Indiċi 
Testi adottati
Il-Ħamis, 15 ta' Marzu 2018 - Strasburgu
Is-sitwazzjoni fil-Maldivi
 L-arrest ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sudan, b'mod partikolari l-każ tar-Rebbieħ tal-Premju Sakharov, Salih Mahmoud Osman
 Qtil għall-mogħdrija fl-Uganda
 Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd UE/Comoros: denunzja ***
 Ftehim ta' sħubija dwar is-Sajd UE/Comoros: denunzja (Riżoluzzjoni)
 Europass: Qafas ta’ ħiliet u kwalifiki ***I
 Programm Ewropa Kreattiva (2014 sa 2020) ***I
 Il-post tas-sede tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ***I
 Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva *
 Bażi Komuni għat-Taxxa Korporattiva *
 Linji gwida għall-Baġit 2019 - Taqsima III
 Is-sitwazzjoni fis-Sirja
 Attakk fuq is-sistema tal-UE ta' appoġġ għall-farms skont il-PAK mill-Istati Uniti (fil-kuntest taż-żebbuġ Spanjol)

Is-sitwazzjoni fil-Maldivi
PDF 276kWORD 54k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2018 dwar is-sitwazzjoni fil-Maldivi (2018/2630(RSP))
P8_TA(2018)0079RC-B8-0168/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-sitwazzjoni fil-Maldivi, b'mod partikolari dawk tas-16 ta' Settembru 2004(1), tat-30 ta' April 2015(2), tas-17 ta' Diċembru 2015(3) u tal-5 ta' Ottubru 2017(4),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet mill-kelliem tas-SEAE tat-2 ta' Frar 2018 dwar id-deċiżjoni tal-Qorti Suprema tal-Maldivi tal-1 ta' Frar 2018(5), u tas-6 ta' Frar 2018 dwar is-sitwazzjoni fil-Maldivi(6),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni lokali konġunta tat-30 ta' Jannar 2018 tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea bi ftehim mal-Kapijiet tal-Missjonijiet tal-UE residenti f'Kolombo u akkreditati lill-Maldivi dwar l-arrest imġedded tal-MP Faris Maumoon(7),

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR), li għalih huma parti l-Maldivi,

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali (ICESPR), li għalih huma wkoll parti l-Maldivi,

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar il-Piena tal-Mewt,

–  wara li kkunsidra l-missjoni uffiċjali lejn il-Maldivi tad-Delegazzjoni Parlamentari Ewropea għar-Relazzjonijiet mal-Pajjiżi tal-Asja t'Isfel mid-29 sal-31 ta' Ottubru 2017,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, Zeid Ra'ad Al Hussein, tas-7 ta' Frar 2018,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni maħruġa fis-6 ta' Frar 2018 mill-Bureau tad-Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għall-Pajjiżi tal-Asja t'Isfel dwar is-sitwazzjoni fil-Maldivi,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin dwar il-Maldivi, kif adottati mill-Kunsill fit-3 598 laqgħa tiegħu fis-26 ta' Frar 2018,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra l-laqgħa tas-Segretarju Ġenerali tan-NU ma' Mohamed Asim, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tal-Maldivi, fit-28 ta' Settembru 2017 fejn esprima tħassib dwar is-sitwazzjoni politika fil-pajjiż,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Avukati (UIA) tas-7 ta' Marzu 2018, fejn esprimiet tħassib serju dwar l-istat tad-dritt u l-istat tal-indipendenza tal-ġudikatura fil-Maldivi,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-ewwel elezzjonijiet demokratiċi fl-2008 u l-adozzjoni ta' kostituzzjoni ġdida qajmu tamiet kbar li l-Maldivi kienu ser jegħlbu deċennji ta' gvern awtoritarju u jimxu lejn sistema demokratika, iżda żviluppi reċenti huma ta' theddida serja għat-twettiq ta' dan il-prospett;

B.  billi membri tal-partiti politiċi tal-oppożizzjoni, ġurnalisti indipendenti u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem qed jirrappurtaw aktar theddid u attakki min-naħa tal-awtoritajiet, tal-pulizija u tal-gruppi estremisti; billi tqajjem tħassib dwar il-ġudikatura politiċizzata ħafna tal-Maldivi, li tul is-snin abbużat mis-setgħat tagħha u aġixxiet favur il-partit fil-gvern u kontra l-politiċi tal-oppożizzjoni; billi hemm evidenza dejjem tiżdied li turi li l-akkużi kriminali miġjuba kontra avversarji politiċi tal-President Abdulla Yameen Abdul Gayoom (minn hawn 'il quddiem il-President Yameen) setgħu kienu politikament motivati; billi l-eks President Maumoon Abdul Gayoom ġie arrestat fi Frar 2018;

C.  billi l-ewwel rawnd ta' elezzjonijiet presidenzjali għandu jsir f'Settembru 2018; billi l-President stieden lill-komunità internazzjonali sabiex tosserva l-proċess elettorali;

D.  billi fl-1 ta' Frar 2018, deċiżjoni tal-Qorti Suprema tal-Maldivi annullat il-proċedimenti kriminali kontra politiċi ewlenin u ammettiet li l-proċessi kontrihom kienu inġusti; billi s-sentenza ordnat il-ħelsien immedjat ta' disa' persuni, inklużi tmien mexxejja politiċi tal-oppożizzjoni, inkluż l-eżiljat Mohamed Nasheed, u r-ristabbiliment tat-12-il Membru Parlamentari sospiżi; billi l-Gvern iżomm il-maġġoranza fil-Parlament dment li t-12-il Membru Parlamentari jibqgħu mċaħħda mis-siġġu tagħhom;

E.  billi fil-5 ta' Frar 2018, wara d-deċiżjoni mill-Qorti Suprema, il-President Yameen iddikjara stat ta' emerġenza għal 15-il jum; billi bid-dikjarazzjoni tal-istat ta' emerġenza għadd kbir ta' drittijiet tal-bniedem u libertajiet fundamentali minquxa fil-Kostituzzjoni ġew sospiżi, inklużi d-drittijiet ta' għaqda paċifika u ta' libertà minn arrest u detenzjoni illegali;

F.  billi ġew arrestati żewġ imħallfin li jippresjedu tal-Qorti Suprema, inkluż il-Prim Imħallef, li wassal biex l-imħallfin li jippresjedu rimanenti annullaw l-ordni oriġinali; billi filwaqt li ġiet injorata b'mod ċar l-indipendenza tal-ġudikatura, membri tal-ġudikatura u avversarji politiċi ġew detenuti b'mod arbitrarju;

G.  billi minkejja l-protesti paċifiċi ta' mijiet ta' ċittadini, l-istat ta' emerġenza ġie estiż mill-Parlament għal 30 ġurnata oħra fl-20 ta' Frar 2018, mossa li tqieset bħala mhux kostituzzjonali mill-Prosekutur Ġenerali tal-Maldivi iżda li ġiet ikkonfermata mill-Qorti Suprema; billi l-votazzjoni biex jiġi estiż l-istat ta' emerġenza kienet sfurzata permezz tal-Parlament fin-nuqqas ta' kworum;

H.  billi l-Kunsill Affarijiet Barranin segwa bi tħassib id-deterjorament reċenti tas-sitwazzjoni fil-Maldivi, u għamel sejħiet lil kulħadd fil-pajjiż, b'mod partikolari l-forzi tal-infurzar tal-liġi, biex jaġixxu b'moderazzjoni; billi, fit-8 ta' Marzu 2018, saret dikjarazzjoni konġunta waqt is-37 Sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tiegħu f'isem aktar minn 40 pajjiż, inklużi l-Istati Membri kollha tal-UE, fejn jappella lill-Gvern tal-Maldivi biex jirrestawra d-drittijiet kostituzzjonali u l-indipendenza tal-qrati, u esprima l-appoġġ tiegħu għall-funzjonament tajjeb tal-Parlament tal-pajjiż u ħeġġeġ lill-Gvern biex jeħles lill-priġunieri politiċi u lill-familji tagħhom;

I.  billi l-attivisti tas-soċjetà ċivili u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fil-Maldivi jkomplu jħabbtu wiċċhom ma' theddid u intimidazzjoni minn estremisti, u fastidju ġudizzjarju mill-awtoritajiet, bħal fil-każ ta' Shahindha Ismail, Direttur Eżekuttiv tan-Netwerk Demokratiku tal-Maldivi, li kienet fil-mira ta' artikli ta' aħbarijiet, theddid ta' mewt u investigazzjoni mill-pulizija minħabba s-sostenn tagħha kontra l-fundamentaliżmu reliġjuż u r-radikalizzazzjoni;

J.  billi l-President Yameen iddikjara ripetutament l-intenzjoni tiegħu li jerġa' jibda l-prattika tal-eżekuzzjonijiet awtorizzati mill-Istat, u b'hekk iġib fi tmiemu moratorju ta' 60 sena; billi d-dritt Maldivjan, bi ksur tad-dritt internazzjonali, jippermetti li minorenni jingħataw piena tal-mewt posposta, li titwettaq meta l-minorenni jagħlaq 18-il sena; billi mill-inqas fi tliet każijiet, b'mod speċifiku dawk ta' Hussein Humaam Ahmed, Ahmed Murrath u Mohamed Nabeel, il-Qorti Suprema tal-Maldivi kkonfermat is-sentenzi tal-mewt għal individwi kkundannati li l-proċessi tagħhom naqsu milli jirrispettaw standards rikonoxxuti internazzjonalment ta' proċess ġust, u li issa huma f'riskju imminenti ta' eżekuzzjoni;

K.  billi fis-snin reċenti, il-Maldivi mxew lejn verżjoni radikali tal-Iżlam; billi hemm ukoll tħassib dwar militanza Iżlamista radikali li qed tikber u dwar l-għadd ta' żgħażagħ irġiel u nisa radikalizzati li allegatament ingħaqdu mal-ISIS;

L.  billi l-Federazzjoni Internazzjonali tal-Ġurnalisti (IFJ), Reporters mingħajr fruntieri (RFS) u l-Kumitat għall-Ħarsien tal-Ġurnalisti (CPJ) ħarġu dikjarazzjoni konġunta fil-15 ta' Frar 2018 fejn esprimew it-tħassib profond tagħhom dwar restrizzjonijiet tal-midja u l-libertà ta' espressjoni u t-theddid kontrihom, fil-Maldivi; billi, fl-4 ta' Frar 2018, id-deputat mexxej tal-partit fil-gvern, il-Partit Progressiv tal-Maldivi (PPM), Abdul Raheem Abdullah, appella lill-forzi tas-sigurtà biex jingħalaq minnufih Raajje TV, akkużat li ta ħin ta' xandir lill-mexxejja tal-oppożizzjoni;

M.  billi l-UE għandha relazzjonijiet li ilhom jeżistu mal-Maldivi, b'mod partikolari f'oqsma bħalma huma l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, u mijiet ta' eluf ta' turisti Ewropej jivvjaġġaw lejn il-Maldivi kull sena;

1.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar is-sitwazzjoni serja u li qed tiddeterjora politika u tad-drittijiet tal-bniedem fil-Maldivi, u t-tmexxija dejjem aktar awtoritarja tal-President Yameen u tal-Gvern tiegħu; jieħu nota pożittiva tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Maldivi tas-26 ta' Frar 2018;

2.  Jistieden lill-Gvern tal-Maldivi jtemm l-istat ta' emerġenza immedjatament, jirrispetta l-istituzzjonijiet u l-kompetenzi tagħhom kif previst fil-Kostituzzjoni u jirrispetta d-drittijiet fundamentali tal-persuni kollha, inkluż id-dritt għal-libertà ta' espressjoni u ta' għaqda, kif ukoll l-istat tad-dritt; jesprimi t-tħassib jiżdied tiegħu dwar l-azzjonijiet reċenti tal-Gvern, li jagħmlu ħsara serja u jheddu d-demokrazija, u jmorru kontra l-Kostituzzjoni tal-Maldivi u l-obbligi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem tal-pajjiż; jikkundanna l-intimidazzjoni kontinwa u t-theddid kontra l-ġurnalisti, il-bloggers u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fil-Maldivi; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Maldivjani jiggarantixxu s-sikurezza tal-attivisti tas-soċjetà ċivili, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-ħaddiema tal-mezzi tax-xandir kollha fil-pajjiż, biex dawn ikunu jistgħu jwettqu xogħolhom b'mod sikur u mingħajr xkiel, jinvestigaw it-theddid kontrihom, u jiftħu proċedimenti kriminali kontra dawk li jwettqu r-reati; jiddeplora t-trażżin tal-opponenti politiċi fil-Maldivi, u jistieden lill-Gvern iwaqqa' l-akkużi kollha kontra dawk kollha miżmuma għal raġunijiet politiċi u jeħlishom immedjatament u mingħajr kundizzjonijiet;

3.  Jilqa' d-deċiżjoni tal-Qorti Suprema tal-Maldivi tal-1 ta' Frar 2018 li tannulla l-proċedimenti kriminali kontra politiċi ewlenin u biex jerġgħu jingħataw il-karigi tagħhom it-12-il Membru Parlamentari; jistieden lill-awtoritajiet Maldivjani jobdu s-sentenza;

4.  Jikkundanna bil-qawwa kwalunkwe interferenza fix-xogħol tal-Qorti Suprema tal-Maldivi u l-arresti tal-imħallfin li jippresjedu; jitlob li jinħelsu minnufih u bla kundizzjonijiet; jinsab imħasseb dwar iż-żieda fil-qerda tal-prinċipju ta' separazzjoni tas-setgħat eżekuttivi, ġudizzjarji u oħrajn fil-Maldivi; jistieden lill-awtoritajiet responsabbli jieħdu passi immedjati biex jirrestawraw u jirrispettaw il-prinċipji minquxa fil-Kostituzzjoni tagħhom;

5.  Itenni l-istedina tiegħu lill-Gvern biex jiżgura l-indipendenza u l-imparzjalità sħaħ tal-ġudikatura u biex jiggarantixxi liċ-ċittadini kollha d-dritt għal ġustizzja ekwa u trasparenti mingħajr influwenza politika; jikkundanna l-indħil fix-xogħol tal-Qorti Suprema u l-azzjonijiet meħuda kontra l-ġudikatura u l-imħallfin; jitlob lill-Gvern jiżgura li l-avukati jkunu jistgħu jwettqu l-funzjonijiet professjonali kollha tagħhom mingħajr intimidazzjoni, tfixkil, fastidju jew interferenza mhux xierqa;

6.  Itenni t-talba tiegħu lill-Gvern Maldivjan biex jimpenja ruħu fi djalogu inklużiv mal-mexxejja tal-partiti politiċi kollha; ifakkar li djalogu bħal dan iwitti t-triq għal elezzjonijiet kredibbli, trasparenti u inklużivi; iqis li l-UE għandha tkompli tappoġġa b'mod attiv lin-NU fl-iffaċilitar ta' dan id-djalogu;

7.  Jistieden lill-atturi reġjonali jaħdmu mal-pajjiżi tal-UE biex jgħinu fil-kisba tal-istabilità politika u demokratika fil-Maldivi;

8.  Jemmen li l-uniku mod biex jitreġġa' lura d-deterjorament tad-demokrazija, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fil-Maldivi huwa permezz ta' proċess ta' djalogu ġenwin li jinvolvi lill-partiti politiċi kollha u lil mexxejja ċiviċi oħra; barra minn hekk jemmen li, bħala l-ewwel pass lejn ir-rikonċiljazzjoni, il-Gvern għandu jeħles lill-politiċi tal-oppożizzjoni li bħalissa qed jinżammu l-ħabs;

9.  Itenni l-oppożizzjoni soda tal-UE għall-piena tal-mewt, f'kull każ u mingħajr eċċezzjoni; jikkundanna bil-qawwa t-tħabbira tal-introduzzjoni mill-ġdid tal-piena tal-mewt fil-Maldivi u jħeġġeġ lill-Gvern u lill-Parlament tal-Maldivi biex jirrispettaw il-moratorju fuq il-piena tal-mewt li ilu fis-seħħ għal aktar minn 60 sena; jitlob l-abolizzjoni universali tal-piena kapitali, u jistieden lill-Gvern jirrevoka s-sentenzi kollha ta' piena kapitali kontra minorenni u jipprojbixxi l-eżekuzzjoni ta' delinkwenti minorenni;

10.  Jikkritika b'qawwa l-fatt li l-ippratikar ta' reliġjonijiet mhux Musulmani huwa severament punibbli fil-Maldivi; jesprimi tħassib li l-Att dwar l-Għaqda Reliġjuża qed jintuża biex jillimita l-libertà tal-espressjoni fil-Maldivi;

11.  Jesprimi tħassib dwar l-impatt li s-sitwazzjoni attwali jista' jkollha wkoll fuq is-sigurtà ta' residenti barranin u viżitaturi; jitlob lir-Rappreżentant Għoli u Viċi President, lid-delegazzjoni tal-UE lejn il-Maldivi u lid-delegazzjonijiet tal-Istati Membri biex jikkoordinaw mill-qrib il-pariri tagħhom dwar l-ivvjaġġar f'dan ir-rigward;

12.  Jitlob il-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tal-persuni kollha miżmuma arbitrarjament, li ħafna minnhom huma ġurnalisti u dimostranti paċifiċi; jikkundanna kull u kwalunkwe użu tal-forza mill-awtoritajiet; jistieden lill-awtoritajiet Maldivjani kollha, b'mod partikolari l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, biex jaġixxu b'moderazzjoni; jistieden lill-awtoritajiet jinvestigaw lil dawk kollha ssuspettati li kienu responsabbli għar-reati li twettqu, u jżommuhom responsabbli;

13.  Jistieden lill-UE tagħmel użu sħiħ mill-istrumenti kollha għad-dispożizzjoni tagħha biex tippromwovi r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-prinċipji demokratiċi fil-Maldivi, inkluż, possibbilment, is-sospensjoni tal-assistenza finanzjarja tal-UE lill-pajjiż sakemm jerġa' jiddaħħal l-istat tad-dritt u jkun hemm konformità mal-prinċipji demokratiċi; jistieden lill-Kunsill jintroduċi miżuri u sanzjonijiet immirati kontra dawk fil-pajjiż li qed idgħajfu d-drittijiet tal-bniedem, u jiffriża l-assi barra mill-pajjiż ta' ċerti membri tal-Gvern Maldivjan u tas-sostenituri ewlenin tagħhom fil-komunità tan-negozju tal-Maldivi, u jimponilhom projbizzjonijiet fuq l-ivjaġġar;

14.  Jistieden lill-Gvern Maldivjan iwettaq riforma approfondita tal-ġudikatura, jistabbilixxi l-imparzjalità tal-Kummissjoni tas-Servizz Ġudizzjarju, jerġa' jistabbilixxi l-indipendenza tal-Prosekutur Ġenerali u jirrispetta l-proċess korrett tal-liġi u d-dritt għal proċess ġust, imparzjali u indipendenti;

15.  Jirrikonoxxi li, skont il-Kostituzzjoni, l-elezzjonijiet għandhom iseħħu fl-2018; jenfasizza li għandha tittieħed azzjoni immedjata sabiex jiġi żgurat li dawn l-elezzjonijiet ikunu trasparenti u kredibbli, biex il-votanti jingħataw għażla ġenwina u l-partijiet ikunu jistgħu jagħmlu kampanja libera;

16.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u Viċi President tal-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u lill-Gvern tal-Maldivi.

(1) ĠU C 140E, 9.6.2005, p. 165.
(2) ĠU C 346, 21.9.2016, p. 60.
(3) ĠU C 399, 24.11.2017, p. 134.
(4) Testi adottati, P8_TA(2017)0383.
(5) https://eeas.europa.eu/headquarters/headquarters-homepage/39275/statement-spokesperson-decision-supreme-court-maldives_en
(6) https://eeas.europa.eu/headquarters/headquarters-homepage/39413/statement-spokesperson-situation-maldives_en
(7) https://eeas.europa.eu/delegations/sri-lanka/39021/joint-local-statement-renewed-arrest-mp-faris-maumoon_en


L-arrest ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sudan, b'mod partikolari l-każ tar-Rebbieħ tal-Premju Sakharov, Salih Mahmoud Osman
PDF 281kWORD 55k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2018 dwar l-arrest ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sudan, partikolarment il-każ tar-rebbieħ tal-Premju Sakharov Salih Mahmoud Osman (2018/2631(RSP))
P8_TA(2018)0080RC-B8-0159/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-Sudan,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tad-9 ta' Frar 2018 mill-Viċi President responsabbli għan-Netwerk tal-Premju Sakharov u mill-President tas-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem tiegħu dwar ir-Rebbieħ tal-Premju Sakharov Salih Mahmoud Osman,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni lokali tal-11 ta' Jannar 2018 mill-Kapijiet tal-Missjonijiet tal-Ambaxxati tal-UE dwar il-protesti riċenti f'Khartoum,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 2400 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (2018), adottata fit-8177 laqgħa tiegħu fit-8 ta' Frar 2018,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-31 ta' Jannar 2018 mill-President tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU b'rabta mal-kunsiderazzjoni mill-Kunsill tas-Sigurtà ta' punt bit-titolu "Rapporti tas-Segretarju Ġenerali dwar is-Sudan u s-Sudan t'Isfel",

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Koordinatur Residenti u Umanitarju tan-NU fis-Sudan dwar il-ħtif ta' ħaddiem umanitarju f'Darfur, maħruġa f'Khartoum fid-9 ta' Ottubru 2017,

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 5 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Artikolu 7 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, li t-tnejn jipprevedu li l-ebda persuna m'għandha tkun soġġetta għal tortura jew għal trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-27 ta' Ġunju 2016 tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) dwar it-tħabbira tal-Gvern Sudaniż ta' waqfien tal-ostilitajiet unilaterali ta' erba' xhur,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija ta' Cotonou rivedut,

–  wara li kkunsidra l-Karta Afrikana għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli ta' Ġunju 1981,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi s-sitwazzjoni fis-Sudan għadha tirrapreżenta theddida għall-paċi internazzjonali u għas-sigurtà fir-reġjun; billi l-awtoritajiet Sudaniżi wettqu ripressjoni fuq il-protesta paċifika, is-soċjetà ċivili u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem;

B.  billi b'rabta mal-protesti sporadiċi li bdew madwar is-Sudan fis-7 ta' Jannar 2018 dwar żieda fil-prezzijiet tal-ikel u tal-mediċini, mill-inqas 140 membru tal-partit tal-oppożizzjoni, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, studenti u attivisti tad-drittijiet tan-nisa ġew arrestati u detentuti mis-Servizzi Nazzjonali Sudaniżi tal-Intelligence u tas-Sigurtà (NISS); billi l-protesti ntlaqgħu b'użu eċċessiv tal-forza mill-forzi Sudaniżi u dan wassal għall-mewt ta' dimostrant u t-tidrib ta' ħafna oħrajn flimkien mar-ripressjoni tal-ġurnalisti u l-attivisti madwar il-pajjiż kollu; billi l-ġlied f'Jannar u fi Frar 2018 huwa l-aktar eżempju riċenti tal-abbużi kostanti fil-pajjiż;

C.  billi dawk arrestati jinkludu avversarji politiċi, fosthom tliet mexxejja tal-Partit tal-Kungress Sudaniż li ġew arrestati u detenuti arbitrarjament; billi avversarji oħrajn arrestati jinkludu Mohamed Mukhtar al-Khatib, is-segretarju politiku tal-Partit Komunista Sudaniż; Mohamed Abdalla Aldoma, il-viċi president tal-Partit Nazzjonali Umma; Mohamed Farouk Salman, membru ewlieni tal-Alleanza Nazzjonali tas-Sudan; u żewġ membri tal-kumitat ċentrali tal-Partit Komunista Sudaniż, Mohieldeen Eljalad u Sidgi Kaballo;

D.  billi l-forzi NISS Sudaniżi arrestaw lil Salih Mahmoud Osman – il-Viċi President tal-Assoċjazzjoni tal-Avukati ta' Darfur, membru tal-Assoċjazzjoni tal-Avukati Demokratiċi, avukat tad-drittijiet tal-bniedem li promwova l-istabbiliment tal-istat tad-dritt u ħadem favur ir-riforma ġuridika permezz tal-Assemblea Nazzjonali tas-Sudan, u huwa rebbieħ tal-Premju Sakharov 2007 – fl-uffiċċju legali tiegħu fl-1 ta' Frar 2018; billi riċentement ġie trasferit għall-ħabs ta' Dabak, 20 km fit-Tramuntana ta' Khartoum u l-awtoritajiet irrifjutaw li jagħtu informazzjoni dwar saħħtu u ċaħdu żjarat lill-avukat tiegħu u lill-familtu;

E.  billi wara l-arrest ta' Salih Mahmoud Osman, il-Kap tad-Delegazzjoni tal-UE fis-Sudan beda inizjattiva diplomatika mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Sudaniż, u sar appell mir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, Stavros Lambridinis lis-37 sessjoni tal-Kunsill tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fis-27 ta' Frar 2018;

F.  billi għadd ta' attivisti nisa wkoll sfaw vittmi ta' din il-kampanja ta' arresti tal-massa; billi d-difensuri tad-drittijiet tan-nisa qed jiġu soġġetti għal vjolenza sesswali, prosekuzzjoni u pieni vjolenti imposti mill-forzi tas-sigurtà tal-gvern; billi l-organizzazzjonijiet tan-nisa qed jinżammu taħt sorveljanza stretta u qed jikkampanjaw kontra l-liġijiet li b'mod ġenerali jiddiskriminaw kontra n-nisa;

G.  billi f'nofs Frar 2018 il-Gvern Sudaniż ħabbar il-ħelsien ta' 80 priġunier inklużi Rawa Jaafar Bakhit, Nahid Jabrallah, Amel Habani, Hanan Hassan Khalifa u Mohamed Abdallah Aldoma wara trattament ħażin waqt li kienu f'detenzjoni; billi l-kap tan-NISS issottometta l-ħelsien tal-priġunieri l-oħrajn għall-kundizzjoni li huma jwiegħdu li jieqfu jorganizzaw protesti; billi dawn id-dikjarazzjonijiet jmorru kontra l-impenji internazzjonali tas-Sudan favur id-drittijiet tal-bniedem; billi, madankollu, bosta difensuri tad-drittijiet tal-bniedem prominenti u attivisti politiċi tal-oppożizzjoni għadhom il-ħabs, inklużi Osman Salih u Amjeed Fareed, difensur tad-drittijiet tal-bniedem li ilu miżmum f'detenzjoni f'Khartoum mit-18 ta' Jannar 2018; billi ma tressqet l-ebda akkuża ta' delitt kontra dawk miżmuma l-ħabs u huma ma tressqux quddiem qorti tal-ġustizzja;

H.  billi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inklużi l-avukati u l-assoċjazzjonijiet tal-avukati, għandhom rwol ċentrali fl-iżgurar tad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt, l-istabilità u l-iżvilupp sostenibbli;

I.  billi l-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tal-partiti politiċi tal-oppożizzjoni huma severament ristretti, u n-NISS jwaqqfu lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u lill-partiti politiċi tal-oppożizzjoni milli jorganizzaw bosta attivitajiet; billi l-NGOs internazzjonali jiġu regolarment imkeċċija mill-pajjiż u huma bersalli għall-pressjoni u l-intimidazzjoni mill-Gvern;

J.  billi l-Liġi tas-Sigurtà Nazzjonali tal-2010 u l-emenda għall-Artikolu 151 tal-Kostituzzjoni adottata fil-5 ta' Jannar 2015 taw setgħat ta' arrest u detenzjoni b'firxa wiesgħa lin-NISS, u b'hekk ippermettewlhom li jżommu lill-persuni suspettati sa' erba' xhur u nofs mingħajr ebda possibilità ta' stħarriġ ġudizzjarju; billi qed jiġi allegat li dawn is-setgħat qed jintużaw biex jiġu arrestati u detenuti b'mod arbitrarju persuni li, f'ħafna każijiet, jiġu ttorturati u soġġetti għal trattament ħażin ieħor; billi, skont l-istess liġi, l-uffiċjali tan-NISS igawdu immunità mill-prosekuzzjoni għal kwalunkwe att imwettaq fil-qadi ta' dmirijiethom, u dan ħoloq kultura ta' impunità ġenerali;

K.  billi f'Mejju 2016, il-Gvern tas-Sudan irrifjuta r-rakkomandazzjonijiet tan-NU li appellawlu biex jirrevoka d-dispożizzjonijiet tal-impunità mil-Liġi dwar is-Sigurtà Nazzjonali tal-2010 u biex jagħmel arranġamenti biex jinbdew inkjesti indipendenti bl-għan li jkun hemm il-prosekuzzjonijiet ta' delitti skont id-dritt internazzjonali u ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-membri tan-NISS, il-forzi armati u l-pulizija;

L.  billi bosta difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li ġew miżmuma ġew soġġetti għat-tortura u għal trattament ħażin; billi d-detenuti miżmuma taħt il-kustodja tan-NISS huma partikolarment f'riskju ta' trattament ħażin; billi n-NISS huma magħrufin għat-trattament ħażin u għat-tortura tad-detenuti;

M.  billi l-vjolenza li għaddejja mill-forzi tal-gvern, minn gruppi ta' milizzja favur il-gvern u minn gruppi armati kontra l-gvern tifforma l-isfond tal-fastidju kontinwu, l-arresti arbitrarji, id-detenzjonijiet f'iżolament u l-allegazzjonijiet ta' tortura ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem mill-forzi militari u tas-sigurtà Sudaniżi;

N.  billi s-Servizz Ewropew tal-Azzjoni Esterna (SEAE) iddikjara li l-Istati Uniti se jnaqqas is-sanzjonijiet bħala pass importanti fl-isforzi globali biex is-Sudan jerġa' jiġi integrat fil-komunità internazzjonali, u wera li l-UE tinsab lesta li takkumpanja lis-Sudan f'dan il-proċess; billi matul l-ewwel missjoni tax-xorta tagħha lejn is-Sudan tas-Sottokumitat tal-Parlament dwar id-Drittijiet tal-Bniedem f'Diċembru 2017, il-Gvern Sudaniż esprima r-rieda tiegħu li jerġa' jinvolvi ruħu fil-komunità internazzjonali; billi Salih Mahmoud Osman, f'diversi okkażjonijiet, żar l-istituzzjonijiet tal-UE, inkluż il-Parlament Ewropew, sabiex jesprimi riżervi qawwija fir-rigward tal-involviment mill-ġdid tal-UE mas-Sudan;

O.  billi l-awtoritajiet Sudaniżi ma ħallewx lil Mohamed Aldoma jivvjaġġa u kkonfiskawlu l-passaport tiegħu meta kien fi triqtu lejn il-Kajr għal trattament mediku fit-8 ta' Marzu 2018, wara trattament ħażin waqt li kien jinsab f'detenzjoni;

P.  billi s-Sudan huwa kklassifikat il-174 pajjiż fost 180 fl-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa; billi l-libertà tal-istampa u tal-midja għadha ristretta bil-kbir mill-awtoritajiet u permezz tal-Att dwar l-Istampa u l-Pubblikazzjonijiet, li jipprevedi restrizzjonijiet bħaċ-ċensura, is-sekwestru u l-konfiska ta' gazzetti, l-għeluq ta' stabbilimenti tal-medja u qtugħ tal-internet; billi l-gazzetti huma ċċensurati u kkonfiskati regolarment wara li jiġu stampati, u dan jirrapreżenta impożizzjoni ta' sanzjonijiet ekonomiċi, apparti sanzjonijiet politiċi;

Q.  billi d-dritt għal-libertà tar-reliġjon għadu qed jiġi ristrett u l-liġi tikkriminalizza l-apostasija, il-blasfemija, u l-konverżjoni mill-Islam għal reliġjonijiet oħra; billi fil-21 ta' Frar 2018, il-ġurnalist Shamael al-Nur, li jaħdem mal-gazzetta ta' kuljum Al-Tayyar, ġie akkużat b'apostasija talli kiteb editorjal dwar il-qtugħ fl-infiq fuq is-saħħa nazzjonali, akkuża li ġġib magħha l-piena tal-mewt fis-Sudan;

R.  billi l-Qorti Kriminali Internazzjonali ħarġet mandati ta' arrest għall-President Sudaniż Omar Hassan Ahmad al-Bashir fl-4 ta' Marzu 2009 u fit-12 ta' Lulju 2010;

1.  Jesprimi tħassib kbir dwar il-persekuzzjoni li għaddejja tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u tas-soċjetà ċivili fis-Sudan, li b'mod partikolari tinvolvi l-ksur tal-libertà tal-espressjoni, tal-libertà ta' dimostrazzjoni, tal-libertà ta' għaqda u tal-libertà tar-reliġjon, u l-intimidazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, tal-ġurnalisti u tal-NGOs li jopponu r-reġim;

2.  Jappella għall-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tar-Rebbieħ tal-Premju Sakharov Salih Mahmoud Osman, kif ukoll ta' kwalunkwe difensur tad-drittijiet tal-bniedem, attivist tas-soċjetà ċivili u attivist tal-oppożizzjoni ieħor li qegħdin jinżammu f'detenzjoni biss minħabba l-ħidma leġittima u paċifika tagħhom fid-difiża tad-drittijiet tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija;

3.  Jikkundanna bl-aktar mod qawwi l-prattika tat-tortura u tat-trattament ħażin fir-rigward ta' kwalunkwe persuna miżmuma f'detenzjoni; jinsisti li l-kundizzjonijiet tad-detenuti kollha jridu jkunu konformi mal-istandards internazzjonali, inkluż il-Korp tal-Prinċipji tan-NU għall-Protezzjoni tal-Persuni Kollha taħt Kwalunkwe Forma ta' Detenzjoni jew Priġunerija;

4.  Jistieden lill-awtoritajiet Sudaniżi jinvestigaw l-użu ta' vjolenza, it-tortura u t-trattament ħażin kontra d-dimostranti paċifiċi, u biex dawk responsabbli jinġiebu quddiem il-ġustizzja; jenfasizza li kwalunkwe informazzjoni allegatament miġbura b'riżultat ta' tortura u trattament ħażin ma għandha qatt tkun ammissibbli bħala evidenza fi proċedimenti ġuridiċi;

5.  Jiddeplora t-tqegħid fil-mira u l-abbuż tad-difensuri u tal-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem kollha fis-Sudan, u jistieden lill-awtoritajiet jiggarantixxu li f'kull ċirkostanza li huma jkunu jistgħu jwettqu l-attivitajiet leġittimi tagħhom mingħajr biża ta' rappreżalja u ħielsa minn kull restrizzjoni, inkluż mill-fastidju ġudizzjarju;

6.  Iħeġġeġ lill-Gvern Sudaniż iwaqqaf minnufih il-ksur tad-drittijiet tal-partiti politiċi tal-oppożizzjoni u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem għal-libertajiet tal-espressjoni, tal-assoċjazzjoni u ta' għaqda; jappella għar-rispett u għall-ħarsien tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem tal-persuni kollha fis-Sudan;

7.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-vjolazzjonjiet, li għadhom għaddejjin u li huma frekwenti, tad-drittijiet tan-nisa fis-Sudan, b'mod partikolari skont l-Artikolu 152 tal-Kodiċi Kriminali; jistieden lill-awtoritajiet Sudaniżi jiffirmaw u jirratifikaw bla dewmien il-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa;

8.  Jissottolinja l-impenn kontinwu tiegħu għall-mekkaniżmu ta' protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jinsabu f'riskju; jistieden lis-SEAE jkompli jtejjeb l-implimentazzjoni tiegħu tal-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, billi juża bis-sħiħ il-mezzi kollha għad-dispożizzjoni tiegħu fis-Sudan; jenfasizza li d-delegazzjonijiet tal-UE jridu jipprijoritizzaw l-appoġġ fis-sejħiet lokali tagħhom għall-proposti taħt l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) għal dawk id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jinsabu l-aktar f'riskju, billi jiżgura appoġġ effettiv u mmirat;

9.  Jitlob lis-SEAE u lid-Delegazzjoni tal-UE fis-Sudan jirrapportaw lill-Parlament dwar l-azzjonijiet li ttieħdu biex jipprovdu l-protezzjoni u l-appoġġ lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; jappella għal azzjoni unita tal-UE u tal-Istati Membri b'appoġġ għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jinsabu f'riskju;

10.  Itenni li huwa imperattiv li l-liġijiet ewlenin, inkluż l-Att dwar is-Sigurtà Nazzjonali tal-2010 u l-liġijiet li jirregolaw il-midja u s-soċjetà ċivili, jiġu riveduti u riformati, sabiex jinġiebu f'konformità mal-istandards internazzjonali li jħarsu l-libertajiet tal-espressjoni, ta' għaqda u tal-assoċjazzjoni;

11.  Ifakkar lis-Sudan dwar l-obbligi tiegħu bħala Membru tan-NU, u jħeġġu jikkonforma mar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1593(2005), li tesiġi l-kooperazzjoni mal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI); jafferma mill-ġdid it-talba tiegħu li l-President Sudaniż Omar al-Bashir jikkonforma ruħu mad-dritt internazzjonali skont il-konvenzjonijiet u t-trattati li għalihom is-Sudan huwa parti, u jappoġġa r-rwol tal-QKI fil-proċess li jitressqu akkużi kontrih għal delitti tal-gwerra, delitti kontra l-umanità u ġenoċidju;

12.  Iħeġġeġ lis-Sudan jiżgura r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali f'konformità mad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u mad-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem;

13.  Jikkondividi t-tħassib li esprima Salih Mahmoud Osman li l-iffukar attwali fuq il-migrazzjoni jista' jiddevja l-attenzjoni tal-UE lil hinn mill-kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem;

14.  Jistieden, għalhekk, lis-SEAE jerġa' jibda joħroġ dikjarazzjonijiet b'rispons għall-ksur mifrux tad-drittijiet tal-bniedem minn atturi tal-istat u minn milizzji, kif ukoll dikjarazzjonijiet dwar l-ispazju dejjem jiċkien tas-soċjetà ċivili, sabiex juri li l-UE għadha mħassba profondament dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sudan;

15.  Jitlob bil-qawwa li l-UE u l-Istati Membri tagħha jiżguraw li l-implimentazzjoni tal-proġetti flimkien mal-awtoritajiet Sudaniżi tosserva l-prinċipju "La Tagħmilx Ħsara", li għandu jeskludi l-kooperazzjoni ma' atturi responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem;

16.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jipprovdu appoġġ lil dawk li ġenwinament qegħdin ifittxu bidla fis-Sudan, u biex jipprovdu lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili assistenza teknika u programmi ta' bini tal-kapaċità biex itejbu l-promozzjoni tagħhom favur id-drittijiet tal-bniedem u l-kapaċitajiet tagħhom tal-istat tad-dritt, u biex huma jkunu jistgħu jikkontribwixxu b'mod effettiv għat-titjib tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sudan;

17.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jkomplu bl-impenn tagħhom li jappoġġaw l-isforzi tal-Unjoni Afrikana biex iġġib il-paċi fis-Sudan u fost il-poplu Sudaniż; jesprimi l-appoġġ tiegħu, f'dan ir-rigward, għat-tiġdid tal-mandat tal-Missjoni tan-NU u tal-Unjoni Afrikana f'Darfur (UNAMID) sa Ġunju 2018;

18.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Gvern tas-Sudan, lill-Unjoni Afrikana, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Kopresidenti tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE u lill-Parlament Pan-Afrikan (PAP).


Qtil għall-mogħdrija fl-Uganda
PDF 277kWORD 54k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2018 dwar il-qtil għall-mogħdrija fl-Uganda (2018/2632(RSP))
P8_TA(2018)0081RC-B8-0165/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-10 ta' Diċembru 1948, li l-Uganda hi pajjiż firmatarju tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE ("il-Ftehim ta' Cotonou"), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(4) tiegħu dwar in-nondiskriminazzjoni,

–  wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Uganda,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal (CRC), adottata fl-20 ta' Novembru 1989, b'mod partikolari l-Artikoli 2 u 6 tagħha, li b'mod espliċitu jistipulaw il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni, inkluża dik ibbażata fuq id-diżabilità, u d-dritt għall-ħajja,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (CRPD), adottata fl-2006, u b'mod partikolari l-Artikolu 32 tagħha, li jgħid li l-partijiet kollha jridu jinkludu d-diżabilità u l-persuni b'diżabilità fl-isforzi tagħhom ta' kooperazzjoni internazzjonali,

–  wara li kkunsidra l-aktar riżoluzzjonijiet reċenti tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-persuni b'diżabilità, tal-14 ta' April 2014 u tal-14 ta' Lulju 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 19 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, li jipprojbixxu kull forma ta' diskriminazzjoni, kif ukoll l-Artikoli 21 u 26 tal-Konvenzjoni, li jiddeskrivu d-drittijiet tal-persuni b'diżabilità,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE dwar l-inklużjoni tal-persuni b'diżabilità fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, adottata fit-23 ta' Novembru 2011,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Dinji dwar id-Diżabilità, ippubblikat mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) u l-Bank Dinji f'Ġunju 2011,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem tat-8 ta' April 2016, bit-titlu "Committee on the Rights of Persons with Disabilities considers report of Uganda" (Il-Kumitat dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità jeżamina r-rapport tal-Uganda),

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjonijiet 65/186 u 64/131 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (AĠNU) bl-isem "Realising the Millennium Development Goals for persons with disabilities towards 2015 and beyond" (Nilħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju għall-Persuni b'Diżabilità sas-sena 2015 u lil hinn minnha),

–  wara li kkunsidra n-Nota ta' Gwida tal-UE dwar id-Diżabilità u l-Iżvilupp għad-Delegazzjonijiet u s-Servizzi tal-UE,

–  wara li kkunsidra l-Aġenda 2030 u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) adottati fi New York fil-25 ta' Settembru 2015,

–  wara li kkunsidra r-rapport ta' analiżi tal-Uganda tal-1 ta' Lulju 2016 dwar l-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 bit-titolu "Ensuring that no one is left behind" (Niżguraw li ħadd ma jibqa' lura), li ġie ppreżentat lill-Forum Politiku ta' Livell Għoli tan-NU fi New York,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2006(1) dwar id-diżabilità u l-iżvilupp,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Uganda,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-"ewtanażja" fl-Uganda hi prattika fejn il-ġenituri ta' tfal b'diżabilità joqtluhom jew iħalluhom imutu bil-ġuħ jew billi jċaħħduhom mill-attenzjoni medika minħabba t-twemmin li dawn it-tfal aħjar mejtin milli jkollhom jissaportu diżabilità doloruża u inkurabbli;

B.  billi l-Uganda mhijiex l-uniku pajjiż li qed tissielet ma' din il-problema; billi ħafna pajjiżi li qed jiżviluppaw għamlu progress sinifikanti, għalkemm mhux komplut, rigward l-inklużjoni tal-persuni b'diżabilità fi proġetti għall-iżvilupp;

C.  billi xi ġenituri ammettew li l-att tal-"ewtanażja" hu meħtieġ biex isalva lit-tfal b'diżabilità minn tbatija kbira matul ħajjithom kollha; billi minkejja x-xhieda ta' xi ommijiet jew superstiti, il-prattika għadha tabù;

D.  billi l-istigma soċjali fl-Uganda tant hi qawwija li l-ommijiet u t-tfal jiġu miċħuda mill-komunità, li tattribwilhom status soċjali baxx u ma tippermettilhomx jipparteċipaw b'mod sħiħ fis-soċjetà; billi teżisti pressjoni fuq l-ommijiet biex joqtlu lil uliedhom wara li jkunu qattgħu snin jissieltu mal-isforz u s-sagrifiċċji relatati mal-indokrar ta' tifel jew tifla b'diżabilità;

E.  billi t-twemmin dwar tfal li jitwieldu b'diżabilità jpoġġihom f'riskju akbar ta' vjolenza u ta' qtil meta mqabbla ma' tfal mingħajr diżabilità; billi t-tfal b'diżabilità għadhom soġġetti għal bosta forom ta' vjolenza, diskriminazzjoni u emarġinazzjoni minħabba l-attitudni negattiva, is-superstizzjoni, in-negliġenza u n-normi u l-prattiki soċjali; billi l-akbar theddida għat-tfal b'diżabilità tinħoloq minn twemmin qarrieq dwar il-kundizzjoni tagħhom, fosthom it-twemmin li l-preżenza tat-tifel jew tifla b'diżabilità se twassal għal aktar tfal li jbatu minn xi diżabilità;

F.  billi l-klannijiet u l-familji estiżi jagħmlu ħafna pressjoni fuq l-ommijiet, filwaqt li jfittxu li jifhmu l-kawżi tad-diżabilità u jitfgħu l-ħtija fuq l-omm; billi, f'xi każijiet, l-ommijiet tkeċċew mid-djar ta' żwieġhom talli kellhom tfal b'diżabilità;

G.  billi t-tobba u l-ħaddiema mediċi ma jistgħux jifhmu jew jispjegaw in-natura u l-kawża tal-fraġilità tat-tfal, u billi s-sistema tal-kura tas-saħħa mhix mgħammra biżżejjed biex jiġu ddjanostikati u ttrattati ħafna tipi ta' diżabilità li jistgħu jitnaqqsu jew saħansitra jiġu eliminati; billi ċ-ċaħda ta' drittijiet bażiċi għat-tfal b'diżabilità, bħalma huma l-aċċess għall-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni, l-appoġġ u r-riabilitazzjoni, ixxekkel ħafna l-ħila tagħhom li jiżviluppaw il-potenzjal kollu tagħhom;

H.  billi l-Uganda hi wieħed mill-162 stat parti tas-CRPD; billi l-Uganda rratifikat il-Konvenzjoni u l-Protokoll Fakultattiv tagħha fil-25 ta' Settembru 2008 mingħajr riżervi; billi l-Uganda impenjat ruħha li tagħti lill-persuni b'diżabilità l-istess drittijiet li jgawdu ċ-ċittadini l-oħra kollha;

I.  billi f'April 2016, il-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità analizza l-imġiba tal-Uganda fir-rigward tal-implimentazzjoni tas-CRPD, u fassal osservazzjonijiet konklużivi u rakkomandazzjonijiet, li skonthom, il-Kumitat innota bi tħassib li l-leġiżlazzjoni u l-politiki jonqsu milli jipprovdu protezzjoni għad-drittijiet tat-tfal b'diżabilità, u li l-Kumitat jinsab imħasseb ukoll dwar in-nuqqas ta' informazzjoni rigward is-sitwazzjoni ta' tfal neqsin mis-smigħ u ta' tfal neqsin mis-smigħ u mid-dawl, u dwar miżuri li jiżguraw il-protezzjoni u l-inklużjoni tagħhom fis-soċjetà;

J.  billi l-Gvern tal-Uganda għandu għadd ta' liġijiet u politiki li fihom klawsoli dwar id-diżabilità; billi l-pajjiż għandu leġiżlazzjoni speċifika relatata mad-diżabilità; billi d-definizzjoni ta' diżabilità tista' tvarja bejn leġiżlazzjoni u oħra;

K.  billi tnejn mill-ikbar ostakli għall-inklużjoni tal-persuni b'diżabilità fis-soċjetà fl-Uganda huma l-inviżibilità tagħhom u l-attitudni negattiva lejhom; billi l-fatt li jkollok tfal b'diżabilità hu raġuni għall-esklużjoni soċjali tal-familja, u b'mod partikolari tal-ommijiet, għax it-tfal b'diżabilità huma meqjusa bħala sors ta' għajb u dgħufija għall-familja;

L.  billi jeżistu ftit faċilitajiet ta' appoġġ immexxija mill-istat għall-ġenituri ta' tfal b'diżabilità f'partijiet mill-Uganda rurali, u billi bħala konsegwenza l-familji, b'mod partikolari l-ommijiet waħedhom, sikwit isibuha diffiċli biex jindukraw b'mod adegwat lill-uliedhom b'diżabilità;

M.  billi m'hemm l-ebda figuri uffiċjali disponibbli peress li la l-pulizija u lanqas is-sistema ġudizzjarja fl-Uganda mhuma jinvestigaw dan il-fenomenu; billi n-nuqqas ta' statistika jikkomplika l-ġlieda kontra l-prattika tal-"ewtanażja";

N.  billi l-ħidma tal-gruppi tas-soċjetà ċivili u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem hija kruċjali biex jiġu ggarantiti d-drittijiet tal-gruppi emarġinati u vulnerabbli; billi l-organizzazzjonijiet mhux governattivi fl-Uganda jħabbtu wiċċhom ma' diversi diffikultajiet u ostakli biex jipprovdu servizzi lit-tfal b'diżabilità u l-ġenituri tagħhom; billi l-ħafna ideat żbaljati dwar it-tfal b'diżabilità jirrappreżentaw sfida għall-isforzi ta' żvilupp u għall-ħidma tal-osservaturi tad-drittijiet tal-bniedem fl-Uganda;

O.  billi l-assoċjazzjonijiet tal-persuni b'diżabilità għandhom rwol partikolari x'jiżvolġu billi jirrappreżentaw u jwasslu l-interessi speċifiċi tal-persuni b'diżabilità quddiem il-politiċi u l-pubbliku ġenerali; billi hemm nuqqas ta' informazzjoni disponibbli biex il-pubbliku ġenerali jsir konxju mill-prattiki kulturali li jistigmatizzaw u jfixklu l-iżvilupp tal-persuni b'diżabilità u l-possibilità li dawn igawdu l-istess drittijiet bħal kull persuna oħra fis-soċjetà;

1.  Jikkundanna bil-qawwa l-qtil inġustifikabbli u inuman ta' tfal u trabi tat-twelid b'diżabilità; jesprimi l-akbar tħassib tiegħu dwar l-"ewtanażja" mwettqa fuq it-tfal b'diżabilità fl-Uganda u fil-pajjiżi kollha fejn issir; jappella biex jintemmu dawn l-atti ta' vjolenza, moħqrija u tortura fil-konfront tat-tfal;

2.  Jistieden lill-awtoritajiet tal-Uganda u l-pajjiżi kollha fejn isir dan il-qtil ritwalistiku u "għall-kumpassjoni" fil-konfront tat-tfal biex jimpenjaw ruħhom sabiex jindirizzaw it-twemmin superstizzjuż li jagħmel il-ħsara u li jipperpetwa dawn l-atti kontra t-tfal;

3.  Ifakkar li r-responsabilità primarja ta' Stat hija li jipproteġi ċ-ċittadini tiegħu, inklużi l-gruppi vulnerabbli; ifakkar lill-awtoritajiet tal-Uganda fl-obbligu tagħhom li josservaw il-Kostituzzjoni ta' pajjiżhom, b'mod partikolari l-Artikoli 21 u 32, kif ukoll l-Artikolu 35(1) li jgħid li l-persuni b'diżabilità għandhom id-dritt għar-rispett u d-dinjità tal-bniedem u li l-Istat u s-soċjetà għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li jilħqu l-potenzjal mentali u fiżiku sħiħ tagħhom;

4.  Ifakkar id-dover speċifiku tal-Parlament tal-Uganda lejn il-persuni b'diżabilità, inkorporat fl-Artikolu 35(2) tal-Kostituzzjoni, li jgħid li l-Parlament għandu jgħaddi liġijiet xierqa għall-protezzjoni tal-persuni b'diżabilità; jistieden lill-Gvern tal-Uganda jappoġġja l-azzjonijiet kollha meħuda favur it-titjib tad-drittijiet ċivili u tal-bniedem tal-persuni b'diżabilità;

5.  Jitlob appoġġ għall-familji tal-persuni b'diżabilità sabiex ikunu jistgħu jrabbu lil uliedhom f'darhom; jistieden lill-Gvern tal-Uganda jiżviluppa servizzi ta' appoġġ ta' kwalità għall-familji bi tfal b'diżabilità fil-pajjiż kollu kemm hu, inkluż biżżejjed appoġġ finanzjarju u benefiċċji għall-familji biex jieħdu ħsieb it-tfal b'diżabilità tagħhom;

6.  Jistieden lill-awtoritajiet jiżguraw li titqajjem kuxjenza soċjali u tingħata informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-persuni b'diżabilità, kif ukoll li jiġu organizzati korsijiet ta' taħriġ biex il-ġenituri u l-indokraturi tat-tfal b'diżabilità jingħataw appoġġ, informazzjoni u pariri sabiex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni ta' dawn it-tfal fil-komunità;

7.  Jistieden lill-Gvern tal-Uganda jiżgura li t-tobba li jiġu f'kuntatt dirett mal-persuni b'diżabilità u l-problemi mediċi tagħhom ikunu mħarrġa u sensibilizzati adegwatament dwar il-bżonnijiet ta' dawn il-pazjenti;

8.  Jilqa' l-ħolqien tal-Att dwar il-Kummissjoni għall-Opportunitajiet Indaqs tal-2007, li għandu l-għan li jippromwovi opportunitajiet indaqs għall-gruppi emarġinati, inklużi l-persuni b'diżabilità;

9.  Jilqa' l-ħolqien tal-Kummissjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Uganda (UHRC) fil-qafas tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Uganda tal-1995; ifakkar ir-rwol tagħha li, fost l-oħrajn, toħloq u ssaħħaħ l-għarfien tas-soċjetà dwar id-dispożizzjonijiet ta' din il-kostituzzjoni bħala l-liġi fundamentali tal-poplu tal-Uganda u twettaq monitoraġġ tal-konformità tal-Gvern mal-obbligi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem;

10.  Jistieden lill-UHRC tiżviluppa pjan nazzjonali konkret li jiggwida l-funzjoni ta' monitoraġġ tagħha u jippromwovi interazzjoni aktar strutturata u istituzzjonalizzata mal-organizzazzjonijiet kollha tal-persuni b'diżabilità fil-pajjiż;

11.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet jiżguraw ir-reġistrazzjoni tat-tfal kollha mat-twelid, inklużi dawk b'diżabilità;

12.  Jistieden lill-awtoritajiet tal-Uganda jsaħħu l-isforzi biex titqajjem aktar kuxjenza dwar id-drittijiet u d-dinjità tat-tfal b'diżabilità fl-Uganda; jissottolinja, f'dan ir-rigward, ir-rwol importanti tal-edukazzjoni biex tiġi miġġielda l-istigmatizzazzjoni; jenfasizza b'insistenza r-rwol ewlieni tal-assoċjazzjonijiet tal-persuni b'diżabilità biex titqajjem kuxjenza dwar l-inklużjoni tal-persuni b'diżabilità u l-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom;

13.  Jenfasizza li l-midja għandu jkollha rwol aktar attiv fil-ġlieda kontra l-istereotipi u fil-promozzjoni tal-inklużjoni; jistieden lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-livell internazzjonali, nazzjonali u lokali jiżguraw u jippromwovu s-sensibilizzazzjoni permezz tal-midja, il-politiki edukattivi u l-kampanji pubbliċi;

14.  Jesprimi tħassib serju dwar l-għadd dejjem akbar ta' attakki fiżiċi fuq id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-gruppi tas-soċjetà ċivili, bħalma hu l-Human Rights Awareness and Promotion Forum; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Ugandiżi jiggarantixxu s-sikurezza tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, iressqu l-qorti lil min jattakkahom u jippermettulhom jagħmlu xogħolhom mingħajr theddid u ostakli;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw l-isforzi tal-Gvern, tal-NGOs u tas-soċjetà ċivili tal-Uganda biex jifformulaw u jimplimentaw politiki li jindirizzaw il-bżonnijiet u d-drittijiet tal-persuni b'diżabilità, abbażi tan-nondiskriminazzjoni, l-inklużjoni soċjali u l-aċċess ugwali għall-kura tas-saħħa u għal servizzi soċjali oħrajn;

16.  Jappella biex ikun hemm skambju ta' prattiki tajbin fost il-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-pajjiżi żviluppati; jitlob lill-Kummissjoni tiżviluppa pjattaforma, flimkien ma' donaturi internazzjonali oħrajn, sabiex ikun hemm skambju ta' prattiki tajbin dwar l-inklużjoni tat-tfal b'diżabilità; jistieden lill-Kummissjoni tonora bis-sħiħ l-impenji tagħha skont l-Artikolu 32 tas-CRPD;

17.  Jistieden lill-UE tisfrutta l-influwenza politika pprovduta mill-programmi ta' għajnuna għall-iżvilupp, b'mod partikolari l-programmi ta' appoġġ baġitarju, biex issaħħaħ id-difiża u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Uganda; jistieden lill-Kummissjoni tivverifika jekk tistax tingħata assistenza aħjar – permezz ta' finanzjament jew permezz tal-koordinazzjoni mal-istituzzjonijiet lokali – biex titjieb l-għajnuna medika għat-tfal b'diżabilità sabiex il-familji tagħhom jingħataw l-għajnuna urġenti li jeħtieġu;

18.  Jenfasizza li l-politiki tal-inklużjoni għandhom jiġu promossi fil-fora kollha rilevanti internazzjonali u tan-NU, peress li bħalissa l-kwistjoni tad-diżabilità hija nieqsa minn ħafna diskussjonijiet internazzjonali ta' livell għoli u jeħtieġ tingħata prominenza fl-aġenda politika;

19.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-President tar-Repubblika tal-Uganda, lill-Ispeaker tal-Parlament tal-Uganda u lill-Unjoni Afrikana u l-istituzzjonijiet tagħha.

(1) ĠU C 287 E, 24.11.2006, p. 336.


Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd UE/Comoros: denunzja ***
PDF 248kWORD 48k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tiddenunzja l-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni tal-Comoros (14423/2017 – C8-0447/2017 – 2017/0241(NLE))
P8_TA(2018)0082A8-0058/2018

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (14423/2017),

–  wara li kkunsidra l-ftehim ta' sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni tal-Comoros(1),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 43 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0447/2017),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tal-15 ta’ Marzu 2018(2) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0058/2018),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għad-denunzja tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Unjoni tal-Comoros.

(1) ĠU L 290, 20.10.2006, p. 7.
(2) Testi adottati, P8_TA(2018)0083.


Ftehim ta' sħubija dwar is-Sajd UE/Comoros: denunzja (Riżoluzzjoni)
PDF 288kWORD 53k
Riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tiddenunzja l-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni tal-Comoros (14423/2017 – C8-0447/2017 – 2017/0241(NLE)2017/2266(INI))
P8_TA(2018)0083A8-0055/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (14423/2017),

–  wara li kkunsidra l-ftehim ta' sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni tal-Comoros(1),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 43 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0447/2017),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tal-15 ta’ Marzu 2018(2) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999(3) ("ir-Regolament IUU"), b'mod partikolari l-Artikolu 8(8) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0055/2018),

A.  billi l-ftehim ta' sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni tal-Comoros (minn hawn 'il quddiem "il-Comoros") jiddisponi għat-terminazzjoni tiegħu minn kwalunkwe waħda mill-partijiet fil-każ ta' ċirkostanzi serji, bħal pereżempju n-nuqqas ta' konformita mal-impenji meħuda mill-partijiet fir-rigward tal-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (aktar 'il quddiem "is-sajd IUU").

B.  billi s-sajd illegali huwa ta' theddida mill-akbar għar-riżorsi tal-baħar globali, peress li dan it-tip ta' sajd jeżawrixxi l-istokkijiet tal-ħut, jeqred il-ħabitats tal-baħar, iqiegħed lis-sajjieda onesti fi żvantaġġ inġust, u jeqred l-għajxien tal-komunitajiet tal-kosta, b'mod partikolari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

C.  billi l-UE għandha tieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex tiżgura li l-ftehimiet dwar is-sajd sostenibbli konklużi ma' pajjiżi terzi jġibu benefiċċji reċiproċi lill-UE u lill-pajjiżi terzi kkonċernati, inkluż lill-popolazzjonijiet lokali tagħhom u lis-setturi tas-sajd tagħhom;

D.  billi l-għan ġenerali tal-Protokoll li jikkonkludi l-ftehim ta' sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni tal-Comoros kien li l-kooperazzjoni fis-sajd bejn l-UE u l-Komoros tissaħħaħ fl-interessi taż-żewġ partijiet, billi jiġi stabbilit qafas ta' sħubija li fih tkun tista' titwettaq politika tas-sajd sostenibbli filwaqt li jiġu sfruttati b'mod sostenibbli r-riżorsi tas-sajd fiż-żona ekonomika esklussiva Komorjana, u li jiġi żgurat sehem xieraq, li jikkorrispondi mal-interessi tal-flotot tal-UE, tal-eċċessi tas-sajd disponibbli;

E.  billi l-ewwel ftehim dwar is-sajd bejn il-KEE u Comoros imur lura għall-1988 u billi l-flotot tal-Istati Membri tal-KEE/l-UE minn dak iż-żmien 'l hawn ġew mogħtija aċċess għal opportunitajiet tas-sajd taħt sensiela ta' protokolli implimentattivi;

F.  billi, skont ir-rapport tal-UNCTAD intitolat "L-Esportazzjonijiet tas-Sajd u l-Iżvilupp Ekonomiku tal-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati", il-kooperazzjoni settorjali ma marritx aktar 'il quddiem minn stat rudimentali, b'impatt żgħir ħafna fuq l-industrija tas-sajd, fuq il-kundizzjonijiet tal-ħatt l-art, fuq il-kapaċità ta' monitoraġġ u ta' sorveljanza, fuq l-iżvilupp xjentifiku, jew fuq it-taħriġ tekniku tas-sajjieda u tal-osservaturi; billi l-prezz li l-UE tħallas lill-Comoros għal kull tunnellata ħut (tonn) huwa bejn wieħed u ieħor 15 % tal-prezz bl-ingrossa stmat għal kull tunnellata;

G.  billi l-Comoros ġiet innotifikata fit-1 ta' Ottubru 2015 dwar il-possibbiltà li tiġi identifikata bħala pajjiż terz li ma jikkooperax peress li naqset li teżerċita kontroll adegwat tal-bastimenti rreġistrati taħt il-bandiera tal-Comoros; billi, wara li ġiet identifikata bħala pajjiż li ma jikkooperax f'Mejju 2017 u elenkata bħala tali f'Lulju 2017 mill-UE, li ħarġet "karta ħamra", il-pajjiż xorta naqas milli jieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex isolvi l-problemi identifikati u biex jiġġieled lis-sajd IUU;

H.  billi l-Protokoll preċedenti tal-ftehim tas-sajd mal-Comoros skada fil-30 ta' Diċembru 2016 u ma ġġeddidx minħabba li l-Comoros naqset milli tieħu kwalunkwe impenn biex tiġġieled is-sajd IUU; billi l-Protokoll ingħata pakkett finanzjarju ta' EUR 600 000 fis-sena, li EUR 300 000 minnhom ġew allokati lill-appoġġ għall-politika tas-sajd tal-Comoros bil-ħsieb li tiġi promossa s-sostenibbiltà u l-ġestjoni tajba tar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet ta' dan il-pajjiż;

I.  billi l-UE hija impenjata bis-sħiħ li tiġġieled is-sajd illegali u kwalunkwe forma ta' negozju li jirriżulta minnu, u dak l-impenn huwa stabbilit fir-Regolament tal-IUU;

J.  billi l-UE u l-Istati Membri tagħha qegħdin ifittxu kooperazzjoni mal-Comoros f'għadd ta' setturi; billi d-denunzja min-naħa tal-UE tal-ftehim ta' sħubija dwar is-Sajd tista' titreġġa' lura (jekk jittieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa) u billi d-denunzja ta' dan il-ftehim ma teskludix in-negozjar futur ta' xi ftehim ieħor jew ta' kwalunkwe sura oħra ta' sħubija fis-settur tas-sajd;

K.  billi l-ġlieda kontra s-sajd IUU ma tiddependix biss fuq l-identifikazzjoni ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx, iżda, għall-kuntrarju, titlob li jinstabu metodi li jirrimedjaw is-sitwazzjonijiet; billi jekk ma tirċevix għajnuna minn barra, il-Comoros mhix se tkun tista' ttejjeb il-politiki ta' ġestjoni tal-baħar għal riżorsi tas-sajd b'mod partikolari, inkluż fir-rigward tal-ħatt, il-kapaċità ta' monitoraġġ u sorveljanza, l-iżvilupp xjentifiku u tekniku, it-taħriġ ta' sajjieda u ta' osservaturi;

L.  billi għall-ewwel darba l-adozzjoni tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) inkorporaw għan rilevanti għall-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tal-ibħra u tar-riżorsi tal-baħar (Għan 14);

1.  Jiddispjaċih li l-Comoros naqset milli tieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex issolvi l-problemi identifikati u biex tiġġieled is-sajd IUU, minkejja li kienet imwissija mill-UE;

2.  Itenni kemm hu importanti l-kontroll effettiv tal-istat tal-bandiera, li n-nuqqas tiegħu huwa l-kawża ewlenija tas-sajd IUU; iqis li l-Comoros għandha tissodisfa l-obbligi tagħha skont id-dritt internazzjonali fir-rigward tas-superviżjoni u l-kontroll tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħha; jemmen bis-sħiħ li dan in-nuqqas ta' superviżjoni u awtorizzazzjoni tas-sajd jippermetti li tali bastimenti jwettqu sajd IUU b'impunità;

3.  Huwa tal-fehma li l-Comoros għandha tibqa' involuta mal-UE u taħtaf din l-opportunità biex tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa biex ittejjeb il-ħila tagħha li tindirizza s-sajd illegali;

4.  Jiddeplora l-fatt li, fi kważi 30 sena ta' ftehimiet dwar is-sajd bejn l-UE u l-Comoros – li kienu jinkludu komponent immirat lejn il-kooperazzjoni u l-appoġġ għall-iżvilupp tas-settur tas-sajd tal-Comoros – ma ħariġx li kien possibbli li jinkisbu riżultati aktar tanġibbli fl-iżvilupp tas-settur, inkluż f'oqsma bħalma huma l-kapaċità ta' monitoraġġ u sorveljanza, l-iżvilupp xjentifiku, u t-taħriġ tekniku għas-sajjieda u l-osservaturi;

5.  Isostni li l-istrumenti disponibbli tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, b'mod partikolari l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ), jeħtieġ li jkunu kkombinati b'mod aktar effettiv mal-appoġġ ġenerali għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet fis-settur tas-sajd;

6.  Ifakkar li l-Comoros għandha d-dmir, skont il-ftehim ta' sħubija dwar is-Sajd iffirmat mal-UE u strumenti internazzjonali oħrajn, kif ukoll fi ħdan il-qafas għall-kisba tal-Aġenda 2030 u l-SDGs, li tirrispetta l-prinċipji ta' governanza tajba fis-sajd u s-sajd responsabbli, iżżomm l-istokkijiet tal-ħut u tippreserva l-ekosistema tal-baħar fiż-żona ekonomika esklużiva tagħha;

7.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li niġġieldu s-sajd IUU globalment u li jinħolqu inċentivi biex l-istati jieħdu r-responsabilitajiet tagħhom bis-serjetà u jimplimentaw ir-riformi meħtieġa fis-settur tas-sajd tagħhom;

8.  Jisħaq li l-ġlieda kontra s-sajd IUU m'għandhiex tiddependi kompletament fuq l-identifikazzjoni ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx u li, sabiex verament niġġieldu s-sajd illegali fil-forom kollha tiegħu, huwa neċessarju li jinstabu modi li bihom ngħinu lil pajjiżi, b'mod partikolari lil stati gżejjer żgħar li qed jiżviluppaw, li l-Comoros hija waħda minnhom, biex b'hekk ikunu jistgħu jbiddlu l-politiki tal-ġestjoni tal-baħar tagħhom;

9.  Jaqbel mal-Kummissjoni u mal-Kunsill dwar il-ħtieġa li jiġu applikati l-miżuri msemmija fl-Artikolu 38(8) tar-Regolament IUU għad-denunzja ta' kwalunkwe ftehim bilaterali eżistenti dwar is-sajd mal-Comoros, li jiddisponi għat-terminazzjoni tal-ftehim fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mal-impenji magħmula minnha fir-rigward tal-ġlieda kontra s-sajd IUU;

10.  Jinnota l-konsegwenzi l-oħra msemmija fl-Artikolu 38(8) tar-Regolament IUU, dwar il-projbizzjonijiet fuq il-kiri (chartering), l-għoti ta' bandiera ġdida u l-ftehimiet privati, fost oħrajn;

11.  Isostni, madankollu, li tali denunzja ma għandhiex tkun it-tmiem tal-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Comoros fis-settur tas-sajd; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tfittex li tiżgura li din ir-relazzjoni tkun tista' tiġi attivata mill-ġdid malajr kemm jista' jkun, u tipproċedi mill-premessa li l-komunitajiet tas-sajd u s-sajd artiġġjanali fuq skala żgħira għandhom jitqiesu bħala ċentrali għall-iżvilupp tal-pajjiż u li, għal dan il-għan, għandhom jiġu promossi l-investiment u l-assistenza teknika fl-oqsma li ġejjin:

   l-amministrazzjoni u s-sistema ta' governanza tas-sajd, il-leġiżlazzjoni, il-makkinarju istituzzjonali, il-bini tal-kapaċità għar-riżorsi umani (sajjieda, xjenzjati, spetturi, u oħrajn), u t-tisħiħ tal-valur kummerċjali u kulturali tal-irkaptu u tal-ħut tradizzjonali tal-Comoros;
   il-kapaċitajiet ta' monitoraġġ u l-kapaċitajiet xjentifiċi, il-kapaċità ta' protezzjoni tal-kosta, u l-kapaċitajiet għall-ispezzjoni, għas-sorveljanza, u għall-kontroll tal-kwalità;
   l-istabbiliment ta' faċilitajiet għat-tkessiħ, id-distribuzzjoni u l-ipproċessar tal-ħut;
   il-bini u t-titjib tal-infrastruttura għall-ħatt l-art u għas-sigurtà fil-portijiet;
   it-tiġdid tal-flotta fuq skala żgħira tal-Komoros, biex jittejbu s-sigurtà, il-kapaċità tal-flotta li tibqa' fuq il-baħar, u l-kapaċità tas-sajd;

12.  Jitlob l-inklużjoni ta' klawżola li permezz tagħha, jekk il-Comoros tirrimedja n-nuqqasijiet tagħha, il-proċedura titwaqqaf u l-karta ħamra tiġi rtirata, u b'hekk il-flotta tal-UE tkun tista' tirritorna;

13.  Jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-passi meħtieġa biex treġġa' s-sitwazzjoni lura għan-normal billi ttejjeb l-effikaċja tal-miżuri li jiġġieldu s-sajd IUU u tħalli l-flotta tal-UE tmur lura fiż-żona tas-sajd ladarba t-termini ta' protokoll ġdid ikunu ġew innegozjati mill-ġdid;

14.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, fil-mandati rispettivi tagħhom, iżommu lill-Parlament mgħarraf bis-sħiħ u mingħajr dewmien b'tali żviluppi li jafu jseħħu f'dan il-proċess;

15.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Unjoni tal-Comoros.

(1) ĠU L 290, 20.10.2006, p. 7.
(2) Testi adottati, P8_TA(2018)0082.
(3) ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1.


Europass: Qafas ta’ ħiliet u kwalifiki ***I
PDF 338kWORD 50k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2018 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas komuni għall-għoti ta' servizzi aħjar għall-ħiliet u l-kwalifiki (Europass), u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2241/2004/KE (COM(2016)0625 – C8-0404/2016 – 2016/0304(COD))
P8_TA(2018)0084A8-0244/2017

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0625),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 165 u 166 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0404/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta' Frar 2017(1),

–  wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitati responsabbli skont l-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-20 ta' Diċembru 2017, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A8-0244/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' Marzu 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2018/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas komuni għall-għoti ta' servizzi aħjar għall-ħiliet u l-kwalifiki (Europass) u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2241/2004/KE

P8_TC1-COD(2016)0304


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Deċiżjoni (UE) 2018/646.)

(1) ĠU C 173, 31.5.2017, p. 45.


Programm Ewropa Kreattiva (2014 sa 2020) ***I
PDF 338kWORD 51k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1295/2013 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (2014 sa 2020) (COM(2017)0385 – C8-0236/2017 – 2017/0163(COD))
P8_TA(2018)0085A8-0369/2017

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0385),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-ewwel inċiż tal-Artikolu 167(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0236/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta’ Ottubru 2017(1),

–  wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat(i) responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-31 ta' Jannar 2018, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A8-0369/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' Marzu 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1295/2013 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (2014 sa 2020)

P8_TC1-COD(2017)0163


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2018/596.)

(1) Għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.


Il-post tas-sede tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ***I
PDF 372kWORD 54k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 726/2004 dwar il-post tas-sede tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (COM(2017)0735 – C8-0421/2017 – 2017/0328(COD))(1)
P8_TA(2018)0086A8-0063/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 2
(2)  Wara li kkunsidraw l-Artikolu 50(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jenħtieġ li l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini jkollha l-uffiċċju rreġistrat il-ġdid tagħha mid-data li fiha t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit jew mit-30 ta' Marzu 2019, skont liema data tiġi l-ewwel.
(2)  Wara li kkunsidraw l-Artikolu 50(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jenħtieġ li l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (l-Aġenzija ) tibda tokkupa s-sede l-ġdida tagħha mit-30 ta' Marzu 2019.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 3
(3)  Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fil-post il-ġdid tagħha, jenħtieġ li jiġi konkluż ftehim dwar il-kwartieri ġenerali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini qabel ma tibda s-sede l-ġdida tagħha.
(3)  Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tal-Aġenzija fis-sede l-ġdida tagħha, jenħtieġ li jiġi konkluż ftehim dwar il-kwartieri ġenerali malajr kemm jista' jkun. Jenħtieġ li l-ftehim dwar il-kwartieri ġenerali jinkludi l-aktar termini u kundizzjonijiet xierqa biex ir-rilokazzjoni tal-Aġenzija u l-membri tal-persunal tagħha lejn Amsterdam tkun suċċess.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 3a (ġdida)
(3a)  Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità sħiħa tal-operat tal-Aġenzija, jenħtieġ li s-sede temporanja f'Amsterdam tkun għad-dispożizzjoni mill-1 ta' Jannar 2019 u li l-kwartieri ġenerali permanenti tal-Aġenzija jkunu lesti sal-15 ta' Novembru 2019.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 3b (ġdida)
(3b)  Il-fatt li s-sede l-ġdida tal-Aġenzija tirrifletti l-preferenzi tal-membri tal-persunal attwali tagħha, u li l-awtoritajiet Netherlandiżi qed jagħmlu sforzi biex jiżguraw li dan it-trasferiment doppju ma jipperikolax l-effikaċja operattiva, il-kontinwità u l-funzjonament tal-Aġenzija mingħajr interruzzjonijiet, huwa ta' min ifaħħru. Madankollu, ir-rilokazzjoni doppja tal-Aġenzija lejn Amsterdam tfisser li, sakemm iddum topera mis-sede temporanja, l-Aġenzija se jkollha tnaqqas temporanjament il-prijorità ta' ċerti attivitajiet, bħall-ħidma tagħha fuq il-mediċina pedjatrika u fuq kwistjonijiet ta' saħħa pubblika, inkluża l-ħidma tagħha fuq ir-reżistenza għall-antimikrobiċi u l-pandemiji tal-influwenza. Id-dewmien li diġà ħabbar il-Gvern tan-Netherlands, u li tefa' lura l-konsenja tal-binja permanenti, li x-xogħol ta' kostruzzjoni fuqha għadu ma bediex, iqajjem tħassib dwar dewmien ulterjuri li jista' jkun hemm. Jenħtieġ li r-rilokazzjoni għall-binja temporanja tkun limitata għal 10 xhur u nofs biex jiġi żgurat li l-Aġenzija tkun tista' terġa' topera bil-kapaċità sħiħa tagħha mis-16 ta' Novembru 2019 u jiġi evitat aktar telf ta' għarfien espert.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Fir-Regolament (KE) Nru 726/2004, jiżdied l-Artikolu 71a li ġej:
Fir-Regolament (KE) Nru 726/2004, jiżdiedu l-Artikolu 71a u l-Artikolu 71b li ġejjin:
Emenda 6
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1
Regolament (KE) Nru 726/2004
Artikolu 71a
Artikolu 71a
Artikolu 71a
L-Aġenzija għandu jkollha s-sede tagħha f'Amsterdam, fin-Netherlands.
L-Aġenzija għandu jkollha s-sede tagħha f'Amsterdam, fin-Netherlands.
Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tan-Netherlands għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-Aġenzija tkun tista' tidħol fis-sede temporanja tagħha mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2019 u tibda tokkupa s-sede permanenti tagħha mhux aktar tard mis-16 ta' Novembru 2019.
Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tan-Netherlands għandhom jippreżentaw rapport bil-miktub lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress li jkun sar fir-rigward tal-aġġustamenti tal-uffiċċji temporanji u dwar il-kostruzzjoni tal-binja permanenti tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u kull tliet xhur minn hemm 'il quddiem, sakemm l-Aġenzija tkun daħlet fil-kwartieri ġenerali permanenti tagħha.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1
Regolament (KE) Nru 726/2004
Artikolu 71b (ġdid)
Artikolu 71b
Ftehim dwar il-kwartieri ġenerali li jippermetti lill-Aġenzija tidħol fil-bini approvat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, għandu jiġi konkluż fi żmien tliet xhur minn... [data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
Emenda 8
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2
Dan ir-Regolament għandu japplika mid-data li fiha t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit jew mit-30 ta' Marzu 2019, skont liema data tiġi l-ewwel.
Dan ir-Regolament japplika mit-30 ta' Marzu 2019.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Dikjarazzjoni (ġdida)
"ANNESS GĦAR-REGOLAMENT 2018/...
DIKJARAZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
Il-Parlament Ewropew jiddispjaċih li r-rwol tiegħu ta' koleġiżlatur ma ġiex ikkunsidrat peress li ma ġiex involut fil-proċedura li twassal għall-għażla tas-sede l-ġdida tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini.
Il-Parlament Ewropew jixtieq ifakkar il-prerogattivi tiegħu bħala koleġiżlatur u jinsisti fuq ir-rispett sħiħ tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja f'dak li għandu x'jaqsam mal-għażla tas-sede tal-korpi u l-aġenziji.
Bħala l-unika istituzzjoni tal-Unjoni li tiġi eletta direttament u tirrappreżenta ċ-ċittadini tal-Unjoni, il-Parlament Ewropew huwa l-ewwel garanti tar-rispett tal-prinċipju demokratiku fl-Unjoni.
Il-Parlament Ewropew jikkundanna l-proċedura segwita għall-għażla tal-post il-ġdid tas-sede, li de facto ċaħħdet lill-Parlament Ewropew mill-prerogattivi tiegħu peress li ma ġiex involut effettivament fil-proċess, iżda issa qed jiġi mistenni sempliċement jikkonferma l-għażla magħmula għall-post il-ġdid tas-sede permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja.
Il-Parlament Ewropew ifakkar li l-Approċċ Komuni mehmuż mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-aġenziji deċentralizzati, iffirmata fl-2012, mhuwiex vinkolanti – kif rikonoxxut fid-Dikjarazzjoni nfisha – u li l-qbil intlaħaq mingħajr preġudizzju għas-setgħat leġiżlattivi tal-istituzzjonijiet.
Għalhekk, il-Parlament Ewropew jinsisti li l-proċedura segwita għall-għażla tas-sede l-ġdida tal-aġenziji tiġi riveduta u ma tibqax tintuża f'din il-forma fil-futur.
Fl-aħħar nett, il-Parlament Ewropew jixtieq ifakkar ukoll li fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet1, it-tliet istituzzjonijiet impenjaw ruħhom favur kooperazzjoni leali u trasparenti filwaqt li fakkru fl-ugwaljanza taż-żewġ koleġiżlaturi kif minquxa fit-Trattati.
__________________
1 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1."

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għal negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’ subparagrafu (A8-0063/2018).


Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva *
PDF 587kWORD 105k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva (BKKTK) (COM(2016)0683 – C8-0471/2016 – 2016/0336(CNS))
P8_TA(2018)0087A8-0051/2018

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2016)0683),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 115 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0471/2016),

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mill-Parlament Daniż, mill-Kamra tar-Rappreżentanti Irlandiża, mis-Senat Irlandiż, mill-Kamra tad-Deputati Lussemburgiża, mill-Parlament Malti, mill-Ewwel Kamra tan-Netherlands, mit-Tieni Kamra tan-Netherlands, u mill-Parlament Żvediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0051/2018),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 1
(1)  Il-kumpaniji li jfittxu li jagħmlu negozju bejn il-fruntieri fi ħdan l-Unjoni jiltaqgħu ma' ostakoli serji u tfixkil tas-suq minħabba l-eżistenza u l-interazzjoni ta' 28 sistema differenti tat-taxxa korporattiva. Barra minn hekk, l-istrutturi tal-ippjanar tat-taxxa saru dejjem aktar sofistikati maż-żmien, hekk kif dawn jiżviluppaw f'diversi ġurisdizzjonijiet u effettivament jieħdu vantaġġ mit-teknikalitajiet ta' sistema tat-taxxa jew mid-diskrepanzi bejn żewġ sistemi tat-taxxa jew aktar għall-iskop li titnaqqas l-obbligazzjoni ta' taxxa tal-kumpaniji. Għalkemm dawk is-sitwazzjonijiet jenfasizzaw nuqqasijiet li huma kompletament differenti fin-natura tagħhom, it-tnejn li huma joħolqu ostakoli li jfixklu l-funzjonament xieraq tas-suq intern. Għalhekk, kwalunkwe azzjoni meħuda biex tikkoreġi dawn il-problemi għandha tindirizza dawn iż-żewġ tipi ta' nuqqasijiet tas-suq.
(1)  Il-kumpaniji li jfittxu li jagħmlu negozju bejn il-fruntieri fi ħdan l-Unjoni jiltaqgħu ma' ostakoli serji u tfixkil tas-suq minħabba l-eżistenza u l-interazzjoni ta' 28 sistema differenti tat-taxxa korporattiva. Fi żminijiet ta' globalizzazzjoni u diġitalizzazzjoni, qed isir dejjem aktar diffiċli biex tiġi ttraċċata t-tassazzjoni, partikolarment dik tal-kapital finanzjarju u intellettwali fuq bażi tas-sors, u qed isir aktar faċli biex tiġi manipulata. Barra minn hekk, l-istrutturi tal-ippjanar tat-taxxa saru dejjem aktar sofistikati maż-żmien, hekk kif dawn jiżviluppaw f'diversi ġurisdizzjonijiet u effettivament jieħdu vantaġġ mit-teknikalitajiet ta' sistema tat-taxxa jew mid-diskrepanzi bejn żewġ sistemi tat-taxxa jew aktar għall-iskop li titnaqqas l-obbligazzjoni ta' taxxa tal-kumpaniji. Id-diġitalizzazzjoni mifruxa ta' ħafna setturi tal-ekonomija, flimkien mal-iżvilupp rapidu tal-ekonomija diġitali, tqajjem dubji dwar l-adegwatezza tal-mudelli ta' taxxa korporattiva tal-Unjoni maħsuba għas-setturi tradizzjonali, anki fir-rigward tal-punt sa liema jkunu jistgħu jerġgħu jiġu definiti l-kriterji ta' valutazzjoni u kalkolu biex ikunu adattati għall-attivitajiet kummerċjali tas-seklu XXI. Għalkemm dawk is-sitwazzjonijiet jenfasizzaw nuqqasijiet li huma kompletament differenti fin-natura tagħhom, ilkoll kemm huma joħolqu ostakoli li jfixklu l-funzjonament xieraq tas-suq intern u jagħtu lok għal distorsjonijiet bejn il-kumpaniji l-kbar u l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju. Standard ġdid għall-bażi komuni għat-taxxa għall-Unjoni jenħtieġ li jindirizza dawk it-tipi kollha ta' nuqqasijiet tas-suq u jirrispetta l-għanijiet taċ-ċarezza u taċ-ċertezza tad-dritt fit-tul kif ukoll il-prinċipju tan-newtralità tat-taxxa. Aktar konverġenza bejn is-sistemi tat-taxxa nazzjonali se twassal għal nuqqas sinifikanti fil-kostijiet u fil-piż amministrattiv għan-negozji li joperaw b'mod transfruntier fi ħdan l-Unjoni. Filwaqt li l-politika tat-tassazzjoni hija kompetenza nazzjonali, l-Artikolu 115 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistabbilixxi b'mod ċar li l-Kunsill jenħtieġ li, waqt li jaġixxi unanimament skont il-proċedura leġiżlattiva speċjali u wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, joħroġ direttivi għall-approssimazzjoni ta' dawk il-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi rigward it-taxxa tal-Istati Membri li direttament jaffettwaw l-istabbiliment jew l-operazzjoni tas-suq intern.
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 2
(2)  Sabiex jiġi appoġġat il-funzjonament xieraq tas-suq intern, l-ambjent tat-taxxa korporattiva fl-Unjoni għandu jissawwar f'konformità mal-prinċipju li l-kumpaniji jħallsu s-sehem ġust tagħhom ta' taxxa fil-ġurisdizzjonijiet fejn jiġu ġġenerati l-profitti tagħhom. Għalhekk, huwa neċessarju li jiġu previsti mekkaniżmi li jiskoraġġixxu lill-kumpaniji milli jieħdu vantaġġ mid-diskrepanzi fost is-sistemi tat-taxxa nazzjonali sabiex ibaxxu l-obbligazzjoni tat-taxxa tagħhom. Huwa daqstant ieħor importanti li jiġu stimolati wkoll it-tkabbir u l-iżvilupp ekonomiku fis-suq intern permezz tal-iffaċilitar tal-kummerċ transfruntier u tal-investiment korporattiv. Għal dan il-għan, jeħtieġ li jiġu eliminati r-riskji kemm tat-tassazzjoni doppja kif ukoll tan-nontassazzjoni doppja fl-Unjoni permezz tal-eradikazzjoni tad-differenzi fl-interazzjoni tas-sistemi nazzjonali tat-taxxa korporattiva. Fl-istess ħin, il-kumpaniji jeħtieġu qafas ġuridiku u tat-taxxa faċilment operabbli biex ikunu jistgħu jiżviluppaw l-attività kummerċjali tagħhom u jespanduha tul il-fruntieri fl-Unjoni. F'dak il-kuntest, għandhom jitneħħew ukoll il-każijiet ta' diskriminazzjoni li jifdal.
(2)  Sabiex jiġi appoġġat il-funzjonament xieraq tas-suq intern, l-ambjent tat-taxxa korporattiva fl-Unjoni jenħtieġ li jissawwar f'konformità mal-prinċipju li l-kumpaniji jħallsu s-sehem ġust tagħhom ta' taxxa fil-ġurisdizzjonijiet fejn jiġu ġġenerati l-profitti tagħhom u fejn il-kumpaniji għandhom l-istabbiliment permanenti. Meta wieħed iqis il-bidla diġitali fl-ambjent tan-negozju, huwa neċessarju li jiġi żgurat li l-kumpaniji li jiġġeneraw dħul fi Stat Membru mingħajr ma jkollhom stabbiliment permanenti fiżiku iżda jkollhom preżenza diġitali f'dak l-Istat Membru jenħtieġ li jiġu ttrattati bl-istess mod bħall-kumpaniji li għandhom stabbiliment permanenti fiżiku. Għalhekk, huwa neċessarju li jiġu previsti mekkaniżmi li jiskoraġġixxu lill-kumpaniji milli jieħdu vantaġġ mid-diskrepanzi fost is-sistemi tat-taxxa nazzjonali sabiex ibaxxu l-obbligazzjoni tat-taxxa tagħhom. Huwa daqstant ieħor importanti li jiġu stimolati wkoll it-tkabbir u l-iżvilupp ekonomiku fis-suq intern permezz tal-iffaċilitar tal-kummerċ transfruntier u tal-investiment korporattiv. Għal dan il-għan, jeħtieġ li jiġu eliminati r-riskji kemm tat-tassazzjoni doppja kif ukoll tan-nontassazzjoni doppja fl-Unjoni permezz tal-eradikazzjoni tad-differenzi fl-interazzjoni tas-sistemi nazzjonali tat-taxxa korporattiva. Fl-istess ħin, il-kumpaniji jeħtieġu qafas ġuridiku u tat-taxxa faċilment operabbli biex ikunu jistgħu jiżviluppaw l-attività kummerċjali tagħhom u jespanduha tul il-fruntieri fl-Unjoni. F'dak il-kuntest, jenħtieġ li jitneħħew ukoll il-każijiet ta' diskriminazzjoni li jifdal. Il-konsolidazzjoni hija element essenzjali tas-sistema BKKTK, billi l-ostakoli fiskali prinċipali li jiffaċċjaw il-kumpaniji tal-istess grupp li joperaw b'mod transfruntier fl-Unjoni jistgħu jiġu indirizzati biss b'dak il-mod. Il-konsolidazzjoni telimina l-formalitajiet tal-ipprezzar tat-trasferimenti u t-taxxa doppja fi ħdan il-grupp.
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 3
(3)  Kif ġie rrimarkat fil-proposta tas-16 ta' Marzu 2011 għal Direttiva tal-Kunsill dwar Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva (BKKTK)7, sistema tat-taxxa korporattiva li tittratta lill-Unjoni bħala suq uniku għall-fini ta' komputazzjoni tal-bażi għat-taxxa korporattiva tal-kumpaniji tiffaċilita l-attività transfruntiera għall-kumpaniji residenti fl-Unjoni u tippromwovi l-għan li din issir post aktar kompetittiv għall-investiment fuq livell internazzjonali. Il-proposta tal-2011 għal BKKTK iffokata fuq l-għan li tiġi ffaċilitata l-espansjoni tal-attività kummerċjali għan-negozji fi ħdan l-Unjoni. Minbarra dak l-għan, għandu jittieħed f'kunsiderazzjoni wkoll li BKKTK tista' tkun effettiva ħafna sabiex jittejjeb il-funzjonament tas-suq intern permezz tal-ġlieda kontra l-iskemi ta' evitar tat-taxxa. F'dan id-dawl, għandha tiġi mnedija mill-ġdid l-inizjattiva għal BKKTK sabiex tindirizza, fuq bażi ugwali, kemm l-aspett tal-iffaċilitar tan-negozju, kif ukoll il-funzjoni tal-inizjattiva fil-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa. Approċċ bħal dan iservi l-aħjar l-għan tal-eradikazzjoni tad-distorsjonijiet fil-funzjonament tas-suq intern.
(3)  Kif ġie rrimarkat fil-proposta tas-16 ta' Marzu 2011 għal Direttiva tal-Kunsill dwar Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva (BKKTK)7, sistema tat-taxxa korporattiva li tittratta lill-Unjoni bħala suq uniku għall-fini ta' komputazzjoni tal-bażi għat-taxxa korporattiva tal-kumpaniji tiffaċilita l-attività transfruntiera għall-kumpaniji residenti fl-Unjoni u tippromwovi l-għan li din issir post aktar kompetittiv għall-investiment fuq livell internazzjonali speċjalment għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju. Il-proposta tal-2011 għal BKKTK iffokat fuq l-għan li tiġi ffaċilitata l-espansjoni tal-attività kummerċjali għan-negozji fi ħdan l-Unjoni. Minbarra dak l-għan, jenħtieġ li jittieħed f'kunsiderazzjoni wkoll li BKKTK tista' tkun effettiva ħafna sabiex jittejjeb il-funzjonament tas-suq intern permezz tal-ġlieda kontra l-iskemi ta' evitar tat-taxxa. Fid-dawl ta’ dan, jenħtieġ li tiġi mnedija mill-ġdid l-inizjattiva għal BKKTK sabiex tindirizza, fuq bażi ugwali, kemm l-aspett tal-iffaċilitar tan-negozju, kif ukoll il-funzjoni tal-inizjattiva fil-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa. Ladarba tiġi implimentata fl-Istati Membri kollha, BKKTK hi mistennija li tiżgura li t-taxxi jitħallsu fejn jiġu ġġenerati l-profitti u fejn il-kumpaniji għandhom stabbiliment permanenti. Approċċ bħal dan iservi l-aħjar l-għan tal-eradikazzjoni tad-distorsjonijiet fil-funzjonament tas-suq intern. It-titjib tas-suq intern hu fattur ewlieni għal inkoraġġiment tat-tkabbir u l-ħolqien tax-xogħol. L-introduzzjoni ta' BKKTK tista' ttejjeb it-tkabbir ekonomiku u tirriżulta f'aktar impjiegi fl-Unjoni billi tnaqqas il-kompetizzjoni tat-taxxa dannuża bejn il-kumpaniji.
__________________
__________________
7 Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar Bażi għat-Taxxa Korporattiva Konsolidata Komuni, KUMM(2011)0121 finali/2, 3.10.2011.
7 Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar Bażi għat-Taxxa Korporattiva Konsolidata Komuni, COM(2011)0121 finali/2, 3.10.2011.
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 4
(4)  Meta wieħed iqis il-ħtieġa li tittieħed azzjoni malajr sabiex jiġi żgurat funzjonament xieraq tas-suq intern billi dan isir, minn naħa waħda, aktar favorevoli għall-kummerċ u għall-investiment u, min-naħa l-oħra, aktar reżiljenti għall-iskemi ta' evitar tat-taxxa, jeħtieġ li l-inizjattiva ambizzjuża ta' BKKTK tinqasam f'żewġ proposti separati. Fl-ewwel stadju, għandhom jiġu maqbula regoli dwar bażi komuni għat-taxxa korporattiva, qabel ma tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-konsolidazzjoni fit-tieni stadju.
(4)  Meta wieħed iqis il-ħtieġa li tittieħed azzjoni malajr sabiex jiġi żgurat funzjonament xieraq tas-suq intern billi dan isir, minn naħa waħda, aktar favorevoli għall-kummerċ u għall-investiment u, min-naħa l-oħra, aktar reżiljenti għall-iskemi ta' evitar tat-taxxa, huwa importanti ħafna li jiġi żgurat id-dħul fis-seħħ simultanju tad-Direttiva dwar Bażi Komuni għat-Taxxa Korporattiva u tad-Direttiva dwar Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva. Minħabba li bidla bħal din fis-sistema hija pass importanti lejn it-tlestija tas-suq intern, hija teħtieġ flessibbiltà biex tkun tista' tiġi eżegwita b'mod xieraq sa mill-bidu nett. Għaldaqstant, peress li s-suq intern iħaddan I-Istati Membri kollha, jenħtieġ li l-BKKTK tiġi introdotta fl-Istati Membri kollha. Jekk il-Kunsill ma jirnexxilux jadotta deċiżjoni unanima dwar il-proposta biex tiġi stabbilita BKKTK, il-Kummissjoni jenħtieġ li toħroġ proposta ġdida bbażata fuq l-Artikolu 116 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li permezz tagħha l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja biex joħorġu l-leġiżlazzjoni meħtieġa. Bħala l-aħħar għażla, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħtu bidu għal kooperazzjoni msaħħa li jenħtieġ li tkun miftuħa indefinittivament għall-Istati Membri mhux parteċipanti skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Huwa deplorevoli li ma saret l-ebda valutazzjoni dettaljata biżżejjed fir-rigward tal-proposti għall-BKTK jew għall-BKKTK dwar l-impatt fuq id-dħul mit-taxxa korporattiva tal-Istati Membri fuq bażi ta' pajjiż b'pajjiż.
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 5
(5)  Ħafna strutturi ta' ppjanar aggressiv tat-taxxa għandhom it-tendenza li jkunu inklużi f'kuntest transfruntier, li jimplika li l-gruppi ta' kumpaniji parteċipanti għandhom minimu ta' riżorsi. Fuq din il-premessa, għal raġunijiet ta' proporzjonalità, ir-regoli dwar BKKTK għandhom ikunu obbligatorji biss għall-gruppi ta' kumpaniji ta' daqs sostanzjali. Għal dak il-għan, għandu jiġi ffissat livell limitu relatat mad-daqs fuq il-bażi tad-dħul ikkonsolidat totali ta' grupp li jippreżenta dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati. Barra minn hekk, sabiex iservu aħjar l-għan li jiffaċilitaw il-kummerċ u l-investiment fis-suq intern, ir-regoli dwar BKKTK għandhom ikunu disponibbli wkoll, bħala għażla, għal dawk il-gruppi li ma jilħqux il-livell limitu relatat mad-daqs.
(5)  Ħafna strutturi ta' ppjanar aggressiv tat-taxxa għandhom it-tendenza li jkunu inklużi f'kuntest transfruntier, li jimplika li l-gruppi ta' kumpaniji parteċipanti għandhom minimu ta' riżorsi. Fuq din il-premessa, għal raġunijiet ta' proporzjonalità, ir-regoli dwar bażi komuni jenħtieġ li jkunu obbligatorji inizjalment biss għall-kumpaniji li jappartjenu għal grupp ta' daqs sostanzjali. Għal dak il-għan, jenħtieġ li jiġi ffissat livell limitu inizjali ta' EUR 750 miljun relatat mad-daqs fuq il-bażi tad-dħul ikkonsolidat totali ta' grupp li jippreżenta rapporti finanzjarji konsolidati. Peress li din id-Direttiva tistabbilixxi standard ġdid għall-bażi għat-taxxa korporattiva għan-negozji kollha fl-Unjoni, jenħtieġ li l-livell limitu jitbaxxa għal żero fuq perjodu massimu ta' seba' snin. Sabiex iservu aħjar l-għan li jiffaċilitaw il-kummerċ u l-investiment fis-suq intern, ir-regoli dwar bażi komuni għat-taxxa korporattiva jenħtieġ li jkunu disponibbli wkoll fl-ewwel fażi, bħala għażla, għall-kumpaniji li ma jissodisfawx dawk il-kriterji.
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 5a (ġdida)
(5a)  Taħt l-istess kundizzjonijiet, il-bidla għal bażi komuni konsolidata għat-taxxa korporattiva tista' tirriżulta f'telf jew gwadann ta' dħul fiskali għall-Istati Membri. Sabiex jingħata kumpens għat-telf, jenħtieġ li jinħoloq mekkaniżmu ta' kumpens temporanju, iffinanzjat mill-bilanċ favorevoli fiskali minn dawk l-Istati Membri li jesperjenzaw gwadannji fi dħul fiskali b'riżultat tar-reġim il-ġdid. Il-kumpens jenħtieġ li jiġi aġġustat kull sena biex jitqiesu d-deċiżjonijiet nazzjonali jew reġjonali li ttieħdu qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun obbligata tipproponi t-tneħħija jew il-bidla tas-sistema ta' kumpens wara perjodu ta' seba' snin u tiffissa l-limiti massimi għall-kumpens.
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 5b (ġdida)
(5b)  Sabiex tiġi evitata l-allokazzjoni eżistenti tal-piż tat-taxxa bejn l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) u l-korporazzjonijiet multinazzjonali kif imsemmi fir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2015 dwar id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili, bażi komuni konsolidata għat-taxxa korporattiva għandha l-għan li ma tqegħidx lill-SMEs f'sitwazzjoni ta' żvantaġġ kompetittiv, u b'hekk toħloq ambjent b'kundizzjonijiet ta' parità għall-SMEs. L-awtorità tat-taxxa prinċipali tipprovdi lill-SMEs l-għodod neċessarji li jgħinuhom jikkonformaw mar-rekwiżiti amministrattivi u organizzattivi involuti fl-għażla fakultattiva li jiġu inklużi fis-CCCTB.
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 6
(6)  L-eliġibbiltà għall-grupp tat-taxxa kkonsolidat għandha tiġi ddeterminata skont test f'żewġ partijiet ibbażat fuq (i) il-kontroll (iżjed minn 50% tad-drittijiet tal-vot) u (ii) is-sjieda (iżjed minn 75% tal-ekwità) jew id-drittijiet għall-profitti (iżjed minn 75% tad-drittijiet li jagħtu dritt għall-profitt). Test bħal dan jiżgura livell għoli ta' integrazzjoni ekonomika bejn il-membri tal-grupp. Sabiex tiġi garantita l-integrità tas-sistema, iż-żewġ livelli limiti għall-kontroll u s-sjieda jew id-drittijiet għall-profitt għandhom jintlaħqu matul is-sena tat-taxxa; inkella, il-kumpanija li tkun qed tfalli jkollha titlaq mill-grupp immedjatament. Sabiex jiġi evitat li r-riżultati tat-taxxa jiġu mmanipulati mill-kumpaniji li jissieħbu fil-grupp u li jitilqu minnu f'perjodu ta' żmien qasir, għandu jkun hemm ukoll rekwiżit minimu ta' disa' xhur konsekuttivi għall-istabbiliment ta' sħubija fi grupp.
(6)  Jeħtieġ li jiġi definit il-kunċett ta' stabbiliment permanenti li jinsab fl-Unjoni u li jappartjeni lil kontribwent li huwa residenti fl-Unjoni għal finijiet ta' taxxa. Spiss wisq, il-kumpaniji multinazzjonali jagħmlu arranġamenti biex jittrasferixxu l-profitti tagħhom lejn reġimi tat-taxxa favorevoli mingħajr ma jħallsu l-ebda taxxa jew iħallsu rati baxxi ħafna ta' taxxa. Il-kunċett ta' stabbiliment permanenti se jagħti definizzjoni preċiża u vinkolanti tal-kriterji li jridu jiġu ssodisfati jekk kumpanija multinazzjonali trid tagħti prova li tinsab f'pajjiż partikolari. Dan se jobbliga lill-kumpaniji multinazzjonali jħallsu t-taxxi tagħhom b'mod ġust. L-għan se jkun li jiġi żgurat li l-kontribwenti kollha kkonċernati jħaddnu fehim komuni u li tiġi eskluża l-possibbiltà ta' diskrepanza minħabba definizzjonijiet diverġenti. Analoġikament, huwa importanti li jkun hemm definizzjoni komuni ta' stabbilimenti permanenti li jinsabu f'pajjiż terz jew fl-Unjoni, iżda li jappartjenu għal kontribwent li huwa residenti f'pajjiż terz għal finijiet ta' taxxa. Jekk l-ipprezzar tat-trasferiment jagħti lok għal trasferiment tal-profitti lejn ġurisdizzjonijiet b'rata baxxa ta' taxxa, tkun preferibbli sistema li tagħti profitt permezz ta' tqassim skont formula speċifika. L-Unjoni tista' tistabbilixxi standard internazzjonali għat-tassazzjoni korporattiva moderna u effiċjenti billi tadotta tali sistema. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tabozza linji gwida għall-fażi ta’ tranżizzjoni li fiha t-tqassim skont formula speċifika jeżisti flimkien ma' metodi oħra ta' allokazzjoni fit-trattament ta' pajjiżi terzi, filwaqt li fl-aħħar mill-aħħar it-tqassim skont formula speċifika jenħtieġ li jkun il-metodu standard ta' allokazzjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tagħmel proposta biex tistabbilixxi mudell tal-Unjoni ta' trattat tat-taxxa li fl-aħħar mill-aħħar ikun jista' jissostitwixxi l-eluf ta' trattati bilaterali konklużi minn kull wieħed mill-Istati Membri.
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 6a (ġdida)
(6a)  L-oġġetti diġitali għandhom it-tendenza li jkunu mobbli u intanġibbli ħafna. L-istudji wrew li s-settur diġitali huwa involut ħafna fil-prattiki ta' ppjanar aggressiv tat-taxxa, billi bosta mudelli ta' negozju ma jirrikjedux infrastruttura fiżika biex jeżegwixxu tranżazzjonijiet ma' klijenti u jaqalgħu profitti. Dan jippermetti lill-ikbar kumpaniji diġitali jħallsu kważi rata żero ta' taxxa fuq id-dħul tagħhom. It-teżori tal-Istati Membri jitilfu biljuni ta' euro fi dħul mit-taxxa minħabba li ma jistgħux jintaxxaw lill-kumpaniji multinazzjonali diġitali. Bil-għan li tingħeleb din l-inġustizzja soċjali reali u urġenti, il-leġiżlazzjoni fis-seħħ fil-qasam tat-taxxa korporattiva trid tiġi estiża biex tinkludi kriterju ġdid tal-istabbiliment diġitali permanenti abbażi ta' preżenza diġitali sinifikanti. Hemm bżonn kundizzjonijiet ta' parità għall-mudelli ta' negozju simili biex ikunu indirizzati l-isfidi marbuta mat-taxxa li jinqalgħu fil-kuntest tad-diġitalizzazzjoni, mingħajr ma jixxekkel il-potenzjal tas-settur diġitali. F'dan ir-rigward, il-ħidma mwettqa tal-OECD jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari fil-kuntest ta' ġabra koerenti ta' regoli internazzjonali.
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 10
(10)  Il-formula għat-tqassim tal-bażi għat-taxxa konsolidata għandha tinkludi tliet fatturi mogħtija l-istess piż, jiġifieri x-xogħol, l-assi u l-bejgħ, skont id-destinazzjoni. Dawk il-fatturi mogħtija l-istess piż għandhom jirriflettu approċċ bilanċjat għad-distribuzzjoni tal-profitti taxxabbli fost l-Istati Membri rilevanti u għandhom jiżguraw li l-profitti jiġu intaxxati fejn ikunu effettivament iggwadanjati. Għalhekk, il-fatturi tax-xogħol u l-assi għandhom jiġu allokati lill-Istat Membru fejn isir ix-xogħol jew fejn jinsabu l-assi, u b'hekk jagħtu piż xieraq lill-interessi tal-Istat Membru tal-oriġini, filwaqt li l-fattur tal-bejgħ għandu jiġi allokat lill-Istat Membru tad-destinazzjoni tal-prodotti jew tas-servizzi. Sabiex jitqiesu d-differenzi fil-livelli tal-pagi madwar l-Unjoni u, b'hekk, tkun permessa distribuzzjoni ġusta tal-bażi għat-taxxa konsolidata, il-fattur tax-xogħol għandu jinkludi kemm il-pagi kif ukoll l-għadd ta' impjegati (jiġifieri kull element jgħodd in-nofs). Min-naħa l-oħra, il-fattur tal-assi għandu jinkludi l-assi tanġibbli fissi kollha, iżda mhux l-assi intanġibbli u finanzjarji, minħabba n-natura mobbli tagħhom u r-riskju li jirriżulta li r-regoli ta' din id-Direttiva jistgħu jiġu ċirkumvenzjonati. Meta, minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali, l-eżitu tat-tqassim ma jkunx jirrappreżenta b'mod ġust il-firxa ta' attività ta' negozju, klawżola ta' salvagwardja għandha tipprevedi metodu alternattiv għall-allokazzjoni tal-introjtu.
(10)  Il-formula għat-tqassim tal-bażi għat-taxxa konsolidata jenħtieġ li tinkludi erba' fatturi mogħtija l-istess piż, jiġifieri x-xogħol, l-assi, il-bejgħ skont id-destinazzjoni u l-ġbir u l-użu ta' data personali tal-utenti ta' pjattaformi u servizzi onlajn (tal-aħħar imsemmija "il-fattur data"). Dawk il-fatturi mogħtija l-istess piż jenħtieġ li jirriflettu approċċ bilanċjat għad-distribuzzjoni tal-profitti taxxabbli fost l-Istati Membri rilevanti u jenħtieġ li jiżguraw li l-profitti jiġu intaxxati fejn ikunu effettivament iggwadanjati. Għalhekk, il-fatturi tax-xogħol u l-assi jenħtieġ li jiġu allokati lill-Istat Membru fejn isir ix-xogħol jew fejn jinsabu l-assi, u b'hekk jagħtu piż xieraq lill-interessi tal-Istat Membru tal-oriġini, filwaqt li l-fattur tal-bejgħ jenħtieġ li jiġi allokat lill-Istat Membru tad-destinazzjoni tal-prodotti jew tas-servizzi. Sabiex jitqiesu d-differenzi fil-livelli tal-pagi madwar l-Unjoni u, b'hekk, tkun permessa distribuzzjoni ġusta tal-bażi għat-taxxa konsolidata, il-fattur tax-xogħol jenħtieġ li jinkludi kemm il-pagi kif ukoll l-għadd ta' impjegati (jiġifieri kull element jgħodd in-nofs). Min-naħa l-oħra, il-fattur tal-assi jenħtieġ li jinkludi biss l-assi tanġibbli. Meta, minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali, l-eżitu tat-tqassim ma jkunx jirrappreżenta b'mod ġust il-firxa ta' attività ta' negozju, klawżola ta' salvagwardja jenħtieġ li tipprevedi metodu alternattiv għall-allokazzjoni tal-introjtu.
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 10a (ġdida)
(10a)  Il-formula tat-tqassim tal-bażi għat-taxxa konsolidata jeħtieġ li tirrifletti b'mod sħiħ l-attività ekonomika li tkun seħħet f'kull Stat Membru, billi jitqiesu bis-sħiħ id-differenzi potenzjali sinifikanti li jista' jkun hemm bejn l-ekonomiji tagħhom. Jekk il-formula tirriżulta fi tqassim żbilanċjat li jonqos milli jirrifletti l-attività ekonomika, mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim jista' jirrimedja din is-sitwazzjoni. Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta l-possibbiltà li twaqqaf mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim biex tiżgura soluzzjoni xierqa għat-tilwim meta jkunu involuti Stati Membri differenti.
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 11
(11)  Minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom, ċerti setturi bħas-settur finanzjarju u tal-assigurazzjoni, is-settur taż-żejt u tal-gass, kif ukoll is-settur tat-tbaħħir u tat-trasport bl-ajru, jeħtieġu formula aġġustata għat-tqassim tal-bażi għat-taxxa konsolidata.
imħassar
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 14
(14)  Din id-Direttiva tibni fuq id-Direttiva tal-Kunsill 2016/xx/UE dwar bażi komuni għat-taxxa korporattiva (li tistabbilixxi sett komuni ta' regoli dwar it-taxxa korporattiva għall-komputazzjoni tal-bażi għat-taxxa) u tiffoka fuq il-konsolidazzjoni tar-riżultati tat-taxxa fost il-grupp. B'hekk, se jkun meħtieġ li tiġi ttrattata l-interazzjoni bejn iż-żewġ strumenti leġiżlattivi u li tiġi akkomodata t-tranżizzjoni ta' ċerti elementi tal-bażi għat-taxxa fil-qafas il-ġdid tal-grupp. Dawn l-elementi għandhom jinkludu, b'mod partikolari, ir-regola dwar il-limitazzjoni tal-imgħax, il-klawżola ta' bdil u l-leġiżlazzjoni dwar kumpanija kkontrollata minn barra l-pajjiż, kif ukoll id-diskrepanzi ibridi.
(14)  Din id-Direttiva tibni fuq id-Direttiva tal-Kunsill 2016/xx/UE dwar bażi komuni għat-taxxa korporattiva (li tistabbilixxi sett komuni ta' regoli dwar it-taxxa korporattiva għall-komputazzjoni tal-bażi għat-taxxa) u tiffoka fuq il-konsolidazzjoni tar-riżultati tat-taxxa fost il-grupp. B'hekk, se jkun meħtieġ li tiġi ttrattata l-interazzjoni bejn iż-żewġ strumenti leġiżlattivi u li tiġi akkomodata t-tranżizzjoni ta' ċerti elementi tal-bażi għat-taxxa fil-qafas il-ġdid tal-grupp. Dawn l-elementi jenħtieġ li jinkludu, b'mod partikolari, ir-regola dwar il-limitazzjoni tal-imgħax, il-klawżola ta' bdil u l-leġiżlazzjoni dwar kumpanija barranija kkontrollata , kif ukoll id-diskrepanzi ibridi. Jenħtieġ li l-Istati Membri ma jinżammux milli jintroduċu miżuri addizzjonali kontra l-evitar tat-taxxa bl-għan li jitnaqqsu l-effetti negattivi tat-trasferiment tal-profitti lejn pajjiżi terzi b'taxxa baxxa.
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 16
(16)  Sabiex jiġu ssupplimentati jew emendati ċerti elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, is-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' (i) il-kunsiderazzjoni tal-bidliet fil-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-forom tal-kumpaniji u t-taxxi korporattivi u l-emendar tal-Annessi I u II kif xieraq; (ii) l-istipular ta' definizzjonijiet addizzjonali; u (iii) is-supplimentar tar-regola dwar il-limitazzjoni tat-tnaqqis tal-imgħax b'regoli kontra l-frammentazzjoni, sabiex jiġu indirizzati aħjar ir-riskji tal-evitar tat-taxxa li jistgħu jirriżultaw fi ħdan grupp. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura li jkun hemm trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
(16)  Sabiex jiġu ssupplimentati jew emendati ċerti elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, is-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' (i) il-kunsiderazzjoni tal-bidliet fil-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-forom tal-kumpaniji u t-taxxi korporattivi u l-emendar tal-Annessi I u II kif xieraq; (ii) l-istipular ta' definizzjonijiet addizzjonali; (iii) is-supplimentar tar-regola dwar il-limitazzjoni tat-tnaqqis tal-imgħax b'regoli kontra l-frammentazzjoni, sabiex jiġu indirizzati aħjar ir-riskji tal-evitar tat-taxxa li jistgħu jirriżultaw fi ħdan grupp; u (iv) l-ħruġ ta' linji gwida għall-fażi tranżizzjonali fejn t-tqassim skont formula jeżisti flimkien ma' metodi oħra ta’ allokazzjoni fin-negozjati ma' pajjiżi terzi; Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u jenħtieġ li hi tqis ir-riżoluzzjoni annwali tal-Parlament Ewropew. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, jenħtieġ li tiżgura li jkun hemm trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Premessa 17
(17)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni (i) sabiex tadotta kull sena lista ta' forom ta' kumpaniji ta' pajjiżi terzi li huma simili għall-forom ta' kumpaniji elenkati fl-Anness I; (ii) tistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-kalkolazzjoni tal-fatturi tax-xogħol, tal-assi u tal-bejgħ, l-allokazzjoni tal-impjegati u l-pagi, l-assi u l-bejgħ lill-fattur rispettiv u l-valwazzjoni tal-assi; (iii) tadotta att li jistabbilixxi forma standard tal-avviż sabiex jinħoloq grupp; u (iv) biex tistabbilixxi regoli dwar is-sottomissjoni elettronika tad-dikjarazzjoni tat-taxxa konsolidata, il-forma tad-dikjarazzjoni tat-taxxa konsolidata, il-forma tad-dikjarazzjoni tat-taxxa ta' kontribwent waħdieni u d-dokumentazzjoni ta' sostenn meħtieġa. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill12 .
(17)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata setgħat ta' implimentazzjoni (i) sabiex tadotta kull sena lista ta' forom ta' kumpaniji ta' pajjiżi terzi li huma simili għall-forom ta' kumpaniji elenkati fl-Anness I; (ii) tistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-kalkolazzjoni tal-fatturi tax-xogħol, fatturi tal-assi u tal-bejgħ u l-fattur tad-data, l-allokazzjoni tal-impjegati u l-pagi, l-allokazzjoni tad-data personali miġbura u d-data personali użata, l-assi u l-bejgħ lill-fattur rispettiv u l-valwazzjoni tal-assi; (iii) tadotta att li jistabbilixxi forma standard tal-avviż sabiex jinħoloq grupp; u (iv) biex tistabbilixxi regoli dwar is-sottomissjoni elettronika tad-dikjarazzjoni tat-taxxa konsolidata, il-forma tad-dikjarazzjoni tat-taxxa konsolidata, il-forma tad-dikjarazzjoni tat-taxxa ta' kontribwent waħdieni u d-dokumentazzjoni ta' sostenn meħtieġa. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tfassal dawn il-formati uniformi tad-dikjarazzjoni tat-taxxa b'kooperazzjoni mal-amministrazzjonijiet fiskali tal-Istati Membri. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill12.
__________________
__________________
12 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal- eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
12 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Premessa 18
(18)  Billi l-għanijiet ta' din id-Direttiva, jiġifieri li jittejjeb il-funzjonament tas-suq intern permezz tal-ġlieda kontra prattiki ta' evitar tat-taxxa internazzjonali u li jiġu ffaċilitati n-negozji fl-espansjoni tul il-fruntieri fi ħdan l-Unjoni, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri li jaġixxu individwalment u b'mod diverġenti minħabba li hija meħtieġa azzjoni kkoordinata sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, iżda jistgħu minflok, minħabba l-fatt li d-Direttiva timmira għall-ineffiċjenzi tas-suq intern li joriġinaw fl-interazzjoni bejn ir-regoli tat-taxxa nazzjonali differenti li jħallu impatt fuq is-suq intern u jiskoraġġixxu l-attività transfruntiera, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet, speċjalment meta wieħed iqis li l-kamp ta' applikazzjoni obbligatorju tagħha huwa limitat għal gruppi lil hinn minn ċertu daqs.
(18)  Billi l-għanijiet ta' din id-Direttiva, jiġifieri li jittejjeb il-funzjonament tas-suq intern permezz tal-ġlieda kontra prattiki ta' evitar tat-taxxa internazzjonali u li jiġu ffaċilitati n-negozji, b'mod partikolari l-SMEs, fl-espansjoni tul il-fruntieri fi ħdan l-Unjoni, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri li jaġixxu individwalment u b'mod diverġenti minħabba li hija meħtieġa azzjoni kkoordinata sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, iżda jistgħu minflok, minħabba l-fatt li d-Direttiva timmira għall-ineffiċjenzi tas-suq intern li joriġinaw fl-interazzjoni bejn ir-regoli tat-taxxa nazzjonali differenti li jħallu impatt fuq is-suq intern u jiskoraġġixxu l-attività transfruntiera, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet, speċjalment meta wieħed iqis li l-kamp ta' applikazzjoni obbligatorju tagħha huwa limitat għal gruppi lil hinn minn ċertu daqs.
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Premessa 20
(20)  Il-Kummissjoni għandha tkun obbligata li tirrevedi l-applikazzjoni tad-Direttiva ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tagħha u tirrapporta lill-Kunsill dwar it-tħaddim tagħha. L-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva,
(20)  Billi din id-Direttiva fiha tibdil importanti għar-regoli dwar it-tassazzjoni korporattiva, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun obbligata twettaq valutazzjoni bir-reqqa tal-applikazzjoni tad-Direttiva ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tagħha u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-tħaddim tagħha. Dan ir-rapport ta' implimentazzjoni jenħtieġ li jinkludi mill-inqas dawn il-punti li ġejjin: l-impatt tas-sistema ta' tassazzjoni prevista f'din id-Direttiva għad-dħul tal-Istati Membri, il-vantaġġi u l-iżvantaġġi tas-sistema għall-SMEs, l-impatt fuq il-ġbir ġust tat-taxxa bejn l-Istati Membri, l-impatt fuq is-suq intern fl-intier tiegħu, b'attenzjoni partikolari għad-distorsjoni possibbli tal-kompetizzjoni bejn il-kumpaniji soġġetti għar-regoli l-ġodda stabbiliti f'din id-Direttiva, u n-numru ta' impriżi li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni matul il-perjodu ta' tranżizzjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun rikjesta tirrieżamina l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għaxar snin wara li tidħol fis-seħħ u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-tħaddim tagħha. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu obbligati li jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva,
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Premessa 20a (ġdida)
(20a)  Sabiex tinkiseb konsolidazzjoni sħiħa u konsistenti u biex jiġi evitat li jinħolqu opportunitajiet ġodda għall-arbitraġġ minn inkonsistenzi bejn l-Istati Membri, hemm bżonn jiġu adottati kriterji ċari, konsistenti u oġġettivi għall-kalkolu tal-bażi għat-taxxa konsolidata. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni jenħtieġ li tipproponi l-aġġustamenti meħtieġa għad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' din id-Direttiva dwar id-definizzjoni u l-kalkolu tal-bażi għat-taxxa konsolidata.
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Premessa 20b (ġdida)
(20b)  Il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra aktar studji li janalizzaw l-impatt potenzjali tal-BKKTK fuq id-dħul mit-taxxa korporattiva tal-Istati Membri individwali, u l-iżvantaġġi kompetittivi li jista' jkollha l-Unjoni fil-konfront ta' pajjiżi terzi.
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1
1.  Din id-Direttiva tistabbilixxi sistema għall-konsolidazzjoni tal-bażijiet għat-taxxa, kif imsemmija fid-Direttiva tal-Kunsill 2016/xx/UE14, ta' kumpaniji li huma membri ta' grupp u tistabbilixxi regoli dwar kif bażi komuni konsolidata għat-taxxa korporattiva għandha tiġi allokata lill-Istati Membri u amministrata mill-awtoritajiet tat-taxxa nazzjonali.
1.  Din id-Direttiva tistabbilixxi bażi komuni għat-tassazzjoni fl-Unjoni ta' ċerti kumpaniji u tistipula regoli għall-kalkolu ta' dik il-bażi, inklużi regoli dwar il-miżuri għall-prevenzjoni tal-evitar tat-taxxa u dwar id-dimensjoni internazzjonali tas-sistema tat-taxxa proposta.
_______________
14 [it-titolu sħiħ tad-Direttiva (ĠU L [ ], [ ], p. [ ])].
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Ir-regoli ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw għal kumpanija li hija stabbilita skont il-liġijiet ta' Stat Membru, inklużi l-istabbilimenti permanenti tagħha fi Stati Membri oħrajn, fejn il-kumpanija tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
1.  Ir-regoli ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw għal kumpanija li hija stabbilita skont il-liġijiet ta' Stat Membru, inklużi l-istabbilimenti permanenti u diġitali permanenti tagħha fi Stati Membri oħrajn, fejn il-kumpanija tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c
(c)  tkun tagħmel parti minn grupp ikkonsolidat għall-finijiet ta' kontabilità finanzjarja bi dħul totali tal-grupp ikkonsolidat ta' aktar minn EUR 750 000 000 matul is-sena finanzjarja ta' qabel is-sena finanzjarja rilevanti;
(c)  tkun tagħmel parti minn grupp ikkonsolidat għall-finijiet ta' kontabilità finanzjarja bi dħul totali tal-grupp ikkonsolidat ta' aktar minn EUR 750 000 000 matul is-sena finanzjarja ta' qabel is-sena finanzjarja rilevanti. Dan il-livell limitu għandu jitbaxxa għal żero fuq perjodu massimu ta' seba' snin;
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 3
3.  Kumpanija li tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-punti (a), (b) u (d) tal-paragrafu 1, iżda li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet tal-punt (c) ta' dak il-paragrafu, tista' tagħżel, inkluż għall-istabbilimenti permanenti tagħha li jinsabu fi Stati Membri oħrajn, li tapplika r-regoli ta' din id-Direttiva għal perjodu ta' ħames snin tat-taxxa. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż awtomatikament għal termini suċċessivi ta' ħames snin tat-taxxa, sakemm ma jkunx hemm avviż ta' terminazzjoni kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 47. Il-kundizzjonijiet taħt il-punti (a), (b) u (d) tal-paragrafu 1 għandhom jiġu ssodisfati kull darba li sseħħ l-estensjoni.
3.  Kumpanija li tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-punti (a), (b) u (d) tal-paragrafu 1, iżda li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet tal-punt (c) ta' dak il-paragrafu, tista' tagħżel, inkluż għall-istabbilimenti permanenti tagħha li jinsabu fi Stati Membri oħrajn, li tapplika r-regoli ta' din id-Direttiva.
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 4
4.  Ir-regoli ta' din id-Direttiva ma għandhomx japplikaw għal kumpanija tat-tbaħħir taħt sistema tat-taxxa speċjali. Kumpanija tat-tbaħħir taħt sistema tat-taxxa speċjali għandha tittieħed f'kunsiderazzjoni għall-fini tad-determinazzjoni tal-kumpaniji li huma membri tal-istess grupp kif imsemmi fl-Artikoli 5 u 6.
imħassar
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 23
(23)  "bażi għat-taxxa konsolidata" tfisser ir-riżultat tal-għadd tal-bażijiet għat-taxxa tal-membri kollha tal-grupp, kif ikkalkolati skont id-Direttiva 2016/xx/UE;
(23)  "bażi għat-taxxa konsolidata" tfisser id-dħul taxxabbli nett konsolidat tal-membri tal-grupp, kif ikkalkolat fuq bażi kontabilistika konsistenti applikabbli għall-membri kollha tal-grupp skont id-Direttiva 2016/xx/UE;
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 28a (ġdid)
(28a)  "fattur tad-data" tfisser il-ġbir u l-użu, għal finijiet kummerċjali, ta' data personali tal-utenti ta' pjattaformi u servizzi online fi Stat Membru wieħed jew aktar.
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 3
3.  Meta l-post tal-ġestjoni effettiva ta' membru ta' grupp involut fit-tbaħħir jew fit-trasport fil-passaġġi fuq l-ilma interni jkun abbord vapur jew dgħajsa, il-membru tal-grupp għandu jitqies li huwa residenti għall-finijiet ta' taxxa fl-Istat Membru tal-port domestiku tal-vapur jew tad-dgħajsa, jew jekk ma jkunx hemm dan il-port domestiku, fl-Istat Membru ta' residenza, għall-finijiet ta' taxxa, tal-operatur tal-vapur jew tad-dgħajsa.
imħassar
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 4
4.  Għall-finijiet ta' taxxa, kontribwent residenti għandu jkun soġġett għal taxxa korporattiva fuq l-introjtu kollu li jiġi minn kwalunkwe sors, kemm jekk ġewwa jew inkella barra l-Istat Membru fejn huwa residenti.
4.  Għall-finijiet ta' taxxa, kontribwent residenti għandu jkun soġġett għal taxxa korporattiva fuq l-introjtu kollu ġġenerat minn kwalunkwe attività, kemm jekk ġewwa jew inkella barra l-Istat Membru fejn huwa residenti.
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 5
5.  Kontribwent mhux residenti għandu jkun soġġett għal taxxa korporattiva fuq l-introjtu kollu minn attività mwettqa permezz ta' stabbiliment permanenti fi Stat Membru.
5.  Kontribwent mhux residenti għandu jkun soġġett għal taxxa korporattiva fuq l-introjtu kollu minn attività mwettqa permezz ta' stabbiliment permanenti, inkluż permezz ta' stabbiliment diġitali permanenti, fi Stat Membru. Stabbiliment diġitali permanenti ta' kontribwent għandu jiġi ddeterminat skont il-kundizzjonijiet u l-kriterji mniżżla fl-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill ... dwar Bażi Komuni għat-Taxxa Korporattiva1a.
_______________
1a Id-Direttiva tal-Kunsill ... dwar Bażi Komuni għat-Taxxa Korporattiva (ĠU L ..., …, p. …).
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a
(a)  ikollha dritt li terżerċita iżjed minn 50 % tad-drittijiet tal-vot; u
(a)  ikollha dritt li teżerċita drittijiet tal-vot li jaqbżu l-50 %; u
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  L-istabbilimenti permanenti għandhom jinkludu l-istabbilimenti diġitali permanenti skont il-kundizzjonijiet u l-kriterji mniżżla fl-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill ... dwar Bażi Komuni għat-Taxxa Korporattiva1a.
_______________
1a Id-Direttiva tal-Kunsill ... dwar Bażi Komuni għat-Taxxa Korporattiva (ĠU L ..., …, p. …).
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 1
1.  Il-bażijiet għat-taxxa tal-membri kollha ta' grupp għandhom jiżdiedu flimkien f'bażi għat-taxxa konsolidata.
1.  Il-bażi għat-taxxa ta' grupp konsolidat għandu jkun determinat bħallikieku kien entità waħda. Għal dan il-għan, il-bażi għat-taxxa aggregata tal-grupp għandha tiġi kkalkulata mill-ġdid sabiex jiġu eliminati l-profitt jew it-telf kollu, inklużi dawk li jirriżultaw minn kull tranżazzjoni, tkun xi tkun in-natura tagħha, bejn żewġ entitajiet jew aktar fi ħdan il-grupp.
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 2
2.  Meta l-bażi għat-taxxa konsolidata tkun negattiva, it-telf għandu jiġi riportat u jiġi paċut kontra l-bażi għat-taxxa konsolidata pożittiva li jmiss. Meta l-bażi għat-taxxa konsolidata tkun pożittiva, din għandha tinqasam f'konformità mal-Kapitolu VIII.
2.  Meta l-bażi għat-taxxa konsolidata tkun negattiva, it-telf għandu jiġi riportat u jiġi paċut kontra l-bażi għat-taxxa konsolidata pożittiva li jmiss tul perjodu massimu ta' ħames snin. Meta l-bażi għat-taxxa konsolidata tkun pożittiva, din għandha tinqasam f'konformità mal-Kapitolu VIII.
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 2
2.  Il-gruppi għandhom japplikaw metodu konsistenti u ddokumentat b'mod adegwat sabiex jirreġistraw it-tranżazzjonijiet intragrupp. Il-gruppi jistgħu jbiddlu l-metodu biss għal raġunijiet kummerċjali validi u fil-bidu ta' sena tat-taxxa.
2.  Il-gruppi għandhom japplikaw metodu konsistenti u ddokumentat b'mod adegwat sabiex jirreġistraw it-tranżazzjonijiet intragrupp. Il-gruppi jistgħu jbiddlu l-metodu biss għal raġunijiet kummerċjali validi u fil-bidu ta' sena tat-taxxa. Dawn it-tranżazzjonijiet kollha għandhom jitneħħew mill-bażi tat-taxxa b'riżultat tal-konsolidazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 7(1).
Emenda 35
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 3
3.  Il-metodu sabiex jiġu rreġistrati t-tranżazzjonijiet intragrupp għandu jagħmilha possibbli li l-bejgħ u t-trasferimenti intragrupp kollha jiġu identifikati fl-aktar kost baxx għall-assi mhux soġġetti għal deprezzament jew il-valur għall-finijiet ta' taxxa għall-assi deprezzabbli.
imħassar
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 4
4.  It-trasferimenti intragrupp ma għandhomx ibiddlu l-istatus tal-assi intanġibbli ġġenerati mill-grupp innifsu.
imħassar
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Meta, b'riżultat ta' riorganizzazzjoni ta' negozju, grupp wieħed jew aktar, jew żewġ membri jew aktar ta' grupp, isiru parti minn grupp ieħor, kwalunkwe telf mhux ikkumpensat tal-grupp jew gruppi eżistenti qabel għandu jiġi allokat lil kull wieħed mill-membri tal-grupp skont il-Kapitolu VIII u abbażi tal-fatturi applikabbli fi tmiem is-sena tat-taxxa li fiha sseħħ ir-riorganizzazzjoni tan-negozju. It-telf mhux ikkumpensat tal-grupp jew tal-gruppi eżistenti qabel għandu jiġi riportat għas-snin futuri.
Meta, b'riżultat ta' riorganizzazzjoni ta' negozju, grupp wieħed jew aktar, jew żewġ membri jew aktar ta' grupp, isiru parti minn grupp ieħor, kwalunkwe telf mhux ikkumpensat tal-grupp jew gruppi eżistenti qabel għandu jiġi allokat lil kull wieħed mill-membri tal-grupp skont il-Kapitolu VIII u abbażi tal-fatturi applikabbli fi tmiem is-sena tat-taxxa li fiha sseħħ ir-riorganizzazzjoni tan-negozju. It-telf mhux ikkumpensat tal-grupp jew tal-gruppi eżistenti qabel għandu jiġi riportat tul perjodu massimu ta' ħames snin.
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Artikolu 23 – paragrafu 2
2.  Meta żewġ kontribwenti prinċipali jew aktar jingħaqdu skont it-tifsira tal-punti (i) u (ii) tal-Artikolu 2(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/133/KE15, kwalunkwe telf mhux ikkumpensat ta' grupp għandu jiġi allokat lill-membri tiegħu skont il-Kapitolu VIII, abbażi tal-fatturi skont kif ikunu fi tmiem is-sena tat-taxxa li fiha sseħħ il-fużjoni. It-telf mhux ikkumpensat għandu jiġi riportat għas-snin futuri.
2.  Meta żewġ kontribwenti prinċipali jew aktar jingħaqdu skont it-tifsira tal-punti (i) u (ii) tal-Artikolu 2(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/133/KE15, kwalunkwe telf mhux ikkumpensat ta' grupp għandu jiġi allokat lill-membri tiegħu skont il-Kapitolu VIII, abbażi tal-fatturi skont kif ikunu fi tmiem is-sena tat-taxxa li fiha sseħħ il-fużjoni. It-telf mhux ikkumpensat għandu jiġi riportat tul perjodu massimu ta' ħames snin.
__________________
__________________
15 Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/133/KE tad-19 ta' Ottubru 2009 dwar is-sistema komuni ta' tassazzjoni applikabbli għal mergers, diviżjonijiet, diviżjonijiet parzjali, trasferimenti ta' assi u skambji ta' ishma li jikkonċernaw kumpanniji ta' Stati Membri differenti u għat-trasferiment tal-uffiċċju reġistrat ta' SE jew SCE bejn Stati Membri (ĠU L 310, 25.11.2009, p. 34).
15 Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/133/KE tad-19 ta' Ottubru 2009 dwar is-sistema komuni ta' tassazzjoni applikabbli għal mergers, diviżjonijiet, diviżjonijiet parzjali, trasferimenti ta' assi u skambji ta' ishma li jikkonċernaw kumpanniji ta' Stati Membri differenti u għat-trasferiment tal-uffiċċju reġistrat ta' SE jew SCE bejn Stati Membri (ĠU L 310, 25.11.2009, p. 34).
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Artikolu 28 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Il-bażi għat-taxxa konsolidata għandha tinqasam bejn il-membri tal-grupp f'kull sena tat-taxxa abbażi ta' formula għat-tqassim. Sabiex jiġi ddeterminat is-sehem imqassam ta' membru tal-grupp A, il-formula għandha tieħu l-forma li ġejja, li tagħti l-istess importanza lill-fatturi tal-bejgħ, tax-xogħol u tal-assi:
Il-bażi għat-taxxa konsolidata għandha tinqasam bejn il-membri tal-grupp f'kull sena tat-taxxa abbażi ta' formula għat-tqassim. Sabiex jiġi ddeterminat is-sehem imqassam ta' membru tal-grupp A, il-formula għandha tieħu l-forma li ġejja, li tagħti l-istess importanza lill-fatturi tal-bejgħ, tax-xogħol, tal-assi u l-fattur tad-data:
Emenda 40
Proposta għal direttiva
Artikolu 28 – paragrafu 1 – formola

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Emenda 41
Proposta għal direttiva
Artikolu 28 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)
Meta fattur wieħed jew aktar ma jkunux applikabbli minħabba n-natura tal-attivitajiet ta' kontribwent, il-fatturi l-oħra kollha applikabbli għandhom jiġu mkejla proporzjonalment mill-ġdid fil-formula sabiex jinżamm piż ugwali assolut mogħti lil kull fattur applikabbli.
Emenda 42
Proposta għal direttiva
Artikolu 28 – paragrafu 5
5.  Sabiex jiġi ddeterminat is-sehem imqassam ta' membru ta' grupp, għandha tingħata l-istess importanza lill-fatturi tal-bejgħ, tax-xogħol u tal-assi.
5.  Sabiex jiġi ddeterminat is-sehem imqassam ta' membru ta' grupp, għandha tingħata l-istess importanza lill-fatturi tal-bejgħ, tax-xogħol, tal-assi u l-fattur tad-data.
Emenda 43
Proposta għal direttiva
Artikolu 28 – paragrafu 5a (ġdid)
5a.  Nofs il-fattur tad-data għandu jikkonsisti mill-volum totali tad-data personali tal-utenti ta' pjattaformi u servizzi online miġbura għal kull Stat Membru minn membru ta' grupp bħala n-numeratur tiegħu u l-volum totali ta' data personali tal-utenti ta' pjattaformi u servizzi online miġbura għal kull Stat Membru mill-grupp bħala d-denominatur tiegħu, u n-nofs l-ieħor tal-fattur tad-data għandu jikkonsisti mill-volum totali ta' data personali tal-utenti ta' pjattaformi u servizzi online użati għal kull Stat Membru minn membru tal-grupp bħala n-numeratur tiegħu u l-volum totali ta' data personali tal-utenti ta' pjattaformi u servizzi online użati għal kull Stat Membru mill-grupp bħala d-denominatur tiegħu.
Emenda 44
Proposta għal direttiva
Artikolu 28 – paragrafu 5b (ġdid)
5b.  Il-volum tad-data personali miġbura skont il-fattur tad-data għandu jitkejjel fl-aħħar tas-sena tat-taxxa f'kull Stat Membru.
Emenda 45
Proposta għal direttiva
Artikolu 28 – paragrafu 5c (ġdid)
5c.  Id-definizzjoni tal-ġbir u l-użu tad-data personali għal skopijiet kummerċjali fil-kuntest tal-fattur tad-data għandu jiġi ddeterminat skont r-Regolament (UE) 2016/679.
Emenda 46
Proposta għal direttiva
Artikolu 29
Artikolu 29
imħassar
Klawżola ta' salvagwardja
Bħala eċċezzjoni għar-regola stabbilita fl-Artikolu 28, jekk il-kontribwent prinċipali jew awtorità kompetenti jqisu li l-eżitu tat-tqassim tal-bażi għat-taxxa konsolidata lil membru ta' grupp ma jirrappreżentax b'mod ġust il-firxa tal-attività tan-negozju ta' dak il-membru tal-grupp, il-kontribwent prinċipali jew l-awtorità kompetenti jistgħu jitolbu l-użu ta' metodu alternattiv għall-kalkolazzjoni tas-sehem ta' taxxa ta' kull membru tal-grupp. Jista' jintuża metodu alternattiv biss jekk, wara konsultazzjonijiet fost l-awtoritajiet kompetenti u, fejn applikabbli, diskussjonijiet miżmuma f'konformità mal-Artikoli 77 u 78, dawn l-awtoritajiet kollha jaqblu ma' dak il-metodu alternattiv. L-Istat Membru tal-awtorità tat-taxxa ewlenija għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar il-metodu alternattiv użat.
Emenda 47
Proposta għal direttiva
Artikolu 38 – paragrafu 1
1.  Il-bejgħ ta' prodotti għandu jiġi inkluż fil-fattur tal-bejgħ tal-membru tal-grupp li jkun jinsab fl-Istat Membru fejn jispiċċaw il-kunsinna jew it-trasport tal-prodotti lill-persuna li tiksibhom. Meta dak il-post ma jkunx jista' jiġi ddeterminat, il-bejgħ tal-prodotti għandu jiġi attribwit lill-membru tal-grupp li jkun jinsab fl-Istat Membru tal-aħħar post identifikabbli tal-prodotti.
1.  Il-bejgħ ta' prodotti għandu jiġi inkluż fil-fattur tal-bejgħ tal-membru tal-grupp li jkun jinsab fl-Istat Membru fejn jispiċċaw il-kunsinna jew it-trasport tal-prodotti lill-persuna li tiksibhom. Meta dak il-post ma jkunx jista' jiġi ddeterminat jew il-membru tal-grupp ma jkollux rabta taxabbli, il-bejgħ tal-prodotti għandu jiġi attribwit lill-membru tal-grupp li jkun jinsab fl-Istat Membru tal-aħħar post identifikabbli tal-prodotti.
Emenda 48
Proposta għal direttiva
Artikolu 43
Artikolu 43
imħassar
Tbaħħir, trasport fil-passaġġi fuq l-ilma interni u trasport bl-ajru
Id-dħul, l-ispejjeż u elementi deduċibbli oħrajn ta' membru ta' grupp li n-negozju prinċipali tiegħu jkun l-operat ta' vapuri jew inġenji tal-ajru fit-traffiku internazzjonali jew l-operat ta' dgħajjes involuti fit-trasport fil-passaġġi fl-ilma interni għandhom jiġu esklużi mill-bażi għat-taxxa konsolidata u ma jitqassmux skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 28. Minflok, tali dħul, spejjeż u elementi deduċibbli oħrajn għandhom jiġu attribwiti lil dak il-membru tal-grupp fuq bażi ta' tranżazzjoni bi tranżazzjoni u jkunu soġġetti għal aġġustamenti għall-ipprezzar skont l-Artikolu 56 tad-Direttiva 2016/xx/UE.
Il-parteċipazzjonijiet fil-membru tal-grupp u minnu għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni sabiex jiġi ddeterminat jekk hemmx grupp kif imsemmi fl-Artikoli 5 u 6.
Emenda 49
Proposta għal direttiva
Artikolu 46 – paragrafu 2
2.  L-avviż imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkopri l-membri kollha tal-grupp, ħlief għall-kumpaniji tat-trasport marittimu msemmija fl-Artikolu 2(4).
2.  L-avviż imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkopri l-membri kollha tal-grupp
Emenda 50
Proposta għal direttiva
Artikolu 48 – paragrafu 2
Il-Kummissjoni tista' tadotta att li jistabbilixxi forma standard tal-avviż sabiex jinħoloq grupp. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 77(2).
Il-Kummissjoni għandha tadotta att li jistabbilixxi forma standard tal-avviż sabiex jinħoloq grupp. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 77(2).
Emenda 51
Proposta għal direttiva
Artikolu 55 – paragrafu 1
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti li jistabbilixxu regoli dwar is-sottomissjoni elettronika tad-dikjarazzjoni tat-taxxa konsolidata, dwar il-forma tad-dikjarazzjoni tat-taxxa konsolidata, dwar il-forma tad-dikjarazzjoni tat-taxxa ta' kontribwent waħdieni u dwar id-dokumentazzjoni ta' sostenn meħtieġa. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 77(2).
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti li jistabbilixxu regoli dwar is-sottomissjoni elettronika tad-dikjarazzjoni tat-taxxa konsolidata, dwar il-forma tad-dikjarazzjoni tat-taxxa konsolidata, dwar il-forma tad-dikjarazzjoni tat-taxxa ta' kontribwent waħdieni u dwar id-dokumentazzjoni ta' sostenn meħtieġa. Il-Kummissjoni għandha tfassal dawn il-formati uniformi tad-dikjarazzjoni tat-taxxa b'kooperazzjoni mal-amministrazzjonijiet fiskali tal-Istati Membri. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 77(2).
Emenda 52
Proposta għal direttiva
Artikolu 65 – paragrafu 1
1.  Meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih ikun residenti membru ta' grupp għall-finijiet ta' taxxa jew fejn ikun jinsab fil-forma ta' stabbiliment permanenti ma taqbilx ma' deċiżjoni tal-awtorità tat-taxxa ewlenija li tkun ittieħdet skont l-Artikolu 49 jew 56(2) jew (4) jew mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 56(5), din tista' tikkontesta dik id-deċiżjoni quddiem il-qrati tal-Istat Membru tal-awtorità tat-taxxa ewlenija f'perjodu ta' tliet xhur.
1.  Meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih ikun residenti membru ta' grupp għall-finijiet ta' taxxa jew fejn ikun jinsab fil-forma ta' stabbiliment permanenti, inkluż fil-forma ta' stabbiliment diġitali permanenti, ma taqbilx ma' deċiżjoni tal-awtorità tat-taxxa ewlenija li tkun ittieħdet skont l-Artikolu 49 jew 56(2) jew (4) jew mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 56(5), din tista' tikkontesta dik id-deċiżjoni quddiem il-qrati tal-Istat Membru tal-awtorità tat-taxxa ewlenija f'perjodu ta' tliet xhur.
Emenda 53
Proposta għal direttiva
Artikolu 65 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Il-Kummissjoni għandha tanalizza jekk l-istabbiliment ta' mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim ikomplix iżid l-effikaċja u l-effiċjenza tar-riżoluzzjoni ta' nuqqas ta' qbil bejn l-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport dwar dan lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, inkluża, jekk xieraq, proposta leġiżlattiva.
Emenda 54
Proposta għal direttiva
Artikolu 67 – paragrafu 1
1.  L-appelli kontra valutazzjonijiet tat-taxxa emendati jew valutazzjonijiet tat-taxxa magħmula skont l-Artikolu 54 għandhom jinstemgħu minn korp amministrattiv li, skont il-liġi tal-Istat Membru tal-awtorità tat-taxxa ewlenija, huwa kompetenti sabiex jisma' l-appelli fl-ewwel istanza. Il-korp amministrattiv għandu jkun indipendenti mill-awtoritajiet tat-taxxa fl-Istat Membru tal-awtorità tat-taxxa ewlenija. Meta ma jkunx hemm korp amministrattiv bħal dan f'dak l-Istat Membru, il-kontribwent prinċipali jista' jressaq appell ġudizzjarju direttament.
1.  L-appelli kontra valutazzjonijiet tat-taxxa emendati jew valutazzjonijiet tat-taxxa magħmula skont l-Artikolu 54 għandhom jinstemgħu minn korp amministrattiv li, skont il-liġi tal-Istat Membru tal-awtorità tat-taxxa ewlenija, huwa kompetenti sabiex jisma' l-appelli fl-ewwel istanza. Il-korp amministrattiv għandu jkun indipendenti mill-awtoritajiet tat-taxxa fl-Istat Membru tal-awtorità tat-taxxa ewlenija. Meta ma jkunx hemm korp amministrattiv bħal dan f'dak l-Istat Membru, jew fejn jippreferi l-kontribwent prinċipali, dan tal-aħħar jista' jressaq appell ġudizzjarju direttament.
Emenda 55
Proposta għal direttiva
Artikolu 67 – paragrafu 5
5.  Il-korp amministrattiv imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiddeċiedi fuq l-appell fi żmien sitt xhur. Jekk il-kontribwent prinċipali ma jirċievi l-ebda deċiżjoni f'dak il-perjodu, id-deċiżjoni tal-awtorità tat-taxxa ewlenija għandha titqies li tkun ġiet ikkonfermata.
5.  Jekk isir rikors, il-korp amministrattiv imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiddeċiedi fuq l-appell fi żmien sitt xhur. Jekk il-kontribwent prinċipali ma jirċievi l-ebda deċiżjoni f'dak il-perjodu, id-deċiżjoni tal-awtorità tat-taxxa ewlenija għandha titqies li tkun ġiet ikkonfermata.
Emenda 56
Proposta għal direttiva
Artikolu 69 – paragrafu 2
2.  Fejn japplika l-paragrafu 1, il-kostijiet tas-self eċċedenti u l-EBITDA għandhom jiġu kkalkolati fil-livell tal-grupp u jinkludu r-riżultati tal-membri kollha tal-grupp. L-ammont ta' EUR 3 000 000 imsemmi fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 2016/xx/UE għandu jiżdied għal 5 000 000.
2.  Fejn japplika l-paragrafu 1, il-kostijiet tas-self eċċedenti u l-EBITDA għandhom jiġu kkalkolati fil-livell tal-grupp u jinkludu r-riżultati tal-membri kollha tal-grupp. L-ammont ta' EUR 1 000 000 imsemmi fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 2016/xx/UE għandu jiżdied għal 5 000 000.
Emenda 57
Proposta għal direttiva
Artikolu 71
Artikolu 71
imħassar
Kumpens u rkupru tat-telf
1.  L-Artikolu 41 tad-Direttiva 2016/xx/UE dwar il-kumpens u rkupru tat-telf għandu jieqaf japplika awtomatikament meta tidħol fis-seħħ din id-Direttiva.
2.  It-telf ittrasferit li jkun għadu ma ġiex irkuprat meta tidħol fis-seħħ din id-Direttiva għandu jibqa' għand il-kontribwent li jkun ġie ttrasferit lilu.
Emenda 58
Proposta għal direttiva
Artikolu 72 – paragrafu 1
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, ir-referenza għar-rata statutorja tat-taxxa korporattiva li kien ikun soġġett għaliha l-kontribwent fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tad-Direttiva 2016/xx/UE ma għandhiex tapplika u minflok għandha tiġi sostitwita bir-rata statutorja medja tat-taxxa korporattiva applikabbli fost l-Istati Membri kollha.
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, ir-regoli dwar il-bdil stabbiliti fl-Artikolu 53 tad-Direttiva 2016/xx/UE għandhom japplikaw.
Emenda 59
Proposta għal direttiva
Artikolu 73 – paragrafu 1
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, il-kamp ta' applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-kumpaniji kkontrollati minn barra l-pajjiż skont l-Artikolu 59 tad-Direttiva 2016/xx/UE għandu jkun limitat għar-relazzjonijiet bejn il-membri tal-grupp u l-entitajiet li huma residenti għal finijiet ta' taxxa, jew l-istabbilimenti permanenti li jinsabu f'pajjiż terz.
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, il-kamp ta' applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-kumpaniji barranija kkontrollati skont l-Artikolu 59 tad-Direttiva 2016/xx/UE għandu jkun limitat għar-relazzjonijiet bejn il-membri tal-grupp u l-entitajiet li huma residenti għal finijiet ta' taxxa, jew l-istabbilimenti permanenti, inklużi l-istabbilimenti diġitali permanenti li jinsabu f'pajjiż terz.
Emenda 60
Proposta għal direttiva
Artikolu 74 – paragrafu 1
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, il-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli dwar id-diskrepanzi ibridi skont l-Artikolu 61 tad-Direttiva 2016/xx/UE għandu jkun limitat għar-relazzjonijiet bejn il-membri tal-grupp u oħrajn li mhumiex membri tal-grupp u li huma intrapriżi assoċjati, kif imsemmi fl-Artikolu 56 tad-Direttiva 2016/xx/UE.
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, il-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli dwar id-diskrepanzi ibridi u arranġamenti relatati japplika kif definit skont l-Artikolu 61 tad-Direttiva 2016/xx/UE.
Emenda 61
Proposta għal direttiva
Artikolu 76
Artikolu 76
Artikolu 76
Notifika lill-Parlament Ewropew
Notifika lill-Parlament Ewropew
1.  Il-Parlament Ewropew għandu jorganizza konferenza interparlamentari biex jevalwa is-sistema tal-BKKTK, b'kunsiderazzjoni tar-riżultati tad-diskussjonijiet ta' politika tat-taxxa li saru skont il-proċedura tas-Semestru Ewropew. Il-Parlament Ewropew għandu jikkomunika l-opinjoni u l-konklużjonijiet tiegħu permezz ta' riżoluzzjoni indirizzata lill-Kummissjoni u lill-Kunsill.
Il-Parlament Ewropew għandu jiġi informat bl-adozzjoni tal-atti delegati mill-Kummissjoni, bi kwalunkwe oġġezzjoni fformulata għalihom u bir-revoka tad-delega tas-setgħat mill-Kunsill.
2.   Il-Parlament Ewropew għandu jiġi informat bl-adozzjoni tal-atti delegati mill-Kummissjoni, bi kwalunkwe oġġezzjoni fformulata għalihom u bir-revoka tad-delega tas-setgħat mill-Kunsill.
Emenda 62
Proposta għal direttiva
Artikolu 78a (ġdid)
Artikolu 78a
Mekkaniżmu ta' kumpens
Sabiex tikkumpensa għal xokkijiet f'daqqa lid-dħul mit-taxxa tal-Istati Membri li jirriżultaw minn gwadann u telf fiskali direttament u unikament ikkawżati mill-bidla għar-reġim il-ġdid introdott b'din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi mekkaniżmu ta' kumpens iddedikat, li jkun operattiv mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Il-kumpens għandu jkun aġġustat kull sena biex jitqiesu d-deċiżjonijiet nazzjonali jew reġjonali li ttieħdu qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Il-mekkaniżmu ta' kumpens għandu jkun iffinanzjat mill-bilanċ pożittiv fiskali minn dawk l-Istati Membri li jesperjenzaw żidiet fid-dħul fiskali, u għandu jiġi stabbilit għal perjodu inizjali ta' seba' snin. Wara dak il-perjodu, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtieġa li jkompli jopera l-mekkaniżmu ta' kumpens, u għaldaqstant tiddeċiedi li twaqqfu jew iġġeddu darba għal perjodu ieħor ta' mhux aktar minn sentejn.
Emenda 63
Proposta għal direttiva
Artikolu 79
Artikolu 79
Artikolu 79
Reviżjoni
Rapport ta' implimentazzjoni u rieżami
Il-Kummissjoni għandha, ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, tirrevedi l-applikazzjoni tagħha u tirrapporta lill-Kunsill dwar it-tħaddim ta' din id-Direttiva. B'mod partikolari, ir-rapport għandu jinkludi analiżi tal-impatt tal-mekkaniżmu mwaqqaf fil-Kapitolu VIII ta' din id-Direttiva dwar it-tqassim tal-bażijiet għat-taxxa bejn l-Istati Membri.
Il-Kummissjoni għandha, ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, tivvaluta l-applikazzjoni tagħha u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-tħaddim ta' din id-Direttiva. Dak ir-rapport ta' implimentazzjoni għandu jinkludi analiżi tal-impatt tal-mekkaniżmu mwaqqaf fil-Kapitolu VIII ta' din id-Direttiva dwar it-tqassim tal-bażijiet għat-taxxa bejn l-Istati Membri. Fit-tfassil tal-konklużjonijiet ta' dak ir-rapport ta' implimentazzjoni jew fil-kuntest tal-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, il-Kummissjoni għandha tipproponi t-termini u l-kundizzjonijiet biex talloka parti mid-dħul fiskali ġġenerat mill-bażi komuni konsolidata għat-taxxa korporattiva għall-baġit ġenerali tal-Unjoni sabiex b'mod proporzjonat tnaqqas il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri lill-istess baġit.
Il-Kummissjoni għandha, 10 snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, tirrevedi l-applikazzjoni tagħha u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-tħaddim ta' din id-Direttiva.
Emenda 64
Proposta għal direttiva
Artikolu 80 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2020, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Dawn għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2019, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Dawn għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Emenda 65
Proposta għal direttiva
Artikolu 80 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Jannar 2021.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Jannar 2020.

Bażi Komuni għat-Taxxa Korporattiva *
PDF 789kWORD 95k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar Bażi Komuni għat-Taxxa Korporattiva (COM(2016)0685 – C8-0472/2016 – 2016/0337(CNS))
P8_TA(2018)0088A8-0050/2018

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2016)0685),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 115 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0472/2016),

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati preżentati mill-Parlament Daniż, mill-Kamra tar-Rappreżentanti Irlandiża, mis-Senat Irlandiż, mill-Kamra tad-Deputati Lussemburgiża, mill-Parlament Malti, mill-Ewwel Kamra tan-Netherlands, mit-Tieni Kamra tan-Netherlands, u mill-Parlament Żvediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0050/2018),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 1
(1)  Il-kumpaniji li jfittxu li jagħmlu negozju bejn il-fruntieri fi ħdan l-Unjoni jiltaqgħu ma' ostakoli serji u tfixkil tas-suq minħabba l-eżistenza u l-interazzjoni ta' 28 sistema differenti tat-taxxa korporattiva. Barra minn hekk, l-istrutturi tal-ippjanar tat-taxxa saru dejjem aktar sofistikati maż-żmien, hekk kif dawn jiżviluppaw f'diversi ġurisdizzjonijiet u effettivament jieħdu vantaġġ mit-teknikalitajiet ta' sistema tat-taxxa jew mid-diskrepanzi bejn żewġ sistemi tat-taxxa jew aktar għall-iskop li titnaqqas l-obbligazzjoni ta' taxxa tal-kumpaniji. Għalkemm dawk is-sitwazzjonijiet jenfasizzaw nuqqasijiet li huma kompletament differenti fin-natura tagħhom, it-tnejn li huma joħolqu ostakoli li jfixklu l-funzjonament xieraq tas-suq intern. Għalhekk, kwalunkwe azzjoni meħuda biex tikkoreġi dawk il-problemi għandha tindirizza dawn iż-żewġ tipi ta' nuqqasijiet tas-suq.
(1)  Il-kumpaniji li jfittxu li jagħmlu negozju bejn il-fruntieri fi ħdan l-Unjoni jiltaqgħu ma' ostakoli serji u tfixkil tas-suq minħabba l-eżistenza u l-interazzjoni ta' 28 sistema differenti tat-taxxa korporattiva. Fi żminijiet ta' globalizzazzjoni u diġitalizzazzjoni, qed isir dejjem aktar diffiċli biex tiġi ttraċata t-tassazzjoni, partikolarment dik tal-kapital finanzjarju u intellettwali fuq bażi tas-sors, u qed isir aktar faċli biex tiġi manipulata. Barra minn hekk, l-istrutturi tal-ippjanar tat-taxxa saru dejjem aktar sofistikati maż-żmien, hekk kif dawn jiżviluppaw f'diversi ġurisdizzjonijiet u effettivament jieħdu vantaġġ mit-teknikalitajiet ta' sistema tat-taxxa jew mid-diskrepanzi bejn żewġ sistemi tat-taxxa jew aktar għall-iskop li titnaqqas l-obbligazzjoni ta' taxxa tal-kumpaniji. Id-diġitalizzazzjoni mifruxa ta' ħafna setturi tal-ekonomija, flimkien mal-iżvilupp rapidu tal-ekonomija diġitali, tqajjem dubji dwar l-adegwatezza tal-mudelli ta' taxxa korporattiva tal-Unjoni maħsuba għas-setturi tradizzjonali, anki fir-rigward tal-punt sa liema jkunu jistgħu jerġgħu jiġu definiti l-kriterji ta' valutazzjoni u kalkolu biex ikunu adattati għall-attivitajiet kummerċjali tas-seklu XXI. Għalkemm dawk is-sitwazzjonijiet jenfasizzaw nuqqasijiet li huma kompletament differenti fin-natura tagħhom, ilkoll kemm huma joħolqu ostakoli li jfixklu l-funzjonament xieraq tas-suq intern u jagħtu lok għal distorsjonijiet bejn il-kumpaniji l-kbar u l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju. Standard ġdid għall-bażi komuni għat-taxxa għall-Unjoni jenħtieġ li jindirizza dawk it-tipi kollha ta' nuqqasijiet tas-suq u jirrispetta l-għanijiet taċ-ċarezza u taċ-ċertezza tad-dritt fit-tul kif ukoll il-prinċipju tan-newtralità tat-taxxa. Aktar konverġenza bejn is-sistemi tat-taxxa nazzjonali se twassal għal nuqqas sinifikanti fil-kostijiet u fil-piż amministrattiv għan-negozji li joperaw b'mod transfruntier fi ħdan l-Unjoni. Filwaqt li l-politika tat-tassazzjoni hija kompetenza nazzjonali, l-Artikolu 115 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistabbilixxi b'mod ċar li l-Kunsill jenħtieġ li, waqt li jaġixxi unanimament skont il-proċedura leġiżlattiva speċjali u wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, joħroġ direttivi għall-approssimazzjoni ta' dawk il-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi rigward it-taxxa tal-Istati Membri li direttament jaffettwaw l-istabbiliment jew l-operazzjoni tas-suq intern.
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 2
(2)  Sabiex jiġi appoġġat il-funzjonament xieraq tas-suq intern, l-ambjent tat-taxxa korporattiva fl-Unjoni għandu jissawwar f'konformità mal-prinċipju li l-kumpaniji jħallsu s-sehem ġust tagħhom ta' taxxa fil-ġurisdizzjonijiet fejn jiġu ġġenerati l-profitti tagħhom. Għalhekk, huwa neċessarju li jiġu previsti mekkaniżmi li jiskoraġġixxu lill-kumpaniji milli jieħdu vantaġġ mid-diskrepanzi fost is-sistemi tat-taxxa nazzjonali sabiex ibaxxu l-obbligazzjoni tat-taxxa tagħhom. Huwa daqstant ieħor importanti li jiġu stimolati wkoll it-tkabbir u l-iżvilupp ekonomiku fis-suq intern permezz tal-iffaċilitar tal-kummerċ transfruntier u tal-investiment korporattiv. Għal dan il-għan, jeħtieġ li jiġu eliminati r-riskji kemm tat-tassazzjoni doppja kif ukoll tan-nontassazzjoni doppja fl-Unjoni permezz tal-eradikazzjoni tad-differenzi fl-interazzjoni tas-sistemi nazzjonali tat-taxxa korporattiva. Fl-istess ħin, il-kumpaniji jeħtieġu qafas ġuridiku u tat-taxxa faċilment operabbli biex ikunu jistgħu jiżviluppaw l-attività kummerċjali tagħhom u jespanduha tul il-fruntieri fl-Unjoni. F'dak il-kuntest, għandhom jitneħħew ukoll il-każijiet ta' diskriminazzjoni li jifdal.
(2)  Sabiex jiġi appoġġat il-funzjonament xieraq tas-suq intern, l-ambjent tat-taxxa korporattiva fl-Unjoni jenħtieġ li jissawwar f'konformità mal-prinċipju li l-kumpaniji jħallsu s-sehem ġust tagħhom ta' taxxa fil-ġurisdizzjonijiet fejn jiġu ġġenerati l-profitti tagħhom u fejn il-kumpaniji għandhom l-istabbiliment permanenti. Meta wieħed iqis il-bidla diġitali fl-ambjent tan-negozju, huwa neċessarju li jiġi żgurat li l-kumpaniji li jiġġeneraw dħul fi Stat Membru mingħajr ma jkollhom stabbiliment fiżiku permanenti iżda jkollhom stabbiliment diġitali permanenti f'dak l-Istat Membru jenħtieġ li jiġu ttrattati bl-istess mod bħal kumpaniji bi stabbiliment fiżiku permanenti. Għalhekk, huwa neċessarju li jiġu previsti mekkaniżmi li jiskoraġġixxu lill-kumpaniji milli jieħdu vantaġġ mid-diskrepanzi fost is-sistemi tat-taxxa nazzjonali sabiex ibaxxu l-obbligazzjoni tat-taxxa tagħhom. Huwa daqstant ieħor importanti li jiġu stimolati wkoll it-tkabbir u l-iżvilupp ekonomiku fis-suq intern permezz tal-iffaċilitar tal-kummerċ transfruntier u tal-investiment korporattiv. Għal dan il-għan, jeħtieġ li jiġu eliminati r-riskji kemm tat-tassazzjoni doppja kif ukoll tan-nontassazzjoni doppja fl-Unjoni permezz tal-eradikazzjoni tad-differenzi fl-interazzjoni tas-sistemi nazzjonali tat-taxxa korporattiva. Fl-istess ħin, il-kumpaniji jeħtieġu qafas ġuridiku u tat-taxxa faċilment operabbli biex ikunu jistgħu jiżviluppaw l-attività kummerċjali tagħhom u jespanduha tul il-fruntieri fl-Unjoni. F'dak il-kuntest, jenħtieġ li jitneħħew ukoll il-każijiet ta' diskriminazzjoni li jifdal. Il-konsolidazzjoni hija element essenzjali tas-sistema BKKTK, billi l-ostakoli fiskali prinċipali li jiffaċċjaw il-kumpaniji tal-istess grupp li joperaw b'mod transfruntier fl-Unjoni jistgħu jiġu indirizzati biss b'dak il-mod. Il-konsolidazzjoni telimina l-formalitajiet tal-ipprezzar tat-trasferimenti u t-taxxa doppja fi ħdan il-grupp.
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 3
(3)  Kif ġie rrimarkat fil-proposta tas-16 ta' Marzu 2011 għal Direttiva tal-Kunsill dwar Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva (BKKTK)7, sistema għat-taxxa korporattiva li tittratta lill-Unjoni bħala suq uniku għall-fini ta' komputazzjoni tal-bażi għat-taxxa korporattiva tal-kumpaniji tiffaċilita l-attività transfruntiera għall-kumpaniji residenti fl-Unjoni u tippromwovi l-għan li din issir post aktar kompetittiv għall-investiment fuq livell internazzjonali. Il-proposta tal-2011 għal BKKTK iffokata fuq l-għan li tiġi ffaċilitata l-espansjoni tal-attività kummerċjali għan-negozji fi ħdan l-Unjoni. Minbarra dak l-għan, għandu jittieħed f'kunsiderazzjoni wkoll li BKKTK tista' tkun effettiva ħafna sabiex jittejjeb il-funzjonament tas-suq intern permezz tal-ġlieda kontra l-iskemi ta' evitar tat-taxxa. F'dan id-dawl, għandha tiġi mnedija mill-ġdid l-inizjattiva għal BKKTK sabiex tindirizza, fuq bażi ugwali, kemm l-aspett tal-iffaċilitar tan-negozju, kif ukoll il-funzjoni tal-inizjattiva fil-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa. Approċċ bħal dan iservi l-aħjar l-għan tal-eradikazzjoni tad-distorsjonijiet fil-funzjonament tas-suq intern.
(3)  Kif ġie rrimarkat fil-proposta tas-16 ta' Marzu 2011 għal Direttiva tal-Kunsill dwar Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva (BKKTK)7, sistema għat-taxxa korporattiva li tittratta lill-Unjoni bħala suq uniku għall-fini ta' komputazzjoni tal-bażi għat-taxxa korporattiva tal-kumpaniji tiffaċilita l-attività transfruntiera għall-kumpaniji residenti fl-Unjoni u tippromwovi l-għan li din issir post aktar kompetittiv għall-investiment fuq livell internazzjonali speċjalment għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju. Il-proposta tal-2011 għal BKKTK iffokatat fuq l-għan li tiġi ffaċilitata l-espansjoni tal-attività kummerċjali għan-negozji fi ħdan l-Unjoni. Minbarra dak l-għan, jenħtieġ li jittieħed f'kunsiderazzjoni wkoll li BKKTK tista' tkun effettiva ħafna sabiex jittejjeb il-funzjonament tas-suq intern permezz tal-ġlieda kontra l-iskemi ta' evitar tat-taxxa. Fid-dawl ta' dan, jenħtieġ li tiġi mnedija mill-ġdid l-inizjattiva għal BKKTK sabiex tindirizza, fuq bażi ugwali, kemm l-aspett tal-iffaċilitar tan-negozju, kif ukoll il-funzjoni tal-inizjattiva fil-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa. Ladarba tiġi implimentata fl-Istati Membri kollha, BKKTK hi mistennija li tiżgura li t-taxxi jitħallsu fejn jiġu ġġenerati l-profitti u fejn il-kumpaniji għandhom l-istabbiliment permanenti. Approċċ bħal dan iservi l-aħjar l-għan tal-eradikazzjoni tad-distorsjonijiet fil-funzjonament tas-suq intern. It-titjib tas-suq intern hu fattur ewlieni għal inkoraġġiment tat-tkabbir u l-ħolqien tax-xogħol. L-introduzzjoni ta' BKKTK tista' ttejjeb it-tkabbir ekonomiku u tirriżulta f'aktar impjiegi fl-Unjoni billi tnaqqas il-kompetizzjoni tat-taxxa dannuża bejn il-kumpaniji.
__________________
__________________
7 Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar Bażi għat-Taxxa Korporattiva Konsolidata Komuni, KUMM (2011) 121 finali/2, 3.10.2011.
7 Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar Bażi għat-Taxxa Korporattiva Konsolidata Komuni, COM(2011)0121 finali/2, 3.10.2011.
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 3a (ġdida)
(3a)  Il-Kummissjoni, fil-komunikazzjoni tagħha tal-21 ta' Settembru 2017 bl-isem "Sistema tat-Taxxa Ġusta u Effiċjenti fl-Unjoni Ewropea għas-Suq Uniku Diġitali", temmen li BKKTK toffri l-bażi biex jiġu indirizzati l-isfidi tat-taxxa li toħloq l-ekonomija diġitali.
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 4
(4)  Meta wieħed iqis il-ħtieġa li tittieħed azzjoni malajr sabiex jiġi żgurat funzjonament xieraq tas-suq intern billi dan isir, minn naħa waħda, aktar favorevoli għall-kummerċ u għall-investiment u, min-naħa l-oħra, aktar reżiljenti għall-iskemi ta' evitar tat-taxxa, jeħtieġ li l-inizjattiva ambizzjuża ta' BKKTK tinqasam f'żewġ proposti separati. Fl-ewwel stadju, għandhom jiġu ppromulgati regoli dwar bażi komuni għat-taxxa korporattiva, qabel ma tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-konsolidazzjoni fit-tieni stadju.
(4)  Meta wieħed iqis il-ħtieġa li tittieħed azzjoni malajr sabiex jiġi żgurat funzjonament xieraq tas-suq intern billi dan isir, minn naħa waħda, aktar favorevoli għall-kummerċ u għall-investiment u, min-naħa l-oħra, aktar reżiljenti għall-iskemi ta' evitar tat-taxxa, huwa importanti ħafna li jiġi żgurat id-dħul fis-seħħ simultanju tad-Direttiva dwar Bażi Komuni għat-Taxxa Korporattiva u tad-Direttiva dwar Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva. Minħabba li bidla bħal din fis-sistema hija pass importanti lejn it-tlestija tas-suq intern, hija teħtieġ flessibbiltà biex tkun tista' tiġi eżegwita b'mod xieraq sa mill-bidu nett. Għaldaqstant, peress li s-suq intern iħaddan I-Istati Membri kollha, jenħtieġ li l-BKKTK tiġi introdotta fl-Istati Membri kollha. Jekk il-Kunsill ma jirnexxilux jadotta deċiżjoni unanima dwar il-proposta biex tiġi stabbilita BKKTK, il-Kummissjoni jenħtieġ li toħroġ proposta ġdida bbażata fuq l-Artikolu 116 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li permezz tagħha l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja biex joħorġu l-leġiżlazzjoni meħtieġa. Bħala l-aħħar għażla, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħtu bidu għal kooperazzjoni msaħħa li jenħtieġ li tkun miftuħa indefinittivament lill-Istati Membri mhux parteċipanti skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Huwa deplorevoli li ma saret l-ebda valutazzjoni biżżejjed dettaljata fir-rigward tal-proposti għall-BKTK jew għall-BKKTK dwar l-impatt fuq id-dħul mit-taxxa korporattiva tal-Istati Membri fuq bażi ta' pajjiż pajjiż.
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 5
(5)  Ħafna strutturi ta' ppjanar aggressiv tat-taxxa għandhom it-tendenza li jkunu inklużi f'kuntest transfruntier, li jimplika li l-gruppi ta' kumpaniji parteċipanti għandhom minimu ta' riżorsi. Fuq din il-premessa, għal raġunijiet ta' proporzjonalità, ir-regoli dwar bażi komuni għandhom ikunu obbligatorji biss għall-kumpaniji li jappartjenu għal grupp ta' daqs sostanzjali. Għal dak il-għan, għandu jiġi ffissat livell limitu relatat mad-daqs fuq il-bażi tad-dħul ikkonsolidat totali ta' grupp li jippreżenta dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati. Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata l-koerenza bejn iż-żewġ passi tal-inizjattiva ta' BKKTK, ir-regoli dwar bażi komuni għandhom ikunu obbligatorji għall-kumpaniji li jitqiesu bħala grupp jekk timmaterjalizza l-inizjattiva sħiħa. Sabiex iservu aħjar l-għan li jiffaċilitaw il-kummerċ u l-investiment fis-suq intern, ir-regoli dwar bażi komuni għat-taxxa korporattiva għandhom ikunu disponibbli wkoll, bħala għażla, għall-kumpaniji li ma jissodisfawx dawk il-kriterji.
(5)  Ħafna strutturi ta' ppjanar aggressiv tat-taxxa għandhom it-tendenza li jkunu inklużi f'kuntest transfruntier, li jimplika li l-gruppi ta' kumpaniji parteċipanti għandhom minimu ta' riżorsi. Fuq din il-premessa, għal raġunijiet ta' proporzjonalità, ir-regoli dwar bażi komuni jenħtieġ li jkunu obbligatorji inizjalment biss għall-kumpaniji li jappartjenu għal grupp ta' daqs sostanzjali. Għal dak il-għan, jenħtieġ li jiġi ffissat livell limitu inizjali ta' EUR 750 miljun relatat mad-daqs fuq il-bażi tad-dħul ikkonsolidat totali ta' grupp li jippreżenta rapporti finanzjarji konsolidati. Peress li din id-Direttiva tistabbilixxi standard ġdid għall-bażi għat-taxxa korporattiva għan-negozji kollha fl-Unjoni, jenħtieġ li l-livell limitu jitbaxxa għal żero fuq perjodu massimu ta' seba' snin. Sabiex iservu aħjar l-għan li jiffaċilitaw il-kummerċ u l-investiment fis-suq intern, ir-regoli dwar bażi komuni għat-taxxa korporattiva jenħtieġ li jkunu disponibbli wkoll fl-ewwel fażi, bħala għażla, għall-kumpaniji li ma jissodisfawx dawk il-kriterji.
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 6
(6)  Jeħtieġ li jiġi definit il-kunċett ta' stabbiliment permanenti li jinsab fl-Unjoni u li jappartjeni lil kontribwent li huwa residenti fl-Unjoni għal finijiet ta' taxxa. L-għan se jkun li jiġi żgurat li l-kontribwenti kollha kkonċernati jħaddnu fehim komuni u li tiġi eskluża l-possibbiltà ta' diskrepanza minħabba definizzjonijiet diverġenti. Għall-kuntrarju, ma għandux jitqies bħala essenzjali li jkun hemm definizzjoni komuni ta' stabbilimenti permanenti li jinsabu f'pajjiż terz jew fl-Unjoni, iżda li jappartjenu għal kontribwent li huwa residenti f'pajjiż terz għal finijiet ta' taxxa. Ikun aħjar jekk din id-dimensjoni titħalla għat-trattati bilaterali dwar it-taxxa u għal-liġi nazzjonali minħabba l-interazzjoni kkumplikata tagħha mal-ftehimiet internazzjonali.
(6)  Jeħtieġ li jiġi definit il-kunċett ta' stabbiliment permanenti li jinsab fl-Unjoni u li jappartjeni lil kontribwent li huwa residenti fl-Unjoni għal finijiet ta' taxxa. Spiss wisq, il-kumpaniji multinazzjonali jagħmlu arranġamenti biex jittrasferixxu l-profitti tagħhom lejn reġimi tat-taxxa favorevoli mingħajr ma jħallsu l-ebda taxxa jew iħallsu rati baxxi ħafna ta' taxxa. Il-kunċett ta' stabbiliment permanenti se jagħti definizzjoni preċiża u vinkolanti tal-kriterji li jridu jiġu sodisfatti jekk kumpanija multinazzjonali trid tagħti prova li tinsab f'pajjiż partikolari. Dan se jobbliga lill-kumpaniji multinazzjonali jħallsu t-taxxi tagħhom b'mod ġust. L-għan se jkun li jiġi żgurat li l-kontribwenti kollha kkonċernati jħaddnu fehim komuni u li tiġi eskluża l-possibbiltà ta' diskrepanza minħabba definizzjonijiet diverġenti. Analogament, huwa importanti li jkun hemm definizzjoni komuni ta' stabbilimenti permanenti li jinsabu f'pajjiż terz jew fl-Unjoni, iżda li jappartjenu għal kontribwent li huwa residenti f'pajjiż terz għal finijiet ta' taxxa. Jekk l-ipprezzar tat-trasferiment jagħti lok għal trasferiment tal-profitti lejn ġurisdizzjonijiet b'rata baxxa ta' taxxa, tkun preferibbli sistema li tagħti profitt permezz ta' tqassim skont formula speċifika. L-Unjoni tista' tistabbilixxi standard internazzjonali għat-tassazzjoni korporattiva moderna u effiċjenti billi tadotta tali sistema. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tabozza linji gwida għall-fażi ta' tranżizzjoni li fiha t-tqassim skont formula speċifika jeżisti flimkien ma' metodi oħra ta' allokazzjoni fit-trattament ta' pajjiżi terzi, filwaqt li fl-aħħar mill-aħħar it-tqassim skont formula speċifika jenħtieġ li jkun il-metodu standard ta' allokazzjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tagħmel proposta biex tistabbilixxi mudell tal-Unjoni ta' trattat tat-taxxa li fl-aħħar mill-aħħar ikun jista' jissostitwixxi l-eluf ta' trattati bilaterali konklużi minn kull wieħed mill-Istati Membri.
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 6a (ġdida)
(6a)  L-oġġetti diġitali għandhom it-tendenza li jkunu mobbli u intanġibbli ħafna. L-istudji wrew li s-settur diġitali huwa involut ħafna fil-prattiki ta' ppjanar aggressiv tat-taxxa, billi bosta mudelli ta' negozju ma jirrikjedux infrastruttura fiżika biex jeżegwixxu tranżazzjonijiet ma' klijenti u jaqalgħu profitti. Dan jippermetti lill-ikbar kumpaniji diġitali jħallsu kważi rata żero ta' taxxa fuq id-dħul tagħhom. It-teżori tal-Istati Membri jitilfu biljuni ta' euro fi dħul mit-taxxa minħabba li ma jistgħux jintaxxaw lill-kumpaniji multinazzjonali diġitali. Bil-għan li tingħeleb din l-inġustizzja soċjali reali u urġenti, il-leġiżlazzjoni fis-seħħ fil-qasam tat-taxxa korporattiva trid tiġi estiża biex tinkludi kriterju ġdid tal-istabbiliment diġitali permanenti abbażi ta' preżenza diġitali sinifikanti. Hemm bżonn kundizzjonijiet ta' parità għall-mudelli ta' negozju simili biex ikunu indirizzati l-isfidi marbuta mat-taxxa li jinqalgħu fil-kuntest tad-diġitalizzazzjoni, mingħajr ma jixxekkel il-potenzjal tas-settur diġitali. F'dan ir-rigward, il-ħidma fil-livell tal-OECD jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari fil-kuntest ta' ġabra koerenti ta' regoli internazzjonali.
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 8
(8)  Id-dħul taxxabbli għandu jitnaqqas bl-ispejjeż tan-negozju u b'ċerti elementi oħra. L-ispejjeż kummerċjali deduċibbli għandhom normalment jinkludu l-kostijiet kollha relatati mal-bejgħ u mal-ispejjeż marbuta mal-produzzjoni, il-manutenzjoni u l-assigurazzjoni tal-introjtu. Sabiex tiġi appoġġata l-innovazzjoni fl-ekonomija u jiġi mmodernizzat is-suq intern, jenħtieġ li jiġi pprovdut tnaqqis għall-kostijiet tar-riċerka u l-iżvilupp, inkluż super tnaqqis, u dan għandu jiġi kkalkolat b'mod sħiħ fis-sena mġarrba (bl-eċċezzjoni tal-proprjetà immobbli). Il-kumpaniji żgħar u ġodda mingħajr intrapriżi assoċjati li huma partikolarment innovattivi (kategorija li se tkopri b'mod partikolari n-negozji l-ġodda) għandhom jiġu appoġġati wkoll b'super tnaqqis imtejjeb għall-kostijiet tar-riċerka u l-iżvilupp. Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, għandu jkun hemm ukoll lista ta' spejjeż mhux deduċibbli.
(8)  Id-dħul taxxabbli jenħtieġ li jitnaqqas bl-ispejjeż tan-negozju u b'ċerti elementi oħra. L-ispejjeż kummerċjali deduċibbli normalment jenħtieġ li jinkludu l-kostijiet kollha relatati mal-bejgħ u mal-ispejjeż marbuta mal-produzzjoni, il-manutenzjoni u l-assigurazzjoni tal-introjtu. Sabiex tiġi appoġġata l-innovazzjoni fl-ekonomija u jiġi mmodernizzat is-suq intern, jenħtieġ li jkun previst tnaqqis u l-kontribwenti jenħtieġ li jirċievu kreditu ta' taxxa għall-ispejjeż reali tar-riċerka u l-iżvilupp relatati mal-ispejjeż fir-rigward tal-persunal, tas-sottokuntratturi, tal-ħaddiema fl-aġenziji u tal-freelancers, u dawn jenħtieġ li jiġu kkalkolati b'mod sħiħ fis-sena li fiha ġġarrbu (bl-eċċezzjoni tal-proprjetà immobbli). Definizzjoni ċara ta’ spejjeż reali tar-riċerka u l-iżvilupp hija meħtieġa biex jiġi evitat l-użu ħażin tat-tnaqqis. Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza tad-dritt, jenħtieġ li jkun hemm ukoll lista ta' spejjeż mhux deduċibbli.
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 9
(9)  L-iżviluppi riċenti fit-tassazzjoni internazzjonali enfasizzaw li, fi sforz sabiex titnaqqas l-obbligazzjoni tat-taxxa globali tagħhom, il-gruppi ta' kumpaniji multinazzjonali involvew ruħhom dejjem aktar f'arranġamenti ta' evitar tat-taxxa li wasslu għal erożjoni tal-bażi u għal trasferiment tal-profitt, permezz ta' ħlasijiet ta' imgħax eċċessivi. Għalhekk, jeħtieġ li tkun limitata d-deduċibbiltà tal-kostijiet tal-imgħax (u ta' kostijiet finanzjarji oħrajn), sabiex jiġu skoraġġuti tali prattiki. F'dak il-kuntest, id-deduċibbiltà tal-kostijiet tal-imgħax (u ta' kostijiet finanzjarji oħrajn) għandha tkun permessa biss mingħajr restrizzjonijiet sal-punt li dawk il-kostijiet ikunu jistgħu jiġu paċuti ma' dħul mill-imgħax taxxabbli (u ma' dħul finanzjarju ieħor). Madankollu, kwalunkwe eċċess tal-kostijiet tal-imgħax għandu jkun soġġett għal restrizzjonijiet tad-deduċibbiltà, li jridu jiġu ddeterminati b'referenza għall-qligħ taxxabbli ta' kontribwent qabel l-imgħax, it-taxxa, id-deprezzament u l-amortizzament ('EBITDA').
(9)  L-iżviluppi reċenti fit-tassazzjoni internazzjonali enfasizzaw li, fi sforz sabiex titnaqqas l-obbligazzjoni tat-taxxa globali tagħhom, il-gruppi ta' kumpaniji multinazzjonali involvew ruħhom dejjem aktar f'arranġamenti ta' evitar tat-taxxa li wasslu għal erożjoni tal-bażi u għal trasferiment tal-profitt, permezz ta' ħlasijiet ta' mgħax eċċessivi. Għalhekk, jeħtieġ li tkun limitata d-deduċibbiltà tal-kostijiet tal-imgħax (u ta' kostijiet finanzjarji oħrajn), sabiex jiġu skoraġġuti tali prattiki. F'dak il-kuntest, id-deduċibbiltà tal-kostijiet tal-imgħax (u ta' kostijiet finanzjarji oħrajn) jenħtieġ li tkun permessa biss mingħajr restrizzjonijiet sal-punt li dawk il-kostijiet ikunu jistgħu jiġu paċuti ma' dħul mill-imgħax taxxabbli (u ma' dħul finanzjarju ieħor). Madankollu, kwalunkwe eċċess tal-kostijiet tal-imgħax jenħtieġ li jkun soġġett għal restrizzjonijiet tad-deduċibbiltà, li jridu jiġu ddeterminati b'referenza għall-qligħ taxxabbli ta' kontribwent qabel l-imgħax, it-taxxa, id-deprezzament u l-amortizzament ('EBITDA'). L-Istati Membri jistgħu jkomplu jirrestrinġu l-ammont tad-deduċibbiltà tal-imgħax u ta' kostijiet finanzjarji oħra biex jiżguraw livell ogħla ta' protezzjoni.
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 10
(10)  Il-fatt li l-imgħax imħallas fuq is-self huwa deduċibbli mill-bażi għat-taxxa ta' kontribwent, filwaqt li dan mhuwiex il-każ għad-distribuzzjonijiet tal-profitti, joħloq vantaġġ definittiv favur il-finanzjament permezz tad-dejn, għall-kuntrarju tal-ekwità. Minħabba r-riskji li dan iġib miegħu għall-pożizzjoni ta' dejn tal-kumpaniji, huwa fundamentali li jiġu previsti miżuri li jinnewtralizzaw il-preġudizzju attwali kontra l-finanzjament mill-bejgħ ta' ishma. F'dan id-dawl, huwa previst li l-kontribwenti jingħataw allowance għat-tkabbir u għall-investiment, li permezz tagħha ż-żidiet fl-ekwità ta' kontribwent għandhom ikunu deduċibbli mill-bażi taxxabbli tiegħu soġġett għal ċerti kundizzjonijiet. B'hekk, se jkun essenzjali li jiġi żgurat li s-sistema ma ssofrix minn effetti kaskata u, għal dan il-għan, se jkun meħtieġ li jiġi eskluż il-valur tat-taxxa tal-parteċipazzjonijiet ta' kontribwent f'intrapriżi assoċjati. Fl-aħħar nett, sabiex l-iskema tal-allowance ssir robusta biżżejjed, se jkun meħtieġ ukoll li jiġu stabbiliti regoli kontra l-evitar tat-taxxa.
(10)  Il-fatt li l-imgħax imħallas fuq is-self huwa deduċibbli mill-bażi għat-taxxa ta' kontribwent, filwaqt li dan mhuwiex il-każ għad-distribuzzjonijiet tal-profitti, joħloq vantaġġ definittiv favur il-finanzjament permezz tad-dejn, għall-kuntrarju tal-ekwità. Minħabba r-riskji li dan iġib miegħu għall-pożizzjoni ta' dejn tal-kumpaniji, huwa fundamentali li jiġu previsti miżuri li jinnewtralizzaw il-preġudizzju attwali kontra l-finanzjament mill-bejgħ ta' ishma, billi tiġi limitata l-possibbiltà li jiġi dedott l-imgħax imħallas għal self mill-bażi għat-taxxa tal-kontribwent. Tali regola dwar il-limitazzjoni tal-imgħax tikkostitwixxi strument xieraq u suffiċjenti għal dak l-għan.
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 12
(12)  Sabiex jiġi skoraġġut it-trasferiment tal-introjtu passiv (primarjament, finanzjarju) minn kumpaniji intaxxati ħafna, kwalunkwe telf li jistgħu jagħmlu dawn kumpaniji fit-tmiem ta' sena tat-taxxa għandu jitqies li jikkorrispondi l-aktar għar-riżultati tal-attività tan-negozjar. Abbażi ta' dik il-premessa, il-kontribwenti għandhom ikunu permessi jirriportaw it-telf b'mod indefinit mingħajr restrizzjonijiet fuq l-ammont deduċibbli fis-sena. Billi r-riport tat-telf huwa maħsub biex jiżgura li kontribwent iħallas it-taxxa fuq l-introjtu reali tiegħu, ma hemm l-ebda raġuni sabiex jitpoġġa limitu ta' żmien fuq ir-riport. Fir-rigward tal-prospett għal trasferiment lura tat-telf, mhux se jkun meħtieġ li tiġi introdotta regola bħal din, minħabba li dan huwa relattivament rari fil-prattika tal-Istati Membri u għandu t-tendenza li jwassal għal kumplessità eċċessiva. Barra minn hekk, għandha tiġi stabbilita dispożizzjoni kontra l-abbużi sabiex ikunu evitati, imfixkla jew miġġielda t-tentattivi li jiġu evitati r-regoli dwar id-deduċibbiltà tat-telf permezz tax-xiri ta' kumpaniji li jkunu qegħdin jagħmlu t-telf.
(12)  Sabiex jiġi skoraġġut it-trasferiment tal-introjtu passiv (primarjament, finanzjarju) minn kumpaniji intaxxati ħafna, kwalunkwe telf li jistgħu jagħmlu dawn il-kumpaniji fit-tmiem ta' sena tat-taxxa jenħtieġ li jitqies li jikkorrispondi l-aktar għar-riżultati tal-attività tan-negozjar. Abbażi ta' dik il-premessa, il-kontribwenti jenħtieġ li jkunu permessi jirriportaw it-telf f'perjodu ta' ħames snin b'restrizzjonijiet fuq l-ammont deduċibbli fis-sena. Fir-rigward tal-prospett għal trasferiment lura tat-telf, mhux se jkun meħtieġ li tiġi introdotta regola bħal din, minħabba li dan huwa relattivament rari fil-prattika tal-Istati Membri u għandu t-tendenza li jwassal għal kumplessità eċċessiva. Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/11641a tistabbilixxi regola ġenerali kontra l-abbużi sabiex ikunu evitati, imfixkla jew miġġielda t-tentattivi li jiġu evitati r-regoli dwar id-deduċibbiltà tat-telf permezz tax-xiri ta' kumpaniji li jkunu qegħdin jagħmlu t-telf. Din ir-regola ġenerali jenħtieġ ukoll li titqies sistematikament fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.
_________________
1a Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164 tat-12 ta' Lulju 2016 li tistabbilixxi regoli kontra l-prattiki ta' evitar tat-taxxa li jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern (ĠU L 193, 19.7.2016, p. 1).
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 13
(13)  Sabiex tiġi ffaċilitata l-kapaċità tal-likwidità tan-negozji – pereżempju, billi t-telf tan-negozji ġodda fi Stat Membru jiġi kkumpensat bi profitti fi Stat Membru ieħor – u titħeġġeġ l-espansjoni transfruntiera fi ħdan l-Unjoni, il-kontribwenti għandhom ikunu intitolati li temporanjament jieħdu f'kunsiderazzjoni t-telf imġarrab mis-sussidjarji immedjati u l-istabbilimenti permanenti tagħhom li jinsabu fi Stati Membri oħrajn. Għal dak il-għan, kumpanija omm jew uffiċċju prinċipali li jinsabu fi Stat Membru għandhom ikunu jistgħu jnaqqsu mill-bażi għat-taxxa tagħhom, f'sena tat-taxxa partikolari, it-telf imġarrab fl-istess sena tat-taxxa mis-sussidjarji immedjati jew mill-istabbilimenti permanenti tagħhom li jinsabu fi Stati Membri oħrajn b'mod proporzjonali għall-parteċipazzjoni tagħhom. Imbagħad, il-kumpanija omm għandha tkun mitluba żżid lura mal-bażi għat-taxxa tagħha, wara li tikkunsidra l-ammont ta' telf li kien imnaqqas qabel, kwalunkwe profitti sussegwenti magħmula minn dawk is-sussidjarji immedjati jew l-istabbilimenti permanenti. Billi huwa vitali li jiġi ssalvagwardjat id-dħul mit-taxxa nazzjonali, it-telf imnaqqas għandu wkoll jiġi inkorporat mill-ġdid awtomatikament jekk dan ma jkunx seħħ diġà wara ċertu numru ta' snin jew jekk ir-rekwiżiti sabiex jikkwalifikaw bħala sussidjarji immedjati jew stabbilimenti permanenti ma jibqgħux jiġu ssodisfati.
imħassar
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 15
(15)  Huwa kruċjali li jiġu previsti miżuri xierqa kontra l-evitar tat-taxxa sabiex tissaħħaħ ir-reżiljenza tar-regoli dwar bażi komuni kontra prattiki ta' ppjanar aggressiv tat-taxxa. Speċifikament, is-sistema għandha tinkludi regola ġenerali kontra l-abbuż ('GAAR'), issupplimentata b'miżuri maħsuba biex irażżnu tipi speċifiċi ta' evitar. Minħabba li l-GAARs għandhom il-funzjoni li jindirizzaw prattiki tat-taxxa abbużivi li sa issa għadhom ma ġewx indirizzati permezz ta' dispożizzjonijiet immirati speċifikament, huma jimlew il-lakuni, u għalhekk ma għandhomx jaffettwaw l-applikabbiltà ta' regoli speċifiċi kontra l-evitar tat-taxxa. Fi ħdan l-Unjoni, il-GAARs għandhom jiġu applikati għall-arranġamenti li mhumiex ġenwini. Barra minn hekk, huwa importanti li jiġi żgurat li l-GAARs japplikaw b'mod uniformi għal sitwazzjonijiet domestiċi, sitwazzjonijiet transfruntiera fi ħdan l-Unjoni u sitwazzjonijiet transfruntiera li jinvolvu kumpaniji stabbiliti f'pajjiżi terzi, sabiex b'hekk il-kamp ta' applikazzjoni tagħhom u r-riżultati tal-applikazzjoni ma jkunux differenti.
(15)  Huwa kruċjali li jiġu previsti miżuri xierqa kontra l-evitar tat-taxxa sabiex tissaħħaħ ir-reżiljenza tar-regoli dwar bażi komuni kontra prattiki ta' ppjanar aggressiv tat-taxxa. Speċifikament, is-sistema jenħtieġ li tinkludi regola ġenerali b'saħħitha u effettiva kontra l-abbuż ('GAAR'), issupplimentata b'miżuri maħsuba biex irażżnu tipi speċifiċi ta' evitar. Minħabba li l-GAARs għandhom il-funzjoni li jindirizzaw prattiki tat-taxxa abbużivi li sa issa għadhom ma ġewx indirizzati permezz ta' dispożizzjonijiet immirati speċifikament, huma jimlew il-lakuni, u għalhekk jenħtieġ li ma jaffettwawx l-applikabbiltà ta' regoli speċifiċi kontra l-evitar tat-taxxa. Fi ħdan l-Unjoni, il-GAARs jenħtieġ li jiġu applikati għall-arranġamenti li mhumiex ġenwini. Barra minn hekk, huwa importanti li jiġi żgurat li l-GAARs japplikaw b'mod uniformi għal sitwazzjonijiet domestiċi, sitwazzjonijiet transfruntiera fi ħdan l-Unjoni u sitwazzjonijiet transfruntiera li jinvolvu kumpaniji stabbiliti f'pajjiżi terzi, sabiex b'hekk il-kamp ta' applikazzjoni tagħhom u r-riżultati tal-applikazzjoni ma jkunux differenti.
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Premessa 17
(17)  Meta wieħed iqis li l-effett tad-diskrepanzi ibridi ġeneralment ikun tnaqqis doppju (jiġifieri tnaqqis fiż-żewġ Stati) jew tnaqqis tal-introjtu fi Stat wieħed mingħajr inklużjoni fil-bażi għat-taxxa ta' Stat ieħor, tali sitwazzjonijiet jaffettwaw b'mod ċar is-suq intern billi jfixklu l-mekkaniżmi tiegħu u joħolqu lakuni sabiex il-prattiki tal-evitar tat-taxxa jkomplu jiffjorixxu. Minħabba li d-diskrepanzi jiġu ġġenerati minn differenzi nazzjonali fil-kwalifika legali ta' ċerti tipi ta' entitajiet jew ħlasijiet finanzjarji, dawn normalment ma jseħħux fost il-kumpaniji li japplikaw ir-regoli komuni għall-kalkolazzjoni tal-bażi għat-taxxa tagħhom. Madankollu, id-diskrepanzi jippersistu fl-interazzjoni bejn il-qafas ta' bażi komuni u s-sistemi tat-taxxa korporattiva nazzjonali jew ta' pajjiżi terzi. Sabiex jiġu newtralizzati l-effetti tal-arranġamenti ta' diskrepanzi ibridi, jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli li permezz tagħhom waħda miż-żewġ ġurisdizzjonijiet f'diskrepanza tirrifjuta t-tnaqqis ta' pagament jew tiżgura li l-introjtu korrispondenti jiġi inkluż fil-bażi għat-taxxa korporattiva.
(17)  Meta wieħed iqis li l-effett tad-diskrepanzi tal-fergħat u ibridi ġeneralment ikun tnaqqis doppju (jiġifieri tnaqqis fiż-żewġ Stati) jew tnaqqis tal-introjtu fi Stat wieħed mingħajr inklużjoni fil-bażi għat-taxxa ta' Stat ieħor, tali sitwazzjonijiet jaffettwaw b'mod ċar is-suq intern billi jfixklu l-mekkaniżmi tiegħu u joħolqu lakuni sabiex il-prattiki tal-evitar tat-taxxa jkomplu jiffjorixxu. Minħabba li d-diskrepanzi jiġu ġġenerati minn differenzi nazzjonali fil-kwalifika legali ta' ċerti tipi ta' entitajiet jew ħlasijiet finanzjarji, dawn normalment ma jseħħux fost il-kumpaniji li japplikaw ir-regoli komuni għall-kalkolazzjoni tal-bażi għat-taxxa tagħhom. Madankollu, id-diskrepanzi jippersistu fl-interazzjoni bejn il-qafas ta' bażi komuni u s-sistemi tat-taxxa korporattiva nazzjonali jew ta' pajjiżi terzi. Sabiex jiġu newtralizzati l-effetti tad-diskrepanzi ibridi jew ta' arranġamenti relatati, id-Direttiva (UE) 2016/1164 tistabilixxi r-regoli dwar id-diskrepanzi ibridi u d-diskrepanzi ibridi inversi. Dawn ir-regoli ġenerali jenħtieġ li jitqiesu sistematikament fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Premessa 17a (ġdida)
(17a)  L-Istati Membri jenħtieġ li ma jinżammux milli jintroduċu miżuri addizzjonali kontra l-evitar tat-taxxa sabiex inaqqsu l-effetti negattivi tat-trasferiment tal-profitt lejn pajjiżi terzi b'rata baxxa ta' taxxa , li mhux neċessarjament b'mod awtomatiku jiskambjaw l-informazzjoni dwar it-taxxa skont l-istandards tal-Unjoni.
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Premessa 17b (ġdida)
(17b)  L-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom fis-seħħ sistema ta' penali għal ksur mill-intrapriżi ta' dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva kif previst fid-dritt nazzjonali u jenħtieġ li jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan.
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Premessa 19
(19)  Sabiex jiġu ssupplimentati jew emendati ċerti elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, is-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' (i) il-kunsiderazzjoni tal-bidliet fil-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-forom tal-kumpaniji u t-taxxi korporattivi u l-emendar tal-Annessi I u II kif xieraq; (ii) l-istipular ta' definizzjonijiet addizzjonali; (iii) il-promulgazzjoni ta' regoli dettaljati kontra l-evitar tat-taxxa f'għadd ta' oqsma speċifikati rilevanti għall-allowance għat-tkabbir u għall-investiment; (iv) id-definizzjoni f'aktar dettall tal-kunċetti ta' sjieda legali u ekonomika tal-assi lokati; (v) il-kalkolazzjoni tal-elementi ta' kapital u imgħax tal-ħlasijiet tal-lokazzjoni u l-bażi għad-deprezzament tal-assi lokati; u (vi) id-definizzjoni b'mod aktar preċiż tal-kategoriji ta' assi fissi soġġetti għal deprezzament. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Meta tiġi biex tħejji u tfassal atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
(19)  Sabiex jiġu ssupplimentati jew emendati ċerti elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, is-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' (i) il-kunsiderazzjoni tal-bidliet fil-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-forom tal-kumpaniji u t-taxxi korporattivi u l-emendar tal-Annessi I u II kif xieraq; (ii) l-istipular ta' definizzjonijiet addizzjonali; (iii) id-definizzjoni f'aktar dettall tal-kunċetti ta' sjieda legali u ekonomika tal-assi lokati; (iv) il-kalkolazzjoni tal-elementi ta' kapital u imgħax tal-ħlasijiet tal-lokazzjoni u l-bażi għad-deprezzament tal-assi lokati; (v) id-definizzjoni b'mod aktar preċiż tal-kategoriji ta' assi fissi soġġetti għal deprezzament. u (vi) l-ħruġ ta' linji gwida għall-fażi ta' tranżizzjoni fejn it-tqassim skont formula speċifika jeżisti flimkien ma' metodi oħra ta' allokazzjoni fit-trattament ta' pajjiżi terzi. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Meta tiġi biex tħejji u tfassal atti delegati, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura li jkun hemm trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Premessa 19a (ġdida)
(19a)  Il-Kummissjoni jenħtieġ li timmonitorja l-implimentazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva bil-għan li jkunu evitati sitwazzjonijiet li fihom l-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru japplika reġim differenti. Barra minn hekk, in-nuqqas ta' regoli ta' kontabbiltà armonizzati fl-Unjoni jenħtieġ li ma jwassalx għal opportunitajiet ġodda ta' ppjanar u arbitraġġ tat-taxxa. Għalhekk, l-armonizzazzjoni tar-regoli ta' kontabbiltà jistgħu jsaħħu r-reġim komuni, speċjalment jekk u meta n-negozji kollha tal-Unjoni jaqgħu taħt dan ir-reġim.
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Premessa 23
(23)  Il-Kummissjoni għandha tkun obbligata li tirrevedi l-applikazzjoni tad-Direttiva ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tagħha u tirrapporta lill-Kunsill dwar it-tħaddim tagħha. L-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva,
(23)  Billi din id-Direttiva fiha tibdil importanti għar-regoli dwar it-tassazzjoni korporattiva, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun obbligata twettaq valutazzjoni bir-reqqa tal-applikazzjoni tad-Direttiva ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tagħha u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-tħaddim tagħha. Dan ir-rapport ta' implimentazzjoni jenħtieġ li jinkludi mill-inqas il-punti li ġejjin: l-impatt tas-sistema ta' tassazzjoni prevista f'din id-Direttiva għad-dħul tal-Istati Membri, il-vantaġġi u l-iżvantaġġi tas-sistema għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, l-impatt fuq ġbir ġust tat-taxxa bejn l-Istati Membri, l-impatt fuq is-suq intern fl-intier tiegħu, b'attenzjoni partikolari għad-distorsjoni possibbli tal-kompetizzjoni bejn il-kumpaniji soġġetti għar-regoli l-ġodda stabbiliti f'din id-Direttiva, u n-numru ta' impriżi li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni matul il-perjodu ta' tranżizzjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun rikjesta tirrieżamina l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għaxar snin wara li tidħol fis-seħħ u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-tħaddim tagħha. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu obbligati li jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva,
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1
1.  Din id-Direttiva tistabbilixxi sistema ta' bażi komuni għat-tassazzjoni ta' ċerti kumpaniji u tistipula regoli għall-kalkolazzjoni ta' dik il-bażi.
1.  Din id-Direttiva tistabbilixxi sistema ta' bażi komuni għat-tassazzjoni fl-Unjoni ta' ċerti kumpaniji u tistipula regoli għall-kalkolazzjoni ta' dik il-bażi, inklużi regoli dwar il-miżuri għall-prevenzjoni tal-evitar tat-taxxa u dwar il-miżuri rigward id-dimensjoni internazzjonali tas-sistema tat-taxxa proposta.
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Ir-regoli ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw għal kumpanija li hija stabbilita skont il-liġijiet ta' Stat Membru, inklużi l-istabbilimenti permanenti tagħha fi Stati Membri oħrajn, fejn il-kumpanija tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
1.  Ir-regoli ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw għal kumpanija li hija stabbilita skont il-liġijiet ta' Stat Membru, inklużi l-istabbilimenti permanenti u diġitali permanenti tagħha fi Stati Membri oħrajn, fejn il-kumpanija tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c
(c)  tkun tagħmel parti minn grupp ikkonsolidat għall-finijiet ta' kontabilità finanzjarja bi dħul totali tal-grupp ikkonsolidat ta' aktar minn EUR 750 000 000 matul is-sena finanzjarja ta' qabel is-sena finanzjarja rilevanti;
(c)  tkun tagħmel parti minn grupp ikkonsolidat għall-finijiet ta' kontabilità finanzjarja bi dħul totali tal-grupp ikkonsolidat ta' aktar minn EUR 750 000 000 matul is-sena finanzjarja ta' qabel is-sena finanzjarja rilevanti. Dan il-livell limitu għandu jitbaxxa għal żero fuq perjodu massimu ta' seba' snin;
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 3
3.  Kumpanija li tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, iżda li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet tal-punti (c) u (d) ta' dak il-paragrafu, tista' tagħżel, inkluż għall-istabbilimenti permanenti tagħha li jinsabu fi Stati Membri oħrajn, li tapplika r-regoli ta' din id-Direttiva għal perjodu ta' ħames snin tat-taxxa. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż awtomatikament għal termini suċċessivi ta' ħames snin tat-taxxa, sakemm ma jkunx hemm avviż ta' terminazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 65(3). Il-kundizzjonijiet taħt il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 għandhom jiġu ssodisfati kull darba li sseħħ l-estensjoni.
3.  Kumpanija li tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, iżda li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet tal-punti (c) u (d) ta' dak il-paragrafu, tista' tagħżel, inkluż għall-istabbilimenti permanenti tagħha li jinsabu fi Stati Membri oħrajn, li tapplika r-regoli ta' din id-Direttiva.
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 4
4.  Ir-regoli ta' din id-Direttiva ma għandhomx japplikaw għal kumpanija tat-tbaħħir taħt sistema tat-taxxa speċjali. Kumpanija tat-tbaħħir taħt sistema tat-taxxa speċjali għandha tittieħed f'kunsiderazzjoni għall-fini tad-determinazzjoni tal-kumpaniji li huma membri tal-istess grupp kif imsemmi fl-Artikolu 3.
imħassar
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a
(a)  ikollha dritt li terżerċita iżjed minn 50 % tad-drittijiet tal-vot; u
(a)  ikollha dritt li teżerċita drittijiet tal-vot li jaqbżu l-50 %; u
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 12
(12)  "kostijiet tas-self" tfisser l-ispejjeż tal-imgħax fuq kull tip ta' dejn, kostijiet oħra ekonomikament ekwivalenti għall-imgħax u l-ispejjeż imġarrba b'rabta mal-ġbir ta' finanzi, kif definiti fil-liġi nazzjonali, inklużi ħlasijiet taħt self bi dritt ta' parteċipazzjoni fil-profitti, l-imgħax imputat fuq bonds konvertibbli u bonds mingħajr kupuni, ħlasijiet taħt arranġamenti ta' finanzjament alternattivi, l-elementi tal-kost tal-finanzi ta' ħlasijiet ta' lokazzjoni finanzjarja, l-imgħax kapitalizzat inkluż fil-valur tal-karta bilanċjali ta' assi relatat, l-amortizzament tal-imgħax kapitalizzat, l-ammonti mkejla b'referenza għal redditu ta' finanzjament skont regoli dwar l-ipprezzar tat-trasferiment, l-ammonti ta' imgħax nozzjonali skont strumenti derivattivi jew arranġamenti ta' ħħeġġjar relatati mas-self ta' entità, ir-rendiment definit fuq iż-żidiet fl-ekwità netta kif imsemmi fl-Artikolu 11 ta' din id-Direttiva, ċerti profitti mill-kambju u telf fuq self u strumenti marbuta mal-ġbir tal-finanzi, tariffi ta' garanzija għall-arranġamenti ta' finanzjament, tariffi tal-arranġamenti u kostijiet simili relatati mas-self ta' fondi;
(12)  "kostijiet tas-self" tfisser l-ispejjeż tal-imgħax fuq kull tip ta' dejn, kostijiet oħra ekonomikament ekwivalenti għall-imgħax u l-ispejjeż imġarrba b'rabta mal-ġbir ta' finanzi, kif definiti fil-liġi nazzjonali, inklużi ħlasijiet taħt self bi dritt ta' parteċipazzjoni fil-profitti, l-imgħax imputat fuq bonds konvertibbli u bonds mingħajr kupuni, ħlasijiet taħt arranġamenti ta' finanzjament alternattivi, l-elementi tal-kost tal-finanzi ta' ħlasijiet ta' lokazzjoni finanzjarja, l-imgħax kapitalizzat inkluż fil-valur tal-karta bilanċjali ta' assi relatat, l-amortizzament tal-imgħax kapitalizzat, l-ammonti mkejla b'referenza għal redditu ta' finanzjament skont regoli dwar l-ipprezzar tat-trasferiment, l-ammonti ta' imgħax nozzjonali skont strumenti derivattivi jew arranġamenti ta' ħħeġġjar relatati mas-self ta' entità, ċerti profitti mill-kambju u telf fuq self u strumenti marbuta mal-ġbir tal-finanzi, tariffi ta' garanzija għall-arranġamenti ta' finanzjament, tariffi tal-arranġamenti u kostijiet simili relatati mas-self ta' fondi;
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 30a (ġdid)
(30a)  "ġurisdizzjoni li ma tikkooperax" tfisser ġurisdizzjoni li għaliha japplika kwalunkwe każ mis-segwenti:
(a)  ġurisdizzjoni li ma tissodisfax l-istandards ta' trasparenza internazzjonali;
(b)  jeżistu reġimi preferenzjali potenzjali fi ħdan il-ġurisdizzjoni;
(c)  teżisti sistema tat-taxxa mingħajr taxxa fuq l-introjtu tal-kumpaniji jew waħda li tkun qrib iż-żero fi ħdan il-ġurisdizzjoni;
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 30b (ġdid)
(30b)  "sustanza ekonomika" tfisser kriterji fattwali, inkluż fil-kuntest tal-ekonomija diġitali, li jippermettu li l-preżenza taxxabbli ta' intrapriza tiġi definita abbażi ta' kriterji fattwali, bħall-eżistenza ta' riżorsi umani u materjali speċifiċi għall-entità, l-awtonomija tal-ġestjoni tagħha, ir-realtà ġuridika tagħha u, meta jkun xieraq, in-natura tal-assi tagħha;
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 30c (ġdid)
(30c)  "kumpanija tal-isem" tfisser kull tip ta' entità ġuridika mingħajr sustanza ekonomika u li titwaqqaf purament għal skopijiet ta' taxxa;
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 30d (ġdid)
(30d)  "kost tar-royalties" tfisser kostijiet li jiġu minn pagamenti ta' kwalunkwe tip magħmula bħala kunsiderazzjoni għall-użu ta', jew id-dritt tal-użu ta', kull dritt tal-awtur ta' xogħol letterarju, artistiku jew xjentifiku, inklużi films ċinematografiċi u software, kull privattiva, trademark, disinn jew mudell, pjan, formula jew proċess sigriet, jew għal informazzjoni dwar esperjenza industrijali, kummerċjali jew xjentifika jew kwalunkwe assi ieħor intanġibbli; pagamenti għall-użu ta', jew id-dritt tal-użu ta', apparat industrijali, kummerċjali jew xjentifiku għandhom jitqiesu bħala kostijiet tar-royalties;
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 30e (ġdid)
(30e)  "ipprezzar ta' trasferiment" tfisser l-ipprezzar li permezz tiegħu intrapriża tittrasferixxi beni tanġibbli jew assi intanġibbli, jew tipprovdi servizzi lil intrapriżi assoċjati;
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 31
(31)  "diskrepanza ibrida" tfisser sitwazzjoni bejn kontribwent u intrapriża assoċjata jew arranġament strutturat bejn il-partijiet f'ġurisdizzjonijiet tat-taxxa differenti fejn kwalunkwe wieħed mill-eżiti li ġejjin huma attribwibbli għal differenzi fil-karatterizzazzjoni legali ta' strument finanzjarju jew entità finanzjarja, jew it-trattament ta' preżenza kummerċjali bħala stabbiliment permanenti:
(31)  "diskrepanza ibrida" tfisser diskrepanza ibrida kif definita fil-punt (9) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2016/1164;
(a)  tnaqqis tal-istess pagament, spejjeż jew telf mill-bażi taxxabbli jseħħ kemm fil-ġurisdizzjoni fejn il-pagament għandu s-sors tiegħu, l-ispejjeż ikunu saru jew it-telf jiġġarrab kif ukoll fil-ġurisdizzjoni l-oħra ("tnaqqis doppju");
(b)  tnaqqis ta' pagament mill-bażi taxxabbli fil-ġurisdizzjoni fejn il-pagament għandu s-sors tiegħu mingħajr inklużjoni korrispondenti għal finijiet ta' taxxa tal-istess pagament fil-ġurisdizzjoni l-oħra ("tnaqqis mingħajr inklużjoni");
(c)  fil-każ ta' differenzi fit-trattament ta' preżenza kummerċjali bħala stabbiliment permanenti, nontassazzjoni tal-introjtu li għandu s-sors tiegħu f'ġurisdizzjoni mingħajr inklużjoni korrispondenti għal finijiet ta' taxxa tal-istess introjtu fil-ġurisdizzjoni l-oħra ("nontassazzjoni mingħajr inklużjoni").
Diskrepanza ibrida tinqala' biss sal-punt li l-istess pagament imnaqqas, spejjeż magħmula jew telf imġarrab f'żewġ ġurisdizzjonijiet jaqbżu l-ammont ta' introjtu li jiġi inkluż fiż-żewġ ġurisdizzjonijiet u li jista' jiġi attribwit lill-istess sors.
Diskrepanza ibrida tinkludi wkoll it-trasferiment ta’ strument finanzjarju taħt arranġament strutturat li jinvolvi lil kontribwent fejn ir-redditu sottostanti fuq l-istrument finanzjarju trasferit huwa trattat għal finijiet ta’ taxxa bħala derivat simultanjament minn aktar minn waħda mill-partijiet għall-arranġament, li huma residenti għal finijiet ta’ taxxa f’ġurisdizzjonijiet differenti, li jagħti lok għal kwalunkwe wieħed mill-eżiti li ġejjin:
(a)  tnaqqis ta' pagament konness mar-redditu sottostanti mingħajr inklużjoni korrispondenti għal finijiet ta' taxxa ta' tali pagament, sakemm ir-redditu sottostanti ma jkunx inkluż fl-introjtu taxxabbli ta' waħda mill-partijiet involuti;
(b)  kumpens mit-taxxa minn ras il-għajn fuq pagament derivat mill-istrument finanzjarju ttrasferit għal aktar minn waħda mill-partijiet involuti.
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 32
(32)  "arranġament strutturat" tfisser arranġament li jinvolvi diskrepanza ibrida fejn id-diskrepanza hija pprezzata fit-termini tal-arranġament jew arranġament li tfassal biex jipproduċi eżitu ta' diskrepanza ibrida, ħlief jekk il-kontribwent jew intrapriża assoċjata ma setgħux jiġu raġonevolment mistennija jkunu konxji tad-diskrepanza ibrida u ma kkondividewx fil-valur tal-benefiċċju tat-taxxa li jirriżulta mid-diskrepanza ibrida;
imħassar
Emenda 35
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 33a (ġdid)
(33a)  "stabbiliment diġitali permanenti" tfisser preżenza diġitali sinifikanti tal-kontribwent li jagħti servizzi f'ġurisdizzjoni diretti lejn konsumaturi jew negozji f'din il-ġurisdizzjoni, skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 5(2a);
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 33b (ġdid)
(33b)  "numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa Ewropew" jew "NIT" tfisser numru kif definit fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Diċembru 2012 li tinkludi pjan ta' azzjoni biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa.
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 2
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 66 sabiex jiġu stipulati definizzjonijiet ta' aktar kunċetti.
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 66 sabiex jiġu aġġornati d-definizzjonijiet attwali jew stipulati definizzjonijiet ta' aktar kunċetti.
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Kontribwent għandu jitqies li għandu stabbiliment permanenti fi Stat Membru għajr l-Istat Membru fejn huwa residenti għal finijiet ta' taxxa meta jkollu post fiss f'dak l-Istat Membru l-ieħor minn fejn huwa jmexxi kompletament jew parzjalment in-negozju tiegħu, inkluż b'mod partikolari:
1.  Kontribwent għandu jitqies li għandu stabbiliment permanenti li jinkludi stabbiliment diġitali permanenti fi Stat Membru għajr l-ġurisdizzjoni fejn huwa residenti għal finijiet ta' taxxa meta jkollu post fiss tan-negozju jew preżenza diġitali f'dak l-Istat Membru l-ieħor minn fejn huwa jmexxi kompletament jew parzjalment in-negozju tiegħu, inkluż b'mod partikolari:
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 - paragrafu 1 - punt fa (ġdid)
(fa)  pjattaforma diġitali jew kwalunkwe mudell ta' negozju diġitali ieħor ibbażat fuq il-ġbir u l-użu ta' data għal finijiet kummerċjali.
Emenda 40
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Jekk kontribwent residenti f'ġurisdizzjoni waħda jipprovdi aċċess għal, jew joffri pjattaforma diġitali bħal pereżempju applikazzjoni elettronika, bażi tad-data, suq online, spazju għall-arkivjar jew joffri magna tat-tiftix jew servizzi ta' reklamar fuq sit web jew f'applikazzjoni elettronika, dan il-kontribwent għandu jitqies li jkollu stabbiliment diġitali permanenti fi Stat Membru għajr il-ġurisdizzjoni li fiha huwa resident għal finijiet ta' taxxa jekk l-ammont totali ta' dħul tal-kontribwent jew ta' intrapriża assoċjata dovuti għal tranżazzjonijiet remoti ġġenerati mill-pjattaformi diġitali msemmija qabel fil-ġurisdizzjoni mhux residenti jkun aktar minn EUR 5 000 000 kull sena u meta kwalunkwe kundizzjoni minn dawn li ġejjin tkun sodisfatta:
(a)  mill-inqas 1 000 utent individwali rreġistrat kull xahar iddomiċiljati fi Stat Membru għajr il-ġurisdizzjoni li fiha l-kontribwent huwa residenti għal finijiet ta' taxxa li lloggjaw jew żaru l-pjattaformi diġitali tal-kontribwent;
(b)  mill-inqas 1 000 kuntratt diġitali jkunu ġew konklużi fix-xahar mal-klijenti jew mal-utenti li huma ddomiċiljati fil-ġurisdizzjoni mhux residenti f'sena fiskali;
(c)  il-volum tal-kontenut diġitali miġbur mill-kontribwent f'sena fiskali jaqbeż l-10 % tal-total tal-kontenut diġitali maħżun tal-grupp.
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 66 li jemenda din id-Direttiva billi taġġusta l-fatturi stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) ta' dan il-paragrafu abbażi tal-progress fil-ftehimiet internazzjonali.
Jekk flimkien mal-livell limitu bbażat fuq id-dħul stabbilit fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, wieħed jew aktar mit-tliet fatturi diġitali stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) ta' dan il-paragrafu jkunu applikabbli għal kontribwent fl-Istati Membru rilevanti, il-kontribwent għandu jitqies li jkollu stabbiliment permanenti f'dak l-Istat Membru.
Kontribwent għandu jkun meħtieġ jgħarraf lill-awtoritajiet tat-taxxa l-informazzjoni kollha rilevanti għad-determinazzjoni tal-istabbiliment permanenti jew tal-istabbiliment diġitali permanenti skont dan l-Artikolu.
Emenda 41
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
Minbarra l-ammonti li huma deduċibbli bħala kostijiet għar-riċerka u l-iżvilupp skont il-paragrafu 2, il-kontribwent jista' jnaqqas ukoll, għal kull sena tat-taxxa, 50 % addizzjonali ta' dawn il-kostijiet li jkun ġarrab matul dik is-sena, bl-eċċezzjoni tal-kost relatat mal-assi tanġibbli fissi mobbli. Sal-punt li l-kostijiet għar-riċerka u l-iżvilupp jilħqu aktar minn EUR 20 000 000, il-kontribwent jista' jnaqqas 25 % tal-ammont eċċessiv.
Fir-rigward tal-kostijiet għar-riċerka u l-iżvilupp ta' mhux aktar minn EUR 20 000 000 u li huma marbuta mal-persunal, inklużi l-pagi, is-subkuntratturi, ħaddiema fl-aġenziji u l-freelancers, il-kontribwent għandu jirċievi kreditu ta' taxxa fl-ammont ta' 10 % tal-ispejjeż imġarrba.
Emenda 42
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
B'deroga mill-ewwel subparagrafu, il-kontribwent jista' jnaqqas 100 % addizzjonali mill-kostijiet tiegħu għar-riċerka u l-iżvilupp sa EUR 20 000 000 meta dak il-kontribwent ikun jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
imħassar
(a)  huwa intrapriża mhux elenkata b'inqas minn 50 impjegat u b'fatturat annwali u/jew b'total tal-karta bilanċjali annwali li ma jabiżx l-EUR 10 000 000;
(b)  ma kienx irreġistrat għal aktar minn ħames snin. Jekk il-kontribwent ma jkunx soġġett għal reġistrazzjoni, il-perjodu ta' ħames snin jista' jitqies li jibda fil-mument li l-intrapriża tibda l-attività ekonomika tagħha jew inkella tkun responsabbli li tħallas it-taxxa fuqha;
(c)  ma ġiex iffurmat peremezz ta' fużjoni;
(d)  ma għandu l-ebda intrapriża assoċjata.
Emenda 43
Proposta għal direttiva
Artikolu 11
[...]
imħassar
Emenda 44
Proposta għal direttiva
Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt b
(b)  50 % tal-kostijiet għad-divertiment, sa ammont li ma jaqbiżx [x] % tad-dħul fis-sena tat-taxxa;
(b)  50 % tal-kostijiet għad-divertiment ordinarji u meħtieġa direttament relatati jew assoċjati man-negozju tal-kontribwent, sa ammont li ma jaqbiżx [x] % tad-dħul fis-sena tat-taxxa;
Emenda 45
Proposta għal direttiva
Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt c
(c)  it-trasferiment tal-qligħ miżmum għal riżerva li tifforma parti mill-ekwità tal-kumpanija;
(c)  it-trasferiment tal-qligħ miżmum għal riżerva li tifforma parti mill-ekwità tal-kumpanija, differenti mill-qligħ miżmum għal riżerva minn intrapriżi kooperattivi u konsorzji kooperattivi, kemm matul l-attività attwali tal-kumpanija kif ukoll wara l-iskadenza tagħha, skont ir-regoli tat-taxxa nazzjonali;
Emenda 46
Proposta għal direttiva
Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt ja (ġdid)
(ja)  spejjeż lil benefiċjarji li jinsabu f'pajjiżi elenkati fil-lista tal-UE ta' ġurisdizzjonijiet tat-taxxa li ma jikkooperawx (magħrufa wkoll bħala "rifuġji fiskali");
Emenda 47
Proposta għal direttiva
Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
Il-kostijiet tas-self eċċedenti għandhom ikunu jistgħu jitnaqqsu fis-sena tat-taxxa li fiha jiġġarrbu għal massimu ta' 30 % tal-qligħ tal-kontribwent qabel l-imgħax, it-taxxa, id-deprezzament u l-amortizzament ('EBITDA') jew għal ammont massimu ta' EUR 3 000 000, skont liema minnhom ikun l-ogħla.
Il-kostijiet tas-self eċċedenti għandhom ikunu jistgħu jitnaqqsu fis-sena tat-taxxa li fiha jiġġarrbu għal massimu ta' 10 % tal-qligħ tal-kontribwent qabel l-imgħax, it-taxxa, id-deprezzament u l-amortizzament ('EBITDA') jew għal ammont massimu ta' EUR 1 000 000, skont liema minnhom ikun l-ogħla.
Emenda 48
Proposta għal direttiva
Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, meta kontribwent ikun permess jew mitlub li jaġixxi f'isem grupp, kif definit fir-regoli ta' sistema nazzjonali ta' tassazzjoni ta' gruppi, il-grupp kollu għandu jiġi ttrattat bħala kontribwent. F'dawk iċ-ċirkostanzi, il-kostijiet tas-self eċċedenti u l-EBITDA għandhom jiġu kkalkolati għall-grupp kollu. L-ammont ta' EUR 3 000 000 għandu jiġi kkunsidrat ukoll għall-grupp kollu.
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, meta kontribwent ikun permess jew mitlub li jaġixxi f'isem grupp, kif definit fir-regoli ta' sistema nazzjonali ta' tassazzjoni ta' gruppi, il-grupp kollu għandu jiġi ttrattat bħala kontribwent. F'dawk iċ-ċirkostanzi, il-kostijiet tas-self eċċedenti u l-EBITDA għandhom jiġu kkalkolati għall-grupp kollu. L-ammont ta' EUR 1 000 000 għandu jiġi kkunsidrat ukoll għall-grupp kollu.
Emenda 49
Proposta għal direttiva
Artikolu 13 – paragrafu 6
6.  Il-kostijiet tas-self eċċedenti li ma jistgħux jitnaqqsu f'sena tat-taxxa partikolari għandhom jiġu riportati mingħajr ebda limitazzjoni ta' żmien.
6.  Il-kostijiet tas-self eċċedenti li ma jistgħux jitnaqqsu f'sena tat-taxxa partikolari għandhom jiġu riportati għal perjodu ta' ħames snin.
Emenda 50
Proposta għal direttiva
Artikolu 14a (ġdid)
Artikolu 14a
Eżenzjonijiet speċifiċi
Il-qligħ li jinżamm għal riżerva minn kooperattivi u konsorzji, kemm matul l-attività attwali tal-kumpanija kif ukoll wara l-iskadenza tagħha, kif ukoll il-benefiċċji mogħtija mill-kooperattivi u l-konsorzji lill-membri tagħhom stess huwa deduċibbli kull meta d-deduċibbiltà hija permessa mil-leġiżlazzjonijiet fiskali nazzjonali.
Emenda 51
Proposta għal direttiva
Artikolu 29
Artikolu 29
Artikolu 29
Tassazzjoni tal-ħruġ
Tassazzjoni tal-ħruġ
1.   Ammont ugwali għall-valur tas-suq tal-assi ttrasferiti, fil-ħin tal-ħruġ tal-assi, nieqes il-valur tagħhom għall-finijiet tat-taxxa, għandu jiġi ttrattat bħala dħul akkumulat fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw ir-regoli fil-qasam tat-tassazzjoni tal-ħruġ previsti mid-Direttiva (UE) 2016/1164.
(a)  meta kontribwent jittrasferixxi assi mill-uffiċċju prinċipali tiegħu għall-istabbiliment permanenti tiegħu fi Stat Membru ieħor jew f'pajjiż terz;
(b)  meta kontribwent jittrasferixxi assi mill-istabbiliment permanenti tiegħu fi Stat Membru għall-uffiċċju prinċipali tiegħu jew stabbiliment permanenti ieħor fi Stat Membru ieħor jew f'pajjiż terz, sal-punt li, minħabba t-trasferiment, l-Istat Membru tal-istabbiliment permanenti ma jibqax ikollu d-dritt li jintaxxa l-assi ttrasferiti;
(c)  meta kontribwent jittrasferixxi r-residenza tat-taxxa tiegħu lejn Stat Membru ieħor jew lejn pajjiż terz, ħlief għal dawk l-assi li jibqgħu effettivament konnessi ma' stabbiliment permanenti fl-ewwel Stat Membru;
(d)  meta kontribwent jittrasferixxi n-negozju mwettaq mill-istabbiliment permanenti tiegħu minn Stat Membru wieħed għal Stat Membru ieħor jew għal pajjiż terz, sal-punt li, minħabba t-trasferiment, l-Istat Membru tal-istabbiliment permanenti ma jibqax ikollu d-dritt li jintaxxa l-assi ttrasferiti.
2.  L-Istat Membru li lejh jiġu ttrasferiti l-assi, ir-residenza tat-taxxa jew in-negozju mwettaq minn stabbiliment permanenti għandu jaċċetta l-valur stabbilit mill-Istat Membru tal-kontribwent jew tal-istabbiliment permanenti bħala l-valur inizjali tal-assi għal finijiet ta' taxxa.
3.  Dan l-Artikolu ma għandux japplika għat-trasferimenti tal-assi relatati mal-finanzjament tat-titoli, l-assi mqiegħda bħala kollateral jew meta t-trasferiment tal-assi jseħħ sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kapitali prudenzjali jew għall-fini tal-ġestjoni tal-likwidità meta dawk l-assi jkunu mistennija jmorru lura għand l-Istat Membru tat-trasferent f'perjodu ta' 12-il xahar.
Emenda 52
Proposta għal direttiva
Artikolu 41 – paragrafu 1
1.  It-telf magħmul f'sena tat-taxxa minn kontribwent residenti jew stabbiliment permanenti ta' kontribwent mhux residenti jista' jiġi riportat u mnaqqas fis-snin tat-taxxa sussegwenti, sakemm ma jkunx previst mod ieħor minn din id-Direttiva.
1.  It-telf magħmul f'sena tat-taxxa minn kontribwent residenti jew stabbiliment permanenti ta' kontribwent mhux residenti jista' jiġi riportat u mnaqqas fis-snin tat-taxxa sussegwenti, sa perjodu massimu ta' ħames snin.
Emenda 53
Proposta għal direttiva
Artikolu 42
Artikolu 42
imħassar
Kumpens u rkupru tat-telf
1.  Kontribwent residenti li jkun għadu profittabbli wara li jkun naqqas it-telf tiegħu stess skont l-Artikolu 41 jista' addizzjonalment inaqqas it-telf imġarrab, fl-istess sena tat-taxxa, mis-sussidjarji kwalifikanti immedjati tiegħu, kif imsemmi fl-Artikolu 3(1), jew minn stabbiliment(i) permanenti li jinsab(u) fi Stati Membri oħrajn. Dan il-kumpens tat-telf għandu jingħata għal perjodu ta' żmien limitat f'konformità mal-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu.
2.  It-tnaqqis għandu jkun proporzjonali għall-parteċipazzjoni tal-kontribwent residenti fis-sussidjarji kwalifikanti tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 3(1) u għandu jkun sħiħ għall-istabbilimenti permanenti. It-tnaqqis tal-bażi għat-taxxa tal-kontribwent residenti fl-ebda każ ma għandu jirriżulta f'ammont negattiv.
3.  Il-kontribwent residenti għandu jżid lura mal-bażi għat-taxxa tiegħu, sal-ammont preċedentement imnaqqas bħala telf, kwalunkwe profitt sussegwenti magħmul mis-sussidjarji kwalifikanti tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 3(1) jew mill-istabbilimenti permanenti tiegħu.
4.  It-telf imnaqqas skont il-paragrafi 1 u 2 għandu awtomatikament jiġi inkorporat mill-ġdid fil-bażi għat-taxxa tal-kontribwent residenti fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a)  meta, fit-tmiem tal-ħames sena tat-taxxa wara li t-telf ikun sar deduċibbli, ma jkun ġie inkorporat mill-ġdid ebda profitt jew il-profitti inkorporati mill-ġdid ma jkunux jikkorrispondu għall-ammont sħiħ tat-telf imnaqqas;
(b)  meta l-kumpanija sussidjarja li tikkwalifika msemmija fl-Artikolu 3(1) tinbiegħ, tiġi stralċjata jew ittrasformata fi stabbiliment permanenti;
(c)  meta l-istabbiliment permanenti jinbiegħ, jiġi stralċjat jew ittrasformat f'kumpanija sussidjarja;
(d)  meta l-kumpanija omm ma tibqax tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 3(1).
Emenda 54
Proposta għal direttiva
Artikolu 45a (ġdid)
Artikolu 45a
Kontribuzzjoni tat-taxxa effettiva
Sakemm il-livell limitu stabbilit fil-punt (c) tal-Artikolu 2(1) jibqa' fis-seħħ, l-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw u jippubblikaw il-kontribuzzjoni tat-taxxa effettiva tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u tal-intrapriżi multinazzjonali fl-Istati Membri kollha, sabiex dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jiżguraw kundizzjonijiet ta' parità għall-kumpaniji simili fi ħdan l-Unjoni u jtaffu l-piż u l-kostijiet amministrattivi għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju.
Emenda 55
Proposta għal direttiva
Artikolu 53 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
B'deroga mill-punti (c) u (d) tal-Artikolu 8, kontribwent ma għandux ikun eżentat mit-taxxa fuq introjtu minn barra l-pajjiż li l-kontribwent ikun irċieva bħala distribuzzjoni tal-profitt mingħand entità f'pajjiż terz jew bħala rikavat mid-disponiment tal-ishma miżmuma f'entità f'pajjiż terz, fejn dik l-entità fil-pajjiż tar-residenza tat-taxxa tkun soġġetta għal rata tat-taxxa korporattiva statutorja aktar baxxa minn nofs ir-rata tat-taxxa statutorja li l-kontribwent kellu jkun soġġett għaliha, b'konnessjoni ma' tali introjtu minn barra l-pajjiż, fl-Istat Membru tar-residenza tiegħu għal finijiet ta' taxxa.
B'deroga mill-punti (c) u (d) tal-Artikolu 8, kontribwent ma għandux ikun eżentat mit-taxxa fuq introjtu minn barra l-pajjiż li ma jirriżultax minn negozju attiv u li l-kontribwent ikun irċieva bħala distribuzzjoni tal-profitt mingħand entità f'pajjiż terz jew bħala rikavat mid-disponiment tal-ishma miżmuma f'entità f'pajjiż terz, fejn dik l-entità fil-pajjiż tar-residenza tat-taxxa tkun soġġetta għal rata tat-taxxa korporattiva statutorja aktar baxxa minn 15 %, b'konnessjoni ma' tali introjtu minn barra l-pajjiż, fl-Istat Membru tar-residenza tiegħu għal finijiet ta' taxxa.
Emenda 56
Proposta għal direttiva
Artikolu 53 – paragrafu 2
2.  Meta japplika l-paragrafu 1, il-kontribwent għandu jkun soġġett għat-taxxa fuq l-introjtu minn barra l-pajjiż bi tnaqqis tat-taxxa mħallsa fil-pajjiż terz mill-obbligu tat-taxxa tiegħu fl-Istat Membru fejn ikun residenti għal finijiet ta' taxxa. It-tnaqqis ma għandux jaqbeż l-ammont ta' taxxa, kif ikkomputata qabel it-tnaqqis, li hija attribbwibbli għall-introjtu li jista' jkun intaxxat.
2.  Meta japplika l-paragrafu 1, il-kontribwent għandu jkun soġġett għat-taxxa fuq l-introjtu minn barra l-pajjiż bi tnaqqis tat-taxxa mħallsa fil-pajjiż terz mill-obbligu tat-taxxa tiegħu fl-Istat Membru fejn ikun residenti għal finijiet ta' taxxa. It-tnaqqis ma għandux jaqbeż l-ammont ta' taxxa, kif ikkomputata qabel it-tnaqqis, li hija attribbwibbli għall-introjtu li jista' jkun intaxxat. Sabiex jibbenefika mit-tnaqqis, il-kontribwent għandu jkun meħtieġ li juri bil-provi lill-awtoritajiet tat-taxxa tiegħu li l-introjtu barrani jirriżulta minn negozju attiv. Tali prova tista' tintwera permezz ta' ċertifikat maħruġ għal dan l-għan mill-awtoritajiet tat-taxxa barranin.
Emenda 57
Proposta għal direttiva
Artikolu 58
Artikolu 58
Artikolu 58
Regola ġenerali kontra l-abbużi
Regola ġenerali kontra l-abbużi
1.   Għall-finijiet tal-kalkolazzjoni tal-bażi ta' taxxa skont ir-regoli ta' din id-Direttiva, Stat Membru għandu jinjora arranġament jew sensiela ta' arranġamenti li, wara li ddaħħlu fis-seħħ għall-iskop essenzjali li jinkiseb vantaġġ tat-taxxa li jegħleb l-għan jew l-iskop ta' din id-Direttiva, mhumiex ġenwini, b'kunsiderazzjoni tal-fatti u taċ-ċirkostanzi kollha rilevanti. Arranġament jista' jinkludi aktar minn pass wieħed jew parti waħda.
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva għandha tapplika r-regola ġenerali kontra l-abbużi prevista mid-Direttiva (UE) 2016/1164.
2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, arranġament jew sensiela ta' arranġamenti għandhom jitqiesu bħala mhux ġenwini sakemm ma jkunux saru għal raġunijiet kummerċjali validi li jirriflettu r-realtà ekonomika.
3.  L-arranġamenti jew sensiela ta' arranġamenti li jiġu injorati skont il-paragrafu 1 għandhom jiġu ttrattati, għall-iskop tal-kalkolazzjoni tal-bażi għat-taxxa, b'referenza għas-sustanza ekonomika tagħhom.
Emenda 58
Proposta għal direttiva
Artikolu 59 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
Entità, jew stabbiliment permanenti li l-profitti tiegħu mhumiex soġġetti għat-taxxa jew huma eżentati mit-taxxa fl-Istat Membru tal-uffiċċju prinċipali tiegħu, għandhom jiġu ttrattati bħala korporazzjoni kkontrollata minn barra l-pajjiż meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
L-Istat Membru ta' kontribwent għandu jittratta entità, jew stabbiliment permanenti li l-profitti tiegħu mhumiex soġġetti għat-taxxa jew huma eżentati mit-taxxa f'dak l-Istat Membru, bħala kumpanija barranija kkontrollata meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
Emenda 59
Proposta għal direttiva
Artikolu 59 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b
(b)  it-taxxa korporattiva attwali mħallsa mill-entità jew mill-istabbiliment permanenti fuq il-profitti tagħha/tiegħu tkun aktar baxxa mid-differenza bejn it-taxxa korporattiva li kienet tkun imposta fuq il-profitti tal-entità jew tal-istabbiliment permanenti skont ir-regoli ta' din id-Direttiva u t-taxxa korporattiva attwali mħallsa fuq dawk il-profitti mill-entità jew mill-istabbiliment permanenti.
(b)  il-profitti tal-entità huma soġġetti għal rata tat-taxxa korporattiva aktar baxxa minn 15 %; dik ir-rata għandha tiġi vvalutata abbażi tal-profitt qabel l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet introdotti minn dawn il-pajjiżi biex titnaqqas il-bażi taxxabbli soġġetta għar-rata; dik ir-rata għandha tiġi riveduta kull sena skont l-iżviluppi ekonomiċi fil-kummerċ dinji;
Emenda 60
Proposta għal direttiva
Artikolu 59 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, fil-komputazzjoni tat-taxxa korporattiva li kienet tiġi imposta fuq il-profitti tal-entità skont ir-regoli tad-Direttiva fl-Istat Membru tal-kontribwent, l-introjtu ta' kwalunkwe stabbiliment permanenti tal-entità li mhuwiex soġġett għat-taxxa jew li huwa eżentat mit-taxxa fil-ġurisdizzjoni tal-korporazzjoni kkontrollata minn barra l-pajjiż ma għandux jiġi kkunsidrat.
imħassar
Emenda 61
Proposta għal direttiva
Artikolu 59 – paragrafu 2
2.  Meta entità jew stabbiliment permanenti tkun/ikun trattat(a) bħala korporazzjoni kkontrollata minn barra l-pajjiż skont il-paragrafu 1, l-introjtu mhux imqassam tal-entità jew tal-istabbiliment permanenti għandu jkun soġġett għal taxxa sal-punt li dan jiġi derivat mill-kategoriji li ġejjin:
2.  Meta entità jew stabbiliment permanenti tkun/ikun trattat(a) bħala kumpannija barranija kkontrollata skont il-paragrafu 1, l-Istat Membru tal-kontribwent għandu jinkludi fil-bażi għat-taxxa:
(a)  l-introjtu mhux iddistribwit tal-entità jew l-introjtu tal-istabbiliment permanenti li ġej mill-kategoriji li ġejjin:
(a)   imgħax jew kwalunkwe intojtu ieħor iġġenerat minn assi finanzjarji;
(i)   imgħax jew kwalunkwe introjtu ieħor iġġenerat minn assi finanzjarji;
(b)   royalties jew kwalunkwe introjtu ieħor iġġenerat minn proprjetà intellettwali;
(ii)   royalties jew kwalunkwe introjtu ieħor iġġenerat minn proprjetà intellettwali;
(c)   dividendi u introjtu mid-disponiment ta' ishma;
(iii)   dividendi u introjtu mid-disponiment ta' ishma;
(d)   introjtu minn kiri finanzjarju;
(iv)   introjtu minn kiri finanzjarju;
(e)   introjtu minn attivitajiet tal-assigurazzjoni, attivitajiet bankarji u attivitajiet finanzjarji oħra;
(v)   introjtu minn attivitajiet tal-assigurazzjoni, attivitajiet bankarji u attivitajiet finanzjarji oħra;
(f)   introjtu minn kumpaniji ta' fatturazzjoni li jaqilgħu introjtu fuq bejgħ u servizzi minn prodotti u servizzi mixtrija minn intrapriżi assoċjati u mibjugħa lilhom, li ftit li xejn iżidu l-valur ekonomiku.
(vi)   introjtu minn kumpaniji ta' fatturazzjoni li jaqilgħu introjtu fuq bejgħ u servizzi minn prodotti u servizzi mixtrija minn intrapriżi assoċjati u mibjugħa lilhom, li ma jżidux il-valur ekonomiku jew iżiduh ftit li xejn.
L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal korporazzjoni kkontrollata minn barra l-pajjiż li hija residenti jew tinsab fi Stat Membru jew f'pajjiż terz u li hija parti għall-Ftehim taż-ŻEE fejn il-korporazzjoni kkontrollata minn barra l-pajjiż tkun twaqqfet għal raġunijiet kummerċjali validi li jirriflettu r-realtà ekonomika. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-attività tal-korporazzjoni kkontrollata minn barra l-pajjiż għandha tirrifletti r-realtà ekonomika sal-punt li dik l-attività tkun appoġġata minn persunal, tagħmir, assi u bini proporzjonati.
Dan il-punt ma għandux japplika meta l-kumpanija barranija kkontrollata twettaq attività ekonomika sostanzjali appoġġata minn persunal, tagħmir, assi u proprjetajiet, kif jixhdu l-fatti u ċ-ċirkostanzi rilevanti. Meta l-kumpanija barranija kkontrollata tkun residenti jew tinsab f'pajjiż terz li mhux parti mill-Ftehim ŻEE, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jastjenu milli japplikaw is-subparagrafu preċedenti, jew
(b)  l-introjtu mhux iddistribwit tal-entità jew stabbiliment permanenti li jirriżulta minn arranġamenti mhux ġenwini li ġew stabbiliti għall-fini essenzjali li jinkiseb vantaġġ fiskali.
Għall-finijiet ta' dan il-punt, arranġament jew sensiela tagħhom għandhom jitqiesu bħala mhux ġenwini sal-punt li fih l-entità jew l-istabbiliment permanenti ma jkunux il-propjetarju tal-assi jew ma jkunux ħadu r-riskji li jiġġeneraw l-introjtu kollu tiegħu, jew parti minnu, li kieku ma kienx ikkontrollat minn kumpanija fejn jitwettqu l-funzjonijiet tal-persuni sinifikanti, li huma rilevanti għal dawk l-assi u riskji, u li huma strumentali biex jiġi ġġenerat l-introjtu tal-kumpanija kkontrollata.
Emenda 62
Proposta għal direttiva
Artikolu 59 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
Entità jew stabbiliment permanenti ma għandhomx jiġu ttrattati bħala korporazzjoni kkontrollata minn barra l-pajjiż kif imsemmija fil-paragrafu 1 meta mhux aktar minn terz tal-introjtu li jakkumula għall-entità jew għall-istabbiliment permanenti jkun jaqa' fi ħdan il-kategoriji (a) sa (f) tal-paragrafu 2.
Meta, skont ir-regoli ta' Stat Membru, il-bażi għat-taxxa ta' kontribwent tiġi kkalkolata skont il-punt (a) tal-paragrafu 2, l-Istat Membru jista' jagħżel li ma jittrattax entità jew stabbiliment permanenti bħala kumpanija barranija kkontrollata skont il-paragrafu 1 jekk terz jew inqas tal-introjtu li takkumula l-entità jew l-istabbiliment permanenti jaqa' fil-kategoriji taħt il-punt (a) tal-paragrafu 2.
Emenda 63
Proposta għal direttiva
Artikolu 59 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
L-impriżi finanzjarji ma għandhomx jiġu ttrattati bħala korporazzjonijiet ikkontrollati minn barra l-pajjiż skont il-paragrafu 1 meta mhux aktar minn terz tal-introjtu li jakkumula għall-entità jew għall-istabbiliment permanenti mill-kategoriji (a) sa (f) tal-paragrafu 2 ikun ġej minn tranżazzjonijiet mal-kontribwent jew ma' intrapriżi assoċjati tiegħu.
Meta, skont ir-regoli ta' Stat Membru, il-bażi għat-taxxa tal-kontribwent hija kkalkolata skont il-punt (a) tal-paragrafu 2, l-Istat Membru jista' jagħżel li ma jittrattax impriżi finanzjarji bħala kumpaniji barranin ikkontrollati jekk terz jew anqas tal-introjtu tal-entità mill-kategoriji taħt il-punt (a) tal-paragrafu 2 jiġi minn tranżazzjonijiet mal-kontribwent jew mal-intrapriżi assoċjati tiegħu.
Emenda 64
Proposta għal direttiva
Artikolu 59 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-kamp ta' applikazzjoni tal-punt (b) tal-paragrafu 2 entità jew stabbiliment permanenti:
(a)  bi profitti kontabilistiċi ta' mhux aktar minn EUR 750 000, u b'introjtu mhux mill-kummerċ ta' mhux aktar minn EUR 75 000; jew
(b)  li l-profitti kontabilistiċi tiegħu jammontaw għal mhux aktar minn 10 fil-mija tal-kostijiet operatorji għall-perjodu tat-taxxa.
Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, il-kostijiet operatorji ma jistgħux jinkludu l-kost tal-oġġetti mibjugħa barra l-pajjiż fejn l-entità hija residenti, jew fejn jinsab l-istabbiliment permanenti, għall-finijiet tat-taxxa u pagamenti lil intrapriżi assoċjati.
Emenda 65
Proposta għal direttiva
Artikolu 61
Artikolu 61
Artikolu 61
Diskrepanza ibrida
Diskrepanza ibrida
Sal-punt li diskrepanza ibrida bejn l-Istati Membri tirriżulta fi tnaqqis doppju tal-istess pagament, spejjeż jew telf, it-tnaqqis għandu jingħata biss fl-Istat Membru fejn tali pagament għandu s-sors tiegħu, l-ispejjeż jew it-telf ikunu ġġarbu.
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw ir-regoli previsti fl-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2016/1164 dwar id-diskrepanzi ibridi.
Sal-punt li diskrepanza ibrida li tinvolvi pajjiż terz tirriżulta fi tnaqqis doppju tal-istess pagament, spejjeż jew telf, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirrifjuta t-tnaqqis ta' tali pagament, spejjeż jew telf, sakemm il-pajjiż terz ma jkunx diġà għamel dan.
Sal-punt li diskrepanza ibrida bejn l-Istati Membri tirriżulta fi tnaqqis mingħajr inklużjoni, l-Istat Membru tal-pagatur għandu jirrifjuta t-tnaqqis ta' tali pagament.
Sal-punt li tali diskrepanza ibrida li tinvolvi pajjiż terz tirriżulta fi tnaqqis mingħajr inklużjoni:
(a)  jekk il-pagament ikollu s-sors tiegħu fi Stat Membru, dak l-Istat Membru għandu jirrifjuta t-tnaqqis, jew
(b)  jekk il-pagament għandu s-sors tiegħu f’pajjiż terz, l-Istat Membru kkonċernat għandu jitlob lill-kontribwent jinkludi tali pagament fil-bażi taxxabbli, ħlief jekk il-pajjiż terz ma ċaħadx diġà it-tnaqqis jew talab li l-pagament ikun inkluż.
Sal-punt li diskrepanza ibrida bejn Stati Membri li tinvolvi stabbiliment permanenti tirriżulta f'nontassazzjoni mingħajr inklużjoni, l-Istat Membru li fih il-kontribwent huwa residenti għal finijiet ta' taxxa għandu jitlob lill-kontribwent biex jinkludi fil-bażi taxxabbli l-introjtu attribwit lill-istabbiliment permanenti.
Sal-punt li diskrepanza ibrida li tinvolvi stabbiliment permanenti li jkun jinsab f’pajjiż terz tirriżulta f’nontassazzjoni mingħajr inklużjoni, l-Istat Membru kkonċernat għandu jitlob lill-kontribwent jinkludi fil-bażi taxxabbli l-introjtu attribwit lill-istabbiliment permanenti fil-pajjjiż terz.
4.  Sal-punt li pagament minn kontribwent lil intrapriża assoċjata f’pajjiż terz huwa kumpensat direttament jew indirettament b’pagament, spiża jew telf li minħabba d-diskrepanza ibrida jistgħu jitnaqqsu f’żewġ ġurisdizzjonijiet differenti barra l-Unjoni, l-Istat Membru tal-kontribwent għandu jiċħad it-tnaqqis tal-pagament mill-kontribwent lil intrapriża assoċjata f’pajjiż terz mill-bażi taxxabbli, ħlief jekk wieħed mill-pajjiżi terzi involuti ma jkunx diġà ċaħad it-tnaqqis tal-pagament, spiża jew telf li jkunu jistgħu jitnaqqsu f'żewġ ġurisdizzjonijiet differenti.
5.  Sal-punt li l-inklużjoni korrispondenti ta' pagament deduċibbli minn kontribwent lil intrapriża assoċjata f'pajjiż terz tiġi paċuta direttament jew indirettament ma' pagament li, minħabba diskrepanza ibrida, ma jiġix inkluż mill-benefiċjarju fil-bażi taxxabbli tiegħu, l-Istat Membru tal-kontribwent għandu jirrifjuta t-tnaqqis tal-pagament mill-kontribwent lil intrapriża assoċjata f'pajjiż terz mill-bażi taxxabbli, sakemm wieħed mill-pajjiżi terzi involuti ma jkunx diġà rrifjuta t-tnaqqis tal-pagament mhux inkluż.
6.  Sal-punt li diskrepanza ibrida tirriżulta f'ħelsien mit-taxxa minn ras il-għajn fuq pagament derivat minn strument finanzjarju ttrasferit lil aktar minn waħda mill-partijiet involuti, l-Istat Membru tal-kontribwent għandu jillimita l-benefiċċju ta' tali kumpens b'mod proporzjonali għall-introjtu taxxabbli nett fir-rigward ta' tali pagament.
7.  Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, "pagatur" tfisser l-entità jew l-istabbiliment permanenti fejn il-pagament għandu s-sors tiegħu, l-ispejjeż jew it-telf ikunu ġġarrbu.
Emenda 66
Proposta għal direttiva
Artikolu 61a – titolu
Diskrepanzi fir-residenza tat-taxxa
Diskrepanzi ibridi inversi
Emenda 67
Proposta għal direttiva
Artikolu 61a – paragrafu 1
Sal-punt li pagament, spejjeż jew telf ta' kontribwent li huwa residenti għal finijiet ta' taxxa kemm fi Stat Membru kif ukoll f'pajjiż terz, skont il-liġijiet ta' dak l-Istat Membru jew dak il-pajjiż terz, ikunu deduċibbli mill-bażi taxxabbli fiż-żewġ ġurisdizzjonijiet, kif ukoll sal-punt li tali pagament, spejjeż jew telf ikunu jistgħu jiġu paċuti fl-Istat Membru tal-kontribwent kontra l-introjtu taxxabbli li mhuwiex inkluż fil-pajjiż terz, l-Istat Membru tal-kontribwent għandu jirrifjuta t-tnaqqis tal-pagament, tal-ispejjeż jew tat-telf, sakemm il-pajjiż terz ma jkunx diġà għamel dan.
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jittrattaw id-diskrepanzi ibridi inversi skont l-Artikolu 9a tad-Direttiva (UE) 2016/1164.
Emenda 68
Proposta għal direttiva
Artikolu 65a (ġdid)
Artikolu 65a
Numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa Ewropew
Il-Kummissjoni għandha tressaq proposta leġiżlattiva dwar numru ta' identifikazzjoni tal-kontribwent Ewropew armonizzat u komuni sal-31 ta' Diċembru 2018, sabiex tagħmel l-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni dwar it-taxxa aktar effiċjenti u affidabbli fl-Unjoni.
Emenda 69
Proposta għal direttiva
Artikolu 65b (ġdid)
Artikolu 65b
Skambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni f'materji ta' taxxa
Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza sħiħa u l-implimentazzjoni xierqa ta' din id-Direttiva, l-iskambju ta' informazzjoni f'materji ta' taxxa għandu jkun awtomatiku u obbligatorju, kif stabbilit fid-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE1a.
L-Istati Membri għandhom jallokaw persunal, għarfien espert u riżorsi baġitarji adegwati lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa nazzjonali tagħhom kif ukoll riżorsi għat-taħriġ tal-persunal tal-amministrazzjoni tat-taxxa li jiffoka fuq kooperazzjoni tat-taxxa transfruntiera u fuq l-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni sħiħa ta' din id-Direttiva.
____________
1a Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/EU tal-15 ta' Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1).
Emenda 70
Proposta għal direttiva
Artikolu 66 – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 2(5), 4(5), 11(6), 32(5) u 40 għal perjodu ta' żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 2(5), 4(5), 5(2a), 32(5) u fl-Artikolu 40 għal perjodu ta' żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
Emenda 71
Proposta għal direttiva
Artikolu 66 – paragrafu 3
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 2(5), 4(5), 11(6), 32(5) u 40 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Din ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 2(5), 4(5), 5(2a), 32(5) u fl-Artikolu 40 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Din ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
Emenda 72
Proposta għal direttiva
Artikolu 66 – paragrafu 5
5.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 2(5), 4(5), 11(6), 32(5) u 40 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa ebda oġġezzjoni mill-Kunsill f'perjodu ta' [xahrejn] min-notifika ta' dak l-att lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Kunsill ikun informa lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjona. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'[xahrejn] fuq inizjattiva tal-Kunsill.
5.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 2(5), 4(5), 5(2a), 32(5) u l-Artikolu 40 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa ebda oġġezzjoni mill-Kunsill f'perjodu ta' [xahrejn] min-notifika ta' dak l-att lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Kunsill ikun informa lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjona. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'[xahrejn] fuq inizjattiva tal-Kunsill.
Emenda 73
Proposta għal direttiva
Artikolu 66a (ġdid)
Artikolu 66a
Miżuri kontra l-abbużi tat-trattati dwar it-taxxa
L-Istati Membri għandhom jemendaw it-trattati bilaterali tagħhom dwar it-taxxa skont din id-Direttiva sabiex ikun żgurat li tali trattati jinkludu dawn li ġejjin:
(a)  klawsola li tiżgura li ż-żewġ partijiet tat-trattat jimpenjaw ruħhom li jistabbilixxu miżuri skont liema t-taxxa titħallas fejn iseħħu l-attivitajiet ekonomiċi u fejn jinħoloq il-valur;
(b)  addendum biex jiġi ċċarat li l-objettiv tat-trattati bilaterali, apparti biex tkun evitata t-tassazzjoni doppja, jinkludi wkoll il-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa;
(c)  klawsola għal test tal-għan prinċipali abbażi ta' regola ġenerali kontra l-evażjoni.
Emenda 74
Proposta għal direttiva
Artikolu 68a (ġdid)
Artikolu 68a
Monitoraġġ
Il-Kummissjoni għandha timmonitorja u tippubblika l-konklużjonijiet tagħha dwar l-implimentazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva u tiżgura l-interpretazzjoni omoġenja tal-miżuri tagħha mill-Istati Membri.
Emenda 75
Proposta għal direttiva
Artikolu 69
Artikolu 69
Artikolu 69
Reviżjoni
Rapport ta' implimentazzjoni u rieżami
Il-Kummissjoni għandha, ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, tirrevedi l-applikazzjoni tagħha u tirrapporta lill-Kunsill dwar it-tħaddim ta' din id-Direttiva.
Il-Kummissjoni għandha, ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, tivvaluta t-tħaddim ta' din id-Direttiva.
Minkejja l-ewwel subparagrafu, tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha teżamina l-funzjonament tal-Artikolu 11 u tikkunsidra aġġustamenti għad-definizzjoni u l-kalibrar tal-AGI. Il-Kummissjoni għandha twettaq analiżi bir-reqqa ta' kif l-AGI tista' tħeġġeġ kumpaniji li huma intitolati li jagħżlu li japplikaw ir-regoli ta' din id-Direttiva biex jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom bl-ekwità.
Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tagħha f'rapport ta' implimentazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport għandu jinkludi analiżi tal-elementi kollha li ġejjin:
(a)   l-impatt ta' din is-sistema fuq d-dħul mit-taxxa tal-Istati Membri;
(b)  il-vantaġġi u l-iżvantaġġi tas-sistema għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju;
(c)   l-impatt fuq ġbir ġust tat-taxxa bejn l-Istati Membri;
(d)   l-impatt fuq is-suq intern fl-intier tiegħu, b'attenzjoni partikolari għad-distorsjoni possibbli tal-kompetizzjoni bejn il-kumpaniji soġġetti għar-regoli l-ġodda stabbiliti f'din id-Direttiva.
(e)   in-numru ta' impriżi li jinsabu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-perjodu ta' tranżizzjoni.
Il-Kummissjoni għandha, għaxar snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, tirrieżamina l-applikazzjoni tagħha u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-tħaddim ta' din id-Direttiva.
Il-Kummissjoni għandha tikkomunika s-sejbiet tagħha lill-Istati Membri bil-għan li tikkunsidra dawk is-sejbiet għat-tfassil u l-implimentazzjoni tas-sistemi nazzjonali tat-taxxa korporattiva.
Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tagħha f'rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Istati Membri bil-għan li tikkunsidra dawk il-konklużjonijiet għat-tfassil u l-implimentazzjoni tas-sistemi nazzjonali tat-taxxa korporattiva akkumpanjati, jekk ikun il-każ, minn proposta leġiżlattiva biex tkun emendata din id-Direttiva.
Emenda 76
Proposta għal direttiva
Artikolu 70 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2018 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Dawn għandhom minnufih jgħaddu t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2019 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Dawn għandhom minnufih jgħaddu t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Emenda 77
Proposta għal direttiva
Artikolu 70 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Jannar 2019.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Jannar 2020.

Linji gwida għall-Baġit 2019 - Taqsima III
PDF 464kWORD 62k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2018 dwar il-linji gwida ġenerali għat-tħejjija tal-baġit 2019, Taqsima III – Kummissjoni (2017/2286(BUD))
P8_TA(2018)0089A8-0062/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(1),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta' Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea(4),

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018(5) u d-dikjarazzjonijiet komuni maqbulaa bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni li huma annessi miegħu,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-linji gwida baġitarji għall-2019 (06315/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 86a tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0062/2018),

A.  billi n-negozjati dwar il-baġit tal-Unjoni għall-2019, l-aħħar wieħed taħt il-leġiżlatura kurrenti, se jseħħu b'mod parallel man-negozjati dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) li jmiss u dwar ir-riforma tas-sistema tar-riżorsi proprji tal-UE; billi s-sena 2019 se tkun is-sitt sena tal-QFP 2014-2020;

B.  billi ż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja għandhom jaħdmu biex fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jilħqu ftehim ambizzjuż u komprensiv dwar il-baġit għall-2019, sabiex jeżerċitaw influwenza pożittiva fuq in-negozjati paralleli u jippermettu li qbil dwar il-QFP ta' wara l-2020 u dwar ir-riżorsi proprji jintlaħaq sal-aħħar ta' din il-leġiżlatura;

C.  billi, wara l-qbil ta' Diċembru 2017 dwar il-varar tat-tieni fażi tan-negozjati, il-proċess tal-Brexit ma għandux ikollu impatt dirett fuq il-baġit għall-2019, peress li, skont ir-Rapport Konġunt tal-UE u tar-Renju Unit(6), ir-Renju Unit se jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-baġits annwali tal-Unjoni għas-snin 2019 u 2020 u jipparteċipa fiha, daqslikieku baqa' fl-Unjoni;

D.  billi l-movimenti populisti u estremisti li qed jikbru fl-Istati Membri kollha pprovdew u rewħu informazzjoni qarrieqa dwar l-UE u dwar il-baġit tagħha, b'mod li jenfasizza l-ħtieġa ta' informazzjoni aħjar u aktar trasparenti;

E.  billi, wara snin ta' perċezzjoni negattiva miċ-ċittadini dwar il-ġestjoni tal-kriżi finanzjarja, soċjali u ekonomika, il-prospettiva ekonomika tittejjeb tal-lum, li hija r-riżultat ta' sforzi koordinati biex l-Ewropa titqiegħed fit-triq lejn l-irkupru ekonomiku, tippermetti ppjanar baġitarju aktar ġeneruż;

F.  billi, tul dawn l-aħħar snin, il-Kunsill ripetutament ikkontradixxa lilu nnifsu, billi ppreżenta prijoritajiet politiċi ġodda għall-UE iżda fl-istess ħin wera li ma kienx lest jipprovdi approprjazzjonijiet ġodda biex jiffinanzjahom; billi prijoritajiet politiċi ġodda u sfidi futuri għall-UE għandhom jiġu ffinanzjati permezz ta' approprjazzjonijiet ġodda, u mhux billi jsir tnaqqis fi programmi eżistenti li rnexxew;

G.  billi, lejn tmiem il-perjodu ta' programmazzjoni finanzjarja kurrenti, l-implimentazzjoni tal-programmi pluriennali se taqbad ritmu ġmielu, u għalhekk il-bżonn li jkollhom riżorsi finanzjarji adegwati qed jikber;

Risposti għall-isfidi quddiem l-UE u għall-istennijiet taċ-ċittadini tal-UE

1.  Jirrikonoxxi l-irkupru mill-konsegwenzi tal-kriżi finanzjarja, ekonomika u soċjali, imsaħħaħ bħala riżultat tal-isforzi tal-UE u tal-Istati Membri biex joħolqu t-tkabbir u l-impjiegi, li jridu jiġu kkonsolidati aktar biex jiġġeneraw influwenza pożittiva fuq il-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini tal-UE, li ħafna minnhom intlaqtu ħażin ħafna mill-kriżi tul diversi snin; jitlob li ż-żgħażagħ u l-persuni f'riskju ta' faqar jew qgħad jingħataw attenzjoni partikolari, biex ikun żgurat li jħossu l-effetti benefiċi, u b'hekk jiġi evitat li l-inugwaljanzi soċjali u reġjonali jkomplu jikbru; jenfasizza, f'dan il-kuntest, li madankollu enfasi speċjali għandha titqiegħed fuq il-kapaċità tar-reġjuni differenti biex jieħdu vantaġġ mit-tkabbir li qed jitqawwa;

2.  Jenfasizza li, skont id-data tal-Eurostat u kontra n-narrattiva populista, iċ-ċittadini tal-UE huma ottimisti dwar il-ġejjieni tal-UE; jenfasizza li l-Unjoni għandha twettaq il-kompiti u r-responsabilitajiet tagħha u tagħmel aktar biex ittejjeb il-ħajja taċ-ċittadini tagħha, sew issa u sew fil-ġejjieni, iżda wkoll biex tipproteġihom kontra prattiki kummerċjali u ekonomiċi inġusti fis-suq dinji, filwaqt li tgħinhom jaħsdu l-benefiċċji ta' dak is-suq; jenfasizza li l-isfidi tat-tibdil fil-klima u tat-theddidiet għas-sigurtà internazzjonali jridu jiġu indirizzati; jemmen li, sabiex tissodisfa dawn l-istennijiet u tonora dawn l-impenji, l-UE jeħtiġilha ttejjeb il-prestazzjoni tagħha, fi ħdan il-mandat tal-kompetenzi tagħha, biex tkun tista' tappoġġja l-ħolqien ta' tkabbir u impjiegi sostenibbli u tnaqqas id-distakk fl-istandards ta' għajxien bejn iċ-ċittadini tal-UE fir-reġjuni kollha tagħha, filwaqt li żżomm bis-sħiħ mal-istrateġija UE 2020, mal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU u mal-Ftehim ta' Pariġi; jenfasizza l-ħtieġa li l-ekonomija Ewropea u ċ-ċittadini tal-UE jitħejjew għall-opportunitajiet tad-diġitalizzazzjoni; iqis li l-indirizzar tal-kawżi profondi tal-migrazzjoni u t-twaqqif ta' diversi tipi ta' diskriminazzjoni, bħad-diskriminazzjoni kontra n-nisa u l-persuni LGBTI, jirrappreżentaw ukoll sfidi importanti għall-2019;

It-tħejjija għal ġejjieni sostenibbli u solidarjetajiet imsaħħa fi ħdan l-Unjoni u lil hinn minnha

Futur sostenibbli

3.  Jemmen li l-baġit tal-UE għall-2019 għandu jsaħħaħ l-istrumenti rilevanti kollha għall-indirizzar tal-qgħad taż-żgħażagħ, speċjalment fir-reġjuni tal-UE li għadhom lura mil-lat ekonomiku, b'attenzjoni partikolari għat-titjib tal-ħiliet u tal-mobilità intraprenditorjali u professjonali, għar-rikonoxximent tal-kwalifiki fil-livelli kollha tal-edukazzjoni u tat-taħriġ vokazzjonali, u għas-sostenn tat-tkabbir, tal-kompetittività, tal-ħolqien tal-impjiegi, tal-investimenti fl-infrastruttura, tal-innovazzjoni, tar-riċerka u tal-SMEs; jenfasizza li l-qgħad fost iż-żgħażagħ, li għandu impatt soċjali kbir, huwa fost l-akbar sfidi fil-livell Ewropew;

4.   Jemmen li l-prijoritajiet għall-baġit tal-UE għall-2019 għandhom ikunu t-tkabbir, l-innovazzjoni, il-kompetittività, is-sigurtà, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, it-tranżizzjoni lejn l-enerġija rinnovabbli, u l-migrazzjoni;

5.  Jappoġġja t-twessigħ tal-opportunitajiet għaż-żgħażagħ biex jipparteċipaw f'attivitajiet ta' solidarjetà; jitlob li l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jiġi introdott bil-ħeffa u implimentat b'mod eżawrjenti wara l-adozzjoni tiegħu, prevista għall-2018;

6.  Jilqa' l-fatt li, fuq talba qawwija min-naħa tal-Parlament, ir-riżultat tal-konċiljazzjoni dwar il-baġit tal-UE għall-2018 kien li l-allokazzjoni speċifika proposta oriġinarjament għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI) żdiedet b'EUR 116,7 miljun f'approprjazzjonijiet ġodda, hekk li l-ammont totali tagħha tela' għal EUR 350 miljun fl-2018, iżda jirrimarka li jeħtieġ li l-implimentazzjoni tal-fondi, li waqgħet lura, tittejjeb; jopponi l-interpretazzjoni tal-Kummissjoni, fl-aġġornament tekniku tagħha tal-ipprogrammar finanzjarju 2019-2020 wara l-adozzjoni tal-baġit għall-2018, dwar l-ipprogrammar finanzjarju għas-sena 2018, liema interpretazzjoni tqis dan it-tisħiħ bħala antiċipazzjoni tal-approprjazzjonijiet fis-snin li ġejjin, u jistenna li l-Kummissjoni twettaq il-wegħdiet li għamlet lill-Parlament fi tmiem il-perjodu ta' konċiljazzjoni tal-2017; jistenna li l-abbozz tal-baġit għall-2019 juri aktar ambizzjoni fil-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ, hekk li jsib bilanċ ġust bejn l-evoluzzjoni reali tal-kapaċità ta' assorbiment f'dak il-qasam u r-rieda politika li jintwera appoġġ għal din il-kwistjoni; ifakkar fl-impenn tal-Kummissjoni li tipproponi żieda addizzjonali fil-finanzjament għall-YEI permezz ta' baġit emendatorju f'każ li l-kapaċità ta' assorbiment tal-YEI fl-2018 tippermetti tali żieda; jinsisti li l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom iqabblu l-offerti ta' impjieg, edukazzjoni jew taħriġ mal-profili tal-parteċipanti u mad-domanda tas-suq tax-xogħol, sabiex jippustjaw il-parteċipanti f'impjiegi sostenibbli;

7.  Jitlob li l-Kummissjoni tagħmel disponibbli, għall-proċedura għall-2019, id-data finanzjarja dwar l-implimentazzjoni tal-YEI, analizzata skont is-sehem nazzjonali, biex tikkomplementa r-rappurtar tad-data dwar l-ispejjeż totali li diġà huwa disponibbli għall-pubbliku; iħeġġeġ lill-Kummissjoni ttejjeb is-sinerġiji bejn il-YEI, il-Fond Soċjali Ewropew u l-baġits nazzjonali tal-Istati Membri, biex tiżgura li l-YEI ma ssirx sostitut għall-finanzjament nazzjonali għaż-żgħażagħ li jinsabu barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs);

8.  Jenfasizza li, fid-dawl taċ-ċelebrazzjoni tat-30 anniversarju tiegħu, l-Erasmus+ għadu l-programm ewlieni li jrawwem il-mobilità fost iż-żgħażagħ, jgħallem valuri Ewropej fundamentali u jindokrahom fost iż-żgħażagħ, flimkien mal-programmi kulturali tal-UE, kif juri l-volum ta' applikazzjonijiet li saru, li jisbqu l-finanzjament disponibbli; jemmen li l-baġit tal-Erasmus+ għall-2019 jeħtieġ li jiġi estiż aktar (għall-anqas jirdoppja) biex jissodisfa d-domanda eliġibbli għal dan il-programm, b'mod partikolari dik marbuta mat-tagħlim tul il-ħajja;

9.  Jemmen li r-riċerka, il-kompetittività u l-SMEs huma fundamentali biex jippermettu t-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi; jissottolinja, għalhekk, l-importanza li l-kumpaniji tal-UE, speċjalment l-SMEs, jiġu pprovduti ambjent favorevoli għall-innovazzjoni, ir-riċerka u l-investimenti, biex tinħoloq ekonomija tal-UE tassew kompetittiva fil-livell dinji; jenfasizza li huwa importanti li jiżdied il-baġit taħt l-Intestatura 1a u li jiġi estiż il-finanzjament għal programmi li rnexxew, bħal Orizzont 2020 u programmi li jappoġġjaw lill-SMEs, inkluż il-programm tal-UE għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-Intrapriżi Żgħar u Medji (COSME), li għandhom ferm aktar applikanti milli għandhom benefiċjarji ta' finanzjament; jenfasizza li huwa importanti li r-rekwiżiti speċifiċi u l-livell baxx ta' riżorsi amministrattivi tal-SMEs jiġu kkunsidrati fit-tfassil tal-programmi maħsuba għall-SMEs; iqis li dan huwa meħtieġ fid-dawl ta' dinja li qed tinbidel b'pass mgħaġġel u li hija kompetittiva ħafna, kif ukoll tal-bidliet profondi fis-setturi kollha kkawżati mid-diġitalizzazzjoni; jirrikonoxxi li l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (il-Fondi SIE) ukoll jikkontribwixxu għal dawn il-prijoritajiet kollha;

10.  Jenfasizza li l-investimenti fir-riċerka u fl-innovazzjoni jirrappreżentaw prekundizzjoni għall-ksib ta' kompetittività ġenwina fl-UE; jiddispjaċih li, bħala riżultat tal-fatt allarmanti li r-rata ta' suċċess tal-applikazzjonijiet tant kienet baxxa, anqas proġetti ta' kwalità għolja fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni qed jirċievu finanzjament mill-UE; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li livell adegwat ta' approprjazzjonijiet irid ikun żgurat għal Orizzont 2020;

11.  Jisħaq fuq il-potenzjal għat-tkabbir ekonomiku li jirriżulta mit-trasformazzjoni teknoloġika u jitlob li l-baġit tal-UE jkollu rwol adatt fl-appoġġ għad-diġitalizzazzjoni tal-industrija Ewropea u fil-promozzjoni tal-ħiliet diġitali u tal-intraprenditorija diġitali;

12.  Jirrikonoxxi li l-SMEs għadhom is-sinsla tal-ekonomija Ewropea u li se jibqgħu jaqdu rwol deċiżiv fil-ħolqien tal-impjiegi u fit-tkabbir madwar l-UE kollha kemm hi; jitlob, f'dan ir-rigward, li fl-2019 l-approprjazzjonijiet għall-COSME jiżdiedu, fid-dawl tas-suċċess ta' dan il-programm;

13.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-estensjoni u t-tisħiħ tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS), li l-fond ta' garanzija mkabbar tiegħu jaqdi rwol ewlieni fit-tnaqqis tad-distakk fl-investimenti fl-EU; ifakkar li l-fond ta' garanzija tal-FEIS kien iffinanzjat parzjalment minn fuq dahar Orizzont 2020 u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF), minkejja li t-tnejn huma programmi fit-tul u orjentati lejn il-ġejjieni; jissottolinja l-pożizzjoni li l-Parlament ilu jsostni li kwalunkwe inizjattiva ġdida trid tkun iffinanzjata b'approprjazzjonijiet ġodda u mhux bir-riallokazzjoni ta' approprjazzjonijiet, u li l-ħsara kkawżata lil programmi eżistenti trid tiġi kkoreġuta permezz tal-proċedura baġitarja annwali; itenni li t-tnaqqis f'dawk il-programmi għandu kemm jista' jkun jitreġġa' lura;

14.  Jenfasizza li l-FEIS estiż għandu jagħmel progress sinifikanti fl-2019 lejn it-twettiq ta' kopertura ġeografika aħjar, sabiex ir-reġjuni kollha jkunu jistgħu jibbenefikaw bl-istess mod mill-ingranaġġ finanzjarju pprovdut mill-garanzija tal-baġit tal-UE; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw riformi strutturali li jtejbu l-ambjent tal-investiment u l-kapaċitajiet lokali għall-implimentazzjoni b'suċċess tal-appoġġ mill-FEIS fir-reġjuni kollha;

15.  Jilqa' l-impenn meħud dan l-aħħar mill-Istati Membri fir-rigward ta' aġenda mġedda tal-UE dwar id-difiża, li għandha l-għan li ssaħħaħ kemm is-setgħa ta' koerċizzjoni u kemm dik ta' persważjoni, u jqis li din l-aġenda tirrifletti l-preokkupazzjonijiet taċ-ċittadini dwar is-sigurtà, fid-dawl ta' instabilità globali dejjem akbar li qed tiġi aggravata b'theddidiet ta' tipi ġodda; jappoġġa l-inizjattiva meħuda dan l-aħħar mill-Kummissjoni li tvara l-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża (EDIDP) bħala l-ewwel fażi tal-Fond Ewropew għad-Difiża; jirrikjedi li l-EDIDP jiġi ffinanzjat esklussivament minn marġnijiet mhux allokati u/jew strumenti speċjali u mhux, għalhekk, mir-riallokazzjoni ta' approprjazzjonijiet minn programmi eżistenti;

16.  Jissottolinja li l-indirizzar tas-sigurtà interna jrid jibqa' waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-Unjoni u jitlob li din il-politika li qed tevolvi tirċievi finanzjament imsaħħaħ; huwa konvint li l-UE għandha bżonn tinvesti aktar fit-tisħiħ u l-ġestjoni tal-fruntieri tagħha, fit-titjib tal-kooperazzjoni bejn l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi u l-awtoritajiet nazzjonali, u fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, ir-radikalizzazzjoni u l-kriminalità organizzata, billi timplimenta sistema ta' informazzjoni diġitali adegwata u moderna; jissottolinja, f'dan ir-rigward, ir-rwol tal-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF) u l-bżonn li l-aġenziji jiġu ffinanzjati b'mod adegwat fl-oqsma tal-fruntieri, tas-sigurtà u tal-ġustizzja; ifakkar li l-pakkett finanzjarju ta' dan l-istrument tnaqqas b'mod sinifikanti għall-2018;

17.  Jitlob aktar fondi għall-ġlieda kontra l-fenomenu tar-radikalizzazzjoni li qed irawwem estremiżmu vjolenti fi ħdan l-Unjoni; iqis li dan l-objettiv jista' jintlaħaq billi tiġi promossa l-integrazzjoni u jiġu missielta d-diskriminazzjoni, ir-razziżmu, il-ksenofobija, il-fundamentaliżmu u l-inċitament għall-mibegħda bil-fomm u bil-kitba;

18.  Jilqa' b'sodisfazzjon ir-rwol li jaqdi l-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF); jitlob li dan il-fond ikollu baġitjar adegwat fl-2019 biex jappoġġja l-akkoljenza dinjituża ta' persuni li jfittxu l-asil fl-Istati Membri, strateġiji ta' ritorn ġusti, programmi ta' risistemazzjoni, politiki tal-migrazzjoni legali ul-promozzjoni ta' integrazzjoni effikaċi ta' ċittadini minn pajjiżi terzi u biex jindirizzal-migrazzjoni irregolari; jerġa' jafferma li huwa importanti li jkollna mezzi finanzjarji speċifiċi għall-indirizzar tal-kawżi profondi tal-kriżi tal-migranti u tar-rifuġjati; jisħaq fuq il-fatt li, għal dan il-għan, il-baġit tal-UE jrid jiffinanzja miżuri ta' finanzjament fil-pajjiżi ta' oriġini tal-migranti u fil-pajjiżi ospitanti tar-rifuġjati, fost l-oħrajn, miżuri li jindirizzaw il-faqar, il-qgħad, l-isfidi fl-edukazzjoni u fl-ekonomija, u l-instabilità;

19.  Jitlob li l-Kummissjoni tippreżenta proposta li tagħmel provvediment għall-espressjoni ta' solidarjetà finanzjarja fil-livell tal-UE mal-vittmi ta' atti terroristiċi u mal-familji tagħhom;

20.  Ifakkar fl-importanza li għandhom l-aġenziji tal-UE biex jiżguraw li l-prijoritajiet leġiżlattivi tal-UE jiġu implimentati u b'hekk jintlaħqu l-objettivi ta' politika tal-UE, bħal dawk relatati mal-kompetittività (l-impjiegi, it-tkabbir sostenibbli, l-Unjoni tal-Enerġija), il-migrazzjoni (l-asil, il-ġestjoni transfruntiera), l-appoġġ għad-drittijiet fundamentali (il-protezzjoni tad-data), u s-sigurtà (iċ-ċiberkriminalità, id-drogi, il-frodi, il-ħasil tal-flus, it-terroriżmu, il-kooperazzjoni ġudizzjarja, il-kooperazzjoni tal-pulizija, l-appoġġ għal sistemi ta' informazzjoni fuq skala kbira); jistenna li n-negozjati dwar il-baġit għall-2019 iwasslu għal finanzjament operazzjonali u amministrattiv li jkun realistiku u adegwat għall-aġenziji u għall-korpi l-oħra tal-UE, hekk li jkunu jistgħu jaqdu dmirijiethom, inklużi l-kompiti dejjem akbar u ż-żieda fil-volum tax-xogħol tagħhom; jitlob li ssir allokazzjoni ta' riżorsi adegwati biex jiżguraw li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jiġi implimentat u jiffunzjona sewwa; jitlob, b'mod aktar ġenerali, li ssir valutazzjoni eżawrjenti tal-interess strateġiku u tal-kompiti tal-aġenziji kollha, kif ukoll tal-possibilità li l-aġenziji jiġu raggruppati skont in-natura strateġika tal-missjoni tagħhom u r-riżultati li jirreġistraw; itenni li l-2018 hija l-aħħar sena tal-implimentazzjoni tat-tnaqqis tal-persunal b'5 % u tal-hekk imsejħa "riserva ta' tqassim mill-ġdid tar-riżorsi umani"; jistenna li l-Kummissjoni u l-Kunsill joqogħdu lura milli jagħmlu aktar tnaqqis fir-riżorsi tal-aġenziji fil-baġit għall-2019;

21.  Iqis li l-baġit għall-2019, fi żmien meta atturi ewlenin, bħall-Istati Uniti, mhumiex lesti jimplimentaw l-impenji tagħhom li jiġġieldu kontra t-tibdil fil-klima skont il-Ftehim ta' Pariġi, irid iqiegħed lill-UE indiskutibbilment fuq quddiem nett ta' din l-isfida, waħda mill-akbar tal-ġenerazzjoni tagħna, billi jipprovdi appoġġ finanzjarju addizzjonali għal inizjattivi bħall-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE), ECOPOTENTIAL u Clean Sky; jissottolinja li n-nefqiet f'dan ir-rigward għandhom jitqiesu bħala investimenti fit-tul aktar milli bħala spejjeż, u li sew il-Qorti Ewropea tal-Awdituri u sew il-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji kkonkludew li l-UE mhix qed tissodisfa l-mira ta' finanzjament tagħha għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima; jitlob li l-Kummissjoni tilħaq l-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi u l-miri fit-tul tal-UE stess rigward il-klima billi tissodisfa l-mira ta' nfiq ta' 20 % għall-klima fil-QFP kurrenti (2014-2020); jenfasizza, f'dan ir-rigward, li l-kontribuzzjoni għall-2019 għandha tisboq b'mod sinifikanti l-mira globali, sabiex tikkumpensa għall-allokazzjonijiet aktar baxxi li saru fl-ewwel snin tal-QFP, u li l-mekkaniżmu tal-integrazzjoni tat-tibdil fil-klima fil-politiki kollha għandu jiġi ottimizzat bis-sħiħ;

Solidarjetajiet imsaħħa biex nindirizzaw sfidi soċjali, territorjali u globali

22.  Jemmen li l-baġit tal-UE għandu jikkontribwixxi għall-isforzi li jsiru mill-Istati Membri f'oqsma bħalma huma l-qgħad u l-kura tas-saħħa, billi jwarrab finanzjament adegwat għal programmi li għandhom l-għan li jikkumbattu l-inugwaljanzi, itaffu l-agħar forom ta' faqar, speċifikament għall-popolazzjonijiet l-aktar iżolati u fraġli, b'mod partikolari t-tfal, u jgħinu liċ-ċittadini jiksbu l-ħiliet meħtieġa biex jadattaw għad-diġitalizzazzjoni;

23.  Jinsisti fuq il-ħtieġa li jissaħħaħ l-appoġġ għall-programmi tal-Unjoni li jrawmu t-tkabbir u l-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità fit-tul, b'mod partikolari għaż-żgħażagħ, b'mod komplementari għall-isforzi tal-Istati Membri biex jiggarantixxu kwalifiki tax-xogħol diversifikati minflok speċjalizzazzjoni prekoċi, bħala mezz sabiex iqawwu r-reżiljenza u jippermettu li s-soċjetà tadatta ruħha filwaqt li jindirizzaw ir-rigressjoni demografika, l-iskarsezzi ta' ħaddiema kwalifikati f'ċerti setturi u s-sostenibilità tas-sistemi ta' ħarsien soċjali; jinnota li l-kunsiderazzjoni ta' miżuri speċifiċi u mfassla apposta tista' tkun ta' siwi fis-setturi u/jew fir-reġjuni l-aktar milquta jew li saru ferm aktar vulnerabbli;

24.  Ifakkar fit-tixjiħ sinifikanti tal-popolazzjoni u fiż-żieda fl-għadd ta' nies li jeħtieġu kura speċjali u ddedikata, b'mod partikolari x-xjuħ; jitlob li l-Kummissjoni tintroduċi aktar miżuri ta' appoġġ biex tindirizza l-isfidi demografiċi, u jtenni l-appoġġ tiegħu għal inizjattivi bħalma huma rħula għal persuni bid-dimenzja, fejn dawn in-nies ikunu jistgħu jingħataw attenzjoni adatta sa minn stadju bikri;

25.  Jemmen li d-diskriminazzjoni abbażi tas-sessi, b'mod partikolari fis-suq tax-xogħol, mhux biss mhijiex kompatibbli mal-valuri tal-UE, iżda tikkostitwixxi wkoll ostaklu serju għat-tkabbir ekonomiku billi ma tħallix lin-nisa jipparteċipaw f'impjiegi sinifikattivi; jissottolinja l-kontribut vitali li l-għoti tas-setgħa lin-nisa jagħti għal soċjetajiet aktar inklussivi, ekwi u paċifiċi, li t-tkabbir tagħhom ikun aktar sostenibbli; jistenna li l-baġit għall-2019 jappoġġja l-intraprenditorija tan-nisa u jinkoraġġixxi l-aċċess tagħhom għal finanzjament mill-UE, pereżempju fil-qafas tal-programmi COSME u Orizzont 2020, u li jwessa' l-politika ta' koeżjoni biex tappoġġja aktar investimenti fl-infrastruttura marbuta mal-edukazzjoni, mal-kura tat-tfal u mal-kura tas-saħħa, u b'hekk tgħin lin-nisa jirrikonċiljaw il-ħajja privata u dik professjonali tagħhom;

26.  Itenni t-tħassib tiegħu dwar id-dewmien fl-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni, li hija l-espressjoni tas-solidarjetà territorjali tal-UE u l-politika ta' investiment prinċipali tagħha, iżda jirrikonoxxi li l-2017 kienet l-ewwel sena li fiha l-implimentazzjoni tal-programmi tal-Fondi SIE ġiet aċċelerata, u jistenna li din it-tendenza tkompli fl-2018 u l-2019; jemmen li għandhom jiġu pprovduti livelli suffiċjenti ta' approprjazzjonijiet ta' pagament biex l-implimentazzjoni tal-politika tipproċedi mingħajr xkiel;

27.  Ifakkar fil-kontribut importanti li l-Unjoni għamlet biex tinkoraġġixxi l-paċi u r-rikonċiljazzjoni fl-Irlanda, b'mod partikolari permezz tal-programmi PEACE u INTERREG, li huma diretti speċifikament lejn l-Irlanda ta' Fuq u l-kontej tal-fruntiera fin-Nofsinhar; jitlob li jkun hemm rispett sħiħ tal-qafas tal-impenji diġà meħuda, bħal fil-każ tal-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira, f'dak li jirrigwarda l-istat tad-dritt u d-demokrazija; jitlob li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jkomplu jappoġġjaw il-proċess tal-paċi billi jibqgħu jiffinanzjaw il-programm PEACE u l-programmi assoċjati miegħu;

28.  Jirrimarka li l-Politika Agrikola Komuni (PAK) hija wieħed mill-pedamenti tal-integrazzjoni Ewropea, li żgurat provvista sikura ta' ikel ta' kwalità għolja għaċ-ċittadini Ewropej, il-funzjonament tajjeb tas-suq uniku fl-agrikoltura u s-sostenibilità tar-reġjuni rurali għal bosta snin; ifakkar li l-fondi tal-PAK jikkontribwixxu b'mod partikolari għall-profittabilità u l-istabilità tal-agrikoltura tal-UE;

29.  Jitlob li l-Kummissjoni tibqa' tappoġġja lill-bdiewa madwar l-Ewropa kollha biex ikunu jistgħu jilqgħu għall-volatilità mhux mistennija tas-suq u jiżguraw provvisti ta' ikel sikuri u ta' kwalità għolja; jitlob li l-biedja u s-sajd fuq skala żgħira jingħataw attenzjoni xierqa;

30.  Iqis li r-reġjonalizzazzjoni u l-objettivi soċjoekonomiċi jeħtieġ li jkollhom rwol akbar fl-ambitu tal-Politika Komuni tas-Sajd, u li l-kamp ta' applikazzjoni tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd irid jitwessa'; jitlob li l-l-Kummissjoni tiffaċilita l-aċċess għall-finanzjament u tissimplifika l-proċeduri għall-ksib tiegħu; jesprimi tħassib partikolari rigward l-impatt negattiv potenzjali li l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE se jkollu fuq is-sajd, b'mod partikolari għall-Istati Membri kostali ġirien;

31.  Jilqa' l-proposta li l-kamp ta' applikazzjoni tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili jiġi estiż, u li l-Mekkaniżmu jiġi msaħħaħ; huwa tal-fehma li t-tisħiħ tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili huwa tal-akbar importanza, sabiex jingħata rispons aktar rapidu u koerenti fil-qasam tal-protezzjoni ċivili fil-livell tal-Unjoni, fl-oqsma tal-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons għad-diżastri naturali u għal dawk ikkawżati mill-bniedem sew fl-Unjoni u sew lil hinn minnha;

32.  Jistenna li l-proċeduri u l-miżuri li għaddejjin bħalissa jittejbu fl-implimentazzjoni tal-baġit, fid-dawl tar-restrizzjonijiet ta' riżorsi li nqalgħu u tat-talbiet li l-UE tassumi responsabilitajiet akbar, sabiex jiġi żgurat li l-impenji finanzjarji jiġu onorati f'waqthom u b'mod kosteffikaċi;

33.  Jemmen li l-politiki, il-programmi u l-aġenziji tal-UE involuti fil-ġestjoni tal-flussi migratorji u tar-rifuġjati u fil-kontroll tal-fruntieri, jew li għandhom x'jaqsmu ma' dawn l-oqsma, għandhom jiġu pprovduti riżorsi finanzjarji u umani adegwati biex jittrattaw il-kriżi tar-rifuġjati tal-lum, li l-Istati Membri wkoll huma mistennija jieħdu responsabilità għaliha skont il-prinċipju tal-qsim tal-piżijiet u l-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra; huwa konvint li l-UE, sabiex issib soluzzjoni fit-tul, għandha wkoll turi solidarjetà esterna billi trawwem kundizzjonijiet għall-paċi u għall-prosperità fil-pajjiżi ta' oriġini, billi tqiegħed enfasi akbar fuq l-investimenti u fuq il-politiki ta' żvilupp, speċjalment permezz tal-implimentazzjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD), tal-Istrument ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI) u tal-Istrument ta' Għajnuna Umanitarja; jirrikonoxxi l-importanza u l-valur distint tal-politika tal-iżvilupp, li għandha prijoritajiet bħall-qerda tal-faqar, l-edukazzjoni, is-saħħa u l-iżvilupp ekonomiku; jissottolinja li jeħtieġ li l-azzjonijiet u l-programmi tal-UNRWA jingħataw appoġġ; jissottolinja li waħda mill-kundizzjonijiet għall-preservazzjoni tal-istabilità u tal-prosperità fl-UE hija Viċinat tal-UE stabbli; jitlob li l-Kummissjoni, għaldaqstant, tiżgura li l-investimenti fil-Viċinat tal-UE jingħataw prijorità bil-għan li jappoġġjaw l-isforzi biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet ewlenin li qed tiffaċċja din iż-żona – il-migrazzjoni, l-isfidi tar-rifuġjati u l-iżvilupp fil-Viċinat tan-Nofsinhar u l-instabilità f'dak tal-Lvant – li huma parzjalment dovuti għal politika barranija Russa li mhijiex konformi mal-liġi internazzjonali u mal-istandards tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza li l-prijoritajiet politiċi ġodda u l-isfidi li ġejjin għall-UE, bħas-sigurtà u d-difiża, għandhom jiġu ffinanzjati minn approprjazzjonijiet ġodda u mhux minn tnaqqis f'politiki u fi programmi eżistenti li rnexxew u li huma importanti, bħall-għajnuna għall-iżvilupp u dik umanitarja u l-politika tal-viċinat; jenfasizza, barra minn hekk, li l-politiki tas-sigurtà u tal-iżvilupp jinfluwenzaw lil xulxin u li li t-tnejn huma kundizzjonijiet importanti biex jinħoloq stat li jiffunzjona, kif ukoll strutturi amministrattivi li jaħdmu mingħajr korruzzjoni, u standards minimi fis-setturi soċjali, tas-saħħa, u ekonomiċi;

34.   Itenni l-pożizzjoni tiegħu li l-mekkaniżmi baġitarji satellita, bħalma huma l-fondi fiduċjarji u strumenti oħra simili, iduru mal-proċedura baġitarja, jimminaw it-trasparenza tal-ġestjoni tal-baġit u jiksru d-dritt tal-Parlament li jwettaq skrutinju effettiv tal-infiq; iqis, għaldaqstant, li dawn l-istrumenti esterni, li nħolqu f'dawn l-aħħar snin, iridu jiġu inkorporati fil-baġit tal-Unjoni, u li jridu jinstabu soluzzjonijiet alternattivi biex l-Unjoni tkun tista' tirreaġixxi fil-pront għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza u ta' wara l-emerġenzi fil-livell internazzjonali;

35.  Jenfasizza li l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA) għandu primarjament jiffaċilita riformi politiċi u ekonomiċi f'pajjiżi tat-tkabbir, fost objettivi oħra; jistieden lill-Kummissjoni biex, f'dan il-kuntest, tevalwa aktar il-fondi tal-IPA fil-proposta tagħha dwar il-baġit għall-2019, filwaqt li tqis is-sitwazzjoni politika li sejra għall-agħar fit-Turkija kif ukoll il-ħtieġa urġenti li tiġi indirizzata r-radikalizzazzjoni li qed tikber fl-Istati tal-Balkani;

L-istennijiet rigward il-proċedura għall-2019

36.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli taġixxi bħala medjatur onest f'kull fażi individwali tal-proċedura, u timplimenta d-deċiżjonijiet tal-awtorità baġitarja b'mod fidil u akkurat;

37.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li, wara r-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP, u bil-kontra tal-konklużjonjiet tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-linji gwida baġitarji għall-2019, il-proċedura għall-2018 uriet li l-awtorità baġitarja tista' teżerċita bis-sħiħ il-prerogattivi tagħha biex tiddetermina l-livell u l-kontenut tal-baġit tal-UE permezz tal-proċedura baġitarja annwali;

38.  Jemmen li, bħala l-fergħa tal-awtorità baġitarja li hija eletta direttament miċ-ċittadini, il-Parlament għandu jaqdi r-rwol politiku tiegħu u jressaq proposti għal Proġetti Pilota u Azzjonijiet Preparatorji li jesprimu l-viżjoni politika tiegħu għall-ġejjieni; jimpenja ruħu, f'dan il-kuntest, li jipproponi pakkett ta' Proġetti Pilota u Azzjonijiet Preparatorji żviluppati f'kooperazzjoni mill-qrib ma' kull wieħed mill-kumitati tiegħu sabiex jinstab bilanċ ġust bejn ir-rieda politika u l-fattibilità teknika, kif ivvalutata mill-Kummissjoni Ewropea;

39.  Jistenna li n-negozjati dwar il-baġit għall-2019 jiġu bbażati fuq ambizzjoni politika kondiviża u fuq is-solidarjetà, u li jqisu l-valur miżjud tal-programmi u tal-politiki tal-UE; jemmen li dan l-objettiv jista' jintlaħaq biss jekk il-partijiet fin-negozjati jiġu informati minnufih dwar il-pożizzjonijiet ta' xulxin, ivaraw in-negozjati fl-aktar stadju bikri possibbli u jkunu lesti jsibu kompromessi;

o
o   o

40.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri.

(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(2) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 168, 7.6.2014, p. 105.
(5) ĠU L 57, 28.2.2018, p. 1.
(6) Rapport konġunt min-negozjaturi tal-Unjoni Ewropea u tal-Gvern tar-Renju Unit tat-8 ta' Diċembru 2017 dwar il-progress matul l-ewwel fażi tan-negozjati skont l-Artikolu 50 TFUE dwar il-ħruġ ordinat tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (TF50 (2017) 19 – Kummissjoni lill-UE-27).


Is-sitwazzjoni fis-Sirja
PDF 304kWORD 61k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2018 dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja (2018/2626(RSP))
P8_TA(2018)0090RC-B8-0139/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-Sirja, b'mod partikolari dik tat-18 ta' Mejju 2017 dwar l-istrateġija tal-UE rigward is-Sirja(1),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948 u trattati u strumenti oħra tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem, fosthom il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra tal-1949 u l-protokolli addizzjonali tagħhom,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ), Federica Mogherini, dwar is-Sirja, u b'mod partikolari dawk tad-9 ta' Lulju 2017 dwar il-waqfien mill-ġlied fis-Sirja, tal-25 ta' Novembru 2017 dwar il-konferenza tal-Oppożizzjoni Sirjana f'Riyadh u tat-23 ta' Frar 2018 dwar il-massakru fil-Lvant ta' Ghouta, kif ukoll il-kummenti tagħha malli waslet fil-laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Barranin tas-26 ta' Frar 2018,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet konġunti tal-VP/RGħ, Federica Mogherini, u tal-Kummissarju Stylianides tat-3 ta' Ottubru 2017 dwar l-attakki reċenti fis-Sirja, tal-20 ta' Frar 2018 dwar is-sitwazzjoni umanitarja fil-Lvant ta' Ghouta u Idlib u tas-6 ta' Marzu 2018 dwar is-sitwazzjoni fil-Lvant ta' Ghouta u nħawi oħra fis-Sirja,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-VP/RGħ, Federica Mogherini, waqt is-sessjoni plenarja tiegħu tas-6 ta' Frar 2018 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fit-Turkija u s-sitwazzjoni f'Afrin, is-Sirja,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/273/PESK tad-9 ta' Mejju 2011 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja(2) u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2018 dwar iż-żieda ta' żewġ ministri fil-lista tas-sanzjonijiet,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta mill-Kummissjoni u l-VP/RGħ lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2017 intitolata "Elementi għal Strateġija tal-UE għas-Sirja" (JOIN(2017)0011) u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-3 ta' April 2017 dwar is-Sirja, li flimkien jikkostitwixxu l-istrateġija l-ġdida tal-UE rigward is-Sirja,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Kopresidenza tal-5 ta' April 2017 dwar il-Konferenza dwar l-Appoġġ għall-Futur tas-Sirja u tar-Reġjun u l-konferenzi preċedenti dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja, li saru Londra, il-Kuwajt, Berlin u Helsinki,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, Zeid Ra'ad Al Hussein, lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem (UNHRC) f'Ġinevra dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja, b'mod partikolari dawk tas-26 ta' Frar 2018 u tat-2 ta' Marzu 2018, kif ukoll l-aġġornament orali tiegħu tas-7 ta' Marzu 2018 dwar l-attivitajiet tal-uffiċċju tiegħu u dwar żviluppi reċenti rigward id-drittijiet tal-bniedem,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-20 ta' Frar u tal-24 ta' Frar 2018 attribwibbli lill-Kelliem għas-Segretarju Ġenerali dwar il-Lvant ta' Ghouta fir-Repubblika Għarbija Sirjana,

–  wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u l-konvenzjonijiet kollha tan-NU li s-Sirja hija Stat Parti tagħhom,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (UNSC), b'mod partikolari r-riżoluzzjoni 2254 (2015) tat-18 ta' Diċembru 2015, ir-riżoluzzjoni 2393 (2017) tad-19 ta' Diċembru 2017 dwar l-awtorizzazzjoni ta' forniment ta' għajnuna li jaqsmu l-fruntieri u l-fronti tal-ġlied fis-Sirja u r-riżoluzzjoni 2401 (2018) tal-24 ta' Frar 2018 dwar waqfien tal-ostilitajiet ta' 30 jum fis-Sirja biex tkun tista' titwassal l-għajnuna umanitarja,

–  wara li kkunsidra r-rapporti tal-Kummissjoni Internazzjonali Indipendenti ta' Inkjesta dwar ir-Repubblika Għarbija Sirjana, stabbilita mill-UNHRC, u r-riżoluzzjonijiet tal-UNHRC dwar ir-Repubblika Għarbija Sirjana, b'mod partikolari dawk tal-5 ta' Marzu 2018 dwar id-deterjorament tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Lvant ta' Ghouta,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni A-71/248 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, tal-21 ta' Diċembru 2016, dwar Mekkaniżmu Internazzjonali, Imparzjali u Indipendenti (MIII) biex Jassisti fl-Investigazzjoni u l-Prosekuzzjoni tal-Persuni Responsabbli għad-Delitti l-Aktar Serji skont id-Dritt Internazzjonali li Twettqu fir-Repubblika Għarbija Sirjana sa minn Marzu 2011,

–  wara li kkunsidra l-Istatut ta' Ruma u d-dokumenti fundaturi tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja, kif ukoll dawk tat-tribunali ad hoc, inkluż it-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugoslavja, it-Tribunal Kriminali Internazzjonali għar-Rwanda u t-Tribunal Speċjali għal-Libanu,

–  wara li kkunsidra l-Memorandum dwar il-ħolqien ta' żoni ta' diżintensifikazzjoni tal-kunflitt fir-Repubblika Għarbija Sirjana, iffirmat mill-Iran, mir-Russja u mit-Turkija, fis-6 ta' Mejju 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport ippubblikat mill-Fond tan-NU għall-Popolazzjoni fl-2017 intitolat "Ilħna mis-Sirja 2018 – Sejbiet tal-Valutazzjoni mill-Eżami Globali dwar il-Ħtiġijiet Umanitarji",

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Carnegie Middle East Center, tal-5 ta' Marzu 2018, dwar il-laqgħa, skont rapporti, tal-kap tal-Uffiċċju tas-Sigurtà Nazzjonali Sirjana, Ali Mamlouk, li huwa inkluż fil-lista tas-sanzjonijiet tal-UE, mal-Ministru tal-Intern Taljan u mad-Direttur tal-Aġenzija għall-Informazzjoni u s-Sigurtà Esterna f'Ruma, fi ksur flagranti tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/273/PESK tad-9 ta' Mejju 2011 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja;

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-kunflitt ċivili fis-Sirja, li beda seba' snin ilu, għadu għaddej, minkejja d-diversi sforzi internazzjonali li saru biex jiżguraw waqfien mill-ġlied u jistabbilixxu l-bażi għal soluzzjoni negozjata; billi, bħala konsegwenza, is-sitwazzjoni umanitarja fil-pajjiż għadha devastanti; billi 13-il miljun ruħ, li minnhom 6 miljuni huma tfal, huma rreġistrati bħala persuni li jeħtieġu xi forma ta' għajnuna umanitarja; billi 6,1 miljun ruħ huma spostati internament, 3 miljun ċivil jgħixu f'żoni assedjati u aktar minn 5 miljun ruħ huma rreġistrati bħala rifuġjati Sirjani li jirrisjedu fir-reġjuni tal-madwar; billi mill-inqas 400 000 Sirjan tilfu ħajjithom matul il-kunflitt;

B.  billi żoni u bliet, bħal Idlib, il-Lvant ta' Ghouta, Yarmouk, Foua u Kefraya, ilhom ħafna żmien isofru mblokki, b'konsegwenzi serji għall-popolazzjoni ċivili u bl-ebda possibbiltà li jsirulhom forniment ta' għajnuna umanitarja b'mod sostenibbli minħabba l-offensiva militari u l-bumbardamenti mir-reġim Sirjan fil-konfront tal-poplu tiegħu stess bl-appoġġ tar-Russja u tal-Iran; billi l-Lvant ta' Ghouta ilu ħames snin taħt assedju mir-reġim Sirjan u mill-alleati tiegħu, u ċ-ċivili, fosthom tfal, l-iskejjel u l-istrutturi mediċi huma suġġetti għal bumbardamenti mill-ajru, attakki tal-artillerija u l-użu ta' armi kimiċi, li kkawżaw mijiet ta' mwiet fl-inħawi; billi l-gruppi terroristiċi fil-Lvant ta' Ghouta ġew akkużati li bbumbardjaw id-distretti ċivili ta' Damasku;

C.  billi s-sitwazzjoni fil-Lvant ta' Ghouta tant hija kritika li s-Segretarju Ġenerali tan-NU, António Guterres, iddeskrivieha bħala "infern fuq wiċċ id-dinja"; billi n-nies li jgħixu fil-Lvant ta' Ghouta ilhom maqtugħin minn kwalunkwe forma ta' għajnuna mill-14 ta' Frar 2018 minħabba mblokk, meta konvoj wieħed wasal għand mhux aktar minn 7 200 ruħ mill-400 000 ruħ li jgħixu fiż-żona; billi konvoj tal-għajnuna tan-NU fl-aħħar irnexxielu jidħol Douma fil-5 ta' Marzu 2018 u laħaq lil 27 500 ruħ fil-bżonn ta' provvisti alimentari u mediċi; billi r-reġim Sirjan neħħa materjal mediku fundamentali mill-konvoj;

D.  billi fl-24 ta' Frar 2018 il-UNSC adotta r-riżoluzzjoni 2401, li fiha l-Kunsill tas-Sigurtà talab li l-partijiet kollha fil-kunflitt iwaqqfu minnufih l-ostilitajiet għal tal-anqas 30 jum konsekuttiv biex jippermettu l-forniment sikur, kontinwu u mingħajr ostakli tal-assistenza umanitarja u l-evakwazzjonijiet mediċi ta' dawk morda u midruba b'mod kritiku, f'konformità mad-dritt internazzjonali applikabbli; billi r-riżoluzzjoni 2401 tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-NU ma ġietx rispettata mir-reġim Sirjan u mill-forzi Russi u Iranjani, minkejja l-appelli ripetuti tal-komunità internazzjonali; billi l-militar qed juża l-pretest tal-"liberazzjoni" tar-reġjun biex jattakka ċ-ċivili; billi f'dawn l-aħħar snin ir-Russja użat il-veto għal 11-il riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, inkluża r-riżoluzzjoni li l-għan tagħha kien li ġġedded il-Mekkaniżmu ta' Investigazzjoni Konġunt bejn l-OPCW u n-NU f'Novembru 2017, u żvolġiet rwol attiv fil-limitazzjoni tal-kontenut tar-riżoluzzjonijiet;

E.  billi dawn l-attakki u t-tattika tal-gwerra li biha ċ-ċivili jitħallew imutu bil-ġuħ permezz ta' assedju f'żoni popolati kif ukoll l-ispostament furzat tal-popolazzjoni, anki għall-finijiet ta' bidla demografika, jikkostitwixxu ksur ċar tad-dritt umanitarju internazzjonali; billi t-tfixkil tal-isforzi għall-evakwazzjoni u għall-forniment ta' għajnuna umanitarja u ta' kura medika jikkostitwixxi vjolazzjonijiet sfaċċati tad-dritt umanitarju internazzjonali, kif ukoll ta' bosta riżoluzzjonijiet tal-UNSC;

F.  billi l-Operazzjoni Torka "Fergħa taż-Żebbuġ" fil-provinċja ta' Afrin, li hija taħt il-kontroll tal-Kurdi, żiedet dimensjoni ġdida fil-kunflitt fis-Sirja, hekk li qajmet preokkupazzjonijiet umanitarji addizzjonali u inkwiet dwar l-impatti negattivi fuq il-bilanċi interni delikati fis-Sirja u/jew fuq il-ħidma lejn soluzzjoni negozjata; jenfasizza li diġà ġie rrapportat li kien hemm għadd kbir ta' vittmi ċivili, u li mijiet ta' ħajjiet ċivili oħrajn jinsabu f'riskju; billi l-VP/RGħ, f'isem l-UE, esprimiet dawn il-preokkupazzjonijiet b'mod ċar, hekk li talbet lill-Gvern Tork iwaqqaf l-offensiva tiegħu u saħqet fuq il-ħtieġa li l-isforzi jkunu kkonċentrati biex jingħelbu l-organizzazzjonijiet terroristiċi elenkati min-NU;

G.  billi l-vjolazzjonijiet kommessi matul il-kunflitt Sirjan mir-reġim ta' Assad u mill-alleati tiegħu, u minn gruppi terroristiċi, jinkludu attakki mmirati u indiskriminati fuq ċivili, anki bl-użu ta' armi kimiċi, qtil extraġudizzjarju, tortura u trattament ħażin, għajbien furzat, arresti tal-massa u arbitrarji, kastigi kollettivi, attakki fuq persunal mediku u tiċħid ta' ikel u ilma u għajnuna medika; billi dawn id-delitti s'issa baqgħu mingħajr kastig;

H.  billi l-ISIS/Da'esh u movimenti ġiħadisti oħra wettqu atroċitajiet u vjolazzjonijiet gravi tad-dritt internazzjonali, fosthom eżekuzzjonijiet brutali u vjolenza sesswali, ħtif, tortura, konverżjonijiet furzati u tjassir tan-nisa u tal-bniet; billi t-tfal qed jiġu rreklutati u użati f'attivitajiet terroristiċi; billi hemm tħassib serju dwar l-użu ta' ċivili bħala tarki umani fiż-żoni li jinsabu taħt il-kontroll tal-estremisti; billi dawn id-delitti jikkostitwixxu delitti tal-gwerra, delitti kontra l-umanità u ġenoċidju;

I.  billi, fis-sitwazzjoni attwali, l-oppożizzjoni demokratika hija mdgħajfa u ċ-ċivili huma maqbuda bejn it-terroristi ġiħadisti u l-fundamentalisti Iżlamiċi, minn naħa waħda, u s-sostenituri tar-reġim ta' Assad, min-naħa l-oħra;

J.  billi fis-26 ta' Frar 2018 il-Kunsill żied lill-Ministru tal-Industrija u lill-Ministru tal-Informazzjoni tal-Gvern tas-Sirja fil-lista tal-persuni milquta mill-miżuri restrittivi tal-UE kontra r-reġim Sirjan minħabba l-gravità tas-sitwazzjoni fil-pajjiż;

K.  billi huwa l-obbligu tal-komunità internazzjonali u tal-Istati individwali li dawk responsabbli jagħtu kont tal-vjolazzjonijiet tad-dritt internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali kommessi matul il-kunflitt Sirjan, anki permezz tal-applikazzjoni tal-prinċipju tal-ġurisdizzjoni universali kif ukoll tad-dritt nazzjonali; billi dan jista' jsir jew abbażi ta' rimedji nazzjonali u internazzjonali eżistenti, inklużi l-qrati nazzjonali u t-tribunali internazzjonali, jew ta' tribunali kriminali internazzjonali ad hoc li għad iridu jiġu stabbiliti; billi, minbarra tali responsabbiltà kriminali personali, anki l-Istati jistgħu jkunu suġġetti għal prosekuzzjoni, f'ċerti kundizzjonijiet, għall-ksur ta' obbligi skont it-trattati u l-konvenzjonijiet internazzjonali li fuqhom għandha ġurisdizzjoni l-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja, inklużi l-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattamenti jew Pieni Oħra Krudili, Inumani jew Degradanti tal-1984 u l-Konvenzjoni dwar il-Prevenzjoni u l-Kastig tad-Delitt ta' Ġenoċidju tal-1948;

L.  billi l-UE għadha impenjata favur is-suċċess tan-negozjati mmexxija taħt l-awspiċji tal-Mibgħut Speċjali tan-NU għas-Sirja, magħrufa bħala l-proċess ta' Ġinevra; billi l-UE għadha tappoġġja dan il-proċess, anki permezz tal-organizzazzjoni tat-tieni Konferenza ta' Brussell dwar l-Appoġġ għall-Futur tas-Sirja u tar-Reġjun, li se ssir fl-24 u l-25 ta' April 2018;

M.  billi n-negozjati li saru Ġinevra s'issa ma wasslux għal progress biex tinstab soluzzjoni paċifika għall-kriżi fis-Sirja, wara d-disa' ċiklu fi Vjenna fil-25 u s-26 ta' Jannar 2018; billi, fl-4 ta' Mejju 2017, ir-Russja, l-Iran u t-Turkija laħqu ftehim fil-Każakistan biex jistabbilixxu erba' żoni ta' diżintensifikazzjoni tal-kunflitt, li ma ġewx rispettati u protetti mill-garanti; billi l-Kungress tad-Djalogu Nazzjonali Sirjan li sar Sochi fit-30 ta' Jannar 2018 ħabbar il-ħolqien ta' Kumitat Kostituzzjonali, li ma ġiex aċċettat mill-partijiet kollha;

N.  billi s-sitwazzjoni fis-Sirja u n-nuqqas ta' tranżizzjoni politika komprensiva, ġenwina u inklużiva għadhom jimpedixxu l-implimentazzjoni sħiħa tal-istrateġija tal-UE rigward is-Sirja u, b'mod partikolari, l-assistenza sostanzjali li l-Unjoni tista' tipprovdi għar-rikostruzzjoni tal-pajjiż;

O.  billi, mindu faqqgħet il-gwerra, l-UE u l-Istati Membri tagħha mmobilizzaw aktar minn EUR 10,4 biljun biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet umanitarji li jirriżultaw mill-kriżi Sirjana, kemm internament kif ukoll esternament fir-reġjun tal-madwar, u b'hekk l-UE hija l-akbar donatur; billi l-UE appoġġjat u faħħret ukoll b'mod sostanzjali lill-pajjiżi ġirien li jospitaw lir-rifuġjati;

1.  Jikkundanna, għal darb'oħra u bl-akbar qawwa, l-atroċitajiet kollha u l-vjolazzjonijiet mifruxa tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali kommessi matul il-kunflitt, u b'mod partikolari l-atti mwettqa mill-forzi tar-reġim ta' Assad, anki bl-appoġġ tal-alleati tiegħu, ir-Russja u l-Iran, kif ukoll mill-organizzazzjonijiet terroristiċi elenkati min-NU; jiddeplora l-fatt li mill-inqas 400 000 ruħ inqatlu u eluf aktar sfaw midruba minħabba l-bumbardamenti, l-attakki tal-artillerija u mezzi militari oħra fis-Sirja tul is-seba' snin ta' kunflitt, u li miljuni ġew spostati, filwaqt li ċ-ċivili ma tħallewx ikollhom aċċess għal ikel, ilma, sanità u kura tas-saħħa bħala konsegwenza tal-assedji twal ta' żoni b'densità għolja ta' popolazzjoni; jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar iż-żieda esponenzjali fil-vjolenza f'ħafna nħawi tal-pajjiż, bħalma huwa l-każ fil-Lvant ta' Ghouta, f'Afrin u f'Idlib;

2.  Jiddispjaċih ħafna għall-falliment tal-isforzi ripetuti reġjonali u internazzjonali biex tintemm il-gwerra, u jħeġġeġ kooperazzjoni globali mġedda u intensiva sabiex tinkiseb soluzzjoni paċifika u sostenibbli għall-kunflitt; jenfasizza li l-komunità internazzjonali ma appoġġjatx biżżejjed lill-oppożizzjoni demokratika; jafferma mill-ġdid il-primat tal-proċess ta' Ġinevra mmexxi min-NU u jappoġġja l-isforzi tal-Mibgħut Speċjali tan-NU għas-Sirja, Staffan de Mistura, biex tinkiseb tranżizzjoni politika ġenwina u inklużiva, skont ir-riżoluzzjoni 2254 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, innegozjata mill-partijiet Sirjani kollha u bl-appoġġ ta' atturi internazzjonali u reġjonali ewlenin; jissottolinja l-importanza li tinstab soluzzjoni politika għall-kunflitt; jibqa' impenjat favur l-għaqda, is-sovranità, l-integrità territorjali u l-indipendenza tas-Sirja;

3.  Jikkundanna bl-aktar mod qawwi l-vjolenza li għaddejja bħalissa fil-Lvant ta' Ghouta, minkejja l-adozzjoni unanima tar-riżoluzzjoni 2401 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, u jistieden b'urġenza lill-partijiet kollha, b'mod partikolari lir-reġim ta' Assad, lir-Russja u lill-Iran, jimplimentaw bis-sħiħ u b'urġenza din ir-riżoluzzjoni u jirrispettawha, filwaqt li jiżguraw il-forniment sikur, kontinwu u mingħajr ostaklital-assistenza umanitarja u l-evakwazzjoni ta' dawk morda u midruba b'mod kritiku u t-tnaqqis tat-tbatija tal-popolazzjoni Sirjana; jappoġġja bis-sħiħ l-appell biex il-partijiet kollha fil-kunflitt iwaqqfu minnufih l-ostilitajiet għal tal-anqas 30 jum konsekuttiv; itenni l-appell lill-partijiet kollha, b'mod partikolari lill-awtoritajiet Sirjani, biex jonoraw ir-responsabbiltà tagħhom li jipproteġu lill-popolazzjoni Sirjana u jwaqqfu minnufih l-attakki kollha kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja; jistieden lill-garanti kollha tal-waqfien mill-ġlied fiż-żoni ta' diżintensifikazzjoni tal-kunflitt biex iwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom bil-għan li jintemmu l-vjolenza u d-delitti kommessi u li jiġi permess u ggarantit aċċess mingħajr restrizzjonijiet għal dawn iż-żoni; jieħu nota tad-deċiżjoni mit-tliet pajjiżi tal-Proċess ta' Astana li jorganizzaw summit ġdid f'April 2018 biex jiddiskutu s-Sirja u l-passi potenzjali fir-reġjun; jenfasizza li dawn il-passi ma għandhom bl-ebda mod jikkontradixxu jew jimminaw it-taħditiet sponsorizzati min-NU / il-proċess ta' Ġinevra;

4.  Ifakkar lir-reġimi tas-Sirja, tar-Russja u tal-Iran li huma responsabbli fil-qafas tad-dritt internazzjonali għad-delitti faħxija li qed ikomplu jikkommettu fis-Sirja, u li l-awturi ta' dawn id-delitti, kemm jekk Stati jew individwi, ikollhom jagħtu kont ta' għemilhom;

5.  Jiddispjaċih bil-qawwa għall-użu ripetut tal-veto mir-Russja fil-UNSC u għall-fatt li ma ntlaħaq l-ebda ftehim dwar it-tiġdid tal-mandat tal-Mekkaniżmu ta' Investigazzjoni Konġunt bejn l-OPCW u n-NU qabel ma skada fis-17 ta' Novembru 2017; iqis li din l-attitudni minn membru permanenti tal-UNSC b'responsabbiltà speċjali għaż-żamma tal-paċi u tas-sigurtà internazzjonali hija waħda tal-mistħija; jenfasizza li, f'għajnejn id-dinja, l-ostakolar tal-investigazzjonijiet internazzjonali mhuwa xejn ħlief sinjal ta' ħtija;

6.  Jesprimi tħassib serju dwar l-intervent tat-Turkija f'żoni tas-Sirja li huma kkontrollati minn forzi Kurdi; għadu serjament inkwetat bis-sitwazzjoni f'Afrin li sejra għall-agħar, inkluż dwar il-possibbiltà ta' konfront bejn il-forzi Torok u dawk ta' Assad jew tar-Russja, u bit-tensjonijiet dejjem akbar mal-Istati Uniti; jistieden lill-Gvern Tork jirtira t-truppi tiegħu u jiżvolġi rwol kostruttiv fil-kunflitt Sirjan, fatt li huwa wkoll fl-interessi nazzjonali tat-Turkija; itenni l-pożizzjoni tal-VP/RGħ li l-ftuħ ta' fronti ġodda fis-Sirja mhuwiex fl-interess tas-sigurtà tat-Turkija u jwissi kontra deterjorament ulterjuri tal-kriżi umanitarja tal-pajjiż; jeżiġi r-rispett sħiħ tad-dritt umanitarju, b'mod partikolari l-protezzjoni taċ-ċivili, u jitlob waqfien mill-ġlied fis-Sirja kollha, u għalhekk anki f'Afrin;

7.  Jafferma mill-ġdid l-appoġġ tiegħu favur l-isforzi tal-Koalizzjoni Globali kontra Da'esh; jissottolinja li s-sħab tal-forzi tal-Koalizzjoni u tas-Sirja għamlu progress sinifikanti fil-kampanja biex jingħeleb Da'esh fis-Sirja; ifakkar li kwalunkwe miżura meħuda biex jiġu miġġielda Da'esh u gruppi terroristiċi oħra rikonoxxuti bħala tali mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU trid tirrispetta b'mod rigoruż id-dritt internazzjonali; jistieden lill-Istati Membri u lill-alleati tagħhom jiżguraw it-trasparenza, l-obbligu ta' rendikont u l-konformità sħiħa mad-dritt umanitarju internazzjonali u mad-dritt internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem;

8.  Iħeġġeġ, għal darba oħra, li jkun hemm aċċess umanitarju sikur, f'waqtu u mingħajr restrizzjonijiet fit-territorju kollu tas-Sirja u jilqa' r-riżoluzzjoni 2393 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, li ġeddet l-awtorizzazzjoni tal-aċċess umanitarju li jaqsam il-fruntieri u l-fronti tal-kunflitt fis-Sirja għal 12-il xahar ieħor (sal-10 ta' Jannar 2019); jinkoraġġixxi lin-NU u lil sħabha fl-implimentazzjoni biex jibqgħu jieħdu passi ħalli jkattru l-kunsinni umanitarji f'żoni assedjati u li diffiċli jintlaħqu, inkluż billi jużaw, bl-aktar mod effikaċi possibbli, il-postijiet tal-qsim tal-fruntieri skont ir-riżoluzzjoni 2165 (2014) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU; isostni l-appell biex tkun aċċelerata b'urġenza l-azzjoni umanitarja relatata mal-mini fis-Sirja kollha u jfakkar lill-partijiet kollha fil-kunflitt li l-isptarijiet u l-persunal mediku huma espliċitament protetti mid-dritt umanitarju internazzjonali; jiddeplora d-diversi każijiet ta' abbuż sesswali u mġiba ħażina li nstab li twettqu fi ħdan organizzazzjonijiet tal-għajnuna internazzjonali, inkluż l-isfruttament sesswali tar-rifuġjati Sirjani minn dawk li kienu qed jagħtu l-għajnuna f'isem in-NU u f'isem organizzazzjonijiet internazzjonali magħrufa; jiddikjara bil-qawwa li ma għandu jkun hemm l-ebda tolleranza għal tali atti; iħeġġeġ li ssir investigazzjoni bir-reqqa u jenfasizza li l-persuni responsabbli jeħtiġilhom jiġu kkastigati;

9.  Jenfasizza li m'għandu jkun hemm l-ebda tolleranza jew impunità għad-delitti tal-waħx li ġew kommessi fis-Sirja, fosthom dawk kommessi fil-konfront tal-gruppi u tal-minoranzi reliġjużi, etniċi u ta' tip ieħor; itenni l-appell tiegħu biex isiru investigazzjonijiet indipendenti, imparzjali, bir-reqqa u kredibbli, kif ukoll prosekuzzjonijiet ta' dawk responsabbli, u jappoġġja l-ħidma tal-Mekkaniżmu Internazzjonali, Imparzjali u Indipendenti (MIII) dwar delitti internazzjonali mwettqa fir-Repubblika Għarbija Sirjana sa minn Marzu 2012; jinnota b'sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-UE li tagħti EUR 1,5 miljun f'appoġġ finanzjarju lill-mekkaniżmu permezz tal-Istrument li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi (IcSP) tagħha; jenfasizza, madankollu, li l-appoġġ se jkun meħtieġ lil hinn mit-18-il xahar li jdum il-programm; jissottolinja l-importanza li l-Istati Membri jonoraw l-impenji tagħhom, u jistenna li l-kwistjoni tal-finanzjament tal-MIII titqajjem u tiġi riżolta fit-tieni Konferenza ta' Brussell dwar l-Appoġġ għall-Futur tas-Sirja u tar-Reġjun; jitlob, barra minn hekk, li jiġu appoġġjati l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-NGOs, li qed jiġbru l-provi ta' abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u tal-ksur tad-dritt umanitarju u jgħinu biex jippreservawhom;

10.  Għadu konvint li ma jista' jkun hemm l-ebda riżoluzzjoni effikaċi tal-kunflitt jew paċi sostenibbli fis-Sirja mingħajr responsabbiltà għad-delitti kommessi u jitlob l-adozzjoni ta' strateġija tal-UE dwar l-obbligu ta' rendikont fir-rigward tad-delitti atroċi kommessi fis-Sirja; itenni l-appoġġ tiegħu għall-prinċipju ta' ġurisdizzjoni universali fl-indirizzar tal-impunità u jilqa' l-passi meħuda minn għadd ta' Stati Membri tal-UE f'dan is-sens; jilqa' pożittivament ukoll l-inizjattivi min-naħa tal-Istati Membri biex jagħmlu l-vjolazzjonijiet gravi tad-dritt internazzjonali reat skont id-dritt nazzjonali tagħhom; itenni t-talba tiegħu biex l-UE u l-Istati Membri tagħha jeżaminaw, f'koordinament mill-qrib ma' pajjiżi tal-istess fehma, il-possibbiltà li jinħoloq tribunal għad-delitti tal-gwerra fis-Sirja, sa ma jsir b'suċċess riferiment lill-QKI; josserva l-ħidma importanti tan-netwerk Ewropew ta' punti ta' kuntatt dwar persuni li huma responsabbli għal ġenoċidju, delitti kontra l-umanità u delitti tal-gwerra u jistieden lill-VP/RGħ u lid-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi jsostnu u jinkludu lin-netwek fl-isforzi futuri ta' rendikont rigward is-Sirja;

11.  Jeżiġi li kulħadd jirrispetta d-dritt tal-gruppi u tal-minoranzi etniċi u reliġjużi fis-Sirja, inklużi l-Insara u l-persuni spostati, biex ikomplu jgħixu jew jirritornaw fit-territorji li fihom joqogħdu storikament u tradizzjonalment, b'dinjità, ugwaljanza u sikurezza, u biex jipprattikaw bis-sħiħ ir-reliġjon u t-twemmin tagħhom b'mod liberu mingħajr ma jkunu suġġetti għall-ebda tip ta' koerċizzjoni, vjolenza jew diskriminazzjoni; jappoġġja d-djalogu interreliġjuż sabiex jiġi promoss il-fehim reċiproku u jiġi miġġieled il-fundamentaliżmu;

12.  Huwa mwaħħax bl-għajbien ta' Razan Zaitouneh, difensur tad-drittijiet tal-bniedem u rebbieħa tal-Premju Sakharov, li, skont rapporti, inħatfet f'Douma f'Diċembru 2013 mill-grupp armat Jaysh al-Islam; jitlob il-ħolqien ta' task force tal-UE inkarigata li tikkoordina u tintensifika l-isforzi biex jinstab il-post fejn hi miżmuma u tiżgura r-rilaxx tagħha;

13.  Jistieden lill-VP/RGħ tagħmel kull sforz biex tagħti spinta lit-taħditiet ta' paċi bil-medjazzjoni tan-NU, u teżiġi rwol aktar attiv f'dawn in-negozjati, billi tuża l-kapaċità finanzjarja u r-rieda tal-UE li talloka riżorsi sinifikanti għar-rikostruzzjoni tas-Sirja; iħeġġeġ lill-VP/RGħ tinvolvi aktar mill-qrib u tappoġġja attivament lis-soċjetà ċivili Sirjana u lil dawk li jridu Sirja demokratika, pluralistika u inklużiva, fl-isforzi tagħha għall-futur tal-poplu Sirjan, u dan għandu jibda jsir mit-tieni Konferenza ta' Brussell li se ssir fl-24 u l-25 ta' April 2018; iħeġġeġ lill-VP/RGħ taħdem mal-poplu Sirjan favur l-iżvilupp ta' strateġiji lokalizzati għar-rikostruzzjoni tad-diversi reġjuni tas-Sirja; jissottolinja li l-UE għandha tikkunsidra l-opzjonijiet kollha disponibbli fil-ħidma mas-sħab internazzjonali tagħha, inklużi l-paraxutaġġ ta' kunsinni tal-għajnuna u l-istabbiliment ta' żoni ta' divjet ta' titjiriet abbażi ta' riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU;

14.  Jilqa' ż-żamma tat-tieni Konferenza ta' Brussell ospitata mill-UE bil-għan li jiġi espress u implimentat l-appoġġ politiku u ekonomiku sħiħ tal-komunità internazzjonali għall-proċess ta' Ġinevra għas-Sirjani fil-bżonn u għall-pajjiżi li jospitaw rifuġjati Sirjani; jirrikonoxxi s-solidarjetà impressjonanti li l-Ġordan, il-Libanu u t-Turkija wrew mar-rifuġjati u jitlob li jitqawwa l-potenzjal tal-appoġġ finanzjarju min-naħa tal-UE u tal-Istati Membri maħsub biex jindirizza l-bżonnijiet urġenti tar-rifuġjati u tal-komunitajiet ta' akkoljenza; iwissi kontra l-bidu ta' kwalunkwe sforz ta' rikostruzzjoni qabel ma jkun hemm fis-seħħ ftehim politiku nnegozjat min-NU li jinvolvi lill-partijiet kollha; jistieden lill-VP/RGħ tinkludi b'mod aktar sħiħ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili f'din il-konferenza; jitlob, f'dan ir-rigward, żieda tal-appoġġ favur l-organizzazzjonijiet paċifiċi u demokratiċi tas-soċjetà ċivili Sirjana u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż permezz tal-Fond Madad, l-Istrument li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi u l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem; jistieden lill-komunità internazzjonali tonora l-impenji pendenti tagħha ta' appoġġ umanitarju fis-Sirja u fil-pajjiżi tal-madwar;

15.  Jenfasizza li l-isforzi tal-UE biex tagħi appoġġ umanitarju u tippjana l-ġejjieni tas-Sirja huma ta' min ifaħħarhom; ifakkar li, konformement mal-istrateġija tagħha, l-UE impenjat ruħha li ma tagħtix assistenza inkundizzjonata lir-rikostruzzjoni tas-Sirja, iżda tagħtiha biss meta tkun bdiet b'mod sod tranżizzjoni politika komprensiva, ġenwina u inklużiva, innegozjata mill-partijiet Sirjani fil-kunflitt abbażi tar-riżoluzzjoni 2254 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u tal-Komunikat ta' Ġinevra; jissottolinja li r-reġim ta' Assad, ir-Russja ta' Putin u l-Iran għandhom ir-responsabbiltà primarja għall-konsegwenzi ekonomiċi tal-interventi militari tagħhom; josserva li kwalunkwe impenn għar-rikostruzzjoni, ibbażat fuq approċċ minn isfel għal fuq u fuq ir-responsabilizzazzjoni tal-atturi lokali – u b'hekk ikunu esklużi gruppi terroristiċi magħrufa – irid jintuża biex jikkontribwixxi għall-paċi u għall-obbligu ta' rendikont;

16.  Jikkundanna bil-qawwa l-użu tat-tfal fil-ġlied jew f'attakki terroristiċi; jisħaq fuq l-importanza fundamentali li t-tfal jiġu protetti u li tingħata prijorità lill-aċċess tagħhom għall-edukazzjoni, inklużi t-tfal rifuġjati f'pajjiżi tal-madwar, kif ukoll li tiġi appoġġjata r-riabilitazzjoni psikoloġika ta' dawn it-tfal trawmatizzati;

17.  Jesprimi tħassib dwar ir-ritorn irrapportat ta' 66 000 rifuġjat lejn is-Sirja fl-2017 u jissottolinja l-ħtieġa li l-prinċipju ta' non-refoulement jiġi rrispettat bis-sħiħ; jenfasizza li s-Sirja mhijiex pajjiż sikur għar-ritorn tar-rifuġjati u li l-UE jeħtiġilha ma tappoġġjax tali ritorni; itenni t-talba tiegħu lill-Istati Membri biex jonoraw l-impenji tagħhom, inklużi dawk stabbiliti fid-Dikjarazzjoni ta' New York, u jiżguraw il-qsim tar-responsabbiltà, b'tali mod li jħallu lir-rifuġjati li qed jaħarbu miż-żoni tal-gwerra fis-Sirja jsibu protezzjoni lil hinn mir-reġjun tal-madwar dirett, inkluż permezz ta' skemi ta' risistemazzjoni u ta' ammissjoni umanitarja;

18.  Jilqa' b'sodisfazzjon iż-żieda mal-lista tal-persuni fil-mira tal-miżuri restrittivi tal-UE kontra r-reġim Sirjan, fis-26 ta' Frar 2018, ta' żewġ ministri Sirjani li nħatru f'Jannar 2018 u li għandhom responsabbiltà għal azzjoni repressiva kontra l-poplu tas-Sirja; iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha jiżguraw ir-rispett sħiħ tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, partikolarment l-iffriżar tal-assi tal-individwi elenkati fiha u r-restrizzjonijiet fuq l-ammissjoni ta' persuni li qegħdin jibbenefikaw mir-reġim ta' Assad jew jappoġġjawh; jikkundanna r-rapporti reċenti ta' vjolazzjonijiet ta' din id-deċiżjoni u jfakkar lill-Istati Membri fl-obbligu tagħhom, fl-ambitu tad-dritt internazzjonali, li jiżguraw l-arrest u d-detenzjoni tas-suspetti ta' delitti atroċi preżenti fit-territorju tagħhom; jappella biex jiġu imposti sanzjonijiet immirati fuq l-uffiċjali Russi u Iranjani wara l-azzjonijiet immirati u deliberati tagħhom kontra l-popolazzjonijiet ċivili fil-Lvant ta' Ghouta kif ukoll fil-bqija tas-Sirja;

19.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lin-Nazzjonijiet Uniti, lill-membri tal-Grupp Internazzjonali ta' Appoġġ għas-Sirja u lill-partijiet kollha involuti fil-kunflitt, filwaqt li tkun żgurata wkoll traduzzjoni Għarbija ta' dan it-test.

(1) Testi adottati, P8_TA(2017)0227.
(2) ĠU L 121, 10.5.2011, p. 11.


Attakk fuq is-sistema tal-UE ta' appoġġ għall-farms skont il-PAK mill-Istati Uniti (fil-kuntest taż-żebbuġ Spanjol)
PDF 261kWORD 51k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2018 dwar il-miżuri mill-Istati Uniti dwar l-appoġġ tal-UE għall-farms fil-qafas tal-PAK (fil-kuntest taż-żebbuġ Spanjol) (2018/2566(RSP))
P8_TA(2018)0091RC-B8-0137/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni interim meħuda mid-Dipartiment tal-Kummerċ tal-Istati Uniti, li imponiet tariffa fuq iż-żebbuġ Spanjol wara li kkonkluda li s-sussidji li l-produtturi taż-żebbuġ irċevew fl-UE fisser li l-prodotti taż-żebbuġ jistgħu jiġu importati fl-Istati Uniti taħt il-prezz tas-suq,

–  wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni bit-titolu "Attakk tal-Istati Uniti kontra l-appoġġ agrikolu tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-PAK (fil-kuntest taż-żebbuġ Spanjol)" (O-000006/2018 – B8-0007/2018),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi d-deċiżjoni li jiġu imponuti tariffi ta' persentaġġi li jvarjaw fuq il-prodotti taż-żebbuġ esportati minn kumpaniji Spanjoli hija bbażata fuq il-kunsiderazzjoni li l-appoġġ mogħti lis-settur taż-żebbuġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni (PAK) jista' jikkostitwixxi kompetizzjoni inġusta fir-rigward tal-produtturi tal-Istati Uniti;

B.  billi din id-deċiżjoni tqajjem dubji, b'mod inġust u arbitrarju, dwar il-programmi kollha tal-UE ta' appoġġ għall-agrikoltura, u dan jista' potenzjalment jaffettwa lill-benefiċjarji kollha tal-PAK;

C.  billi hemm dubji serji dwar jekk il-formula użata mill-investigaturi tal-Istati Uniti biex jikkalkulaw il-kompatibbiltà tal-marġni antidumping preliminari mar-regoli tad-WTO;

D.  billi l-Kummissjoni, f'diversi okkażjonijiet, iddikjarat li l-miżuri ta' appoġġ li kienu fil-mira tal-investigazzjonijiet dwar id-dazju kompensatorju (CVD) (inklużi l-iskema ta' pagament bażiku, il-miżuri ta' promozzjoni u l-pagamenti għal bdiewa żgħażagħ) ma jfixklux il-kummerċ;

E.  billi s-sussidji allokati mill-PAK lill-produtturi primarji taż-żebbuġ tal-mejda fi Spanja jikkwalifikaw bħala appoġġ tal-"kaxxa l-ħadra" ("green box") skont l-Anness II tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikoltura, peress li huma diżakkoppjati mill-produzzjoni u ma jfixklux is-suq;

F.  billi l-miżuri tal-PAK taħt investigazzjoni mhumiex speċifiċi għall-prodott u għalhekk mhumiex kompensabbli skont l-Artikolu 2 tal-Ftehim tad-WTO dwar is-Sussidji u l-Miżuri Kompensatorji;

G.  billi l-investigazzjoni mnedija fil-każ taż-żebbuġ Spanjol hija waħda minn bosta investigazzjonijiet rigward id-difiża tal-kummerċ li diġà nfetħu mill-Istati Uniti;

H.  billi l-PAK ġiet ittrasformata permezz ta' diversi riformi sabiex ħafna mill-miżuri ta' appoġġ jinġiebu f'konformità mar-rekwiżiti tal-kaxxa l-ħadra tad-WTO, u attwalment hija mfassla b'tali mod li tiżgura konformità sħiħa mal-ftehimiet tad-WTO, wara li saret bidla minn sistema ta' appoġġ akkoppjata għal waħda diżakkoppjata;

I.  billi l-Istati Uniti huma wkoll utent sinifikanti tas-sussidji tal-kaxxa l-ħadra fl-agrikoltura;

J.  billi l-Istati Uniti imponiet dazji antidumping proviżorji b'medja ta' 17,13 % fuq it-tliet kumpaniji Spanjoli taħt investigazzjoni, u dazji kompensatorji b'medja ta' 4,47 % fuq kwalunkwe prodott Spanjol esportat;

K.  billi hemm riskju li l-miżuri proviżorji jiskattaw spiral ta' investigazzjonijiet ta' difiża mill-Istati Uniti u minn pajjiżi oħra dwar is-sussidji tal-kaxxa l-ħadra għal prodotti agrikoli; billi dan, fl-aħħar mill-aħħar, ser jagħmel ħsara lill-produtturi tal-UE u tal-Istati Uniti; billi din l-eskalazzjoni tqiegħed f'riskju l-ftehimiet tad-WTO, ftehimiet li ilhom stabbiliti u li ġew innegozjati b'reqqa;

L.  billi l-manifatturi Spanjoli jistgħu jitilfu s-suq tal-Istati Uniti, filwaqt li kompetituri minn pajjiżi terzi jibbenefikaw mill-vakwu fl-esportazzjoni kkawżat mid-deċiżjoni tal-Istati Uniti;

M.  billi, f'każ li dawn it-tariffi jsiru permanenti, l-impatt ekonomiku fuq is-settur taż-żebbuġ Spanjol huwa stmat li jkun bejn EUR 350 u 700 miljun matul il-ħames sa għaxar snin li ġejjin, li potenzjalment jista' jwassal għat-tmiem tal-esportazzjonijiet taż-żebbuġ misjur Spanjol;

N.  billi l-kompetittività tal-esportazzjonijiet Spanjoli, li s-sehem tagħhom mis-suq żdied b'mod progressiv fl-Istati Uniti fis-snin reċenti, hija r-riżultat tal-isforzi magħmula minn dawn il-kumpaniji biex inaqqsu l-ispejjeż permezz ta' investiment f'teknoloġija mill-aktar avvanzata u titjib fil-kwalità, u mhix konsegwenza tas-sussidji Ewropej;

O.  billi ż-żieda fl-esportazzjonijiet Spanjoli lejn l-Istati Uniti (+ 20 % mill-2013) ippermettiet il-ħolqien ta' eluf ta' impjiegi u pprovdiet solliev ekonomiku għal żoni tal-Andalusia li kienu fost l-aktar milquta mill-kriżi ekonomika;

1.  Jistieden lill-awtoritajiet tal-Istati Uniti jirtiraw id-deċiżjoni interim tagħhom u jistabbilixxu mill-ġdid approċċ kostruttiv b'mod reċiproku f'dan il-qasam għall-benefiċċju reċiproku tal-produtturi u tal-konsumaturi fiż-żewġ kontinenti;

2.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar il-konsegwenzi negattivi li l-proċedura kompensatorja tal-Istati Uniti jista' jkollha fuq il-mudell agrikolu Ewropew kollu;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-passi diplomatiċi kollha meħtieġa, kemm fil-livell bilaterali kif ukoll f'dak tad-WTO, biex tiddefendi s-sistema tagħna ta' appoġġ tal-PAK, li hija meqjusa mid-WTO bħala li ma tfixkilx il-kummerċ u li ġiet approvata taħt il-proċedura tal-kaxxa l-ħadra tad-WTO;

4.  Jitlob lill-Kummissjoni tistudja l-possibbiltà li tikkontesta kwalunkwe deċiżjoni finali tal-Istati Uniti quddiem id-WTO;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tassisti lis-settur taż-żebbuġ Spanjol u lill-Gvern ta' Spanja biex tiżgura li r-regoli tad-WTO jkunu rrispettati bis-sħiħ mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti matul dawn l-investigazzjonijiet;

6.  Jitlob lill-Kummissjoni tagħti konsulenza ċara u appoġġ qawwi lis-settur taż-żebbuġ Spanjol, li ġie affettwat mill-investigazzjonijiet tal-Istati Uniti;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni tingħaqad mal-awtoritajiet Spanjoli u mas-settur taż-żebbuġ Spanjol u tkompli taqsam l-informazzjoni kollha rilevanti mal-awtoritajiet tal-Istati Uniti sabiex tipprevjeni l-impożizzjoni ta' kwalunkwe miżura mhux ġustifikata;

8.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tal-Istati Uniti.

(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608.

Avviż legali - Politika tal-privatezza