Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2017/0293(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0287/2018

Testi mressqa :

A8-0287/2018

Dibattiti :

PV 02/10/2018 - 15
CRE 02/10/2018 - 15
PV 26/03/2019 - 18
CRE 26/03/2019 - 18

Votazzjonijiet :

PV 03/10/2018 - 9.5
CRE 03/10/2018 - 9.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 27/03/2019 - 18.5

Testi adottati :

P8_TA(2018)0370
P8_TA(2019)0304

Testi adottati
PDF 247kWORD 78k
L-Erbgħa, 3 ta' Ottubru 2018 - Strasburgu
Standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda ***I
P8_TA(2018)0370A8-0287/2018

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-3 ta' Ottubru 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 (riformulazzjoni) (COM(2017)0676 – C8-0395/2017 – 2017/0293(COD))(1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – riformulazzjoni)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 3
(3)  L-Istrateġija Ewropea għal Mobbiltà b'Emissjonijiet Baxxi16 tistabbilixxi ambizzjoni ċara: sa nofs is-seklu, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-trasport jeħtieġ li jonqsu b'60 % mil-livelli tal-1990 u jkunu fit-triq it-tajba biex jinżlu għal żero. L-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu l-arja prodotti mit-trasport li huma ta' dannu għas-saħħa tagħna jenħtieġ li jitnaqqsu b'mod drastiku bla dewmien. L-emissjonijiet mill-magni tal-kombustjoni konvenzjonali jeħtieġ li jkomplu jitnaqqsu wara l-2020. Il-vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero jeħtieġ li jidħlu u jżidu s-sehem tagħhom fis-suq sal-2030.
(3)  It-trasport huwa l-uniku settur ewlieni fl-Unjoni fejn l-emissjonijiet tal-gassijiet serra għadhom jiżdiedu. Sabiex jitwettqu l-impenji li l-Unjoni ħadet waqt il-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCC), li saret f'Pariġi fl-2015, jeħtieġ li titħaffef id-dekarbonizzazzjoni tas-settur kollu tat-trasport u jenħtieġ li l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jkunu sew fit-triq it-tajba biex jinżlu għal emissjoni żero sa nofs is-seklu. L-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu l-arja prodotti mit-trasport li huma ta' dannu sinifikanti għas-saħħa tagħna jeħtieġ ukoll li jitnaqqsu b'mod drastiku bla dewmien. L-emissjonijiet mill-magni tal-kombustjoni konvenzjonali jeħtieġ li jkomplu jitnaqqsu wara l-2020. Il-vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero jeħtieġ li jidħlu u jżidu s-sehem tagħhom fis-suq sal-2030.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 4a (ġdida)
(4a)  L-iżvilupp tal-istrateġiji ta' riċerka, provvista, ipproċessar u produzzjoni fi żviluppi tal-konstruzzjoni ta' komponenti ħfief huwa kruċjali għall-avvanz lejn tranżizzjoni b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju fis-settur awtomobilistiku. Hemm korp ta' riċerka dejjem jikber f'materja prima tal-fibra naturali u l-komposti tagħha bħala parti minn rwol emerġenti usa' għall-bijoekonomija u l-prodotti rinnovabbli, riċiklabbli u sostenibbli li tista' tipproduċi. Dawn l-iżviluppi jeħtieġ li jiġu bbażati fuq fehim tal-limitazzjonijiet li jikkonċernaw ir-riżorsi naturali, id-disponibbiltà tal-art u għaldaqstant il-ħtieġa li jiġu offruti soluzzjonijiet sostenibbli tat-tmiem taċ-ċiklu tal-ħajja.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 4b (ġdida)
(4b)  It-tranżizzjoni soċjalment aċċettabbli u ġusta lejn mobilità b'emissjonijiet żero sa nofs is-seklu teħtieġ bidliet fil-katina tal-valur tal-karozzi kollha, filwaqt li jitqies l-effett negattiv potenzjali fuq iċ-ċittadini u r-reġjuni fl-Istati Membri kollha. Huwa importanti li jitqiesu l-effetti soċjali tat-tranżizzjoni u li jkunu indirizzati minn qabel l-implikazzjonijiet fuq l-impjiegi. Għalhekk, huwa ta' importanza kbira li l-miżuri attwali jkunu wkoll akkumpanjati minn programmi mmirati fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali għat-taħriġ mill-ġdid, it-titjib tal-ħiliet u r-riallokazzjoni tal-ħaddiema, kif ukoll f'inizjattivi dwar l-edukazzjoni u t-tfittix ta' impjieg f'komunitajiet u reġjuni milquta b'mod negattiv imwettqa fi djalogu mill-qrib mas-sħab soċjali u l-awtoritajiet kompetenti.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 4c (ġdida)
(4c)  Tranżizzjoni b'suċċess lejn mobilità b'emissjonijiet żero teħtieġ qafas ta' politika komuni għall-vetturi, l-infrastrutturi u l-grilji tal-elettriku, il-produzzjoni sostenibbli ta' batteriji, il-provvista u r-riċiklaġġ, fejn inċentivi ekonomiċi u tal-impjiegi jkunu qed jaħdmu flimkien fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali u lokali u jkunu appoġġati minn strumenti ta' finanzjament tal-Unjoni aktar b'saħħithom.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 6
(6)  Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Ottubru 2014 appoġġaw tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra bi 30 % sal-2030 meta mqabbla mal-2005 għas-setturi li mhumiex parti mis-sistema tal-Unjoni Ewropea għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet. It-trasport bit-triq jipprovdi kontribut kbir għall-emissjonijiet f'dawk is-setturi u l-emissjonijiet tiegħu għadhom ferm ogħla mil-livelli tal-1990. Jekk l-emissjonijiet mit-trasport bit-triq jibqgħu jiżdiedu, se jpattu għat-tnaqqis li jagħmlu setturi oħra biex jiġġieldu t-tibdil fil-klima.
(6)  L-emissjonijiet tat-trasport bit-triq għadhom ferm ogħla mil-livelli tal-1990, u jpattu għat-tnaqqis li jagħmlu setturi oħra biex jiġġieldu t-tibdil fil-klima.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 9
(9)  Evalwazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 fl-2015 ikkonkludiet li dawk ir-Regolamenti kienu rilevanti, ġeneralment koerenti u ġġeneraw iffrankar sinifikanti fl-emissjonijiet, filwaqt li kienu aktar kosteffikaċi milli kien antiċipat oriġinarjament. Iġġeneraw ukoll valur miżjud sinifikanti għall-Unjoni li ma setax jinkiseb daqstant permezz ta' miżuri nazzjonali.
(9)  Evalwazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 fl-2015 ikkonkludiet li dawk ir-Regolamenti kienu rilevanti, ġeneralment koerenti u ġġeneraw iffrankar sinifikanti fl-emissjonijiet, filwaqt li kienu aktar kosteffikaċi milli kien antiċipat oriġinarjament. Iġġeneraw ukoll valur miżjud sinifikanti għall-Unjoni li ma setax jinkiseb daqstant permezz ta' miżuri nazzjonali. Madankollu, dik l-evalwazzjoni kkonkludiet ukoll li l-iffrankar attwali tas-CO2 milħuq huwa konsiderevolment inqas minn dak issuġġerit mir-rendiment tat-test tal-approvazzjoni tat-tip u li d-"distakk tal-emissjonijiet" bejn it-test tal-approvazzjoni tat-tip u r-rendiment f'użu reali konsiderevolment immina l-effikaċja tal-istandards ta' rendiment tas-CO2 kif ukoll il-fiduċja tal-konsumaturi fl-iffrankar potenzjali tal-fjuwil ta' karozzi ġodda.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 10a (ġdida)
(10a)  Sabiex tiġi żgurata l-effikaċja ta' dan ir-Regolament, it-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 jenħtieġ li jinkiseb taħt kundizzjonijiet li wieħed jiltaqa' magħhom waqt l-operat u l-użu normali tal-vettura. Huwa għalhekk xieraq li tiġi inkluża projbizzjoni stretta ta' apparat ta' manipulazzjoni f'dan ir-Regolament u li l-awtoritajiet jiġu pprovduti bil-mezzi biex tiġi żgurata konformità ma' din il-projbizzjoni.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 12
(12)  Huwa importanti li d-determinazzjoni ta’ rekwiżiti għat-tnaqqis tal-emissjonijet ta' CO2 tibqa' tipprovdi prevedibbiltà u sigurtà tal-ippjanar fil- fl-Unjoni kollha għall-manifatturi tal-vetturi fil-flotot/flotta kollha tal- karozzi u tal-vetturi kummerċjali fil- fl-Unjoni .
(12)  Id-determinazzjoni ta' rekwiżiti għat-tnaqqis tal-emissjonijet tas-CO2 tibqa' tipprovdi prevedibbiltà u sigurtà tal-ippjanar fl-Unjoni kollha għall-manifatturi tal-vetturi fil-flotot il-ġodda kollha tal-karozzi u tal-vetturi kummerċjali ħfief tagħhom fl-Unjoni.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 12a (ġdida)
(12a)  L-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tad-Direttiva 1999/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil1a fl-2016 identifikat ħtieġa ta' aktar kjarifika u simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni, li tista' żżid ir-rilevanza, l-effikaċja, l-effiċjenza u l-koerenza tagħha. Ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/9481b għandha l-għan li tinkoraġġixxi applikazzjoni armonizzata tad-Direttiva 1999/94/KE. Madankollu, rekwiżiti tal-Unjoni mfassla aħjar u aktar armonizzati dwar it-tikkettar tal-karozzi li jipprovdu lill-konsumaturi b'informazzjoni komparabbli, affidabbli u faċli għall-utenti dwar il-benefiċċji ta' karozzi b'emissjonijiet baxxi, inkluża informazzjoni dwar it-tniġġis tal-arja u l-ispejjeż operattivi flimkien mal-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil, jistgħu jappoġġaw l-użu ta' karozzi bl-aktar fjuwil effiċjenti u favur l-ambjent fl-Unjoni kollha. Għalhekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrieżamina d-Direttiva 1999/94/KE mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2019 u tressaq proposta leġiżlattiva rilevanti. Barra minn hekk, simili għall-karozzi tal-passiġġieri, is-settur tal-vetturi kummerċjali ħfief jista' jibbenefika wkoll mill-introduzzjoni ta' tali tikketta dwar l-ekonomija tal-fjuwil u l-emissjonijiet tas-CO2. Għalhekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tanalizza wkoll dawk l-għażliet għal dak is-settur, u fejn xieraq, tressaq proposti leġiżlattivi rilevanti.
_______________
1a Id-Direttiva 1999/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1999 relatata mad-disponibilità ta' tagħrif għall-konsumatur dwar l-ekonomija tal-karburanti u emissjonijiet tas-CO2 rigward il-marketing ta' karozzi tal-passiġġieri ġodda (ĠU L 12, 18.1.2000, p. 16).
1b Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/948 tal-31 ta' Mejju 2017 dwar l-użu tal-valuri tal-konsum tal-fjuwil u tal-emissjonijiet tas-CO2 approvati għat-tip u mkejla skont il-Proċedura tat-Test Dinji Armonizzat għall-Vetturi Ħfief meta din l-informazzjoni tingħata lill-konsumaturi b'konformità mad-Direttiva 1999/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 142, 2.6.2017, p. 100).
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 13
(13)  Il-livelli ta' tnaqqis għall-flotot tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali ħfief fl-Unjoni kollha għalhekk jenħtieġ li jiġu stabbiliti għall-2025 u l-2030, filwaqt li jitqies il-perjodu ta' żmien biex tiġġedded il-flotta tal-vettura u l-ħtieġa biex is-settur tat-trasport bit-triq jikkontribwixxi għall-miri tal-klima u tal-enerġija tal-2030. Dan l-approċċ fi stadji jipprovdi wkoll sinjal ċar u bikri għall-industrija awtomobilistika biex ma tittardjax fl-introduzzjoni fis-suq ta' teknoloġiji għall-enerġija effiċjenti u vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero.
(13)  Il-livelli ta' tnaqqis għall-flotot tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali ħfief fl-Unjoni kollha jenħtieġ li jiġu stabbiliti għall-2025 u l-2030, filwaqt li jitqies il-perjodu ta' żmien biex tiġġedded il-flotta tal-vettura u l-ħtieġa biex is-settur tat-trasport bit-triq jikkontribwixxi għall-miri tal-klima u tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030 u lil hinn. Dan l-approċċ fi stadji jipprovdi wkoll sinjal ċar u bikri għall-industrija awtomobilistika biex ma tittardjax fl-introduzzjoni fis-suq ta' teknoloġiji għall-enerġija effiċjenti u vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero. Barra minn hekk, sabiex jinżamm il-momentum tat-tnaqqis tal-emissjonijiet lil hinn mill-2030, mill-inqas l-istess perkors ta' tnaqqis tal-emissjonijiet jenħtieġ li japplika mill-1 ta' Jannar 2031 u b'hekk jippermetti d-dekarbonizzazzjoni tas-settur b'konformità mal-impenji skont il-Ftehim ta' Pariġi.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 14
(14)  Filwaqt li l-Unjoni hija fost l-akbar manifatturi ewlenin ta' vetturi motorizzati fid-dinja u qiegħda minn ta' quddiem fit-tmexxija teknoloġika f'dan is-settur, il-kompetizzjoni qiegħda tiżdied u s-settur awtomobilistiku globali qiegħed jinbidel malajr permezz ta' innovazzjonijiet ġodda f'sistemi ta' motopropulsjoni elettrifikati kif ukoll fil-mobbiltà kooperattiva, konnessa u awtomatizzata. Biex iżżomm il-kompetittività globali tagħha kif ukoll l-aċċess għas-swieq, l-Unjoni teħtieġ qafas regolatorju li jinkludi inċentiv partikolari fil-qasam ta' vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero, li joħloq suq domestiku kbir u li jappoġġa l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni.
(14)  Filwaqt li l-Unjoni hija fost l-akbar manifatturi ewlenin ta' vetturi motorizzati fid-dinja u qiegħda minn ta' quddiem fit-tmexxija teknoloġika f'dan is-settur, il-kompetizzjoni qiegħda tiżdied u s-settur awtomobilistiku globali qiegħed jinbidel malajr permezz ta' innovazzjonijiet ġodda f'sistemi ta' motopropulsjoni elettrifikati kif ukoll fil-mobilità kooperattiva, konnessa u awtomatizzata. Jekk l-industrija tal-Unjoni ddum biex tinvolvi ruħha fit-tranżizzjoni tal-enerġija meħtieġa fis-settur tat-trasport, din tirriskja li titlef ir-rwol mexxej tagħha. Biex iżżomm il-kompetittività globali tagħha kif ukoll l-aċċess għas-swieq, l-Unjoni teħtieġ qafas regolatorju li jinkludi mekkaniżmu ta' politika partikolari fil-qasam ta' vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero, li joħloq suq domestiku kbir u li jappoġġa l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 14a (ġdida)
(14a)   L-għan fit-tul ta' mobilità tal-Unjoni kompletament dekarbonizzata mhux se jkun jista' jintlaħaq mingħajr innovazzjoni teknoloġika u progress tekniku. F'dan is-sens, u fid-dawl ta' kompetizzjoni teknoloġika internazzjonali ħarxa, huwa essenzjali li l-Unjoni kif ukoll l-Istati Membri jkomplu fl-isforzi tagħhom sabiex jesploraw u jiżviluppaw l-inizjattivi li jsaħħu s-sinerġiji possibbli tas-settur, bħall-European Battery Alliance reċenti, u jappoġġaw l-investimenti pubbliċi u privati fir-riċerka u fl-innovazzjoni tal-industrija tal-karozzi tal-Unjoni, sabiex it-teknoloġija tal-Unjoni tibqa' fil-quċċata ta' dan is-settur u tiġi żgurata s-sostenibbiltà fit-tul tal-għodda industrijali, filwaqt li tinżamm effiċjenti u kompetittiva fis-suq dinji.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 15
(15)  Jenħtieġ li jiddaħħal mekkaniżmu ta' inċentiv dedikat biex jiffaċilita tranżizzjoni bla intoppi lejn mobilità b'emissjonijiet żero. Dan il-mekkaniżmu ta' kreditu jenħtieġ li jiġi ddiżinjat b'tali mod li jippromwovi l-iżvilupp tal-vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero fis-suq tal-Unjoni.
(15)  Jenħtieġ li jiddaħħal mekkaniżmu ta' politika dedikat biex jiffaċilita u jaċċellera tranżizzjoni bla intoppi lejn mobilità b'emissjonijiet żero. Dan il-mekkaniżmu ta' kreditu u ta' dejn jenħtieġ li jiġi ddiżinjat b'tali mod li jippromwovi l-iżvilupp tal-vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero fis-suq tal-Unjoni u li jiżgura ċertezza tal-investiment biex tkun introdotta fil-ħin u b'mod adegwat l-infrastruttura meħtieġa tal-iċċarġjar.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 16
(16)  L-istabbiliment ta' punt ta' riferiment għas-sehem ta' vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero fil-flotta tal-UE, flimkien ma' mekkaniżmu ddiżinjat tajjeb għall-aġġustament tal-mira tas-CO2 speċifika għall-manifattur, abbażi tas-sehem ta' vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero li jkollu manifattur fil-flotta tiegħu, huma maħsuba li jipprovdu sinjal b'saħħtu u kredibbli għall-iżvilupp u l-introduzzjoni ta' vetturi bħal dawn filwaqt li jippermetti t-titjib tal-effiċjenza tal-magni b'kombusjoni interna konvenzjonali.
(16)  L-istabbiliment ta' punt ta' riferiment b'saħħtu għas-sehem ta' vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero fil-flotta tal-UE, flimkien ma' mekkaniżmu ddiżinjat tajjeb għall-aġġustament tal-mira tas-CO2 speċifika għall-manifattur, abbażi tas-sehem ta' vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero li jkollu manifattur fil-flotta tiegħu, huma maħsuba li jipprovdu sinjal b'saħħtu u kredibbli għall-iżvilupp, l-introduzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' vetturi bħal dawn filwaqt li jippermetti t-titjib tal-effiċjenza tal-magni b'kombusjoni interna konvenzjonali.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 17
(17)  Fid-determinazzjoni tal-krediti għall-vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero, huwa xieraq li titqies id-differenza fl-emissjonijiet tas-CO2 bejn il-vetturi. Il-mekkaniżmu ta' aġġustament jenħtieġ li jiżgura li manifattur li jaqbeż il-livell ta' referenza jkun jibbenefika minn mira speċifika ogħla ta' emissjonijiet tas-CO2. Biex jiġi żgurat approċċ ibbilanċjat, jenħtieġ li jiġu stabbiliti limiti għal-livell ta' aġġustament possibbli fi ħdan dak il-mekkaniżmu. Dan ikun jipprevedi ċerti inċentivi u b'hekk iħeġġeġ l-introduzzjoni f'waqtha tal-infrastruttura għaċ-ċarġjar u tal-fjuwil u jrendi benefiċċji kbar għall-konsumaturi, għall-kompetittività u għall-ambjent.
(17)  Fid-determinazzjoni tal-punti ta' riferiment għas-sehem ta' vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero, huwa xieraq li titqies id-differenza fl-emissjonijiet tas-CO2 bejn il-vetturi. Il-mekkaniżmu ta' aġġustament jenħtieġ li jiżgura li manifattur li jaqbeż il-livell ta' referenza jkun jibbenefika minn mira speċifika ogħla ta' emissjonijiet tas-CO2, għalkemm manifattur li ma jilħaqx il-punt ta' riferiment ikollu jikkonforma ma' mira tas-CO2 aktar stretta. Biex jiġi żgurat approċċ ibbilanċjat, jenħtieġ li jiġu stabbiliti limiti għal-livell ta' aġġustament possibbli fi ħdan dak il-mekkaniżmu. Dan se jipprevedi ċerti inċentivi u b'hekk iħeġġeġ l-introduzzjoni f'waqtha tal-infrastruttura għaċ-ċarġjar u tal-fjuwil u jrendi benefiċċji kbar għall-konsumaturi, għall-kompetittività u għall-ambjent.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 17a (ġdida)
(17a)  L-investimenti f'waqthom u suffiċjenti jenħtieġ li jsiru kemm fil-produzzjoni kif ukoll fl-introduzzjoni ta' vetturi b'emissjonijiet żero u baxxi u fl-infrastruttura ta' appoġġ globali li hija meħtieġa, inkluż il-produzzjoni, il-provvista u r-riċiklaġġ sostenibbli tal-batteriji. Strumenti ta' appoġġ differenti kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll f'dak nazzjonali jeħtieġ li jaħdmu flimkien b'mod effettiv filwaqt li jimmobilizzaw u jinċentivaw għadd ġmielu ta' investiment pubbliku u privat. Jeħtieġ li l-infrastruttura tal-iċċarġjar u tar-riforniment tiddaħħal malajr kemm jista' jkun sabiex tipprovdi fiduċja lill-konsumaturi u ċertezza tan-negozju għall-manifatturi tal-vetturi. Għalhekk, jenħtieġ li tiġi appoġġata l-manifattura tal-batterija u taċ-ċelloli tal-batteriji fl-Unjoni, possibbilment, viċin is-siti tal-manifattura tal-vetturi.
Emendi 17
Proposta għal regolament
Premessa 23
(23)  Madankollu, jenħtieġ li jiġi żgurat bilanċ bejn l-inċentivi li jingħataw għall-ekoinnovazzjonijiet u dawk it-teknoloġiji li għalihom intwera effett ta' tnaqqis ta' emissjonijiet fil-proċedura tat-test uffiċjali. B'konsegwenza, huwa xieraq li jinżamm limitu fuq l-iffrankar mill-ekoinnovazzjonijiet li manifattur jista' jqis għall-finijiet ta' konformità mal-miri. Il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha l-possibbiltà tirrevedi l-livell ta' limitu, biex b'mod partikolari, tqis l-effetti tal-bidla fil-proċedura tat-test uffiċjali. Huwa wkoll xieraq li jiġi ċċarat kif jenħtieġ li jiġi kkalkulat l-iffrankar għall-finijiet tal-konformità mal-miri.
(23)  Madankollu, jenħtieġ li jiġi żgurat bilanċ bejn l-inċentivi li jingħataw għall-ekoinnovazzjonijiet u dawk it-teknoloġiji li għalihom intwera effett ta' tnaqqis ta' emissjonijiet fil-proċedura tat-test uffiċjali. B'konsegwenza, huwa xieraq li jinżamm limitu fuq l-iffrankar mill-ekoinnovazzjonijiet li manifattur jista' jqis għall-finijiet ta' konformità mal-miri. Il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha l-possibbiltà tirrevedi l-livell ta' limitu u taġġustah 'l isfel, biex b'mod partikolari, tqis l-effetti tal-bidla fil-proċedura tat-test uffiċjali. Huwa wkoll xieraq li jiġi ċċarat kif jenħtieġ li jiġi kkalkulat l-iffrankar għall-finijiet tal-konformità mal-miri.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 25a (ġdida)
(25a)  Fil-każijiet fejn għal vetturi kummerċjali ħfief tqal tal-kategorija N1, Klassi III l-inklużjoni ta' batterija elettrika tista' żżid il-piż tal-vettura sal-punt li din tiġi kklassifikata mill-ġdid fil-kategorija N2, din il-problema teknika jenħtieġ li tiġi indirizzata.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 37
(37)  L-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 minn karozzi ġodda tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief jitkejlu fuq bażi armonizzata fl-Unjoni konformement mal-metodoloġija stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 715/2007. Sabiex il-piż amministrattiv taħt dan ir-Regolament jitnaqqas kemm jista' jkun, il-konformità miegħu jenħtieġ li titkejjel permezz ta' referenza għad-data dwar ir-reġistrazzjoni ta' karozzi ġodda u vetturi kummerċjali ħfief fil- fl-Unjoni miġbura mill-Istati Membri u rrapurtata lill-Kummissjoni. Biex tiġi żgurata l-konsistenza tad-data li tintuża għall-valutazzjoni tal-konformità, ir-regoli għall-ġbir u r-rappurtar ta' din id-data jenħtieġ li jiġu armonizzati kemm jista' jkun. Ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti li tipprovdi data korretta u sħiħa għalhekk jenħtieġ li tiġi ddikjarata b'mod ċar, flimkien mal-ħtieġa għal kooperazzjoni effikaċi bejn dawk l-awtoritajiet u l-Kummissjoni fl-indirizzar ta' kwistjonijiet ta' kwalità tad-data.
(37)  L-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 minn karozzi ġodda tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief jitkejlu fuq bażi armonizzata fl-Unjoni konformement mal-metodoloġija stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 715/2007. Sabiex il-piż amministrattiv taħt dan ir-Regolament jitnaqqas kemm jista' jkun, il-konformità miegħu jenħtieġ li titkejjel permezz ta' referenza għad-data dwar ir-reġistrazzjoni ta' karozzi ġodda u vetturi kummerċjali ħfief fl-Unjoni miġbura mill-Istati Membri u rrapurtata lill-Kummissjoni. Biex tiġi żgurata l-konsistenza tad-data li tintuża għall-valutazzjoni tal-konformità, ir-regoli għall-ġbir u r-rappurtar ta' din id-data jenħtieġ li jiġu armonizzati. Ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti li jipprovdi data korretta u sħiħa għalhekk jenħtieġ li tiġi ddikjarata b'mod ċar, flimkien mal-ħtieġa għal kooperazzjoni effikaċi bejn dawk l-awtoritajiet u l-Kummissjoni fl-indirizzar ta' kwistjonijiet ta' kwalità tad-data.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 38
(38)  Il-konformità tal-manifatturi mal-miri skont dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi vvalutata fil-livell tal-Unjoni. Il-manifatturi li l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tagħhom jaqbżu dawk l-emissjonijiet permessi skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jħallsu primjum għall-emissjonijiet eċċessivi fir-rigward ta' kull sena kalendarja. L-ammonti tal-primjum għall-emissjonijiet eċċessivi għandhom jitqiesu bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni .
(38)  Il-konformità tal-manifatturi mal-miri skont dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi vvalutata fil-livell tal-Unjoni. Il-manifatturi li l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tagħhom jaqbżu dawk l-emissjonijiet permessi skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jħallsu primjum għall-emissjonijiet eċċessivi fir-rigward ta' kull sena kalendarja. L-ammonti tal-primjum għall-emissjonijiet eċċessivi għandhom jitqiesu bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u jintużaw biex jikkontribwixxu għal tranżizzjoni ġusta lejn mobilità b'emissjonijiet żero. Dawk l-ammonti għandhom jintużaw ukoll biex jikkomplementaw programmi mmirati għal taħriġ mill-ġdid, titjib tal-ħiliet u edukazzjoni tal-ħaddiema affettwati minn bidliet strutturali fis-settur tal-karozzi, u inizjattivi ta' riallokazzjoni tal-ħaddiema u ta' tfittxija ta' impjieg fi djalogu mill-qrib mas-sħab soċjali, il-komunitajiet u l-awtoritajiet kompetenti fir-reġjuni affettwati mit-tranżizzjoni tal-impjiegi.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 41
(41)  L-effikaċja tal-miri stabbiliti f'dan ir-Regolament biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 fil-fatt tistrieħ ħafna fuq kemm il-proċedura tat-test uffiċjali tkun rappreżentattiva. Skont l-Opinjoni tal-Mekkaniżmu għall-Pariri Xjentifiċi (SAM)23 u r-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew, wara l-inkjesta tiegħu dwar il-kejl tal-emissjonijiet fis-settur awtomobilistiku24, jenħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu għall-valutazzjoni ta' kemm il-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi u l-konsum tal-enerġija mill-vetturi determinati skont ir-Regolament (UE) 2017/1151 huma fil-fatt rappreżentattivi tal-użu reali. Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħat li tiżgura li data bħal din tkun pubblikament disponibbli, u, fejn meħtieġ, tiżviluppa l-proċeduri meħtieġa għall-identifikazzjoni u l-ġbir tad-data meħtieġa għat-twettiq ta' valutazzjonijiet bħal dawn.
(41)  L-effikaċja tal-miri stabbiliti f'dan ir-Regolament biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 fil-fatt tistrieħ ħafna fuq kemm il-proċedura tat-test uffiċjali tkun rappreżentattiva. Skont l-Opinjoni tal-Mekkaniżmu għall-Pariri Xjentifiċi (SAM)23 u r-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew, wara l-inkjesta tiegħu dwar il-kejl tal-emissjonijiet fis-settur awtomobilistiku24, jenħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu għall-valutazzjoni ta' kemm il-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi u l-konsum tal-enerġija mill-vetturi determinati skont ir-Regolament (UE) 2017/1151 huma fil-fatt rappreżentattivi tal-użu reali. L-aktar mod affidabbli biex tkun żgurata rappreżentanza tal-użu reali tal-valuri tal-approvazzjoni tat-tip huwa billi jkun introdott test tal-emissjonijiet tas-CO2 f'użu reali. Għalhekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li permezz ta' atti delegati, u b'kunsiderazzjoni tal-adegwatezza tal-użu tal-PEMS, tiżviluppa test tal-emissjonijiet tas-CO2 fl-użu reali u tintroduċih l-aktar tard sentejn wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Madankollu, sakemm dak it-test isir applikabbli, il-konformità ma' dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi żgurata bl-użu ta' data mill-miters tal-konsum tal-fjuwil irrappurtati mill-manifatturi u flimkien ma' limitu, stabbilit għal kull manifattur fl-2021 bħala perċentwali ta' differenza li ma għandhiex tinqabeż. Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħat li tiżgura li data tal-konsum tal-fjuwil tkun pubblikament disponibbli, u li tiżviluppa l-proċeduri meħtieġa għar-rapportar ta' tali data meħtieġa għat-twettiq ta' valutazzjonijiet bħal dawn. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu l-miżuri xierqa f'każ li l-manifatturi ma jkunux konformi mar-rekwiżiti tal-emissjonijiet tas-CO2 fl-użu reali skont dan ir-Regolament.
__________________
__________________
23 Opinjoni Xjentifika 1/2016 tal-Grupp ta' Livell Għoli ta' Konsulenti Xjentifiċi, "Closing the gap between light-duty vehicle real-world CO2 emissions and laboratory testing"
23 Opinjoni Xjentifika 1/2016 tal-Grupp ta' Livell Għoli ta' Konsulenti Xjentifiċi, "Closing the gap between light-duty vehicle real-world CO2 emissions and laboratory testing".
24 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' April 2017 lill-Kunsill u lill-Kummissjoni wara l-inkjesta dwar il-kejl tal-emissjonijiet fis-settur awtomobilistiku (2016/2908 (RSP))
24 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' April 2017 lill-Kunsill u lill-Kummissjoni wara l-inkjesta dwar il-kejl tal-emissjonijiet fis-settur awtomobilistiku (2016/2908(RSP))
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 41a (ġdida)
(41a)  Fil-preżent, m'hemmx mod armonizzat sabiex jiġu vvalutati l-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta' vetturi kummerċjali ħfief. Huwa xieraq li l-Kummissjoni tipprovdi analiżi bħal din sa tmiem l-2026 biex tippreżenta stampa wiesgħa tal-emissjonijiet tal-karbonju fis-settur ta' vetturi kummerċjali ħfief. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżviluppa, permezz ta' atti delegati, metodoloġija komuni tal-Unjoni għal rapportar konsistenti ta' data, mill-2025, mill-manifatturi dwar iċ-ċiklu tal-ħajja tal-emissjonijiet tas-CO2 tat-tipi kollha ta' fjuwils u ta' vetturi bil-motopropulsjoni li huma jqiegħdu fis-suq. Tali metodoloġija jenħtieġ ukoll li tkun konformi mal-istandards ISO rilevanti u tirrappreżenta l-potenzjal ta' tisħin globali (GWP) ta' vettura mill-produzzjoni sal-utilizzazzjoni, mit-tank sar-rota, u l-emissjonijiet tal-produzzjoni u dawk fi tmiem il-ħajja. L-analiżi tal-Kummissjoni jenħtieġ li tkun ibbażata fuq id-data rrapportata mill-manifatturi kif ukoll fuq kwalunkwe data rilevanti oħra disponibbli.
Emenda 80
Proposta għal regolament
Premessa 42
(42)  Huwa previst li fl-2024 jiġi eżaminat il-progress li sar skont [ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi u d-Direttiva dwar l-Iskambju tal-Kwoti tal-Emissjonijiet]. Għalhekk huwa xieraq li tiġi vvalutata l-effikaċja ta' dan ir-Regolament fl-istess sena biex ikun jista' jkun hemm valutazzjoni koordinata u koerenti tal-miżuri implimentati skont dawn l-istrumenti kollha.
(42)  Huwa xieraq li l-effikaċja ta' dan ir-Regolament tiġi vvalutata fl-2023 sabiex tkun tista' ssir valutazzjoni f'waqtha, trasparenti, koordinata u koerenti tal-implimentazzjoni tagħha u tal-progress li jkun sar lejn l-ilħiq tal-miri stabbiliti fil-perjodu taż-żmien stipulat, anki f'dak li għandu x'jaqsam mal-progress li jkun sar skont ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi u d-Direttiva dwar l-Iskambju tal-Kwoti tal-Emissjonijiet.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 46
(46)  Sabiex jiġu emendati jew supplementati l-elementi mhux essenzjali tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti taħt l-Artikolu 290 tat- it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' għall-emendar tal-Annessi II u III fir-rigward tar-rekwiżiti tad-data u l-parametri tad-data, li jissupplementaw ir-regoli dwar l-interpretazzjoni tal-kriterji ta' eliġibilità għal derogi minn miri tal-emissjonijiet speċifiċi, dwar il-kontenut tal-applikazzjonijiet għal deroga u dwar il-kontenut u l-valutazzjoni ta' programmi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2, l-aġġustament taċ-ċifra ta' M0 u TM0 , imsemmija fl-Artikolu 13 , il-limitu ta' 7 g CO2/km imsemmi fl-Artikolu 11, u l-aġġustament tal-formuli fl-Anness I imsemmija fl-Artikolu 14(3) . Huwa importanti ħafna li l-Kummissjoni tagħmel il-konsultazzjonijiet xierqa matul il-fażi tal-ħidma ta' tħejjija, inkluż fil-livell ta' esperti u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet . B'mod partikolari biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jenħtieġ li jirċievu d-dokumenti rilevanti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom ukoll l-esperti tal-Istati Membri u l-esperti tagħhom jenħtieġ li jkollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.
(46)  Sabiex jiġu emendati jew supplementati l-elementi mhux essenzjali tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-emendar tal-Annessi II u III fir-rigward tar-rekwiżiti tad-data u l-parametri tad-data, li jistabbilixxu r-rekwiżiti biex tkun żgurata l-konformità mal-projbizzjoni tal-apparat ta' manipulazzjoni u l-kontenut mitlub tal-pakkett ta' dokumentazzjoni estiż imsemmi fl-Artikolu 4(3c), li jistabbilixxu r-regoli u l-proċeduri għar-rapportar tal-emissjonijiet taċ-ċiklu tal-ħajja msemmi fl-Artikolu 7(8a), li jissupplementaw ir-regoli dwar l-interpretazzjoni tal-kriterji ta' eliġibilità għal derogi minn miri tal-emissjonijiet speċifiċi, dwar il-kontenut tal-applikazzjonijiet għal deroga u dwar il-kontenut u l-valutazzjoni ta' programmi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2, l-aġġustament taċ-ċifra ta' M0 u TM0, imsemmija fl-Artikolu 13, il-limitu ta' 7 g CO2/km imsemmi fl-Artikolu 11, li jiżviluppaw test tal-emissjonijiet tas-CO2 f'użu reali kif imsemmi fl-Artikolu 12(1a) u l-aġġustament tal-formuli fl-Anness I imsemmija fl-Artikolu 14(3). Huwa importanti ħafna li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, ukoll fil-livell ta' esperti u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet . B'mod partikolari biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti rilevanti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1
1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti ta' rendiment tal-emmissjonijiet ta' CO2 għall-karozzi ġodda tal-passiġġieri u għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda sabiex jiġi żgurat il-funzjonament korrett tas-suq intern.
1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti ta' rendiment tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-karozzi ġodda tal-passiġġieri u għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda sabiex jinkisbu l-objettivi tal-Unjoni dwar il-klima u biex tikkonforma mal-impenji tagħha dwar il-klima fil-livell internazzjonali, b'mod li jkun konsistenti mal-funzjonament korrett tas-suq intern.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 4
4.  Mill-1 ta' Jannar 2025 għandhom japplikaw il-miri li ġejjin għall-flotta kollha tal-UE:
4.  Mill-1 ta' Jannar 2025 għandhom japplikaw il-miri li ġejjin għall-flotta kollha tal-UE:
(a)  għall-emissjonijiet medji tal-flotta ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri, mira għall-flotta kollha tal-UE ugwali għal tnaqqis ta' 15 % tal-medja tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi fl-2021, determinata skont il-punt 6.1.1 tal-Parti A tal-Anness I;
(a)  għall-emissjonijiet medji tal-flotta ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri, mira għall-flotta kollha tal-UE ugwali għal tnaqqis ta' 20 % tal-medja tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi fl-2021, determinata skont il-punt 6.1.1 tal-Parti A tal-Anness I;
(b)  għall-emissjonijiet medji tal-flotta ta' vetturi kummerċjali ħfief, mira għall-flotta kollha tal-UE ugwali għal tnaqqis ta' 15 % tal-medja tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi fl-2021, determinata skont il-punt 6.1.1 tal-Parti B tal-Anness I;
(b)  għall-emissjonijiet medji tal-flotta ta' vetturi kummerċjali ħfief, mira għall-flotta kollha tal-UE ugwali għal tnaqqis ta' 20 % tal-medja tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi fl-2021, determinata skont il-punt 6.1.1 tal-Parti B tal-Anness I;
Emendi 27
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 4 – subparagrafu 1a (ġdid)
Mill-1 ta' Jannar 2025, punt ta' referenza ugwali għal 20 % mis-sehem tas-suq tal-bejgħ ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief ġodda fl-2025, għandu japplika għas-sehem ta' vetturi b'emissjonijiet baxxi jew żero, li għandu jkun determinat b'konformità mal-punt 6.3 tal-Parti A tal-Anness I u l-punt 6.3 tal-Parti B tal-Anness I rispettivament.
Emendi , 81 u 95
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 5
5.  Mill-1 ta' Jannar 2030 għandhom japplikaw il-miri li ġejjin:
5.  Mill-1 ta' Jannar 2030 għandhom japplikaw il-miri li ġejjin:
(a)  għall-emissjonijiet medji tal-flotta ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri, mira għall-flotta kollha tal-UE ugwali għal tnaqqis ta' 30 % tal-medja tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi fl-2021, determinata skont il-punt 6.1.2 tal-Parti A tal-Anness I;
(a)  għall-emissjonijiet medji tal-flotta ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri, mira għall-flotta kollha tal-UE ugwali għal tnaqqis ta' 40 % tal-medja tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi fl-2021, determinata skont il-punt 6.1.2 tal-Parti A tal-Anness I;
(b)  għall-emissjonijiet medji tal-flotta ta' vetturi kummerċjali ħfief, mira għall-flotta kollha tal-UE ugwali għal tnaqqis ta' 30 % tal-medja tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi fl-2021, determinata skont il-punt 6.1.2 tal-Parti B tal-Anness I.
(b)  għall-emissjonijiet medji tal-flotta ta' vetturi kummerċjali ħfief, mira għall-flotta kollha tal-UE ugwali għal tnaqqis ta' 40 % tal-medja tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi fl-2021, determinata skont il-punt 6.1.2 tal-Parti B tal-Anness I.
Emenda 96
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 5 – subparagrafu 1a (ġdid)
Mill-1 ta' Jannar 2030, punt ta' referenza ugwali għal 35 % mis-sehem tas-suq tal-bejgħ ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief ġodda fl-2030 għandu japplika għas-sehem ta' vetturi b'emissjonijiet baxxi jew żero, li għandu jiġi determinat skont il-punt 6.3 tal-Parti A tal-Anness I u l-punt 6.3 tal-Parti B tal-Anness I rispettivament.
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b
(b)  tal-kategorija N1 kif definiti fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE b'massa ta' referenza li ma teċċedix l-2 610 kg u kategorija N1 li għalihom l-approvazzjoni tat-tip hija estiża f'konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 ("vetturi kummerċjali ħfief") li jiġu rreġistrati fl-Unjoni għall-ewwel darba u li ma ġewx irreġistrati qabel barra l-Unjoni ("vetturi kummerċjali ħfief ġodda").
(b)  tal-kategorija N1 kif definiti fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE b'massa ta' referenza li ma teċċedix l-2 610 kg u kategorija N1 li għalihom l-approvazzjoni tat-tip hija estiża b'konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 ("vetturi kummerċjali ħfief") li jiġu rreġistrati fl-Unjoni għall-ewwel darba u li ma ġewx irreġistrati qabel barra l-Unjoni ("vetturi kummerċjali ħfief ġodda"). B'konformità mal-għanijiet ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li taġġorna, jekk ikun meħtieġ, il-limitu tal-massa ta' referenza (2 610 kg) għall-vetturi kummerċjali ħfief li jużaw fjuwils alternattivi li jeħtieġu piż addizzjonali minħabba sistemi ta' propulsjoni u ta' ħażna tal-enerġija (eż. batteriji) itqal minn dawk użati fil-vetturi konvenzjonali.
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.  Dan ir-Regolament għandu japplika għal vetturi li jaħdmu bi fjuwils alternattivi b'massa massima awtorizzata ta' aktar minn 3 500 kg iżda li ma taqbiżx l-4 250 kg, dment li l-massa żejda ta' 3 500 kg tkun esklussivament dovuta għall-eċċess tal-massa tas-sistema ta' propulsjoni meta mqabbla mas-sistema ta' propulsjoni ta' vettura tal-istess dimensjonijiet mgħammra b'magna b'kombustjoni interna konvenzjonali bi tqabbid pożittiv jew bi tqabbid bil-kompressjoni.
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt na (ġdid)
(na)  "apparat ta' manipulazzjoni" tfisser element tad-disinn li jħoss it-temperatura, il-veloċità tal-vettura, id-dawrien tal-magna (RPM), il-ger tat-trasmissjoni, il-vakwu fil-manifold jew parametru ieħor bl-iskop li jattiva, jimmodula, jittardja jew iwaqqaf il-funzjonament ta' xi sistema jew parti minn sistema li żżid l-emissjonijiet tas-CO2 taħt kundizzjonijiet li wieħed raġonevolment jistenna li jiltaqa' magħhom waqt it-tħaddim u l-użu normali ta' vettura.
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Il-manifattur għandu jattrezza l-vetturi b'mod li s-sistemi u l-komponenti li jistgħu jaffettwaw l-emissjonijiet jiġu ddisinjati, mibnija u assemblati bil-għan li jippermettu li l-vetturi tal-passiġġieri jew il-vetturi kummerċjali ħfief tal-manifattur, fl-użu normali, jikkonformaw mal-miri ta' emissjonijiet speċifiċi u rekwiżiti oħra skont dan ir-Regolament u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu.
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 3b (ġdid)
3b.  L-użu ta' apparat ta' manipulazzjoni għandu jiġi pprojbit. Il-projbizzjoni m'għandhiex tapplika fejn:
(a)  il-bżonn tal-apparat huwa ġustifikat għal raġunijiet ta' protezzjoni tal-magna minn ħsara jew inċidenti u għat-tħaddim sikur tal-vettura;
(b)  l-apparat ma jaħdimx lil hinn mill-ħtiġijiet tat-tqabbid tal-magna; jew
(c)  il-kundizzjonijiet huma sostanzjalment inklużi fil-proċeduri tat-test skont l-Artikolu 1.
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 3c (ġdid)
3c.  Sabiex l-awtoritajiet tal-approvazzjoni jkunu jistgħu jivvalutaw il-konformità mal-paragrafi 3a u 3b ta’ dan l-Artikolu, il-manifattur għandu jipprovdi pakkett ta' dokumentazzjoni estiż. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att delegat b'konformità mal-Artikolu 16 biex tissupplementa dan ir-Regolament b'rekwiżiti li jiżguraw il-konformità mal-projbizzjoni ta' apparat ta' manipulazzjoni u l-kontenut meħtieġ tal-pakkett ta' dokumentazzjoni estiż.
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1
1.  Għas- kull sussegwenti, kull Stat Membru għandu jirreġistra informazzjoni għal kull karozza tal-passiġġieri ġdida u kull vettura kummerċjali ħafifa ġdida li tiġi rreġistrata fit-territorju tiegħu skont il-Partiijiet A tal-Annessi II u III. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli għall-manifatturi u l-importaturi jew ir-rappreżentanti nominati tagħhom f'kull Stat Membru. L-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sforz biex jiżguraw li l-korpi tar-rappurtaġġ jaħdmu b'mod trasparenti. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 tal-karozzi tal-passiġġieri li ma jkollhomx l-approvazzjoni tat-tip konformement mar-Regolament (KE) Nru 715/2007 jitkejlu u jiġu reġistrati fiċ-ċertifikat tal-konformità.
1.  Għal kull sena kalendarja, kull Stat Membru għandu jirreġistra informazzjoni għal kull karozza tal-passiġġieri ġdida u kull vettura kummerċjali ħafifa ġdida li tiġi rreġistrata fit-territorju tiegħu skont il-Partiijiet A tal-Annessi II u III. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli għall-manifatturi u l-importaturi jew ir-rappreżentanti nominati tagħhom f'kull Stat Membru. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi tar-rappurtaġġ jaħdmu b'mod trasparenti. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tal-karozzi tal-passiġġieri li ma jkollhomx l-approvazzjoni tat-tip konformement mar-Regolament (KE) Nru 715/2007 jitkejlu u jiġu reġistrati fiċ-ċertifikat tal-konformità.
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 4 – subparagrafu 3
Ir-reġistru għandu jkun disponibbli pubblikament.
Ir-reġistru għandu jkun disponibbli pubblikament, inkluż f'format diġitali.
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 7 - paragrafu 5 - subparagrafu 1
Il-manifatturi jistgħu, fi żmien tliet xhur minn meta jiġu nnotifikati dwar il-kalkolu proviżorju taħt il-paragrafu 4, jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe żbalji fid-data, fejn jispeċifikaw l-Istat Membru li fih iqisu li jkun seħħ l-iżball.
Il-manifatturi għandhom, fi żmien tliet xhur minn meta jiġu nnotifikati dwar il-kalkolu proviżorju taħt il-paragrafu 4, jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe żball fid-data, fejn jispeċifikaw l-Istat Membru li fih iqisu li jkun seħħ l-iżball.
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 8 – subparagrafu 3
Il-Kummissjoni tista' tadotta regoli dettaljati dwar il-proċeduri għar-rappurtar ta' devjazzjonijiet bħal dawn u biex dawn jitqiesu fil-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji. Dawk il-proċeduri għandhom jiġu adottati permezz ta' atti ta' implimentazzjoni skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2).
Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati dwar il-proċeduri għar-rappurtar ta' devjazzjonijiet bħal dawn u biex dawn jitqiesu fil-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji. Dawk il-proċeduri għandhom jiġu adottati permezz ta' atti ta' implimentazzjoni skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2).
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 8a (ġdid)
8a.  Mill-1 ta' Jannar 2025 'il quddiem il-manifatturi għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni, abbażi ta' metodoloġija armonizzata tal-Unjoni, dwar iċ-ċiklu tal-ħajja tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi ġodda kollha tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief li huma jqiegħdu fis-suq minn dik id-data. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta, mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2022, atti delegati skont l-Artikolu 16 sabiex tissupplementa dan ir-Regolament billi tispeċifika regoli dettaljati dwar il-proċeduri għar-rapportar taċ-ċiklu tal-ħajja globali tal-emissjonijiet tas-CO2 għat-tipi kollha ta' fjuwils u vetturi bil-motopropulsjoni reġistrati fis-suq tal-Unjoni.
Mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2026, il-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'analiżi taċ-ċiklu tal-ħajja globali tal-emissjonijiet minn vetturi kummerċjali ħfief ġodda fl-Unjoni, inkluża analiżi tal-għażliet għal miżuri regolatorji possibbli, sabiex tidderieġi aħjar l-isforzi futuri tal-politika tat-tnaqqis tal-emissjonijiet fis-settur. Dik l-analiżi għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 4
4.  L-ammonti tal-primjum għal emissjonijiet eċċessivi għandhom jitqiesu bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni .
4.  L-ammonti tal-primjum għal emissjonijiet eċċessivi għandhom jitqiesu bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni. Dawk l-ammonti għandhom jintużaw biex jikkumplimentaw il-miżuri tal-Unjoni u dawk nazzjonali, f'kooperazzjoni mill-qrib mas-sħab soċjali, biex jippromwovu l-formazzjoni tal-ħiliet u r-riallokazzjoni tal-ħaddiema fis-settur tal-karozzi fl-Istati Membri kollha affettwati, b'mod partikolari fir-reġjuni u l-komunitajiet l-aktar affettwati mit-tranżizzjoni, sabiex jikkontribwixxu għal tranżizzjoni ġusta lejn mobilità b'emissjonijiet żero.
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 3
3.  Fejn il-Kummissjoni tqis li manifattur ikun eliġibbli għal deroga li għaliha saret applikazzjoni taħt il-paragrafu 1 u tkun sodisfatta li l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi proposta mill-manifattur hija konsistenti mal-potenzjal għat-tnaqqis tiegħu, inkluż il-potenzjal ekonomiku u teknoloġiku għat-tnaqqis tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 tiegħu u b'konsiderazzjoni għall-karatteristiċi tas-suq għat-tip ta' vettura kummerċjali ħafifa manifatturata, il-Kummissjoni għandha tagħti deroga lill-manifattur. L-applikazzjoni għandha titressaq sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru tal-ewwel sena li fiha għandha tapplika d-deroga.
3.  Fejn il-Kummissjoni tqis li manifattur ikun eliġibbli għal deroga li għaliha saret applikazzjoni taħt il-paragrafu 1 u tkun sodisfatta li l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi proposta mill-manifattur hija konsistenti mal-potenzjal għat-tnaqqis tiegħu, inkluż il-potenzjal ekonomiku u teknoloġiku għat-tnaqqis tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tiegħu u b'konsiderazzjoni għall-karatteristiċi tas-suq għat-tip ta' karozza tal-passiġġieri jew ta' vettura kummerċjali ħafifa manifatturata, il-Kummissjoni għandha tagħti deroga lill-manifattur. L-applikazzjoni għandha titressaq sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru tal-ewwel sena li fiha għandha tapplika d-deroga.
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Tali teknoloġiji għandhom jiġu kkunsidrati biss jekk il-metodoloġija użata biex tivvalutahom tkun kapaċi tipproduċi riżultati verifikabbli, ripetibbli u komparabbli.
Tali teknoloġiji għandhom jiġu kkunsidrati biss jekk il-metodoloġija użata biex tivvalutahom tkun kapaċi tipproduċi riżultati verifikabbli, ripetibbli u komparabbli, u biss sakemm il-valur imkejjel skont id-WLTP ma jkunx komplimentat jew sostitwit b'data oħra li tkun aktar rappreżentattiva tal-emissjonijiet f'użu reali.
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 3a (ġdid)
Fi żmien 12-il xahar mill-approvazzjoni ta' teknoloġija innovattiva jew pakkett ta' teknoloġija innovattiva, il-fornitur jew il-manifattur ta' tali teknoloġija innovattiva jew pakkett ta' teknoloġija innovattiva għandu jipprovdi evidenza bbażata fuq ir-riżultati minn testijiet tal-emissjonijiet f'sewqan fl-użu reali fuq vetturi tal-produzzjoni biex tiġi vvalidata l-kontribuzzjoni ta' tali teknoloġija jew pakkett ta' teknoloġija.
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 4
Il-Kummissjoni tista' taġġusta l-limitu mill-2025 'il quddiem. Dawk l-aġġustamenti għandhom isiru permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 16.
Il-Kummissjoni tista' taġġusta l-limitu 'l isfel mill-2025 'il quddiem. Dawk l-aġġustamenti għandhom isiru permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 16.
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt d
(d)  it-teknoloġiji innovattivi m'għandhomx ikunu koperti minn dispożizzjonijiet obbligatorji minħabba miżuri addizzjonali kumplimentari li jikkonformaw mat-tnaqqis ta' 10 g CO2/km imsemmija fl-Artikolu 1 jew ikunu obbligatorji taħt dispożizzjonijiet oħra tal-liġi tal-Unjoni. Mill-1 ta' Jannar 2025, dan il-kriterju m'għandux japplika fir-rigward tat-titjib tal-effiċjenza tas-sistemi tal-arja kkundizzjonata.
(d)  it-teknoloġiji innovattivi m'għandhomx ikunu koperti minn dispożizzjonijiet obbligatorji minħabba miżuri addizzjonali kumplimentari li jikkonformaw mat-tnaqqis ta' 10 g CO2/km imsemmija fl-Artikolu 1 jew ikunu obbligatorji taħt dispożizzjonijiet oħra tal-liġi tal-Unjoni. Mill-1 ta' Jannar 2025, dan il-kriterju m'għandux japplika fir-rigward tat-titjib tal-effiċjenza tas-sistemi tal-arja kkundizzjonata u tat-tisħin.
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni għandha tissorvelja u tivvaluta kemm il-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi u l-konsum tal-enerġija mill-vetturi determinati skont ir-Regolament (UE) 2017/1151 huma fil-fatt rappreżentattivi tal-użu reali. Għandha tiżgura li l-pubbliku jkun infurmat dwar kif dan jevolvi maż-żmien.
1.  Il-Kummissjoni għandha tissorvelja u tivvaluta kemm il-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi u l-konsum tal-enerġija mill-vetturi determinati skont ir-Regolament (UE) 2017/1151 huma fil-fatt rappreżentattivi tal-użu reali.
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Sabiex tiġi żgurata r-rappreżentanza msemmija fil-paragrafu 1, il-konformità ma' dan ir-Regolament, sa mill-1 ta' Jannar 2023, għandha titkejjel permezz ta' test tal-emissjonijiet tas-CO2 f'użu reali. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 16, l-aktar tard sentejn wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, sabiex tissupplementa dan ir-Regolament billi tiżviluppa test tal-emissjonijiet tas-CO2 fl-użu reali bl-użu tal-PEMS.
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1b (ġdid)
1b.  Sakemm it-test tal-emissjonijiet tas-CO2 fl-użu reali jsir applikabbli, il-konformità ma' dan ir-Regolament għandha titkejjel abbażi tad-data mill-miters tal-konsum tal-fjuwil u suġġett għal limitu stabbilit għal kull manifattur fl-2021 bħala differenza perċentwali li ma għandhiex tinqabeż, bejn dik id-data u l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi li jkunu mkejla għall-fini ta' proċeduri ta' ċertifikazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip mibdija mill-2021 'il quddiem b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 715/2007.
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1c (ġdid)
1c.  Meta l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 ta' manifattur jaqbżu l-limitu stabbilit fil-paragrafu 1b, il-mira speċifika tal-emissjonijiet tas-CO2 għal dak il-manifattur, li tintuża għall-fini tal-konformità ma' dan ir-Regolament, għandha tiġi aġġustata mal-limitu maqbuż identifikat.
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-pubbliku jkun infurmat dwar kif ir-rappreżentanza f'użu reali msemmija fil-paragrafu 1 tevolvi maż-żmien.
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2b (ġdid)
2b.  Meta ma jkunux disponibbli standards xierqa ta' preċiżjoni għal tagħmir abbord li jkejjel il-konsum tal-fjuwil, il-Kummissjoni għandha tagħti l-mandat biex issir ħidma sabiex ikun hemm qbil dwar standards tekniċi u tintroduċihom fid-dritt tal-UE sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020.
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 3
3.  Il-Kummissjoni tista' tadotta l-miżuri msemmija f'dan l-Artikolu permezz ta' atti ta' implimentazzjoni skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2).
3.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta regoli dettaljati dwar il-proċeduri għar-rappurtar ta' data mill-miters tal-konsum tal-fjuwil. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2).
Emenda 82
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 1
1.  Fl-2024, l-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kemm hu effikaċi dan ir-Regolament, fejn xieraq, flimkien ma' proposta biex ir-Regolament jiġi emendat. Dan ir-rapport jikkunsidra, inter alia, kemm huma rappreżentattivi tal-użu reali l-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-enerġija determinati skont ir-Regolament (UE) 2017/1151, il-mobilizzazzjoni ta' vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero fis-suq tal-Unjoni u l-introduzzjoni tal-infrastruttura tal-iċċarġjar u tal-forniment tal-fjuwil irrapurtati skont id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
1.  Fl-2023, l-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kemm hu effikaċi dan ir-Regolament, fejn xieraq, flimkien ma' proposta biex ir-Regolament jiġi emendat. Dak ir-rapport għandu jikkunsidra, inter alia, kemm huma rappreżentattivi tal-użu reali l-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-enerġija determinati skont ir-Regolament (UE) 2017/1151, il-mobilizzazzjoni ta' vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero fis-suq tal-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-vetturi kummerċjali ħfief, l-introduzzjoni tal-infrastruttura tal-iċċarġjar u tal-forniment tal-fjuwil irrapportati skont id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill29 u l-impatt ta' dan ir-Regolament fuq il-konsumaturi, b'mod partikolari fuq dawk bi dħul baxx u medju. Dan ir-rapport għandu jikkunsidra wkoll għażliet li jinċentivaw l-użu ta' fjuwils avvanzati b'livell baxx ta' karbonju, inklużi l-bijogass u l-fjuwils sintetiċi prodotti bl-enerġija rinnovabbli.
___________________
___________________
29 Id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi (ĠU L 307, 28.10.2014, p. 1)
29 Id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi (ĠU L 307, 28.10.2014, p. 1)
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tqis il-valutazzjonijiet imwettqa skont l-Artikolu 12 u tista', fejn xieraq, tirrevedi il-proċeduri għall-kejl tal-emissjonijiet ta' CO2 hekk kif stabbilit taħt ir-Regolament (KE) Nru 715/2007. Il-Kummissjoni għandha b'mod partikolari tagħmel proposti xierqa biex tadatta l-proċeduri biex jirriflettu b'mod adegwat ir-rendiment reali tal-emmissjonijiet ta'CO2 tal-karozzi u vetturi kummerċjali ħfief.
2.  Il-Kummissjoni għandha tqis il-valutazzjonijiet imwettqa skont l-Artikolu 12 u tista', fejn xieraq, tirrevedi l-proċeduri għall-kejl tal-emissjonijiet tas-CO2 hekk kif stabbilit taħt ir-Regolament (KE) Nru 715/2007. Il-Kummissjoni għandha b'mod partikolari tagħmel proposti xierqa biex tadatta l-proċeduri biex jirriflettu b'mod adegwat ir-rendiment reali tal-emmissjonijiet tas-CO2 tal-karozzi u vetturi kummerċjali ħfief, inkluż bl-użu tal-PEMS u t-telerilevament.
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2019, tirrieżami d-Direttiva 1999/94/KE, u fejn xieraq, tressaq proposta leġiżlattiva rilevanti sabiex tipprovdi lill-konsumaturi informazzjoni preċiża, robusta u komparabbli dwar il-konsum tal-fjuwil, tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-emissjonijiet ta' sustanzi niġġiesa ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri fis-suq.
Fil-kuntest tar-rieżami msemmi fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha wkoll tevalwa l-għażliet biex tintroduċi tikketta tal-ekonomija tal-fjuwil u tal-emissjonijiet tas-CO2 għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u, fejn xieraq, tressaq proposta leġiżlattiva rilevanti għal dak il-għan.
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 3b (ġdid)
3b.  Il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sabiex tistabbilixxi miri addizzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għal karozzi ġodda tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief ġodda mill-1 ta' Jannar 2031 bil-ħsieb li tal-inqas iżżomm it-trajettorja ta' tnaqqis tal-emissjonijiet miksuba fil-perjodu sal-2030.
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni hija b'dan mogħtija s-setgħa biex tadotta atti delegati msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(7), l-Artikolu 10(8), ir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 11(1), Artikolu 13(2) u tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(3) għal perjodu ta' żmien indefinit minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] .
1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(3a), fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(7), Artikolu 7(8a), l-Artikolu 10(8), ir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 11(1), l-Artikolu 12(1a), l-Artikolu 13(2) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(3) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] .
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 2
2.  Id-delega tas-setgħa msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(7), l-Artikolu 10(8), ir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 11(1), Artikolu 13(2) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(3) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar 'il quddiem speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ.
2.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 4(3c), fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(7), l-Artikolu 7(8a), l-Artikolu 10(8), ir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 11(1), l-Artikolu 12(1a), l-Artikolu 13(2) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(3) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 4
4.  Att delegat adottat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(7), l-Artikolu 10(8), ir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 11(1) , Artikolu 13(2) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn ta' notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
4.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 4(3c), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(7), l-Artikolu 7(8a), l-Artikolu 10(8), ir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 11(1) , l-Artikolu 12(1a), l-Artikolu 13(2) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma' jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 1
Regolament (KE) Nru 715/2007
Artikolu 11a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 15 biex tiddetermina l-proċedura għall-verifika tal-konformità fis-servizz tal-vetturi ħfief fir-rigward tal-valuri ċertifikati tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil.
2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti delegati skont l-Artikolu 14a biex tiddetermina l-proċedura għall-verifika tal-konformità fis-servizz tal-vetturi ħfief fir-rigward tal-valuri ċertifikati tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil.
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 1a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 715/2007
Artikolu 14 a (ġdid)
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
"Artikolu 14a
Eżerċizzju tad-delega
1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 11a(2) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
3.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 11a(2) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. M'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti innominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet*.
5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 11a(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
___________________
* ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.".
Emenda 62
Proposta għal regolament
Anness I – parti A –punt 6.3 – paragrafu 1 (ġdid)
Għall-finijiet tal-kalkolu ta' din il-formula, il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tal-2021 kif iddefinita fil-punt 4 għandha tiġi kkoreġuta sabiex titqies id-differenza bejn l-emissjonijiet tas-CO2 WLTP imkejla u l-emissjonijiet tas-CO2 WLTP iddikjarati.
Għal manifatturi ġodda, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 16 sabiex temenda dan ir-Regolament billi tiżviluppa formula għall-kalkolu tal-mira tal-emissjonijiet speċifiċi rilevanti tal-2021 għal kull manifattur.
Emenda 63
Proposta għal regolament
Anness I – parti A – punt 6.3 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
Fattur ZLEV huwa (1+y-x) sakemm dan l-ammont ma jkunx akbar minn 1.05 jew iżgħar minn 1.0, f'liema każ il-fattur ZLEV għandu jkun stabbilit għal 1.05 jewkif meħtieġ
Għall-perjodu 2025 sa 2029, fattur ZLEV huwa (1+y-x) sakemm dan l-ammont ma jkunx akbar minn 1.05, f'liema każ il-fattur ZLEV għandu jkun stabbilit għal 1.05. jekk din is-somma tkun bejn 1.0 u 0.98, il-fattur ZLEV għandu jkun stabbilit għal 1.0, jekk din is-somma tkun aktar baxxa minn 0.95, il-fattur ZLEV għandu jkun stabbilit għal 0.95;
Mill-2030 'il quddiem, fattur ZLEV huwa (1+y-x) sakemm dan l-ammont ma jkunx akbar minn 1.05 jew iżgħar minn 0.95, f'liema każ il-fattur ZLEV għandu jkun stabbilit għal 1.05 jew 0.95, kif meħtieġ
Emenda 98
Proposta għal regolament
Anness I – parti A – punt 6.3 – paragrafu 4 – subparagrafu 3
x huwa 15 % fis-snin 2025 sa 2029 u 30 % fl-2030 'il quddiem.
x huwa 20 % fis-snin 2025 sa 2029 u 35 % fl-2030 'il quddiem.
Emenda 65
Proposta għal regolament
Anness I – parti B – punt 6.3.1 – paragrafu 1 a (ġdid)
Għall-finijiet tal-kalkolu ta' din il-formula, il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tal-2021 kif iddefinita fil-punt 4 għandha tiġi kkoreġuta sabiex titqies id-differenza bejn l-emissjonijiet tas-CO2 WLTP imkejla u l-emissjonijiet tas-CO2 WLTP iddikjarati.
Għal manifatturi ġodda, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 16 sabiex temenda dan ir-Regolament billi tiżviluppa formula għall-kalkolu tal-mira tal-emissjonijiet speċifiċi rilevanti tal-2021 għal kull manifattur.
Emenda 66
Proposta għal regolament
Anness I – parti B – punt 6.3.1 – paragrafu 3 – subparagrafu 3
Fattur ZLEV huwa (1+y-x) sakemm dan l-ammont ma jkunx akbar minn 1.05 jew iżgħar minn 1.0, f'liema każ il-fattur ZLEV għandu jkun stabbilit għal 1.05 jew 1.0, kif meħtieġ
Fattur ZLEV huwa (1+y-x) sakemm dan l-ammont ma jkunx akbar minn 1.05, f'liema każ il-fattur ZLEV għandu jkun stabbilit għal 1.05; jekk din is-somma tkun bejn 1.0 u 0.98, il-fattur ZLEV għandu jkun stabbilit għal 1.0, jekk din is-somma tkun aktar baxxa minn 0.95, il-fattur ŻLEV għandu jkun stabbilit għal 0.95.
Emenda 67
Proposta għal regolament
Anness I – parti B – punt 6.3.1 – paragrafu 4 – subparagrafu 3
x huwa 15%
x huwa 20 %
Emenda 68
Proposta għal regolament
Anness I – parti B – punt 6.3.2 – paragrafu 1 a (ġdid)
Għall-finijiet tal-kalkolu ta' din il-formula, il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tal-2021 kif iddefinita fil-punt 4 għandha tiġi kkoreġuta sabiex titqies id-differenza bejn l-emissjonijiet tas-CO2 WLTP imkejla u l-emissjonijiet tas-CO2 WLTP iddikjarati.
Għal manifatturi ġodda, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 16 sabiex temenda dan ir-Regolament billi tiżviluppa formula għall-kalkolu tal-mira tal-emissjonijiet speċifiċi rilevanti tal-2021 għal kull manifattur.
Emenda 69
Proposta għal regolament
Anness I – parti B – punt 6.3.2 – paragrafu 3 – subparagrafu 3
Fattur ZLEV huwa (1+y-x) sakemm dan l-ammont ma jkunx akbar minn 1.05 jew iżgħar minn 1.0, f'liema każ il-fattur ZLEV għandu jkun stabbilit għal 1.05 jew 1.0 kif meħtieġ
Fattur ZLEV huwa (1+y-x) sakemm dan l-ammont ma jkunx akbar minn 1.05 jew iżgħar minn 0.95, f'liema każ il-fattur ZLEV għandu jkun stabbilit għal 1.05 jew 0.95, kif meħtieġ
Emenda 99
Proposta għal regolament
Anness I – parti B – punt 6.3.2 – paragrafu 4 – subparagrafu 3
x huwa 30 %
x huwa 35 %

(1) Il-kwistjoni ġiet riferuta lura għal negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli, skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’ subparagrafu (A8-0287/2018).

Aġġornata l-aħħar: 7 ta' Ottubru 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza