Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2017/0179(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0301/2018

Testi mressqa :

A8-0301/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 23/10/2018 - 7.8

Testi adottati :

P8_TA(2018)0392

Testi adottati
PDF 119kWORD 47k
It-Tlieta, 23 ta' Ottubru 2018 - Strasburgu
Ftehim UE-Barbados dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir ***
P8_TA(2018)0392A8-0301/2018

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Barbados li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u Barbados dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (12386/2017– C8-0175/2018 – 2017/0179(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12386/2017),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Barbados li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u Barbados dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (12385/2017),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 77(2), punt (a), u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0175/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0301/2018),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u ta’ Barbados.

Aġġornata l-aħħar: 10 ta' Diċembru 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza