Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fl-14 ta' Ġunju 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/1/KE dwar l-użu ta' vetturi mikrija mingħajr is-sewwieq għat-trasport ta' merkanzija bit-triq (COM(2017)0282 – C8-0172/2017 – 2017/0113(COD))(1)
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal direttiva Premessa 2
(2) L-użu ta' vetturi mikrija jista' jnaqqas l-ispejjeż ta' impriżi li jittrasportaw merkanzija f'isimhom jew f'isem ħaddieħor, u fl-istess ħin iżid il-flessibbiltà operattiva. Għalhekk, dan jista' jagħti kontribut għal żieda fil-produttività u fil-kompetittività tal-impriżi kkonċernati. Barra minn hekk, peress li hemm it-tendenza li l-vetturi mikrija jkunu inqas antiki mill-flotta medja, dawn ukoll ikunu aktar sikuri u jniġġsu inqas.
(2) Dan l-użu ta' vetturi mikrija jista' jnaqqas l-ispejjeż ta' impriżi li jittrasportaw merkanzija f'isimhom jew f'isem ħaddieħor, u fl-istess ħin iżid il-flessibbiltà operattiva. Dan l-użu ta' vetturi mikrija jista' għaldaqstant jagħti kontribut għal żieda fil-produttività u fil-kompetittività tal-impriżi kkonċernati. Barra minn hekk, peress li hemm it-tendenza li l-vetturi mikrija jkunu inqas antiki mill-flotta medja, jista' jkun li dawn ikunu aktar sikuri u jniġġsu inqas.
Emenda 2 Proposta għal direttiva Premessa 3
(3) Id-Direttiva 2006/1/KE ma tippermettix li l-impriżi jibbenefikaw bis-sħiħ mill-vantaġġi li jġib miegħu l-użu ta' vetturi mikrija. Dik id-Direttiva tippermetti lill-Istati Membri jirrestrinġu l-użu mill-impriżi tagħhom ta' vetturi mikrija b'piż mgħobbi permissibbli massimu ta' mhux aktar minn sitt tunnellati għal operazzjonijiet tat-trasport f'isimhom. Barra minn hekk, l-Istati Membri mhumiex meħtieġa jippermettu l-użu ta' vettura mikrija fuq it-territorji rispettivi tagħhom jekk il-vettura tkun ġiet irreġistrata jew tkun iddaħħlet fiċ-ċirkolazzjoni skont il-liġijiet fi Stat Membru li ma jkunx dak li fih tkun stabbilita l-impriża li tikri l-vettura.
(3) Id-Direttiva 2006/1/KE ma tippermettix li l-impriżi jibbenefikaw bis-sħiħ mill-vantaġġi li jġib miegħu l-użu ta' vetturi mikrija. Dik id-Direttiva tippermetti lill-Istati Membri jirrestrinġu l-użu, mill-impriżi stabbiliti fit-territorji tagħhom, ta' vetturi mikrija b'piż mgħobbi permissibbli massimu ta' mhux aktar minn sitt tunnellati għal operazzjonijiet tat-trasport f'isimhom. Barra minn hekk, l-Istati Membri mhumiex obbligati jippermettu l-użu ta' vettura mikrija fit-territorji rispettivi tagħhom li tkun ġiet irreġistrata jew tkun iddaħħlet fiċ-ċirkolazzjoni skont il-liġijiet fi Stat Membru li ma jkunx dak li fih tkun stabbilita l-impriża li tikri l-vettura.
Emenda 3 Proposta għal direttiva Premessa 4a (ġdida)
(4a) Jenħtieġ li l-Istati Membri ma jitħallewx jillimitaw, fit-territorji rispettivi tagħhom, l-użu ta' vettura mikrija minn impriża stabbilita b'mod dovut fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, dment li l-vettura tkun reġistrata u konformi mal-istandards tal-operat u r-rekwiżiti tas-sikurezza, jew tiddaħħal fiċ-ċirkolazzjoni f'konformità mal-liġijiet ta' kwalunkwe Stat Membru u awtorizzata topera mill-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-impriża responsabbli.
Emenda 4 Proposta għal direttiva Premessa 5
(5) Il-livell ta' tassazzjoni fuq it-trasport bit-triq għadu jvarja b'mod konsiderevoli bejn l-Istati Membri tal-Unjoni. Għaldaqstant, ċerti restrizzjonijiet, li jaffettwaw ukoll b'mod indirett il-libertà li jiġu pprovduti servizzi tal-kiri ta' vetturi, jibqgħu ġustifikati sabiex jiġu evitati distorsjonijiet fiskali. Bħala riżultat ta' dan, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom l-għażla li jillimitaw it-tul ta' żmien li fih vettura mikrija fi Stat Membru li ma jkunx dak li fih tkun stabbilita l-impriża tista' tintużafit-territorji rispettivitagħhom.
(5) Il-livell ta' tassazzjoni fuq it-trasport bit-triq għadu jvarja b'mod konsiderevoli bejn l-Istati Membri tal-Unjoni. Għaldaqstant, ċerti restrizzjonijiet, li jaffettwaw ukoll b'mod indirett il-libertà li jiġu pprovduti servizzi tal-kiri ta' vetturi, jibqgħu ġustifikati bl-iskop li jiġu evitati distorsjonijiet fiskali. Bħala riżultat ta' dan, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom l-għażla li jillimitaw, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva u fit-territorji rispettivi tagħhom, it-tul ta' żmien li impriża stabbilita tista' tuża vettura mikrija rreġistrata jew imdaħħla fiċ-ċirkolazzjoni f'xi Stat Membru ieħor.Jenħtieġ li dawn jitħallew jillimitaw ukoll l-għadd ta' tali vetturi li jkunu qegħdin jinkrew minn impriża stabbilita fit-territorji tagħhom.
Emenda 5 Proposta għal direttiva Premessa 5a (ġdida)
(5a) Sabiex jiġu infurzati dawn il-miżuri, l-informazzjoni dwar in-numru ta' reġistrazzjoni tal-vettura mikrija jenħtieġ li titniżżel fir-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-Istati Membri kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1071/2009. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' stabbiliment li qegħdin jiġu infurmati dwar l-użu ta' vettura li l-operatur ikun kera u li tkun irreġistrata jew iddaħħlet fiċ-ċirkolazzjoni f'konformità mal-liġijiet fi Stat Membru ieħor jenħtieġ li jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru partikolari. Jenħtieġ li l-Istati Membri jużaw is-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) għal dan il-għan.
Emenda 6 Proposta għal direttiva Premessa 6a (ġdida)
(6a) Sabiex jinżammu l-istandards operattivi, jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tas-sikurezza u jiġu żgurati kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti għas-sewwieqa, huwa importanti li t-trasportaturi jkollhom aċċess garantit għall-assi u infrastruttura ta' appoġġ dirett fil-pajjiż li fih iwettqu l-operazzjonijiet tagħhom.
Emenda 7 Proposta għal direttiva Premessa 7
(7) Jenħtieġ li l-implimentazzjoni u l-effetti ta' din id-Direttiva jiġu mmonitorjati mill-Kummissjoni u tiddokumentahom f'rapport. Jenħtieġ li kull azzjoni futura f'dan il-qasam tiġi kkunsidrata fid-dawl ta' dak ir-rapport.
(7) Jenħtieġ li l-implimentazzjoni u l-effetti ta' din id-Direttiva jiġu mmonitorjati mill-Kummissjoni, u hija tiddokumentahom f'rapport mhux aktar tard minn tliet snin wara d-data ta' traspożizzjoni ta' din id-Direttiva. Jenħtieġ li r-rapport iqis b'mod dovut l-impatt fuq is-sikurezza fit-toroq, fuq id-dħul mit-taxxa u fuq l-ambjent. Jenħtieġ li r-rapport jivvaluta wkoll kull ksur ta' din id-Direttiva, inklużi l-każijiet ta' ksur transkonfinali. Jenħtieġ li l-bżonn ta' azzjoni futura f'dan il-qasam jiġi kkunsidrat fid-dawl ta' dak ir-rapport.
Emenda 8 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a – punt ii Direttiva 2006/1/KE Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a
(a) il-vettura tkun irreġistrata jew tiddaħħal fiċ-ċirkolazzjoni skont il-liġijiet ta' Stat Membru;";
(a) il-vettura tkun irreġistrata jew tiddaħħal fiċ-ċirkolazzjoni skont il-liġijiet ta' kwalunkwe Stat Membru, inklużi l-istandards operatorji u r-rekwiżiti tas-sikurezza;
Emenda 9 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b Direttiva 2006/1/KE Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b
(b) jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:
imħassar
'1a. Meta l-vettura ma tkunx irreġistrata jew ma tiddaħħalx fiċ-ċirkolazzjoni skont il-liġijiet tal-Istat Membru li fih tkun ġiet stabbilita l-impriża li tikri l-vettura, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw iż-żmien tal-użu ta' vettura mikrija fit-territorji rispettivi tagħhom. Madankollu, f'każijiet bħal dawn l-Istati Membri għandhom jippermettu l-użu tal-vettura għal mill-inqas erba' xhur fi kwalunkwe sena kalendarja partikolari. ’
Emenda 10 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 Direttiva 2006/1/KE Artikolu 3 – paragrafu 1
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-impriżi tagħhom ikunu jistgħu jużaw vetturi mikrija għat-trasport tal-merkanzija bit-triq taħt l-istess kundizzjonijiet applikabbli għall-vetturi li jkunu proprjetà tagħhom, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2.
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-impriżi stabbiliti fit-territorji tagħhom ikunu jistgħu jużaw vetturi mikrija għat-trasport tal-merkanzija bit-triq taħt l-istess kundizzjonijiet applikabbli għall-vetturi li jkunu proprjetà tagħhom, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2.
1a. Meta l-vettura tkun irreġistrata jew titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni f'konformità mal-liġijiet ta' Stat Membru ieħor, l-Istat Membru li fih tkun stabbilita l-impriża jista':
(a) jillimita ż-żmien ta' użu tal-vettura mikrija fit-territorju rispettiv tiegħu dment li jippermetti li l-vettura mikrija tintuża tal-inqas erba' xhur konsekuttivi fi kwalunkwe sena kalendarja partikolari; f'dan il-każ jista' jiġi stipulat li l-kuntratt tal-kiri ma jdumx aktar mil-limitu ta' żmien stabbilit mill-Istat Membru;
(b) jillimita n-numru ta' vetturi mikrija li jistgħu jintużaw minn kwalunkwe impriża, dment li dawn jippermettu l-użu ta' tal-inqas għadd ta' vetturi li jikkorrispondi għal 25 % tal-flotta ġenerali tal-vetturi għat-trasport tal-merkanzija li jkunu proprjetà tal-impriża fil-31 ta' Diċembru tas-sena qabel it-talba għal awtorizzazzjoni; f'dan il-każ impriża li jkollha flotta ġenerali ta' aktar minn vettura waħda u inqas minn erba' vetturi, għandha tkun tista' tuża tal-inqas waħda minn dawn il-vetturi mikrija."
Emenda 12 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid) Direttiva 2006/1/KE Artikolu 3a (ġdid)
(2 a) jiddaħħal l-Artikolu 3a li ġej
"Artikolu 3a
1. L-informazzjoni dwar in-numru ta' reġistrazzjoni ta' vettura mikrija għandha titniżżel fir-reġistru elettroniku nazzjonali kif definit fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009*.
2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' stabbiliment ta' operatur li jiġu informati dwar l-użu ta' vettura li l-operatur ikun kera u li tkun irreġistrata jew iddaħħlet fiċ-ċirkolazzjoni f'konformità mal-liġijiet ta' Stat Membru ieħor għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru partikolari.
3. Il-kooperazzjoni amministrattiva prevista fil-paragrafu 2 għandha ssir permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI), stabbilita permezz tar-Regolament (UE) Nru 1024/2012**.
__________________
*B'riferiment għall-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 b'kont meħud tal-estensjoni tal-informazzjoni li għandha tiġi rreġistrata kif propost mill-Kummissjoni.
**ĠU L 316, 14.11.2012, p. 1."
Emenda 13 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 Direttiva 2006/1/KE Artikolu 5a – paragrafu 1
Sa mhux aktar tard minn [...], il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-effetti ta' din id-Direttiva. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-użu tal-vetturi mikrija fi Stat Membru li ma jkunx dak li fih tkun stabbilita l-impriża li tikri l-vettura. Abbażi ta' dan ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tivvaluta huwiex meħtieġ li jiġu proposti miżuri addizzjonali.
Sa mhux aktar tard minn [tliet snin wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva emendatorja], il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-effetti ta' din id-Direttiva. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-użu tal-vetturi mikrija fi Stat Membru li ma jkunx dak li fih tkun stabbilita l-impriża li tikri l-vettura. Ir-rapport għandu jagħti attenzjoni partikolari lill-impatt fuq is-sikurezza fit-toroq u fuq id-dħul mit-taxxa, inklużi d-distorsjonijiet fiskali, u fuq l-infurzar tar-regoli tal-kabotaġġ f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1072/2009. Abbażi ta' dan ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tivvaluta huwiex meħtieġ li jiġu proposti miżuri addizzjonali.
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikun hemm konformità ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn [insert the date calculated 18 months following the entry into force]. Huma għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet minnufih.
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikun hemm konformità ma' din id-Direttiva sa ... [20 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. Huma għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet minnufih.