Indiċi 
Testi adottati
Il-Ħamis, 18 ta' Jannar 2018 - Strasburgu
L-ebda oppożizzjoni għal miżura ta' implimentazzjoni: l-istabbiliment ta' Reġistru tal-Unjoni
 In-Niġerja
 Il-każijiet tal-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem, Wu Gan, Xie Yang, Lee Ming-che, Tashi Wangchuk u tar-raheb Tibetan Choekyi
 Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo
 It-Trattat ta' Marrakexx biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal xogħlijiet pubblikati għal persuni għomja, b'diżabbiltà fil-vista jew li b'xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat ***
 Il-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' deċiżjonijiet fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri u dwar sekwestru internazzjonali ta' minuri *
 L-implimentazzjoni tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ fl-Istati Membri
 L-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Kwalifiki Professjonali u l-ħtieġa ta' riforma fis-servizzi professjonali

L-ebda oppożizzjoni għal miżura ta' implimentazzjoni: l-istabbiliment ta' Reġistru tal-Unjoni
PDF 252kWORD 49k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssirx oppożizzjoni għal abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni (D054274-02 – 2017/3013(RPS))
P8_TA(2018)0012B8-0041/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni (D054274-02),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 12 u 19 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni mogħtija fit-30 ta' Novembru 2017 mill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 23(1) tad-direttiva msemmija hawn fuq,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tal-5 ta' Diċembru 2017, li permezz tagħha talbet lill-Parlament jiddikjara li mhuwiex se jopponi l-abbozz ta' regolament,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data tal-11 ta' Jannar 2018,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni(2),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106(4)(d) u l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra li l-ebda oppożizzjoni ma ġiet espressa fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, li skada fis-17 ta' Jannar 2018,

A.  billi sabiex titħares l-integrità ambjentali tal-iskema tal-UE għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet (''EU ETS''), l-operaturi tal-inġenji tal-ajru u operaturi oħra fl-EU ETS huma pprojbiti milli jużaw kwoti li jinħarġu minn Stat Membru u li fir-rigward tagħhom jeżistu obbligi għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru u operaturi oħra, u għal dak il-għan, għandhom jiġu adottati il-miżuri ta' salvagwardja meħtieġa;

B.  billi l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/87/KE jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta miżuri rigward sistema standardizzata u sikura ta' reġistri, skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju (RPS);

C.  billi fit-8 ta' Diċembru 2017 il-Kummissjoni ppreżentat formalment lill-Parlament l-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni (''l-abbozz ta' miżura RPS''), u b'hekk beda l-perjodu ta' skrutinju ta' tliet xhur għall-Parlament biex jopponi għal dak l-abbozz ta' att;

D.  billi l-miżuri ta' salvagwardja fl-abbozz ta' miżura RPS għandhom jidħlu fis-seħħ b'urġenza sabiex il-miżuri jsiru applikabbli, biex b'hekk il-kwoti jkunu jistgħu jiġu allokati mingħajr ħlas, jinkisbu bi skambju għal krediti internazzjonali jew irkantati fl-2018, u billi l-użu sħiħ tal-perjodu ta' skrutinju ta' tliet xhur disponibbli lill-Parlament ma jippermettix ħin biżżejjed biex l-abbozz ta' miżura RPS tidħol fis-seħħ qabel ma joħorġu l-kwoti għall-2018;

1.  Jiddikjara li ma jopponix l-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kummissjoni u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Kunsill.

(1) ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.
(2) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.


In-Niġerja
PDF 270kWORD 53k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Jannar 2018 dwar in-Niġerja (2018/2513(RSP))
P8_TA(2018)0013RC-B8-0045/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar in-Niġerja,

–  wara li kkunsidra l-Karta Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli tal-1981, ratifikata min-Niġerja fit-22 ta' Ġunju 1983,

–  wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tar-Repubblika Federali tan-Niġerja, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-libertà reliġjuża li hemm fil-Kapitolu IV dwar id-dritt għal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Mejju 2014 dwar każijiet ta' ħtif fin-Niġerja u tad-9 ta' Frar 2015 dwar l-elezzjonijiet fin-Niġerja,

–  wara li kkunsidra d-diskors tal-President Muhammadu Buhari lill-Parlament Ewropew tat-3 ta' Frar 2016,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni li Boko Haram jiżdied mal-lista tal-UE ta' organizzazzjonijiet meqjusa bħala terroristiċi permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 583/2014 tat-28 ta' Mejju 2014 li jemenda għall-214-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida, li daħal fis-seħħ fid-29 ta' Mejju 2014,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP / RGħ), Federica Mogherini, tas-7 ta' Mejju 2017 dwar il-ħelsien ta' bniet maħtufa minn Boko Haram fin-Niġerja;

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Intolleranza u ta' Diskriminazzjoni abbażi tar-Reliġjon u t-Twemmin tal-1981,

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Politiċi u Ċivili tal-1966, ratifikat min-Niġerja fid-29 ta' Ottubru 1993,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-1989, ratifikata min-Niġerja fApril 1991,

–  wara li kkunsidra t-tieni reviżjoni tal-Ftehim ta' Cotonou, ratifikat min-Niġerja fis-27 ta' Settembru 2010,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

–  wara li kkunsidra l-għoti tal-Premju Sakharov tal-Parlament Ewropew għal-Libertà tal-Ħsieb lid-difensur tad-drittijiet tal-bniedem Hauwa Ibrahim fl-2005,

–  wara li kkunsidra l-eżitu tal-elezzjonijiet presidenzjali Niġerjani ta' Marzu 2015,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, skont l-istimi tan-NU, in-Niġerja, in-nazzjon l-aktar popolat u kulturalment divers tal-Afrika (il-popolazzjoni tagħha kibret minn 33 miljun fl-1950 għal madwar 190 miljun illum), hija mistennija li ssir it-tielet pajjiż l-aktar popolat fid-dinja, wara ċ-Ċina u l-Indja, sal-2050;

B.  billi n-Niġerja fiha l-akbar popolazzjoni Nisranija tal-Afrika;

C.  billi l-popolazzjoni tan-Niġerja hija maqsuma kważi nofs bin-nofs bejn il-Musulmani u l-Insara;

D.  billi hu stmat li 30 miljun Nisrani jgħixu fit-Tramuntana tan-Niġerja, waqt li jiffurmaw l-akbar minoranza reliġjuża f'reġjun li l-biċċa l-kbira tiegħu hu Musulman;

E.  billi l-Uffiċċju tan-NU għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA) rrapporta f'Novembru 2017 li fil-Grigal tan-Niġerja 8,5 miljun persuna kienu fi bżonn ta' għajnuna għas-sopravivenza u li 6,9 miljun persuna kienu fil-mira ta' għajnuna umanitarja fl-2017;

F.  billi l-Faxxa Ċentrali tal-pajjiż sofriet minn snin ta' tensjoni ekonomika u politika bejn komunitajiet etniċi u reliġjużi, bil-vjolenza reċenti kkawżata minn kompetizzjoni għall-poter u għall-aċċess għall-art bejn komunitajiet tar-rgħajja u dawk agrikoli;

G.  billi l-paċi u l-istabilità fit-Tramuntana tan-Niġerja ġew mhedda minn attakki kontinwi, omiċidji u ħtif ta' persuni mwettqa mill-grupp Iżlamist Boko Haram mill-2009 'l hawn;

H.  billi 'l fuq minn 20 000 persuna inqatlu u aktar minn 2 miljun persuna kienu spustati, inkluż fil-pajjiżi ġirien, minn meta Boko Haram beda l-attakki tiegħu;

I.  billi f'April 2014 Boko Haram ħataf aktar minn 276 tifla mill-skola tagħhom f'Chibok, fit-Tramuntana tan-Niġerja, li minn dak iż-żmien 'l hawn uħud minnhom ingħaqdu mill-ġdid mal-familji tagħhom, iżda għadd sinifikanti għadhom qed jinżammu f'post mhux magħruf;

J.  billi n-nisa u t-tfajliet spiċċaw skjavi, stuprati, radikalizzati u mġiegħla jidħlu fi żwiġijiet furzati minn Boko Haram; billi bosta superstiti ta' dawn l-esperjenzi orribbli issa huma tqal minn dawk li stuprawhom;

K.  billi l-forzi tas-sigurtà ġew akkużati wkoll b'interruzzjoni ta' protesti u laqgħat paċifiċi, f'xi każijiet bi vjolenza u b'użu eċċessiv tal-forza;

L.  billi seħħew għadd kbir ta' ħtif ta' membri tal-kleru u tas-sorijiet matul is-sena li għaddiet, inkluż il-każ ta' sitt Sorijiet tal-Kunvent tal-Qalb Ewkaristika ta' Ġesù li nħatfu f'Iguoriakhi fit-13 ta' Novembru 2017, u li reċentement inħelsu;

M.  billi aktar minn 14-il persuna nqatlu, u ħafna oħrajn sfaw midruba f'Omoku waqt li kienu ġejjin lura minn servizz reliġjuż fis-sigħat bikrin ta' Lejlet l-Ewwel tas-Sena; billi l-għadd ta' mwiet ta' persuni Kristjani u Musulmani dan l-aħħar qed jiżdied, u dan jenfasizza s-sitwazzjoni inkwetanti taż-żewġ reliġjonijiet fil-pajjiż;

N.  billi l-kunflitti bejn il-komunitajiet tar-rgħajja u tal-bdiewa fin-Niġerja żdiedu fl-ammont, fil-firxa tagħhom u intensifikaw matul l-aħħar għaxar snin u llum huma ta' theddida għas-sopravivenza nazzjonali; billi eluf ta' persuni nqatlu, komunitajiet inqerdu u għadd kbir ta' bdiewa u rgħajja tilfu ħajjithom u l-proprjetà f'eskalazzjoni ta' qtil u qerda li mhux biss qed tirrovina l-għajxien, iżda wkoll qed taffettwa l-koeżjoni nazzjonali;

O.  billi fuq perjodu twil ta' żmien, il-ħajja ta' ragħaj qed tiġi mhedda minħabba r-rata għolja ta' tkabbir tal-popolazzjoni, l-espansjoni tal-biedja, u t-telf ta' rotot ta' mergħat u tal-bhejjem; billi fl-istess ħin, il-ħajja ta' ragħaj ma tistax tintemm jew tiġi pprojbita, minħabba li hemm raġunijiet ekonomiċi, politiċi u kulturali b'saħħithom għall-eżistenza tagħha;

P.  billi l-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) iddikjarat li hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jemmen li twettqu delitti kontra l-umanità skont l-Artikolu 7 tal-Istatut ta' Ruma fin-Niġerja minn Boko Haram, inklużi qtil u persekuzzjoni;

Q.  billi n-Niġerja għandha sistema legali kumplessa, li tikkombina liġijiet komuni, konswetudinarji u reliġjużi u diversi livelli ta' gvern, li joħolqu ambjent diffiċli biex ikunu osservati kif xieraq id-drittijiet tal-bniedem;

R.  billi l-obbligu ta' rendikont, il-ġustizzja, l-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-impunità jikkostitwixxu elementi essenzjali li jirfdu l-isforzi favur il-paċi u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti, ir-rikonċiljazzjoni u r-rikostruzzjoni;

S.  billi l-piena tal-mewt hija legali fin-Niġerja; billi fl-2016, in-Niġerja kkundannat 527 persuna għall-mewt, tliet darbiet aktar milli fl-2015; billi kien hemm moratorju de facto fuq il-piena tal-mewt mill-2006, għalkemm dan il-moratorju nkiser fl-2013 u fl-2016;

T.  billi l-Kummissjoni Elettorali Nazzjonali Indipendenti tan-Niġerja ħabbret li l-elezzjonijiet presidenzjali u tal-assemblea nazzjonali ser isiru fis-16 ta' Frar 2019;

U.  billi Transparency International ikklassifikat lin-Niġerja fil-136 post minn 175 pajjiż fl-Indiċi dwar il-Perċezzjoni tal-Korruzzjoni tagħha tal-2016;

V.  billi skont l-Artikolu 8 tal-Ftehim ta' Cotonou, l-UE tipparteċipa fi djalogu politiku regolari man-Niġerja dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji demokratiċi, inkluża d-diskriminazzjoni etnika, reliġjuża u razzjali;

1.  Huwa mħasseb ħafna dwar iż-żieda fil-kunflitti interetniċi bejn ir-rgħajja u l-bdiewa fir-reġjun tal-Faxxa Ċentrali li żiedu l-isfidi relatati mas-sigurtà li n-Niġerja diġà kienet qed tiffaċċja, u jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' progress reali f'li jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet;

2.  Jikkundanna bis-sħiħ iż-żieda fil-vjolenza kontra l-Insara u l-Musulmani fin-Niġerja, inkluż dik immirata lejn istituzzjonijiet u fidili reliġjużi, bħal qtil reċenti ta' mill-inqas 48 Nisrani fil-villaġġi matul l-Istat ta' Plateau u l-attakk bil-bombi ta' moskea f'Mubi, fil-Grigal tan-Niġerja, li fih mietu mill-inqas 50 persuna; jistieden lill-President Buhari u lill-Gvern Niġerjan iżidu l-isforzi tagħhom biex tintemm il-vjolenza, jiddefendu d-dritt tan-Niġerjani li jipprattikaw liberament it-twemmin tagħhom u jipproteġu d-drittijiet taċ-ċittadini kollha tagħha b'mod aktar rigoruż, skont il-liġijiet u l-Kostituzzjoni tal-pajjiż; jesprimi l-kondoljanzi tiegħu lill-familji tal-vittmi kollha tal-vjolenza li għaddejja; ifakkar, barra minn hekk, li sa mis-snin sebgħin, il-koeżistenza bejn ir-rgħajja u l-bdiewa kienet waħda paċifika u jiddispjaċih li l-vjolenza attwali, li tikkonċerna l-aċċess għall-art u li ġiet aggravata minħabba l-għajbien ta' skemi effikaċi ta' medjazzjoni, qed tiġi deskritta bħala kunflitt reliġjuż, li tissimplifika żżejjed il-kwistjoni;

3.  Iħeġġeġ lill-Gvern jiffoka fuq ir-rispett lejn id-drittijiet u d-dinjità tal-bniedem fil-politiki kollha biex jiżgura koeżistenza paċifika fost iċ-ċittadini irrispettivament mir-reliġjon, it-twemmin u l-affiljazzjonijiet politiċi tagħhom;

4.  Iħeġġeġ lill-Gvern Niġerjan jinnegozja qafas ta' politika nazzjonali li jipproteġi l-interessi kemm tal-bdiewa kif ukoll tar-rgħajja u jistieden lis-sħab internazzjonali jżidu l-investiment fil-prevenzjoni u fir-riżoluzzjoni ta' kunflitti interkomunali bejn ir-rgħajja tal-bhejjem u l-bdiewa billi jappoġġjaw kooperazzjoni permezz ta' inizjattivi kondiviżi ekonomiċi u ta' ġestjoni tar-riżorsi naturali;

5.  Jiddeplora l-vjolenza li għaddejja u l-attakki fit-Tramuntana tan-Niġerja, li fil-mira tagħhom kien hemm il-komunitajiet Insara; jinnota li Boko Haram attakka Musulmani, Kristjani u membri ta' twemmin ieħor mingħajr distinzjoni;

6.  Jinnota li l-militar Niġerjan ħataf mill-ġdid it-territorju minn Boko Haram u arresta uħud mill-membri tiegħu, iżda l-isforzi mhux militari tal-Gvern biex iwaqqaf lil Boko Haram għadhom fil-bidu tagħhom;

7.  Iħeġġeġ lill-Gvern ta' Buhari jiddefendi liċ-ċittadini tiegħu mit-terroriżmu, iżda jinsisti li tali azzjonijiet iridu jitwettqu f'konformità sħiħa mad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt; ifaħħar il-progress li sar min-naħa tal-Gvern ta' Buhari dwar l-isfidi għas-sigurtà li qed tiffaċċja n-Niġerja u f'li tiġi indirizzata l-korruzzjoni; joffri l-appoġġ tiegħu biex dan l-objettiv jintlaħaq u biex tinqata' r-rabta bejn il-prattiki korrotti u t-terroriżmu;

8.  Ifakkar, madankollu, li l-azzjonijiet meħuda mill-Gvern kontra Boko Haram u organizzazzjonijiet terroristiċi oħra m'għandhomx ikomplu jkattru l-vjolenza; jitlob, f'dan ir-rigward, li jkun hemm riforma tal-forzi tas-sigurtà tal-Istat Niġerjan, inkluż il-pulizija, u għat-twettiq ta' investigazzjonijiet dwar dawk li huma responsabbli għal kwalunkwe ksur tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż qtil extraġudizzjarju, tortura, arresti arbitrarji u l-abbużi relatati mal-estorsjoni;

9.  Iħeġġeġ lill-Gvern Niġerjan biex jindirizza l-kawżi fundamentali tal-vjolenza billi jiżgura drittijiet ugwali għaċ-ċittadini kollha u leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni;

10.  Jikkundanna l-vjolenza sesswali u sessista kontra n-nisa u l-bniet u l-fatt li Boko Haram u gruppi terroristiċi għandhom fil-mira n-nisa u t-tfal meta jwettqu ħtif, żwieġ furzat, stupru u meta jużawhom bħala qattiela suwiċida; jesprimi tħassib, barra minn hekk, li assistenza umanitarja inadegwata fil-kampijiet tar-rifuġjati wasslet ukoll għal livelli għoljin ta' sfruttament u abbuż sesswali;

11.  Jistieden lill-awtoritajiet Niġerjani jipprovdu l-appoġġ psikosoċjali meħtieġ lill-vittmi tal-problema tar-radikalizzazzjoni, b'mod speċjali n-nisa, it-tfal u ż-żgħażagħ, qabel l-integrazzjoni mill-ġdid lura tagħhom fis-soċjetà; jitlob li jsiru sforzi konġunti mill-atturi internazzjonali kollha favur il-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni li twassal għal estremiżmu vjolenti u l-iżvilupp ta' programmi ta' riabilitazzjoni u ta' deradikalizzazzjoni;

12.  Iħeġġeġ aktar progress fl-indirizzar tal-korruzzjoni li farrket lis-soċjetà Niġerjana għal għexieren ta' snin u jemmen li mingħajr azzjoni iebsa biex jinqerdu dawn id-delitti, l-aġenda politika, ekonomika u soċjali usa' tal-Gvern ta' Buhari ma tistax titwettaq; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Niġerjani jsaħħu l-miżuri biex tiġi miġġielda l-korruzzjoni u jenfasizza li jekk ma jsirx dan ifisser aktar snin ta' faqar, inugwaljanza, dannu għar-reputazzjoni, investiment estern imnaqqas u inqas opportunitajiet tal-ħajja għaċ-ċittadini tagħha; ifakkar li l-korruzzjoni twassal għal nuqqas ta' sodisfazzjon fil-konfront tal-istituzzjonijiet pubbliċi u ddgħajjef il-leġittimità tal-gvernijiet f'għajnejn iċ-ċittadini;

13.  Jitlob li jkun hemm titjib fl-effiċjenza u fl-indipendenza tas-sistema ġudizzjarja tan-Niġerja li jippermetti l-użu effikaċi tal-ġustizzja kriminali fil-ġlieda kontra l-vjolenza, it-terroriżmu u l-korruzzjoni;

14.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Niġerjani jimplimentaw moratorju fuq il-piena tal-mewt bil-ħsieb li eventwalment titneħħa għalkollox;

15.  Ifakkar lill-Gvern tan-Niġerja fir-responsabbiltà tiegħu li jiżgura li l-elezzjonijiet isiru f'konformità mal-obbligi internazzjonali tiegħu fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem internazzjonali u biex jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura elezzjonijiet ħielsa, trasparenti u kredibbli;

16.  Jistieden lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u lill-Istati Membri biex jissorveljaw l-integrazzjoni mill-ġdid ta' persuni rimpatrijati mil-Libja u jiżguraw li l-finanzjament tal-UE previst jintefaq b'mod effikaċi; jistieden lill-Kummissjoni żżomm lill-Parlament infurmat dwar dawn il-miżuri ta' integrazzjoni mill-ġdid;

17.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-President tar-Repubblika Federali tan-Niġerja, lill-President tal-Unjoni Afrikana, lill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE, lill-Parlament Pan-Afrikan u lir-rappreżentanti tal-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent (ECOWAS).


Il-każijiet tal-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem, Wu Gan, Xie Yang, Lee Ming-che, Tashi Wangchuk u tar-raheb Tibetan Choekyi
PDF 284kWORD 55k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Jannar 2018 dwar il-każijiet tal-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem, Wu Gan, Xie Yang, Lee Ming-che, Tashi Wangchuk u tar-raheb Tibetan Choekyi (2018/2514(RSP))
P8_TA(2018)0014RC-B8-0043/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar iċ-Ċina, b'mod partikolari dik tat-13 ta' Marzu 2014 dwar il-prijoritajiet tal-UE għall-25 sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU(1), dik tas-16 ta' Diċembru 2015 dwar ir-relazzjonijiet UE-Ċina(2), dik tal-24 ta' Novembru 2016 dwar il-każ ta' Gui Minhai, pubblikatur inkarċerat fiċ-Ċina(3), dik tal-15 ta' Diċembru 2016 dwar il-każijiet tal-Akkademja Buddista Tibetana ta' Larung Gar u Ilham Tohti(4) u dik tas-6 ta' Lulju 2017 dwar il-każijiet tar-rebbieħ tal-Premju Nobel Liu Xiaobo u Lee Ming-che(5),

–  wara li kkunsidra s-Sħubija Strateġika UE-Ċina, imnedija fl-2003, u l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) tat-22 ta' Ġunju 2016 intitolata "Elementi għal strateġija ġdida tal-UE dwar iċ-Ċina",

–  wara li kkunsidra s-Summit UE-Ċina, li sar fi Brussell fl-1 u t-2 ta' Ġunju 2017;

–  wara li kkunsidra l-adozzjoni tal-Liġi l-ġdida dwar is-Sigurtà Nazzjonali mill-Kumitat Permanenti tal-Kungress Popolari Nazzjonali Ċiniż fl-1 ta' Lulju 2015, kif ukoll il-pubblikazzjoni tat-tieni abbozz ta' Liġi ġdida dwar il-Ġestjoni tal-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi Barranin fil-5 ta' Mejju 2015,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 36 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, li jiggarantixxi liċ-ċittadini kollha d-dritt għal-libertà tat-twemmin reliġjuż, u l-Artikolu 4 tagħha, li jiddefendi d-drittijiet tan-nazzjonalitajiet ta' minoranza,

–  wara li kkunsidra d-djalogu UE-Ċina dwar id-drittijiet tal-bniedem, imniedi fl-1995, u l-35 sessjoni tiegħu, li saret Brussell fit-22 u t-23 ta' Ġunju 2017,

–  wara li kkunsidra l-għoti tal-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb lil Wei Jingsheng u lil Hu Jia fl-1996 u l-2008 rispettivament,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kelliem għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà / Politika Ewropea tal-Viċinat u n-Negozjati għat-Tkabbir tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) tas-27 ta' Diċembru 2017 dwar is-sentenzi mogħtija lil Wu Gan u Xie Yang fiċ-Ċina,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Lokali tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Jum Internazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem, it-8 ta' Diċembru 2017,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tas-16 ta' Diċembru 1966,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-promozzjoni u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt għandhom jibqgħu fil-qalba tar-relazzjoni li ilha għaddejja bejn l-UE u ċ-Ċina, b'konformità mal-impenn tal-UE li tiddefendi dawn l-istess valuri fl-azzjoni esterna tagħha u mal-interess li wriet iċ-Ċina li tikkonforma magħhom fl-iżvilupp u l-kooperazzjoni internazzjonali tagħha;

B.  billi, minn mindu l-President Xi Jinping wasal fil-poter, is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina kompliet tiddeterjora u l-gvern intensifika l-ostilità tiegħu lejn id-dissens paċifiku, il-libertà ta' espressjoni u l-libertà ta' reliġjon, u l-istat tad-dritt; billi l-awtoritajiet Ċiniżi arrestaw u tellgħu quddiem il-qrati mijiet ta' difensuri, avukati u ġurnalisti attivi fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem;

C.  billi, fis-26 ta' Diċembru 2017, qorti f'Tianjin ikkundannat lill-attivist Wu Gan għal tmien snin ħabs fuq akkużi ta' sovverżjoni fil-konfront tal-awtorità tal-Istat; billi Wu Gan għamel kampanji regolari dwar kwistjonijiet sensittivi relatati mal-abbuż ta' poter min-naħa tal-gvern, kemm online kif ukoll offline; billi skont l-avukat tiegħu, Wu Gan ċaħad ftehim mal-awtoritajiet li permezz tiegħu kien jingħata sentenza sospiża kieku ammetta l-ħtija tiegħu;

D.  billi, fl-istess ġurnata f'Hunan, l-avukat tad-drittijiet tal-bniedem Xie Yang ġie kkundannat ukoll, iżda ġie eżentat minn pieni kriminali, wara li aktar kmieni ddikjara li kien ħati fil-konfront ta' akkużi ta' sovverżjoni; billi Wu Gan ġie arrestat xhur qabel waqt repressjoni mingħajr preċedent kontra l-avukati u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fl-2015 li rat mijiet ta' persuni, fosthom Xie Yang, interrogati jew arrestati fuq skala nazzjonali matul perjodu ta' ftit ġimgħat; billi jeżistu allegazzjonijiet li Xie Yang ġie ttorturat, imsawwat u mhedded minn dawk li interrogawh;

E.  billi, fit-28 ta' Novembru 2017, il-Qorti Intermedja ta' Yueyang ikkundannat lill-attivist tad-demokrazija Lee Ming-che għal ħames snin ħabs wara li sabitu ħati għal "sovverżjoni fil-konfront tal-awtorità tal-Istat" u neħħietlu d-drittijiet politiċi kollha fiċ-Ċina għal sentejn; billi aktarx il-konfessjoni pubblika ta' Lee Ming-che saret taħt pressjoni mill-awtoritajiet Ċiniżi; billi Lee Ming-che kien ġie rrapportat nieqes fid-19 ta' Marzu 2017, wara li qasam mill-Macao lejn Zhuhai fil-provinċja Ċiniża ta' Guangdong;

F.  billi Tashi Wangchuk, sid ta' ħanut u sostenitur tad-drittijiet tal-lingwa mit-Tibet, ġie arrestat fis-27 ta' Jannar 2016 wara li deher f'filmat tan-New York Times jippromwovi d-dritt tat-Tibetani li jitgħallmu u jistudjaw bi lsien twelidhom; billi, f'Marzu 2016, Tashi Wangchuk ġie akkużat b'"inċitament għal separatiżmu" u qed jiffaċċja sa 15-il sena ħabs, għalkemm qal espliċitament lill-gazzetta li ma kienx qed jappella għall-indipendenza tat-Tibet;

G.  billi, fl-2015, ir-raheb Tibetan Choekyi, mill-monasteru ta' Phurbu fil-kontea ta' Seda f'Sichuan, ġie mitfugħ il-ħabs talli ċċelebra għeluq snin id-Dalai Lama, il-mexxej spiritwali eżiljat; billi, wara li ġie akkużat, Choekyi għal żmien qasir inżamm f'ħabs fil-kontea ta' Kangding fil-prefettura ta' Ganzi u spiċċa biex intbagħat fil-ħabs ta' Mianyang f'Sichuan biex jiskonta piena ta' erba' snin; billi, skont sorsi tal-midja, Choekyi kien qed ibati minn problemi bil-kliewi, mis-suffejra u minn kwistjonijiet oħra marbuta mas-saħħa li marru għall-agħar minħabba d-detenzjoni tiegħu;

H.  billi l-avukati tad-drittijiet tal-bniedem komplew jiffaċċjaw intimidazzjoni u priġunerija, bħal fil-każijiet tal-avukati prominenti Li Yuhan, li ilu miżmum f'iżolament sa minn Novembru 2017, u Wang Quanzhang, arrestat f'Lulju 2015, li ilu miżmum f'iżolament għal aktar minn 800 jum u li, skont ċerti rapporti, kien suġġett għal tortura; billi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li huma petizzjonanti u jivvjaġġaw lejn bliet kbar biex iqajmu kwistjonijiet lokali qed jiffaċċjaw detenzjoni u priġunerija, bħal Li Xiaoling, li ilu l-ħabs minn Ġunju 2017 filwaqt li għadu jsofri minn każ serju ta' glawkoma; billi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jipprovdu pjattaforma għall-petizzjonanti u difensuri oħra tad-drittijiet tal-bniedem, bħal Ding Lingjie, Liu Feiyue u Zhen Jianghua, ġew arrestati wkoll;

I.  billi l-Gvern Ċiniż għadda liġijiet ġodda, b'mod partikolari l-Liġi dwar is-Sigurtà tal-Istat, il-Liġi dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu, il-Liġi dwar iċ-Ċibersigurtà u l-Liġi dwar il-Ġestjoni tal-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi Barranin, li jqisu l-attiviżmu pubbliku u l-kritika paċifika fil-konfront tal-gvern bħala theddid għas-sigurtà tal-Istat, isaħħu ċ-ċensura, is-sorveljanza u l-kontroll tal-individwi u tal-gruppi soċjali u jiskoraġġixxu lill-individwi milli jagħmlu kampanji favur id-drittijiet tal-bniedem;

J.  billi, fil-Qafas Strateġiku u Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija, il-Kunsill iwiegħed li l-UE se tippromwovi d-demokrazija, l-istat tad-dritt u "d-drittijiet tal-bniedem fl-oqsma kollha tal-azzjoni esterna tagħha mingħajr eċċezzjoni" u se "tqiegħed id-drittijiet tal-bniedem fil-qalba tar-relazzjonijiet tagħha mal-pajjiżi terzi kollha, inklużi s-sħab strateġiċi tagħha";

1.  Jibqa' ferm imħasseb dwar l-approċċ tal-Gvern Ċiniż lejn id-difensuri, l-attivisti u l-avukati tad-drittijiet tal-bniedem; ifakkar liċ-Ċina fir-responsabbiltajiet tagħha bħala potenza globali u jistieden lill-awtoritajiet ta' Beijing jiżguraw, fiċ-ċirkostanzi kollha, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali bi qbil mad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u strumenti oħra internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem iffirmati jew ratifikati miċ-Ċina; iħeġġeġ, barra minn hekk, lill-awtoritajiet ta' Beijing itemmu l-atti kollha ta' fastidju fil-konfront tad-difensuri kollha tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż, sabiex dawn ikunu jistgħu jwettqu ħidmithom mingħajr xkiel;

2.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Ċiniżi jeħilsu immedjatament u inkundizzjonatament lid-difensuri, lill-attivisti, lill-avukati, lill-ġurnalisti u lill-petizzjonanti kollha li jaħdmu fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u li jinsabu miżmuma arrestati minħabba ħidmithom f'dan il-qasam, u jtemmu r-repressjoni attwali fil-konfront tagħhom, li qiegħda ssir fil-forma ta' detenzjoni, fastidju ġudizzjarju u intimidazzjoni;

3.  Jistieden lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina biex jeħles immedjatament u inkundizzjonatament lil Wu Gan, billi ġie impriġunat biss talli kien qiegħed jeżerċita paċifikament id-dritt tiegħu għal-libertà ta' espressjoni u ta' għaqda tiegħu, u biex, fl-istennija tal-ħelsien tiegħu, jiżgura li Wu Gan ikollu kuntatt regolari u bla restrizzjonijiet ma' familtu u mal-avukati tal-għażla tiegħu u ma jkunx suġġett għal tortura jew għal trattament ħażin ieħor; jitlob li ssir investigazzjoni fil-pront, effikaċi u imparzjali tal-każijiet ta' tortura fiċ-Ċina u jitlob li dawk responsabbli jittellgħu quddiem il-ġustizzja;

4.  Jenfasizza l-bżonn ta' investigazzjoni tal-allegazzjonijiet ta' tortura fil-konfront ta' Xie Yang;

5.  Jistieden lill-awtoritajiet Ċiniżi jeħilsu immedjatament u inkundizzjonatament lil Lee Ming-che, u, fl-istennija tal-ħelsien tiegħu, jiżguraw li jkun protett minn tortura u trattament ħażin ieħor u li jitħalla jkollu kuntatt ma' familtu u mal-avukati tal-għażla tiegħu u aċċess għal kura medika adegwata;

6.  Jesprimi t-tħassib kbir tiegħu għall-arrest u għad-detenzjoni kontinwa ta' Tashi Wangchuk, kif ukoll għar-restrizzjonijiet applikati lid-dritt tiegħu għall-assistenza legali, għan-nuqqas ta' provi kontrih u għall-irregolaritajiet fl-investigazzjoni kriminali; jitlob il-ħelsien immedjat u inkundizzjonat ta' Tashi Wangchuk;

7.  Jistieden lill-awtoritajiet Ċiniżi jeħilsu immedjatament u inkundizzjonatament lir-raheb Tibetan Choekyi; iħeġġeġ lill-Gvern Ċiniż biex jippermetti lill-familjari u lill-avukati tal-għażla tiegħu jżuruh u, b'mod partikolari, biex jagħtih kura medika adegwata;

8.  Jistieden lill-Gvern Ċiniż jirrispetta l-Kostituzzjoni tiegħu stess, partikolarment l-Artikolu 4 li jipproteġġi lill-minoranzi nazzjonali, l-Artikolu 34 li jħares il-libertà ta' espressjoni, ta' stampa, ta' għaqda, ta' assoċjazzjoni, ta' mmarċjar u ta' dimostrazzjoni, l-Artikolu 36 li jirrikonoxxi d-dritt għal-libertà ta' twemmin reliġjuż u l-Artikolu 41 li jiggarantixxi d-dritt li dak li jkun jikkritika kwalunkwe organu jew uffiċjal statali u jagħti suġġerimenti fir-rigward tal-operat tagħhom;

9.  Itenni l-appell tiegħu lill-Gvern Ċiniż biex jagħmel kuntatt mal-Qdusija Tiegħu d-Dalai Lama u mar-rappreżentanti tiegħu u jesprimi s-sostenn tiegħu favur riżoluzzjoni paċifika tal-kwistjoni Tibetana permezz tad-djalogu u tan-negozjati, bil-għan li lit-Tibet tkunlu garantita awtonomija effettiva fil-qafas tal-Kostituzzjoni Ċiniża;

10.  Jikkundanna, barra minn hekk, il-kampanji kontra l-Buddiżmu mwettqa permezz tal-approċċ ta' "edukazzjoni patrijottika", inklużi miżuri għall-ġestjoni statali tal-monasteri Buddisti Tibetani; jinsab imħasseb dwar l-abbuż li qed isir mid-dritt kriminali Ċiniż għall-finijiet ta' persekuzzjoni tat-Tibetani u tal-Buddisti, li l-attivitajiet reliġjużi tagħhom huma meqjusa ekwivalenti għal "separatiżmu"; jiddeplora l-fatt li l-ambjent għall-prattika tal-Buddiżmu fit-Tibet mar għall-agħar b'mod sinifikanti wara l-protesti Tibetani ta' Marzu 2008, billi l-Gvern Ċiniż adotta approċċ aktar invażiv fl-ambitu tal-"edukazzjoni patrijottika";

11.  Jinsab inkwetat dwar l-adozzjoni tal-pakkett ta' liġijiet fil-qasam tas-sigurtà u bl-impatt tiegħu fuq il-minoranzi fiċ-Ċina, partikolarment il-Liġi dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu, li taf twassal għall-penalizzazzjoni tal-espressjoni paċifika tal-kultura u tar-reliġjon tat-Tibet, u l-Liġi dwar il-Ġestjoni tal-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi Barranin, li tqiegħed lill-gruppi attivi fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem taħt kontroll strett min-naħa tal-gvern, inkwantu dan jikkostitwixxi approċċ strettament minn fuq għal isfel minflok ma jinkoraġġixxi sħubija bejn il-gvern lokali u ċentrali u s-soċjetà ċivili;

12.  Jenfasizza li l-awtoritajiet Ċiniżi jeħtiġilhom jiżguraw li dawk kollha miżmuma f'iżolament jitqiegħdu immedjatament f'kuntatt mal-familjari u mal-avukati tagħhom u li l-kundizzjonijiet ta' dawk kollha li jinsabu f'detenzjoni jridu jissodisfaw l-istandards stabbiliti mill-"Korp tal-Prinċipji għall-Protezzjoni tal-Persuni Kollha taħt Kwalunkwe Forma ta' Detenzjoni jew Priġunerija", adottat bis-saħħa tar-riżoluzzjoni 43/173 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tad-9 ta' Diċembru 1988, inkluż l-aċċess għall-kura medika;

13.  Jinsab imħasseb bil-kbir dwar l-allegazzjonjiet ta' tortura fil-konfront tal-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden, għaldaqstant, lill-Gvern Ċiniż jirrispetta mingħajr riżervi l-projbizzjoni assoluta u inderogabbli tat-tortura u ta' trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, skont l-Artikoli 2 u 16 tal-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura u Trattamenti jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti Oħra (UNCAT), li ċ-Ċina rratifikat fl-4 ta' Ottubru 1988;

14.  Jinkoraġġixxi lill-Gvern Ċiniż jirratifika l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, hekk kif qiegħed joqrob l-20 anniversarju tal-iffirmar tiegħu, u jiżgura l-implimentazzjoni sħiħa tiegħu, anki billi jtemm kull prattika abbużiva u jadotta l-leġiżlazzjoni tiegħu kif meħtieġ;

15.  Ifakkar li hu importanti li l-UE tqajjem il-kwistjoni tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina, b'mod partikolari l-każ tal-minoranzi fit-Tibet u f'Xinjiang, f'kull djalogu politiku u dwar id-drittijiet tal-bniedem mal-awtoritajiet Ċiniżi, anki fid-djalogi annwali dwar id-drittijiet tal-bniedem, f'konformità mal-impenn tagħha li twassal leħen sod, ċar u unifikat fl-approċċ tagħha lejn il-pajjiż; jiddispjaċih, madankollu, dwar in-nuqqas ta' riżultati konkreti tad-djalogi annwali UE-Ċina dwar id-drittijiet tal-bniedem; ikompli jfakkar li fil-proċess ta' riforma attwali tagħha u ta' impenn globali akbar min-naħa tagħha, iċ-Ċina għażlet li tieħu sehem fil-qafas internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem billi ffirmat firxa wiesgħa ta' trattati internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem; jitlob, għaldaqstant, li d-djalogu maċ-Ċina jitkompla sabiex dawn l-impenji jkunu onorati;

16.  Jistieden lill-Istati Membri kollha jadottaw approċċ sod u bbażat fuq il-valuri fil-konfront taċ-Ċina u jistenna li ma jwettqux atti jew inizjattivi unilaterali li jistgħu jimminaw il-koerenza, l-effikaċja u l-konsistenza tal-azzjoni tal-UE; jiftakar b'dispjaċir kbir li l-UE ma rnexxilhiex tagħmel dikjarazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina fil-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU f'Ġinevra f'Ġunju 2017; jilqa' favorevolment l-adozzjoni ta' dikjarazzjoni fis-sessjoni sussegwenti u jistenna li l-UE tkompli ssemmi liċ-Ċina bħala pajjiż li jirrikjedi l-attenzjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem sakemm tibqa' tirrifjuta li tidħol f'riformi sinifikattivi fil-qasam tad-drittijiet; jistieden ukoll lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jqajmu tħassib qawwi dwar l-Eżami Perjodiku Universali imminenti għaċ-Ċina u jiżguraw, b'mod partikolari, li s-soċjetà ċivili Ċiniża tkun tista' tipparteċipa liberament fil-proċess;

17.  Jistieden lill-VP/RGħ u lill-Istati Membri jadottaw il-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin dwar iċ-Ċina, li jisħqu fuq l-importanza fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem fir-relazzjoni UE-Ċina u jittrażmettu sens ċar ta' tħassib dwar it-tendenzi negattivi fiċ-Ċina f'dan ir-rigward, flimkiem mal-aspettattivi li l-awtoritajiet Ċiniżi jieħdu provvedimenti speċifiċi bħala tweġiba; jisħaq fuq il-punt li tali konklużjonijiet ikunu jservu biex jorbtu lit-28 Stat Membru tal-UE u lill-istituzzjonijiet tal-UE b'messaġġ u approċċ komuni fil-konfront tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina;

18.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, kif ukoll lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

(1) ĠU C 378, 9.11.2017, p. 239.
(2) ĠU C 399, 24.11.2017, p. 92.
(3) Testi adottati, P8_TA(2016)0444.
(4) Testi adottati, P8_TA(2016)0505.
(5) Testi adottati, P8_TA(2017)0308.


Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo
PDF 277kWORD 55k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Jannar 2018 dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (2018/2515(RSP))
P8_TA(2018)0015RC-B8-0054/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK), b'mod partikolari dawk tal-14 ta' Ġunju 2017(1), tat-2 ta' Frar 2017(2), u tal-1 ta' Diċembru 2016(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ), Federica Mogherini, u tal-kelliema tagħha, dwar is-sitwazzjoni fir-RDK,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-kelliem tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) tad-9 ta' Novembru 2017 dwar il-pubblikazzjoni tal-kalendarju elettorali fir-RDK,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni adottata mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti fid-29 ta' Settembru 2017 dwar l-assistenza teknika u l-bini tal-kapaċità fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK, u r-rapport tas-Segretarju Ġenerali dwar il-Missjoni tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Istabbilizzazzjoni tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (MONUSCO) ta' Ottubru 2017,

–  wara li kkunsidra l-osservazzjonijiet finali tad-9 ta' Novembru 2017 tar-raba' rieżami perjodiku dwar l-implimentazzjoni tal-Patt Internazzjonali tan-NU dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi min-naħa tar-RDK,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 2348(2017) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar it-tiġdid tal-mandat tal-MONUSCO,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2282 tal-11 ta' Diċembru 2017 li testendi sat-12 ta' Diċembru 2018 is-sanzjonijiet kontra individwi responsabbli għall-vjolenza u l-ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-6 ta' Marzu u tal-11 ta' Diċembru 2017 dwar ir-RDK,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta' Ġunju 2017 dwar l-involviment tal-UE mas-soċjetà ċivili fir-relazzjonijiet esterni,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE tal-15 ta' Ġunju 2016 dwar is-sitwazzjoni preelettorali u s-sigurtà fir-RDK,

–  wara li kkunsidra l-għoti tal-Premju Sakharov tal-Parlament Ewropew għal-Libertà tal-Ħsieb lil Dr Denis Mukwege fl-2014,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Cotonou,

–  wara li kkunsidra l-Karta Afrikana għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli tal-1981,

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida dwar il-Libertà ta' Assoċjazzjoni u ta' Għaqda tal-Kummissjoni Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli, ta' Mejju 2017,

–  wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tar-RDK, adottata fit-18 ta' Frar 2006,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, wara sena mill-iffirmar tal-ftehim ta' Saint-Sylvestre fit-31 ta' Diċembru 2016, is-sitwazzjoni ġenerali fir-RDK qiegħda tkompli sejra għall-agħar fil-pajjiż kollu, b'ripressjonijiet vjolenti, qtil u ksur mifrux tad-drittijiet tal-bniedem; billi l-2017 diġà kienet waħda mill-aktar snin vjolenti fl-istorja reċenti tar-RDK;

B.  billi n-NU kklassifikat is-sitwazzjoni fir-RDK bħala emerġenza umanitarja ta' Livell 3, li huwa l-ogħla livell; billi fit-8 ta' Marzu 2017, il-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, Zeid Ra'ad Al Hussein, appella għall-ħolqien ta' kummissjoni ta' inkjesta biex tinvestiga l-vjolenza fil-provinċja tal-Kasai;

C.  billi l-kriżi politika ggravat wara li fl-2016 il-President Kabila rrifjuta li jirriżenja fi tmiem il-mandat kostituzzjonali tiegħu; billi, skont il-ftehim ta' Saint-Sylvestre milħuq taħt l-awspiċju tal-Konferenza Episkopali Nazzjonali tal-Kongo (CENCO), ġie maqbul li sa Diċembru 2017 isiru l-elezzjonijiet; billi din l-iskadenza ma ġietx irrispettata, u billi l-Kummissjoni Elettorali Nazzjonali Indipendenti (CENI) iddikjarat li l-elezzjonijiet se jsiru fit-23 ta' Diċembru 2018;

D.  billi s-CENI qiegħda tipproċedi bit-tħejjijiet loġistiċi għall-elezzjonijiet, inklużi l-arranġamenti baġitarji u r-reġistru elettorali;

E.  billi l-protesti kontra s-sitwazzjoni politika sabu reżistenza estremament vjolenti minn forzi appoġġati mill-gvern;

F.  billi l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR) innota "l-ħsieb intenzjonat li jitrażżnu d-drittijiet ċivili u politiċi" mill-forzi tas-sigurtà, inkluż bl-użu ta' munizzjon attiv, gass tad-dmugħ u balal tal-lastku kontra l-persuni ċivili, inklużi l-abbatini, ir-rifjut tal-aċċess lin-NU għall-isptarijiet, għall-kmamar mortwarji u għall-faċilitajiet ta' detenzjoni, kif ukoll il-fatt li n-NU ma tħallitx tosserva l-protesti;

G.  billi r-RDK għadha ma rratifikatx il-Karta Afrikana dwar id-Demokrazija, l-Elezzjonijiet u l-Governanza;

H.  billi kompla l-ġlied armat bejn l-armata Kongoliża u l-milizzji lokali, b'mod partikolari fil-Kasai; billi dan wassal għal kriżi umanitarja gravi, ikkaratterizzata minn qtil, tortura u stupru, qerda ta' djar, faċilitajiet mediċi u skejjel, u mis-sejba ta' 40 sit ta' oqbra tal-massa fil-Kasai; billi ma sar l-ebda progress sabiex dawk responsabbli jitressqu quddiem il-ġustizzja;

I.  billi r-RDK għandha l-ogħla għadd fid-dinja ta' każijiet ġodda ta' persuni spostati internament minħabba kunflitt; billi aktar minn 1,9 miljun persuna ġew spostati internament fir-RDK sa minn Jannar 2017, u b'hekk l-għadd totali ta' persuni spostati fil-pajjiż jammonta għal 4,25 miljun persuna, l-aktar fil-provinċji ta' Kasai, Tanganyika u Kivu; billi r-RDK qiegħda tospita wkoll refuġjati li ħarbu mill-Burundi, mir-Repubblika Ċentru-Afrikana u mis-Sudan t'Isfel; billi l-UE rrilaxxat EUR 5 miljun f'għajnuna ta' emerġenza għall-vittmi tal-vjolenza fil-Kasai;

J.  billi f'Marzu 2017 tnaqqas l-għadd ta' truppi tal-missjoni tal-MONUSCO, u f'Ġunju l-baġit tagħha tnaqqas bi 8 %;

K.  billi l-awtoritajiet fir-RDK wettqu fastidju sistematiku fil-konfront ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi Lutte pour le Changement (Lucha), Filimbi, il-knisja Kattolika, u Comité Laïc de Coordination (CLC); billi, skont il-gruppi tad-drittijiet tal-bniedem, qegħdin jinżammu minn tal-inqas 358 priġunier politiku fir-RDK;

L.  billi fid-29 u t-30 ta' Diċembru 2017, seba' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem – Carbone Beni, Mino Bompomi, Roger Katanga Mwenyemali, Bony Dickson Mputu, Grâce Tshiunza, Cedrick Kalonji u Arciel Beni, ilkoll affiljati mal-moviment tas-soċjetà ċivili Filimbi – ġew arrestati u miżmuma mingħajr mandat ta' arrest, u billi mhux magħruf fejn jinsab Palmer Kabeya, difensur ieħor tad-drittijiet tal-bniedem;

M.  billi l-ħtif u l-attakki fil-konfront tal-ħaddiema umanitarji u l-forzi taż-żamma tal-paċi qegħdin jiżdiedu, u dan qed iġiegħel lill-organizzazzjonijiet umanitarji jipposponu t-twassil tal-għajnuna u jissospendu l-attivitajiet tagħhom;

N.  billi tliet abbozzi ta' liġi introdotti fl-Assemblea Nazzjonali Kongoliża – dwar ir-regolamentazzjoni tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi, dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu – fil-forma attwali tagħhom jikkontradixxu l-istandards reġjonali u internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u joħolqu theddida bla preċedent għall-operat indipendenti tas-soċjetà ċivili Kongoliża;

O.  billi l-UE estendiet sa Diċembru 2018 il-miżuri restrittivi adottati kontra individwi b'risposta għat-tfixkil tal-proċess elettorali u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem;

1.  Itenni t-tħassib serju tiegħu dwar id-deterjorament tas-sitwazzjoni politika u tas-sigurtà fir-RDK; jikkundanna bil-qawwa kull ksur tad-drittijiet tal-bniedem u kull att vjolenti, b'mod partikolari fil-konfront ta' dimostranti paċifiċi, inklużi l-projbizzjoni fuq l-organizzazzjoni ta' dimostrazzjonijiet pubbliċi paċifiċi u l-politiki ta' intimidazzjoni, arrest u detenzjoni ta' kwalunkwe vuċi dissidenti; jistieden lill-awtoritajiet Kongoliżi jipproċedu bil-ħelsien immedjat u inkondizzjonat ta' dawk kollha li qegħdin il-ħabs minħabba t-twemmin tagħhom u jwettqu investigazzjoni indipendenti dwar ir-repressjoni vjolenti tad-dimostrazzjonijiet ta' Diċembru 2017 u l-oqbra tal-massa li nstabu;

2.  Ifakkar li huwa l-Gvern tar-RDK li għandu r-responsabbiltà primarja li jipproteġi lill-popolazzjoni ċivili fit-territorju tiegħu u soġġetta għall-ġurisdizzjoni tiegħu, inkluż minn delitti kontra l-umanità u delitti tal-gwerra;

3.  Jesprimi tħassib kbir dwar ix-xhieda tal-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari r-rapport ta' inkjesta ta' Diċembru 2017 tal-Federazzjoni Internazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem (FIDH) dwar il-massakri fil-Kasai, li jgħid li l-forzi tas-sigurtà Kongoliżi u l-milizzji appoġġati mill-gvern fil-provinċja tal-Kasai qed iwettqu "strateġija intenzjonata ta' terrur u qerda, li wasslet għal delitti kontra l-umanità"; iħeġġeġ lill-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) u lin-NU jinvestigaw dawn l-allegazzjonijiet;

4.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar is-sitwazzjoni tan-nisa u t-tfal fir-RDK; jikkundanna kategorikament l-użu tal-istupru, il-vjolenza sesswali u t-tortura; jinsab ixxukkjat bl-allegazzjonijiet ta' reklutaġġ u tħaddim illegali ta' suldati tfal min-naħa tal-milizzji ffinanzjati mill-Kongoliżi, u jqis li waħda mill-prijoritajiet tal-awtoritajiet Kongoliżi u l-komunità internazzjonali għandha tkun li jintemm l-użu ta' suldati tfal;

5.  Jiddispjaċih ħafna li ma sarux elezzjonijiet sal-iskadenza tal-2017; ifakkar fir-responsabbiltà tal-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet Kongoliżi li jimplimentaw effettivament il-kalendarju elettorali l-ġdid skont il-Kostituzzjoni Kongoliża u l-ftehim ta' Saint-Sylvestre; jinsisti li fit-23 ta' Diċembru 2018 isiru elezzjonijiet presidenzjali u leġiżlattivi trasparenti, liberi u ġusti; ifakkar li s-CENI għandha tkun istituzzjoni imparzjali u inklużiva, u jistieden lill-Gvern tar-RDK jiżgura li jkollha biżżejjed riżorsi; jitlob lis-CENI u lill-Gvern, barra minn hekk, jintroduċu skadenzi trimestrali għall-kalendarju elettorali biex jitwettaq monitoraġġ tal-progress u jingħata sinjal tal-impenn tal-Gvern li jorganizza l-elezzjonijiet; ifakkar li elezzjonijiet kredibbli huma l-unika soluzzjoni għall-kriżi;

6.  Jenfasizza li l-avversarji eżiljati għandhom ikunu jistgħu jirritornaw b'mod sikur u mingħajr kundizzjonijiet, u li kull ċittadin għandu jkollu d-dritt joħroġ bħala kandidat fl-elezzjonijiet; jilqa' l-ħolqien, bil-parteċipazzjoni tal-Unjoni Afrikana (UA), l-Organisation internationale de la Francophonie (OIF), il-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika (SADC) u n-NU, ta' tim koordinat ta' esperti responsabbli mill-appoġġ tal-implimentazzjoni tal-proċess elettorali u l-iffaċilitar tal-mobilizzazzjoni ta' assistenza finanzjarja, loġistika u teknika lir-RDK; jappoġġa l-kontribut tal-UE fil-proċess elettorali tar-RDK, u jitlob lill-UE torbot kwalunkwe finanzjament elettorali mal-kundizzjoni li l-Gvern Kongoliż iwettaq miżuri konkreti li juru rieda politika ċara li jorganizza elezzjonijiet fit-23 ta' Diċembru 2018, fosthom – b'mod partikolari – il-pubblikazzjoni ta' baġit elettorali realistiku, kif ukoll garanziji fir-rigward tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali għall-partiti politiċi u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili kollha;

7.  Jikkundanna bil-qawwa kull forma ta' fastidju u theddid fil-konfront tas-soċjetà ċivili u l-NGOs; jesprimi tħassib partikolari dwar l-aħħar theddidiet ta' mewt magħmula kontra rappreżentanti tal-FIDH u ta' organizzazzjonijiet assoċjati; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tar-RDK u lill-forzi tas-sigurtà jirrispettaw bis-sħiħ ir-rekwiżiti stipulati fil-Ftehim ta' Cotonou kif ukoll fil-ftehim ta' Saint-Sylvestre, b'mod partikolari d-dritt tal-individwi li jeżerċitaw il-libertà tal-espressjoni u l-libertà ta' għaqda u ta' dimostrazzjoni; jistieden lill-awtoritajiet Kongoliżi jirratifikaw mill-aktar fis il-Karta Afrikana dwar id-Demokrazija, l-Elezzjonijiet u l-Governanza;

8.  Jikkundanna l-abbozzi ta' liġi introdotti fl-Assemblea Nazzjonali Kongoliża dwar ir-regolamentazzjoni tal-NGOs, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-ġlieda kontra t-terroriżmu; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Kongoliżi jirrispettaw b'mod sħiħ il-proċess dovut leġiżlattiv u jallinjaw l-abbozzi ta' liġi mal-istandards internazzjonali u reġjonali għall-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem;

9.  Iħeġġeġ lill-UE, lill-Istati Membri tagħha u lill-komunità internazzjonali jżidu l-appoġġ għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-protezzjoni tagħhom; jistieden lill-awtoritajiet tar-RDK jinvestigaw u jressqu quddiem il-ġustizzja lil dawk li jattakkaw lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u jwaqqfu protesti demokratiċi;

10.  Jilqa' d-dikjarazzjoni tas-Segretarju Ġenerali tan-NU li fiha ħabbar investigazzjoni dwar l-attakk fuq it-truppi tal-MONUSCO min-naħa tal-milizzji tal-Forzi Demokratiċi Alleati fis-7 ta' Diċembru 2017 fil-provinċja tal-Kivu ta' Fuq, li ħalla 15-il membru tal-forzi taż-żamma tal-paċi mejta;

11.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-aħħar tnaqqis fit-truppi u l-baġit tan-NU; jistieden lill-Kunsill tas-Sigurtà u l-istati membri tan-NU jiżguraw li l-MONUSCO tirċievi biżżejjed fondi biex twettaq il-kompiti fdati lilha fil-mandat tagħha; ifakkar li l-mandat tal-MONUSCO jinkludi li tikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-popolazzjoni ċivili u tappoġġa l-implimentazzjoni tal-ftehim politiku;

12.  Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jagħtu prijorità lill-valuri tad-drittijiet tal-bniedem; itenni l-importanza li l-individwi jinżammu responsabbli għall-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u għal azzjonijiet oħra li jimminaw soluzzjoni paċifika għall-kunflitt fir-RDK; jilqa', f'dan ir-rigward, l-użu ta' sanzjonijiet immirati min-naħa tal-UE, u jistieden lill-UE tikkunsidra tuża mezzi addizzjonali, kif previst fil-Ftehim ta' Cotonou, jekk is-sitwazzjoni tkompli tmur għall-agħar u ma jsir ebda progress sinifikanti biex tinstab soluzzjoni paċifika;

13.  Ifakkar li f'April 2015, Ibrahim Thiaw, il-Viċi Direttur Eżekuttiv tal-Programm tan-NU għall-Ambjent , iddikjara li l-qligħ annwali minn dan l-isfruttament tar-riżorsi naturali qabeż USD 1 biljun u li l-biċċa l-kbira tal-profitti - sa 98 % minnhom - spiċċat għand gruppi internazzjonali, filwaqt li t-2 % li fadal intużaw għall-finanzjament tal-gruppi armati fir-RDK; jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri neċessarji kontra l-kumpaniji Ewropej li ma jikkonformawx mal-istandards internazzjonali jew li ma jagħtux kumpens xieraq lill-vittmi tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem li jkun direttament jew indirettament relatat mar-responsabbiltà tagħhom; jitlob l-implimentazzjoni rapida tal-ftehim li laħqu l-Istati Membri fil-15 ta' Ġunju 2016 rigward ir-regolament tal-UE dwar il-"minerali ta' kunflitt" (ir-Regolament (UE) 2017/821(4)) u t-tkomplija tal-ħidma fil-livell tal-UE u tan-NU favur l-estensjoni tal-leġiżlazzjoni internazzjonali dwar din il-kwistjoni;

14.  Itenni l-appoġġ tiegħu lill-UA, lill-OIF u lill-SADC, kif ukoll, b'mod partikolari, lill-Angola, bħala faċilitaturi tad-djalogu politiku fir-RDK u fir-reġjun kollu kemm hu;

15.  Jesprimi l-inkwiet tiegħu dwar l-eskalazzjoni tal-epidemija tal-kolera u jitlob li tiżdied l-għajnuna umanitarja biex tiġi indirizzata t-tifqigħa; iħeġġeġ lill-UE u l-Istati Membri tagħha jżidu l-għajnuna finanzjarja u umanitarja permezz ta' organizzazzjonijiet affidabbli sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet urġenti tal-popolazzjoni;

16.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-Kunsill tal-Ministri u l-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE, lill-Unjoni Afrikana, lill-Parlament Pan-Afrikan, u lill-President, il-Prim Ministru u l-Parlament tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo.

(1) Testi adottati, P8_TA(2017)0264.
(2) Testi adottati, P8_TA(2017)0017.
(3) Testi adottati, P8_TA(2016)0479.
(4) ĠU L 130, 19.5.2017, p. 1.


It-Trattat ta' Marrakexx biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal xogħlijiet pubblikati għal persuni għomja, b'diżabbiltà fil-vista jew li b'xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat ***
PDF 255kWORD 48k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Jannar 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tat-Trattat ta' Marrakexx biex jiġi Ffaċilitat l-Aċċess għal Xogħlijiet Pubblikati għal Persuni Għomja, b'Diżabbiltà fil-Vista jew li b'xi Mod Ieħor Għandhom Diffikultà biex Jaqraw Materjal Stampat (12629/2017 – C8-0375/2017 – 2014/0297(NLE))
P8_TA(2018)0016A8-0400/2017

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12629/2017),

–  wara li kkunsidra t-Trattat ta' Marrakexx biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal xogħlijiet pubblikati għal persuni għomja, b'diżabbiltà fil-vista jew li b'xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat (5905/2015),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 114 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0375/2017),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Frar 2017(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4), u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0400/2017),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tat-Trattat ta' Marrakexx;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO).

(1) Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Frar 2017, 3/15, ECLI:EU:C:2017:114.


Il-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' deċiżjonijiet fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri u dwar sekwestru internazzjonali ta' minuri *
PDF 546kWORD 75k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Jannar 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' deċiżjonijiet fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri u dwar sekwestru internazzjonali ta' minuri (riformulazzjoni) (COM(2016)0411 – C8-0322/2016 – 2016/0190(CNS))
P8_TA(2018)0017A8-0388/2017

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni – riformulazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2016)0411),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 81(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0322/2016),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 104 u 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A8-0388/2017),

A.  billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali;

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni u hekk kif emendata hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/200334 ġie emendat b'mod sostanzjali35. Billi għandhom isiru iżjed emendi, dan ir-Regolament għandu jiġi riformulat fl-interess taċ-ċarezza.
(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/200334 ġie emendat b'mod sostanzjali35. Billi għandhom isiru iżjed emendi indispensabbli, dan ir-Regolament għandu jiġi riformulat fl-interess taċ-ċarezza. Dawn l-emendi tar-Regolament se jgħinu jsaħħu ċ-ċertezza tad-dritt u jżiedu l-flessibbiltà, se jikkontribwixxu għall-iżgurar ta' aktar aċċess għal proċedimenti ġudizzjarji u għall-effikaċja ta' tali proċedimenti. Fl-istess ħin, il-bidliet għal dan ir-Regolament se jikkontribwixxu biex jiġi żgurat li l-Istati Membri jżommu s-sovranità sħiħa fil-qasam tal-liġi sostantiva dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri.
__________________
__________________
34Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta' Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU L 338, 23.12.2003, p. 1)..
34Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta' Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU L 338, 23.12.2003, p. 1)..
35 Ara l-Anness V.
35 Ara l-Anness V.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 3
(3)  Il-funzjonament korrett u bla xkiel ta' spazju ta' ġustizzja tal-Unjoni b'rispett għas-sistemi ġuridiċi u għat-tradizzjonijiet differenti tal-Istati Membri huwa essenzjali għall-Unjoni. F'dan ir-rigward, il-fiduċja reċiproka fis-sistemi ta' ġustizzja ta' xulxin għandha tkompli tittejjeb. L-Unjoni ffissat l-oġġettiv lilha nnifisha li toħloq , iżżomm u tiżviluppa żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, li fiha l-moviment liberu tal-persuni u l-aċċess għall-ġustizzja jkunu assigurati. Bil-għan li jiġu implimentati dawn l-oġġettivi, id-drittijiet tal-persuni, speċjalment it-tfal, fi proċedimenti ġuridiċi għandhom jissaħħew sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni tal-awtoritajiet ġudizzjarji u amministrattivi u l-infurzar tad-deċiżjonijiet fi kwistjonijiet tal-liġi tal-familja b'implikazzjonijiet transfruntiera. Ir-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet fi kwistjonijiet ċivili għandhom jittejbu, l-aċċess għall-ġustizzja għandu jiġi ssimplifikat u l-iskambji ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri għanhom jitjiebu.
(3)  Il-funzjonament korrett u bla xkiel ta' spazju ta' ġustizzja tal-Unjoni b'rispett għas-sistemi ġuridiċi u għat-tradizzjonijiet differenti tal-Istati Membri huwa essenzjali għall-Unjoni. F'dan ir-rigward, il-fiduċja reċiproka fis-sistemi ta' ġustizzja ta' xulxin għandha tkompli tittejjeb. L-Unjoni tat lilha nfisha l-objettiv li toħloq, iżżomm u tiżviluppa żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, li fiha l-moviment liberu tal-persuni u l-aċċess għall-ġustizzja jkunu żgurati. Bil-għan li jiġu implimentati dawn l-objettivi, huwa essenzjali li d-drittijiet tal-persuni, speċjalment it-tfal, fi proċedimenti ġuridiċi jissaħħew sabiex jiġu ffaċilitati l-kooperazzjoni tal-awtoritajiet ġudizzjarji u amministrattivi u l-infurzar tad-deċiżjonijiet fi kwistjonijiet tal-liġi tal-familja b'implikazzjonijiet transfruntiera. Jenħtieġ li jittejjeb r-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet fi kwistjonijiet ċivili, jiġi simplifikat l-aċċess għall-ġustizzja u jiġu perfezzjonati l-iskambji ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri, billi tiġi żgurata verifika preċiża tan-natura non diskriminatorja tal-proċeduri u l-prattiki adottati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri sabiex jiġu protetti l-aħjar interessi tal-minuri u d-drittijiet fundamentali relatati.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 4
(4)  Għal dan il-għan, l-Unjoni għandha taddotta, fost affarijiet oħra, miżuri fl-oqsma ta' koperazzjoni ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili li jkollhom implikazzjonijiet transfruntiera, speċjalment meta jkun neċessarju għat-tħaddim kif suppost tas-suq intern.
(4)  Għal dan il-għan, l-Unjoni għandha taddotta, fost affarijiet oħra, miżuri fil-qasam tal-koperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili li jkollhom implikazzjonijiet transfruntiera, speċjalment meta jkun neċessarju għall-moviment liberu tal-persuni u għat-tħaddim kif suppost tas-suq intern.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 4a (ġdida)
(4a)  Biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili b'implikazzjonijiet transfruntiera, hemm bżonn ta' taħriġ ġudizzjarju, speċjalment dwar l-aspetti transfruntiera fil-liġi tal-familja. L-attivitajiet ta' taħriġ, bħal seminars u skambji, huma meħtieġa kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll f'dak nazzjonali, ħalli tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar dan ir-Regolament, il-kontenut u l-konsegwenzi tiegħu, kif ukoll ħalli tinħoloq fiduċja reċiproka fost l-Istati Membri għal dak li jikkonċerna s-sistemi ġudizzjarji tagħhom.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 6
(6)  Sabiex l-ugwaljanza għall-minuri kollha tkun assigurata, dan ir-Regolament għandu jkopri d-deċiżjonijiet kollha dwar ir-responsabbilità tal-ġenituri, inklużi l-miżuri ta' protezzjoni għall-minuri, indipendentement minn xi konnessjoni ma' xi proċediment matrimonjali jew xi proċediment ieħor.
(6)  Sabiex l-ugwaljanza għall-minuri kollha tkun żgurata, jenħtieġ li dan ir-Regolament ikopri d-deċiżjonijiet kollha dwar ir-responsabbilità tal-ġenituri, inklużi l-miżuri għall-protezzjoni tal-minuri, indipendentement minn kull rabta ma' xi proċediment matrimonjali.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 6a (ġdida)
(6a)  Skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li r-regoli dwar il-ġurisdizzjoni japplikaw ukoll għat-tfal kollha li jinsabu fit-territorju tal-Unjoni u li r-residenza abitwali tagħhom ma tistax tiġi stabbilita b'ċertezza. Jenħtieġ li l-kamp ta' applikazzjoni jiġi estiż, b'mod partikolari, sabiex ikopri t-tfal li huma refuġjati, kif ukoll it-tfal li ġew spustati internazzjonalment sew jekk għal raġunijiet soċjoekonomiċi sew jekk minħabba problemi li qed iseħħu f'pajjiżhom.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 12a (ġdida)
(12a)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament jirrispetta bis-sħiħ id-drittijiet stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ("il-Karta"), u speċjalment id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust, stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta, kif ukoll id-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u għall-ħajja tal-familja, stabbilit fl-Artikolu 7 tal-Karta, u d-drittijiet tat-tfal stabbiliti fl-Artikolu 24 tal-Karta.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 13
(13)  Ir-raġunijiet tal-ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri huma f'formati fi ħdan l-aqwa interessi għall-minuri u għandhom jiġu applikati skont dawn. Kwalunkwe referenza għall-aħjar interessi tal-minuri għandha tiġi interpretata fid-dawl tal-Artikolu 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Minuri tal-20 ta' Novembru 1989.
(13)  Jenħtieġ li l-motivi għall-ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri jkunu dejjem mfassla fid-dawl tal-aqwa interessi tal-minuri u jiġu applikati b'kunsiderazzjoni ta' dawk l-interessi. Jenħtieġ li kwalunkwe referenza għall-aħjar interessi tal-minuri tiġi interpretata fid-dawl tal-Artikolu 7, 14, 22 u 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Minuri tal-20 ta' Novembru 1989. Huwa imperattiv li, insegwitu ta' deċiżjoni definittiva li tipprevedi r-ritorn tal-minuri, l-Istat Membru li l-awtoritajiet tiegħu għandhom ġurisdizzjoni, fis-sens ta' dan ir-Regolament, fuq il-mertu ta' każ li jirrigwarda r-responsabbiltà tal-ġenituri, jiżgura li l-aħjar interessi u d-drittijiet fundamentali tal-minuri jkunu protetti ladarba l-minuri jiġi rritornat, b'mod partikolari meta hu jew hi jkollhom kuntatt maż-żewġ ġenituri.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 14a (ġdida)
(14a)  Jenħtieġ li t-tifsira tal-kunċett "residenza abitwali" tiġi interpretata fuq il-bażi ta' definizzjonijiet mill-awtoritajiet fuq bażi ta' każ b'każ, fid-dawl taċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-każ.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 15
(15)  Meta r-residenza abitwali tal-minuri tinbidel wara rilokazzjoni leġittima, il-ġurisdizzjoni għandha ssegwi l-minuri sabiex tibqa' qrib. Dan għandu japplika meta jkun għadu ma hemm l-ebda proċediment pendenti, u anke fi proċedimenti pendenti. Fi proċedimenti pendenti, madankollu, il-partijiet jistgħu jaqblu fl-interessi tal-effiċjenza tal-ġustizzja li l-qrati tal-Istat Membru fejn il-proċedimenti jkunu pendenti jkollhom ġurisdizzjoni sakemm tittieħed deċiżjoni finali, diment li dan ikun fl-aħjar interessi tal-minuri. Din il-possibbiltà hija ta' importanza partikulari meta l-proċedimenti jkunu qorbu l-konklużjoni tagħhom u ġenitur wieħed ikun jixtieq jimxi lejn Stat Membru ieħor mal-minuri.
(15)  Meta r-residenza abitwali tal-minuri tinbidel wara rilokazzjoni leġittima, jenħtieġ li l-ġurisdizzjoni ssegwi l-minuri sabiex tibqa' qrib. Fi proċedimenti pendenti, madankollu, il-partijiet jistgħu jaqblu fl-interessi tal-effiċjenza tal-ġustizzja li l-qrati tal-Istat Membru fejn il-proċedimenti jkunu pendenti jkollhom ġurisdizzjoni sakemm tittieħed deċiżjoni finali, diment li dan ikun fl-aħjar interessi tal-minuri. Min-naħa l-oħra, jenħtieġ li l-proċedimenti pendenti relatati mad-drittijiet ta' kustodja u ta' aċċess jiġu konklużi permezz ta' deċiżjoni definittiva, sabiex il-persuni li għandhom id-drittijiet ta' kustodja ma jittrasferixxux il-minuri f'pajjiż ieħor bl-għan li jevitaw deċiżjoni mhux favorevoli minn awtorità, sakemm il-partijiet ma jaqblux li l-proċedimenti pendenti għandhom jintemmu.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 17
(17)  Dan ir-Regolament ma għandux jimpedixxi lill- awtoritajiet ta' xi Stat Membru li ma għandux ġurisdizzjoni fuq il-mertu tal-każ milli jieħdu miżuri proviżorji, inklużi dawk protettivi, f'każijiet urġenti, fir-rigward tal-persuna jew proprjetà ta' minuri li jkunu preżenti f'dak l-Istat Membru. Dawn il-miżuri għandhom jiġu rikonoxxuti u infurzati fl-Istati Membri kollha oħrajn inklużi l-Istati Membri li għandhom ġurisdizzjoni skont dan ir-Regolament sakemm awtorità kompetenti ta' Stat Membru tkun ħadet il-miżuri li hija tqis xierqa. Madankollu, il-miżuri li tieħu qorti fi Stat Membru għandhom jiġu emendati jew sostitwiti biss minn miżuri meħudin ukoll minn qorti fl-Istat Membru li jkollha ġurisdizzjoni fuq il-mertu tal-każ. Awtorità li jkollha ġurisdizzjoni biss fuq miżuri proviżorji, inklużi dawk protettivi għandha, jekk titressaq applikazzjoni quddiemha dwar il-mertu tal-każ, tiddikjara fuq inizjattiva tagħha stess li ma għandha l-ebda ġurisdizzjoni. Sa fejn il-protezzjoni tal-aħjar interessi tal-minuri tkun tirrikjedi dan, l-awtorità għandha tinforma, direttament jew permezz tal-Awtorità Ċentrali, lill-awtorità tal-Istat Membru li jkollha ġurisdizzjoni fuq il-mertu tal-każ skont dan ir-Regolament dwar il-miżuri li jkunu ttieħdu. Madankollu, in-nuqqas milli jiġi infurmat Stat Membru ieħor ma għandux ikun bħala tali r-raġuni għan-nuqqas ta' rikonoxximent tal-miżura.
(17)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jimpedixxix lill-awtoritajiet ta' xi Stat Membru li ma għandhomx ġurisdizzjoni fuq il-mertu tal-każ milli jieħdu miżuri proviżorji, inklużi dawk protettivi, f'każijiet urġenti bħal fil-każijiet ta' vjolenza domestika jew vjolenza abbażi tas-sess, fir-rigward tal-persuna jew il-proprjetà ta' minuri li tkun tinsab f'dak l-Istat Membru. Jenħtieġ li dawn il-miżuri jiġu rikonoxxuti u infurzati fl-Istati Membri kollha oħrajn inklużi l-Istati Membri li għandhom ġurisdizzjoni skont dan ir-Regolament sakemm awtorità kompetenti ta' Stat Membru tkun ħadet il-miżuri li hija tqis xierqa. Madankollu, jenħtieġ li l-miżuri li tieħu qorti fi Stat Membru jiġu emendati jew sostitwiti biss minn miżuri meħudin ukoll minn qorti fl-Istat Membru li jkollha ġurisdizzjoni fuq il-mertu tal-każ. Jenħtieġ li awtorità li jkollha ġurisdizzjoni biss fuq miżuri proviżorji, inklużi dawk protettivi, tiddikjara ex officio li ma għandha l-ebda ġurisdizzjoni meta titressaq applikazzjoni quddiemha dwar il-mertu tal-każ. Sa fejn il-protezzjoni tal-aħjar interessi tal-minuri tkun tirrikjedi dan, jenħtieġ li l-awtorità tinforma, direttament jew permezz tal-Awtorità Ċentrali, u mingħajr dewmien indebitu, lill-awtorità tal-Istat Membru li jkollha ġurisdizzjoni fuq il-mertu tal-każ skont dan ir-Regolament dwar il-miżuri li jkunu ttieħdu. Madankollu, jenħtieġ li n-nuqqas milli jiġi infurmat Stat Membru ieħor ma jikkostitwixxix bħala tali r-raġuni għan-nuqqas ta' rikonoxximent tal-miżura.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 18
(18)  F'każijiet eċċezzjonali, l-awtoritajiet tal-Istat Membru tar-residenza abitwali tal-minuri jaf ma jkunux l-aktar awtoritajiet xierqa biex jittrattaw il-każ. Fl- aħjar interessi tal-minuri, bħala eċċezzjoni u taħt ċerti kondizzjonijiet, l- awtorità li għandha l-ġurisdizzjoni tista' tittrasferixxi l-ġurisdizzjoni tagħha f' każ speċifiku għal awtorità oħra ta' Stat Membru ieħor jekk din l-awtorità hija f'pożizzjoni aħjar biex tisma' l-każ. Madankollu, f'dan il-każ it-tieni awtorità ma għandiex titħalla tittrasferixxi l- ġurisdizzjoni għal awtorità terza.
(18)  Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali għall-fatt li, f'każijiet eċċezzjonali, bħal f'każijiet ta' vjolenza domestika jew ibbażata fuq il-ġeneru, l-awtoritajiet tal-Istat Membru tar-residenza abitwali tal-minuri jaf ma jkunux l-aktar awtoritajiet xierqa biex jittrattaw il-każ. Bħala eċċezzjoni u taħt ċerti kondizzjonijiet, l-awtorità li għandha l-ġurisdizzjoni tista' tittrasferixxi l-ġurisdizzjoni tagħha fil-każ speċifiku lil awtorità oħra ta' Stat Membru ieħor jekk din l-awtorità hija f'pożizzjoni aħjar biex tisma' l-każ. Madankollu, jenħtieġ li f'dan il-każ il-kunsens tat-tieni awtorità jinkiseb l-ewwel, peress li ladarba tkun aċċettat il-każ din ma tistax tittrasferixxi l-ġurisdizzjoni lil awtorità terza. Qabel kwalunkwe trasferiment ta' ġurisdizzjoni, huwa essenzjali li l-aħjar interessi tal-minuri jiġu eżaminati kif dovut u jitqiesu bis-sħiħ.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 23
(23)  Il-proċedimenti fi kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri skont dan ir-Regolament kif ukoll proċedimenti ta' ritorn skont il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 għandhom jirrispettaw id-dritt tal-minuri li jesprimu l-ideat tagħhom liberament, u meta jiġu vvalutati l-aħjar interessi tal-minuri, għandu jingħata l-piż xieraq lil dawn l-ideat. Is-smigħ tal-minuri skont l-Artikolu 24(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal għandu parti importanti fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament, madankollu, mhux maħsub sabiex jistabbilixxi kif jinstemgħu l-minuri, pereżempju, jekk il-minuri jinstemgħux mill-imħallef direttament jew minn espert imħarreġ apposta li jirraporta lill-qorti wara, jew jekk il-minuri jinstemgħux fl-awla tal-qorti jew f'post ieħor.
(23)  Il-proċedimenti fi kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri skont dan ir-Regolament kif ukoll proċedimenti ta' ritorn skont il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 jenħtieġ li jirrispettaw id-dritt tal-minuri li jesprimu l-ideat tagħhom liberament, u meta jiġu vvalutati l-aħjar interessi tal-minuri, jenħtieġ li jingħata l-piż xieraq lil dawn l-ideat. Is-smigħ tal-minuri skont l-Artikolu 24(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-parteċipazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ taħt l-età ta' 18 1a għandu parti importanti fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament, madankollu, mhux maħsub biex jistabbilixxi standards minimi komuni fir-rigward tal-proċedura relatata mas-smigħ tal-minuri, li għadha regolata mid-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri.
______________
1a CM/Rec(2012)2 tat-28 ta' Marzu 2012.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 26
(26)  Sabiex jikkonludu l-proċedimenti ta' ritorn skont il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 malajr kemm jista' jkun, l-Istati Membri għandhom jikkonċentraw il-ġurisdizzjoni għal dawn il-poċedimenti fuq qorti waħda jew aktar, filwaqt li jqisu l-istrutturi interni tagħhom għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja kif xieraq. Il-konċentrazzjoni tal-ġurisdizzjoni fuq għadd limitat ta' qrati fi Stat Membru hija għodda essenzjali u effettiva biex jitħaffef it-trattar ta' każijiet ta' sekwestru ta' minuri f'diversi Stati Membri minħabba l-imħallfin li jisimgħu għadd kbir minn dawn il-każi jiżviluppaw kompetenza partikulari. Skont l-istruttura tas-sistema ġuridika, il-ġurisdizzjoni għall-każijiet ta' sekwestru ta' minuri tista' tkun ikkonċentrata f'qorti waħda għall-pajjiż kollu jew f'għadd limitat ta' qrati, bl-użu, pereżempu, ta' għadd ta' qrati tal-appell bħala punt tat-tluq u li jikkonċentraw il-ġurisdizzjoni għall-każijiet ta' sekwestru internazzjonali ta' minuri fuq qorti ġenerali f'kull distrett ta' qorti tal-appell. Kull qorti għandha tagħti d-deċiżjoni tagħha mhux aktar tard minn sitt ġimgħat mid-data li fiha jkunu tressqu r-rikors jew l-appell quddiemha. L-Istati Membri għandhom jillimitaw l-għadd ta' appelli possibbli kontra deċiżjoni li tippermetti jew li tirrifjuta r-ritorn ta' minuri skont il-Konvenzjoni dwar il-Ħtif ta' Minuri tal-1980 għal appell wieħed.
(26)  Sabiex jikkonludu l-proċedimenti ta' ritorn skont il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 malajr kemm jista' jkun, jenħtieġ li l-Istati Membri jikkonċentraw il-ġurisdizzjoni għal dawn il-poċedimenti fuq numru limitat ta' qorti, filwaqt li jqisu l-istrutturi interni tagħhom għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja kif xieraq. Il-konċentrazzjoni tal-ġurisdizzjoni fuq għadd limitat ta' qrati fi Stat Membru hija għodda essenzjali u effettiva biex jitħaffef it-trattar ta' każijiet ta' sekwestru ta' minuri f'diversi Stati Membri minħabba l-fatt li l-imħallfin li jisimgħu għadd kbir minn dawn il-każijiet jiżviluppaw kompetenza partikulari. Skont l-istruttura tas-sistema ġuridika, il-ġurisdizzjoni għall-każijiet ta' sekwestru ta' minuri tista' tkun ikkonċentrata f'għadd limitat ta' qrati, bl-użu, pereżempu, ta' għadd ta' qrati tal-appell bħala punt tat-tluq u li jikkonċentraw il-ġurisdizzjoni għall-każijiet ta' sekwestru internazzjonali ta' minuri fuq qorti ġenerali f'kull distrett ta' qorti tal-appell, madankollu, mingħajr ma jiġi mminat id-dritt tal-aċċess għall-ġustizzja min-naħa tal-partijiet u l-puntwalità tal-proċedimenti tar-ritorn. Jenħtieġ li kull qorti tagħti d-deċiżjoni tagħha mhux aktar tard minn sitt ġimgħat mid-data li fiha jkunu tressqu r-rikors jew l-appell quddiemha. Jenħtieġ li l-Istati Membri jillimitaw l-għadd ta' appelli possibbli kontra deċiżjoni li tippermetti jew li tirrifjuta r-ritorn ta' minuri skont il-Konvenzjoni dwar il-Ħtif ta' Minuri tal-1980 għal appell wieħed. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi żgurat li s-sentenzi tal-qorti maqtugħa fi Stat Membru jiġu rikonoxxuti fi Stat Membru ieħor. Meta tinqata' sentenza tal-qorti, huwa essenzjali li din trid tiġi rikonoxxuta wkoll fl-Unjoni Ewropea kollha, speċjalment fl-interessi tal-minuri.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 28
(28)  Fil-każijiet kollha rigward il-minuri, u b'mod partikulari f'każijiet ta' sekwestru internazzjonali ta' minuri, l-awtoritajiet ġudizzjarji u amministrattivi għandhom iqisu l-possibbiltà li jsibu soluzzjonijiet amikevoli permezz ta' medjazzjoni u mezzi xierqa oħrajn, assistiti, fejn xieraq, b'netwerks eżistenti u strutturi ta' appoġġ għal medjazzjoni f'tilwim dwar responsabbiltà tal-ġenituri transfruntier. Madankollu, dawn l-isforzi ma għandhomx itawlu bla bżonn il-proċedimenti ta' ritorn skont il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980.
(28)  Il-medjazzjoni tista' tassumi rwol fundamentali għat-tmiem ta' kunflitti, fil-każijiet kollha li jikkonċernaw it-tfal u b'mod partikolari fil-każ ta' kunflitti transfruntiera bejn ġenituri dwar il-kustodja u d-dritt ta' aċċess għal minuri u f'każijiet ta' sekwestru internazzjonali ta' minuri. Barra minn hekk, fid-dawl taż-żieda fit-tilwimiet transfruntiera dwar il-kustodja fl-Unjoni Ewropea, fejn m'hemm ebda qafas internazzjonali disponibbli, minħabba l-influssi riċenti tal-migrazzjoni, spiss jinstab li l-medjazzjoni hi l-uniku mezz legali biex il-familji jiġu megħjuna jiksbu soluzzjoni sostenibbli dwar it-tilwimiet fil-familja. Sabiex jippromwovu medjazzjoni f'każijiet bħal dawn, jenħtieġ li l-awtoritajiet ġudizzjarji u amministrattivi, assistiti, fejn xieraq, b'netwerks eżistenti u strutturi ta' appoġġ għal medjazzjoni f'tilwim dwar responsabbiltà tal-ġenituri transfruntier, jassistu lill-partijiet, qabel jew matul il-proċedimenti ġudizzjarji, fl-għażla ta' medjaturi xierqa u fl-organizzazzjoni tal-medjazzjoni. Jenħtieġ li l-partijiet jingħataw għajnuna finanzjarja sabiex inwettqu l-medjazzjoni, tal-inqas sal-punt fejn huma kienu bbenefikaw jew kellhom jibbenefikaw minn għajnuna legali. Madankollu, jenħtieġ li dawn l-isforzi ma jtawlux bla bżonn il-proċedimenti ta' ritorn skont il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 u jenħtieġ li ma jirriżultax f'parteċipazzjoni obbligatorja tal-vittmi ta' kull forma ta' vjolenza, inkluża l-vjolenza domestika, fil-proċedimenti ta' medjazzjoni.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 28a (ġdida)
(28a)  Biex tiġi offruta alternattiva effettiva għall-proċedimenti tal-qorti fi kwistjonijiet nazzjonali jew internazzjonali tat-tilwimiet fil-familja, huwa essenzjali li l-medjaturi involuti jkun attendew taħriġ speċjalizzat xieraq; It-taħriġ jenħtieġ li jkopri, b'mod partikolari, il-qafas legali tat-tilwim transfruntier fil-familja, il-kompetenza interkulturali u l-għodod għall-ġestjoni ta' sitwazzjonijiet li joħolqu kunflitti, dejjem fid-dawl tal-aħjar interessi tal-minuri. Jenħtieġ li t-taħriġ għall-imħallfin, bħala sors ewlieni potenzjali ta' rinviju għall-medjazzjoni, jindirizza wkoll kif jitħeġġu l-partijiet biex jinvolvu rwieħhom fil-medjazzjoni mill-iktar fis possibbli u kif tiġi inkorporata l-medjazzjoni fil-proċedimenti tal-qorti mingħajr ma jinħoloq dewmien żejjed.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 30
(30)  Meta l-qorti jew l-Istat Membru fejn, jew li fih il-minuri jitneħħew jew jinżammu b'mod inġust jiddeċiedu li jirrifjutaw ir-ritorn tal-minuri skont il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980, fid-deċiżjoni tagħhom dawn għandhom jirreferu b'mod espliċitu għall-artikoli rilevanti tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 li fuqhom ikun ibbażat dan ir-rifjut. Madankollu, deċiżjoni bħal din tista' tiġi sostitwita minn deċiżjoni sussegwenti , mogħtija waqt il-proċedimenti tal-kustodja wara eżami bir-reqqa tal-aħjar interessi tal-minuri, mill-qorti tal-Istat Membru tar-residenza abitwali tal-minuri qabel it-tneħħija jew żamma inġusta. Jekk dik id-deċiżjoni tobbliga r-ritorn tal-minuri, ir-ritorn għandu jiġi magħmul mingħajr l-ebda proċedura speċjali neċessarja għar-rikonoxximent u l-infurzar ta' dik id-deċiżjoni fl-Istat Membru liema jew f'liema l-minuri ġew imneħħija jew miżmuma.
(30)  Meta l-qorti jew l-Istat Membru fejn, jew li fih il-minuri jitneħħew jew jinżammu b'mod inġust jiddeċiedu li jirrifjutaw ir-ritorn tal-minuri skont il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980, fid-deċiżjoni tagħhom jenħtieġ li dawn jirreferu b'mod espliċitu għall-artikoli rilevanti tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 li fuqhom ikun ibbażat dan ir-rifjut u jiddikjaraw il-motivi għal dan. Madankollu, deċiżjoni bħal din tista' tiġi sostitwita minn deċiżjoni sussegwenti, mogħtija waqt il-proċedimenti tal-kustodja wara eżami bir-reqqa tal-aħjar interessi tal-minuri,mill-qorti tal-Istat Membru tar-residenza abitwali tal-minuri qabel it-tneħħija jew żamma inġusta. Jekk dik id-deċiżjoni tobbliga r-ritorn tal-minuri, jenħtieġ li r-ritorn isir mingħajr l-ebda proċedura speċjali neċessarja għar-rikonoxximent u l-infurzar ta' dik id-deċiżjoni fl-Istat Membru liema jew f'liema l-minuri ġew imneħħija jew miżmuma.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 33
(33)  Barra minn hekk, l-għan li l-litigazzjoni transfruntiera rigward il-minuri tieħu inqas żmien u flus jiġġustifika l-abolizzjoni tad-dikjarazzjoni tal-infurzabbiltà qabel l-infurzar fl-Istat Membru tal-infurzar għad-deċiżjonijiet kollha dwar kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri. Filwaqt li r-Regolament (KE) Nru 2201/2003 abolixxa biss dan ir-rekwiżit għad-deċiżjonijiet li jippermettu l-aċċess u ċerti deċiżjonijiet li jordnaw ir-ritorn ta' minuri, dan ir-Regolament issa jipprevedi proċedura unika għall-infurzar transfruntier tad-deċiżjonijiet kollha fi kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri. B'riultat ta' dan, soġġetta għad-dispoizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, deċiżjoni meħuda mill-awtoritajiet ta' Stat Membru għandha titqies daqs li kieku ttieħdet fl-Istat Membru tal-infurzar.
(33)  Barra minn hekk, l-għan li jiġi ffaċilitat il-moviment liberu taċ-ċittadini Ewropej jiġġustifika l-abolizzjoni tad-dikjarazzjoni tal-infurzabbiltà qabel l-infurzar fl-Istat Membru tal-infurzar għad-deċiżjonijiet kollha dwar kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri, li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament. B'mod partikolari, dan se jkollu l-effett li t-tilwim transfruntier li jirrigwarda l-minuri jieħu inqas żmien u flus. Filwaqt li r-Regolament (KE) Nru 2201/2003 abolixxa biss dan ir-rekwiżit għad-deċiżjonijiet li jippermettu l-aċċess u ċerti deċiżjonijiet li jordnaw ir-ritorn ta' minuri, dan ir-Regolament issa jipprevedi proċedura unika għall-infurzar transfruntier tad-deċiżjonijiet kollha fi kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. B'riżultat ta' dan, soġġetta għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li deċiżjoni meħuda mill-awtoritajiet ta' Stat Membru titqies daqs li kieku ttieħdet fl-Istat Membru tal-infurzar.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 37a (ġdida)
(37a)  Jenħtieġ li kwalunkwe rifjut tar-rikonoxximent ta' deċiżjoni skont it-tifsira ta' dan ir-Regolament fuq il-bażi li tali rikonoxximent imur kontra l-politika pubblika tal-Istat Membru jkun konformi mal-Artikolu 21 tal-Karta.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 42
(42)  F'każijiet speċifiċi fi kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-Awtoritajiet Ċentrali għandhom jikkooperaw ma' xulxin biex jipprovdu assistenza lill-awtoritajiet nazzjonali kif ukoll lid-detenturi tar-responsabbiltà tal-ġenituri. Din l-assistenza għandha tinkludi, b'mod partikulari, il-lokazzjoni tal-minuri, direttament jew permezz ta' awtoritajiet kompetenti oħrajn, meta dan ikun meħtieġ biex titwettaq talba skont dan ir-Regolament, u l-għoti ta' informazzjoni relatata mal-minuri għall-finijiet tal-proċedimenti.
(42)  F'każijiet speċifiċi fi kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Awtoritajiet Ċentrali jikkooperaw ma' xulxin biex jipprovdu assistenza lill-awtoritajiet nazzjonali kif ukoll lid-detenturi tar-responsabbiltà tal-ġenituri. Jenħtieġ li din l-assistenza tinkludi, b'mod partikulari, il-lokazzjoni tal-minuri, direttament jew permezz ta' awtoritajiet kompetenti oħrajn, meta dan ikun meħtieġ biex titwettaq talba skont dan ir-Regolament, u l-għoti ta' informazzjoni relatata mal-minuri għall-finijiet tal-proċedimenti. F'każijiet fejn il-ġurisdizzjoni hija fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru li tiegħu l-minuri huwa ċittadin, jenħtieġ li l-Awtoritajiet Ċentrali tal-Istat Membru bil-ġurisdizzjoni jinfurmaw, mingħajr dewmien indebitu, lill-Awtoritajiet Ċentrali tal-Istat Membru li tiegħu l-minuri huwa ċittadin.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 44
(44)  Mingħajr preġudizzju għal ebda rekwiżit skont id-dritt proċedurali nazzjonali tagħha, awtorità rikjedenti għandu jkollha d-diskrezzjoni li tagħżel liberament bejn il-mezzi differenti disponibbli għaliha biex tikseb l-informazzjoni meħtieġa, pereżempju, f'każ ta' qrati billi japplikaw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001, billi jużaw in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, b'mod partikulari l-Awtoritajiet Ċentrali stabbiliti skont dan ir-Regolament, l-imħallfin u l-punti ta' kuntatt tan-Netwerk, jew f'każ ta' awtoritajiet ġudizzjarji u amministrattivi billi jitolbu informazzjoni permezz ta' organizzazzjoni mhux governattiva speċjalizzata f'dan il-qasam.
(44)  Mingħajr preġudizzju għal ebda rekwiżit skont id-dritt proċedurali nazzjonali tagħha, jenħtieġ li awtorità rikjedenti jkollha d-diskrezzjoni li tagħżel liberament bejn il-mezzi differenti disponibbli għaliha biex tikseb l-informazzjoni meħtieġa, pereżempju, f'każ ta' qrati billi japplikaw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001, billi jużaw in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, b'mod partikulari l-Awtoritajiet Ċentrali stabbiliti skont dan ir-Regolament, l-imħallfin u l-punti ta' kuntatt tan-Netwerk, jew f'każ ta' awtoritajiet ġudizzjarji u amministrattivi billi jitolbu informazzjoni permezz ta' organizzazzjoni mhux governattiva speċjalizzata f'dan il-qasam. Jenħtieġ li l-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-komunikazzjoni internazzjonali jinbdew u/jew jiġu ffaċilitati minn netwerk jew imħallfin ta' kollegament speċifiċi għal dan l-għan f'kull Stat Membru. Jenħtieġ li r-rwol tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew ikun differenzjat minn dak tal-Awtoritajiet Ċentrali.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 46
(46)  Awtorità ta' Stat Membru li tikkontempla deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri għandha tkun intitolata li titlob għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni rilevanti għall-protezzjoni tal-minuri mill-awtoritaiet ta' Stat Membru ieħor jekk l-aħjar interessi tal-minuri jkunu jirrikjedu dan. Skont iċ-ċirkustanzi, din tista' tinkludi informazzjoni dwar il-proċedimenti u d-deċiżjonijiet rigward ġenitur jew aħwa tal-minuri, jew dwar il-kapaċità li ġenitur jieħu ħsieb ta' minuri jew ikollu aċċess għall-minuri.
(46)  Jenħtieġ li awtorità ta' Stat Membru li tikkontempla deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri tkun obbligata li titlob għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni rilevanti għall-protezzjoni tal-minuri mill-awtoritaiet ta' Stat Membru ieħor jekk l-aħjar interessi tal-minuri jkunu jirrikjedu dan. Skont iċ-ċirkustanzi, din tista' tinkludi informazzjoni dwar il-proċedimenti u d-deċiżjonijiet rigward ġenitur jew aħwa tal-minuri, jew dwar il-kapaċità li ġenitur jew familja tieħu ħsieb ta' minuri jew ikollha aċċess għall-minuri. Jenħtieġ li n-nazzjonalità, is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali kif ukoll l-isfond kulturali u reliġjuż ta' ġenitur ma jitqiesux bħala element determinanti meta tittieħed deċiżjoni dwar il-kapaċità tiegħu li jieħu ħsieb minuri.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 46a (ġdida)
(46a)  Il-komunikazzjoni bejn l-imħallfin, l-awtoritajiet pubbliċi, l-awtoritajiet ċentrali, il-professjonisti li jassistu lill-ġenituri u bejn il-ġenituri nfushom jenħtieġ li tiġi promossa b'kull mezz, filwaqt li, fost l-oħrajn, jitqies li deċiżjoni li l-minuri jenħtieġ li ma jiġix ritornat tista' tikser id-drittijiet bażiċi tal-minuri daqs deċiżjoni li jiġi ritornat.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 48a (ġdida)
(48a)  Meta l-interessi tal-minuri jkunu jirrikjedu dan, jenħtieġ li l-imħallfin jikkomunikaw direttament mal-awtoritajiet ċentrali jew mal-qrati kompetenti fi Stati Membri oħra.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Premessa 49
(49)  Meta awtorità jew Stat Membru jkunu diġà ħadu deċiżjoni fi kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri jew ikunu qed jikkontemplaw din id-deċiżjoni u l-implimentazzjoni għandha sseħħ fi Stat Membru ieħor, l-awtorità tista' titlob li l-awtoritajiet ta' dak l-Istat Membru l-ieħor jassistu fl-implimentazzjoni tad-deċiżjoni. Dan għandu japplika, pereżempju, għal deċiżjonijiet li jippermettu aċċess sorveljat li għandu jiġi eżerċitat fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru fejn tkun lokalizzata l-awtorità li tordna l-aċċess jew li jinvolvu kwalunkwe miżura ta' akkumpanjament oħra tal-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru fejn għandha tiġi implimentata d-deċiżjoni.
(49)  Meta awtorità jew Stat Membru jkunu diġà ħadu deċiżjoni fi kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri jew ikunu qed jikkontemplaw din id-deċiżjoni u l-implimentazzjoni għandha sseħħ fi Stat Membru ieħor, jenħtieġ li l-awtorità titlob li l-awtoritajiet ta' dak l-Istat Membru l-ieħor jassistu fl-implimentazzjoni tad-deċiżjoni. Jenħtieġ li dan japplika, pereżempju, għal deċiżjonijiet li jippermettu aċċess sorveljat li għandu jiġi eżerċitat fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru fejn tkun lokalizzata l-awtorità li tordna l-aċċess jew li jinvolvu kwalunkwe miżura ta' akkumpanjament oħra tal-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru fejn għandha tiġi implimentata d-deċiżjoni.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Premessa 50
(50)  Meta awtorità ta' Stat Membru tqis it-tqegħid ta' minuri ma' familja tar-rispett jew f'istituzzjoni fi Stat Membru ieħor, għandha sseħħ proċedura ta' konsultazzjoni permezz tal-Awtoritajiet Ċentrali taż-żewġ Stati Membri qabel it-tqegħid. L-awtorità li tqis it-tqegħid għandha tikseb il-kunsens tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih il-minuri għandu jitqiegħed qabel ma tordna t-tqegħid. Billi ħafna d-drabi t-qegħid ikun miżura urġenti meħtieġa biex minuri jitneħħa minn sitwazzjoni li tpoġġi l-aħjar interessi tiegħu f'riskju, iż-żmien huwa element essenzjali għal dawn id-deċiżjonijiet. Sabiex titħaffef il-proċedura tal-konsultazzjoni, dan ir-Regolament għalhekk jistabbilixxi b'mod eżawrjenti r-rekwiżiti għat-talba u skadenza għat-tweġiba mill-Istat Membru fejn għandu jitqiegħed il-minuri. Madankollu, il-kundizzjonijiet biex jingħata jew jiġi rifjutat il-kunsens ikomplu jitmexxew mid-dritt nazzjonali tal-Istat Membru rikjest.
(50)  Meta awtorità ta' Stat Membru tqis it-tqegħid ta' minuri ma' membri tal-familja, ma' familja tar-rispett jew f'istituzzjoni fi Stat Membru ieħor, jenħtieġ li sseħħ proċedura ta' konsultazzjoni permezz tal-Awtoritajiet Ċentrali taż-żewġ Stati Membri qabel it-tqegħid. L-awtorità li tqis it-tqegħid jenħtieġ li tikseb il-kunsens tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih il-minuri għandu jitqiegħed qabel ma tordna t-tqegħid. Billi ħafna d-drabi t-qegħid ikun miżura urġenti meħtieġa biex minuri jitneħħa minn sitwazzjoni li tpoġġi l-aħjar interessi tiegħu f'riskju, iż-żmien huwa element essenzjali għal dawn id-deċiżjonijiet. Sabiex titħaffef il-proċedura tal-konsultazzjoni, dan ir-Regolament għalhekk jistabbilixxi b'mod eżawrjenti r-rekwiżiti għat-talba u skadenza għat-tweġiba mill-Istat Membru fejn għandu jitqiegħed il-minuri. Madankollu, il-kundizzjonijiet biex jingħata jew jiġi rifjutat il-kunsens ikomplu jitmexxew mid-dritt nazzjonali tal-Istat Membru rikjest.
Emenda 27
Proposta għal regolament
Premessa 51
(51)  Kwalunkwe tqegħid fit-tul ta' minuri barra minn pajjiżhom għandu jkun f'konformità mal-Artikolu 24(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE (id-dritt li jinżamm kunttat personali mal-ġenituri) u mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal, notevolment l-Artikoli 8, 9 u 20. B'mod partikulari, meta jitqiesu s-soluzzjonijiet, għandha tingħata l-importanza dovuta lix-xewqa ta' kontinwità fit-trobbija tal-minuri u lill-kuntest etniku, reliġjuż, kulturali u lingwistiku tal-minuri.
(51)  Jenħtieġ li l-awtoritajiet tal-istat li jqisu t-tqegħid ta' minuri jaġixxu f'konformità mal-Artikolu 24(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE (id-dritt li jinżamm kunttat personali mal-ġenituri) u mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal, notevolment l-Artikoli 8, 9 u 20. B'mod partikulari, meta jitqiesu s-soluzzjonijiet, jenħtieġ li tingħata l-importanza dovuta lill-possibbiltà li aħwa jitqiegħdu fl-istess familja ospitanti jew fl-istess istituzzjoni u lix-xewqa ta' kontinwità fit-trobbija tal-minuri u lill-kuntest etniku, reliġjuż, kulturali u lingwistiku tal-minuri. F'każ, b'mod partikolari, ta' tqegħid fit-tul ta' minuri barra minn pajjiżu, jenħtieġ li l-awtoritajiet rilevanti dejjem iqisu l-possibbiltà ta' tqegħid tal-minuri ma' qraba li jgħixu f'pajjiż ieħor, jekk il-minuri jkun stabbilixxa relazzjoni ma' dawk il-membri tal-familja u wara li tkun saret valutazzjoni individwali tal-aħjar interessi tal-minuri. Tali tqegħid fit-tul jenħtieġ li jkun soġġett għal reviżjoni perjodika fir-rigward tal-ħtiġijiet u l-aħjar interessi tal-minuri.
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Dan ir-Regolament japplika, tkun xi tkun in-natura tal- awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva , fi kwistjonijiet ċivili dwar:
1.  Dan ir-Regolament japplika, tkun xi tkun in-natura tal-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva jew awtorità oħra bil-ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, fi kwistjonijiet ċivili dwar:
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba)  sekwestru internazzjonali ta' minuri;
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt d
(d)  it-tqegħid tal-minuri ma' familja tar-rispett jew f'kustodja istituzzjonali;
(d)  it-tqegħid tal-minuri ma' membri tal-familja, familja tar-rispett jew f'kustodja istituzzjonali sikura barra mill-pajjiż;
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1
1.  “awtorità” tfisser kull awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva fl-Istati Membri bil-ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet li jaqgħu taħt u li huma inklużi fil-kompetenza ta' dan ir-Regolament ;
1.  "awtorità" tfisser kull awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva jew kwalunkwe awtorità oħra fl-Istati Membri bil-ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament;
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3
3.  “Stat Membru” tfisser l-Istati Membri kollha bl-eċċezzjoni tad-Danimarka;
3.  "Stat Membru" tfisser l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea bl-eċċezzjoni tad-Danimarka;
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4
4.  “deċiżjoni” tfisser digriet, ordni jew sentenza ta' awtorità ta' Stat Membru rigward divorzju, separazzjoni legali, annullament taż-żwieġ jew responsabbiltà tal-ġenituri, ;
4.  "deċiżjoni" tfisser digriet, ordni, sentenza ta' awtorità ta' Stat Membru, jew strument awtentiku infurzabbli fi Stat Membru jew ftehim bejn il-partijiet li huwa infurzabbli fl-Istat Membru fejn ġie konkluż rigward divorzju, separazzjoni legali, annullament taż-żwieġ jew responsabbiltà tal-ġenituri;
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 12 – parti introduttorja
12.  “tneħħija jew żamma inġusta” tfisser it-tneħħija jew iż-żamma tal-minuri fejn:
12.  "sekwestru internazzjonali ta' minuri" tfisser it-tneħħija jew iż-żamma tal-minuri fejn:
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1
1.  L-awtoritajiet ta' Stat Membru għandu jkollhom il-ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri dwar minuri li huma abitwalment residenti f'dak l-Istat Membru. Meta minuri jiċċaqalqu legalment minn Stat Membru għal ieħor u jiksbu residenza abitwali ġdida hemmhekk, l-awtoritajiet tal-Istat Membru tar-residenza abitwali ġdida għandu jkollhom ġurisdizzjoni.
1.  L-awtoritajiet ta' Stat Membru għandu jkollhom il-ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri dwar minuri li huma abitwalment residenti f'dak l-Istat Membru. Meta minuri jiċċaqalqu legalment minn Stat Membru għal ieħor u jiksbu residenza abitwali ġdida hemmhekk, l-awtoritajiet tal-Istat Membru tar-residenza abitwali ġdida għandu jkollhom ġurisdizzjoni, sakemm li l-partijiet ma jaqblux qabel iċ-ċaqliq li l-ġurisdizzjoni għandha tibqa' kompetenza tal-awtoritajiet tal-Istat Membru li fih il-minuri kellu r-residenza abitwali sa dak iż-żmien.
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  F'każ ta' proċedimenti pendenti relatati mad-dritt ta' kustodja u d-dritt ta' aċċess, l-awtorità tal-Istat Membru ta' oriġini għandha tibqa' żżomm il-ġurisdizzjoni sat-tmiem tal-proċedimenti, sakemm il-partijiet ma jaqblux li jtemmu l-proċedimenti.
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2
2.  Il-Paragrafu 1 ma japplikax jekk id-detentur tad-drittijiet ta' aċċess imsemmija fil-paragrafu 1 aċċetta l-ġurisdizzjoni tal-awtoritajiet tal-Istat Membru tar-residenza abitwali ġdida tal-minuri billi jipparteċipa fi proċedimenti quddiem dawk l-awtoritajiet mingħajr ma jikkontesta l-ġurisdizzjoni tagħhom.
2.  Il-Paragrafu 1 ma għandux japplika jekk id-detentur tad-dritt ta' aċċess imsemmi fil-paragrafu 1, wara li ġie infurmat mill-awtoritajiet tar-residenza abitwali tiegħu dwar l-implikazzjonijiet legali, aċċetta l-ġurisdizzjoni tal-awtoritajiet tal-Istat Membru tar-residenza abitwali ġdida tal-minuri billi jipparteċipa, minkejja din l-informazzjoni, fi proċedimenti quddiem dawk l-awtoritajiet mingħajr ma jikkontesta l-ġurisdizzjoni tagħhom.
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt b – punt i
(i)  fi żmien sena wara li d-detentur tad-drittijiet ta' kustodja jkun kellu jew kellu jkollu informazzjoni dwar fejn kienu l-minuri, ma tkun saret l-ebda talba għar-ritorn ppreżentata quddiem l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru fejn il-minuri jkunu ġew imneħħija jew miżmuma;
(i)  fi żmien sena wara li d-detentur tad-drittijiet ta' kustodja jkun kellu jew kellu jkollu informazzjoni dwar fejn jinsab il-minuri, u dan minkejja l-fatt li hu ġie informat mill-awtoritajiet legali bir-rekwiżit legali li jressaq talba għar-ritorn, l-ebda talba bħal din ma tressqet quddiem l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru fejn il-minuri jkun tneħħa jew miżmum;
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 5 – subparagrafu 1a (ġdid)
L-imħallfin magħżula għandhom ikunu l-imħallfin tal-familja li jeżerċitaw il-professjoni u li kisbu esperjenza f'dan ir-rigward, b'mod partikolari b’esperjenza fi kwistjonijiet li jkollhom dimensjoni ġurisdizzjonali transkonfinali.
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
F'każijiet urġenti, l-awtoritajiet ta' Stat Membru fejn il-minuri jew il-proprjetà li jippossedu l-minuri hija preżenti għandu jkollhom il-ġurisdizzjoni li jieħdu miżuri provviżorji, inklużi dawk protettivi fir-rigward tal-minuri jew tal-proprjetà
F'każijiet urġenti, l-awtoritajiet ta' Stat Membru fejn il-minuri jew il-proprjetà li jippossedu l-minuri hija preżenti għandu jkollhom il-ġurisdizzjoni li jieħdu miżuri provviżorji, inklużi dawk protettivi fir-rigward tal-minuri jew tal-proprjetà. Tali miżuri ma għandhomx idewmu bla bżonn il-proċedimenti u d-deċiżjonijiet finali dwar il-kustodja u d-drittijiet ta' aċċess.
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Sa fejn il-protezzjoni tal-aħjar interessi tal-minuri tkun tirrikjedi, l-awtorità li tkun ħadet il-miżuri protettivi għandha tinforma lill-awtorità tal-Istat Membru li jkollu l-ġurisdizzjoni skont dan ir-Regolament dwar il-mertu tal-każ, direttament jew permezz tal-Awtorità Ċentrali maħtura skont l-Artikolu 60.
Sa fejn il-protezzjoni tal-aħjar interessi tal-minuri tkun tirrikjedi, l-awtorità li tkun ħadet il-miżuri protettivi għandha tinforma lill-awtorità tal-Istat Membru li jkollu l-ġurisdizzjoni skont dan ir-Regolament dwar il-mertu tal-każ, direttament jew permezz tal-Awtorità Ċentrali maħtura skont l-Artikolu 60. Din l-awtorità għandha tiżgura li l-ġenituri involuti fil-proċedimenti jkunu ttrattati b'mod ugwali, u għandha tiżgura li jkunu kompletament infurmati dwar il-miżuri rilevanti mingħajr dewmien u b'lingwa li jifhmu sew.
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2
2.  Il-miżuri meħuda skont il-paragrafu 1 ma jibqgħux japplikaw hekk kif l-awtorità tal-Istat Membru li għandha l-ġurisdizzjoni taħt dan ir-Regolament skont il-mertu tal-każ tkun ħadet il-miżuri li dehrilha xierqa.
2.  Il-miżuri meħuda skont il-paragrafu 1 ma għandhom jieqfu japplikaw hekk kif l-awtorità tal-Istat Membru li għandha l-ġurisdizzjoni taħt dan ir-Regolament fuq il-mertu tal-każ tkun ħadet il-miżuri li dehrilha xierqa u mill-mument li din tinnotifika dawk il-miżuri lill-awtorità tal-Istat Membru li fih ittieħdu l-miżuri proviżorji.
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 2a (ġdid)
2 a.  Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, fuq talba ta' awtorità li quddiemha titressaq it-tilwima, kwalunkwe awtorità oħra adita għandha mingħajr dewmien tinforma lill-awtorità li għamlet it-talba bid-data meta ġiet adita skont l-Artikolu 15.
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 20
Artikolu 20
Artikolu 20
Dritt tal-minuri li jesprimu l-ideat tagħhom
Dritt tal-minuri li jesprimu l-ideat tagħhom
Meta jeżerċitaw il-ġurisdizzjoni tagħhom skont it-Taqsima 2 ta' dan il-Kapitolu, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-minuri li jkunu kapaċi jifformulaw l-ideat tagħhom jingħataw l-opportunità ġenwina u effettiva li jesprimu dawk l-ideat liberament waqt il-proċedimenti.
Meta jeżerċitaw il-ġurisdizzjoni tagħhom skont it-Taqsima 2 ta' dan il-Kapitolu, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-minuri li jkunu kapaċi jifformulaw l-ideat tagħhom jingħataw l-opportunità ġenwina u effettiva li jesprimu dawk l-ideat liberament waqt il-proċedimenti, skont il-liġi proċedurali nazzjonali rilevanti, l-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal u -r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-parteċipazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ taħt l-età ta' 181a. L-awtoritajiet għandhom jiddokumentaw il-kunsiderazzjonijiet tagħhom f'dan ir-rigward fid-deċiżjoni.
Is-smigħ ta' minuri li jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jesprimu l-ideat tagħhom għandu jsir minn imħallef jew minn espert imħarreġ apposta skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali, mingħajr l-ebda pressjoni, b’mod partikolari l-pressjoni tal-ġenituri, taħt kundizzjonijiet addattati għat-tfal xierqa għall-età tagħhom f’termini ta’ lingwa u kontenut u għandu jipprovdi l-garanziji kollha li jippermettu l-protezzjoni tal-integrità emozzjonali u l-aħjar interessi tal-minuri.
Is-smigħ tal-minuri ma għandux isir fil-preżenza tal-partijiet fil-proċedimenti jew ir-rappreżentanti legali tagħhom, iżda għandu jiġu rreġistrat u miżjud mad-dokumentazzjoni b'tali mod li l-partijiet u r-rappreżentanti legali tagħhom ikollhom l-opportunità li jaraw ir-reġistrazzjoni tas-smigħ.
L-awtorità għandha tqis kif xieraq l-ideat tal-minuri f'konformità mal-età u l-maturità tagħhom u tirreġistra l-kunsiderazzjonijiet tagħhom fid-deċiżjoni.
L-awtorità għandha tqis kif xieraq l-ideat tal-minuri f'konformità mal-età u l-maturità tagħhom, filwaqt li tqis l-aħjar interessi tal-minuri, u tirreġistra l-kunsiderazzjonijiet tagħhom fid-deċiżjoni.
_______________
1a CM/Rec(2012)2 tat-28 ta' Marzu 2012.
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 2
2.  Kmieni kemm jista' jkun fil-proċedimenti, il-qorti għandha teżamina jekk il-partijiet humiex lesti li jinvolvu ruħhom f'medjazzjoni biex, fl-aħjar interessi tal-minuri, jaslu għal soluzzjoni miftehma, diment li dan ma jtawwalx il-proċedimenti bla bżonn.
2.  Kmieni kemm jista' jkun fil-proċedimenti, il-qorti għandha teżamina jekk il-partijiet humiex lesti li jinvolvu ruħhom f'medjazzjoni biex, fl-aħjar interessi tal-minuri, jaslu għal soluzzjoni miftehma, diment li dan ma jtawwalx il-proċedimenti bla bżonn. F'dan il-każ, il-qorti għandha titlob lill-partijiet biex jagħmlu użu minn medjazzjoni.
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 3
3.  Il-qorti tista' tiddikjara d-deċiżjoni li tordna r-ritorn tal-minuri infurzabbli b'mod provviżorju minkejja kull appell, anke jekk id-dritt nazzjonali ma jipprevedix din l-infurzabbiltà provviżorja.
3.  Il-qorti tista' tiddikjara d-deċiżjoni li tordna r-ritorn tal-minuri infurzabbli b'mod provviżorju minkejja kull appell, anke jekk id-dritt nazzjonali ma jipprevedix din l-infurzabbiltà provviżorja, filwaqt li tqis l-aħjar interessi tal-minuri.
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 5a (ġdid)
5a.   Meta awtorità ġudizzjarja tkun ordnat ir-ritorn tal-minuri, din għandha tinnotifika lill-awtorità ċentrali tal-Istat Membru tar-residenza abitwali tal-minuri qabel it-tneħħija inġusta ta' tali deċiżjoni u d-data li fiha din tidħol fis-seħħ.
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 32 – paragrafu 4
4.  Meta d-deċiżjoni ma tkunx infurzata fi żmien sitt ġimgħat minn meta l-proċedimenti tal-infurzar ikunu nbdew, il-qorti tal-Istat Membru tal-infurzar għandha tinforma lill-Awtorità Ċentrali rikjedenti fl-Istat Membru ta' oriġini, jew lir-rikorrent, jekk il-proċedimenti kinux ġew istitwiti mingħajr l-assistenza tal-Awtorità Ċentrali, dwar dan il-fatt u r-raġunijiet.
4.  Meta d-deċiżjoni ma tkunx infurzata fi żmien sitt ġimgħat minn meta l-proċedimenti tal-infurzar ikunu nbdew, il-qorti tal-Istat Membru tal-infurzar għandha tinforma kif xieraq lill-Awtorità Ċentrali rikjedenti fl-Istat Membru ta' oriġini, jew lir-rikorrent, jekk il-proċedimenti kienu ġew istitwiti mingħajr l-assistenza tal-Awtorità Ċentrali, dwar dan il-fatt u r-raġunijiet u għandha tipprovdi l-ħin stmat tal-infurzar.
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 37 – paragrafu 1 – punt a
(a)  jekk jidher ċar li l-imsemmi rikonoxximent huwa kuntrarju għall-politika pubblika tal-Istat Membru fejn ir-rikonoxximent qiegħed jiġi mitlub; or
(a)  jekk jidher ċar li l-imsemmi rikonoxximent huwa kuntrarju għall-politika pubblika tal-Istat Membru fejn ir-rikonoxximent qiegħed jiġi mitlub, għalkemm dan ir-rifjut jista' ma jwassalx għal xi forma ta' diskriminazzjoni projbita bl-Artikolu 21 tal-Karta; or
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 38 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Rigward l-applikazzjoni ta' kwalunkwe parti interessata, ir-rikonoxximent ta' deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri għandu jiġi rifjutat :
1.  Rigward l-applikazzjoni ta' kwalunkwe parti interessata, deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri ma għandhiex tkun rikonoxxuta:
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt b
(b)  meta tkun ġiet mogħtija b'kontumaċja jekk il-kontumaċi ma jkunx ġie notifikat bid-dokument li istitwixxa l-proċedimenti jew b'xi dokument ekwivalenti fi żmien suffiċjenti u b'mod li jkun ħalla dik il-persuna tirranġa għad-difiża tagħha ħlief jekk jiġi ddeterminat li dik il-persuna tkun aċċettat id-deċiżjoni b'mod inekwivokabbli; or
(b)  meta d-deċiżjoni tkun ġiet mogħtija b'kontumaċja jekk il-kontumaċi ma jkunx ġie notifikat bid-dokument li istitwixxa l-proċedimenti jew b'xi dokument ekwivalenti fi żmien suffiċjenti u b'mod li jkun ħalla dik il-persuna tirranġa għad-difiża tagħha ħlief jekk jiġi ddeterminat li dik il-persuna tkun aċċettat id-deċiżjoni b'mod inekwivokabbli; or
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 58 – paragrafu 1
Ir-rikorrent li fl-Istat Membru tal-oriġini, kien ibbenefika minn għajnuna legali kompluta jew parzjali jew minn eżenzjoni mill-kostijiet u mill-ispejjeż għandu jkun intitulat, fil-proċedimenti stabbiliti fl-Artikolu 27(3) , u fl-Artikoli 32, 39 u 42 biex jibbenefika mill-għajnuna legali li tkun l-aktar favorevoli jew mill-eżenzjoni l-aktar estensiva mill-kostijiet u mill-ispejjeż stabbiliti mil-liġi tal-Istat Membru tal-infurzar.
Ir-rikorrent li fl-Istat Membru tal-oriġini, kien ibbenefika minn għajnuna legali kompluta jew parzjali, minn għajnuna finanzjarja għall-użu ta' medjazzjoni jew minn eżenzjoni mill-kostijiet u mill-ispejjeż għandu jkun intitolat, fil-proċedimenti stabbiliti fl-Artikolu 27(3) u fl-Artikoli 32, 39 u 42 biex jibbenefika mill-għajnuna legali li tkun l-aktar favorevoli jew mill-eżenzjoni l-aktar estensiva mill-kostijiet u mill-ispejjeż stabbiliti mil-liġi tal-Istat Membru tal-infurzar.
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 63 – paragrafu 1 – punt a
(a)  jipprovdu, fuq talba mill-Awtorità Ċentral ta' Stat Membru ieħor, assistenza biex jinstab fejn qiegħed minuri meta jkun jidher li l-minuri jista' jkun preżenti fit-territorju tal-Istat Membru rikjest u d-determinazzjoni ta' fejn qiegħed il-minuri tkun meħtieġa biex issir talba skont dan ir-Regolament;
(a)  jipprovdu, fuq talba mill-Awtorità Ċentral ta' Stat Membru ieħor, assistenza biex jinstab fejn qiegħed minuri meta jkun jidher li l-minuri jista' jkun preżenti fit-territorju tal-Istat Membru rikjest u d-determinazzjoni ta' fejn qiegħed il-minuri tkun meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament;
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 63 – paragrafu 1 – punt d
(d)  jiffaċilitaw il-komunikazzjonijiet bejn l-awtoritajiet , u partikolarment għall-applikazzjoni tal-Artikolu 14, l-Artikolu 25(1)(a), l-Artikolu 26(2) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 26(4);
(d)  jiffaċilitaw il-komunikazzjonijiet bejn l-awtoritajiet tal-qrati, u partikolarment għall-applikazzjoni tal-Artikolu 14, 19, l-Artikolu 25(1)(a), l-Artikolu 26(2) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 26(4);
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 63 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)
(ea)   jinfurmaw lid-detenturi tar-responsabbiltà tal-ġenituri dwar l-għajnuna u l-assistenza legali, pereżempju assistenza provduta minn avukati bilingwi speċjalizzati, sabiex jiġi evitat li d-detenturi tar-responsabbiltà tal-ġenituri jagħtu l-kunsens tagħhom mingħajr ma jkunu fehmu l-portata ta' dak il-kunsens.
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 63 – paragrafu 1 – punt g
(g)  Jiżguraw li meta jniedu jew jiffaċilitaw l-istituzzjoni tal-proċedimenti tal-qorti għar-ritorn tal-minuri skont il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980, ir-reġistru mħejji fid-dawl ta' dawn il-proċedimenti, ħlief meta jkun hemm ċirkustanzi eċċezzjonali li jagħmlu dan impossibbli, ikun komplut fi żmien sitt ġimgħat.
(g)  jiżguraw li meta jniedu jew jiffaċilitaw l-istituzzjoni tal-proċedimenti tal-qorti għar-ritorn tal-minuri skont il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980, ir-reġistru mħejji fid-dawl ta' dawn il-proċedimenti, ħlief meta jkun hemm ċirkustanzi eċċezzjonali li jagħmlu dan impossibbli, ikun komplut u ppreżentat quddiem il-qorti jew awtorità kompetenti oħra fi żmien sitt ġimgħat.
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 64 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Fuq talba b'raġunijiet li jsostnuha mill-Awtorità Ċentrali jew awtorità ta' Stat Membru li l-minuri jkollu rabta sostanzjali magħha, l-Awtorità Ċentrali tal-Istat Membru fejn il-minuri jkun resident abitwali u preżenti tista', direttament jew permezz ta' awtoritajiet jew korpi oħrajn:
1.  Fuq talba b'raġunijiet li jsostnuha mill-Awtorità Ċentrali jew awtorità ta' Stat Membru li l-minuri jkollu rabta sostanzjali magħha, l-Awtorità Ċentrali tal-Istat Membru fejn il-minuri jkun resident abitwali u preżenti għandha, direttament jew permezz ta' awtoritajiet jew korpi oħrajn:
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 64 – paragrafu 2
2.  Meta tiġi kkontemplata deċiżjoni fi kwistjonijiet tar-responsabbiltà tal-ġenituri, awtorità ta' Stat Membru, jekk is-sitwazzjoni tal-minuri tkun teħtieġ dan, tista' titlob lil kwalunkwe awtorità ta' Stat Membru ieħor li jkollha informazzjoni rilevanti għall-protezzjoni tal-minuri biex tikkomunika dik l-informazzjoni.
2.  Meta tiġi kkontemplata deċiżjoni fi kwistjonijiet tar-responsabbiltà tal-ġenituri, awtorità ta' Stat Membru, jekk is-sitwazzjoni tal-minuri tkun teħtieġ dan, għandha titlob lil kwalunkwe awtorità ta' Stat Membru ieħor li jkollha informazzjoni rilevanti għall-protezzjoni tal-minuri biex tikkomunika dik l-informazzjoni.
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 64 – paragrafu 2a (ġdid)
2а.  Waqt l-eżami ta' kwistjonijiet relatati mar-responsabbiltà tal-ġenituri, l-Awtorità Ċentrali tal-Istat Membru fejn il-minuri jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom għandha tinforma, mingħajr dewmien indebitu, lill-awtorità ċentrali tal-Istat Membru li l-minuri jew ġenitur tagħhom ikun ċittadini tiegħu bl-eżistenza tal-proċedimenti pendenti.
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 64 – paragrafu 3
3.  Awtorità ta' Stat Membru tista' titlob lill-awtoritajiet ta' Stat Membru biex jassistu fl-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet fi kwistjonijiet tar-responsabbiltà tal-ġenituri meħuda skont dan ir-Regolament, speċjalment għal-iżgurar tal-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet ta' aċċess kif ukoll tad-dritt li jinżamm kuntatt dirett fuq bażi regolari.
3.  Awtorità ta' Stat Membru għandha titlob lill-awtoritajiet ta' Stat Membru biex jassistu fl-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet fi kwistjonijiet tar-responsabbiltà tal-ġenituri meħuda skont dan ir-Regolament, speċjalment għal-iżgurar tal-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet ta' aċċess kif ukoll tad-dritt li jinżamm kuntatt dirett fuq bażi regolari.
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 64 – paragrafu 5
5.  L-awtoritajiet ta' Stat Membru fejn il-minuri ma jkunux residenti abitwali għandhom, fuq talba minn persuna li tirrisjedi f'dak l-Istat Membru li tkun qed tfittex li tikseb jew li żżomm l-aċċess għall-minuri, jew fuq talba minn Awtorità Ċentrali ta' Stat Membru, jiġbru l-informazzjoni jew l-evidenza, u jistgħu jagħmlu sejba skont l-idoneità ta' dik il-persuna biex teżerċita l-aċċess u skont il-kundizzjonijiet li bihom għandu jiġi eżerċitat dak l-aċċess.
5.  L-awtoritajiet ta' Stat Membru fejn il-minuri ma jkunux residenti abitwali għandhom, fuq talba ta' ġenitur jew membru tal-familja residenti f'dak l-Istat Membru u li qed jipprovaw jiksbu jew iżżommu l-aċċess għall-minuri, jew fuq talba minn Awtorità Ċentrali ta' Stat Membru ieħor, jiġbru l-informazzjoni jew l-evidenza, u jistgħu jiddeċiedu fuq l-idoneità ta' dawk il-persuni biex jeżerċitaw l-aċċess u fuq il-kundizzjonijiet ta' tali eżerċizzju.
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 64 – paragrafu 5a (ġdid)
5a.  Awtorità ta' Stat Membru tista' titlob lill-Awtorità Ċentrali ta' Stat Membru ieħor tipprovdi informazzjoni dwar il-liġi nazzjonali ta' dak l-Istat Membru fir-rigward ta' kwistjonijiet li ma jaqgħux fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u li huma rilevanti għall-eżaminazzjoni ta' każ skont dan ir-Regolament. L-awtorità tal-Istat Membru rikjest għandha tirrispondi fl-iqsar żmien possibbli.
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 65 – paragrafu 1
1.  Meta awtorità li għandha l-ġurisdizzjoni skont dan ir-Regolament tikkontempla t-tqegħid tal-minuri f'istitut jew ma' familja tar-rispett fi Stat Membru ieħor, l-ewwel għandha tikseb il-kunsens tal-awtorità kompetenti f'dak l-Istat Membru l-ieħor. Għal dan il-għan, permezz tal-Awtorità Ċentrali tal-Istat Membru proprju tagħha, hija għandha twassal talba għal kunsens lill-Awtorità Ċentrali tal-Istat Membru fejn għandu jitqiegħed il-minuri li tinkludi rapport dwar il-minuri flimkien ma' raġunijiet għat-tqegħid propost jew għall-għoti ta' kura.
1.  Meta awtorità li għandha l-ġurisdizzjoni skont dan ir-Regolament tikkontempla t-tqegħid tal-minuri ma' membri tal-familja, f'familji tar-rispett jew f'kura istituzzjonali sikura fi Stat Membru ieħor, l-ewwel għandha tikseb il-kunsens tal-awtorità kompetenti f'dak l-Istat Membru l-ieħor. Għal dan il-għan, permezz tal-Awtorità Ċentrali tal-Istat Membru proprju tagħha, hija għandha twassal talba għal kunsens lill-Awtorità Ċentrali tal-Istat Membru fejn għandu jitqiegħed il-minuri li tinkludi rapport dwar il-minuri flimkien ma' raġunijiet għat-tqegħid propost jew għall-għoti ta' kura. L-Istati Membri għandhom jiżguraw lill-ġenituri u lill-qraba tal-minuri d-dritt għall-kuntatt regolari mill-qrib, irrispettivament mill-post ta' residenza tagħhom, ħlief fil-każijiet fejn dan ikun ta' periklu għall-benesseri tal-minuri.
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 65 – paragrafu 4 – subparagrafu 1a (ġdid)
Jekk l-awtorità kompetenti beħsiebha tibgħat assistenti soċjali fi Stat Membru ieħor sabiex jiġu ddeterminati jekk it-tqegħid hemmhekk humiex kompatibbli mal-benesseri tal-minuri, din għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat kif xieraq.
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 66 – paragrafu 4
4.  Kull Awtorità Ċentrali għandha ġġarrab l-ispejjeż tagħha.
4.  Ħlief fejn ġie miftiehem mod ieħor bejn l-Istat Membru li jagħmel it-talba u l-Istat Membru li ssirlu t-talba, kull Awtorità Ċentrali għandha ġġarrab l-ispejjeż tagħha.
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 79 – paragrafu 1
Sa [10 snin wara d-data tal-applikazzjoni] il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-evalwazzjoni ex post ta' dan ir-Regolament bl-appoġġ tal-informazzjoni fornita mill-Istati Membri. Ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat jekk hemm bżonn bi proposta leġiżlattiva.
Sa [ħames snin wara d-data tal-applikazzjoni] il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-evalwazzjoni ex post ta' dan ir-Regolament sostnuta bl-informazzjoni fornita mill-Istati Membri. Ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat jekk hemm bżonn bi proposta leġiżlattiva.
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 79 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)
(aa)  L-għadd tal-każijiet u d-deċiżjonijiet fil-proċedimenti tal-medjazzjoni li jikkonċernaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri;

(1) ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


L-implimentazzjoni tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ fl-Istati Membri
PDF 515kWORD 68k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Jannar 2018 dwar l-implimentazzjoni tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ fl-Istati Membri (2017/2039(INI))
P8_TA(2018)0018A8-0406/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1081/2006(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2015/779 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 li jemenda r-Regolament (UE) 1304/2013, fir-rigward ta' ammont ta' prefinanzjament inizjali addizzjonali mħallas għal programmi operazzjonali appoġġati mill-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ(2),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' April 2013 dwar it-twaqqif ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ(3),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' Ottubru 2016 bit-titolu "Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ: tliet snin wara" (COM(2016)0646),

–  wara li kkunsidra r-Rapporti Speċjali Nru 3/2015 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) ta' Marzu 2015 bit-titolu "Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ tal-UE: ittieħdu l-ewwel passi iżda hemm riskji fil-ġejjieni għall-implimentazzjoni",

–  wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 5/2017 tal-QEA ta' Marzu 2017 bit-titolu: "Il-qgħad fost iż-żgħażagħ – il-politiki tal-UE għamlu differenza? Valutazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ",

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar il-kontroll tal-infiq u monitoraġġ tal-kosteffikaċja tal-iskemi ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ tal-UE(4),

–  wara li kkunsidra l-analiżi fil-fond tat-3 ta' Frar 2016 bit-titolu "Assessment of Youth Employment Initiative" (Valutazzjoni tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ) tad-Dipartiment Tematiku għall-Affarijiet Baġitarji tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-10 ta' Ġunju 2016 għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' Garanzija tal-Ħiliet (COM(2016)0382),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Mejju 2012 dwar l-Inizjattiva Opportunitajiet għaż-Żgħażagħ(5),

–   wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2014 dwar Qafas ta' Kwalità għat-Traineeships,

–  wara li kkunsidra l-Karta Soċjali Ewropea, il-Protokoll Addizzjonali tagħha u l-verżjoni riveduta tagħha, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1999,

–  wara li kkunsidra l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) għall-2030, b'mod partikolari l-SDG 8 għall-"promozzjoni ta' tkabbir ekonomiku sostenut, inklussiv u sostenibbli, impjiegi sħaħ u produttivi u xogħol deċenti għal kulħadd" li ġew adottati min-NU fl-2015 u li japplikaw għad-dinja kollha, inkluża l-UE,

–  wara li kkunsidra rapport ta' Jean-Claude Juncker f'kooperazzjoni mill-qrib ma' Donald Tusk, Jeroen Dijsselbloem, Mario Draghi u Martin Schulz tat-22 ta' Ġunju 2015 bit-titolu "Nikkompletaw l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa ("ir-Rapport tal-Ħames Presidenti"), id-dokumenti ta' riflessjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' April 2017 dwar id-dimensjoni soċjali tal-Ewropa u tal-31 ta' Mejju 2017 dwar l-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, u l-White Paper tal-Kummissjoni tal-1 ta' Marzu 2017 dwar il-futur tal-Ewropa,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' April 2017 li tistabbilixxi Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (COM(2017)0250) u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/761 tas-26 ta' April 2017 dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali(6),

–  wara li kkunsidra l-ħidma u r-riċerka tal-Eurofound, is-Cedefop, l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD), il-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions (KETU) u l-Istitut Ewropew tat-Trejdjunjins (ETUI), il-Konfederazzjoni tan-Negozji Ewropej (BusinessEurope), Assoċjazzjoni Ewropea tal-Artiġjanat u tal-Intrapriżi Żgħar u Medji (UEAPME), iċ-Ċentru Ewropew għal Min Iħaddem u għall-Intrapriżi li jipprovdu Servizzi Pubbliċi (CEEP), il-Eurocities u l-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ,

–  wara li kkunsidra d-Diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tal-President Juncker tat-13 ta' Settembru 2017, il-Pjan Direzzjonali għal Unjoni Aktar Magħquda, Aktar Qawwija u Aktar Demokratika (Abbozz tal-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni sal-aħħar tal-2018) u l-ittra ta' intenzjoni tal-Kummissjoni lill-President Antonio Tajani u lill-Prim Ministru Estonjan Jüri Ratas, tat-13 ta' Settembru 2017,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0406/2017),

A.  billi l-kriżi finanzjarja u ekonomika kienet l-kawża għaż-żieda fir-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ minn 15 % fl-2008 sakemm laħqet il-quċċata tagħha ta' 24 % fil-bidu tal-2013, u billi din ir-rata medja taħbi d-diverġenzi enormi fost l-Istati Membri u r-reġjuni; billi r-rati tal-qgħad fost iż-żgħażagħ fl-2013 baqgħu qrib l-10 % fil-Ġermanja, l-Awstrija u n-Netherlands, filwaqt li laħqu l-quċċata tagħhom qrib il-40 %, jew sew aktar minn hekk fl-Italja, Spanja, il-Kroazja u l-Greċja;

B.  billi l-miżuri biex jitnaqqas l-infiq pubbliku ħallew impatt negattiv dirett, b'mod partikolari fuq iż-żgħażagħ minħabba tnaqqis fl-edukazzjoni, fit-taħriġ, fil-ħolqien tal-impjiegi u fis-servizzi ta' appoġġ;

C.  billi l-politiki li qed jaffettwaw liż-żgħażagħ ġew żviluppati mingħajr l-involviment taż-żgħażagħ ikkonċernati u tar-rappreżentanti tagħhom;

D.  billi hemm ir-riskju li perjodi twal ta' qgħad fost iż-żgħażagħ iwasslu għall-marġinalizzazzjoni u l-esklużjoni taż-żgħażagħ mis-soċjetà, iwasslu biex iħossuhom iżolati u jistgħu jikkawżaw "marki dejjiema", li jfisser li jkun hemm probabbiltà ogħla li jerġgħu jisfaw qiegħda u jħabbtu wiċċhom ma' dħul u prospetti tal-karriera aktar baxxi tul il-ħajja tax-xogħol tagħhom; billi t-twarrib fil-ġenb taż-żgħażagħ jirrappreżenta telf ta' investiment pubbliku u privat, li jwassal għal insigurtà tal-impjieg mifruxa u għal erożjoni tal-ħiliet, minħabba l-potenzjal mhux użat u mdgħajjef li jġib miegħu;

E.  billi fl-2012, wieħed minn kull tliet impjegati Ewropej kienu kwalifikati żżejjed jew mhux kwalifikati biżżejjed għax-xogħlijiet tagħhom(7); u billi l-impjegati żgħażagħ huma tipikament aktar probabbli li jkunu formalment kwalifikati żżejjed, filwaqt li huwa wkoll aktar probabbli li jkollhom impjiegi anqas imqabbla mal-ħiliet tagħhom minn ħaddiema aktar imdaħħla fiż-żmien;

F.  billi l-ħaddiema żgħażagħ huma f'riskju ogħla li jsibu ruħhom f'pożizzjoni ta' impjieg prekarju; billi l-possibbiltajiet li wieħed ikun f'xogħol bi żvantaġġi multipli huma darbtejn ogħla għal ħaddiema ta' anqas minn 25 sena milli għal ħaddiema ta' 50 sena jew aktar(8);

G.  billi t-tranżizzjoni b'suċċess mill-iskola għax-xogħol u mill-inattività għax-xogħol u l-kisba tal-ewwel impjieg reali, jemanċipaw u jimmotivaw liż-żgħażagħ, u jgħinuhom jiżviluppaw il-ħiliet personali u professjonali tagħhom biex isiru ċittadini indipendenti u b'fiduċja fihom infushom, filwaqt li jagħtu bidu tajjeb lill-karrieri tagħhom;

H.  billi, wara li laħqet l-ogħla livell tagħha ta' 24 % fl-2013, ir-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ fl-UE-28 baqgħet tonqos b'mod stabbli, u fl-2017 niżlet taħt is-17 %; billi l-livell ta' qgħad fost iż-żgħażagħ għadu għoli, minħabba li hemm biss ftit Stati Membri (l-Awstrija, ir-Repubblika Ċeka, in-Netherlands, Malta, l-Ungerija u l-Ġermanja) b'rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ ta' anqas minn 11 %, u hemm diskrepanzi serji bejn l-Istati Membri;

I.  billi analiżi tat-tqassim skont is-sess tax-xogħol full-time u part-time fl-Ewropa tiżvela li d-disparità bejn is-sessi baqgħet tippersisti bejn l-2007 u l-2017, fejn l-irġiel ikomplu jiffurmaw madwar 60 % tal-persuni bejn il-15-il sena u l-24 sena b'impjieg full-time, filwaqt li b'mod konsistenti jiffurmaw madwar 40 % tal-istess grupp ta' età b'impjieg part-time;

J.  billi, sfortunatament, bħala valur statistiku, ir-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ hija ġeneralment madwar id-doppju tal-medja tar-rata ġenerali tal-qgħad, kemm matul perjodi ta' tkabbir ekonomiku kif ukoll waqt ir-reċessjonijiet;

L-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u l-Garanzija għaż-Żgħażagħ

K.  billi fit-22 ta' April 2013, il-Kunsill, permezz ta' rakkomandazzjoni tal-Kunsill, stabbilixxa l-iskema tal-"Garanzija għaż-Żgħażagħ", li biha l-Istati Membri impenjaw ruħhom li joffru liż-żgħażagħ offerta ta' impjieg ta' kwalità tajba, edukazzjoni kontinwa, apprendistat jew traineeship fi żmien perjodu ta' 4 xhur minn meta jsiru qiegħda jew iħallu l-edukazzjoni formali;

L.  billi, peress li ħafna Stati Membri ma kellhomx suċċess kbir bir-regolamenti u bl-opportunitajiet li s'issa kien hemm disponibbli fil-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ, dawn għandhom jiffukaw aktar fuq l-użu effettiv tal-finanzjament u tal-għodod disponibbli fl-ambitu tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE);

M.  billi fi Frar 2013 il-Kunsill qabel li joħloq l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, li tnediet bħala l-istrument baġitarju prinċipali tal-UE – marbut mal-FSE – biex jgħin lir-reġjuni tal-Istati Membri li jesperjenzaw livelli partikolarment għolja ta' qgħad fost iż-żgħażagħ, b'mod partikolari billi jiġu introdotti l-iskemi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ;

N.  billi l-Garanzija għaż-Żgħażagħ hija impenn għall-UE kollha, filwaqt li l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ hija mmirata għal dawk l-Istati Membri u r-reġjuni fejn ir-rati tal-qgħad fost iż-żgħażagħ jaqbżu l-25 %, u li għaliha huma parzjalment jew totalment eliġibbli total ta' 20 Stat Membru;

O.  billi ġiet segwita mobilitazzjoni rapida tal-fondi permezz ta' forniment antiċipat tal-baġit tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ għall-2014 u l-2015 sabiex jiżdied kemm jista' jkun l-impatt tal-miżuri ffinanzjati mill-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ; billi minħabba dewmien fl-implimentazzjoni fil-livell nazzjonali u dak reġjonali, il-forniment antiċipat fih innifsu ma kienx miżura suffiċjenti; billi fl-2015, ir-rata ta' prefinanzjament ġiet miżjuda kondizzjonalment minn 1 % għal 30 % u l-maġġoranza tal-Istati Membri eliġibbli applikaw din il-miżura b'suċċess;

P.  billi ambizzjoni prinċipali tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ hija li tilħaq lil dawk iż-żgħażagħ Barra mill-Edukazzjoni, Impjieg jew Taħriġ (NEETs), li jinsabu fl-ogħla riskju ta' esklużjoni, filwaqt li jitqies li t-terminu "NEETs" ikopri diversi sottogruppi ta' żgħażagħ bi bżonnijiet differenti;

Q.  billi l-Garanzija għaż-Żgħażagħ hija maħsuba biex tikseb l-integrazzjoni sostenibbli tan-NEETs fis-suq tax-xogħol billi toffri approċċ individwalizzat, li jwassal għal offerta ta' kwalità tajba, u ttejjeb l-impjegabbiltà taż-żgħażagħ, filwaqt li f'kuntest usa' tappoġġa ż-żgħażagħ fit-tranżizzjoni mill-iskola għax-xogħol u tgħin biex tindirizza n-nuqqas ta' tqabbil tal-ħiliet fis-suq tax-xogħol; billi f'dan ir-rigward jinħtieġu strateġiji ta' komunikazzjoni adatti mill-Istati Membri;

R.  billi fl-2015, l-ILO stmat l-ispiża tal-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ fit-28 pajjiż tal-UE għal EUR 45 biljun; billi l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 ngħatat baġit modest ta' EUR 6,4 biljun, bil-għan li tikkomplementa l-finanzjament nazzjonali u mhux li teħodlu postu;

S.  billi l-Kummissjoni pproponiet li l-baġit għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ jiżdied b'EUR 1 biljun, ammont li miegħu għandhom jiżdiedu EUR 1 biljun f'impenji mill-FSE, fil-qafas tar-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) għall-2020-2017; billi wara ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, iċ-ċifra żdiedet għal EUR 1,2 biljun; billi fil-5 ta' Settembru 2017, il-Parlament adotta l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2017 sabiex jipprovdi EUR 500 miljun addizzjonali għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ fl-2017, iffinanzjat mill-Marġini Globali għall-Impenji, filwaqt li wera dispjaċir ukoll għad-dewmien fil-proċedura baġitarja tal-2017 minħabba l-imblokkar u l-approvazzjoni tardiva tar-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP tal-Kunsill;

T.  billi fl-ewwel Rapport Speċjali tagħha dwar il-Garanzija għaż-Żgħażagħ, il-QEA qajmet tħassib dwar l-adegwatezza tal-finanzjament (kemm tal-UE kif ukoll dak nazzjonali) tal-inizjattiva, id-definizzjoni ta' "offerta ta' kwalità tajba", in-nuqqas ta' strateġija bi stadji importanti u b'objettivi ċari, u l-monitoraġġ u r-rappurtar dwar ir-riżultati; billi l-QEA qajmet tħassib ukoll dwar in-nuqqas ta' suċċess tal-applikazzjoni tal-approċċ ta' sħubija, kif stabbilit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-22 ta' April 2013, fl-iżvilupp tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ;

U.  billi jinħtieġu mekkaniżmi tabilħaqq effettivi biex jiġu diskussi u solvuti d-diffikultajiet esperjenzati fl-implimentazzjoni tal-iskemi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, flimkien ma' impenn qawwi mill-Istati Membri biex jimplimentaw il-Garanzija għaż-Żgħażagħ b'mod sħiħ, filwaqt li b'mod partikolari jqisu l-kundizzjonijiet lokali u jippermettu titjib tal-ħiliet u jdaħħlu fis-seħħ strutturi flessibbli u xierqa ta' evalwazzjoni;

V.  billi r-Rapport Speċjali tal-QEA dwar il-Garanzija għaż-Żgħażagħ identifika xi kriterji komuni għal dak li jikkostitwixxi "offertà ta' kwalità tajba", fejn is-Slovakkja għamlet id-definizzjoni tagħha legalment vinkolanti, fejn din tkopri d-dispożizzjonijiet għall-ħin minimu tax-xogħol, is-sostenibbiltà tal-impjieg wara l-waqfien tal-appoġġ tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, u tqis l-istat ta' saħħa tal-benefiċjarju;

W.  billi fit-tieni Rapport Speċjali tagħha ppubblikat riċentement dwar l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u l-Garanzija għaż-Żgħażagħ, imwettaq abbażi ta' kampjun ta' seba' Stati Membri, il-QEA esprimiet tħassib fir-rigward tad-diffikultà ta' aċċess għal data kompleta u tal-fatt li kien sar progress limitat fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, u li r-riżultati ma laħqux l-aspettattivi inizjali; billi l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u l-Garanzija għaż-Żgħażagħ għadhom jirrappreżentaw waħda mill-aktar risposti politiċi innovattivi u ambizzjużi għall-qgħad fost iż-żgħażagħ wara l-kriżi ekonomika, u li għalhekk l-applikazzjoni tagħhom għandu jkollha l-appoġġ finanzjarju u politiku kontinwu tal-istituzzjonijiet tal-UE, nazzjonali u reġjonali fis-snin li ġejjin;

X.  billi l-kosteffettività tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u l-għan aħħari tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ li ż-żgħażagħ jidħlu f'impjieg sostenibbli jistgħu jinkisbu biss jekk l-operazzjonijiet ikunu mmonitorjati kif xieraq fuq il-bażi ta' data affidabbli u komparabbli, jekk il-programmi jkunu orjentati lejn ir-riżultati, u jekk isiru aġġustamenti f'każijiet fejn jinstabu miżuri mhux effettivi jew li jinvolvu spejjeż konsiderevoli;

Y.  billi jinħtieġu sforzi akbar min-naħa tal-Istati Membri biex jappoġġaw u jkollhom fil-mira liż-żgħażagħ l-aktar maqtugħa jew kompletament maqtugħa mis-suq tax-xogħol, bħal żgħażagħ b'diżabilità;

Z.  billi l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u l-Garanzija għaż-Żgħażagħ huma maħsuba li jkollhom rwol ċentrali fil-kisba tal-prinċipji ewlenin tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali;

AA.  billi fid-diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2017 il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker, ma semma xejn dwar is-sitwazzjoni tal-qgħad fost iż-żgħażagħ fl-Ewropa, li għadha allarmanti; billi l-ittra ta' intenzjoni li takkumpanja d-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2017 irrikonoxxiet ir-rwol tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ bħala għajnuna biex jinħolqu l-impjiegi fl-UE; billi l-ġlieda kontra l-qgħad u b'mod partikolari l-qgħad fost iż-żgħażagħ għandha tibqa' prijorità għall-azzjoni tal-UE;

AB.  billi ġie rrappurtat li kien hemm żgħażagħ li esperjenzjaw dewmien fil-ħlas fl-ambitu ta' miżuri ffinanzjati mill-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, li sikwit kienu kkawżati mill-istabbiliment tard tal-awtoritajiet maniġerjali jew mill-kapaċità amministrattiva insuffiċjenti tal-awtoritajiet nazzjonali jew reġjonali;

AC.  billi l-miżuri tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u l-Garanzija għaż-Żgħażagħ, bħall-internships u t-traineeships għandhom ikunu ta' għajnuna fl-iffaċilitar tat-tranżizzjoni fis-suq tax-xogħol u m'għandhom qatt jieħdu post il-kuntratti ta' impjieg regolari;

AD.  billi għan-nisa żgħażagħ f'żoni rurali, l-arranġamenti ta' impjieg irregolari jew in-nuqqas li jirreġistraw bħala qiegħda jagħtu data statistika mhux preċiża u joħolqu diverġenzi fil-pensjonijiet tagħhom; billi din il-prattika tinfluwenza b'mod negattiv lis-soċjetà fl-intier tagħha u, b'mod partikolari, il-benesseri tan-nisa, forom oħra ta' assigurazzjoni soċjali, u opportunitajiet ta' bidla fil-karriera jew ta' impjieg fil-futur;

AE.  billi 16-il miljun NEET daħlu fi skemi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ ipprovdiet appoġġ dirett lil aktar minn 1,6 miljun żagħżugħ fl-UE;

AF.  billi fil-qafas tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, l-Istati Membri adottaw aktar minn 132 miżura tas-suq tax-xogħol immirati favur iż-żgħażagħ;

AG.  billi ġie impenjat 75 % tat-total tal-baġit tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u l-Istati Membri diġà investew 19 % ta' dan il-baġit, biex b'hekk ir-rata ta' implimentazzjoni tal-baġit tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ hija l-ogħla fost il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (Fondi SIE);

AH.  billi bosta rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ juru li minkejja t-tħassib dwar l-adegwatezza tal-finanzjament u tal-istimi tal-investiment totali meħtieġ, ir-riżorsi disponibbli qed jiġu diretti b'suċċess biex jissodisfaw id-domanda reġjonali billi saret enfasi fuq reġjuni speċifiċi u fuq gruppi ta' benefiċjarji;

AI.  billi mill-introduzzjoni tal-Istrateġija Ewropea dwar l-Impjiegi fl-1997, il-Kummissjoni appoġġat għadd ta' miżuri mfassla biex itejbu l-prospetti ta' impjiegi u edukazzjoni għaż-żgħażagħ(9); billi, mill-kriżi s'issa, l-isforzi tal-UE ġew iffukati b'mod partikolari fuq il-Garanzija għaż-Żgħażagħ u fuq l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ;

AJ.  billi l-Garanzija għaż-Żgħażagħ hija ffinanzjata mill-FSE, mill-baġits nazzjonali u mill-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, filwaqt li l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ tista' tiffinanzja l-għoti dirett ta' impjiegi, apprendistati, traineeships jew edukazzjoni kontinwa għall-grupp fil-mira tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ fir-reġjuni eliġibbli; billi l-intervent tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ ma għandux skadenza predefinita, filwaqt li l-Garanzija għaż-Żgħażagħ tirrikjedi li l-offerta ssir fi żmien erba' xhur;

AK.  billi l-Garanzija għaż-Żgħażagħ wasslet għall-implimentazzjoni ta' riformi strutturali fl-Istati Membri, l-aktar bil-ħsieb li jallinjaw il-mudelli tagħhom tal-edukazzjoni u t-taħriġ mas-suq tax-xogħol sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ;

AL.  billi fatturi esterni, bħas-sitwazzjoni ekonomika speċifika jew il-mudell ta' produzzjoni ta' kull reġjun, jinfluwenzaw il-kisba tal-miri stabbiliti mill-Garanzija għaż-Żgħażagħ;

Introduzzjoni

1.  Jemmen li l-Garanzija għaż-Żgħażagħ trid tkun l-ewwel pass sabiex jintlaħqu l-bżonnijiet ta' impjieg taż-żgħażagħ; ifakkar li min iħaddem għandu l-obbligu li jipparteċipa fil-proċess biex iż-żgħażagħ jiġu offruti programmi ta' taħriġ vokazzjonali aċċessibbli, l-ewwel impjiegi u apprendistati ta' kwalità;

2.  Jenfasizza li l-aspett kwalitattiv ta' xogħol deċenti għaż-żgħażagħ qatt ma jrid jiġi kompromess; jenfasizza li l-istandards ewlenin tax-xogħol u standards oħra relatati mal-kwalità tax-xogħol, bħall-ħin tax-xogħol, il-paga minima, is-sigurtà soċjali, u s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol iridu jkunu kunsiderazzjonijiet ċentrali fl-isforzi mwettqa;

3.  Jinnota d-diverġenza sinifikanti fil-prestazzjoni ekonomika f'termini kemm ta' tkabbir ekonomiku kif ukoll tal-impjieg madwar l-UE-28, li titlob risposta politika deċiżiva; jirrikonoxxi li ċerti Stati Membri għadhom lura fl-implimentazzjoni tar-riformi strutturali meħtieġa; jinnota li huma l-politiki ekonomiċi sodi, kif ukoll il-politiki ta' impjieg u ta' investiment, li fl-aħħar mill-aħħar huma r-responsabilità tal-Istat Membru, li joħolqu l-impjiegi; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-impatt fuq medda twila ta' żmien fuq l-iżvilupp ekonomiku tar-reġjuni li qed jesperjenzaw eżodu ta' mħuħ ta' persuni b'edukazzjoni għolja;

4.  Ifakkar li skont ir-regoli ta' implimentazzjoni tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, l-Istati Membri jenħtiġilhom jagħżlu bejn diversi modi kif jimplimentaw il-programm (bħala programm esklużiv, bħala assi prijoritarji fi ħdan programm operattiv eżistenti jew bħala parti minn diversi assi prijoritarji); jinnota li minħabba d-diversi opzjonijiet ta' implimentazzjoni u abbażi tar-riżultati miksuba, jinħtieġ skambju tal-aħjar prattiki bil-ħsieb li dawn jiġu applikati fl-istadji futuri tal-programm;

5.  Jinnota bi tħassib li r-Rapport Speċjali Nru 5/2017 tal-QEA jgħid li hemm riskju li l-finanzjament tal-UE sempliċiment qiegħed jieħu post il-finanzjament nazzjonali minflok ma joħloq valur miżjud; ifakkar li f'konformità mal-prinċipju tal-addizzjonalità, l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ għandha l-għan li tikkomplementa l-finanzjament nazzjonali u mhux li tissostitwixxi l-politiki u l-finanzjament tal-Istati Membri nfushom għall-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ; jenfasizza li l-baġit għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ ma jistax – u qatt ma kien maħsub sabiex – jerfa' waħdu l-ambizzjoni li joffri liż-żgħażagħ kollha offerta ta' kwalità tajba ta' impjieg, edukazzjoni kontinwa, apprendistat jew traineeship fi żmien erba' xhur minn meta jsiru qiegħda jew minn meta jħallu l-edukazzjoni formali;

6.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ tkun xprun għar-riforma politika b'mod partikolari, u għal koordinazzjoni aħjar fl-oqsma tal-impjiegi u l-edukazzjoni, speċjalment fl-Istati Membri li qed jesperjenzaw rati għoljin ta' qgħad fost iż-żgħażagħ, bil-għan li jiġi żgurat li dawk l-Istati Membri jintroduċu approċċi integrati, komprensivi u fit-tul biex jindirizzaw il-qgħad fost iż-żgħażagħ li jsaħħu l-impjegabbiltà taż-żgħażagħ, jagħtuhom prospetti aħjar u jwasslu għal impjiegi sostenibbli, għall-kuntrarju ta' sensiela ta' politiki (eżistenti) frammentati; iqis l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u l-Garanzija għaż-Żgħażagħ bħala strumenti b'saħħithom fil-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali tal-gruppi ta' żgħażagħ l-aktar marġinalizzati; jikkunsidra li huwa importanti li ssir ħidma għall-ilħuq tal-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020 fil-qasam tal-impjiegi, ir-rati ta' tluq bikri mill-iskola u l-esklużjoni soċjali;

7.  Ifakkar li, skont ir-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ, ġew definiti sitt linji gwida li fuqhom kellhom ikunu bbażati l-iskemi ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ: il-bini ta' approċċi bbażati fuq is-sħubijiet, interventi u attivazzjoni fil-pront, miżuri ta' sostenn li jippermettu l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol, l-użu tal-fondi tal-Unjoni, il-valutazzjoni u t-titjib kontinwu tal-iskema, u l-implimentazzjoni rapida tagħha; jirrimarka li skont ir-rapporti ta' valutazzjoni, ftit Stati Membri pprovdew data dwar dawn l-aspetti, jew valutazzjonijiet sħaħ dwarhom;

8.  Jenfasizza li għandhom jitwettqu aktar investimenti kemm fil-mobilità domestika kif ukoll fil-mobilità transkonfinali sabiex titnaqqas ir-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ u biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta' tlaqqigħ tal-ħiliet; jappella biex il-provvista tax-xogħol u tal-ħiliet tkun allinjata aħjar mad-domanda billi tiġi ffaċilitata l-mobilità bejn ir-reġjuni (inklużi r-reġjuni transkonfinali); jirrikonoxxi li l-Istati Membri jeħtiġilhom jagħtu attenzjoni speċjali biex jipprovdu konnessjoni aħjar bejn is-sistemi edukattivi u s-swieq tax-xogħol fir-reġjuni transkonfinali, pereżempju billi jippromwovu l-edukazzjoni fil-lingwi ġirien;

9.  Ifakkar li r-rata għolja tal-qgħad fost iż-żgħażagħ hija kkawżata minn: l-effetti tal-kriżi ekonomika globali fuq is-swieq tax-xogħol, it-tluq bikri mill-iskola mingħajr biżżejjed kwalifiki, nuqqas ta' kapaċitajiet rilevanti u ta' esperjenza ta' xogħol, il-prevalenza li qed tiżdied ta' forom prekarji ta' impjieg għal żmien qasir segwiti minn perjodi ta' qgħad, opportunitajiet ta' taħriġ limitati, u programmi attivi tas-suq tax-xogħol insuffiċjenti u inadegwati;

10.  Huwa tal-fehma li l-monitoraġġ tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ jeħtieġ li jkun appoġġat minn data affidabbli; iqis li d-data u r-riżultati tal-monitoraġġ disponibbli attwalment mhumiex biżżejjed biex titwettaq valutazzjoni ġenerali tal-implimentazzjoni u r-riżultati tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ bħala l-mezz ewlieni ta' finanzjament għall-iskemi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, b'mod partikolari b'riżultat tad-dewmien inizjali fl-istabbiliment tal-programmi operazzjonali mill-Istati Membri u l-fatt li għadhom fl-istadji relattivament bikrin tal-implimentazzjoni; jinsisti dwar il-ħtieġa li l-impjieg fost iż-żgħażagħ jinżamm bħala waħda mill-prijoritajiet tal-azzjoni tal-UE; jinsab imħasseb, madankollu, dwar is-sejbiet tar-rapport riċenti tal-QEA dwar l-impatt tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u l-Garanzija għaż-Żgħażagħ bħala politiki tal-Unjoni li għandhom l-għan li jindirizzaw il-qgħad fost iż-żgħażagħ, filwaqt li jitqies il-kamp ta' applikazzjoni territorjali u temporali limitat tiegħu;

11.  Iqis li, sabiex tkun verament effettiva, strateġija biex tagħti spinta lill-impjiegi taż-żgħażagħ għandha tipprovdi għall-ftuħ ta' diskussjonijiet madwar mejda li jinvolvu lill-partijiet ikkonċernati, tqis il-kuntest territorjali li fih għandha tiġi implimentata u tipprovdi taħriġ immirat li jissodisfa l-ħtiġijiet tal-impriżi billi tikkonċiljahom mal-aspirazzjonijiet u l-ħiliet taż-żgħażagħ; jenfasizza li l-istess strateġija għandha tiżgura taħriġ ta' kwalità u trasparenza sħiħa fl-allokazzjoni tal-fondi lill-aġenziji tat-taħriġ, anki permezz ta' monitoraġġ bir-reqqa tal-użu tagħha;

12.  Jiddeplora l-fatt li l-Istati Membri għażlu li jimpenjaw ruħhom biss permezz tal-istrument mhux vinkolanti tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill; jirrimarka li l-għan tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ għad fadallu ħafna biex jintlaħaq f'ħafna Stati Membri;

L-ilħuq tal-aktar żgħażagħ esklużi

13.  Jinnota r-riskju li ż-żgħażagħ b'diżabilità la jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u lanqas f'dak tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jadattaw il-programmi operazzjonali tagħhom sabiex jiżguraw li l-miżuri tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ ikunu aċċessibbli b'mod effettiv għall-persuni kollha b'diżabilità, li jagħtu aċċess ugwali għaż-żgħażagħ b'diżabilità, u jkunu jirrispondu għall-ħtiġijiet individwali;

14.  Jenfasizza li sabiex jintlaħqu n-NEETs jinħtieġu sforzi qawwija u sostnuti mill-awtoritajiet nazzjonali u kooperazzjoni transettorjali, peress li n-NEETs huma grupp eteroġenju bi ħtiġijiet u b'ħiliet differenti; jenfasizza l-ħtieġa, għalhekk, ta' data preċiża u komprensiva dwar il-popolazzjoni kollha tan-NEETs, bil-għan li jiġu rreġistrati u jintlaħqu b'mod aktar effettiv, peress li data aktar diżaggregata, inkluż fuq bażi skont ir-reġjun, tista' tidentifika liema gruppi għandhom jiġu mmirati u kif l-inizjattivi ta' impjieg jistgħu jitfasslu b'mod aħjar għal dawk li jeħtiġuhom;

15.  Jikkunsidra li l-Garanzija għaż-Żgħażagħ, u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ ma jistgħux jissostitwixxu l-użu ta' strumenti makroekonomiċi u politiki oħrajn li jippromwovu l-impjieg taż-żgħażagħ; jirrimarka li biex tiġi vvalutata l-applikazzjoni u l-effetti tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, huwa importanti li wieħed iqis il-kundizzjonijiet baġitarji u makroekonomiċi differenti fl-Istati Membri; jikkunsidra li jeħtieġ li jitfassal programm ta' riforma strutturali fuq żmien fit-tul tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ f'każ li jittawwal iż-żmien tagħha; jenfasizza l-ħtieġa ċara ta' koordinazzjoni aktar effettiva bejn id-diversi Stati Membri;

16.  Jappoġġa l-iżvilupp ta' punti uniċi ta' servizz li jistgħu jiżguraw li s-servizzi u l-gwidi kollha jkunu faċilment aċċessibbli, disponibbli u mingħajr ħlas għaż-żgħażagħ f'post wieħed;

17.  Jinsab imħasseb dwar l-osservazzjonijiet inizjali li juru li jeħtieġ li jsir titjib fir-reġistrazzjoni u s-sensibbilizzazzjoni tan-NEETs kollha, b'mod partikolari n-NEETs inattivi u dawk li qed jirriżulta li huma diffiċli biex jerġgħu jiġu integrati; jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu strateġiji ta' komunikazzjoni xierqa u mfassla apposta biex jintlaħqu n-NEETs kollha, u jieħdu approċċ integrat sabiex iqiegħdu għad-dispożizzjoni assistenza u servizzi aktar personalizzati bħala appoġġ liż-żgħażagħ li qed jiffaċċjaw ostakli multipli; iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħtu attenzjoni speċjali għall-ħtiġijiet tan-NEETs vulnerabbli u jeliminaw l-attitudnijiet preġudikati u negattivi lejhom;

18.  Jenfasizza l-ħtieġa li jitfasslu miżuri apposta għall-ħtiġijiet lokali sabiex jiżdied l-impatt tagħhom; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw miżuri speċjali għall-impjieg taż-żgħażagħ fiż-żoni rurali;

19.  Jistieden lill-Istati Membri jtejbu malajr il-komunikazzjoni tal-programmi ta' appoġġ eżistenti li huma disponibbli għaż-żgħażagħ, speċjalment għall-gruppi l-aktar maqtugħin mis-suq tax-xogħol, permezz ta' kampanji ta' sensibilizzazzjoni, bl-użu kemm ta' kanali medjatiċi tradizzjonali kif ukoll ta' dawk moderni bħalma huma n-netwerks soċjali;

L-iżgurar tal-kwalità tal-offerti fl-ambitu tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ

20.  Jirrikonoxxi l-appell biex jiġi definit x'għandu jikkostitwixxi "offerta ta' kwalità" fil-qafas tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi elaborata definizzjoni komprensiva u miftiehma b'mod komuni li tqis il-ħidma mwettqa fil-Kumitat EMCO f'kollaborazzjoni mal-Kummissjoni, mal-ILO u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti; jenfasizza li offerta ta' kwalità tajba hija miżura multidimensjonali li twassal għal integrazzjoni sostenibbli u mqabbla tajjeb għall-parteċipanti fis-suq tax-xogħol, li tinkiseb permezz tal-iżvilupp tal-ħiliet, u li għandha taqbel mal-livell tal-kwalifiki u l-profil tal-parteċipanti u tqis id-domanda għall-impjiegi; iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw li l-protezzjoni soċjali, ir-regoli dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-livelli ta' kumpens rilevanti jkunu applikati għall-parteċipanti; jiġbed l-attenzjoni għall-istandards ta' kwalità msemmija fil-Gwida ta' valutazzjoni tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ li ġiet ippubblikata mill-Kummissjoni fl-2015, li tistabbilixxi l-karatteristiċi tal-offerti ta' impjieg, ir-rilevanza tagħhom għall-ħtiġijiet tal-parteċipanti, l-eżiti fis-suq tax-xogħol prodotti mill-offerti u l-proporzjon tal-offerti li ma ġewx aċċettati jew li ġew abbandunati qabel iż-żmien bħala indikaturi validi għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-impjieg;

21.  Ifakkar li l-ILO tiddefinixxi "xogħol deċenti" bħala xogħol li huwa "produttiv u li jagħti introjtu ġust, sigurtà fuq il-post tax-xogħol u protezzjoni soċjali għall-familji, prospetti aħjar għall-iżvilupp personali u l-integrazzjoni soċjali, il-libertà sabiex in-nies jesprimu t-tħassib tagħhom, jorganizzaw u jieħdu sehem fid-deċiżjonijiet li jaffettwawlhom ħajjithom, u l-opportunitajiet u t-trattament indaqs għan-nisa u l-irġiel kollha", u li dan l-istandard minimu għadu ma ntlaħaqx fil-każ tal-impjieg taż-żgħażagħ;

22.  Huwa tal-fehma li ż-żgħażagħ għandhom ikunu involuti wkoll fil-monitoraġġ tal-kwalità tal-offerti;

23.  Jenfasizza li kuntratt ta' traineeship ta' kwalità jrid jirrispetta qafas ta' kwalità li joffri l-garanziji li ġejjin: traineeship irid ikun irregolat b'kuntratt bil-miktub li jkun fih informazzjoni trasparenti dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet kontraenti, jistabbilixxi objettivi konkreti u jkollu deskrizzjoni ta' taħriġ ta' kwalità għolja; irid jiġi allokat mentor jew superviżur biex jivvaluta l-prestazzjoni tat-trainee fi tmiem it-traineeship; It-traineeship irid ikollu tul ta' żmien speċifiku u jridu jiġu stabbiliti limiti fuq it-tul tat-traineeships mal-istess impjegatur, u l-kuntratt għandu jkollu dispożizzjonijiet ċari dwar il-kopertura fis-sistemi tas-sigurtà soċjali u r-remunerazzjoni;

24.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jaġġornaw u jirrevedu b'mod progressiv il-programmi operazzjonali tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ tagħhom bl-involviment tas-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ sabiex jirfinaw l-azzjoni tagħhom abbażi tal-ħtiġijiet reali taż-żgħażagħ u tas-suq tax-xogħol;

25.  Jenfasizza li huwa possibbli biss li jiġi ddeterminat jekk il-baġit tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ huwiex jintefaq tajjeb, u jekk jinkisibx l-għan aħħari tal-Inizjattiva li tgħin sabiex iż-żgħażagħ jidħlu f'impjieg sostenibbli, ladarba l-operazzjonijiet ikunu mmonitorjati bir-reqqa u b'mod trasparenti fuq il-bażi ta' data affidabbli u komparabbli, u jekk l-Istati Membri li ma jkunux wettqu progress ikunu indirizzati b'manjiera aktar ambizzjuża; jistieden lill-Istati Membri jtejbu l-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-kwalità tad-data bħala kwistjoni ta' urġenza, u biex jiggarantixxu li jinġabru u jsiru disponibbli fil-mument opportun id-data u ċ-ċifri affidabbli u komparabbli dwar l-implimentazzjoni attwali tal-Inizjattiva favur l-Impjiegi taż-Żgħażagħ, b'mod aktar frekwenti milli huwa meħtieġ skont l-obbligu ta' rapportar annwali tagħhom, kif definit fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament FSE; jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi l-linji gwida tagħha dwar il-ġbir ta' data f'konformità mar-rakkomandazzjoni tal-QEA sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun ir-riskju ta' dikjarazzjoni eċċessiva tar-riżultati;

26.  Jinnota l-proposti u t-tipi differenti ta' programmi żviluppati mill-Istati Membri fil-qafas tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ; jikkunsidra li f'xi Stati Membri r-regolamentazzjoni nazzjonali kienet vaga fl-objettivi u l-approċċi tagħha, u mhux daqstant ċara fil-formulazzjoni tat-test tagħha, u offriet possibbiltajiet limitati għall-promozzjoni tal-impjiegi; huwa tal-fehma li l-marġni ta' diskrezzjoni konsiderevoli u n-nuqqas ta' mekkaniżmi ċari ta' superviżjoni xi drabi kkawżaw is-sostituzzjoni tal-postijiet tax-xogħol b'offerti fl-ambitu tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ;

27.  Jinsab imħasseb dwar ir-rapporti tal-użu mhux xieraq ta' miżuri ffinanzjati mill-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, inklużi pagamenti tard liż-żgħażagħ jew l-abbuż tal-internships, pereżempju minħabba l-użu eċċessiv tagħhom; jesprimi r-rieda tiegħu li jiġġieled dawn il-prattiki; huwa tal-fehma li kwalunkwe użu ripetut tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ m'għandhux imur kontra l-ispirtu tal-attivazzjoni tas-suq tax-xogħol u l-għan tal-integrazzjoni aktar permanenti fis-suq tax-xogħol;

28.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jidentifikaw, jikkondividu u jxerrdu l-aħjar prattiki maħsuba għat-tagħlim reċiproku ta' politiki u li jikkontribwixxu għat-tfassil u l-implimentazzjoni ta' politiki bbażati fuq l-evidenza; jenfasizza li l-bidliet fis-suq tax-xogħol u d-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija jirrikjedu approċċ ġdid fir-rigward tal-politiki dwar l-impjieg għaż-żgħażagħ; jinnota li jeħtieġ li l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ tiffoka fuq l-użu ta' għodod effettivi biex jitnaqqas il-qgħad fost iż-żgħażagħ u m'għandhiex tirriċikla politiki dwar l-impjiegi li jkunu ineffettivi;

29.  Itenni li r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ tikkunsidra l-approċċi bbażati fuq is-sħubija bħala element kruċjali sabiex jiġu implimentati l-iskemi ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ u sabiex jintlaħqu n-NEETs; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw approċċ ta' sħubija billi jidentifikaw u jinvolvu b'mod attiv lill-partijiet ikkonċernati rilevanti u jippromwovu aħjar il-programm ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ fost in-negozji, b'mod partikolari l-SMEs u l-kumpaniji iżgħar immexxija mill-familji; jenfasizza li l-evidenza mill-Istati Membri li kienu diġà adottaw approċċi simili għall-Garanzija għaż-Żgħażagħ qabel ma ġie introdott il-programm turi li approċċ b'suċċess ibbażat fuq il-partijiet ikkonċernati huwa importanti sabiex l-implimentazzjoni tkun suċċess;

30.  Jenfasizza r-rwol importanti tal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ bħala intermedjarji bejn iż-żgħażagħ u s-servizzi pubbliċi tal-impjiegi; iħeġġeġ lill-Istati Membri, f'dan il-kuntest, biex jaħdmu mill-qrib mal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali meta jkunu qed jikkomunikaw, jippjanaw, jimplimentaw u jevalwaw l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ;

31.  Jenfasizza l-importanza ta' servizzi pubbliċi tal-impjiegi kompetenti u modernizzati sabiex jiġu pprovduti servizzi personalizzati lin-NEETs; jistieden lill-Istati Membri biex, meta jkunu qed jimplimentaw l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, jikkoordinaw aħjar is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi tagħhom fil-livell tal-UE fil-qafas tan-Netwerk tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi; jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' sinerġiji ulterjuri bejn il-fornituri pubbliċi u privati tal-impjiegi, l-impriżi u s-sistemi edukattivi; iħeġġeġ l-użu wiesa' tal-gvern elettroniku sabiex titnaqqas il-burokrazija żejda;

32.  Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi stima speċifika għall-pajjiż tal-ispiża annwali għal kull Stat Membru biex jimplimenta l-Garanzija għaż-Żgħażagħ b'mod effettiv, filwaqt li titqies l-istima tal-ILO;

33.  Jenfasizza li huwa essenzjali li tingħata spinta lill-għadd ta' apprendistati disponibbli fil-qafas tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, peress li dawn jirrappreżentaw biss 4,1 % tal-offerti li ġew aċċettati s'issa;

Kummenti finali

34.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' strateġija biex l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ tinbidel minn strument kontra l-kriżijiet fi strument ta' finanzjament tal-UE aktar stabbli li jindirizza l-qgħad fost iż-żgħażagħ fil-perjodu post-2020, filwaqt li jiżgura l-użu rapidu u mhux ikkomplikat tal-fondi, u li jistabbilixxi rekwiżit ta' kofinanzjament sabiex tiġi enfasizzata r-responsabbilta primarja tal-Istati Membri; jinnota li l-estensjoni tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-osservazzjonijiet tal-QEA; jenfasizza li l-għan ġenerali tal-programm huwa l-integrazzjoni sostenibbli taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu stabbiliti objettivi ċari u miżurabbli; jenfasizza li dawn l-elementi għandhom jiġu diskussi fil-kuntest tal-QFP li jmiss sabiex jiġu żgurati l-kontinwità, il-kosteffettività u l-valur miżjud;

35.  Itenni l-appoġġ tiegħu għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ; jenfasizza li huma assolutament meħtieġa sforzi addizzjonali u impenji politiċi u finanzjarji kontinwi sabiex jiġi indirizzat il-qgħad fost iż-żgħażagħ; ifakkar, b'mod partikolari, fl-importanza li jiġi żgurat finanzjament ta' mill-inqas EUR 700 miljun għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ għall-perjodu bejn l-2018 u l-2020, kif miftiehem fir-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP; jitlob ukoll l-allokazzjoni ta' approprjazzjonijiet ta' pagament suffiċjenti sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa u f'waqtha tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ;

36.  Jenfasizza l-ħtieġa li titjieb il-kwalità tal-offerti fil-qafas tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u l-Garanzija għaż-Żgħażagħ u jitlob diskussjoni futura dwar il-grupp ta' età eliġibbli;

37.  Huwa tal-fehma li sabiex il-qafas ta' kwalità tal-impjiegi għaż-żgħażagħ isir operazzjonali għandu jsir progress fl-adozzjoni ta' rakkomandazzjoni b'bażi legali fl-Artikoli 292 u 153 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u għandhom jittieħdu firxa ta' miżuri informattivi, bħal pereżempju l-ħolqien ta' sit web aċċessibbli faċilment li jinżamm aġġornat b'informazzjoni rilevanti dwar ir-regolamentazzjoni tat-traineeships f'kull Stat Membru;

38.  Jirrikonoxxi li l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ hija strument finanzjarju maħsub biex jikkomplementa l-inizjattivi tal-Istati Membri biex jindirizzaw il-livell għoljin ta' qgħad fost iż-żgħażagħ u li għandhom isiru sforzi akbar mill-Istati Membri biex ikun hemm rabta aħjar bejn is-sistemi edukattivi u s-swieq tax-xogħol, sabiex iż-żgħażagħ jiġu integrati fis-swieq tax-xogħol b'mod sostenibbli; jilqa' l-miżuri u l-politiki fis-seħħ maħsuba biex jindirizzaw in-nuqqas ta' tlaqqigħ tal-ħiliet eżistenti; jirrikonoxxi li l-utilizzazzjoni tal-ħiliet għadha sfida madwar l-Ewropa kollha, u għalhekk iqis li hu neċessarju li jiġi żgurat li jkun hemm tlaqqigħ aħjar tal-ħiliet li hemm domanda għalihom u dawk offruti;

39.  Jikkunsidra li l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u l-Garanzija għaż-Żgħażagħ huma essenzjali għat-twettiq effikaċi tal-prinċipji ewlenin tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, b'mod partikolari l-prinċipju Nru 1 dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja; il-prinċipju Nru 4 dwar appoġġ attiv għall-impjiegi; il-prinċipju Nru 5 dwar impjiegi siguri u adattabbli; il-prinċipju Nru 6 dwar il-pagi; il-prinċipju Nru 8 dwar id-djalogu soċjali u l-involviment tal-ħaddiema; il-prinċipju Nru 10 dwar ambjent tax-xogħol tajjeb għas-saħħa, sikur u adattat sew u l-protezzjoni tad-data; il-prinċipju Nru 12 dwar il-protezzjoni soċjali; il-prinċipju Nru 13 dwar il-benefiċċji f'każ ta' qgħad; u l-prinċipju Nru 14 dwar id-dħul minimu;

40.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintensifikaw l-isforzi konġunti tagħhom mal-ILO bil-għan li tiġi pprovduta informazzjoni adattata u tinbena l-kapaċità tal-pajjiżi sabiex jimplimentaw u jevalwaw l-iskemi ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ fl-aspetti li ġejjin: l-iżgurar tal-implimentazzjoni sħiħa u sostenibbli tal-inizjattiva, it-titjib tal-kapaċità tagħha li tilħaq lin-NEETs mhux reġistrati u ż-żgħażagħ bi kwalifiki baxxi, it-tisħiħ tal-kapaċitajiet u t-titjib tal-kwalità tal-offerti;

41.  Jinnota li fl-istennija li l-Kummissjoni toħroġ iċ-ċifri finali pprovduti lilha mill-Istati Membri, in-numru ta' żgħażagħ li lestew il-programm tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ fi tmiem l-2015 kien stmat għal 203 000 persuna, li jikkostitwixxi 4 % tal-parteċipanti; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-għadd kbir ta' parteċipanti fl-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ li ma spiċċawx il-programm f'xi Stati Membri; jikkunsidra li huwa importanti li jissaħħu l-inċentivi sabiex jiġi żgurat li ż-żgħażagħ jikkunsidraw l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ bħala programm utli;

42.  Ifakkar li l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ għandha tipprovdi appoġġ finanzjarju għall-miżuri li jrawmu l-integrazzjoni tan-NEETs fis-suq tax-xogħol, inklużi apprendistati, traineeships u internships imħallsa, iżda m'għandhiex issir strument li jissostitwixxi l-impjieg imħallas reali;

43.  Jissuġġerixxi l-istabbiliment ta' hotline tal-UE kontra l-ksur tad-drittijiet taż-żgħażagħ sabiex dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jirrapportaw direttament lill-Kummissjoni kwalunkwe esperjenza negattiva fil-parteċipazzjoni tagħhom fil-miżuri tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, sabiex b'hekk tkun tista' tinġabar l-informazzjoni u jkunu jistgħu jiġu investigati r-rapporti ta' prattiki abbużivi fl-użu tal-politiki ffinanzjati mill-UE;

44.  Jilqa' r-referenza li tinsab fl-ittra ta' intenzjoni mehmuża mad-diskors tal-President Juncker dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2017 għal proposta biex tiġi stabbilita Awtorità Ewropea tax-Xogħol sabiex ikun hemm kemm tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tas-suq tax-xogħol fil-livelli kollha u ġestjoni aħjar tas-sitwazzjonijiet transkonfinali, kif ukoll inizjattivi ulterjuri li jappoġġaw il-mobilità ġusta;

45.  Jirrikonoxxi s-suċċess tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ fit-tnaqqis tar-rati tal-qgħad fost iż-żgħażagħ u, b'mod partikolari, fl-iżgurar tal-bilanċ bejn il-ġeneri, bir-riżultat li l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ laħqet madwar 48 % tal-irġiel u 52 % tan-nisa;

46.  Jitlob, fil-kuntest tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ. l-implimentazzjoni sħiħa kemm tad-Direttiva 2000/78/KE dwar l-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol kif ukoll tad-Direttiva 2010/41/UE dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività li fiha jaħdmu għal rashom;

47.  Iqis neċessarju li l-Kummissjoni u l-Istati Membri joħorġu b'miżuri pożittivi sabiex ikun żgurat li n-nisa u l-bniet jirċievu offerti ta' impjiegi ta' kwalità tajba u ma jiġux impjegati jew maqbuda f'impjiegi prekarji, b'salarji mhux imħallsa biżżejjed u impjiegi temporanji bi drittijiet limitati jew bl-ebda dritt bħala ħaddiema;

48.  Jistieden lill-Istati Membri jiġbru data statistika diżaggregata skont il-ġeneru sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tniedi valutazzjoni tal-impatt tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u l-influwenza tagħha fuq il-bilanċ bejn il-ġeneri sabiex tkun tista' ssir evalwazzjoni u analiżi bir-reqqa tal-implimentazzjoni tagħha;

49.  Jistieden lill-Istati Membri jsibu modi kif jappoġġaw id-dħul mill-ġdid fis-suq tax-xogħol, l-edukazzjoni jew it-taħriġ ta' nisa żgħażagħ, billi jiżguraw l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-aċċess għall-impjiegi, il-progress fil-karriera, ir-rikonċiljazzjoni tax-xogħol u l-ħajja privata, u l-għoti ta' servizzi għall-indukrar tat-tfal u tal-adulti, u billi jippromwovu paga ugwali għal ħaddiema nisa u rġiel għal xogħol ugwali jew xogħol ta' valur ugwali;

50.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jinvestu sforz ulterjuri biex itejbu l-miżuri fis-sistemi edukattivi li jgħinu liż-żgħażagħ f'riskju jibqgħu protetti;

51.  Jinnota bi tħassib li l-aktar rapporti ta' valutazzjoni riċenti(10) indikaw li matul l-ewwel fażi tal-implimentazzjoni tagħha, l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ kellha t-tendenza li tiffoka l-aktar fuq NEETs b'livell għoli ta' edukazzjoni, aktar milli fuq dawk bi ftit ħiliet, mhux attivi u mhux irreġistrati mis-servizzi pubbiċi tal-impjiegi;

52.  Jistieden lill-Istati Membri jindirizzaw dan in-nuqqas sostanzjali fl-implimentazzjoni tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ billi jiżviluppaw, fost affarijiet oħrajn, miżuri ta' segwitu speċifiċi bil-għan li jiġu implimentati politiki dwar iż-żgħażagħ ibbażati aktar fuq l-evidenza, effettivi u sostenibbli;

53.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-leġiżlazzjoni tagħhom tippermetti liż-żgħażagħ kollha fil-grupp ta' età identifikat jirreġistraw u jieħdu sehem b'mod effikaċi fl-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ(11);

54.  Jiġbed l-attenzjoni għan-nuqqas ta' regolamentazzjoni tal-offerti ta' traineeships fis-suq miftuħ f'dak li jirrigwarda t-trasparenza tar-reklutaġġ, id-durata u r-rikonoxximent, u jinnota li ftit biss huma l-Istati Membri li stabbilew kriterji minimi tal-kwalità, inkluż għall-fini ta' monitoraġġ tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ;

55.  Jirrikonoxxi li l-investimenti tal-baġit tal-UE permezz tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ ħallew impatt, u għaġġlu l-espansjoni tas-suq tax-xogħol għaż-żgħażagħ; iqis li l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ tirrappreżenta valur miżjud tal-UE ċar, peress li bosta skemi ta' impjieg taż-żgħażagħ ma setgħux jiġu implimentati mingħajr l-impenn tal-UE;

56.  Jinnota li l-allokazzjoni finanzjarja oriġinali għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ fil-QFP 2014-2020 kienet ta' EUR 6,4 biljun, li EUR 3,2 biljun minnhom oriġinaw minn linja baġitarja ddedikata, u ġew imqabbla b'ammont ugwali mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE);

57.  Jissottolinja li, fil-kuntest tar-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP, ġiet approvata politikament allokazzjoni addizzjonali ta' EUR 1,2 biljun għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ għall-perjodu 2017-2020, li għandha tiġi mqabbla b'ammont ugwali mill-FSE; jenfasizza, madankollu, li l-allokazzjoni finali għal dan il-programm se tiġi determinata matul il-proċeduri baġitarji annwali li ġejja;

58.  Jilqa' l-fatt li, fuq insistenza min-naħa tal-Parlament, ir-riżultat tal-proċess ta' konċiljazzjoni dwar il-baġit tal-UE għall-2018 kien żieda fl-allokazzjoni speċifika proposta oriġinarjament għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ ta' EUR 116,7 miljun f'approprjazzjonijiet ġodda, biex issa din tammonta għal total ta' EUR 350 miljun fl-2018; jinnota l-impenn unilaterali mill-Kummissjoni li tipproponi żieda addizzjonali ta' finanzjament għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ permezz ta' baġit emendatorju f'każ li l-kapaċità ta' assorbiment tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ tippermetti żieda;

59.  Iqis li l-baġit ġenerali tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ ma jissodisfax id-domanda reali u r-riżorsi meħtieġa biex jigi żgurat li l-programm jilħaq il-miri tiegħu; ifakkar li bħala medja, 42 % tan-NEETs biss ġew milħuqa u din iċ-ċifra taqa' għal anqas minn 20 % f'għadd ta' Stati Membri; jitlob, għalhekk, żieda sinifikanti fl-allokazzjoni għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ skont il-QFP li jmiss, u li l-Istati Membri jipprevedu skemi għall-impjiegi taż-żgħażagħ fil-baġits nazzjonali tagħhom;

60.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li jkun hemm konsistenza fost l-investimenti fir-rigward tal-impjiegi taż-żgħażagħ billi tippromwovi sinerġiji bejn is-sorsi disponibbli u toħloq regoli omoġenji ppreżentati fi gwida olistika, bil-għan li jiġu żgurati impatt akbar, sinerġiji aħjar, aktar effikaċja u simplifikazzjoni fil-prattika; ifakkar fil-prijorità li jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-awtoritajiet ta' ġestjoni; jenfasizza kemm l-importanza tar-rapporti speċifiċi għall-pajjiż dwar il-finanzjament tal-iskemi ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ li jimmonitorjaw ukoll is-sinerġiji bejn il-baġits nazzjonali u l-baġit tal-UE, kif ukoll il-ħtieġa ta' koordinazzjoni aħjar u kooperazzjoni aktar mill-qrib fost il-partijiet interessati ewlenin fil-proċess;

61.  Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb l-ippjanar tal-investimenti fir-rigward tal-impjiegi taż-żgħażagħ wara l-2020 billi tapplika bis-sħiħ l-approċċ użat fl-ipprogrammar tal-Fondi SIE, fejn il-finanzjament huwa suġġett għal ippjanar preliminari komprensiv u għal evalwazzjoni ex-ante li tiġi segwita mill-konklużjoni tal-ftehimiet ta' sħubija; iqis li dan l-approċċ iżid l-impatt tal-baġit tal-UE; jinnota l-implimentazzjoni b'suċċess tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ fl-Istati Membri, bi programmi operattivi ddedikati u b'kontribuzzjonijiet sinifikanti mill-baġits nazzjonali u reġjonali;

62.  Jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tfassal mill-ġdid il-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni attwali billi tiffoka fuq kriterji unifikati ta' eżitu u fuq l-awditjar tal-prestazzjoni fil-proċess tar-rappurtar annwali u finali sabiex jiġi mmonitorjat aħjar l-impatt tal-baġit tal-UE; jitlob l-applikazzjoni ta' indikaturi mifruxa mal-UE kollha, bħas-sehem ta' parteċipanti fl-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ li jidħlu fis-suq tax-xogħol primarju bħala riżultat ta' interventi ffinanzjati mill-UE;

63.  Jisħaq, madankollu, li r-riforma fl-ippjanar u r-rappurtar ma għandhiex tittardja l-implimentazzjoni tal-baġit u ma għandhiex tiġġenera piż amministrattiv eċċessiv għall-awtoritajiet ta' ġestjoni u partikolarment għall-benefiċjarji finali;

64.  Jirrikonoxxi li l-piż amministrattiv eżistenti jxekkel il-kapaċità ta' investiment tal-baġit tal-UE, speċjalment fil-każ ta' strumenti b'perjodi ta' implimentazzjoni aktar qosra bħall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ; jitlob, għalhekk, proċeduri ta' sejħiet għall-offerti aktar allinjati b'enfasi fuq it-tħejjija mħaffa tal-offerti u proċeduri aktar qosra biex tiġi appellata deċiżjoni; jinnota l-effett pożittiv iġġenerat mill-użu tal-għażliet tal-ispejjeż issimplifikati (SCOs) fin-nefqa tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ; jitlob l-introduzzjoni tal-SCOs fil-proġetti tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ mifruxa madwar l-UE kollha sabiex titnaqqas b'mod sinifikanti l-burokrazija żejda u titħaffef l-implimentazzjoni baġitarja.

65.  Jenfasizza li minn issa l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ hija l-fond bl-aħjar prestazzjoni fost il-Fondi SIE kollha f'termini ta' implimentazzjoni finanzjarja;

66.  Jilqa' l-fatt li l-miżuri tal-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ ipprovdew appoġġ għal aktar minn 1,6 miljun żagħżugħ, u wasslu biex l-Istati Membri kkonsolidaw operazzjonijiet li kienu jammontaw għal aktar minn EUR 4 biljun;

67.  Jinnota li nuqqas ta' informazzjoni dwar l-ispiża potenzjali tal-implimentazzjoni ta' skema fi Stat Membru jista' jirriżulta f'finanzjament inadegwat għall-implimentazzjoni tal-iskema u l-ilħuq tal-objettivi tagħha; jistieden lill-Istati Membri jagħmlu analiżi ex-ante u jfasslu ħarsa ġenerali tal-ispejjeż tal-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ;

68.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiġu stabbiliti sistemi ta' monitoraġġ anqas burokratiċi u aktar aġġornati għall-bqija tal-finanzjament tal-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ;

69.  Jitlob enfasi fuq ir-riżultati tal-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, billi jiġu definiti indikaturi konkreti marbuta ma' servizzi ġodda u miżuri ta' appoġġ tas-suq tax-xogħol stabbiliti permezz tal-programm fl-Istati Membri u n-numru ta' kuntratti permanenti offruti;

70.  Jemmen li, sabiex tiġi vvalutata l-effikaċja tal-iskemi, jeħtieġ li jiġu evalwati l-aspetti kollha, inkluż il-valur għall-flus tal-iskema; jinnota l-istimi preċedenti tal-ILO u l-Eurofound, u jitlob lill-Kummissjoni tikkonferma jew taġġorna dawn il-projezzjonijiet;

71.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistabbilixxu għanijiet realistiċi u li jistgħu jinkisbu, jivvalutaw id-disparitajiet, janalizzaw is-suq qabel l-implimentazzjoni tal-iskemi, u jtejbu s-sistemi ta' superviżjoni u ta' notifika;

o
o   o

72.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 470.
(2) ĠU L 126, 21.5.2015, p. 1.
(3) ĠU C 120, 26.4.2013, p. 1.
(4) Testi adottati, P8_TA(2017)0390.
(5) ĠU C 264 E, 13.9.2013, p. 69.
(6) ĠU L 113, 29.4.2017, p. 56.
(7) Ir-rapport tal-Kummisjoni ta' Diċembru 2013, bit-titolu "Employment and Social Developments in Europe 2013" (L-Impjieg u l-Iżviluppi Soċjali fl-Ewropa 2013).
(8) Ir-rapport tal-Eurofound ta' Awwissu 2014 intitolat "Profili okkupazzjonali fil-kundizzjonijiet tax-xogħol: Identifikazzjoni tal-gruppi bi żvantaġġi multipli".
(9) Miżuri oħra jinkludu, l-inizjattiva "Żgħażagħ Attivi", imnedija f'Settembru 2010, l-"Inizjattiva għall-Opportunitajiet taż-Żgħażagħ", imnedija f'Diċembru 2011 u l-inizjattiva "Gruppi ta' Azzjoni għaż-Żgħażagħ" imnedija f'Jannar 2012.
(10) Ir-Rapport Speċjali Nru 5/2017 tal-QEA dwar l-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ; Ir-Rapport Finali tad-Direttorat Ġenerali għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni tal-Kummissjoni Ewropea ta' Ġunju 2016 dwar l-ewwel riżultati tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ; Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' Ottubru 2016 dwar il-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ: tliet snin wara (COM(2016)0646); L-Analiżi fil-Fond mis-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew ta' Ġunju 2016 bit-titolu "L-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ: Valutazzjoni tal-Implimentazzjoni Ewropea".
(11) Il-qafas leġiżlattiv ta' ċerti pajjiżi jiddefinixxi lil ċerti żgħażagħ, b'mod partikolari dawk b'diżabilitajiet severi, bħala "mhux kapaċi jaħdmu". Dawn ma jistgħux jirreġistraw mas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi u, għaldaqstant, ma jistgħux jieħdu sehem fl-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ.


L-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Kwalifiki Professjonali u l-ħtieġa ta' riforma fis-servizzi professjonali
PDF 369kWORD 56k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Jannar 2018 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2005/36/KE fir-rigward tar-regolamentazzjoni u l-ħtieġa ta' riforma fis-servizzi professjonali (2017/2073(INI))
P8_TA(2018)0019A8-0401/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 45, 49 u 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 15 u 16 tagħha,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali(1),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Jannar 2017 dwar ir-rakkomandazzjonijiet tar-riforma għal regolamentazzjoni fis-servizzi professjonali (COM(2016)0820),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Ottubru 2013 dwar l-evalwazzjoni ta' regolamentazzjonijiet nazzjonali fuq l-aċċess għall-professjonijiet (COM(2013)0676),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ottubru 2015 intitolata "Naġġornaw is-Suq Uniku: opportunitajiet aktar għaċ-ċittadini u għan-negozji" (COM(2015)0550),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Mejju 2016 dwar l-Istrateġija għas-Suq Uniku(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Ġunju 2017 dwar aġenda Ewropea għall-ekonomija kollaborattiva(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Frar 2017 dwar ir-Rapport Annwali dwar il-Governanza tas-Suq Uniku fi ħdan is-Semestru Ewropew 2017(4),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-31 ta' Mejju 2017(5),

–  wara li kkunsidra r-rapport finali tal-Grupp ta' Ħidma dwar it-Tisħiħ tan-Negozju tal-Professjonijiet Liberali,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) u l-Anness 3 tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2002 dwar il-proċedura ta' awtorizzazzjoni għat-tħejjija ta' rapporti fuq inizjattiva proprja,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0401/2017),

A.  billi l-moviment liberu tal-ħaddiema, il-libertà tal-istabbiliment u l-libertà tal-provvista tas-servizzi fi ħdan l-UE huma s-sinsla tas-suq uniku u jġibu bosta benefiċċji għaċ-ċittadini u n-negozji;

B.  billi għalkemm is-servizzi jammontaw għal 71 % tal-PDG u 68 % tal-impjieg totali, xorta waħda għadu ma ntlaħaqx il-potenzjal sħiħ tas-suq uniku fis-servizzi;

C.  billi, fin-nuqqas ta' armonizzazzjoni, l-Istati Membri huma liberi li jiddeċiedu dwar ir-regolamentazzjoni tal-professjonijiet, bil-kundizzjoni li l-miżuri nazzjonali jkunu trasparenti, mhux diskriminatorji, ġustifikati u proporzjonati;

D.  billi regolamentazzjoni intelliġenti, debitament ġustifikata mill-protezzjoni ta' għanijiet leġittimi tal-interess pubbliku, jista' jkollha effetti pożittivi fuq is-suq intern, filwaqt li tiżgura livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur u titjib fil-kwalità tas-servizzi pprovduti; billi, għalhekk, id-deregolamentazzjoni m'għandhiex tkun għan minnha nnifisha;

E.  billi, f'ħafna każijiet, ir-regolamentazzjoni tal-professjonijiet hija ġustifikata, iżda ostakli mhux ġustifikati għas-servizzi professjonali huma ta' detriment għad-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini u għall-ekonomiji tal-Istati Membri; billi, konsegwentement, ir-regolamentazzjoni professjonali jeħtieġ li tkun aġġustata fuq bażi regolari sabiex tqis l-iżviluppi teknoloġiċi, tas-soċjetà jew tas-suq;

F.  billi d-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali tipprevedi rikonoxximent awtomatiku għal għadd ta' professjonijiet fuq il-bażi ta' rekwiżiti minimi ta' taħriġ armonizzati, sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali, sistema ta' rikonoxximent awtomatiku tal-esperjenza professjonali, kif ukoll sistema ġdida ta' forniment ta' servizzi transkonfinali fil-kuntest ta' professjonijiet regolati;

G.  billi d-Direttiva 2005/36/KE ġiet emendata fl-2013, bl-għan li tikseb qafas regolatorju proporzjonat, ġustifikat b'għanijiet ta' interess ġenerali, u introduċiet fl-Artikolu 59 eżerċizzju ta' evalwazzjoni trasparenti u reċiproku għall-professjonijiet regolati kollha fl-Istati Membri, kemm jekk huma regolati fuq il-bażi ta' regoli nazzjonali jew fuq il-bażi ta' regoli li huma armonizzati fil-livell tal-UE;

H.  billi mhux id-dispożizzjonijiet kollha tad-Direttiva 2005/36/KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 59, għadhom ġew implimentati bis-sħiħ mill-Istati Membri, anke wara li għaddiet l-iskadenza;

I.  billi l-Istati Membri ntalbu jippreżentaw pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali (PAN) lill-Kummissjoni sat-18 ta' Jannar 2016, b'informazzjoni dwar deċiżjonijiet li jirrigwardaw iż-żamma jew l-emendar ta' regolamentazzjonijiet professjonali; billi għad hemm 6 Stati Membri li ma ppreżentawx il-PAN tagħhom;

J.  billi skont l-Artikolu 59 tad-Direttiva 2005/36/KE, il-Kummissjoni kienet mistennija tippreżenta sat-18 ta' Jannar 2017 il-konklużjonijiet tagħha dwar l-eżerċizzju ta' evalwazzjoni reċiproka, flimkien ma' proposti għal aktar inizjattivi fejn neċessarju;

K.  billi fl-10 ta' Jannar 2017, il-Kummissjoni ppreżentat kommunikazzjoni dwar il-ħtieġa ta' riforma fis-servizzi professjonali, li tanalizza r-regolamentazzjoni professjonali f'seba' setturi ta' attività u li tindirizza rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri f'dan ir-rigward;

L.  billi l-eżerċizzju ta' evalwazzjoni reċiproka żvela li l-livell ta' regolamentazzjoni tal-professjonijiet ivarja b'mod sinifikanti bejn l-Istati Membri; billi hemm bżonn ta' iktar kjarifika, speċjalment f'dawk il-każijiet fejn l-Istati Membri ħabbru l-introduzzjoni ta' forom ġodda ta' regolamentazzjoni professjonali wara t-tlestija tal-eżerċizzju;

Ir-regolamentazzjoni tal-professjonijiet fl-Unjoni Ewropea u l-istat ta' ħidma tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 59 tad-Direttiva 2005/36/KE

1.  Jenfasizza li l-professjonijiet regolati għandhom rwol fundamentali fl-ekonomija tal-UE, filwaqt li jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għar-rata ta' okkupazzjoni, kif ukoll għall-mobilità tal-ħaddiema u għall-valur miżjud fl-Unjoni; iqis, barra minn hekk, li servizzi professjonali ta' kwalità għolja u ambjent regolatorju effettiv huma ta' importanza kbira għaż-żamma tal-mudell ekonomiku, soċjali u kulturali tal-UE u biex tissaħħaħ il-kompetittività tal-UE f'termini ta' tkabbir, innovazzjoni u ħolqien tal-impjiegi;

2.   Ifakkar li hemm aktar minn 5 500 professjoni regolata fl-UE kollha, b'varjazzjonijiet sinifikanti bejn l-Istati Membri, li jirrappreżentaw 22 % tal-forza tax-xogħol fis-setturi kollha ta' attività, bħal servizzi tas-saħħa u soċjali, servizzi kummerċjali, servizzi tal-kostruzzjoni, servizzi tan-netwerk, trasport, turiżmu, proprjetà immobbli, servizzi pubbliċi u edukazzjoni;

3.  Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tipprovdi gwida għall-Istati Membri fil-kuntest tal-eżerċizzju ta' evalwazzjoni reċiproka, inkluża l-organizzazzjoni ta' diskussjonijiet fil-fond imwettqa mal-awtoritajiet nazzjonali, filwaqt li tindika wkoll il-ħtieġa għall-awtoritajiet nazzjonali li jinvolvu lill-partijiet kollha kkonċernati sabiex tinġabar l-informazzjoni rilevanti dwar l-impatt tar-regolamentazzjonijiet;

4.  Jemmen li l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Jannar 2017 tista' tgħin lill-Istati Membri jirregolaw aħjar is-servizzi professjonali u jiskambjaw l-aħjar prattiki sabiex jifhmu l-għażliet regolatorji ta' Stati Membri oħrajn, filwaqt li jitqies il-fatt li xi Stati Membri jipprevedu regolamentazzjoni tal-istat aktar intensiva tal-professjonijiet minn oħrajn; jenfasizza, madankollu, il-ħtieġa ta' valutazzjoni tal-kwalità tar-regolamentazzjonijiet, billi hemm bżonn ta' elementi lil hinn mill-analiżi ekonomika għal valutazzjoni olistika tal-prestazzjoni tal-ambjent regolatorju f'kull Stat Membru;

5.  Jiddispjaċih li xi Stati Membri naqsu milli jinnotifikaw informazzjoni dwar il-professjonijiet li jirregolaw u r-rekwiżiti għall-aċċess ta' dawk il-professjonijiet; jistieden lill-Istati Membri jtejbu b'mod sinifikanti l-proċess ta' notifika fil-kuntest tad-Direttiva dwar il-Kwalifiki Professjonali;

6.  Jissottolinja li t-titjib fit-trasparenza u l-komparabilità tar-rekwiżiti nazzjonali li jirregolaw l-aċċess għall-professjonijiet regolati jew il-prattika tagħhom jista' jippermetti mobilità professjonali akbar u li, konsegwentement u skont id-Direttiva 2005/36/KE, ir-rekwiżiti nazzjonali kollha għandhom ikunu notifikati u magħmula pubblikament disponibbli fil-bażi ta' data għall-professjonijiet regolati, b'mod ċar u li jinftiehem;

7.  Jirrikonoxxi t-titjib fil-bażi ta' data tal-professjonijiet regolati li sar mill-Kummissjoni, inkluż il-ħolqien ta' mappa interattiva li tippermetti liċ-ċittadini jivverifikaw ir-rekwiżiti tal-aċċess professjonali madwar l-UE u jivviżwalizzaw b'mod aktar faċli liema professjonijiet huma regolati fi Stat Membru partikolari; jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb aktar il-bażi ta' data għall-professjonijiet regolati, sabiex tiġi ffaċilitata notifika f'waqtha u preċiża tal-informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti u b'hekk tissaħħaħ it-trasparenza għaċ-ċittadini tal-UE;

8.  Jieħu nota tad-diverġenzi fost l-Istati Membri fir-rigward tal-għadd ta' professjonijiet regolati u l-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet koperti minn professjonijiet simili, li jispjega l-forom differenti ta' regolamentazzjoni tal-professjonijiet magħżula minn kull Stat Membru; jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb l-komparabilità ta' professjonijiet differenti u tiddefinixxi sett komuni ta' attivitajiet għal kull professjoni notifikata fil-bażi ta' data, bl-għan li tiffaċilita l-armonizzazzjoni volontarja madwar l-UE;

9.  Jiddispjaċih li għadd ta' Stati Membri għadhom ma ppreżentawx Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali (PAN) kif meħtieġ mid-Direttiva 2005/36/KE, u jistieden lil dawk l-Istati Membri jagħmlu dan mingħajr dewmien żejjed; jinnota li l-livelli ta' qawwa, ambizzjoni u dettall tal-PAN ippreżentati huma differenti;

10.  Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ l-Artikolu 59 tad-Direttiva 2005/36/KE u jsaħħu l-isforzi tagħhom biex jiggarantixxu aktar trasparenza tar-regolamentazzjonijiet professjonali tagħhom, billi dan huwa kruċjali għall-mobilità tal-professjonisti fl-UE, hekk kif huwa biss permezz ta' informazzjoni kompluta mill-Istati Membri kollha li tista' tingħata stampa sħiħa tal-professjonijiet regolati fil-livell nazzjonali jew tal-UE;

11.  Jiddispjaċih li wħud mill-Istati Membri ma kkonsultawx lill-partijiet ikkonċernati rilevanti b'mod xieraq meta ħejjew il-PAN; jemmen li hemm bżonn ta' fluss ta' informazzjoni trasparenti bejn l-istituzzjonijiet pubbliċi u l-partijiet ikkonċernati sabiex il-kwistjonijiet u l-isfidi li jaffettwaw il-professjonijiet jiġu indirizzati b'mod effettiv; jitlob involviment usa' tal-partijiet interessati kollha fil-futur, mhux biss bil-ħsieb li jitħejjew il-PAN, iżda wkoll qabel ir-riforma tar-regolamentazzjoni tal-professjonijiet, biex b'hekk il-partijiet kollha kkonċernati jkunu jistgħu jesprimu l-fehmiet tagħhom;

12.  Jenfasizza li r-regolamentazzjoni effettiva tal-professjonijiet għandha tkun ta' benefiċċju kemm għall-konsumaturi u kemm għall-professjonisti; ifakkar li l-Istati Membri huma liberi li jintroduċu regolamentazzjonijiet ġodda jew li jemendaw ir-regoli eżistenti li jirrestrinġu l-aċċess għall-professjonijiet regolati jew il-prattika tagħhom, li jirriflettu l-viżjoni tagħhom għas-soċjetà u l-kuntest soċjoekonomiku tagħhom, sakemm dawn ikunu ġustifikati bl-għanijiet ta' interess pubbliku; jemmen li regolamentazzjoni tas-servizzi professjonali li hija proporzjonata u adattata għar-realtà tas-suq tista' twassal għal titjib fid-dinamika tas-suq, prezzijiet orħos għall-konsumaturi u prestazzjoni settorjali mtejba u aktar effiċjenti;

13.  Iqis, fl-istess ħin li rekwiżiti diskriminatorji, mhux ġustifikati u sproporzjonati jistgħu jkunu partikolarment inġusti, speċjalment għal professjonisti żgħażagħ, u jistgħu jxekklu l-kompetizzjoni u jaffettwaw b'mod negattiv il-benefiċjarji tas-servizz, inklużi l-konsumaturi;

14.  Jirrikonoxxi r-rwol tar-regolamentazzjoni professjonali biex jintlaħaq livell għoli ta' protezzjoni tal-għanijiet tal-interess pubbliku, jekk humiex dawk espliċitament imsemmija fit-Trattat, bħall-politika pubblika, is-sigurtà pubblika u s-saħħa pubblika, jew dawk li jikkostitwixxu raġunijiet prevalenti ta' interess pubbliku, inklużi dawk rikonoxxuti mill-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja, bħall-preservazzjoni tal-bilanċ finanzjarju tas-sistema tas-sigurtà soċjali, il-protezzjoni tal-konsumaturi, il-benefiċjarji ta' servizzi u l-ħaddiema, is-salvagwardja tal-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, l-ekwità fi tranżazzjonijiet kummerċjali, il-ġlieda kontra l-frodi, il-prevenzjoni tal-evażjoni u l-evitar tat-taxxa, l-effikaċja tas-superviżjoni fiskali, is-sigurtà tat-trasport bit-triq, il-garanzija tal-kwalità tax-xogħol artiġjanali, il-promozzjoni tar-riċerka u l-iżvilupp, il-protezzjoni tal-ambjent u l-ambjent urban, is-saħħa tal-annimali , il-proprjetà intellettwali, is-salvagwardja u l-konservazzjoni tal-wirt storiku u artistiku nazzjonali, l-objettivi ta' politika soċjali u l-objettivi ta' politika kulturali; jirrikonoxxi l-marġni ta' rikonoxximent tal-Istati Membri sabiex jiddeterminaw modi biex jinkiseb dan ta' hawn fuq, f'konformità mal-prinċipji ta' nondiskriminazzjoni u ta' proporzjonalità;

15.  Jinnota li, fid-dawl tar-riskji għall-konsumaturi, għall-professjonisti jew partijiet terzi, l-Istati Membri jistgħu jirriżervaw ċerti attivitajiet għal professjonisti kwalifikati biss, b'mod partikolari meta ma jkunx hemm mezzi anqas restrittivi biex jintlaħaq l-istess riżultat; jenfasizza li f'każijiet bħal dawn, regolamentazzjonijiet speċifiċi għall-professjoni jridu jiżguraw is-superviżjoni effettiva tal-prattika legali tal-professjoni regolata u, fejn ikun rilevanti, tar-regoli ta' etika tagħha;

16.  Jirrikonoxxi f'dan ir-rigward ir-relazzjoni bejn il-proposta għat-test ta' proporzjonalità, li tistabbilixxi regoli dwar qafas komuni għat-twettiq ta' valutazzjonijiet tal-proporzjonalità qabel l-introduzzjoni ta' miżuri ġodda jew miżuri emendatorji eżistenti li jirregolaw il-professjonijiet regolati, u r-rakkomandazzjonijiet ta' riforma li huma bbażati fuq il-valutazzjoni tar-regolamentazzjonijiet nazzjonali f'seba' setturi ta' attività; jistieden lill-Istati Membri jivvalutaw u, fejn meħtieġ, jadattaw ir-regolamentazzjoni tagħhom tal-professjonijiet f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi tar-riforma;

17.   Jenfasizza li rakkomandazzjonijiet għar-riforma ma jistgħux jissostitwixxu azzjoni ta' infurzar, u jistieden lill-Kummissjoni bħala l-gwardjan tat-Trattati tieħu azzjoni u tagħti bidu għal proċeduri ta' ksur meta din tidentifika regolamentazzjonijiet diskriminatorji, mhux ġustifikati jew sproporzjonati;

L-utilità tal-indikatur restrittiv u l-bżonn li tiġi promossa kwalità għolja tas-servizzi fl-Ewropa

18.  Jieħu nota tal-fatt li l-Kummissjoni ħarġet indikatur restrittiv ġdid, u jilqa' t-titjib meta mqabbel mal-indikatur ta' restrizzjoni PMR eżistenti tal-OECD permezz tal-analiżi dettaljata tas-setturi kkonċernati;

19.  Jissottolinja li dan l-indikatur, li juri l-intensità regolatorja ġenerali fl-Istati Membri biss abbażi ta' data kwantitattiva marbuta mal-ostakli eżistenti għall-moviment ħieles, għandu jitqies bħala għodda purament indikattiva, u mhux bħala wieħed li jippermetti li jinġibdu konklużjonijiet dwar jekk dik li tista' tkun regolamentazzjoni aktar stretta f'xi Stati Membri hijiex sproporzjonata;

20.  Ifakkar li l-analiżi globali tal-impatt tar-regolamentazzjonijiet fl-Istati Membri għandha tkun suġġetta mhux biss għal valutazzjoni kwantitattiva, iżda wkoll għal dik kwalitattiva li tinkludi l-għanijiet ta' interess ġenerali u l-kwalità tas-servizzi pprovduti, inklużi l-benefiċċji indiretti possibbli għaċ-ċittadini u għas-suq tax-xogħol; jinnota li l-indikatur ta' restrizzjoni huwa akkumpanjat minn analiżi ulterjuri li tipprovdi informazzjoni addizzjonali dwar ir-realtà fil-prattika, u jħeġġeġ lill-Istati Membri jikkunsidraw dan l-indikatur, flimkien ma' data kwalitattiva sabiex iqabblu l-prestazzjoni tagħhom fis-setturi magħżula ta' attività;

Il-futur għal professjonijiet regolati

21.  Jenfasizza l-ħtieġa mhux biss ta' qafas regolatorju effettiv fl-UE u fl-Istati Membri, iżda anke ta' politiki effettivi u kkoordinati li jappoġġjaw lill-professjonisti fl-UE u li jsaħħu l-kompetittività, il-kapaċità tal-innovazzjoni u l-kwalità tas-servizzi professjonali fl-UE;

22.  Jenfasizza li l-professjonisti jistgħu jeżerċitaw professjonijiet regolati jew bħala persuni fiżiċi jew bħala persuni ġuridiċi fil-forma ta' kumpanija professjonali, u li huwa importanti li jiġu kkunsidrati ż-żewġ perspettivi fl-implimentazzjoni ta' politiki ġodda; jinsab konvint, fid-dawl ta' dan, li l-għodod ekonomiċi għandhom jiġu kkombinati ma' politiki mmirati sabiex isaħħu l-intraprenditorija u l-kapital uman fis-servizzi professjonali;

23.  Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri, flimkien mal-organizzazzjonijiet professjonali fis-setturi ta' kompetenza rispettivi tagħhom, isegwu b'mod adegwat ir-rakkomandazzjonijiet tal-Gruppi ta' Ħidma dwar it-Tisħiħ tan-Negozju tal-Professjonijiet Liberali;

24.  Jenfasizza l-importanza tal-edukazzjoni, l-iżvilupp tal-ħiliet u t-taħriġ intraprenditorjali sabiex jiġi żgurat li l-professjonisti fl-UE jibqgħu kompetittivi u jkunu kapaċi jiffaċċjaw it-tibdil trasformattiv li qed jaffettwa l-professjonijiet liberali minħabba l-innovazzjoni, id-diġitalizzazzjoni u l-globalizzazzjoni; jenfasizza r-rabta mill-qrib bejn l-għarfien ta' professjonist u l-kwalità tas-servizz mogħti; jinnota r-rwol importanti li għandu jkollhom l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla u tar-riċerka f'dan ir-rigward, inkluż permezz ta' proġetti ta' litteriżmu diġitali;

25.  Jinnota li hemm bżonn ta' komparabilità aħjar tal-livell ta' kwalifiki professjonali sabiex tiżdied l-omoġeneità tal-evidenza tal-kwalifiki formali fl-UE, u b'hekk jinħoloq ambjent aktar ekwu għall-gradwati żgħażagħ li jidħlu fil-professjonijiet, u b'hekk tiġi ffaċilitata l-mobilità tagħhom fl-UE;

26.  Jistieden lill-Istati Membri jwettqu analiżi tas-suq xierqa bl-għan li jiġi żgurat adattament aktar mgħaġġel ta' fornituri ta' servizzi għall-ħtiġijiet tas-suq, kif ukoll li jiżviluppaw politiki biex is-servizzi professjonali tal-UE jsiru kompetittivi fil-livell dinji fid-deċennji li ġejjin;

L-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni fis-servizzi professjonali

27.  Jinnota li l-progress xjentifiku, l-innovazzjoni teknoloġika u d-diġitalizzazzjoni għandhom impatt kunsiderevoli fuq is-servizzi professjonali, u jġibu opportunitajiet ġodda għall-professjonisti kif ukoll sfidi fis-suq tax-xogħol u l-kwalità tas-servizzi;

28.  Jilqa' r-rikonoxximent mill-Kummissjoni tal-bżonn li wieħed jirrifletti dwar l-impatt ta' teknoloġiji ġodda fuq is-servizzi professjonali, speċjalment fis-setturi legali u tal-kontabilità, li fihom il-proċeduri jistgħu jiġu mtejba; jinnota b'mod partikolari li għandha tingħata attenzjoni mill-qrib lir-riskji konsegwenti għall-benefiċjarji tas-servizz, inklużi l-konsumaturi, għal bidla daqshekk trasformattiva, li m'għandhomx jiġu esklużi minn teknoloġiji ġodda;

29.  Jenfasizza li se jkun improbabbli li t-teknoloġiji ġodda jissostitwixxu l-bnedmin fit-teħid ta' deċiżjonijiet etiċi u morali; jinnota, f'dan ir-rigward, li r-regoli dwar l-organizzazzjoni tal-professjonijiet, inklużi r-regoli dwar is-sorveljanza mill-korpi pubbliċi jew assoċjazzjonijiet professjonali jista' jkollhom rwol importanti u jgħinu sabiex il-benefiċċji tad-diġitalizzazzjoni jitqassmu b'mod aktar ekwu; jinnota li, f'ċerti oqsma, mekkaniżmi mmexxija mis-suq bħal spunti mill-konsumaturi jistgħu jikkontribwixxu wkoll biex titjieb il-kwalità ta' servizz partikolari;

30.  Jenfasizza li r-regolamentazzjonijiet dwar is-servizzi professjonali għandhom ikunu adatti għall-iskop, u għandhom jiġu rieżaminati fuq bażi regolari biex jitqiesu l-innovazzjoni teknoloġika u d-diġitalizzazzjoni;

31.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli żżomm lill-Parlament infurmat fuq bażi regolari dwar is-sitwazzjoni attwali b'rabta mal-konformità tal-Istati Membri mad-Direttiva 2005/36/KE;

o
o   o

32.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti u l-gvernijiet tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.
(2) Testi adottati, P8_TA(2016)0237.
(3) Testi adottati, P8_TA(2017)0271.
(4) Testi adottati, P8_TA(2017)0040.
(5) Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

Avviż legali - Politika tal-privatezza