Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2017/0111(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0010/2018

Testi mressqa :

A8-0010/2018

Dibattiti :

PV 11/06/2018 - 17
CRE 11/06/2018 - 17

Votazzjonijiet :

PV 08/02/2018 - 12.5
CRE 08/02/2018 - 12.5
PV 12/06/2018 - 5.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0246

Testi adottati
PDF 140kWORD 60k
It-Tlieta, 12 ta' Ġunju 2018 - Strasburgu
Emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi heavy-duty ġodda ***I
P8_TA(2018)0246A8-0010/2018
Riżoluzzjoni
 Test
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi heavy-duty ġodda u l-konsum tal-fjuwil tagħhom (COM(2017)0279 - C8-0168/2017 – 2017/0111(COD)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0279),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0168/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Ottubru 2017(1),

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-20 ta' April 2018, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0010/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet mill-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 81, 2.3.2018, p. 95.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Ġunju 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) ... / 2018 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet ta' CO2 u tal-konsum ta' fjuwil minn vetturi heavy-duty ġodda
P8_TC1-COD(2017)0111

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2018/956).


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

DIKJARAZZJONIJIET MAGĦMULA MILL-KUMMISSJONI

Proposta dwar standards tas-CO2 mill-HDVs

Kif imħabbar fit-8 ta’ Novembru 2017 fil-Komunikazzjoni “It-Twettiq ta’ mobilità b’emissjonijiet baxxi — Unjoni Ewropea li tipproteġi l-pjaneta, tagħti s-setgħa lill-konsumaturi u tiddefendi l-industrija u l-ħaddiema tagħha” (COM(2017)0675 final), il-Kummissjoni beħsiebha tippreżenta t-tielet pakkett tal-mobilità fl-ewwel nofs ta’ Mejju 2018, li jinkludi proposta li tistabbilixxi standards għall-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju għat-trakkijiet.

Kalendarju tal-iżvilupp tar-Regolament dwar il-VECTO/Ċertifikazzjoni

Il-Kummissjoni qed issegwi l-iżvilupp tekniku tal-għodda għall-Kalkolu tal-Konsum tal-Enerġija tal-Vetturi (VECTO) bil-ħsieb li jiġu inklużi teknoloġiji ġodda magħrufa mill-2020 ’il quddiem u tipi oħra ta’ vetturi, jiġifieri t-trakkijiet, ix-xarabanks u l-coaches li jifdal mill-2020 u t-trejlers mill-2021.

Aktar informazzjoni dwar l-iżvilupp tal-għodda VECTO kif ukoll l-emendar tar-Regolament (UE) 2017/2400 se tkun ippubblikata fuq is-siti elettroniċi rilevanti tal-Kummissjoni biex jiġi żgurat li l-partijiet interessati u l-operaturi ekonomiċi jkunu infurmati regolarment.

Żvilupp ta’ test ta’ verifika fit-triq skont ir-Regolament dwar iċ-Ċertifikazzjoni

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-importanza tad-dejta robusta u rappreżentattiva dwar l-emissjonijiet ta’ CO2 u l-konsum tal-fjuwil minn vetturi heavy-duty.

Ir-Regolament (UE) 2017/2400 għalhekk huwa maħsub li jkun ikkumplimentat bi proċedura għall-verifikar u l-iżgurar tal-konformità tal-operazzjoni VECTO kif ukoll tal-karatteristiki marbuta mas-CO2 u mal-konsum tal-fjuwil tal-komponenti, l-unitajiet tekniċi separati u s-sistemi rilevanti. Dik il-proċedura ta’ verifika, li għandha tinkludi l-ittestjar fit-triq ta’ vetturi heavy duty fil-produzzjoni, hija ppjanata għall-vot fil-Kumitat Tekniku - Vetturi bil-Mutur qabel tmiem l-2018.

Il-proċedura ta’ verifika hija maħsuba wkoll biex isservi bħala bażi għal test futur għall-verifika tal-prestazzjoni fis-servizz ta’ vetturi mill-manifatturi u mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip, jew minn partijiet terzi indipendenti.

Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Jannar 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza