Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2017/2147(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0068/2018

Testi mressqa :

A8-0068/2018

Dibattiti :

PV 18/04/2018 - 10
CRE 18/04/2018 - 10

Votazzjonijiet :

PV 18/04/2018 - 12.32

Testi adottati :

P8_TA(2018)0137

Testi adottati
PDF 440kWORD 54k
L-Erbgħa, 18 ta' April 2018 - Strasburgu
Kwittanza 2016: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali (Cedefop)
P8_TA(2018)0137A8-0068/2018
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2016 (2017/2147(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta taċ-Ċentru(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05941/2018 – C8-0057/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 tal-10 ta' Frar 1975 li jwaqqaf Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 12a tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0068/2018),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 417, 6.12.2017, p. 42.
(2) ĠU C 417, 6.12.2017, p. 42.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.
(5) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ April 2018 dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2016 (2017/2147(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta taċ-Ċentru(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05941/2018 – C8-0057/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 tal-10 ta' Frar 1975 li jwaqqaf Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 12a tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0068/2018),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 417, 6.12.2017, p. 42.
(2) ĠU C 417, 6.12.2017, p. 42.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.
(5) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ April 2018 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2016 (2017/2147(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0068/2018),

A.  billi fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tixtieq tenfasizza l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani;

B.  billi, skont ir-rapporti tad-dħul u l-infiq tiegħu(1), il-baġit finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (iċ-‘Ċentru’) għas-sena finanzjarja 2016 kien ta' EUR 18 019 949, li jirrappreżenta tnaqqis ta' 1,83 % meta mqabbel mal-2015; billi l-baġit taċ-Ċentru huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni;

C.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-‘Qorti’), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2016 (ir-‘rapport tal-Qorti’), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Segwitu għall-kwittanza 2015

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-kumment tal-Qorti dwar il-bini, ix-xogħol ta' tiswija, it-tisħiħ strutturali u diversi kwistjonijiet ta' sikurezza issa huwa mmarkat bħala "Ikkompletat";

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

2.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2016 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 99,99 %, li tirrappreżenta żieda ta' 1,43 % meta mqabbla mas-sena preċedenti; barra minn hekk, jilqa' l-fatt li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 94,55 %, li tfisser żieda ta' 11,55 % meta mqabbla mas-sena preċedenti;

Impenji u riporti

3.  Jinnota li ċ-Ċentru kien kapaċi jutilizza tfaddil addizzjonali li jirriżulta minn aġġustament 'l isfel fil-fattur ta' ponderazzjoni tas-salarji minn 79,9 % għal 79,3 %; jinnota b'sodisfazzjoni li ċ-Ċentru trasferixxa l-iffrankar sussegwenti fi spejjeż tal-persunal għal attivitajiet operattivi u ġestiti b'suċċess biex jimpenjahom mill-ġdid qabel tmiem is-sena;

4.  Jinnota li r-riporti ħafna drabi jistgħu jkunu parzjalment jew kompletament ġustifikati minħabba n-natura pluriennali tal-programmi operattivi taċ-Ċentru, mhux neċessarjament jindikaw dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit, u mhux dejjem imorru kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità, b'mod partikolari jekk ikunu ppjanati minn qabel miċ-Ċentru u kkomunikati lill-Qorti;

Trasferiment

5.  Jinnota li, fl-2016, iċ-Ċentru għamel trasferimenti li jammontaw għal EUR 309 187 mit-Titolu I (infiq tal-persunal) u għat-Titolu II (infiq amministrattiv) u għat-Titolu III (infiq operattiv); jinnota b'sodisfazzjon li l-livell u n-natura tat-trasferimenti fl-2016 baqgħu fi ħdan il-limiti tar-regoli finanzjarji;

Akkwist

6.  Jinnota li, fl-2016, iċ-Ċentru pproċessa 46 proċedura ta' akkwist, li minnhom 46 % kienu proċeduri miftuħa, 48 % proċeduri negozjati u 6 % proċeduri ristretti;

Politika tal-persunal

7.  Jinnota li fil-31 ta' Diċembru 2016 ir-rata ta' okkupazzjoni tat-tabella tal-persunal kienet ta' 98 %, jiġifieri 92 post mimlija fit-tabella tal-persunal li kellha 94 post awtorizzati;

8.  Jinnota b'apprezzament il-fatt li ċ-Ċentru baqa' impenjat li jappoġġa opportunitajiet indaqs fir-reklutaġġ u l-impjieg; jinnota li l-persunal taċ-Ċentru huwa magħmul minn 60 % nisa u 40 % irġiel, u li l-bilanċ bejn is-sessi jista' jitjieb; jilqa' il-fatt, madankollu, li n-nisa huma rappreżentati sew f'kull grad, inkluż fil-livell maniġerjali, b'mod partikolari minħabba li dan mhuwiex dejjem il-każ;

9.  Jenfasizza li l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għandu jkun parti mill-politika tal-persunal taċ-Ċentru; jinnota li l-baġit li ntefaq għall-attivitajiet ta' benesseri jammonta għal madwar EUR 46 000, li jikkorrispondi għal 0,5 jum għal kull membru tal-persunal; jistieden liċ-Ċentru jipprovdi analiżi aktar bir-reqqa ta' dawk l-ispejjeż lill-awtorità ta' kwittanza; josserva li n-numru medju ta' liv minħabba mard kien ta' 7,9 ijiem għal kull membru tal-persunal;

10.  Ifakkar li f'Novembru 2011 iċ-Ċentru adotta deċiżjoni dwar il-fastidju psikoloġiku u sesswali; jistieden liċ-Ċentru jappoġġa l-organizzazzjoni ta' taħriġ u sessjonijiet ta' informazzjoni biex iżid is-sensibilizzazzjoni tal-persunal;

11.  Jinnota b'sodisfazzjon li fl-2016 iċ-Ċentru ma rċieva l-ebda lment, azzjoni legali jew każ irrapportat marbuta mar-reklutaġġ jew mat-tkeċċija ta' membri tal-persunal;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, it-trasparenza u d-demokrazija

12.  Jilqa' l-fatt li ċ-Ċentru kiseb id-dikjarazzjonijiet nieqsa kollha ta' kunflitti ta' interess minn membri tal-bord maħtura reċentement u li d-dikjarazzjonijiet issa huma ppubblikati fuq is-sit web tiegħu;

13.  Ifakkar li, fit-22 ta' Ottubru 2014, iċ-Ċentru adotta l-istrateġija tiegħu kontra l-frodi, flimkien mal-politika tiegħu dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li ċ-Ċentru organizza sessjonijiet regolari ta' taħriġ intiżi biex jissensibilizzaw il-persunal tiegħu dwar l-implimentazzjoni korretta tal-istrateġija u l-politika;

14.  Jinnota li fid-9 ta' Frar 2017, iċ-Ċentru adotta linji gwida dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta, li huma bbażati fuq il-Linji Gwida tal-Kummissjoni u li jissodisfaw il-ħtiġiet stabbiliti fl-Artikolu 22c tar-Regolamenti tal-Persunal; jinnota li fl-2016 iċ-Ċentru ma kellu ebda każ ta' żvelar ta' informazzjoni protetta;

15.  Jesprimi l-bżonn li jiġi stabbilit korp ta' żvelar, konsulenza u riferiment indipendenti b'riżorsi baġitarji suffiċjenti, li jgħin lill-informaturi jużaw il-mezzi adatti biex jiżvelaw l-informazzjoni tagħhom dwar irregolaritajiet possibbli li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, filwaqt li titħares il-kunfidenzjalità tagħhom u jiġu offruti l-appoġġ u l-konsulenza li jeħtieġu;

16.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li ċ-Ċentru ma jippubblikax il-minuti tal-laqgħat tal-bord governattiv tiegħu; jistieden liċ-Ċentru jbiddel il-politika tiegħu f'dan ir-rigward;

Kisbiet ewlenin

17.  Jilqa' t-tliet kisbiet ewlenin identifikati miċ-Ċentru fl-2016, jiġifieri li:

   ħareġ ir-riżultat tal-proġett ta' tliet snin tiegħu dwar ir-rwol li l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV) jistgħu jiżvolġu fil-ġlieda kontra t-tluq bikri mill-edukazzjoni u mit-taħriġ;
   fassal sett ta' għodda li jipprovdi gwida prattika, suġġerimenti, prattiki tajbin u għodod mislutin tal-ETV biex jikkontribwixxu għal attivitajiet u politiki li jgħinu liż-żgħażagħ f'riskju li jitilqu kmieni mill-iskola biex jibqgħu jitgħallmu u jitħarrġu u jikkwalifikaw u biex jgħinu lil persuni li jitilqu kmieni mill-iskola biex jerġgħu jintegraw ruħhom fl-edukazzjoni jew fit-taħriġ u fis-suq tax-xogħol;
   ippubblika previżjoni aġġornata tal-ħiliet u d-domanda li tirrifletti x-xejriet fil-qasam tal-impjieg sal-2025;

18.  Madankollu, jiddispjaċih li ċ-Ċentru ma użax indikaturi tal-impatt biex jimmonitorja s-suċċess ta' dawn il-kisbiet;

Awditu intern

19.  Jirrikonoxxi l-fatt li r-rakkomandazzjonijiet kollha li ħarġu mill-pjan ta' azzjoni miftiehem li rriżulta mill-awditjar tas-servizz ta' awditjar intern (IAS) dwar l-akkwist, inklużi l-prevenzjoni tal-frodi u l-konsulenza legali fiċ-Ċentru - imwettqa fl-2015 - kienu implimentati u ntbagħtu għal rieżami sa tmiem l-2016; jinnota li erbgħa minn ħames rakkomandazzjonijiet ingħalqu u l-IAS irrakkomanda li waħda tingħalaq; jinnota, barra minn hekk, li f'Marzu 2016, l-IAS wettaq eżerċizzju ta' valutazzjoni tar-riskju fiċ-Ċentru biex iħejji Pjan ta' Awditjar Strateġiku għall-2017 sal-2019;

Prestazzjoni

20.  Jinnota l-kooperazzjoni mill-qrib taċ-Ċentru mal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ u l-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol, formalizzata fi ftehimiet ta' kollaborazzjoni;

21.  Jirrikonoxxi l-fatt li ċ-Ċentru kkontribwixxa b'mod attiv għal għadd ta' attivitajiet tan-Netwerk għall-Iżvilupp tal-Prestazzjoni tal-Aġenziji tal-UE, bħar-reviżjoni tal-Pjan Direzzjonali tal-Kummissjoni, filwaqt li qasam l-esperjenza tiegħu ma' aġenziji oħra tal-Unjoni dwar l-iżvilupp ta' indikaturi ewlenin ta' prestazzjoni tad-Diretturi tal-Aġenzija tal-Unjoni; jinnota li s-sistema ta' kejl tal-prestazzjoni taċ-Ċentru hija parti integrali mill-proċessi tal-ippjanar u r-rappurtar tiegħu;

22.  Jinnota l-evalwazzjoni esterna li għadha għaddejja taċ-Ċentru, meħtieġa mir-Regolament Finanzjarju, u li bdiet f'April 2017;

o
o   o

23.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ April 2018(2) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 113, 30.3.2016, p. 1.
(2) Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2018)0133.

Aġġornata l-aħħar: 4 ta' Diċembru 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza