Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/0901(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0030/2018

Testi mressqa :

A8-0030/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 01/03/2018 - 8.5

Testi adottati :

P8_TA(2018)0047

Testi adottati
PDF 250kWORD 48k
Il-Ħamis, 1 ta' Marzu 2018 - Brussell
Ħatra ta' Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni
P8_TA(2018)0047A8-0030/2018

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Marzu 2018 dwar il-proposta tal-Kummissjoni għall-ħatra ta' Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (N8-0052/2018 – C8-0036/2018 – 2018/0901(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-14 ta' Frar 2018 għall-ħatra tas-Sur Boštjan Jazbec bħala Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (N8-0052/2018),

–  wara li kkunsidra t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 122a tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0030/2018),

A.  billi l-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 jipprevedi li l-Membri tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni msemmi fl-Artikolu 43(1)(b) ta' dak ir-Regolament għandhom jinħatru fuq il-bażi ta' mertu, ħiliet, għarfien ta' kwistjonijiet bankarji u finanzjarji, u esperjenza rilevanti għas-superviżjoni finanzjarja, ir-regolamentazzjoni u r-riżoluzzjoni bankarja;

B.  billi l-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 jipprevedi li l-proċedura tal-għażla għandhom jirrispettaw il-prinċipji tal-bilanċ bejn is-sessi, l-esperjenza u l-kwalifiki;

C.  billi skont l-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-Kummissjoni adottat fl-20 ta' Diċembru 2017 lista mqassra ta' kandidati għall-kariga ta' membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni msemmi fl-Artikolu 43(1)(b) ta' dak ir-Regolament;

D.  billi skont l-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-lista mqassra ġiet ipprovduta lill-Parlament;

E.  billi fl-14 ta' Frar 2018, il-Kummissjoni adottat proposta biex is-Sur Boštjan Jazbec jinħatar bħala Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni u ssottomettitha lill-Parlament;

F.  billi l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament imbagħad ipproċeda bl-evalwazzjoni tal-kredenzjali tal-kandidat propost għall-funzjonijiet ta' membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni, b'mod partikolari fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014;

G.  billi fil-21 ta' Frar 2018, il-Kumitat organizza smigħ ma' Boštjan Jazbec, li fih għamel dikjarazzjoni tal-ftuħ u mbagħad wieġeb għall-mistoqsijiet li sarulu mill-membri tal-Kumitat;

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni għall-ħatra tas-Sur Boštjan Jazbec bħala Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni għal perjodu ta' ħames snin;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1.

Aġġornata l-aħħar: 1 ta' Ottubru 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza