Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2016/0376(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0391/2017

Testi mressqa :

A8-0391/2017

Dibattiti :

PV 15/01/2018 - 12
CRE 15/01/2018 - 12
PV 12/11/2018 - 14
CRE 12/11/2018 - 14

Votazzjonijiet :

PV 17/01/2018 - 10.5
CRE 17/01/2018 - 10.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 13/11/2018 - 4.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0010
P8_TA(2018)0442

Testi adottati
PDF 129kWORD 59k
It-Tlieta, 13 ta' Novembru 2018 - Strasburgu
Effiċjenza fl-enerġija ***I
P8_TA(2018)0442A8-0391/2017
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija (COM(2016)0761 – C8-0498/2016 – 2016/0376(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0761),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 194(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0498/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-26 ta' April 2017(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-13 ta' Lulju 2017(2),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitati responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-29 ta' Ġunju 2018, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0391/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(3);

2.  Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 246, 28.7.2017, p. 42.
(2) ĠU C 342, 12.10.2017, p. 119.
(3) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fis-17 ta' Jannar 2018 (Testi adottati, P8_TA(2018)0010).


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Novembru 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2018/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija
P8_TC1-COD(2016)0376

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Direttiva (UE) 2018/2002.)

Aġġornata l-aħħar: 6 ta' Frar 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza