Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/0904(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0312/2018

Testi mressqa :

A8-0312/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 23/10/2018 - 7.12

Testi adottati :

P8_TA(2018)0396

Testi adottati
PDF 120kWORD 48k
It-Tlieta, 23 ta' Ottubru 2018 - Strasburgu Verżjoni finali
Ħatra tal-Viċi Direttur Amministrattiv tal-FEIS
P8_TA(2018)0396A8-0312/2018

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-proposta għall-ħatra ta' Viċi Direttur Amministrattiv tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (N8-0101/2018 - C8-0424/2018 – 2018/0904(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Bord ta' Tmexxija tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi tad-19 ta' Lulju 2018 għall-ħatra mill-ġdid ta' Viċi Direttur Amministrattiv tiegħu (C8‑0424/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 7(6) tar-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 – il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 122a tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A8-0312/2018),

A.  billi l-Artikolu 7(6) tar-Regolament (UE) Nru 2015/1017 jipprovdi li d-Direttur Amministrattiv u l-Viċi Direttur Amministrattiv tal-FEIS għandhom jinħatru mill-BEI għal terminu fiss ta' tliet snin, li jista' jiġġedded għal darba, wara l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew insegwitu ta' proċess ta' selezzjoni miftuħ u trasparenti f'konformità mal-proċeduri tal-BEI, li matulu l-Parlament Ewropew għandu jinżamm infurmat debitament u f'ħin opportun fl-istadji kollha;

B.  billi, fid-19 ta' Lulju 2018, il-Bord ta' Tmexxija tal-FEIS adotta proposta għall-ħatra mill-ġdid tad-Direttur Amministrattiv u l-Viċi Direttur Amministrattiv tal-FEIS u għadda din il-proposta lill-Parlament Ewropew;

C.  billi, fil-25 ta' Settembru 2018, il-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji organizzaw seduta ta' smigħ ma' Iliyana Tsanova, il-kandidata proposta għall-kariga ta' Viċi Direttur Amministrattiv tal-FEIS, u waqt is-seduta din għamlet dikjarazzjoni tal-ftuħ u mbagħad wieġbet il-mistoqsijiet tal-Membri tal-Kumitati;

1.  Jagħti l-awtorizzazzjoni tiegħu għall-ħatra ta' Iliyana Tsanova bħala l-Viċi Direttur Amministrattiv tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 169, 1.7.2015, p. 1.

Aġġornata l-aħħar: 10 ta' Diċembru 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza