Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew (00007/2018 – C8-0216/2018 – 2017/0900(NLE))
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (00007/2018),
— wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (C8-0216/2018),
— wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Frar 2018 dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew u l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew annessa magħha(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A8-0207/2018),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.