Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/0067(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0212/2018

Testi mressqa :

A8-0212/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 03/07/2018 - 11.2

Testi adottati :

P8_TA(2018)0270

Testi adottati
PDF 118kWORD 48k
It-Tlieta, 3 ta' Lulju 2018 - Strasburgu Verżjoni finali
Estensjoni tal-Ftehim UE-US għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika ***
P8_TA(2018)0270A8-0212/2018

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Lulju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-estensjoni tal-Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka (08166/2018 – C8-0259/2018 – 2018/0067(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (08166/2018),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/591/KE tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka(1),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill b'konformità mal-Artikolu 186 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0259/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0212/2018),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-estensjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Istati Uniti tal-Amerka.

(1) ĠU L 284, 22.10.1998, p. 35.

Aġġornata l-aħħar: 7 ta' Novembru 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza