Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2016/0367(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0110/2018

Testi mressqa :

A8-0110/2018

Dibattiti :

PV 17/04/2018 - 22
CRE 17/04/2018 - 22

Votazzjonijiet :

PV 18/04/2018 - 12.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0108

Testi adottati
PDF 118kWORD 48k
L-Erbgħa, 18 ta' April 2018 - Strasburgu
Konklużjoni tal-Ftehim Qafas bejn l-UE u l-Awstralja ***
P8_TA(2018)0108A8-0110/2018

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Awstralja, min-naħa l-oħra (15467/2016 – C8-0327/2017 – 2016/0367(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (15467/2016),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Awstralja, min-naħa l-oħra (09776/2016),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 37 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 207, l-Artikolu 212(1), l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), u l-Artikolu 218(8), it-tieni subparagrafu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0327/2017),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tat-18 ta’ April 2018(1) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0110/2018),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Awstralja.

(1) Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2018)0109.

Aġġornata l-aħħar: 1 ta' Lulju 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza