Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/0807(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0275/2018

Testi mressqa :

A8-0275/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 13/09/2018 - 10.4

Testi adottati :

P8_TA(2018)0347

Testi adottati
PDF 114kWORD 47k
Il-Ħamis, 13 ta' Settembru 2018 - Strasburgu
Ftehim dwar il-Kooperazzjoni bejn il-Eurojust u l-Albanija *
P8_TA(2018)0347A8-0275/2018

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Eurojust tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni bejn il-Eurojust u l-Albanija (08688/2018 – C8-0251/2018 – 2018/0807(CNS))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (08688/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji, li b'mod konformi magħhom il-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0251/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0275/2018),

1.  Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Aġġornata l-aħħar: 17 ta' Settembru 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza