Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2017/2149(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0093/2018

Testi mressqa :

A8-0093/2018

Dibattiti :

PV 18/04/2018 - 10
CRE 18/04/2018 - 10

Votazzjonijiet :

PV 18/04/2018 - 12.58

Testi adottati :

P8_TA(2018)0163

Testi adottati
PDF 445kWORD 57k
L-Erbgħa, 18 ta' April 2018 - Strasburgu Verżjoni finali
Kwittanza 2016: L-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali (FRA)
P8_TA(2018)0163A8-0093/2018
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2016 (2017/2149(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05941/2018 – C8-0059/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0093/2018),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 417, 6.12.2017, p. 228.
(2) ĠU C 417, 6.12.2017, p. 228.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1.
(5) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


2. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ April 2018 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2016 (2017/2149(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05941/2018 – C8-0059/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0093/2018),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 417, 6.12.2017, p. 228.
(2) ĠU C 417, 6.12.2017, p. 228.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1.
(5) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


3. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ April 2018 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2016 (2017/2149(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0093/2018),

A.  billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' titjib fit-trasparenza u fl-obbligu ta' rendikont, u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani;

B.  billi, skont ir-rapport tad-dħul u tal-infiq tagħha(1), il-baġit finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2016 kien ta' EUR 21 603 000, approssimattivament l-istess ammont tal-2015; billi l-baġit tal-Aġenzija jiġi kważi kollu mill-baġit tal-Unjoni;

C.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2016 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2016 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 100 %, l-istess bħal dik tas-sena ta' qabel, u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 73,21 %, li tirrappreżenta żieda ta' 1,59 % meta mqabbla mas-sena ta' qabel; jirrikonoxxi li l-livell ġeneralment għoli tal-approprjazzjonijiet impenjati jindika li l-impenji saru f'waqthom;

Impenji u riporti

2.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2017 għat-Titolu III (nefqa operattiva) reġgħu kienu għolja ħafna, EUR 5 200 000 (68 %), meta s-sena ta' qabel kienu EUR 5 700 000 (70 %); jirrikonoxxi li, skont il-Qorti, dawn ir-riporti fil-parti l-kbira jirriflettu n-natura tal-attivitajiet tal-Aġenzija, li jinvolvu l-finanzjament ta' studji li jdumu għaddejjin ħafna xhur, u sikwit imorru lil hinn minn tmiem is-sena;

3.  Jinnota li r-rata ta' implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet riportati mill-2015 għall-2016 kienet ta' 96,73 %, li jfisser li r-rata ta' kanċellazzjoni baqgħet baxxa (3,27 %);

4.  Jinnota li r-riporti ħafna drabi huma parzjalment jew kompletament ġustifikati minħabba n-natura pluriennali tal-programmi operazzjonali tal-aġenziji, mhux neċessarjament jindikaw dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit u mhux dejjem imorru kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità, b'mod partikolari jekk ikunu ppjanati minn qabel mill-Aġenzija u kkomunikati lill-Qorti;

Trasferimenti

5.  Jinnota li, fl-2016, trasferiment baġitarju wieħed ġie ppreżentat lill-bord tat-tmexxija għall-approvazzjoni u li l-ammont totali ttrasferit bejn it-Titoli b'riżultat ta' dan it-trasferiment kien ta' EUR 297 714; jinnota, barra minn hekk, li dawk it-trasferimenti kienu relatati prinċipalment mar-riallokazzjoni tal-eċċess taħt in-nefqa amministrattiva għal proġetti operazzjonali; jinnota b'sodisfazzjon li l-livell u n-natura tat-trasferimenti fl-2016 baqgħu fi ħdan il-limiti tar-regoli finanzjarji;

Il-politika tal-persunal

6.  Jirrikonoxxi li, skont l-Aġenzija, it-tabella tal-persunal tagħha kibret biż-żieda ta' żewġ postijiet amministrattivi ġodda fl-oqsma tal-migrazzjoni, l-integrazzjoni u l-protezzjoni tar-rifuġjati, u li tneħħa l-post ta' assistent wieħed skont it-tnaqqis meħtieġ ta' 5 % tal-persunal; jinnota, madankollu, li l-Aġenzija żiedet erba' postijiet ta' aġenti kuntrattwali;

7.  Josserva li, skont it-tabella tal-persunal, 70 post (mill-74 post awtorizzat skont il-baġit tal-Unjoni) kienu okkupati fil-31 ta' Diċembru 2016; jinnota li, barra minn hekk, l-Aġenzija impjegat 9 esperti nazzjonali ssekondati u 30 aġent kuntrattwali fl-2016;

8.  Jinnota li 49,3 % tal-aġenti temporanji tal-Aġenzija huma nisa u 50,7 % huma rġiel; jiddispjaċih, madankollu, dwar l-iżbilanċ sinifikanti fis-sitt karigi maniġerjali għoljin, fejn għal mara waħda hemm ħamest irġiel; jitlob lill-Aġenzija tagħmel kulma tista' biex tistabbilixxi kompożizzjoni tal-persunal b'aktar bilanċ bejn is-sessi, speċjalment fil-karigi għolja;

9.  Josserva bi tħassib li, bħala medja, il-persunal tal-Aġenzija ħadu 9,2 jiem leave minħabba mard fl-2016, u li 97 minn 109 membri tal-persunal ħadu mill-inqas jum wieħed ta' leave minħabba mard; jinnota li l-Aġenzija organizzat away day tal-persunal u tappoġġja attivitajiet oħra favur il-benessri; jitlob lill-Aġenzija tikkonsulta mas-servizz mediku dwar kif għandha tbaxxi l-assenzi mix-xogħol dovuti għal liv minħabba mard;

10.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija tinvesti fil-ħarsien tad-dinjità tal-persuna u fil-prevenzjoni tal-fastidju psikoloġiku u li pprovdiet żewġ sessjonijiet ta' taħriġ għall-persunal ġdid u taħriġ ta' aġġornament għal membri oħra tal-persunal; jinnota b'sodisfazzjon li l-konsulenti kunfidenzjali żammew preżenza viżibbli u li l-maniġers fakkru lill-persunal kollu, diversi drabi, dwar il-politika u n-netwerk;

11.  Jinnota li l-Aġenzija ma żżommx data statistika dwar każijiet rappurtati lill-konsulenti kunfidenzjali, iżda li l-ebda każ ta' fastidju ma ġie rrappurtat, investigat jew imressaq quddiem il-Qorti fl-2016;

12.  Jinnota li l-Aġenzija m'għandha l-ebda vettura uffiċjali;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, trasparenza u demokrazija

13.  Jirrikonoxxi li, skont l-Aġenzija, minbarra r-Regoli tal-Persunal, hija introduċiet gwida prattika għall-persunal tagħha dwar il-ġestjoni u l-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess, li toffri firxa wiesgħa ta' informazzjoni u pariri dwar diversi kwistjonijiet; jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija regolarment tipprovdi taħriġ obbligatorju għall-persunal dwar l-etika u l-integrità, u li tippubblika s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interessi tal-membri attivi kollha tal-bord ta' tmexxija, tal-kumitat xjentifiku u tat-tim maniġerjali tagħha;

14.  Jinnota li l-Aġenzija tapplika l-Kodiċi ta' Mġiba Amministrattiva Tajba u li tivvaluta l-kontrolli fuq l-interessi finanzjarji ddikjarati mit-tim maniġerjali u mill-membri tal-bord ta' tmexxija u l-membri tal-kumitat xjentifiku, u tippubblika d-dikjarazzjonijiet ta' interessi fis-sit web tagħha bħala parti mill-politika dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess;

15.  Jinnota li l-minuti tal-laqgħat tal-bord ta' tmexxija huma ppubblikati fis-sit web tal-Aġenzija;

16.  Jinnota li l-Aġenzija għandha fis-seħħ għadd ta' għodod għall-protezzjoni tal-persunal b'mod ġenerali u tal-informaturi b'mod partikolari; jirrikonoxxi li l-Aġenzija bħalissa tapplika b'analoġija l-linji gwida tal-Kummissjoni dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta skont id-Deċiżjoni Nru 2012/04 tal-Bord Eżekuttiv;

17.  Jirrikonoxxi li, skont l-Aġenzija, valutazzjoni tar-riskju ta' frodi speċifika ġiet implimentata fil-kuntest tal-istrateġija kontra l-frodi, u dan wassal għal pjan ta' azzjoni li ġie implimentat bis-sħiħ u huwa ssorveljat kontinwament; jinnota b'sodisfazzjon li l-pjan kiseb riżultat sinifikanti f'termini ta' sensibilizzazzjoni bit-tħejjija u l-għoti ta' taħriġ intern dwar il-prevenzjoni tal-frodi msejjes fuq materjali pprovduti mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF);

18.  Jilqa' l-introduzzjoni ta' punt dwar it-trasparenza, l-obbligu ta' rendikont u l-integrità fir-rapport ta' attività annwali tal-Aġenzija għall-2016;

19.  Jinnota li, fl-2016, l-Aġenzija rċeviet 20 talba ta' aċċess għad-dokumenti u li hija tat aċċess sħiħ għal 22 dokument, aċċess parzjali għal 120 dokument u rrifjutat l-aċċess għal 68 dokument minħabba "Protezzjoni tal-privatezza u l-integrità tal-individwu" u "Protezzjoni tal-interessi kummerċjali"; jistenna li l-Aġenzija, meta tkun qed tiddeċiedi dwar il-limitazzjoni ta' aċċess għad-dokumenti minħabba l-protezzjoni tal-interessi kummerċjali, tqis ukoll bl-akbar serjetà l-interess taċ-ċittadini u l-impenn tal-Unjoni għal aktar trasparenza, filwaqt li tqis ukoll ir-regoli u r-regolamenti kollha rilevanti;

20.  Jinnota li, fil-każ ta' seba' mit-talbiet ta' aċċess għad-dokumenti li ġew irrifjutati, il-każijiet kienu suġġetti għal applikazzjoni ta' konferma, li warajha ngħata aċċess parzjali għal erbgħa minnhom;

Kisbiet ewlenin

21.  Jilqa' t-tliet kisbiet ewlenin identifikati mill-Aġenzija fl-2016, jiġifieri li:

   organizzat il-Forum dwar id-Drittijiet Fundamentali, li huwa l-akbar avveniment tagħha, li laqqa' flimkien 'il fuq minn 700 parteċipant għal erbat ijiem ta' diskussjonijiet dwar kif huma konnessi t-tliet temi tal-inklużjoni, il-protezzjoni tar-rifuġjati u l-era diġitali;
   ippreżentat sitt opinjonijiet legali biex tassisti lill-Parlament fl-iżvilupp tal-pożizzjonijiet tiegħu dwar fajls leġiżlattivi jew politiki;
   f'konformità mal-prijorità strateġika tagħha li tiżviluppa risposti f'waqthom u mmirati għal emerġenzi tad-drittijiet fundamentali, l-Aġenzija ppubblikat rapporti kull xahar dwar is-sitwazzjoni fl-Istati Membri milquta l-aktar mill-kriżijiet tar-rifuġjati, u bagħtet membri tal-persunal esperti l-Greċja biex jipprovdu lill-Unjoni u lill-atturi lokali fil-post għarfien espert dwar id-drittijiet fundamentali;

Kontrolli interni

22.  Jinnota li, fl-2016, l-Aġenzija kienet għamlet provvediment għal għadd ta' miżuri biex ittejjeb l-implimentazzjoni effikaċi tal-Istandard ta' Kontroll Intern (ICS) Nru 5 "Objettivi, indikaturi tal-prestazzjoni", tal-ICS Nru 11 "Ġestjoni tad-dokumenti", u tal-ICS dwar "Kontinwità tal-Operat"; jinnota li, sa tmiem is-sena ta' rappurtar, dawk il-miżuri ttieħdu u ġew implimentati progressivament;

23.  Jinnota li, f'Diċembru 2016, saret analiżi tad-diskrepanzi interni, bil-għan li ssir valutazzjoni dettaljata tal-livell ta' konformità tal-ICSs; jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija identifikat livell ta' implimentazzjoni qrib il-konformità sħiħa u li, sa tmiem l-2017, hu mistenni li jiġu implimentati għalkollox miżuri addizzjonali; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-implimentazzjoni ta' dawk il-miżuri;

24.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, id-delegi u s-sottodelegi formali mill-uffiċjali awtorizzanti (b'delega) ma kinux dejjem konsistenti mad-drittijiet ta' awtorizzazzjoni għal tranżazzjonijiet fis-sistema ta' fluss tax-xogħol ABAC; jinnota mir-risposta tal-Aġenzija li l-iżball ġie kkoreġut u li ġew stabbiliti miżuri biex jiżguraw li l-ABAC tirrifletti biss id-delegi validi kurrenti;

Awditu intern

25.  Jinnota b'sodisfazzjon li, fi tmiem il-perjodu tar-rappurtar, ir-riżultati tal-kontrolli ex post ma żvelaw l-ebda ammont li għandu jiġi rkuprat;

26.  Jinnota li s-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS) għalaq l-aħħar rakkomandazzjoni miftuħa mqajma waqt l-awditu dwar il-ġestjoni tar-riżorsi umani, u li fl-2016 ma sarx awditu mill-IAS;

27.  Jinnota b'sodisfazzjon li, sabiex tiżgura post tax-xogħol kosteffikaċi u ekoloġiku u sabiex tnaqqas jew tinnewtralizza l-emissjonijiet ta' CO2, l-Aġenzija qed taħdem biex ittejjeb l-impronta ambjentali tagħha billi tinstalla sistema ekoloġika ta' tkessiħ tad-datacentre, li se ttejjeb is-sistema tat-tisħin u twassal għal tnaqqis tal-konsum tal-elettriku, billi tikkonkludi kuntratt ma' fornitur tal-elettriku alternattiv li juża sorsi rinnovabbli, billi tippromwovi mezzi alternattivi ta' trasport għall-impjegati permezz ta' spazji għall-ipparkjar tar-roti, billi tippromwovi u timplimenta l-akkwist pubbliku ekoloġiku f'ċerti proċeduri ta' sejħiet għal offerti bħal dawk relatati mat-tagħmir tal-ICT u mas-servizzi ta' tindif, billi tippromwovi r-riċiklaġġ u l-użu ta' karti u materjali oħra riċiklati u billi tintroduċi dwal b'teknoloġija LED;

28.  Jinnota li l-Aġenzija tirrikonoxxi r-riskji finanzjarji dovuti għall-Brexit minħabba li t-telf potenzjali ta' riżorsi finanzjarji jista' jkollu impatt fuq l-attivitajiet operazzjonali tal-Aġenzija; jinnota li l-Aġenzija tista' potenzjalment tnaqqas l-impatt ta' dan it-telf finanzjarju minħabba l-fatt li l-attivitajiet ta' riċerka operazzjonali tagħha mhux se jinkludu r-Renju Unit; jinnota, madankollu, li t-telf finanzjarju huwa mistenni li jkun ikbar mill-iffrankar mil-limitazzjoni tal-attivitajiet ta' riċerka;

29.  Jinnota li l-Aġenzija tirrikonoxxi r-riskji operazzjonali minħabba l-Brexit u t-telf potenzjali tal-kompetizzjoni li jirriżulta minnu, minħabba li għadd ta' kuntratturi relatati mal-operazzjonijiet huma bbażati fir-Renju Unit, u minħabba t-telf ta' membri tal-persunal ta' ħila li huma ċittadini Britanniċi; jistieden lill-Aġenzija taħdem f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni rigward in-negozjati tal-Brexit, sabiex tħejji ruħha b'mod suffiċjenti biex timminimizza kwalunkwe impatt operazzjonali jew finanzjarju negattiv li jista' jseħħ;

30.  Jirrileva s-sitt opinjonijiet legali li nħargu biex jassistu lill-Parlament Ewropew fl-iżvilupp tal-pożizzjonijiet tiegħu dwar proposti leġiżlattivi jew politiki, li erba' minnhom kienu jikkonċernaw rieżamijiet li qed isiru rigward is-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil tal-Unjoni;

31.  Jilqa' l-fatt li l-Aġenzija kompliet bir-riċerka tagħha dwar is-sitwazzjoni tar-Rom fl-Unjoni; jilqa', b'mod partikolari f'dan ir-rigward, il-pubblikazzjoni tat-Tieni Stħarriġ tal-Unjoni dwar il-Minoranzi u d-Diskriminazzjoni li ġabar informazzjoni dwar kważi 34 000 persuna li jgħixu f'unitajiet domestiċi Rom f'disa' Stati Membri, derivata minn kważi 8 000 intervista wiċċ imb wiċċ ma' persuni Rom;

o
o   o

32.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ April 2018(2) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 230, 24.6.2016, p. 1.
(2) Testi adottati, P8_TA(2018)0133.

Aġġornata l-aħħar: 4 ta' Diċembru 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza