Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2017/0114(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0202/2018

Testi mressqa :

A8-0202/2018

Dibattiti :

PV 24/10/2018 - 21
CRE 24/10/2018 - 20
CRE 24/10/2018 - 21

Votazzjonijiet :

PV 25/10/2018 - 13.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0423

Testi adottati
PDF 390kWORD 144k
Il-Ħamis, 25 ta' Ottubru 2018 - Strasburgu Verżjoni finali
Il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi ***I
P8_TA(2018)0423A8-0202/2018
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2018 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi (COM(2017)0275 – C8-0171/2017 – 2017/0114(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0275),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0171/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mill-Kunsill Federali Awstrijak, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Ottubru 2017(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-1 ta' Frar 2018(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0202/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 81, 2.3.2018, p. 188.
(2) ĠU C 176, 23.5.2018, p. 66.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-25 ta' Ottubru 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2018/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi
P8_TC1-COD(2017)0114

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(3),

Billi:

(1)  Il-progress lejn il-mira, li l-Kummissjoni stabbiliet fil-White Paper tagħha tat-28 ta’ Marzu 2011(4), jiġifieri li għandu jsir progress lejn l-applikazzjoni sħiħa tal-prinċipji ta’ “min iniġġes iħallas” u “l-utent iħallas”, sabiex jiġi ġġenerat id-dħul u jiġi żgurat il-finanzjament għall-investimenti futuri fit-trasport, sar bil-mod ħafna u għad hemm inkonsistenzi fl-applikazzjoni tat-tariffi għall-infrastruttura tat-toroq madwar l-Unjoni.

(1a)  F'dik il-White Paper, il-Kummissjoni stabbiliet skadenza sal-2020 biex "tipproċedi lejn internalizzazzjoni sħiħa u obbligatorja tal-ispejjeż esterni (inklużi l-istorbju, it-tniġġis lokali u l-konġestjoni apparti l-irkupru obbligatorju tal-ispejjeż tat-tkagħbir bl-użu) għat-trasport bit-triq u bil-ferrovija". [Em. 1]

(1b)   Il-moviment tal-vetturi tal-merkanzija u tal-passiġġieri huwa fattur li jikkontribwixxi għall-emissjoni ta' sustanzi li jniġġsu fl-atmosfera. Tali sustanzi li jniġġsu, li għandhom impatt kbir ħafna fuq is-saħħa tan-nies u jwasslu għad-deterjorament tal-kwalità tal-arja ambjentali fl-Ewropa, jinkludu l-PM2,5, l-NO2 u l-O3. Fl-2014, dawk it-tliet sustanzi li jniġġsu kkaġunaw rispettivament 399 000, 75 000 u 13 600 każ ta' mewt prematur fl-Unjoni minħabba esponiment fit-tul, skont l-estimi tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent ippubblikati fl-2017. [Em. 2]

(1c)   Skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, l-istorbju mit-traffiku fit-toroq waħdu huwa t-tieni fattur ta' stress ambjentali l-aktar dannuż fl-Ewropa, eżatt wara t-tniġġis tal-arja. Mill-inqas 9 000 każ ta' mewt prematur fis-sena jistgħu jiġu attribwiti lill-mard tal-qalb ikkawżat mill-istorbju mit-traffiku. [Em. 3]

(1d)   Skont ir-rapport tal-2017 tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent dwar il-kwalità tal-arja fl-Ewropa, fl-2015 it-trasport bit-triq kien is-settur bl-aktar emissjonijiet ta' NOx u t-tieni għas-sustanzi li jniġġsu li jkunu ġejjin mill-iswed tal-karbonju. [Em. 4]

(2)  Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar Strateġija Ewropea għal Mobbiltà b’Emissjonijiet Baxxi(5), il-Kummissjoni ħabbret li se tipproponi r-reviżjoni tad-Direttiva dwar it-tariffi għat-trakkijiet sabiex tippermetti tariffi wkoll abbażi tad-differenzjazzjoni tad-diossidu tal-karbonju, u l-estensjoni ta’ xi wħud mill-prinċipji tagħha għax-xarabanks u l-kowċis, kif ukoll għall-karozzi tal-passiġġieri u l-vannijiet.

(3)  Il-vetturi heavy-duty kollha għandhom impatt sinifikanti fuq l-infrastruttura tat-toroq u jikkontribwixxu għat-tniġġis tal-arja, u filwaqt li l-vetturi light-duty ħfief huma s-sors tal-maġġoranza tal-impatti ambjentali u soċjali negattivi mit-trasport bit-triq fir-rigward tal-emissjonijiet u l-konġestjoni. Fl-interess tat-trattament ugwali u l-kompetizzjoni ġusta, jenħtieġ li jiġi żgurat li l-vetturi li sa issa mhumiex koperti mill-qafas stabbilit fid-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), fir-rigward tal-ħlasijiet għall-użu tat-triq u l-ħlasijiet fuq l-utenti, jiġu inklużi f’dan il-qafas. Għalhekk, jenħtieġ li l-kamp ta' applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva jiġi estiż għall-vetturi heavy-duty minbarra dawk maħsuba għall-ġarr tal-merkanzija u għall-vetturi light-duty, inklużi l-karozzi tal-passiġġieri. It-tariffi għall-karozzi tal-passiġġieri jistgħu jiġu aġġustati sabiex tiġi evitata penalizzazzjoni eċċessiva tal-utenti frekwenti. Għal raġunijiet ta' trattament ugwali, jenħtieġ li t-tariffi jiġu applikati b'mod mhux diskriminatorju, abbażi tal-kategorija tal-vettura, kif ukoll b'mod differenti, skont l-impatt tal-vettura fuq l-infrastrutturi u fuq l-ambjent u s-soċjetà, u skont il-qagħda soċjoekonomika ta' ċerti utenti li ma jkollhom ebda għażla ħlief li jużaw it-triq biex jaslu fil-post tax-xogħol tagħhom. [Em. 5]

(3a)  Biex jiġi stabbilit suq intern tat-trasport bit-triq b'kundizzjonijiet ekwi, jenħtieġ li r-regoli jiġu applikati b'mod uniformi. Wieħed mill-għanijiet ewlenin ta' din id-Direttiva huwa l-eliminazzjoni ta' distorsjonijiet tal-kompetizzjoni bejn l-utenti. Għaldaqstant, il-vannijiet li jittrasportaw merkanzija bit-triq jenħtieġ li jiġu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tat-tariffi applikati għall-vetturi heavy-duty. [Em. 6]

(3b)  Sabiex tiġi żgurata l-proporzjonalità ta' din il-miżura, huwa importanti li jiġu inklużi biss il-vannijiet użati biex jittrasportaw merkanzija bit-triq li huma rregolati bir-Regolamenti (KE) Nru 1071/2009(7) u (KE) Nru 1072/2009(8) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u bir-Regolament (UE) Nru 165/2014(9) tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill. [Em. 7]

(4)  Il-ħlasijiet fuq l-utenti abbażi tal-ħin, min-natura tagħhom, ma jirriflettux l-ispejjeż tal-infrastruttura li fil-fatt jiġġarbu u, għal raġunijiet simili, mhumiex effikaċi bħala inċentiv għal operazzjonijiet aktar nodfa u aktar effiċjenti, jew it-tnaqqis tal-konġestjoni. Għalhekk Għall-vetturi tqal, il-ħlasijiet fuq l-utenti abbażi tal-ħin għalhekk jenħtieġ li dawn jitnaqqsu gradwalment b’tariffi abbażi tad-distanza, li jkunu aktar ġusti, aktar effiċjenti u aktar effikaċi. [Em. 8]

(4a)   Sabiex ikun żgurat li din is-sostituzzjoni gradwali tal-ħlasijiet fuq l-utenti abbażi tal-ħin bi ħlasijiet abbażi tad-distanza ma ssirx ostaklu ulterjuri għall-aċċess għas-swieq Ewropej ewlenin tat-trasport minn pajjiżi u reġjuni periferiċi, jenħtieġ li mill-iktar fis possibbli titqiegħed fis-seħħ sistema ta' kumpens sabiex tagħmel tajjeb għall-ispejjeż miżjuda u b'hekk jiġi evitat telf sinifikanti ta' kompetittività. [Em. 10]

(4b)   Sabiex jiġi evitat li t-traffiku jibda juża t-toroq mingħajr ħlas għall-użu tagħhom, li jista' jkollu impatt kbir ħafna fuq is-sikurezza tat-toroq u fuq l-użu ottimali tan-netwerk tat-toroq, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jimponu ħlasijiet għall-użu fit-toroq kollha li jkunu f'kompetizzjoni diretta man-netwerks trans-Ewropej. [Em. 11]

(4c)   Il-ħlasijiet fuq l-utenti abbażi tal-ħin iħeġġu lis-sewwieqa jivvjaġġaw aktar meta l-vignette tagħhom tkun valida, u b'hekk jiġi applikat b'mod żbaljat il-prinċipju ta' "min iniġġes iħallas" u "min juża jħallas". [Em. 12]

(4d)  Sabiex jiġi żgurat li din id-Direttiva tiġi applikata sew, l-oqfsa kuntrattwali li jirregolaw il-kuntratti ta' konċessjoni fir-rigward tal-ġbir ta' tariffi tat-triq jenħtieġ li, b'kusiderazzjoni xierqa tad-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jiffaċilitaw l-adattabbiltà ta' dawk il-kuntratti skont it-tibdil tal-qafas regolatorju tal-Unjoni. [Em. 13]

(4e)   F'dan ir-rigward, jenħtieġ li titqies il-possibbiltà li l-ispejjeż miżjuda minħabba l-periferiċità jiġu kkumpensati permezz ta' faċilitajiet fir-rigward tal-aċċess għal flotot aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija u tal-istabbiliment prijoritarju ta' infrastruttura esklużiva jew ta' teknoloġiji bħal awtostradi elettriċi. Dawk il-faċilitajiet ta' kumpens jistgħu jiffurmaw parti mill-FNE futura wara l-2020. [Em. 14]

(5)  Sabiex tiġi żgurata l-aċċettazzjoni mill-utenti tal-iskemi futuri tal-pedaġġ tat-toroq, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jintroduċu sistemi adegwati għall-ġbir tal-ħlasijiet bħala parti minn pakkett usa’ ta’ servizzi ta’ mobbiltà. Sistemi bħal dawn għandhom jenħtieġ li jiżguraw distribuzzjoni ġusta tal-ispejjeż tal-infrastruttura u jirriflettu l-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas” u jinkorporaw arranġamenti għad-delimitazzjoni tal-irċevuti mill-ħlasijiet fuq l-utenti. F'dak ir-rigward, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu liberi wkoll li jimponu ħlasijiet għall-użu fit-toroq li ma jiffurmawx parti min-netwerk ewlieni tat-trasport. Jenħtieġ li l-Istati Membri li jintroduċu sistema ta’ din ix-xorta jiżguraw li din tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10). [Em. 15]

(5a)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jiġu mħeġġa jqisu l-fatturi soċjoekonomiċi meta japplikaw skemi ta' tariffi għall-infrastruttura tat-toroq għall-karozzi tal-passiġġieri [Em. 16]

(5b)   L-impożizzjoni ta' ħlasijiet fuq l-utenti kollha tat-triq b'mezzi elettroniċi tinvolvi l-ġbir u l-ħżin fuq skala enormi ta' data personali, li tista' tintuża wkoll biex jitfasslu profili komprensivi tal-movimenti. Meta jimplimentaw din id-Direttiva, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ li jqisu sistematikament il-prinċipji tal-limitazzjoni tal-iskop u tal-minimizzazzjoni tad-data. Għalhekk jenħtieġ li s-soluzzjonijiet tekniċi għal-ġbir ta' data b'rabta mal-impożizzjoni ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq jinkorporaw possibbiltajiet ta' ħlas anonimizzat, kriptat jew bil-quddiem. [Em. 17]

(5c)  It-taxxi fuq il-vetturi jistgħu jaġixxu bħala ostaklu għall-introduzzjoni ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq. Sabiex tiġi appoġġata l-introduzzjoni tal-ħlasijiet għall-użu tat-triq, jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw aktar lok biex inaqqsu malajr it-taxxi fuq il-vetturi, jiġifieri billi jitnaqqsu kemm jista' jkun malajr ir-rati minimi stipulati fid-Direttiva 1999/62/KE [Em. 18]

(5d)  Huwa ta' importanza partikolari li l-Istati Membri jistabbilixxu sistema ta' ħlasijiet ġusta li ma tippenalizzax lill-utenti ta' vetturi privati li, minħabba l-post tar-residenza tagħhom f'żona rurali jew f'żoni li diffiċli li wieħed jaċċedi għalihom jew iżolati, ikollhom bilfors jużaw b'mod aktar regolari toroq prinċipali soġġetti għal ħlasijiet. Skont il-politika ta' żvilupp territorjali, jenħtieġ li l-Istati Membri jimponu ħlasijiet imnaqqsa fuq l-utenti minn żoni bħal dawn. [Em. 20]

(6)  Bħal fil-każ ta’ vetturi heavy-duty, huwa importanti li jiġi żgurat li, jekk l-Istati Membri jintroduċu kwalunkwe tariffa abbażi tal-ħin li tiġi applikata għall-vetturi light-duty, din tkun proporzjonata, inkluż fir-rigward ta’ perjodi tal-użu ta’ iqsar minn sena. F’dak ir-rigward, jeħtieġ li jitqies il-fatt li vetturi light-duty għandhom xejriet tal-użu differenti minn dawk ta’ vetturi heavy-duty. Il-kalkolu ta’ tariffi proporzjonati abbażi tal-ħin jista’ jkun ibbażat fuq id-dejta id-data disponibbli dwar ix-xejriet tal-vjaġġi, sakemm jiżgura n-nondiskriminazzjon. [Em. 21]

(7)  Skont id-Direttiva 1999/62/KE, tariffa għall-ispejjeż esterni tista’ konsistenti mal-prinċipju ta' "min iniġġes iħallas" jenħtieġ li tiġi imposta fuq livell qrib għall-ispiża marġinali soċjali tal-użu tal-vettura kkonċernata. Intwera li dak il-metodu huwa l-aktar mod ġust u effiċjenti biex jitqiesu l-impatti ambjentali u tas-saħħa negattivi tat-tniġġis tal-arja u tal-istorbju ġġenerati minn vetturi heavy-duty, u jkun jiżgura kontribuzzjoni ġusta mill-vetturi heavy-duty biex jintlaħqu l-istandards tal-UE għall-kwalità tal-arja(11), kif ukoll kwalunkwe limitu jew mira applikabbli għall-istorbju. Għalhekk, jenħtieġ li l-applikazzjoni ta’ tariffi bħal dawn tiġi ffaċilitata. [Em. 22]

(8)  Għal dan l-għan, jenħtieġ li tiġi introdotta l-possibbiltà li tiġi applikata tariffa għall-ispejjeż esterni fuq in-netwerks li mhumiex koperti minn tariffa għall-infrastruttura u t-tariffi massimi tal-medja ponderata għall-ispejjeż esterni tiġi ssostitwita mill-valuri ta’ referenza jenħtieġ li jiġu sostitwiti bil-valuri minimi aġġornati fid-dawl tal-inflazzjoni, il-progress xjentifiku li jkun sar biex jiġu stmati l-ispejjeż esterni tat-trasport bit-triq u l-evoluzzjoni tal-kompożizzjoni tal-flotta. [Em. 23]

(8a)  Sabiex jintlaħaq l-objettiv tal-White Paper dwar it-Trasport li jkun hemm applikazzjoni sħiħa tal-prinċipju ta' "min iniġġes iħallas", jenħtieġ li jiġi żgurat li, fin-netwerks koperti minn tariffa għall-infrastruttura, tapplika tariffa għall-ispejjeż esterni għall-vetturi heavy-duty u għall-vannijiet li jittrasportaw merkanzija bit-triq. [Em. 24]

(8b)  Sabiex jiġi żgurat użu mill-ġdid xieraq tad-dħul mit-tariffi għall-ispejjeż esterni, ikun xieraq li dak id-dħul jerġa' jiġi investit fis-settur tal-infrastruttura tat-trasport sabiex jiġu promossi modi ta' trasport aktar sostenibbli b'impatt ambjentali iżgħar. [Em. 25]

(9)  Il-varjazzjoni tat-tariffi għall-infrastruttura skont il-klassijiet tal-emissjonijiet Euro kkontribwiet għall-użu ta’ vetturi aktar nodfa. Madankollu, bit-tiġdid tal-flotot tal-vetturi, huwa mistenni li l-varjazzjoni tat-tariffi fuq din il-bażi fin-netwerk interurban tiskadi issir inqas effettiva sa tmiem l-2020 u għalhekk jenħtieġ li titneħħa gradwalment sa dak iż-żmien. Mill-istess mument, jenħtieġ li l-impożizzjoni ta’ tariffi għall-ispejjeż esterni tiġi applikata b’mod aktar sistematiku bħala mezz immirat lejn l-irkupru tal-ispejjeż esterni fir-rigward ta’ sitwazzjonijiet fejn dan huwa tal-ogħla importanza. [Em. 27]

(10)  Is-sehem tal-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi heavy-duty qiegħed jiżdied. Varjazzjoni tat-tariffi għall-infrastruttura skont dawn l-emissjonijiet tista’ tikkontribwixxi għal titjib f’dan il-qasam u għalhekk jenħtieġ li tiddaħħal.

(11)  Il-vetturi light-duty jiġġeneraw żewġ terzi tal-impatti ambjentali negattivi tat-trasport bit-triq fuq l-ambjent u fuq is-saħħa. Għalhekk huwa importanti li jkun hemm inċentiv biex jintużaw il-vetturi l-aktar nodfa u l-aktar effiċjenti fl-użu tal-fjuwil permezz tad-differenzjazzjoni tat-tariffi tat-triq abbażi ta’ fatturi tal-konformità definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/427(12), ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/646(13), u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/xxx(14).

(12)  Sabiex jitħeġġeġ l-użu tal-vetturi l-aktar nodfa u effiċjenti, jenħtieġ li l-Istati Membri japplikaw ħlasijiet għall-użu tat-triq u ħlasijiet fuq l-utenti mnaqqsa ferm għal dawk il-vetturi. Sabiex tiġi ffaċilitata u titħaffef l-implimentazzjoni ta' skemi bħal dawn, jenħtieġ li dak it-tnaqqis jiġi applikat indipendentement mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) .../... li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 595/2009 fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni tal-emissjonijiet ta' CO2 u l-konsum tal-fjuwil minn vetturi heavy-duty. Il-vetturi b'żero emissjonijiet jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għal xi tariffa għall-ispejjeż esterni relatata mat-tniġġis tal-arja. [Em. 28]

(12a)   It-tranżitu trans-Alpin jirrappreżenta problema partikolari għar-reġjuni affettwati, fil-forma ta' tniġġis mill-istorbju u tal-arja u ta' tkagħbir bl-użu fuq l-infrastruttura, problema li ssir ferm akbar minħabba l-kompetizzjoni mal-kurituri fil-qrib f'dak li jirrigwarda l-prezzijiet. Għalhekk jenħtieġ li r-reġjuni affettwati u l-Istati Membri jingħataw marġni wiesa' ta' flessibbiltà f'dak li jirrigwarda t-tariffi għall-ispejjeż esterni u l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' ġestjoni tat-traffiku, anke bil-għan li jiġu evitati effetti ta' spostament mhux mixtieqa u li t-traffiku jiġi ddevjat bejn il-kurituri. [Em. 29]

(13)  Il-konġestjoni tat-toroq, li għaliha jikkontribwixxu l-vetturi bil-mutur kollha bi proporzjonijiet differenti, tirrappreżenta spiża ta’ madwar 1 % tal-PDG. Parti sinifikanti ta’ din l-ispiża tista’ tiġi attribwita lill-konġestjoni interurbana. Għalhekk jenħtieġ li tiġi permessa tariffa speċifika marbuta mal-konġestjoni, bil-kundizzjoni li tiġi applikata għall-kategoriji kollha tal-vetturi. Sabiex tkun effikaċi, u proporzjonata u nondiskriminatorja, jenħtieġ li t-tariffa tiġi kkalkulata abbażi tal-ispiża marġinali tal-konġestjoni u ddifferenzjata skont il-post, il-ħin u l-kategorija tal-vettura. Bl-istess mod, jenħtieġ li jinstabu formuli li jibbilanċaw u jikkumpensaw u li ma jiddiskriminawx kontra ħaddiema li jgħixu fil-periferiji tal-bliet, li diġà jkollhom iġarrbu l-ispejjeż kemm tal-ħlasijiet fuq l-utenti kif ukoll tal-ħlasijiet għall-użu tat-triq. Sabiex jiġi massimizzat l-effett pożittiv tat-tariffi għall-konġestjoni, jenħtieġ li d-dħul korrispondenti jiġi allokat għal proġetti li jindirizzaw is-sorsi tal-problema. [Em. 30]

(13a)  Sabiex jgħinu fis-salvagwardja tal-wirt awtomobilistiku tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jqiegħdu l-vetturi ta' interess storiku f'kategorija speċjali għall-finijiet tal-aġġustament tad-diversi tariffi li jridu jitħallsu skont din id-Direttiva. [Em. 31]

(14)  Jenħtieġ li t-tariffi għall-konġestjoni jirriflettu l-ispejjeż reali li timponi kull vettura fuq l-utenti l-oħra tat-triq direttament, u indirettament fuq is-soċjetà b’mod ġenerali, b’mod proporzjonat. Sabiex jiġi evitat li dawn ixekklu b’mod sproporzjonat il-moviment ħieles tal-persuni u l-merkanzija, jenħtieġ li jkunu limitati għal ammonti speċifiċi li jirriflettu l-ispiża marġinali tal-konġestjoni fil-kundizzjoni qrib il-kapaċità, jiġifieri meta l-volumi tat-traffiku joqorbu l-livell ta’ traffiku li jifilħu t-toroq.

(15)  Jenħtieġ li l-varjazzjoni newtrali mil-lat ta’ dħul tat-tariffi għall-infrastruttura applikati għall-vetturi tqal tal-merkanzija, strument subottimali għall-fini tat-tnaqqis tal-konġestjoni, titneħħa gradwalment.

(15a)  Minħabba l-livell għoli tal-ispejjeż esterni tal-inċidenti, li jammontaw għal għexieren ta' biljuni ta' euro kull sena, b'rabta mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(15) rigward il-kalkolu tal-ispiża soċjali medja ta' inċidenti fatali u serji, l-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw il-possibbiltà li jinternalizzaw aħjar l-ispejjeż mhux koperti mill-assigurazzjoni. Parti minn dawk l-ispejjeż tkun imħallsa mill-iskema tas-sigurtà soċjali rilevanti jew mis-soċjetà inġenerali, bħall-ispejjeż amministrattivi tas-servizzi pubbliċi użati, ċerti spejjeż ta' servizzi mediċi użati kif ukoll it-telf ta' kapital uman u l-ispejjeż relatati ma' danni fiżiċi u psikoloġiċi. [Em. 32]

(16)  Il-mark-ups li jiżdiedu mat-tariffa għall-infrastruttura jistgħu jipprovdu wkoll kontribuzzjoni utli biex jiġu indirizzati l-problemi relatati ma’ ħsara ambjentali jew konġestjoni sinifikanti li jirriżultaw mill-użu ta’ ċerti toroq, mhux biss dawk f’żoni muntanjużi. Għalhekk, jenħtieġ li jitneħħew ir-restrizzjoni attwali tal-mark-ups għal żoni bħal dawn Jenħtieġ għalhekk li tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tal-mark-ups billi jitneħħew ir-restrizzjonijiet attwali li jillimitaw il-mark-ups għal żoni bħal dawn u jiġu trasferiti għal proġetti tan-netwerk ċentrali tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport. Sabiex jiġi evitat li l-utenti jiġu ċċarġjati darbtejn, jenħtieġ li l-mark-ups jiġu esklużi f'sezzjonijiet tat-triq fejn tiġi applikata t-tariffa tal-konġestjoni jiġu limitati b'mod aktar strett. Jenħtieġ ukoll li jiġi aġġustat il-livell massimu applikabbli għal sitwazzjonijiet differenti. [Em. 33]

(17)  Fil-każ li Stat Membru jintroduċi sistema ta’ tariffi għat-toroq, il-kumpens li jingħata, jista’, skont il-każ, jirriżulta f’diskriminazzjoni kontra l-utenti tat-toroq mhux residenti. Għalhekk jenħtieġ li l-possibbiltà li jingħata kumpens f’dawn il-każijiet tkun limitata għal każijiet ta’ ħlasijiet għall-użu tat-triq u ma għandhiex tibqa’ disponibbli fil-każ ta’ ħlasijiet fuq l-utenti.

(17a)   Bħal fir-rigward tal-vetturi light-duty, huwa importanti li jkun żgurat li din id-Direttiva ma tostakolax il-moviment liberu taċ-ċittadini. Jenħtieġ li l-Istati Membri ma jitħallewx jintroduċu skontijiet u tnaqqis meta l-utenti tat-toroq ikunu affettwati b'mod sproporzjonat mit-tariffi minħabba raġunijiet ġeografiċi jew soċjali. [Em. 34]

(18)  Sabiex jiġu sfruttati s-sinerġiji potenzjali bejn is-sistemi eżistenti tat-tariffi tat-toroq sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż operattivi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun involuta bis-sħiħ fil-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri li jkunu beħsiebhom jintroduċu skemi komuni u interoperabbli tat-tariffi tat-toroq. [Em. 35]

(19)  It-tariffi tat-triq jistgħu jimmobilizzaw riżorsi li jikkontribwixxu għall-finanzjament u għall-finanzjament inkroċjat ta' proġetti ta' infrastruttura ta' trasport alternattiv u tal-manutenzjoni u l-iżvilupp ta’ infrastruttura u servizzi tat-trasport ta’ kwalità għolja. Huwa għalhekk xieraq li l-Istati għall-Istati Membri jingħataw inċentiv biex li jużaw id-dħul mit-tariffi tat-triq għal dan il-għan, u b'hekk li jkun meħtieġ li jkunu meħtieġa jirrapportaw b’mod adegwat dwar l-użu ta’ dħul bħal dan. Id-dħul mit-tariffi għall-infrastruttura u t-tariffi għall-ispejjeż esterni għalhekk jenħtieġ li jerġa' jiġi investit fis-settur tat-trasport. B’mod partikolari, dan għandu jgħin biex jiġu identifikati lakuni li jista’ jkun hemm fil-finanzjament u biex itejjeb l-aċċettazzjoni tat-tariffi tat-toroq mill-pubbliku. [Em. 36]

(20)  B'mod partikolari, l-għan ta' din id-Direttiva huwa li jiġi żgurat li l-iskemi tal-ipprezzar nazzjonali applikati għal vetturi minbarra l-vetturi tqal tal-merkanzija jiġu applikati f’qafas koerenti li jiżgura t-trattament ugwali madwar l-Unjoni. Dan ma jistax jintlaħaq b’mod tajjeb biżżejjed fil-livell tal-Istati Membri iżda minħabba n-natura transfruntiera tat-trasport bit-triq u minħabba l-problemi li din id-Direttiva trid tindirizza, jista’ jiġi ttrattat b’mod aħjar fil-livell tal-Unjoni, u għaldaqstant l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.

(21)  Huwa meħtieġ li t-tariffi għall-ispejjeż esterni jkomplu jirriflettu l-ispiża tat-tniġġis tal-arja u l-istorbju ġġenerati mill-vetturi heavy-duty, bl-aktar mod akkurat possibli possibbli mingħajr ma l-iskema tat-tariffi ssir kumplessa żżejjed, biex jingħata inċentiv għall-vetturi l-aktar effiċjenti fl-użu tal-fjuwil u biex l-inċentivi jibqgħu effikaċi kif ukoll biex id-differenzjazzjoni tat-tariffi tat-triq tibqa’ aġġornata. Għalhekk, jenħtieġ li s-setgħa li tadotta l-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex il-valuri ta’ referenza minimi jiġu adattati għall-iċċarġjar tal-ispejjeż esterni skont il-progress xjentifiku, biex jiġu definiti l-modalitajiet għall-varjazzjoni newtrali mil-lat tad-dħul tat-tariffi għall-infrastruttura skont l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi heavy-duty u biex jiġu adattati l-modalitajiet tal-varjazzjoni tat-tariffi għall-infrastruttura għal vetturi light-duty ħfief skont il-progress tekniku. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016(16). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u b'mod sistematiku l-esperti tagħhom ikollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati. [Em. 37]

(21a)   Sa mhux aktar tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tippreżenta qafas ġeneralment applikabbli, trasparenti u ċar għall-internalizzazzjoni tal-ispejjeż ambjentali, tal-konġestjoni u tas-saħħa li jifforma l-bażi għal kalkoli futuri tat-tariffi għall-infrastruttura. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tipproponi mudell akkumpanjat b'analiżi tal-impatt fuq l-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni għall-modi kollha tat-trasport. Fir-rigward tal-proporzjonalità, iridu jitqiesu l-modi kollha b'rabta mal-impożizzjoni ta' tariffi għall-ispejjeż esterni. [Em. 38]

(21b)   Fl-interess tat-trasparenza, ikun xieraq li l-Istati Membri jiddivulgaw lill-utenti tat-toroq ir-riżultati miksuba mill-investiment mill-ġdid tat-tariffi għall-infrastruttura, it-tariffi għall-ispejjeż esterni u t-tariffi għall-konġestjoni. Għalhekk, jenħtieġ li jħabbru l-benefiċċji miksuba f'termini ta' sikurezza aħjar fit-toroq, tnaqqis tal-impatt ambjentali u tnaqqis tal-konġestjoni tat-traffiku. [Em. 39]

(22)  Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Jenħtieġ li l-proċedura konsultattiva tintuża għall-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu sett armonizzat ta’ indikaturi għall-evalwazzjoni tal-kwalità tan-netwerks tat-toroq. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(17).

(23)  Għalhekk jenħtieġ li d-Direttiva 1999/62/KE tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 1999/62/KE hi emendata kif ġej:

(1)  it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“Id-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 1999 dwar il-ħlas li jrid isir abbażi tad-distanza mill-utenti tal-vetturi għall-użu tal-infrastrutturi tat-toroq”; [Em. 40]

"

(2)  L-Artikoli 1 u 2 jiġu sostitwiti b'dan li ġej:"

"Artikolu 1

1.  Din id-Direttiva tapplika għal:

   (a) taxxi tal-vetturi għall-vetturi tqal tal-merkanzija,
   (b) ħlasijiet għall-użu tat-triq u ħlasijiet fuq l-utenti imposti fuq l-użu tal-vetturi.

2.  Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal vetturi li jwettqu operazzjonijiet ta' trasport esklussivament fit-territorji mhux Ewropej tal-Istati Membri.

3.  Din id-Direttiva lanqas ma għandha tapplika għal vetturi rreġistrati fil-Gżejjer Kanarji, f'Ceuta u Melilla, fl-Ażores jew f'Madejra u li jwettqu operazzjonijiet tat-trasport esklużivament f'dawk it-territorji jew bejn dawk it-territorji u, rispettivament, il-partijiet kontinentali ta' Spanja u tal-Portugall.

Artikolu 2

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva:

   (1) “netwerk trans-Ewropew tat-trasport” tfisser l-infrastruttura tat-trasport bit-triq imsemmija fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* kif jidher fil-mapep fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament;
   (2) “spejjeż tal-kostruzzjoni” tfisser l-ispejjeż marbuta mal-bini, inkluż, fejn xieraq, l-ispejjeż tal-finanzjament ta’ wieħed minn dawn li ġejjin:
   (a) infrastruttura ġdida jew titjib tal-infrastruttura ġdida, inklużi tiswijiet strutturali sinifikanti jew infrastruttura tat-trasport alternattiv għal bidla modali; [Em. 41]
   (b) infrastruttura jew titjib tal-infrastruttura, inklużi tiswijiet strutturali sinifikanti, li tlestew sa mhux aktar tard minn 30 sena qabel l-10 ta’ Ġunju 2008, fejn diġà kienu fis-seħħ arranġamenti għall-ħlas għall-użu tat-triq fl-10 ta’ Ġunju 2008, jew li tlestew mhux aktar minn 30 sena qabel l-istabbiliment ta’ kwalunkwe arranġament ġdid ta’ ħlas għall-użu tat-triq introdott wara l-10 ta’ Ġunju 2008;
   (c) infrastruttura jew titjib tal-infrastruttura li tlestew qabel l-10 ta’ Ġunju 2008 fejn:
   (i) Stat Membru jkun stabbilixxa sistema ta’ ħlasijiet għall-użu tat-triq li tipprevedi l-irkupru ta’ dawn l-ispejjeż permezz ta’ kuntratt ma' operatur tas-sistema tal-ġbir tal-ħlasijiet għall-użu tat-triq, jew atti legali oħra li għandhom effett ekwivalenti, li daħlu fis-seħħ qabel l-10 ta’ Ġunju 2008, jew
   (ii) Stat Membru jista’ juri li l-każ biex tinbena l-infrastruttura kkonċernata ddependa fuq il-fatt li din għandha ħajja tad-disinn ta’ aktar minn 30 sena.
   (3) “spejjeż tal-finanzjament” tfisser kwalunkwe imgħax fuq is-self u r-redditu fuq kwalunkwe finanzjament tal-ekwità kontribwit mill-azzjonisti;
   (4) “tiswijiet strutturali sinifikanti” tfisser tiswijiet strutturali minbarra dawk it-tiswijiet li ma għandhom l-ebda benefiċċju kurrenti għall-utenti tat-toroq, b’mod partikolari f’każijiet fejn ix-xogħol ta’ tiswija jkun ġie ssostitwit minn pavimentar mill-ġdid tat-toroq jew minn xogħol ieħor ta’ kostruzzjoni;
   (5) “awtostrada” tfisser triq iddisinjata u mibnija apposta għat-traffiku ta’ vetturi bil-mutur, li ma twassalx għal proprjetajiet li jmissu magħha, u li tissodisfa l-kriterji li ġejjin:
   (a) hija pprovduta, għajr f’punti speċjali jew b’mod temporanju, b’karreġġati separati għaż-żewġ direzzjonijiet tat-traffiku, separati minn xulxin jew bi strippa diviżorja mhux intenzjonata għat-traffiku jew, b’mod eċċezzjonali, b’mezzi oħra;
   (b) ma taqsam, fl-istess livell, ebda triq, linja tal-ferrovija jew tat-tramm, passaġġ għar-roti jew passaġġ għall-mixi;
   (c) hija ddeżinjata speċifikament bħala awtostrada;
   (6) “ħlas għall-użu tat-triq” tfisser ammont speċifiku bbażat fuq id-distanza ta’ vjaġġ fuq infrastruttura partikolari u fuq it-tip ta’ vettura, li l-ħlas tiegħu jikkonferixxi d-dritt biex vettura tuża l-infrastrutturi, u li jinkludi tariffa għall-infrastruttura u, skont il-każ, tariffa tal-konġestjoni inkellawaħda jew aktar mit-tariffi li ġejjin: tariffa għall-infrastruttura, jew għall-ispejjeż esterni jew it-tnejn li huma; [Em. 42]
   (7) “tariffa għall-infrastruttura” tfisser tariffa imposta bl-iskop li jiġu rkuprati l-ispejjeż tal-kostruzzjoni, tal-manutenzjoni, tat-tħaddim u tal-iżvilupp relatati mal-infrastruttura mġarrba fi Stat Membru;
   (8) “tariffa għall-ispejjeż esterni” tfisser tariffa imposta bl-iskop li jiġu rkuprati l-ispejjeż imġarrba fi Stat Membru li huma relatati mat-tniġġis tal-arja jew l-istorbju mit-traffiku, jew it-tnejn li huma;
   (9) “konġestjoni” tfisser sitwazzjoni fejn il-volumi tat-traffiku joqorbu lejn jew jeċċedu l-kapaċità li jifilħu t-toroq;
   (10) “tariffa tal-konġestjoni” tfisser tariffa li tiġi imposta fuq il-vetturi għall-fini li jiġu rkuprati l-ispejjeż tal-konġestjoni mġarrba fi Stat Membru u biex titnaqqas il-konġestjoni;
   (11) “spiża tat-tniġġis tal-arja mit-traffiku” tfisser l-ispiża tal-ħsara kkawżata għas-saħħa tal-bniedem u tal-ħsara ambjentali kkawżati mir-rilaxx ta’ materjal partikulat u ta’ prekursuri tal-ożonu, bħall-ossidu tan-nitroġenu u l-komposti organiċi volatili, matul it-tħaddim ta’ vettura; [Em. 43]
   (12) “spiża tat-tniġġis tal-istorbju mit-traffiku” tfisser l-ispiża tal-ħsara kkawżatagħas-saħħa tal-bniedem u tal-ħsara ambjentali kkawżati mill-istorbju ġġenerat mill-vetturi jew mill-interazzjoni tagħhom mal-wiċċ tat-toroq; [Em. 44]
   (13) “tariffa medja ponderata għall-infrastruttura” tfisser id-dħul totali ta’ tariffa għall-infrastruttura fuq perjodu ta’ żmien speċifiku diviż bl-għadd ta’ kilometri vvjaġġati minn vetturi heavy-duty fuq is-sezzjonijiet tat-toroq soġġetti għat-tariffa matul dak il-perjodu;
   (14) "ħlas għall-utenti" tfisser ħlas ta' ammont speċifikat li jagħti d-dritt biex vettura tuża għal perjodu speċifiku l-infrastrutturi msemmija fl-Artikolu 7(1) u (2);
   (15) “vettura” tfisser vettura motorizzata, b’erba’ roti jew aktar, inkella kombinazzjoni artikolata ta’ vetturi maħsuba għall-użu jew użata għall-ġarr ta’ passiġġieri jew ta’ merkanzija bit-triq;
   (16) “vettura heavy-duty” tfisser vettura tqila tal-merkanzija jew kowċ jew xarabank;
   (17) “vettura tqila tal-merkanzija” tfisser vettura maħsuba għall-ġarr tal-merkanzija u li jkollha massa massima permissibbli ta’ aktar minn 3,5 tunnellati;
   (18) “kowċ jew xarabank” tfisser vettura maħsuba għall-ġarr ta’ aktar minn 8 passiġġieri, flimkien mas-sewwieq, u li jkollha massa massima permissibbli ta’ aktar minn 3,5 tunnellati;
   (18a) "vettura ħafifa" tfisser vettura light-duty jew karozza tal-passiġġieri; [Em. 46]
   (19) “vettura light-duty” tfisser karozza tal-passiġġieri, minibus minibus, vann jew vann maħsub għat-trasport tal-merkanzija; [Em. 47]
   (20) “karozza tal-passiġġieri” tfisser vettura b’erba’ roti maħsuba għall-ġarr tal-passiġġieri iżda mhux aktar minn tmien passiġġieri, flimkien mas-sewwieq;
   (20a) "vettura ta' interess storiku" tfisser vettura li hija ta' interess storiku fis-sens tal-Artikolu 3(7) tad-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**; [Em. 48]
   (21) “minibus” tfisser vettura maħsuba għall-ġarr ta’ mhux aktar minn tmien passiġġieri, flimkien mas-sewwieq, u li jkollha massa massima permissibbli ta’ mhux aktar minn 3,5 tunnellati;
   (22) “vann” tfisser vettura maħsuba għall-ġarr tal-merkanzija u għajr karozza tal-passiġġieri li jkollha massa massima permissibbli ta’ mhux aktar minn 3,5 tunnellati; [Em. 49]
   (22a) "vann maħsub għall-ġarr tal-merkanzija" tfisser vettura, li tintuża fis-settur tal-operaturi tat-trasport bit-triq kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill***, u b'piż massimu permissibbli meta mgħobbija ta' bejn 2,4 u 3,5 tunnellati u b'għoli ta' aktar minn 2 metri; [Em. 50]
   (22b) "tħaddim b'żero emissjonijiet" tfisser vettura li, b'mod verifikabbli, taħdem b'ebda emissjoni mill-egżost fit-totalità tan-netwerk tat-toroq kopert; [Em. 51]
   (23) “vettura b’żero emissjonijiet” tfisser vettura li ma tirrilaxxax emissjonijiet tal-egżost;
   (23a) "mutur" tfisser vettura b'żewġ roti, b'sidecar jew mingħajrha, kif ukoll kwalunkwe triċiklu u kwalunkwe kwadriċiklu fil-kategoriji L3e, L4e, L5e, L6e u L7e, kif imsemmija fir-Regolament (UE) Nru 168/2013; [Em. 52]
   (24) “operatur tat-trasport” tfisser kull impriża li tittrasporta l-merkanzija jew il-passiġġieri bit-triq;
   (25) “vettura tal-kategorija ‘EURO 0’, ‘EURO I’, ‘EURO II’, ‘EURO III’, ‘EURO IV’, ‘EURO V’, ‘EURO VI’” tfisser vettura heavy-duty li tikkonforma mal-limiti tal-emissjonijiet stipulati fl-Anness 0;
   (26) “tip ta’ vettura” tfisser kategorija li fiha taqa’ vettura heavy-duty skont l-għadd ta’ fusien, id-dimensjonijiet jew il-piż tagħha, inkella skont fatturi oħra ta’ klassifikazzjoni tal-vetturi li jirriflettu l-ħsara lit-toroq, eż. is-sistema ta’ klassifikazzjoni skont il-ħsara lit-toroq stabbilita fl-Anness IV, bil-kundizzjoni li s-sistema ta’ klassifikazzjoni li tintuża tkun ibbażata fuq il-karatteristiki tal-vettura li jew jidhru fid-dokumentazzjoni tal-vettura użata fl-Istati Membri kollha, inkella li huma viżwalment apparenti;
   (27) "kuntratt ta’ konċessjoni” tfisser “kuntratt pubbliku ta’ xogħlijiet” "konċessjoni" kif definit definita fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2014/24/UE2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill****; [Em. 53]
   (28) “konċessjoni ta' ħlas għall-użu tat-triq” tfisser ħlas għall-użu tat-triq impost minn konċessjonarju taħt kuntratt ta' konċessjoni.
   (29) “arranġament ta’ ħlasijiet għall-użu tat-triq jew ta’ tariffi emendat sostanzjalment” tfisser arranġament ta’ ħlasijiet għall-użu tat-triq jew ta’ tariffi, li ġie emendat b’tali mod li l-ispejjeż jew id-dħul intlaqtu b’minn tal-anqas 5 % meta mqabbla mas-sena ta’ qabel, wara li ssir korrezzjoni għall-inflazzjoni mkejla permezz tat-tibdiliet fl-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet għall-Konsumatur madwar l-UE kollha, u bl-esklużjoni tal-enerġija u tal-ikel mhux ipproċessat, kif ippubblikat mill-Kummissjoni (Eurostat). Fil-kuntratti ta' konċessjoni, modifiki li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 43(1) u (2) tad-Direttiva 2014/23/UE ma għandhomx jitqiesu bħala sostanzjali. [Em. 54]
   (29a) "finanzjament inkroċjat" tfisser il-finanzjament ta' proġetti ta' infrastruttura tat-trasport alternattiv effiċjenti mid-dħul mill-ħlasijiet għall-użu tat-triq u mit-tariffi għall-infrastruttura fuq infrastruttura tat-trasport eżistenti; [Em. 55]
   (29b) "Stati Membri" tfisser l-awtoritajiet tal-Istati Membri kollha, i.e. l-awtoritajiet tal-gvern ċentrali tal-Istat, l-awtoritajiet fi stat federali u awtoritajiet territorjali oħra bis-setgħa li jiżguraw il-konformità mad-dritt tal-Unjoni. [Em. 56]

Għall-finijiet tal-punt 2:

   (a) fi kwalunkwe każ, il-proporzjon ta’ spejjeż t tal-kostruzzjoni li għandhom jitqiesu ma għandux jaqbeż il-proporzjon tal-perjodu tal-ħajja attwali tad-disinn tal-komponenti tal-infrastrutturi li jkun għad fadal jiskorri fl-10 ta’ Ġunju 2008, jew fid-data meta jiddaħħlu l-arranġamenti l-ġodda ta’ ħlas għall-użu tat-triq, fejn din tkun id-data aktar tard;
   (b) spejjeż tal-infrastruttura jew it-titjib tal-infrastruttura jistgħu jinkludu kwalunkwe nefqa speċifika fuq l-infrastruttura, inkluża dik imġarrba minħabba rekwiżiti regolatorji ġodda,li tkun iddisinjata biex tnaqqas id-disturbi marbuta mal-istorbjuinkella, biex tintroduċi teknoloġiji innovattivi jew biex tittejjeb is-sikurezza fit-toroq u l-ħlasijiet reali li jsiru mill-operatur tal-infrastruttura li jikkorrispondu mal-elementi ambjentali oġġettivi bħalma huma l-protezzjoni kontra l-kontaminazzjoni tal-ħamrija. [Em. 57]

_______________

* Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).

** Id-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li tħassar id-Direttiva 2009/40/KE (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 51).

*** Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51)

**** Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65) Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1).”

"

(2a)  Fl-Artikolu 6(2), jiżdied il-punt li ġej:"

"(ba) vetturi ta' interess storiku;" [Em. 58]

"

(3)  l-Artikolu 7 jiġi sostitwit b’dan li ġej:"

“Artikolu 7

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9 (1a), l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu ħlasijiet għall-użu tat-triq uħlasijiet fuq l-utenti fuq in-netwerk trans-Ewropew tat-toroq jew fuq ċerti sezzjonijiet ta’ dak in-netwerk, u fuq kwalunkwe sezzjoni oħra addizzjonali tan-netwerk tal-awtostradi tagħhom li mhux parti min-netwerk trans-Ewropew tat-toroq skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 3 sa 9 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikoli 7a sa 7k.

2.  Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri, f’konformità mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li japplikaw ħlasijiet għall-użu tat-triq u ħlasijiet fuq l-utenti fuq toroq oħra, dment li l-impożizzjoni ta’ ħlasijiet għall-użu tat-triq u ħlasijiet fuq l-utenti fuq toroq oħra bħal dawn ma tiddiskriminax kontra t-traffiku internazzjonali u ma tirriżultax f’distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn l-operaturi. Il-ħlasijiet għall-użu tat-triq u l-ħlasijiet fuq l-utenti għal toroq minbarra toroq tan-netwerk trans-Ewropew u minbarra l-awtostradi għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikolu 7a u l-Artikolu 7j(1), (2) u (4).

3.  L-Istati Membri ma għandhomx jimponu kemm ħlasijiet għall-użu tat-triq kif ukoll ħlasijiet fuq l-utenti fuq kwalunkwe kategorija ta’ vetturi għall-użu ta’ sezzjoni unika ta’ triq. Madankollu, Stat Membru li jimponi tariffa għall-utenti fuq in-netwerk tiegħu jista’ jimponi wkoll ħlasijiet għall-użu tat-triq għall-użu ta’ pontijiet, mini u passaġġi fuq muntanji.

4.  Il-ħlasijiet għall-użu tat-triq u l-ħlasijiet fuq l-utenti ma għandhomx jiddiskriminaw, direttament jew indirettament, fuq il-bażi tan-nazzjonalità tal-utent tat-triq, tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz fejn l-operatur tat-trasport ikun stabbilit jew fejn il-vettura tkun irreġistrata, jew l-oriġini jew id-destinazzjoni tal-attività tat-trasport.

5.  L-Istati Membri jistgħu jipprevedu rati mnaqqsa ta’ ħlasijiet għall-użu tat-triq jew ta' ħlasijiet fuq l-utenti, jew eżenzjonijiet mill-obbligu li jitħallsu ħlasijiet għall-użu tat-triq jew ħlasijiet fuq l-utenti għall-vetturi heavy-duty eżentati mir-rekwiżit li jinstallaw u jużaw tagħmir ta’ reġistrazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*, u f’każijiet koperti mill-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(2)(a), (b) u (c) ta’ din id-Direttiva.

6.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 9, mill-1 ta’ Jannar 2018, minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], l-Istati Membri ma għandhomx jintroduċu ħlasijiet fuq l-utenti ta’ vetturi heavy-duty u l-vannijiet maħsuba għall-ġarr tal-merkanzija. Il-ħlasijiet fuq l-utenti introdotti qabel dik id-data jistgħu jinżammu sal-31 ta’ Diċembru 2023 2022 u għandhom jiġu sostitwiti b'tariffi għall-infrastruttura mill-1 ta' Jannar 2023 fin-netwerk tat-toroq kopert b'din id-Direttiva. [Em. 59]

7.  Mid-[data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], l-Istati Membri ma għandhomx jintroduċu ħlasijiet fuq l-utenti ta’ vetturi light-duty. Il-ħlasijiet fuq l-utenti introdotti qabel dik id-data jistgħu jinżammu sal-31 ta’ Diċembru 2027.

8.  Sal-31 ta’ Diċembru 2019, fir-rigward ta’ vetturi heavy-duty, Stat Membru jista’ jagħżel li japplika ħlasijiet għall-użu tat-triq jew ħlasijiet fuq l-utenti ta’ vetturi biss li jkollhom piż massimu permissibbli mgħobbija ta’ mhux inqas minn 12-il tunnellata jekk iqis li estensjoni għall-vetturi ta’ inqas minn 12-il tunnellata:

   (a) toħloq effetti avversi sinifikanti fuq iċ-ċirkolazzjoni libera tat-traffiku, l-ambjent, il-livelli ta’ storbju, il-konġestjoni, is-saħħa, jew is-sikurezza fit-toroq minħabba d-devjazzjoni tat-traffiku;
   (b) tinvolvi spejjeż amministrattivi ta’ aktar minn 30 % tad-dħul addizzjonali li jkun ġie ġġenerat b’dik l-estensjoni.

L-Istati Membri li jagħżlu li japplikaw taxxi jew tariffi għall-użu tat-triq biss għal vetturi li jkollhom piż massimu permissibbli meta mgħobbija ta’ mhux inqas minn 12-il tunnellata għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom u r-raġunijiet għaliha.

9.  Mill-1 ta’ Jannar 2020, il-ħlasijiet għall-użu tat-triq u fuq l-utent applikati għal vetturi heavy-duty għandhom japplikaw għall-vetturi heavy-duty kollha u għall-vannijiet maħsuba għall-ġarr tal-merkanzija. [Em. 61]

10.  Sal-31 ta' Diċembru 2022, Iil-ħlasijiet għall-użu tat-triq u fuq l-utenti għal vetturi heavy-duty u għal vannijiet maħsuba għall-ġarr tal-merkanzija minn naħa u għal vetturi light-duty għajr il-vannijiet maħsuba għall-ġarr tal-merkanzija min-naħa l-oħra jistgħu jiddaħħlu jew jinżammu b’mod indipendenti minn xulxin. [Em. 62]

____________________________

* Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1).”;

"

(4)  l-Artikolu 7a huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“Artikolu 7a

1.  Il-ħlasijiet fuq l-utenti għandhom ikunu proporzjonati għat-tul tal-użu li jsir mill-infrastruttura.

2.  Sa fejn japplikaw il-ħlasijiet fuq l-utenti fir-rigward ta’ vetturi heavy-duty, l-użu tal-infrastruttura għandu jkun disponibbli għall-inqas għall-perjodi li ġejjin: jum, ġimgħa, xahar u sena. Ir-rata għal xahar ma għandhiex tkun aktar minn 10 % tar-rata annwali, ir-rata għal ġimgħa ma għandhiex tkun aktar minn 5 % tar-rata annwali u r-rata għal ġurnata ma għandhiex tkun aktar minn 2 % tar-rata annwali.

Stat Membru jista’ jiddeċiedi li japplika biss rati annwali għall-vetturi rreġistrati f’dak l-Istat Membru.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-ħlasijiet fuq l-utent, inklużi l-ispejjeż amministrattivi, għall-kategoriji kollha ta’ vetturi heavy-duty, f’livell mhux ogħla mir-rati massimi stipulati fl-Anness II.

3.  Sa fejn japplikaw il-ħlasijiet fuq l-utenti fir-rigward ta’ karozzi tal-passiġġieri, l-użu tal-infrastruttura għandu jkun disponibbli għall-inqas għall-perjodi li ġejjin: ġurnata, ġimgħa, 10 ijiem, xahar jew xahrejn jew it-tnejn, u sena. Ir-rata għal xahrejn ma għandhiex tkun aktar minn 30 % tar-rata annwali, ir-rata ta’ xahar ma għandhiex tkun aktar minn 18 % tar-rata annwali u r-rata r-rati ta’ 10 ijiem, ta' ġimgħa u ta' ġurnata ma għandhiex tkun għandhomx ikunu aktar minn 8 % tar-rata annwali. [Em. 63]

L-Istati Membri jistgħu wkoll jagħmlu l-użu tal-infrastruttura disponibbli għal perjodi oħra ta’ żmien. F’każijiet bħal dawn, l-Istati Membri għandhom japplikaw rati skont il-prinċipju tat-trattament ugwali bejn l-utenti, filwaqt li jqisu l-fatturi rilevanti kollha, b’mod partikolari r-rata annwali u r-rati applikati għall-perjodi l-oħra msemmija fl-ewwel subparagrafu, għax-xejriet eżistenti tal-użu għall-ispejjeż amministrattivi.

Fir-rigward ta’ skemi ta’ ħlasijiet fuq l-utenti adottati qabel il-31 ta’ Mejju 2017, l-Istati Membri jistgħu jżommu rati ogħla mil-limiti stabbiliti fl-ewwel subparagrafu, fis-seħħ qabel dik id-data, u rati ogħla korrispondenti għal perjodi oħra ta’ użu, f’konformità mal-prinċipju tat-trattament ugwali. Madankollu, għandhom jikkonformaw mal-limiti stabbilti fl-ewwel subparagrafu kif ukoll mat-tieni subparagrafu malli l-arranġamenti ta’ ħlas għall-użu tat-triq jew ta’ tariffi emendati sostanzjalment jidħlu fis-seħħ, u mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2024.

4.  Għall-minibuses, għall-vannijiet u għall-vannijiet maħsuba għall-ġarr tal-merkanzija, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw jew mal-paragrafu 2 inkella mal-paragrafu 3. Madankollu, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu ħlasijiet fuq l-utenti ogħla għall-minibuses, għall-vannijie u għall-vannijiet maħsuba għall-ġarr tal-merkanzija milli għall-karozzi tal-passiġġieri mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2024.”; [Em. 64]

4a.  Il-proporzjonalità tal-ħlasijiet fuq l-utenti tista' tqis il-karatteristika speċifika tal-operazzjonijiet tat-trasport li jibdew fi Stat Membru fil-periferija tal-Unjoni."; [Em. 65]

"

(4a)  Fl-Artikolu 7b, jiżdied il-paragrafu li ġej:"

"2a. Is-sezzjonijiet tal-awtostradi li fuqhom tiġi applikata tariffa għall-infrastruttura għandu jkollhom l-infrastruttura neċessarja biex tiġi żgurata s-sikurezza tat-traffiku għall-utenti kollha u jista' jkollhom postijiet tal-parkeġġ sikuri fil-kundizzjonijiet klimatiċi kollha f'konformità mar-Regolament (UE) .../.... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 fir-rigward tar-rekwiżiti minimi dwar il-ħinijiet tas-sewqan ta' kuljum u fil-ġimgħa, il-pawżi minimi u l-perjodi ta' mistrieħ ta' kuljum u fil-ġimgħa u r-Regolament (UE) Nru 165/2014 fir-rigward tal-pożizzjonament permezz ta' takografi (2017/0122(COD))." [Em. 66]

"

(5)  l-Artikolu 7c huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“Artikolu 7c

1.  L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu tariffa għall-ispejjeż esterni, marbuta mal-ispiża tat-tniġġis tal-arja jew tal-istorbju mit-traffiku, jew mat-tnejn li huma.

It-tariffi għall-ispejjeż esterni jistgħu jiġu introdotti jew jinżammu fuq is-sezzjonijiet tan-netwerk tat-toroq li mhumiex soġġetti għal tariffi għall-infrastruttura.

Għal vetturi heavy-duty, It-tariffa għall-ispejjeż esterni għal tniġġis tal-arja jew bl-istorbju minħabba t-traffiku, għandha tvarja u tiġi stabbilita f’konformità mar-rekwiżiti minimi u l-metodi msemmija fl-Anness IIIa u għandha tirrispetta l-valuri ta’ referenza tikkonforma tal-anqas mal-valuri minimi msemmija fl-Anness IIIb. [Em. 67]

2.  l-ispejjeż li jiġu kkunsidrati għandhom ikunu relatati man-netwerk jew mal-parti tan-netwerk li fuqu huma imposti t-tariffi għall-ispejjeż esterni u mal-vetturi li huma soġġetti għalihom. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jirkupraw biss perċentwal minn dawk l-ispejjeż

3.  It-tariffa għall-ispejjeż esterni marbuta mat-tniġġis tal-arja mit-traffiku ma għandhiex tapplika għal vetturi heavy-duty li jikkonformaw mal-aktar standards stretti tal-emissjonijiet EURO.

L-ewwel subparagrafu ma għandux jibqa’ japplika erba’ snin mid-data meta r-regoli li introduċew dawk l-istandards bdew japplikaw.

4.  L-ammont tat-tariffa għall-ispejjeż esterni għandu jiġi stabbilit mill-Istat Membru kkonċernat. Jekk Stat Membru jaħtar awtorità għal dan l-iskop, l-awtorità għandha tkun legalment u finanzjarjament indipendenti mill-organizzazzjoni responsabbli għall-ġestjoni jew il-ġbir tat-tariffa kollha jew ta’ parti minnha.

5.  Mill-1 ta’ Jannar 2021, l-Istati Membri li jimponu l-ħlasijiet għall-użu tat-triq għandhom japplikaw tariffa għall-ispejjeż esterni għal vetturi heavy-duty tal-anqas fuq il-parti tan-netwerk imsemmija fl-Artikolu 7(1) fejn il-ħsara ambjentali ġġenerata mill-vetturi heavy-duty tkun ogħla mill-ħsara ambjentali medja ġġenerata minn vetturi heavy-duty ddefinita skont ir-rekwiżiti rilevanti tar-rappurtar imsemmija fl-Anness IIIa.” tniġġis tal-arja jew bl-istorbju minħabba t-traffiku għal vetturi heavy-duty u għal vannijiet maħsuba għall-ġarr tal-merkanzija fil-partijiet kollha tan-netwerk imsemmija fl-Artikolu 7(1) li jkunu soġġetti għal tariffa għall-infrastruttura. [Em. 68]

5a.  Mill-1 ta' Jannar 2026, għandha tapplika b'mod mhux diskriminatorju tariffa għall-ispejjeż esterni imposta fuq kwalunkwe sezzjoni tan-netwerk tat-toroq imsemmija fl-Artikolu 7(1) għall-kategoriji kollha ta' vetturi. [Em. 69]

5b.  L-Istati Membri jistgħu japplikaw derogi li jippermettu li t-tariffi għall-ispejjeż esterni jiġu aġġustati għall-vetturi ta' interess storiku.” [Em. 70]

"

(6)  Jiddaħħal l-Artikolu 7da li ġej:"

“Artikolu 7da

1.  F’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness V, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu tariffa tal-konġestjoni fuq kwalunkwe sezzjoni tan-netwerk tat-toroq tagħhom li tkun soġġetta għall-konġestjoni. It-tariffa tal-konġestjoni tista’ tiġi applikata biss fuq dawk is-sezzjonijiet tat-toroq li jkollhom konġestjoni regolari u biss għal dawk il-perjodi fejn tipikament ikollhom konġestjoni.

2.  L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu s-sezzjonijiet tat-toroq u l-perjodi ta’ ħin imsemmija fil-paragrafu 1 abbażi tal-kriterji oġġettivi marbuta mal-livell ta’ esponiment tat-toroq u l-viċinanzi tagħhom għall-konġestjoni, bħal pereżempju d-dewmien medju jew it-tul tas-serbut ta’ vetturi wara xulxin.

3.  Tariffa tal-konġestjoni imposta fuq kwalunkwe sezzjoni tan-netwerk tat-toroq għandha tapplika b’mod mhux diskriminatorju għall-kategoriji kollha ta’ vetturi, f’konformità mal-fatturi ta’ ekwivalenza standard stabbiliti fl-Anness V. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jeżentaw ix-xarabanks u l-kowċis għall-promozzjoni tat-trasport kollettiv u tal-iżvilupp soċjoekonomiku u l-koeżjoni territorjali. [Em. 72]

4.  It-tariffa tal-konġestjoni għandha tirrifletti l-ispejjeż imposti minn vettura fuq utenti oħra tat-toroq, u indirettament fuq is-soċjetà, iżda ma għandhiex tisboq il-livelli massimi stabbiliti fl-Anness VI għal kwalunkwe tip ta’ triq.

5.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ mekkaniżmi xierqa għall-monitoraġġ tal-impatt tat-tariffi tal-konġestjoni u għar-rieżami tagħhom. Għandhom jwettqu rieżami tal-livell ta' tariffi b’mod regolari, tal-anqas kull tliet snin, biex jiżguraw li ma jkunux ogħla mill-ispiża tal-konġestjoni li tokkorri f’dak l-Istat Membru u li hija ġġenerata f’dawk is-sezzjonijiet tat-toroq li huma soġġetti għal tariffa tal-konġestjoni.”;

"

(7)  l-Artikoli 7f u 7g jinbidlu b’dan li ġej:"

“Artikolu 7f

1.  Wara li jkun informa lill-Kummissjoni, Stat Membru jista’ jżid mark-up mat-tariffa tal-infrastruttura imposta fuq sezzjonijiet speċifiċi tat-toroq li jkollhom konġestjoni regolari, jew li l-użu tagħhom mill-vetturi jikkawża ħsara ambjentali partikolari, fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

   (a) id-dħul iġġenerat mill-mark-up jiġi investit biex jiffinanzja l-kostruzzjoni tal-infrastruttura tat-trasport fin-netwerk ewlieni, identifikat skont il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, li tikkontribwixxi direttament biex tittaffa l-konġestjoni jew il-ħsara ambjentali u jew tas-servizzi tat-trasport li jinsabu fl-istess kuritur bħas-sezzjoni tat-triq li fuqha tiġi applikata l-mark-up; [Em. 75]
   (b) il-mark-up ma taqbiżx il-15 % tat-tariffa medja ponderata għall-infrastruttura kkalkulata f’konformità mal-Artikolu 7b(1) u l-Artikolu 7e, ħlief fejn id-dħul iġġenerat jiġi investit f’sezzjonijiet transfruntiera tal-kurituri tan-netwerk ewlieni, fiż-żoni muntanjużi, fejn it-tariffi għall-infrastruttura kif ukoll id-danni klimatiċi u ambjentali jkunu akbar f’liema każ il-mark-up ma għandhiex taqbeż tistax taqbeż il-2550  %; [Em. 76]
   (c) l-applikazzjoni tal-mark-up ma tkunx kawża ta’ trattament inġust tat-traffiku kummerċjali meta mqabbel ma’ utenti oħra tat-toroq;
   (d) deskrizzjoni tal-post eżatt ta’ fejn se tiġi imposta l-mark-up u prova ta’ deċiżjoni li tiffinanzja l-kostruzzjoni ta’ kurituri tan-netwerk ewlieni msemmija l-infrastruttura tat-trasport jew is-servizzi tat-trasport imsemmija fil-punt (a) jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni qabel l-applikazzjoni tal-mark-up; [Em. 77]
   (e) il-perjodu li għalih għandha tapplika l-mark-up ikun definit u limitat minn qabel u jkun konsistenti, fir-rigward tad-dħul li mistenni jidħol, mal-pjanijiet finanzjarji u mal-analiżi tal-ispejjeż u tal-benefiċċji għall-proġetti kofinanzjati bid-dħul mill-mark-up.

1a.  Fil-każ ta’ proġetti transfruntiera ġodda, il-mark-ups jistgħu jiżdiedu biss jekk l-Istati Membri kollha involuti f’tali proġett jaqblu. [Em. 78 u 164]

2.  Mark-up tista’ tiġi applikata fuq tariffa għall-infrastruttura li tkun ġiet varjata skont l-Artikolu 7g jew 7ga.

3.  Wara li tirċievi l-informazzjoni meħtieġa minn Stat Membru li jkollu l-ħsieb li japplika mark-up, il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għall-membri tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 9c. Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li l-mark-up ippjanata ma tissodisfax il-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1, jew jekk tikkunsidra li l-mark-up ippjanata ser ikollha effetti avversi sinifikanti fuq l-iżvilupp ekonomiku ta’ reġjuni periferiċi, hija tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiċħad jew titlob l-emendar tal-pjanijiet għat-tariffi ppreżentati mill-Istat Membru kkonċernat. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 9c(2). Meta applikata għas-sistemi ta' ħlas għall-użu tat-triq imsemmija fl-Artikolu 7e(3), il-mark-up ma għandhiex titqies bħala emenda sostanzjali għall-finijiet ta' din id-Direttiva. [Em. 79]

4.  L-ammont tal-mark-up għandu jitnaqqas mill-ammont tat-tariffa għall-ispejjeż esterni kkalkulat f’konformità mal-Artikolu 7c, ħlief għal vetturi tal-klassijiet tal-emissjonijiet EURO 0, I u II mill-15 ta' Ottubru 2011, III u IV mill-1 ta’ Jannar 2015, V mill-1 ta’ Jannar 2019 u VI minn Jannar 2023 ’il quddiem. Id-dħul kollu ġġenerat mill-applikazzjoni simultanja tal-mark-up u t-tariffi għall-ispejjeż esterni għandhom jiġu investiti fl-iffinanzjar tal-kostruzzjoni ta’ kurituri tan-netwerk ewlieni elenkati fil-Parti I tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013. [Em. 80]

5.  Mark-up ma għandhiex tiġi applikata għal sezzjonijiet tat-toroq fejn tiġi applikata tariffa tal-konġestjoni.

Artikolu 7g

1.  Sal-31 ta’ Diċembru 2021, it-tariffa għall-infrastruttura tista’ tiġi varjata bl-iskop li tonqos il-konġestjoni, tonqos kemm jista’ jkun il-ħsara għall-infrastruttura u jitjieb bl-aħjar mod possibbli l-użu tal-infrastruttura kkonċernata jew tiġi promossa s-sikurezza fit-toroq, fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

   (a) il-varjazzjoni tkun trasparenti, magħmula pubblika u disponibbli għall-utenti kollha b'termini ugwali;
   (b) il-varjazzjoni tiġi applikata skont il-ħin tal-jum, it-tip ta’ jum jew l-istaġun;
   (c) l-ebda tariffa għall-infrastruttura ma tkun aktar minn 175 % ’l fuq mil-livell massimu tat-tariffa medja ponderata għall-infrastruttura kif imsemmi fl-Artikolu 7b;
   (d) il-perjodi bl-aktar traffiku li matulhom jiġu imposti tariffi ogħla għall-infrastruttura bl-iskop li tonqos il-konġestjoni ma jkunux itwal minn ħames sigħat kuljum jew in-numru ta' sigħat li matulhom il-proporzjon ta' konġestjoni jaqbeż il-100 % tal-kapaċità; [Em. 81]
   (e) il-varjazzjoni tkun ippjanata u applikata b’mod trasparenti u newtrali mil-lat tad-dħul f'sezzjoni tat-triq milquta mill-konġestjoni b’mod li toffri rati ta' ħlasijiet għat-trasportaturi li jagħżlu li jivvjaġġaw waqt perjodu bla traffiku u tapplika rati ta’ ħlasijiet ogħla għat-trasportaturi li jagħżlu li jivvjaġġaw waqt is-sigħat ta’ traffiku intensiv fl-istess sezzjoni tat-triq.

Stat Membru li jkun jixtieq jintroduċi tali varjazzjoni jew ibiddel waħda eżistenti għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar dan u jipprovdilha l-informazzjoni neċessarja biex tivvaluta jekk il-kondizzjonijiet humiex issodisfati.

2.  Sal-31 ta’ Diċembru 2020, fir-rigward ta’ vetturi heavy-duty, l-Istati Membri għandhom ivarjaw it-tariffa għall-infrastruttura skont il-klassi tal-emissjonijiet EURO tal-vettura b’tali mod li l-ebda tariffa għall-infrastruttura ma tkun aktar minn 100 % ’l fuq mill-istess tariffa għal vetturi ekwivalenti li jissodisfaw l-aktar standards stretti tal-emissjonijiet. Il-kuntratti ta’ konċessjoni eżistenti huma eżentati min dan ir-rekwiżit sakemm il-kuntratt jiġġedded.

Madankollu Stat Membru jista’ jidderoga mir-rekwiżit li jvarja t-tariffa għall-infrastruttura jekk tkun tapplika kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

   (i) dan jimmina b’mod serju l-koerenza tas-sistemi tal-ħlasijiet għall-użu tat-triq fit-territorju tiegħu;
   (ii) ma jkunx teknikament prattikabbli li tiġi introdotta din id-differenzjazzjoni fis-sistema ta’ ħlasijiet għall-użu tat-triq ikkonċernata;
   (iii) dan iwassal għad-devjazzjoni tal-vetturi li jniġġsu l-aktar b’impatti negattivi fuq is-sikurezza fit-toroq u s-saħħa pubblika;
   (iv) il-ħlas għall-użu tat-triq jinkludi tariffa għall-ispejjeż esterni.

Kwalunkwe deroga jew eżenzjoni bħal din għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni.

3.  Fejn, f’każ ta’ kontoll kontroll, is-sewwieq jew, jekk ikun adattat, l-operatur tat-trasport, ma jkunx jista’ jippreżenta d-dokumenti tal-vettura meħtieġa jagħmilx ħlasijiet bl-użu ta' sistema elettronika ta' ħlas għall-użu tat-triq jew ma jkollux abbonament validu jew il-vettura tiegħu ma jkollhiex tagħmir abbord approvat mill-operatur tal-ħlas għall-użu tat-triq meħtieġ biex jikkonferma l-klassi tal-emissjonijiet tal-vettura għall-finijiet tal-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu japplikaw ħlasijiet għall-użu tat-triq sal-ogħla livell li jista’ jiġi impost. [Em. 82]

4.  Fi żmien sena wara li l-Kummissjoni tippubblika d-dejta uffiċjali dwar l-emissjonijiet tas-CO2 skont ir-Regolament (UE) .../...*, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat skont l-Artikolu 9e sabiex tiddefinixxi l-valuri ta’ referenza tal-emissjonijiet tas-CO2, flimkien ma’ kategorizzazzjoni xierqa tal-vetturi heavy-duty kkonċernati, filwaqt li jitqiesu t-teknoloġiji li jnaqqsu l-emissjonijiet. [Em. 83].

Fi żmien sena mid-dħul fis-seħħ tal-att delegat, l-Istati Membri għandhom ivarjaw it-tariffa għall-infrastruttura filwaqt li jqisu l-valuri ta’ referenza tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-kategorizzazzjoni rilevanti tal-vettura. It-tariffi għandhom jiġu varjati b’tali mod li l-ebda tariffa tal-infrastruttura ma tkun aktar minn 100 % ogħla mill-istess tariffa għall-vetturi ekwivalenti li jkollhom l-aktar emissjonijiet baxxi ta’ CO2, iżda mhux f’livell żero. Il-vetturi b’żero emissjonijiet għandhom jibbenefikaw mit-tariffi tal-infrastruttura mnaqqsa b’75 % meta mqabbla mal-ogħla rata. [Em. 84]

4a.  Minn ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-vetturi b'żero emissjonijiet għandhom jibbenefikaw mit-tariffi għall-infrastruttura mnaqqsa b'50 % meta mqabbla mar-rata l-aktar baxxa. . It-tħaddim b'żero emissjonijiet għandu jibbenefika mill-istess tnaqqis, sakemm tkun tista' tingħata prova ta' dan it-tħaddim. [Em. 85]

4b.  Il-Kummissjoni għandha tipproduċi rapport ta' evalwazzjoni li jivvaluta s-sehem mis-suq ta' vetturi b'żero emissjonijiet u tat-tħaddim b'żero emissjonijiet sa ... [ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9e, jekk ikun xieraq, biex tikkalkula mill-ġdid l-iskont applikabbli għall-vetturi b'żero emissjonijiet meta mqabbel mar-rata l-aktar baxxa ta' tariffi għall-infrastruttura. [Em. 86]

5.  Il-varjazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 4 ma għandhomx ikunu maħsuba biex jiġġeneraw dħul addizzjonali mill-ħlasijiet għall-użu tat-triq. Kwalunkwe żieda mhux intenzjonata fid-dħul għandha tiġi kontrobbilanċjata minn bidliet fl-istruttura tal-varjazzjoni li għandhom jiġu implimentati fi żmien sentejn mit-tmiem tas-sena ta’ kontabbiltà li fiha jiġi ġġenerat id-dħul addizzjonali.

____________

* Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) .../... ta’ XXX li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 595/2009 fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni tal-emissjonijiet ta’ CO2 u l-konsum tal-fjuwil minn vetturi heavy-duty u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L ..., ..., p...).”;

"

(8)  jiddaħħal l-Artikolu 7ga li ġej:"

“Artikolu 7ga

1.  Għal vetturi light-duty ħfief, sal-31 ta’ Diċembru 2021, l-Istati Membri jistgħu ivarjaw il-ħlasijiet għall-użu tat-triq u l-ħlasijiet fuq l-utenti skont il-prestazzjoni ambjentali tal-vettura. [Em. 87]

2.  Mill-1 ta’ Jannar 2022 l-Istati Membri għandhom ivarjaw il-ħlasijiet għall-użu tat-triq u, fil-każ ta’ ħlasijiet fuq l-utenti, tal-anqas it-tariffi annwali, skont l-emissjonijiet ta’ CO2 u ta’ sustanzi li jniġġsu mill-vetturi skont ir-regoli stabbiliti fl-Anness VII.

2a.  L-Istati Membri jistgħu jqisu t-titjib tal-prestazzjoni ambjentali tal-vettura li hija marbuta mal-konverżjoni ta' dik il-vettura għal fjuwils alternattivi. Abbonament permanenti jew kwalunkwe mekkaniżmu ieħor approvat mill-operatur tas-sistema tal-ħlas għall-użu tat-triq għandhom jippermettu lill-utenti jibbenefikaw minn varjazzjoni fil-ħlasijiet għall-użu tat-triq li tippremja t-titjib fil-prestazzjoni ambjentali tal-vettura, wara l-konverżjoni. [Em. 88]

3.  Fejn, f’każ ta’ kontoll kontroll, is-sewwieq jew, jekk ikun adattat, l-operatur tat-trasport, ma jkollux abbonament jew kwalunkwe mekkaniżmu ieħor approvat mill-operatur jew ma jkunx jista’ jippreżenta d-dokumenti tal-vettura meħtieġa biex jikkonferma l-livelli tal-emissjonijiet tal-vettura (Ċertifikat tal-Konformità) skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) .../...*, l-Istati Membri jistgħu japplikaw ħlasijiet għall-użu tat-triq jew ħlasijiet annwali għall-utenti sal-ogħla livell li jista’ jiġi impost. Il-preżentazzjoni sussegwenti tad-dokumenti rilevanti li jippruvaw il-livelli tal-emissjonijiet tal-vettura għandha tirriżulta fir-rimborż ta' kwalunkwe differenza bejn il-ħlasijiet għall-użu tat-triq jew it-tariffi applikati u l-ħlas għall-użu tat-triq jew it-tariffa xierqa għall-vettura kkonċernata. [Em. 89]

3a.  L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri eċċezzjonali għall-finijiet tal-impożizzjoni ta' tariffi fuq vetturi ta' interess storiku. [Em. 90]

4.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 9e biex jemendaw l-Anness VII biex il-modalitajiet speċifikati fl-Anness jiġu adattati skont il-progress tekniku, u li tqis ir-rwol tal-komponenti biex isir titjib kemm fis-sikurezza tat-toroq kif ukoll fid-dekarbonizzazzjoni tat-trasport. [Em. 91]

_____________

* Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/xxx ta’ XXX li jissupplementa r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 692/2008 (ĠU L xxx) u d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).”;

"

(9)  l-Artikolu 7h huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 1, il-kliem introduttorju huwa ssostitwit b'dan li ġej:"

“Tal-inqas sitt xhur qabel l-implimentazzjoni ta’ arranġament ġdid jew ta’ arranġament sostanzjalment emendat ta’ ħlas għall-użu tat-triq b’tariffa għall-infrastruttura, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni:”;

"

(aa)   fl-Artikolu 7h, paragrafu 1, punt (a), jiżdied l-inċiż li ġej:"

"- informazzjoni ċara dwar l-interoperabilità tat-tagħmir abbord li jinġarr abbord il-vetturi biex jitħallsu l-ħlasijiet fuq l-utenti u l-ħlasijiet għall-użu tat-triq; għandha tiddikjara r-raġunijiet għaliex tagħmir abbord li jintuża fi Stati Membri oħra ma jistax jiġi applikat mill-utenti għal dan l-arranġament ta' ħlas għall-użu tat-triq."; [Em. 92]

"

(ab)  jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

"1a. Il-qafas kuntrattwali li jirregola r-relazzjonijiet bejn il-konċessjonanti u l-konċessjonarji għandu jkun intiż biex il-kuntratti ta' konċessjoni jsiru konformi mal-bidliet fil-qafas regolatorju tal-Unjoni jew nazzjonali b'rabta mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 7c, 7da, 7g u 7ga ta' din id-Direttiva."; [Em. 93]

"

(b)  il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:"

"3. Qabel l-implimentazzjoni ta’ arranġament ġdid jew ta’ arranġament sostanzjalment emendat ta’ ħlas għall-ispejjeż esterni, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar in-netwerk ikkonċernat, ir-rati previsti skont il-kategorija ta’ vetturi u l-klassijiet tal-emissjonijiet.”;

"

(c)  il-paragrafu 4 jitħassar;

(10)  l-Artikolu 7i huwa emendat kif ġej:

(-a)  fil-paragrafu 2, il-parti introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:"

“2. Għal vetturi heavy-duty u vannijiet maħsuba għall-ġarr tal-merkanzija, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu roħs jew tnaqqis fuq it-tariffa għall-infrastruttura bil-kondizzjoni li:”; [Em. 94]

"

(a)  fil-paragrafu 2, il-punti (b) u (c) jinbidlu b’dan li ġej:"

"(b) roħs jew tnaqqis bħal dan jirrifletti l-iffrankar reali fl-ispejjeż amministrattivi tat-trattament ta’ utenti frekwenti meta mqabbla mal-utenti okkażjonali;

   (c) roħs jew tnaqqis bħal dan ma jaqbiżx it-13l-20 % tat-tariffa għall-infrastruttura mħallsa minn vetturi ekwivalenti li mhumiex eliġibbli għar-roħs jew għat-tnaqqis u dawk użati għat-trasport lokali jew abitwali, jew it-tnejn li huma.”; [Em. 95]

"

(aa)  jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

“2a. Għall-vetturi ħfief, b'mod partikolari għall-utenti frekwenti f'żoni b'insedjamenti iżolati u fil-periferiji tal-bliet, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu skontijiet jew tnaqqis fit-tariffa għall-infrastruttura sakemm:

   (a) l-istruttura li timponi t-tariffi li tirriżulta tkun proporzjonata, magħmula pubblika u disponibbli għall-utenti b'termini ugwali u ma twassalx għal spejjeż addizzjonali li jiġu mgħoddija lil utenti oħrajn fl-għamla ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq ogħla;
   (b) tali skontijiet u tnaqqis jikkontribwixxu
   (i) għall-koeżjoni soċjali; u/jew
   (ii) għall-iżgurar tal-mobilità tar-reġjuni periferiċi jew taż-żoni remoti, jew tat-tnejn li huma;”; [Em. 96]

"

(ab)  jiddaħħal il-paragrafu li ġej"

“2b. L-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jintroduċu eżenzjoni b'rata fissa abbażi tal-kilometri fuq sezzjoni speċifika ta' triq, filwaqt li jqisu x-xejriet tal-mobilità u l-interess ekonomiku tar-reġjuni periferiċi, sakemm l-istruttura li timponi t-tariffi li tirriżulta tkun proporzjonata, tkun disponibbli għall-pubbliku u tkun disponibbli għall-utenti b'termini ugwali u ma twassalx għal spejjeż addizzjonali li jiġu mgħoddija lil utenti oħra fil-forma ta' ħlasijiet ogħla għall-użu tat-triq;”; [Em. 97]

"

(b)  il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:"

"3. Soġġetti għall-kondizzjonijiet previsti fl-Artikolu 7g(1)(b) u (5), ir-rati tal-ħlasijiet għall-użu tat-triq jistgħu, għal proġetti speċifiċi ta’ interess għoli Ewropew identifikati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, ikunu soġġetti għal forom oħrajn ta’ varjazzjoni sabiex tiġi żgurata l-vijabbiltà kummerċjali ta’ dawn il-proġetti, meta dawn ikunu esposti għal kompetizzjoni diretta ma’ modalitajiet oħrajn ta’ trasport. L-istruttura li timponi t-tariffi u li tirriżulta għandha tkun lineari, proporzjonata, magħmula pubblika u disponibbli għall-utenti kollha b’termini ugwali u ma għandhiex twassal biex l-ispejjeż addizzjonali jgħaddu għand utenti oħrajn fl-għamla ta’ ħlasijiet għall-użu tat-triq ogħla.”; [Em. 98]

"

(ba)  jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

"3a. Fiż-żoni muntanjużi u fir-reġjuni periferiċi, l-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jvarjaw ir-rati tal-ħlasijiet għall-użu tat-triq għall-vetturi tqal skont id-distanza vvjaġġata mill-vetturi li jħallsu għall-użu tat-triq biex jiġu minimizzati l-impatti soċjoekonomiċi, sakemm:

   (a) il-varjazzjoni skont id-distanza vvjaġġata tqis il-karatteristiċi differenti tat-trasport fuq distanzi qosra u twal, speċjalment l-opzjonijiet disponibbli għal bidla modali għal modi oħra ta' trasport;
   (b) il-varjazzjoni tkun applikata b'mod mhux diskriminatorju;
   (c) it-tagħmir tekniku jippermetti l-identifikazzjoni ta' punti ta' dħul u ta' ħruġ tal-vettura bejn fruntieri nazzjonali.";[Em. 99]

"

(11)  l-Artikolu 7j huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 1, it-tieni sentenza tinbidel b'dan li ġej:"

“Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jikkooperaw fl-istabbiliment ta’ metodi li jippermettu lill-utenti tat-toroq iħallsu t-tariffi għall-użu tat-triq u l-ħlasijiet fuq l-utenti 24 siegħa kuljum, tal-inqas f’punti tal-bejgħ ewlenin, kemm fil-fruntiera kif ukoll fi kwalunkwe punt ta' bejgħ ieħor, bl-opzjoni ta' riċevuta, bl-użu ta’ mezzi komuni ta’ ħlas, inklużi mezzi elettroniċi, ġewwa u barra l-Istati Membri fejn ikunu applikati.”; [Em. 100]

"

(b)  il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:"

"3. Jekk Stat Membru jimponi ħlas għall-użu tat-triq fuq vettura, l-ammont totali tal-ħlas għall-użu tat-triq, l-ammont tat-tariffa għall-infrastruttura, l-ammont tat-tariffa għall-ispejjeż esterni u l-ammont għat-tariffa tal-konġestjoni, fejn jiġu applikati, għandhom jiġu indikati f’irċevuta pprovduta fuq talba, ipprovduta lill-utent tat-toroq, permezz ta’ mezzi elettroniċi, sa fejn ikun possibbli.”; [Em. 101]

"

(c)  fil-paragrafu 4, l-ewwel sentenza hija ssostitwita b’dan li ġej:"

“Fejn ikun ekonomikament fattibbli, l-Istati Membri għandhom jimponu u jiġbru t-tariffi għall-ispejjeż esterni u t-tariffi tal-konġestjoni permezz ta’ sistema elettronika li tkun konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2004/52/KE.”;

"

(12)  l-Artikolu 7k huwa ssostitwit b’dan li ġej:"

“Artikolu 7k

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din id-Direttiva ma taffettwax il-libertà tal-Istati Membri li jintroduċu sistema ta’ ħlasijiet għall-użu tat-triq għal kumpens xieraq, sakemm ma jgħawġux jew sakemm ma jkollhomx impatt negattiv fuq it-trasportaturi lokali jew abitwali, jew fuq it-tnejn li huma.”; [Em. 102]

"

(13)  fl-Artikolu 8, il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-punt (a), ir-referenza għall-"Artikolu 7(7)" hija ssostitwita b'referenza għall-"Artikolu 7a”;

(b)  fil-punt (b), il-kliem “u (2)” jiddaħħlu wara “Artikolu 7(1)”;

(13a)  Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"

“Artikolu 8a

Monitoraġġ u rapportar

1.  Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità indipendenti ta' superviżjoni tat-tariffi għall-infrastrutturi responsabbli biex tiżgura l-konformità ma' din id-Direttiva.

2.  L-awtorità ta' superviżjoni għandha twettaq kontrolli ekonomiċi u finanzjarji tal-kuntratti ta' konċessjonijiet, b'mod partikolari biex tiżgura l-konformità mal-Artikolu 7b.

3.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-ħatra tal-awtorità ta' superviżjoni.”; [Em. 103]

"

(14)  l-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(-a)  fl-Artikolu 9(2), il-parti introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:"

“2. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-użu ta' dħul iġġenerat minn din id-Direttiva. Biex is-sistema tat-trasport kollha tkun tista' tiġi żviluppata, id-dħul mit-tariffi tal-infrastruttura, jew l-ekwivalenti tiegħu f'valur finanzjarju ta' dan id-dħul għandu jintuża għall-benefiċċju tas-settur tat-trasport biex issir manutenzjoni u tinżamm f'kundizzjoni tajba n-netwerk tat-toroq, u biex ikun jista' jsir l-aħjar użu mis-sistema kollha tat-trasport. B'mod partikolari, id-dħul iġġenerat mit-tariffi tal-ispejjeż esterni, jew l-ekwivalenti f'valur finanzjarju ta' dak id-dħul, għandu jintuża ħalli jagħmel it-trasport aktar sostenibbli, inkluż wieħed jew aktar minn dan li ġej:”; [Em. 104]

"

(-aa)  fil-paragrafu 2, il-punt b huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"(b) jitnaqqsu t-tniġġis tal-ajru mit-trasport u t-tniġġis mill-istorbju;"; [Em. 105]

"

(-ab)  fil-paragrafu 2, jiddaħħal il-punt li ġej:"

"(ba) jiġu ffinanzjati modi ta' trasport kollettivi u sostenibbli;"; [Em. 106]

"

(-ac)  fil-paragrafu 2, il-punt e huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"(e) jiġu żviluppati infrastrutturi għal fjuwils alternattivi b'konformità mad-Direttiva 2014/94/UE u servizz alternattiv għall-utenti tat-trasport u/jew il-kapaċità attwali li qiegħda tespandi;" [Em. 107]

"

(-ad)  fil-paragrafu 2, il-punt f huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"(f) jingħata appoġġ lin-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u jiġu eliminati l-punti ta' konġestjonijiet;" [Em. 108]

"

(-ae)  fil-paragrafu 2, il-punt h huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"(h) tittejjeb is-sikurezza fit-toroq u tal-infrastruttura tat-toroq; u"; [Em. 109]

"

(-af)  fil-paragrafu 2, il-punt i huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"(i) jiġu provduti żoni tal-parkeġġ sikuri;”; [Em. 110]

"

(a)  fil-paragrafu 2, jitħassar it-tieni subparagrafu;

(b)  jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:"

"3. Id-dħul iġġenerat mit-tariffi tal-konġestjoni, jew l-ekwivalenti f’valur finanzjarju ta’ dak id-dħul, għandu jintuża biex tiġi indirizzata l-problema tal-konġestjoni, b’mod partikolari pereżempju billi: [Em. 111]

   (a) jiġu appoġġati infrastrutturi u servizzi tat-trasport kollettiv;
   (b) jiġu eliminati l-punti ta’ konġestjonijiet u l-konnessjonijiet neqsin fin-netwerks tagħhom, kull fejn tiġi imposta t-tariffa, u fin-netwerk trans-Ewropew tat-trasport; [Em. 112]
   (c) tiġi żviluppata jiġu żviluppati infrastruttura alternattiva u ċentri multimodali għall-utenti tat-trasport.”; [Em. 113]

"

(ba)  Jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

"3a. Id-dħul iġġenerat mit-tariffi għall-infrastruttura u mit-tariffi għall-ispejjeż esterni għandu jintuża fit-territorju li jkun fih is-sezzjoni tat-triq li fuqha huma applikati t-tariffi."; [Em. 114]

"

(15)  l-Artikoli 9d u 9e jinbidlu b’dan li ġej:"

“Artikolu 9d

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 9e biex temenda l-Anness 0, l-ammonti fit-Tabelli 1 u 2 fl-Anness IIIb, u l-formuli fit-Taqsimiet 4.1 u 4.2 tal-Anness IIIa sabiex tadattahom skont il-progress xjentifiku u tekniku.

Artikolu 9e

1.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 7g(4), l-Artikolu 7ga(4) u l-Artikolu 9d, għal perjodu ta’ żmien indeterminat [mid-data 5 snin minn ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' 5 snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi tal-istess tul, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu. [Em. 115]

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 7g(4), l-Artikolu 7ga(4) u l-Artikolu 9d, tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f’dik id-Deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ.

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.

5.  Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill simultanjament.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 7g(4), l-Artikolu 7ga(4) u l-Artikolu 9d, għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dan iż-żmien, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu informaw it-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”;

"

(16)  l-Artikoli 9f u 9g jitħassru.

(17)  l-Artikolu 10a huwa ssostitwit b’dan li ġej:"

"1. L-ammonti f’euro kif stabbiliti fl-Anness II u l-ammonti f’ċenteżmi kif stabbiliti fit-Tabelli 1 u 2 fl-Anness IIIb għandhom jiġu adattati kull sentejn sabiex jitqiesu l-bidliet fl-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet għall-Konsumatur madwar l-UE bl-esklużjoni tal-enerġija u tal-ikel mhux ipproċessat, kif ippubblikat mill-Kummissjoni (Eurostat). L-ewwel adattament għandu jseħħ sal-31 ta’ Marzu [is-sena wara s-sentejn ta' wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].

L-ammonti għandhom jiġu adattati awtomatikament, billi jiżdied l-ammont bażi f’euro jew f’ċenteżmi bil-perċentwal tal-bidla f’dak l-indiċi. L-ammonti li jirriżultaw għandhom jiġu aġġustati ’l fuq sal-eqreb euro fir-rigward tal-Anness II, jiġu aġġustati ’l fuq sal-eqreb deċimu ta’ ċenteżmu fir-rigward tal-Anness IIIb.

2.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, l-ammonti adattati msemmija fil-paragrafu 1 sal 31 ta’ Marzu tas-sena wara tmiem is-sentejn kalendarji msemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-ammonti adattati għandhom jidħlu fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara l-pubblikazzjoni.”;

"

(18)  l-Artikolu 11 jiġi ssostitwit b’dan li ġej:"

“Artikolu 11

-1.  L-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu informazzjoni bl-aktar mod trasparenti u ċar dwar l-użu tad-dħul iġġenerat mill-utenti tat-toroq. [Em. 116]

1.  Kull sena, l-Istati Membri għandhom jippubblikaw, f’forma aggregata, rapport dwar il-ħlasijiet għall-użu tat-triq u l-ħlasijiet fuq l-utenti imposti fit-territorju tagħhom, inkluża l-informazzjoni dwar l-użu tad-dħul u l-kwalità tat-toroq fejn jiġu applikati l-ħlasijiet għall-użu tat-triq jew it-tariffi oħra għall-utenti, kif speċifikat fil-paragrafi 2 u 3.

2.  Ir-rapport ippubblikat skont il-paragrafu 1 għandu jinkludi informazzjoni dwar:

   (a) it-tariffa għall-ispejjeż esterni imposta għal kull kombinazzjoni ta’ klassi ta’ vetturi, tip ta’ triq u perjodu ta’ żmien;
   (b) il-varjazzjoni tat-tariffi għall-infrastruttura skont it-tip ta' vetturi;
   (c) it-tariffa medja ponderata għall-ispiża tal-infrastruttura u d-dħul totali ġġenerat mit-tariffa għall-infrastruttura, bi speċifikazzjoni ta’ kwalunkwe devjazzjoni possibbli meta mqabbla mal-ispiża reali tal-infrastruttura li jirriżultaw mill-varjazzjoni tat-tariffa għall-infrastruttura;
   (d) id-dħul totali ġġenerat mit-tariffi għall-ispejjeż esterni;
   (e) id-dħul totali ġġenerat mit-tariffi tal-konġestjoni;
   (ea) id-dħul totali ġġenerat mill-mark-ups u fuq liema sezzjonijiet ta' toroq ġew imposti. [Em. 117]
   (f) id-dħul totali ġġenerat mill-ħlasijiet għall-użu tat-triq u/jew il-ħlasijiet fuq l-utenti;
   (g) informazzjoni dwar l-użu tad-dħul iġġenerat permezz tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, u kif dan l-użu jkun ippermetta lill-Istat Membru jilħaq il-miri tiegħu msemmija fl-Artikolu 9(2) u (3);
   (h) evalwazzjoni, abbażi ta’ kriterji oġġettivi, tal-istat ta’ manutenzjoni tal-infrastruttura tat-toroq fit-territorju tal-Istat Membru, u l-evoluzzjoni tiegħu mill-aħħar rapport;
   (i) evalwazzjoni tal-livell ta’ konġestjoni fuq in-netwerk bi ħlas fil-ħinijiet intensivi, abbażi tal-osservazjonijiet tat-traffiku fil-ħin reali mwettqa fuq għadd rappreżentattiv ta’ meded tat-toroq bil-konġestjoni min-netwerk ikkonċernat u l-evoluzzjoni tiegħu mill-aħħar rapport.

3.  L-Istati Membri għandhom jużaw indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni għall-evalwazzjoni tal-kwalità tal-partijiet tan-netwerk tat-toroq fejn il-ħlasijiet għall-użu tat-triq jew il-ħlasijiet fuq l-utenti jiġu applikati. Bħala minimu, dawn l-indikaturi għandhom ikunu marbuta:

   (a) mal-kwalità tal-wiċċ tat-toroq;
   (b) mas-sikurezza fit-toroq;
   (c) mal-livell ta’ konġestjoni.

3a.  L-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku r-riżultati tal-investiment mill-ġdid tat-tariffi għall-infrastruttura u t-tariffi għall-ispejjeż esterni kif ukoll il-benefiċċji f'termini ta' żieda fis-sikurezza tat-toroq, tnaqqis tal-impatt ambjentali u tnaqqis tal-konġestjoni tat-traffiku. [Em. 118]

4.  Fi żmien tliet snin wara [id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva reveduta], il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni skont il-produra konsultattiva msemmija fl-Artikolu 9c(2), sabiex jiġi definit sett armonizzat ta’ indikaturi.

5.  Fi żmien sitt snin wara [id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva reveduta], il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport ibbażat fuq l-applikazzjoni mill-Istati Membri tal-indikaturi msemmija fil-paragrafu 4.”;

5a.  Fi żmien ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar il-bidliet fis-sehem mis-suq tal-vetturi b'żero emissjonijiet u, meta jkun meħtieġ, għandha tirrevedi skont dan it-tnaqqis applikat għal dawk il-vetturi.”;[Em. 119]

"

(19)  L-Annessi huma emendati kif ġej:

(a)  L-Annessi 0, IIIa, IIIb u IV huma emendati kif stabbilit fl-Anness ta' din id-Direttiva;

(b)  L-Annessi V, VI u VII jiddaħħlu kif stabbilit fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn …. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS

(1)  L-Annessi 0, III, IIIa, IIIb u IV huma emendati kif ġej:

(a)  it-Taqsima 3 tal-Anness 0 hija emendata kif ġej:

(i)  l-intestatura tinbidel b'dan li ġej:

“3. Vetturi “EURO III”/“EURO IV”/“EURO V””;

(ii)  fit-tabella, il-linja li tikkonċerna “vettura EEV” titħassar;

(iii)  jiġi miżjud dan li ġej:

“Limiti tal-Emissjonijiet Euro VI

 

Valuri ta' limitu

 

CO

(mg/kWh)

THC

(mg/kWh)

NMHC

(mg/kWh)

CH4

(mg/kWh)

NOX (1)

(mg/kWh)

NH3

(ppm)

Massa ta' PM

(mg/kWh)

Numru PM

(#/kWh)

WHSC (CI)

1500

130

 

 

400

10

10

8,0 x 1011

WHTC (CI)

4000

160

 

 

460

10

10

6,0 x 1011

WHTC (PI)

4000

 

160

500

460

10

10

6,0 x 1011

Nota:

PI = Tqabbid bl-ispark

CI = Tqabbid bil-kompressjoni

(1)   Il-livell ammissibbli tal-komponent NO2 fil-valur ta’ limitu tan-NOx jista' jiġi definit aktar 'il quddiem.”;

(b)  L-Anness III huwa emendat kif ġej:

(i)  It-Taqsima 2 hija emendata kif ġej:

—  fil-punt 2.1., is-sitt inċiż jinbidel b’dan li ġej:

“'– L-ispejjeż għandhom jiġu allokati għal vetturi heavy duty kull tip ta' vettura fuq bażi oġġettiva u trasparenti billi jitqies il-proporzjon ta’ traffiku ta’ vetturi heavy-duty għal kull tip ta' vettura li jiċċirkola tiċċirkola fuq in-netwerk u l-ispejjeż marbuta ma’ dan. L-għadd ta’ kilometri tal-vettura vvjaġġati minn vetturi heavy duty, jista’ għal dan l-għan jiġi aġġustat b’“fatturi ta’ ekwivalenza” oġġettivament ġustifikati bħal dawk stabbiliti fil-punt 4 (*). [Em. 120]

________

* L-applikazzjoni ta’ fatturi ta’ ekwivalenza mill-Istati Membri tista’ tqis il-kostruzzjoni tat-toroq żviluppata fuq bażi ta’ fażijiet jew bl-użu ta’ approċċ ta’ ċiklu ta’ ħajja twil.”;

–  fil-punt 2.2., it-tieni inċiż jinbidel b’dan li ġej:

– Dawn l-ispejjeż għandhom jiġu allokati bejn il-vetturi heavy duty u traffiku ieħorl-vetturi ħfief abbażi ta’ ishma reali u mbassra ta’ kilometri tal-vettura u jistgħu jiġu aġġustati b’fatturi ta’ ekwivalenza ġustifikati b’mod oġġettiv bħal dawk imniżżla fil-punt 4.”; [Em. 121]

(ii)  fit-Taqsima 4, l-intestatura u l-ewwel inċiż jinbidlu b'dan li ġej:

“4. IS-SEHEM TA’ TRAFFIKU TA’ VETTURI HEAVY DUTY, IL-FATTURI TA’ EKWIVALENZA U L-MEKKANIŻMU TA’ KORREZZJONI

–  Il-kalkolu tal-ħlasijiet għall-użu tat-triq għandu jkun ibbażat fuq ishma reali jew imbassra ta’ kilometri tal-vettura vvjaġġati minn vetturi heavy duty, aġġustati, jekk mixtieq, b’fatturi ta’ ekwivalenza, biex titqies kif xieraq iż-żieda fl-ispejjeż tal-kostruzzjoni u tat-tiswija tal-infrastruttura għall-użu ta’ vetturi heavy duty.”;

(c)  L-Anness IIIa huwa sostitwit b'dan li ġej:

“ANNESS IIIa

REKWIŻITI MINIMI GĦALL-IMPOŻIZZJONI TA’ TARIFFA GĦALL-ISPEJJEŻ ESTERNI

Dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti minimi għall-impożizzjoni ta’ tariffa għall-ispejjeż esterni u, fejn applikabbli għall-kalkolu tat-tariffa massima għall-ispejjeż esterni.

1.  Il-partijiet tan-netwerk tat-toroq ikkonċernat

L-Istat Membru għandu jispeċifika b’mod preċiż il-parti jew il-partijiet tan-netwerk tat-toroq tiegħu li għandhom ikunu soġġetti għal tariffa għall-ispejjeż esterni.

Fejn Stat Membru jkun beħsiebu jimponi tariffa għall-ispejjeż esterni fuq parti waħda jew fuq xi partijiet biss tan-netwerk tat-toroq mis-sehem tiegħu fin-netwerk trans-Ewropew u l-awtostradi tiegħu, il-parti jew il-partijiet għandhom jintgħażlu wara valutazzjoni li tistabbilixxi li:

–  l-użu tat-toroq mill-vetturi fejn tapplika t-tariffa għall-ispejjeż esterni, jiġġenera ħsara ambjentali ogħla minn dik iġġenerata fil-medja vvalutata f’konformità mar-rappurtar dwar il-kwalità tal-arja, l-inventarji tal-emissjonijiet nazzjonali, il-volumi tat-traffiku u, għall-istorbju, f’konformità mad-Direttiva 2002/49/KE, jew

–  l-impożizzjoni ta’ tariffa għall-ispiża esterna fuq partijiet oħrajn tan-netwerk tat-toroq ta’ dan it-tip jista’ jkollha effetti negattivi fuq l-ambjent jew is-sikurezza fit-toroq, jew l-imposta u l-ġbir ta’ tariffa għall-ispiża esterna fuqhom tkun tinvolvi spiża sproporzjonata. [Em. 122]

2.  Il-vetturi, it-toroq u l-perjodu ta’ żmien koperti

Fejn Stat Membru jkun biħsiebu japplika tariffi ogħla għall-ispejjeż esterni mill-valuri ta’ referenza speċifikati fl-Anness IIIb, huwa għandu jgħarraf lill-Kummissjoni dwar il-klassifika tal-vetturi li skontha jvarjaw it-tariffi għall-ispejjeż esterni. Huwa għandu jinnotifika wkoll lill-Kummissjoni dwar il-lok ta’ toroq soġġetti għal tariffi ogħla għall-ispiża esterna (minn issa ’l quddiem imsejħa “toroq suburbani (inklużi l-awtostradi)”), u ta’ toroq soġġetti għal tariffi aktar baxxi għall-ispiża esterna (minn issa ’l quddiem imsejħa “toroq interurbani (inklużi l-awtostradi)”).

Fejn applikabbli, huwa għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar il-perjodi ta’ żmien eżatti li jikkorrispondu għall-perjodu ta’ billejl li matulu tista’ tiġi imposta tariffa esterna ogħla għall-istorbju biex tirrifletti fastidji akbar ta' storbju.

Il-klassifika tat-toroq bħala toroq suburbani (inklużi l-awtostradi) u toroq interurbani (inklużi l-awtostradi), u d-definizzjoni tal-perjodi ta’ żmien għandhom ikunu bbażati fuq kriterji oġġettivi relatati mal-livell ta’ esponiment tat-toroq u l-viċinati tagħhom għat-tniġġis bħad-densità tal-popolazzjoni, il-medja annwali tat-tniġġis tal-arja (b’mod partikolari għal PM10 u NO2) u l-għadd ta’ jiem (għal PM10) u sigħat (għal NO2) li fih l-valuri ta’ limitu stabbiliti fid-Direttiva 2008/50/KE jinqabżu. Il-kriterji użati għandhom jiġu inklużi fin-notifika. [Em. 123]

3.  Ammont tat-tariffa

Din it-taqsima għandha tapplika fejn Stat Membru jkun biħsiebu japplika tariffi ogħla għall-ispejjeż esterni mill-valuri ta’ referenza speċifikati fl-Anness IIIb.

Għal kull klassi ta’ vettura, tip ta’ triq u perjodu ta’ żmien, l-Istat Membru jew, fejn xieraq, awtorità indipendenti għandhom jiddeterminaw ammont wieħed speċifiku. L-istruttura tat-tariffi li tirriżulta għandha tkun trasparenti, magħmula pubblika u disponibbli għall-utenti kollha fuq termini ugwali. Jenħtieġ li l-pubblikazzjoni ssir f’waqtha u qabel l-implimentazzjoni. Għandhom jiġu ppubblikati l-parametri kollha, id-dejta u informazzjoni oħra meħtieġa biex jinftiehem kif jiġu kkalkolati l-elementi varji tal-ispiża esterna.

Fl-istabbiliment tat-tariffi, l-Istat Membru jew, fejn xieraq, awtorità indipendenti għandhom ikunu ggwidati mill-prinċipju tal-ipprezzar effiċjenti jiġifieri prezz li jkun qrib l-ispiża marġinali soċjali tal-użu tal-vettura li fuqha tiġi imposta t-tariffa.

It-tariffa għandha tkun stabbilita wara li jkun ġie kkunsidrat ir-riskju ta’ devjazzjoni tat-traffiku flimkien ma’ kwalunkwe effett negattiv fuq is-sikurezza fit-toroq, l-ambjent u l-konġestjoni, u kwalunkwe soluzzjoni biex jittaffew dawn ir-riskji.

L-Istat Membru jew, fejn xieraq, awtorità indipendenti, għandhom jimmonitorjaw l-effikaċja tal-iskema li timponi t-tariffi fit-tnaqqis tal-ħsara ambjentali li tirriżulta mit-trasport bit-triq. Fejn xieraq, kull sentejn għandhom jaġġustaw l-istruttura li timponi t-tariffi u l-ammont speċifiku tat-tariffa stabbilita għal klassi partikolari ta’ vetturi, tip ta’ triq u perjodu ta’ żmien skont il-bidliet fil-provvista u fid-domanda tat-trasport.

4.  Elementi tal-ispiża esterna

4.1.  Spiża għat-tniġġis tal-arja minħabba t-traffiku

Meta Stat Membru jkollu l-intenzjoni li japplika tariffi ogħla għall-ispejjeż esterni meta mqabbel mal-valuri ta’ referenza speċifikati fl-Anness IIIb, dak l-Istat Membru jew, jekk xieraq, awtorità indipendenti, għandhom jikkalkulaw l-ispiża li għandha tiġi imposta għat-tniġġis tal-arja minħabba t-traffiku billi tiġi applikata l-formula li ġejja:

20181025-P8_TA(2018)0423_MT-p0000002.png

fejn:

PCVij

=

l-ispejjeż tat-tniġġis tal-arja ta’ vettura tal-klassi i fuq tip ta’ triq j (euro/kilometru ta’ vettura)

EFik

=

il-fattur ta’ emissjoni tas-sustanza li tniġġes k u l-klassi ta’ vettura i (gramma/kilometru ta’ vettura)

PCjk

=

l-ispiża monetarja tas-sustanza li tniġġes k għal tip ta’ triq j (euro/gramma)

Il-fatturi ta’ emissjoni għandhom ikunu l-istess bħal dawk użati mill-Istat Membru biex jistabbilixxi l-inventarji nazzjonali dwar l-emissjonijiet previsti bid-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi * (li jeħtieġu l-użu tal-EMEP/EEA air pollutant Emission Inventory Guidebook**). L-ispiża monetarja tas-sustanzi li jniġġsu għandu jiġi stmat mill-Istat Membru jew, jekk xieraq, mill-awtorità indipendenti msemmija fl-Artikolu 7c(4), permezz ta’ metodi pprovati xjentifikament.

L-Istat Membru jew, jekk xieraq, awtorità indipendenti, jistgħu japplikaw metodi alternattivi pprovati xjentifikament biex jiġi kkalkolat il-valur tal-ispejjeż tat-tniġġis tal-arja bl-użu ta’ dejta mill-kejl tas-sustanzi li jniġġsu l-arja u l-valur lokali tal-ispiża monetarja tas-sustanzi li jniġġsu l-arja.

4.2.  Spiża għat-tniġġis mill-istorbju minħabba t-traffiku

Meta Stat Membru jkollu l-intenzjoni li japplika tariffi ogħla għall-ispejjeż esterni meta mqabbel mal-valuri ta’ referenza speċifikati fl-Anness IIIb, l-Istat Membru jew, jekk xieraq, awtorità indipendenti, għandhom jikkalkulaw l-ispiża li għandha tiġi imposta għat-tniġġis mill-istorbju minħabba t-traffiku billi jiġu applikati l-formuli li ġejjin:

20181025-P8_TA(2018)0423_MT-p0000003.png

fejn:

NCVj =

 

l-ispiża għall-istorbju ta’ vetturi tqal tal-merkanzija fuq tip ta’ triq j (euro/kilometru tal-vettura)

NCjk =

 

l-ispiża għall-istorbju għal kull persuna esposta fuq tip ta’ triq j sa livell ta’ storbju k (euro/persuna)

POPk =

 

il-popolazzjoni esposta għal livell ta’ storbju k kuljum għal kull kilometru (persuna/kilometru)

WADT =

 

il-medja ponderata tat-traffiku ta’ kuljum (ekwivalenti għal karozzi tal-passiġġieri)

a u b

 

huma fatturi ponderati ddeteminati mill-Istat Membru b’tali mod li t-tariffa medja ponderata li tirriżulta għall-istorbju għal kull kilometru ta' vettura tikkorrispondi għal NCVj (kuljum).

It-tniġġis mill-istorbju minħabba t-traffiku hu relatat mal-impatt tal-istorbju fuq is-saħħa taċ-ċittadini viċin it-triq.

Il-popolazzjoni esposta għal-livell tal-istorbju k għandha tittieħed mill-mapep strateġiċi tal-istorbju abbozzati skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ***.

L-ispiża għal kull persuna esposta għal-livell ta’ storbju k għandu jiġi stmat mill-Istat Membru jew, jekk xieraq minn awtorità indipendenti, bl-użu ta’ metodi pprovati xjentifikament.

Il-medja ponderata tat-traffiku ta’ kuljum għandha tassumi fattur ta’ ekwivalenza “e” bejn vetturi tqal tal-merkanzija u karozzi tal-passiġġieri fuq il-bażi tal-livelli ta’ emissjonijiet ta’ storbju tal-karozza medja u tal-vetturi tqal medji tal-merkanzija, meta jitqies ir-Regolament (UE) Nru 540/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar il-livell ta’ ħoss tal-vetturi bil-mutur u s-sostituzzjoni tas-sistemi tas-sajlenser, u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttiva 70/157/KEE.

L-Istat Membru jew, fejn xieraq, awtorità independenti, jistgħu jistabbilixxu tariffi differenzjati tal-istorbju biex jiġi ppremjat l-użu ta’ vetturi aktar silenzjużi, jekk dan ma jirriżultax f’diskriminazzjoni kontra vetturi barranin.

_____________

* Id-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi, li temenda d-Direttiva 2003/35/KE u li tħassar id-Direttiva 2001/81/KE (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 1).

** Metodoloġija tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent: http://www.eea.europa.eu//publications/emep-eea-guidebook-2016

*** Id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2002 li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali (ĠU L 189, 18.7.2002, p. 12).";

(d)  L-Anness IIIb huwa sostitwit b'dan li ġej:

“ANNESS IIIb

VALURI TA’ REFERENZA MINIMI TAT-TARIFFA GĦALL-ISPEJJEŻ ESTERNI

Dan l-Anness jistipula l-valuri ta’ referenza minimi tat-tariffi għall-ispejjeż esterni, inklużi l-ispejjeż tat-tniġġis tal-arja u tal-istorbju. [Em. 126]

Tabella 1:  valuri ta’ referenza minimi tat-tariffa għall-ispejjeż esterni għall-vetturi tqal tal-merkanzija [Em. 127]

Klassi tal-vettura

ċenteżmu/kilometru ta’ vettura

Suburban(1)

Interurban(2)

Vetturi tqal tal-merkanzija li għandhom piż mgħobbi massimu gross permissibbli ta’ inqas minn 14-il tunnellata jew li għandhom żewġ fusien

EURO 0

13,3

8,3

EURO I

9,1

5,4

EURO II

8,8

5,4

EURO III

7,7

4,3

EURO IV

5,9

3,1

EURO V

5,7

1,9

EURO VI

3,2

0,6

Li jniġġsu inqas mill-EURO VI

2,5

0,3

Vetturi tqal tal-merkanzija li għandhom piż mgħobbi massimu gross permissibbli ta’ bejn 14-il u 28 tunnellata jew li għandhom tliet fusien

EURO 0

23,3

15,1

EURO I

16,4

10,1

EURO II

15,7

10,0

EURO III

13,5

8,2

EURO IV

9,5

5,7

EURO V

8,9

3,7

EURO VI

3,6

0,8

Li jniġġsu inqas mill-EURO VI

2,5

0,3

Vetturi tqal tal-merkanzija li għandhom piż mgħobbi massimu gross permissibbli ta’ bejn 28 u 40 tunnellata jew li għandhom erba’ fusien

EURO 0

30,4

19,7

EURO I

22,6

13,9

EURO II

21,3

13,9

EURO III

17,8

11,2

EURO IV

12,2

7,7

EURO V

9,2

4,0

EURO VI

3,5

0,8

Li jniġġsu inqas mill-EURO VI

2,5

0,3

Vetturi tqal tal-merkanzija li għandhom piż mgħobbi massimu gross permissibbli ta’ aktar minn 40 tunnellata jew li għandhom 5 fusien jew aktar

EURO 0

43,0

28,6

EURO I

31,5

19,8

EURO II

29,2

19,4

EURO III

24,0

15,6

EURO IV

16,2

10,6

EURO V

9,8

4,7

EURO VI

3,6

1,0

Li jniġġsu inqas mill-EURO VI

2,5

0,3

(1)   “Suburbani” tfisser żoni b’densità tal-popolazzjoni ta’ bejn 150 u 900 abitant/km2 (densità medjana tal-popolazzjoni ta’ 300 abitant/km2).

(2)   “Interurbani” tfisser żoni fejn id-densità tal-popolazzjoni hija inqas minn 150 abitant/km2.

Tabella 2: valuri ta’ referenza minimi tat-tariffa għall-ispejjeż esterni għall-kowċis [Em. 128]

Klassi tal-vettura

ċenteżmu/kilometru ta’ vettura

Suburban(1)

Interurban(2)

Kowċis li għandhom piż mgħobbi massimu gross permissibbli ta’ 18-il tunnellata

jew li għandhom żewġ fusien

EURO 0

20,3

13,1

EURO I

16,0

10,4

EURO II

15,6

9,9

EURO III

13,9

8,5

EURO IV

10,0

5,7

EURO V

9,0

5,0

EURO VI

2,8

0,8

Li jniġġsu inqas mill-EURO VI

1,4

0,2

Kowċijiet li għandhom piż mgħobbi massimu gross permissibbli ta’ aktar minn 18-il tunnellata

jew li għandhom tliet fusien jew aktar

EURO 0

24,9

16,2

EURO I

19,2

12,3

EURO II

18,5

12,0

EURO III

15,7

9,8

EURO IV

10,6

6,6

EURO V

10,2

5,2

EURO VI

2,8

0,8

Li jniġġsu inqas mill-EURO VI

1,4

0,2

(1)   “Suburbani” tfisser żoni b’densità tal-popolazzjoni ta’ bejn 150 u 900 abitant/km2 (densità medjana tal-popolazzjoni ta’ 300 abitant/km2).

(2)   “Interurbani” tfisser żoni fejn id-densità tal-popolazzjoni hija inqas minn 150 abitant/km2.

Il-valuri tat-Tabelli 1 u 2 jistgħu jiġu mmoltiplikati b’fattur ta’ 2 jew inqas referenza ta' mhux aktar minn 4 f’żoni muntanjużi u madwar l-agglomerazzjonijiet sa fejn dan ikun ġustifikat minn dispersoni dispersjoni aktar baxxa, l-inklinazzjoni tat-toroq, l-altitudni jew l-inverżjonijiet tat-temperatura. Jekk ikun hemm evidenza xjentifika għal fattur akbar għaż-żoni muntanjużi jew għall-agglomerazzjonijiet, dan il-valur ta' referenza jista' jiżdied abbażi ta' ġustifikazzjoni dettaljata.”; [Em. 129]

Tabella 3: Valuri minimi tat-tariffa għall-ispejjeż esterni għall-vetturi tal-passiġġieri (€ct/vkm)

Vettura

Magna

Klassi-EURO

Suburbana

Interurbana

Karozzi li jaħdmu bid-diżil

<1.4l

Euro 2

1.9

0.9

 

 

Euro 3

1.6

0.9

 

 

Euro 4

1.3

0.7

 

 

Euro 5

0.9

0.5

 

 

Euro 6

0.6

0.3

 

1,4-2,0l

Euro 0

3.6

1.0

 

 

Euro 1

1.9

0.9

 

 

Euro 2

1.8

0.8

 

 

Euro 3

1.7

0.9

 

 

Euro 4

1.4

0.7

 

 

Euro 5

0.9

0.5

 

 

Euro 6

0.6

0.3

 

>2,0l

Euro 0

3.9

1.3

 

 

Euro 1

1.9

0.9

 

 

Euro 2

1.8

0.9

 

 

Euro 3

1.7

0.9

 

 

Euro 4

1.4

0.7

 

 

Euro 5

0.9

0.5

 

 

Euro 6

0.6

0.3

Karozzi li jaħdmu bil-petrol

<1,4l

Euro 0

3.7

2.4

 

 

Euro 1

1.0

0.4

 

 

Euro 2

0.7

0.3

 

 

Euro 3

0.5

0.2

 

 

Euro 4

0.5

0.2

 

 

Euro 5

0.5

0.2

 

 

Euro 6

0.5

0.2

 

1,4-2,0l

Euro 0

3.9

3.0

 

 

Euro 1

1.1

0.4

 

 

Euro 2

0.7

0.3

 

 

Euro 3

0.5

0.2

 

 

Euro 4

0.5

0.2

 

 

Euro 5

0.4

0.2

 

 

Euro 6

0.4

0.2

 

>2,0l

Euro 0

4.0

3.0

 

 

Euro 1

1.0

0.4

 

 

Euro 2

0.5

0.3

 

 

Euro 3

0.5

0.2

 

 

Euro 4

0.5

0.2

 

 

Euro 5

0.4

0.2

 

 

Euro 6

0.4

0.2

[Em. 124]

Tabella 4: Valuri minimi tat-tariffa għall-ispejjeż esterni għall-vetturi light-duty (€ct/vkm)

Vettura

Klassi-EURO

Suburbana

Interurbana

Vetturi kummerċjali ħfief li jaħdmu bil-petrol

Euro 1

2.4

0.7

 

Euro 2

1.9

0.4

 

Euro 3

1.8

0.4

 

Euro 4

1.7

0.3

 

Euro 5

1.6

0.3

 

Euro 6

1.6

0.3

Vetturi kummerċjali ħfief li jaħdmu bid-diżil

Euro 1

4.0

1.7

 

Euro 2

4.1

1.7

 

Euro 3

3.5

1.3

 

Euro 4

3.0

1.1

 

Euro 5

2.2

0.8

 

Euro 6

1.9

0.5

[Em. 125]

(e)  fl-Anness IV, it-tabella bl-intestatura “Taħlitiet ta' vetturi (vetturi artikolati u ferroviji tat-triq)” tinbidel b'dan li ġej:

“KOMBINAZZJONIJIET TA’ VETTURI (VETTURI ARTIKOLATI U ROAD TRAINS)

Fusien motorizzati b’sospensjoni tal-arja jew rikonoxxuti bħala ekwivalenti

Sistemi oħra ta’ sospensjoni fuq il-fusien motorizzati

Klassi ta’ ħsara

Għadd ta’ fusien u l-piż mgħobbi massimu gross permissibbli (f’tunnellati)

Għadd ta’ fusien u l-piż mgħobbi massimu gross permissibbli (f’tunnellati)

 

Mhux inqas minn

Inqas minn

Mhux inqas minn

Inqas minn

 

2 + fus wieħed

 

7,5

12

14

16

18

20

22

23

25

12

14

16

18

20

22

23

25

28

7,5

12

14

16

18

20

22

23

25

12

14

16

18

20

22

23

25

28

I

2 + 2 fusien

 

23

25

26

28

25

26

28

29

23

25

26

28

25

26

28

29

 

29

31

29

31

II

31

33

31

33

 

33

36

36

38

33

36

III

2 + 3 fusien

II

36

38

38

40

36

38

 

 

 

38

40

III

3 + 2 fusien

II

36

38

38

40

36

38

 

 

 

38

40

40

44

III

40

44

 

 

 

3 + 3 fusien

 

36

38

38

40

36

38

I

 

 

38

40

II

40

44

40

44

 

7 fusien

40

50

40

50

II

50

60

50

60

III

60

 

60

 

8 jew 9 fusien

40

50

40

50

I

50

60

50

60

II

60

60

III”;

(ea)  fl-Anness IV, jiżdied il-paragrafu li ġej:

Għall-vetturi kollha b'mutur li jaħdmu bi fjuwils alternattivi, il-piż massimu awtorizzat jiżdied minħabba l-piż addizzjonali meħtieġ għat-teknoloġija ta' fjuwils alternattivi b'massimu ta' tunnellata.”; [Em. 130]

(2)  jiddaħħlu l-Annessi V, VI u VII li ġejjin:

“L-ANNESS V

REKWIŻITI MINIMI GĦALL-IMPOŻIZZJONI TA’ TARIFFA TAL-KONĠESTJONI

Dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti minimi għall-impożizzjoni ta’ tariffa tal-konġestjoni.

1.  Il-partijiet tan-netwerk soġġetti għat-tariffi tal-konġestjoni, il-vetturi u l-perjodi koperti

L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw preċiżament:

(a)  il-parti jew il-partijiet tan-netwerk tagħhom magħmul mis-sehem tagħhom tan-netwerk trans-Ewropew tat-toroq u l-awtostradi tagħhom imsemmija fl-Artikolu 7(1), li jkunu soġġetti għal tariffa tal-konġestjoni f’konformità mal-Artikolu 7da(1) u (3).

(b)  il-klassifikazzjoni ta’ sezzjonijiet tan-netwerk li huma soġġetti għal tariffa tal-konġestjoni bħala “metropolitani” u “mhux metropolitani”. L-Istati Membri għandhom jużaw il-kriterji stabbiliti fit-Tabella 1 għall-finijiet ta’ determinazzjoni tal-klassifikazzjoni ta’ kull sezzjoni tat-triq.

Tabella 1: Kriterji għall-klassifikazzjoni tat-toroq fuq in-netwerk imsemmija fil-punti (a) bħala “metropolitani” u “mhux metropolitani”

Kategorija tat-triq

Kriterju ta’ klassifikazzjoni

“metropolitani”

Sezzjonijiet tan-netwerk għaddejjin minn agglomerazzjonijiet b’popolazzjoni ta’ 250 000 abitant jew aktar

“mhux metropolitani”

Sezzjonijiet tan-netwerk li mhumiex kwalifikati bħala “metropolitani”

(c)  il-perjodi li matulhom tapplika t-tariffa, għal kull sezzjoni individwali. Meta japplikaw livelli ta’ tariffi differenti matul il-perjodu tariffarju, l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw b’mod ċar il-bidu u t-tmiem ta’ kull perjodu li matulu tiġi applikata tariffa speċifika.

L-Istati Membri għandhom jużaw il-fatturi ta’ ekwivalenza pprovduti fit-Tabella 2 għall-fini ta’ stabbiliment tal-proporzjon bejn il-livelli tariffarji għal kategoriji ta’ vetturi differenti:

Tabella 2: Fatturi ta’ ekwivalenza għall-istabbiliment tal-proporzjon bejn il-livelli tat-tariffi tal-konġestjoni għal kategoriji ta’ vetturi differenti

Kategorija tal-vettura

Fattur ta’ ekwivalenza

Vetturi light duty

1

Vetturi heavy duty riġidi

1.9

Karozzi tal-linja u kowċis

2.51.5

Vetturi heavy duty artikolati

2.9

[Em. 131]

2.  Ammont tat-tariffa

Għal kull kategorija ta’ vettura, sezzjoni tat-triq u perjodu ta’ ħin, l-Istat Membru jew, fejn xeraq, awtorità indipendenti għandhom jiddeterminaw ammont wieħed speċifiku, stabbilit skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 1 ta’ dan l-Anness, filwaqt li jitqies il-valur massimu korrispondenti stabbilit fit-tabella fl-Anness VI. L-istruttura tat-tariffi li tirriżulta għandha tkun trasparenti, magħmula pubblika u disponibbli għall-utenti kollha fuq termini ugwali.

L-Istat Membru għandu jippubblika dawn kollha li ġejjin, fil-ħin, qabel l-implimentazzjoni ta’ tariffa tal-konġestjoni:

(a)  il-parametri kollha, id-dejta u informazzjoni oħra meħtieġa biex jinftiehem kif jiġu stabbiliti l-klassifikazzjoni tat-toroq u tal-vetturi u l-perjodi ta’ applikazzjoni tat-tariffi;

(b)  id-deskrizzjoni sħiħa tat-tariffi tal-konġestjoni li japplikaw għal kull kategorija ta’ vetturi fuq kull sezzjoni tat-triq u għal kull perjodu ta’ żmien.

L-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni l-informazzjoni kollha li għandha tiġi ppubblikata skont il-punti (a) u (b).

It-tariffa għandha tkun stabbilita biss wara li jkun ġie kkunsidrat ir-riskju ta’ devjazzjoni tat-traffiku flimkien ma’ kwalunkwe effett negattiv fuq is-sikurezza fit-toroq, l-ambjent u l-konġestjoni, u kwalunkwe soluzzjoni biex jittaffew dawn ir-riskji.

L-Istat Membru jew, fejn xieraq, awtorità indipendenti, għandhom jimmonitorjaw l-effikaċja tal-iskema li timponi t-tariffi fit-tnaqqis tal-konġestjoni. Fejn xieraq, kull sena għandhom jaġġustaw l-istruttura tariffarja, il-perjodu/i tariffarju/i u l-ammont speċifiku tat-tariffa stabbilita għal kull kategorija partikolari ta’ vetturi, tip ta’ triq u perjodu ta’ żmien skont il-bidliet fil-provvista u fid-domanda tat-trasport.

ANNESS VI

LIVELL MASSIMU TAT-TARIFFA TAL-KONĠESTJONI

Dan l-Anness jistabbilixxi l-livell massimu tat-tariffa tal-konġestjoni.

Il-livelli massimi previsti fit-tabella hawn taħt għandhom jiġu applikati għal vetturi light duty. It-tariffi għal kategoriji oħra ta’ vetturi għandhom jiġu stabbiliti permezz tal-moltiplikazzjoni tat-tariffa applikata għal vetturi light duty bil-fatturi ta’ ekwivalenza pprovduti fit-tabella fl-Anness V.

Tabella: Livell massimu tat-tariffa tal-konġestjoni għal vetturi light duty

ċenteżmu/vettura-kilometru

Metropolitani

Mhux metropolitani

Awtostradi

67

34

Toroq ewlenin

198

66

ANNESS VII

VARJAZZJONI TAL-ĦLASIJIET GĦALL-UŻU TAT-TRIQ GĦAL VETTURI LIGHT DUTY

Dan l-Anness jispeċifika l-kategoriji tal-emissjonijiet li skonthom għandhom jiġu ddifferenzjati l-ħlasijiet għall-użu tat-triq u l-ħlasijiet fuq l-utent.

L-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu għandhom jitkejlu skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) .../...*.

Ir-rati aktar baxxi għandhom japplikaw għal kwalunkwe karozza tal-passiġġieri u vettura kummerċjali ħafifa b’emissjonijiet speċifiċi tas-CO2, kif imkejla skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**, li huma taħt il-livelli li jikkorrispondu għall-miri applikabbli għall-flotta kollha tal-UE stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*** u r-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill****.

Tabella: kategoriji ta’ emissjonijiet ta’ vetturi light duty

Fattur ta’ konformità

1.5-2.1

1-1.5

inqas minn 1

Vetturi b’żero emissjonijiet

Tariffa għal kull km

10 % inqas mill-ogħla rata

20 % inqas mill-ogħla rata

30 % inqas mill-ogħla rata

75 % inqas mill-ogħla rata

__________________

* IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) .../... ta’ XXX li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/xxx u d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-emissjonijiet f’sewqan reali ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 6) [RDE 3] (ĠU L ...,……..2017, p. …).

** Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1).

*** Ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO 2 minn vetturi ħfief (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1).

**** Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta' Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO 2 minn vetturi ħfief (ĠU L 145, 31.5.2011, p. 1).

(1)ĠU C 81, 2.3.2018, p. 188.
(2)ĠU C 176, 23.5.2018, p. 66.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Ottubru 2018.
(4)Il-White Paper tat-28 ta' Marzu 2011 “Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b’mod effiċjenti” (COM(2011)0144).
(5)COM(2016)0501.
(6)Id-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 1999 dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi (ĠU L 187, 20.7.1999, p. 42).
(7) Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51)
(8) Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 72)
(9) Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1).
(10)Id-Direttiva 2004/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-interoperabilità ta' sistemi elettroniċi dwar taxxi tat-toroq fil-Komunità (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), (ĠU L 166, 30.4.2004, p. 124).
(11)Id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa, (ĠU L 152, 11.06.2008, p. 1).
(12)Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/427 tal-10 ta' Marzu 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 692/2008 fir-rigward tal-emissjonijiet minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi kummerċjali (Euro 6) (ĠU L 82, 31.3.2016, p. 1).
(13)Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/646 tal-L-Erbgħa, 20 ta' April 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 692/2008 fir-rigward tal-emissjonijiet minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi kummerċjali (Euro 6) (ĠU L 109, 26.4.2016, p. 1).
(14)...
(15) Id-Direttiva 2008/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar il-ġestjoni tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq (ĠU L 319, 29.11.2008, p. 59).
(16)ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(17)Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

Aġġornata l-aħħar: 9 ta' Marzu 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza