żvilupp u innovazzjoni relatati
5.  BAŻI ANALITIKA U IMPATTI SOĊJOEKONOMIĊI
5.1.  Mudellar, xenarji jew analiżi fil-livell mnissla fl-iżvilupp tal-istrateġija
5.2.  Kompetittività u impatti ekonomiċi
5.3.  Saħħa, ambjent u impatti soċjali
5.4.  Strateġija biex tiġi żgurata reżiljenza fit-tul tas-setturi fit-taqsima 3
6.  Annessi (jekk ikun neċessarju)
6.1.  Analiżi ta' appoġġ
6.1.1.  Dettalji ta' kull mudellar tal-2050 (inklużi l-preżunzjonijiet) u/jew anlaliżi kwantitattiva oħra, indikaturi eċċ.
6.1.2.  Tabelli tad-data jew annessi tekniċi oħra
6.2.  Sorsi oħra
Emenda 278
Proposta għal regolament
Anness III – parti 1 – punt n
(n)  informazzjoni dwar l-intenzjonijiet tal-Istat Membru biex jagħmel użu tal-flessibiltajiet msemmija fl-Artikolu 5(4) u (5) tar-Regolament [ ] [ESR].
(n)  informazzjoni dwar l-intenzjonijiet tal-Istat Membru biex jagħmel użu tal-flessibiltajiet msemmija fl-Artikolu 5(4) u (5), 7, u l-użu tad-dħul skont l-Artikolu 5(5a) tar-Regolament [ ] [ESR].
Emenda 279
Proposta għal regolament
Anness VII – parti 1 – punt m – punt a
(a)  Bijomassa primarja mill-foresta użata direttament għall-produzzjoni tal-enerġija
(a)  Bijomassa primarja mill-foresta użata direttament għall-produzzjoni tal-enerġija jew għall-produzzjoni ta' fjuwil abbażi ta' injam proċessat
Emenda 280
Proposta għal regolament
Anness VII – parti 1 – paragrafu m – punt 1 – punt a – punt iii
(iii)  Injam tond (maqsum f'injam tond industrijali u injam għall-fjuwil)
(iii)   Injam tond (maqsum f'injam tond industrijali, qtugħ li jnaqqas l-ammont ta' siġar prekummerċjali u injam għall-fjuwil)
Emenda 281
Proposta għal regolament
Anness VII – parti 1 – punt m – punt 2 – punt ba (ġdid)
(ba)  Demel
Emenda 282
Proposta għal regolament
Anness VII – parti 2 – punt b
(b)  iffrankar tal-enerġija miksub permezz tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2012/27/UE [il-verżjoni kif emendata skont il-proposta COM(2016)0761] fis-snin X-3 u X-2;
(b)  l-ammont kumulattiv ta' ffrankar tal-enerġija miksub permezz tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2012/27/UE [il-verżjoni kif emendata skont il-proposta COM(2016)0761] fis-snin X-3 u X-2, kif ukoll:
(i)  l-ammont ta' kull iffrankar li nkiseb minn kull politika, miżura u azzjoni individwali
(ii)  spjegazzjoni dwar kif u fuq liema bażi d-data ta' dan l-iffrankar ġiet stmata
(iii)  spjegazzjoni dwar jekk l-Istat Membru kienx fit-triq it-tajba biex jikseb l-ammont totali ta' ffrankar rikjest sat-tmiem il-perjodu deskritt fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2012/27/EU [kif emendata mill-proposta COM(2016)0761]. Jekk l-Istat Membru jkun fit-triq it-tajba, għandu jipprovdi spjegazzjoni ulterjuri dwar l-azzjonijiet korrettivi li biħsiebu jieħu biex iwettaq l-iffrankar
(iv)  f'każ li l-miżuri inklużi fir-rapport ta' progress jiddevjaw mill-miżuri inklużi fin-notifika tal-Istat Membru, ġustifikazzjoni;
Emenda 283
Proposta għal regolament
Anness VIII – punt b
(b)  l-impatt fuq il-produzzjoni u l-użu ta' bijomassa fuq is-sostenibbiltà fl-Unjoni u fil-pajjiżi terzi, li jinkludu impatti fuq il-bijodiversità;
(b)  l-impatt fuq il-produzzjoni u l-użu ta' bijomassa fuq is-sostenibbiltà fl-Unjoni u fil-pajjiżi terzi, li jinkludu impatti fuq il-bijodiversità, il-kwalità tal-ilma u l-arja u d-drittijiet ta' użu tal-art, b'kunsiderazzjoni tal-prinċipji tal-ġerarkija tal-iskart stabbiliti fid-Direttiva 2008/98/KE;
Emenda 284
Proposta għal regolament
Anness VIII – punt f
(f)  fir-rigward kemm ta' pajjiżi terzi kif ukoll Stati Membri li huma sors sinifikanti ta' bijofjuwils, bijolikwidi u fjuwils tal-bijomassa kkonsmati fl-Unjoni, dwar miżuri nazzjonali meħuda biex jirrispettaw l-kriterji ta' sostenibbiltà u l-kritetji ta' ffrankar ta' gassijiet serra stabbilit fl-Artikolu 26, il-paragrafi 2 sa 7, ta' [riformulazzjoni tad-Direttiva 2009/28/KE kif propost minn COM(2016)0767], għall-protezzjoni tal-ħamrija, l-ilma u l-arja.
(f)  fir-rigward kemm ta' pajjiżi terzi kif ukoll Stati Membri li huma sors ta' bijofjuwils, bijolikwidi u fjuwils tal-bijomassa kkonsmati fl-Unjoni kif ukoll materja prima għalihom, dwar miżuri nazzjonali meħuda biex jirrispettaw l-kriterji ta' sostenibbiltà u l-kriterji ta' ffrankar ta' gassijiet serra stabbilit fl-Artikolu 26, il-paragrafi 2 sa 7, ta' [riformulazzjoni tad-Direttiva 2009/28/KE kif propost minn COM(2016)0767], għall-protezzjoni tal-ħamrija, l-ilma u l-arja.
Emenda 285
Proposta għal regolament
Anness VIII – punt fa (ġdid)
(fa)  evalwazzjoni tal-effettività tal-kriterji ta' sostenibbiltà tal-bijoenerġija kif deskritti fid-Direttiva (UE) .../... [Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli] fl-għoti ta' ffrankar ta' gassijiet serra, protezzjoni tal-bjar ta' karbonju, bijodiversità, sigurtà tal-ikel u drittijiet tal-bnedmin.

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għal negozjati interistituzzjonali lill-kumitati responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’subparagrafu (A8-0402/2017).

Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Settembru 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza