Emendi adottati mill-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 726/2004 dwar il-post tas-sede tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (COM(2017)0735 – C8-0421/2017 – 2017/0328(COD))(1)
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 2
(2) Wara li kkunsidraw l-Artikolu50(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jenħtieġ li l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini jkollhal-uffiċċju rreġistrat il-ġdid tagħha mid-data li fiha t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit jew mit-30 ta' Marzu 2019, skont liema data tiġi l-ewwel.
(2) Wara li kkunsidraw l-Artikolu 50(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jenħtieġ li l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (l-Aġenzija )tibda tokkupas-sede l-ġdida tagħha mit-30 ta' Marzu 2019.
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 3
(3) Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fil-post il-ġdid tagħha, jenħtieġ li jiġi konkluż ftehim dwar il-kwartieri ġenerali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini qabel ma tibda s-sede l-ġdida tagħha.
(3) Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tal-Aġenzija fis-sede l-ġdida tagħha, jenħtieġ li jiġi konkluż ftehim dwar il-kwartieri ġenerali malajr kemm jista' jkun.Jenħtieġ li l-ftehim dwar il-kwartieri ġenerali jinkludi l-aktar termini u kundizzjonijiet xierqa biex ir-rilokazzjoni tal-Aġenzija u l-membri tal-persunal tagħha lejn Amsterdam tkun suċċess.
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 3a (ġdida)
(3a) Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità sħiħa tal-operat tal-Aġenzija, jenħtieġ li s-sede temporanja f'Amsterdam tkun għad-dispożizzjoni mill-1 ta' Jannar 2019 u li l-kwartieri ġenerali permanenti tal-Aġenzija jkunu lesti sal-15 ta' Novembru 2019.
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 3b (ġdida)
(3b) Il-fatt li s-sede l-ġdida tal-Aġenzija tirrifletti l-preferenzi tal-membri tal-persunal attwali tagħha, u li l-awtoritajiet Netherlandiżi qed jagħmlu sforzi biex jiżguraw li dan it-trasferiment doppju ma jipperikolax l-effikaċja operattiva, il-kontinwità u l-funzjonament tal-Aġenzija mingħajr interruzzjonijiet, huwa ta' min ifaħħru. Madankollu, ir-rilokazzjoni doppja tal-Aġenzija lejn Amsterdam tfisser li, sakemm iddum topera mis-sede temporanja, l-Aġenzija se jkollha tnaqqas temporanjament il-prijorità ta' ċerti attivitajiet, bħall-ħidma tagħha fuq il-mediċina pedjatrika u fuq kwistjonijiet ta' saħħa pubblika, inkluża l-ħidma tagħha fuq ir-reżistenza għall-antimikrobiċi u l-pandemiji tal-influwenza. Id-dewmien li diġà ħabbar il-Gvern tan-Netherlands, u li tefa' lura l-konsenja tal-binja permanenti, li x-xogħol ta' kostruzzjoni fuqha għadu ma bediex, iqajjem tħassib dwar dewmien ulterjuri li jista' jkun hemm. Jenħtieġ li r-rilokazzjoni għall-binja temporanja tkun limitata għal 10 xhur u nofs biex jiġi żgurat li l-Aġenzija tkun tista' terġa' topera bil-kapaċità sħiħa tagħha mis-16 ta' Novembru 2019 u jiġi evitat aktar telf ta' għarfien espert.
Emenda 5 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Fir-Regolament (KE) Nru 726/2004, jiżdied l-Artikolu 71a li ġej:
Fir-Regolament (KE) Nru 726/2004, jiżdiedu l-Artikolu 71a u l-Artikolu 71b li ġejjin:
L-Aġenzija għandu jkollha s-sede tagħha f'Amsterdam, fin-Netherlands.
L-Aġenzija għandu jkollha s-sede tagħha f'Amsterdam, fin-Netherlands.
Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tan-Netherlands għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-Aġenzija tkun tista' tidħol fis-sede temporanja tagħha mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2019 u tibda tokkupa s-sede permanenti tagħha mhux aktar tard mis-16 ta' Novembru 2019.
Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tan-Netherlands għandhom jippreżentaw rapport bil-miktub lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress li jkun sar fir-rigward tal-aġġustamenti tal-uffiċċji temporanji u dwar il-kostruzzjoni tal-binja permanenti tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u kull tliet xhur minn hemm 'il quddiem, sakemm l-Aġenzija tkun daħlet fil-kwartieri ġenerali permanenti tagħha.
Ftehim dwar il-kwartieri ġenerali li jippermetti lill-Aġenzija tidħol fil-bini approvat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, għandu jiġi konkluż fi żmien tliet xhur minn... [data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
Emenda 8 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 2
Dan ir-Regolament għandu japplika mid-data li fiha t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit jew mit-30 ta' Marzu 2019, skont liema data tiġi l-ewwel.
Dan ir-Regolament japplika mit-30 ta' Marzu 2019.
Emenda 15 Proposta għal regolament Dikjarazzjoni (ġdida)
"ANNESS GĦAR-REGOLAMENT 2018/...
DIKJARAZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
Il-Parlament Ewropew jiddispjaċih li r-rwol tiegħu ta' koleġiżlatur ma ġiex ikkunsidrat peress li ma ġiex involut fil-proċedura li twassal għall-għażla tas-sede l-ġdida tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini.
Il-Parlament Ewropew jixtieq ifakkar il-prerogattivi tiegħu bħala koleġiżlatur u jinsisti fuq ir-rispett sħiħ tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja f'dak li għandu x'jaqsam mal-għażla tas-sede tal-korpi u l-aġenziji.
Bħala l-unika istituzzjoni tal-Unjoni li tiġi eletta direttament u tirrappreżenta ċ-ċittadini tal-Unjoni, il-Parlament Ewropew huwa l-ewwel garanti tar-rispett tal-prinċipju demokratiku fl-Unjoni.
Il-Parlament Ewropew jikkundanna l-proċedura segwita għall-għażla tal-post il-ġdid tas-sede, li de facto ċaħħdet lill-Parlament Ewropew mill-prerogattivi tiegħu peress li ma ġiex involut effettivament fil-proċess, iżda issa qed jiġi mistenni sempliċement jikkonferma l-għażla magħmula għall-post il-ġdid tas-sede permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja.
Il-Parlament Ewropew ifakkar li l-Approċċ Komuni mehmuż mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-aġenziji deċentralizzati, iffirmata fl-2012, mhuwiex vinkolanti – kif rikonoxxut fid-Dikjarazzjoni nfisha – u li l-qbil intlaħaq mingħajr preġudizzju għas-setgħat leġiżlattivi tal-istituzzjonijiet.
Għalhekk, il-Parlament Ewropew jinsisti li l-proċedura segwita għall-għażla tas-sede l-ġdida tal-aġenziji tiġi riveduta u ma tibqax tintuża f'din il-forma fil-futur.
Fl-aħħar nett, il-Parlament Ewropew jixtieq ifakkar ukoll li fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet1, it-tliet istituzzjonijiet impenjaw ruħhom favur kooperazzjoni leali u trasparenti filwaqt li fakkru fl-ugwaljanza taż-żewġ koleġiżlaturi kif minquxa fit-Trattati.