Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/0143(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0354/2018

Testi mressqa :

A8-0354/2018

Dibattiti :

PV 14/11/2018 - 8
CRE 14/11/2018 - 8
PV 17/04/2019 - 19
CRE 17/04/2019 - 19

Votazzjonijiet :

PV 14/11/2018 - 14.7
CRE 14/11/2018 - 14.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 18/04/2019 - 10.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0455
P8_TA(2019)0426

Testi adottati
PDF 253kWORD 82k
L-Erbgħa, 14 ta' Novembru 2018 - Strasburgu
Standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda ***I
P8_TA(2018)0455A8-0354/2018

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fl-14 ta' Novembru 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda (COM(2018)0284 – C8-0197/2018 – 2018/0143(COD))(1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 1a (ġdida)
(1a)   L-introduzzjoni ta' vetturi tqal mingħajr emissjonijiet jenħtieġ li tikkontribwixxi għas-soluzzjoni tal-problemi ewlenin tal-mobbiltà urbana. Filwaqt li hija essenzjali li jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 mit-trasport bit-triq, il-promozzjoni ta' dawn il-vetturi mill-manifatturi hija kruċjali wkoll biex jitnaqqsu b'mod effettiv is-sustanzi li jniġġsu l-arja u l-livelli tal-ħoss eċċessivi fl-ibliet u fiż-żoni urbani.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 2
(2)  Wara l-Istrateġija għal Mobbiltà b'Emissjonijiet Baxxi, il-Kummissjoni adottat żewġ pakketti tal-mobbiltà f'Mejjuu19 Novembru 201720. Dawn il-pakketti jistabbilixxu aġenda pożittiva li twettaq l-Istrateġija għal Mobilità b'Emissjonijiet Baxxi u tiżgura tranżizzjoni bla xkiel lejn mobbiltà nadifa, kompetittiva u konnessa għal kulħadd.
(2)  Wara l-Istrateġija għal Mobbiltà b'Emissjonijiet Baxxi, il-Kummissjoni adottat żewġ pakketti tal-mobbiltà f'Mejju19u f'Novembru 201720. Dawn il-pakketti jistabbilixxu aġenda pożittiva li twettaq l-Istrateġija għal Mobbiltà b'Emissjonijiet Baxxi u tiżgura tranżizzjoni bla xkiel lejn mobbiltà mingħajr emissjonijiet, kompetittiva u konnessa għal kulħadd.
__________________
__________________
19 L-Ewropa Attiva: Aġenda għal tranżizzjoni soċjalment ġusta lejn mobilità nadifa, kompetittiva u konnessa għal kulħadd, COM(2017)283 final
19 L-Ewropa Attiva: Aġenda għal tranżizzjoni soċjalment ġusta lejn mobilità nadifa, kompetittiva u konnessa għal kulħadd, COM(2017)0283 final
20 It-twettiq ta' mobilità b'emissjonijiet baxxi – Unjoni Ewropea li tipproteġi l-pjaneta, tagħti s-setgħa lill-konsumaturi tagħha u tiddefendi l-industrija u l-ħaddiema tagħha, COM(2017)675 final
20 It-twettiq ta' mobilità b'emissjonijiet baxxi – Unjoni Ewropea li tipproteġi l-pjaneta, tagħti s-setgħa lill-konsumaturi tagħha u tiddefendi l-industrija u l-ħaddiema tagħha, COM(2017)0675 final
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 3
(3)  Dan ir-Regolament huwa parti tat-tielet Pakkett "L-Ewropa Attiva" li jwettaq l-istrateġija l-ġdida tal-politika industrijali ta' Settembru 201721, u tfassal biex ilesti l-proċess ħalli l-Unjoni tkun tista' taħsad il-benefiċċji kollha tal-modernizzazzjoni u d-dekarbonizzazzjoni tal-mobbiltà. Il-Pakkett għandu l-għan li jagħmel il-mobbiltà Ewropea aktar sikura u aktar aċċessibbli, l-industrija Ewropea aktar kompetittiva, l-impjiegi Ewropej aktar siguri, u s-sistema tal-mobbiltà aktar nadifa u adattati aħjar għall-isforzi li jitħabtu kontra t-tibdil fil-klima. Dan se jkun jeħtieġ l-impenn sħiħ tal-Unjoni, tal-Istati Membri u tal-partijiet konċernati, l-aktar biex jissaħħu l-isforzi li jnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 u t-tniġġis tal-arja.
(3)  Dan ir-Regolament huwa parti mit-tielet Pakkett "L-Ewropa Attiva" li jwettaq l-istrateġija l-ġdida tal-politika industrijali ta' Settembru 201721, u tfassal biex ilesti l-proċess ħalli l-Unjoni tkun tista' taħsad il-benefiċċji kollha tal-modernizzazzjoni u d-dekarbonizzazzjoni tal-mobbiltà. Il-Pakkett għandu l-għan li jagħmel il-mobbiltà Ewropea aktar sikura u aktar aċċessibbli, l-industrija Ewropea aktar kompetittiva, l-impjiegi Ewropej aktar siguri, u s-settur deċiżament fit-triq it-tajba sabiex ikun mingħajr emissjonijiet sa nofs is-seklu u jkun konformi kompletament mal-Ftehim ta' Pariġi. Sabiex jinstab bilanċ tajjeb bejn it-tisħiħ tal-isforzi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 u t-tniġġis tal-arja, hu meħtieġ li tingħata spinta lill-innovazzjoni fl-industrija tal-karozzi tal-Unjoni u li tissaħħaħ il-kompetittività tal-Unjoni, l-impenn sħiħ tal-Unjoni, tal-Istati Membri u tal-partijiet konċernati.
__________________
__________________
21 Ninvestu f'industrija intelliġenti, innovattiva u sostenibbli – Strateġija mġedda għall-politika industrijali tal-UE, COM(2017)0479
21 Ninvestu f'industrija intelliġenti, innovattiva u sostenibbli – Strateġija mġedda għall-politika industrijali tal-UE, COM(2017)0479
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 4
(4)  Minbarra l-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-karozzi tal-passiġġieri u għall-vetturi kummerċjali ħfief22, dan ir-Regolament jipprovdi perkors ċar għal tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 mis-settur tat-trasport bit-triq u jikkontribwixxi għall-mira vinkolanti ta' tnaqqis domestiku ta' mill-inqas 40 % fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra mal-ekonomija kollha sal-2030 meta mqabbel mal-1990, kif kien approvat fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta' Ottubru 2014 u kif kien approvat bħala l-Kontribut Maħsub tal-Unjoni Ddeterminat fil-Livell Nazzjonali skont il-Ftehim ta' Pariġi waqt il-laqgħa tal-Kunsill tal-Ambjent fis-6 ta' Marzu 2015.
(4)  Minbarra r-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill22, dan ir-Regolament jipprovdi perkors ċar għal tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 mis-settur tat-trasport bit-triq u jikkontribwixxi għall-mira vinkolanti ta' tnaqqis domestiku ta' mill-inqas 55 % fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra mal-ekonomija kollha sal-2030 meta mqabbel mal-1990, meħtieġ sabiex ikun konformi mal-Ftehim ta' Pariġi.
__________________
__________________
22 Ir-Regolament (UE) Nru …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 (riformulazzjoni), (ĠU L …, …, p. ).
22 Ir-Regolament (UE) Nru …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 (riformulazzjoni), (ĠU L …, …, p. ).
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 4a (ġdida)
(4a)  Għalhekk jenħtieġ li jiġu stabbiliti l-miri ta' tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-flotot ta' vetturi tqal ġodda fl-Unjoni kollha għall-2025 u l-2030, filwaqt li jitqies il-perjodu ta' żmien biex tiġġedded il-flotta tal-vettura u l-ħtieġa biex is-settur tat-trasport bit-triq jikkontribwixxi għall-miri tal-klima u tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030 u lil hinn. Dan l-approċċ pass pass jipprovdi wkoll sinjal ċar u bikri għall-industrija biex ma tittardjax l-introduzzjoni fis-suq ta' teknoloġiji għall-enerġija effiċjenti u vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 5
(5)  Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Ottubru 2014 approvaw tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta' 30 % sal-2030 meta mqabbel mal-2005 għas-setturi li mhumiex parti mill-Iskema tal-Unjoni għall-Iskambju tal-Kwoti tal-Emissjonijiet. It-trasport bit-triq hu kontribut ewlieni għall-emissjonijiet ta' dawk is-setturi u l-emissjonijiet tiegħu jibqgħu ferm ogħla mil-livelli tal-1990. Jekk l-emissjonijiet tat-trasport bit-triq jibqgħu jiżdiedu, dan se jisboq it-tnaqqis li jagħmlu setturi oħra kontra t-tibdil fil-klima.
(5)  Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Ottubru 2014 approvaw tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta' 30 % sal-2030 meta mqabbel mal-2005 għas-setturi li mhumiex parti mill-Iskema tal-Unjoni għall-Iskambju tal-Kwoti tal-Emissjonijiet. It-trasport bit-triq kien responsabbli għal 25 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni fl-2016, u l-emissjonijiet tiegħu żdiedu għat-tielet sena konsekuttiva u għadhom ferm ogħla mil-livelli tal-1990. Jekk l-emissjonijiet tat-trasport bit-triq jibqgħu jiżdiedu, dan se jisboq it-tnaqqis li jagħmlu setturi oħra kontra t-tibdil fil-klima.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 8a (ġdida)
(8a)   Fid-dawl taż-żieda stmata għal madwar 9 % fil-proporzjon ta' emissjonijiet minn vetturi tqal u l-fatt li bħalissa ma hemm l-ebda rekwiżit biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi tqal, huma meħtieġa miżuri speċifiċi għal din il-kategorija ta' vetturi.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 9
(9)  Sabiex jiġi realizzat bis-sħiħ il-potenzjal tal-effiċjenza enerġetika u jkun żgurat li s-settur tat-trasport bit-triq kollu kemm hu jikkontribwixxi għat-tnaqqis miftiehem fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra, huwa xieraq li l-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 diġà eżistenti għall-karozzi tal-passiġġieri ġodda u għall-vetturi kummerċjali ħfief ġodda jiġu kkomplementati billi jiġu stabbiliti standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda. Dawn l-istandards jixprunaw l-innovazzjoni f'teknoloġiji effiċjenti fl-użu tal-fjuwil, u jikkontribwixxu biex tissaħħaħ it-tmexxija teknoloġika tal-fornituri u tal-manifatturi tal-Unjoni.
(9)  Sabiex jiġi realizzat bis-sħiħ il-potenzjal tal-effiċjenza enerġetika u jkun żgurat li s-settur tat-trasport bit-triq kollu kemm hu jikkontribwixxi għat-tnaqqis miftiehem fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra, huwa xieraq li l-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 diġà eżistenti għall-karozzi tal-passiġġieri ġodda u għall-vetturi kummerċjali ħfief ġodda jiġu kkomplementati billi jiġu stabbiliti standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda. Dawn l-istandards se jkunu forza li tagħti spinta lill-innovazzjoni f'teknoloġiji effiċjenti fl-użu tal-fjuwil, u jikkontribwixxu biex tissaħħaħ il-pożizzjoni fuq quddiem fit-teknoloġija tal-fornituri u tal-manifatturi tal-Unjoni u jiġu żgurati impjiegi b'livell għoli ta' ħiliet fuq terminu twil.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 10
(10)  Filwaqt li jitqiesu li t-tibdil fil-klima hu problema transfruntiera u l-ħtieġa li jitħares suq uniku li jiffunzjona sew għas-servizzi tat-trasport bit-triq u anki għall-vetturi tqal, jixraq li jiġu stabbiliti standards tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal fil-livell tal-Unjoni. Jenħtieġ li dawn l-istandards jitfasslu b'mod li jkun mingħajr preġudizzju għal-liġi dwar il-kompetizzjoni.
(10)  Filwaqt li jitqies li t-tibdil fil-klima hu problema li tmur lil hinn mill-fruntieri u l-ħtieġa li jitħares suq uniku li jiffunzjona sew għas-servizzi tat-trasport bit-triq u anki għall-vetturi tqal u tiġi evitata kwalunkwe frammentazzjoni tas-suq, huwa xieraq li jiġu stabbiliti standards tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal fil-livell tal-Unjoni. Jenħtieġ li dawn l-istandards jitfasslu b'mod li jkun mingħajr preġudizzju għal-liġi dwar il-kompetizzjoni.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 12a (ġdida)
(12a)  It-tranżizzjoni soċjalment aċċettabbli u ġusta lejn mobbiltà mingħajr emissjonijiet sa nofs is-seklu teħtieġ bidliet fil-katina tal-valur tal-karozzi kollha, filwaqt li jitqiesu ċ-ċittadini u r-reġjuni fl-Istati Membri kollha li jistgħu jkunu affettwati b'mod negattiv. Huwa importanti li jitqiesu l-impatti soċjali tat-tranżizzjoni u li jkunu indirizzati minn qabel l-implikazzjonijiet fuq l-impjiegi. Għalhekk, huwa ta' importanza kbira li l-miżuri attwali jkunu wkoll akkumpanjati minn programmi mmirati għat-taħriġ mill-ġdid, it-titjib tal-ħiliet u r-riallokazzjoni tal-ħaddiema fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali, kif ukoll f'inizjattivi dwar l-edukazzjoni u t-tfittix ta' impjieg f'komunitajiet u reġjuni milquta b'mod negattiv imwettqa fi djalogu mill-qrib mas-sħab soċjali u l-awtoritajiet kompetenti.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 12b (ġdida)
(12b)   Jenħtieġ li jiġu implimentati malajr infrastrutturi għall-iċċarġjar u għar-riforniment sabiex tinkiseb il-fiduċja tal-konsumaturi favur vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi, filwaqt li jeħtieġ li l-istrumenti ta' appoġġ differenti kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll tal-Istati Membri jaħdmu flimkien b'mod effettiv biex jimmobilizzaw investimenti pubbliċi u privati sinifikanti.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 12c (ġdida)
(12c)   L-istrateġija għal mobbiltà b'emissjonijiet baxxi enfasizzat l-importanza li jiġi żgurat li l-elettriku ġġenerat għall-vetturi elettriċi jkun ġej minn sorsi ta' enerġija sostenibbli u l-ħtieġa li tiġi adottata mill-aktar fis possibbli inizjattiva Ewropa fit-tul dwar il-batteriji tal-ġenerazzjoni li jmiss. Sabiex jiġi żgurat li jintlaħqu dawk il-miri, se jkunu meħtieġa aktar finanzjamenti favur ir-riċerka teknoloġika fir-rigward tal-produzzjoni, il-ġestjoni u r-rimi tal-batteriji tal-muturi elettriċi, sabiex dawn isiru dejjem aktar ekoloġiċi;
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 12d (ġdida)
(12d)   Ħafna mill-operaturi tat-trasport tal-merkanzija tal-Unjoni huma intrapriżi żgħar u ta' daqs medju b'aċċess limitat għall-finanzi. Għalhekk, is-soluzzjonijiet futuri jridu jkunu kosteffettivi u bbilanċjati. Huwa essenzjali li jkun hemm struttura b'saħħitha ta' inċentivi li tappoġġa l-użu ta' vetturi aktar effiċjenti fl-użu tal-fjuwil, kif ukoll li jkunu previsti mekkaniżmi ta' finanzjament tal-Unjoni.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 13
(13)  Fid-dawl tal-innovazzjoni u biex titqies l-implimentazzjoni ta' teknoloġiji ġodda li jtejbu l-effiċjenza tal-fjuwil tal-vetturi tqal, l-għodda tas-simulazzjoni VECTO u r-Regolament (UE) 2017/2400 se jiġu aġġornati kontinwament u fil-ħin.
(13)  Fid-dawl tal-innovazzjoni u biex titqies l-implimentazzjoni ta' teknoloġiji ġodda li jtejbu l-effiċjenza tal-fjuwil tal-vetturi tqal, kif ukoll l-evoluzzjoni tar-rappreżentanza tal-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 fid-dinja reali determinati mir-Regolament (UE) 2017/2400, l-għodda tas-simulazzjoni VECTO u r-Regolament (UE) 2017/2400 se jiġu aġġornati kontinwament u fil-ħin, u jkollhom baġit suffiċjenti allokat b'mod adegwat. Meta jitqies ir-rwol li dawk it-teknoloġiji l-ġodda jista' jkollhom fuq il-potenzjal ta' tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 fis-settur tat-trasport, ir-rieżami tal-2022 jenħtieġ li jqis b'mod sħiħ l-evoluzzjoni tal-għodda tas-simulazzjoni VECTO.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 14
(14)  Id-data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 iddeterminata skont ir-Regolament (UE) 2017/2400 trid tiġi monitorjata skont ir-Regolament (UE) Nru .../2018 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25. Jenħtieġ li dik id-data tifforma l-bażi biex jiġu ddeterminati l-miri tat-tnaqqis li jridu jilħqu l-erba' gruppi ta' vetturi tqal li jiġġeneraw l-iżjed emissjonijiet fl-Unjoni, u biex jiġu ddeterminati wkoll l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' manifattur f'sena kalendarja partikolari.
(14)  Id-data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 iddeterminata skont ir-Regolament (UE) 2017/2400 trid tiġi monitorjata skont ir-Regolament (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25. Jenħtieġ li dik id-data tifforma l-bażi biex jiġu ddeterminati l-miri tat-tnaqqis li jridu jilħqu l-erba' gruppi ta' vetturi tqal li jiġġeneraw l-iżjed emissjonijiet fl-Unjoni, u biex jiġu ddeterminati wkoll l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' manifattur f'sena kalendarja partikolari.
(Din l-emenda tapplika għat-test kollu. L-adozzjoni tagħha timponi adattamenti tekniċi fit-test kollu.)
__________________
__________________
25 Ir-Regolament (UE) Nru …/2018 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi heavy-duty ġodda u l-konsum tal-fjuwil tagħhom (ĠU L, …, …, p. ).
25 Ir-Regolament (UE) Nru 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi heavy-duty ġodda u l-konsum tal-fjuwil tagħhom (ĠU L 173, 9.7.2018, p. 1).
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 15
(15)  Jenħtieġ li tiġi stabbilita mira tat-tnaqqis għall-2025 bħala tnaqqis relattiv ibbażat fuq l-emissjonijiet tas-CO2 medji ta' dawk il-vetturi tqal fl-2019, li tkun tirrifletti l-użu ta' teknoloġiji kosteffettivi disponibbli faċilment għall-vetturi konvenzjonali. Il-mira tal-2030 jenħtieġ titqies bħala aspirazzjoni u l-mira finali jenħtieġ tiġi ddeterminata skont reviżjoni li trid issir fl-2022 għax hemm aktar inċertezzi dwar l-użu ta' teknoloġiji aktar avvanzati li għadhom mhumiex disponibbli.
(15)  Jenħtieġ li tiġi stabbilita mira tat-tnaqqis għall-2025 bħala tnaqqis relattiv ibbażat fuq l-emissjonijiet tas-CO2 medji ta' dawk il-vetturi tqal fl-2019, li tkun tirrifletti l-użu ta' teknoloġiji kosteffettivi disponibbli faċilment għall-vetturi konvenzjonali. Jenħtieġ li tiġi stabbilita wkoll mira ta' tnaqqis għall-2030, skont reviżjoni li trid issir fl-2022, li jenħtieġ li ma tnaqqasx l-ambizzjoni ta' dan ir-Regolament, filwaqt li tqis li hemm aktar inċertezzi dwar l-użu ta' teknoloġiji aktar avvanzati li għadhom mhumiex disponibbli.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 16
(16)  Il-gass naturali likwifikat (LNG) hu fjuwil disponibbli alternattiv għad-diżil għall-vetturi tqal. L-użu ta' teknoloġiji attwali u futuri aktar innovattivi u bbażati fuq l-LNG se jgħin biex jintlaħqu l-miri tal-emissjonijiet tas-CO2 fit-terminu qasir u medju għax l-użu tat-teknoloġiji tal-gass naturali likwifikat (LNG) iwassal għal inqas emissjonijiet tas-CO2 meta mqabbel mal-vetturi li jaħdmu bid-diżil. Il-potenzjal ta' tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi bl-LNG diġà hu rifless għalkollox fil-VECTO. Minbarra dan, it-teknoloġiji attwali tal-LNG jiżguraw livell baxx ta' emissjonijiet ta' sustanzi niġġiesa tal-arja bħall-NOx u l-materja partikulata. Fis-seħħ teżisti infrastruttura minima biżżejjed għar-riforniment u qed tintuża iżjed bħala parti minn oqfsa ta' politika nazzjonali għal infrastruttura tal-fjuwils alternattivi.
(16)  Jenħtieġ li, f'konformità mal-ambizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, titnieda iżjed infrastruttura effiċjenti, newtrali għat-teknoloġija u suffiċjenti għar-riforniment u għall-iċċarġjar bħala parti minn oqfsa ta' politika nazzjonali għal infrastruttura tal-fjuwils alternattivi.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 17a (ġdida)
(17a)  B'referenza għall-vetturi vokazzjonali u għall-vetturi tal-kategoriji M2 u M3, il-Kummissjoni jenħtieġ li mill-aktar fis possibbli tispeċifika l-kriterji tekniċi għad-definizzjoni tal-iskop vokazzjonali ta' vettura u għad-definizzjoni tal-kunċett ta' xarabanks, koperti minn dan ir-Regolament.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 17b (ġdida)
(17b)  Jenħtieġ li jiġi żviluppat mekkaniżmu ta' validazzjoni għal-linja bażi tal-2019 biex jiġu ggarantiti l-preċiżjoni u l-benefiċċji ta' dan ir-Regolament.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 20a (ġdida)
(20a)   Sabiex ikun hemm flessibilità fil-mekkaniżmu ta' inċentiv għall-iżvilupp ta' vetturi tqal mingħajr emissjonijiet, il-manifatturi konnessi jenħtieġ li jkunu jistgħu jiffurmaw akkomunament fuq bażi miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja. Jenħtieġ li l-ftehim biex jiġi ffurmat akkomunament ma jaqbiżx il-ħames snin, iżda jenħtieġ li jkun jista' jiġġedded. Il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha s-setgħat li tistabbilixxi regoli u kundizzjonijiet dettaljati għall-manifatturi konnessi biex jifformaw akkomunament fuq bażi miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja, f'konformità mad-dritt tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 21
(21)  Kuntrarjament għall-karozzi u l-vannijiet, il-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi għadhom mhumiex disponibbli fis-suq, għajr ix-xarabanks. Għalhekk jenħtieġ jiddaħħal mekkaniżmu apposta, fil-forma ta' superkrediti, biex teħfief it-tranżizzjoni bla xkiel lejn mobbiltà mingħajr emissjonijiet. Dan jipprovdi inċentivi għall-iżvilupp u l-użu ta' vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi fis-suq tal-Unjoni li jikkumplimentaw l-istrumenti tan-naħa tad-domanda, bħad-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Vetturi Nodfa26.
(21)  Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel lejn mobbiltà mingħajr emissjonijiet, u biex jingħataw inċentivi għall-iżvilupp u l-użu ta' vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi fis-suq tal-Unjoni li jikkumplimentaw l-istrumenti tan-naħa tad-domanda, bħad-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Vetturi Nodfa26, jenħtieġ li jiġi stabbilit, għall-2025 u l-2030, punt ta' referiment għas-sehem ta' emissjonijiet baxxi u mingħajr emissjonijiet għal vetturi tqal fil-flotta ta' vetturi ta' manifattur.
_________________
_________________
26Id-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni ta' vetturi ta' trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija kif emendata bid-Direttiva …/…/UE [COM(2017)0653] (ĠU L 120, 15.5.2009, p. 5).
26Id-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni ta' vetturi ta' trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija kif emendata bid-Direttiva …/…/UE [COM(2017)0653] (ĠU L 120, 15.5.2009, p. 5).
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 21a (ġdida)
(21a)  Is-sehem minimu ta' vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi jenħtieġ li jiġi ddisinjat b'mod li jiżgura ċ-ċertezza tal-investiment għall-fornituri u l-manifatturi tal-infrastruttura tal-iċċarġjar bil-għan li tiġi promossa l-introduzzjoni rapida fis-suq tal-Unjoni ta' vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi, filwaqt li titħalla ċerta flessibbiltà għall-manifatturi biex jiddeċiedu dwar il-kalendarju għall-investiment tagħhom. Jenħtieġ li jiġi introdott mekkaniżmu li jinċentiva lill-manifatturi biex idaħħlu mill-aktar fis possibbli fis-suq tal-Unjoni vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Premessa 22
(22)  Għall-finijiet tal-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' manifattur, kull vettura tqila mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi jenħtieġ tingħadd għal ħafna drabi. Jenħtieġ li l-livell tal-inċentivi jvarja skont l-emissjonijiet tas-CO2 attwali tal-vettura. Biex jiġi evitat li jiddgħajfu l-għanijiet ambjentali, l-iffrankar li jirriżulta jenħtieġ ikun soġġett għal limitu massimu.
(22)  Għall-finijiet tal-kalkolu tal-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 ta' manifattur, jenħtieġ li titqies il-prestazzjoni tiegħu kontra l-punt ta' riferiment tal-2025 u tal-2030 ta' vetturi mingħajr emissjonijiet jew b'emissjoni baxxi. Sabiex jiġu inċentivati l-iżvilupp u l-varar ta' tali vetturi filwaqt li jiġi evitat li jiddgħajfu l-objettivi ambjentali u tal-effiċjenza tal-magni b'kombustjoni interna konvenzjonali, l-aġġustamenti li jirriżultaw jenħtieġ li jkunu soġġetti għal limitu massimu.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Premessa 24
(24)  Meta jkun qed jitfassal il-mekkaniżmu tal-inċentivi għall-użu tal-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet, dan jenħtieġ jinkludi wkoll it-trakkijiet iżgħar, ix-xarabanks u l-kowċis li mhumiex soġġetti għall-miri tal-emissjonijiet tas-CO2. Dawn il-vetturi għandhom benefiċċji sinifikanti wkoll meta jgħinu biex jingħelbu l-problemi tat-tniġġis tal-arja fil-bliet. Iżda jenħtieġ jiġi nnutat li x-xarabanks mingħajr emissjonijiet diġà jinsabu fis-suq u jiġu inċentivati b'miżuri tan-naħa tad-domanda bħall-akkwist pubbliku. Biex ikun żgurat li l-inċentivi huma bbilanċjati sew bejn tipi differenti ta' vetturi, jenħtieġ li l-iffrankar li jirriżulta mit-trakkijiet iżgħar, ix-xarabanks u l-kowċis mingħajr emissjonijiet ikun soġġett ukoll għal limitu massimu.
(24)  Meta jkun qed jitfassal il-mekkaniżmu tal-inċentivi għall-użu tal-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet, dan jenħtieġ jinkludi wkoll it-trakkijiet iżgħar u l-kategoriji l-oħra ta' vetturi tqal li għadhom mhumiex soġġetti għall-miri tal-emissjonijiet tas-CO2. Dawn il-vetturi għandhom benefiċċji sinifikanti wkoll meta jgħinu biex jingħelbu l-problemi tat-tniġġis tal-arja fil-bliet.
Emenda 28
Proposta għal regolament
Premessa 29
(29)  Il-Kummissjoni jenħtieġ timponi penali finanzjarja, fil-forma ta' primjum għall-emissjonijiet żejda, meta manifattur jinstab li għandu emissjonijiet żejda, filwaqt li jitqiesu l-krediti u d-djun tal-emissjonijiet. Biex il-manifatturi jingħataw inċentiv biżżejjed ħalli jieħdu miżuri biex jonqsu l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi mill-vetturi tqal, il-primjum jenħtieġ ikun ogħla mill-ispejjeż marġinali medja tat-teknoloġiji meħtieġa biex jintlaħqu l-miri. Jenħtieġ li l-primjum jitqies bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni. Il-metodoloġija għall-ġbir tal-primjums jenħtieġ tiġi ddeterminata permezz ta' att ta' implimentazzjoni, filwaqt li titqies il-metodoloġija adottata skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009.
(29)  Il-Kummissjoni jenħtieġ li timponi penali finanzjarja, fil-forma ta' primjum għall-emissjonijiet żejda, meta manifattur jinstab li għandu emissjonijiet żejda, filwaqt li jitqiesu l-krediti u d-djun tal-emissjonijiet. Biex il-manifatturi jingħataw inċentiv biżżejjed ħalli jieħdu miżuri biex jonqsu l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi mill-vetturi tqal, huwa importanti li l-primjum dejjem ikun ogħla mill-ispejjeż marġinali medja tat-teknoloġiji meħtieġa biex jintlaħqu l-miri. L-ammonti mill-primjum għall-emissjonijiet eċċessivi jenħtieġ li jitqiesu bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni. Dawk l-ammonti jenħtieġ li jintużaw biex jappoġġaw, f'kollaborazzjoni mill-qrib mas-sħab soċjali u l-awtoritajiet kompetenti, it-tranżizzjoni ġusta tas-settur awtomobilistiku lejn mobbiltà mingħajr emissjonijiet kif ukoll soluzzjonijiet innovattivi li jinċentivaw l-użu rapidu ta' vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi. Il-metodoloġija għall-ġbir tal-primjums jenħtieġ li tiġi ddeterminata permezz ta' att ta' implimentazzjoni, filwaqt li titqies il-metodoloġija adottata skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.
_____________
1aIr-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1).
Emenda 29
Proposta għal regolament
Premessa 30
(30)  Hemm bżonn mekkaniżmu robust tal-konformità ħalli jkun żgurat li jintlaħqu l-miri skont dan ir-Regolament. L-obbligi imposti fuq il-manifatturi biex jipprovdu data preċiża skont ir-Regolament (UE) Nru .../2018 [dwar il-Monitoraġġ u r-Rappurtar tal-HDV] u l-multi amministrattivi li jistgħu jiġu imposti fil-każ ta' nuqqas ta' konformità ma' dak l-obbligu, jikkontribwixxu biex jiżguraw is-sodezza tad-data użata għall-finijiet tal-konformità mal-miri skont dan ir-Regolament.
(30)  Hemm bżonn mekkaniżmu robust tal-konformità ħalli jkun żgurat li jintlaħqu l-miri skont dan ir-Regolament. L-obbligi imposti fuq il-manifatturi biex jipprovdu data preċiża skont ir-Regolament (UE) Nru 2018/956 u l-multi amministrattivi li jistgħu jiġu imposti fil-każ ta' nuqqas ta' konformità ma' dak l-obbligu, jikkontribwixxu biex jiżguraw is-sodezza tad-data użata għall-finijiet tal-konformità mal-miri skont dan ir-Regolament. Huwa fl-interess tal-konsumaturi u tal-pubbliku ġenerali li jkunu jafu liema manifatturi huma u dawk li mhumiex konformi mal-istandards il-ġodda tal-emissjonijiet.
Emenda 30
Proposta għal regolament
Premessa 31
(31)  Biex jinkiseb it-tnaqqis tas-CO2 skont dan ir-Regolament, hu essenzjali li l-emissjonijiet tas-CO2 mill-vetturi tqal użati jkunu konformi maċ-ċifri ddeterminati skont ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu. Għaldaqstant, jenħtieġ ikun possibbli li fil-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' manifattur, il-Kummissjoni tqis kwalunkwe nuqqas ta' konformità sistematika misjub mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi tqal użati.
(31)  Biex jinkiseb it-tnaqqis tas-CO2 skont dan ir-Regolament, hu essenzjali li l-emissjonijiet tas-CO2 mill-vetturi tqal użati u fit-triq ikunu konformi maċ-ċifri ddeterminati skont ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu. Għaldaqstant, jenħtieġ li jkun possibbli li fil-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' manifattur, il-Kummissjoni tqis kwalunkwe nuqqas ta' konformità sistematika misjub mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi tqal waqt l-użu u fuq it-triq. Jenħtieġ li jiġi introdott ukoll ittestjar indipendenti minn partijiet terzi fuq il-vetturi waqt l-użu u fuq it-triq.
Emenda 31
Proposta għal regolament
Premessa 33
(33)  L-effikaċja tal-miri stipulati f'dan ir-Regolament biex jonqsu l-emissjonijiet tas-CO2 hi ferm dipendenti fuq ir-rappreżentanza tal-metodoloġija użata biex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet tas-CO2. F'konformità mar-Rakkomandazzjonijiet tal-Mekkaniżmi għall-Parir Xjentifiku (SAM)27 b'rabta mal-vetturi ħfief, jixraq ukoll fil-każ tal-vetturi tqal li jiddaħħal fis-seħħ mekkaniżmu li jivvaluta r-rappreżentanza fid-dinja reali taċ-ċifri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-enerġija ddeterminati skont ir-Regolament (UE) 2017/2400. Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħat biex tiżgura d-disponibbiltà pubblika ta' dik id-data u, meta meħtieġ, jiġu żviluppati l-proċeduri meħtieġa għall-identifikazzjoni u l-ġbir tad-data meħtieġa għal dawn il-valutazzjonijiet.
(33)  L-effikaċja tal-miri stipulati f'dan ir-Regolament biex jonqsu l-emissjonijiet tas-CO2 hi ferm dipendenti fuq ir-rappreżentanza tal-metodoloġija użata biex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet tas-CO2. F'konformità mal-Opinjoni tal-Mekkaniżmi għall-Parir Xjentifiku (SAM)27 b'rabta mal-vetturi ħfief, jixraq ukoll fil-każ tal-vetturi tqal li jiddaħħal fis-seħħ mekkaniżmu li jivvaluta r-rappreżentanza fid-dinja reali taċ-ċifri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-enerġija ddeterminati skont ir-Regolament (UE) 2017/2400. Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħat biex tiżgura d-disponibbiltà pubblika ta' dik id-data u, meta meħtieġ, jiġu żviluppati l-proċeduri meħtieġa għall-identifikazzjoni u l-ġbir tad-data meħtieġa għal dawn il-valutazzjonijiet. Meta tiġi identifikata diskrepanza sinifikanti bejn il-valuri reali tal-emissjonijiet u dawk determinati skont ir-Regolament (UE) Nru 2017/2400, il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha s-setgħat li tadatta kif xieraq il-medja tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi ta' manifattur u, fejn xieraq, ir-referenza tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-2019 użati għall-finijiet tal-konformità ma' dan ir-Regolament.
__________________
__________________
27 Opinjoni tal-Grupp ta' Livell Għoli ta' Konsulenti Xjentifiċi Nru 1/2016 "Closing the gap between light-duty vehicle real-world CO2 emissions and laboratory testing".
27 Opinjoni tal-Grupp ta' Livell Għoli ta' Konsulenti Xjentifiċi Nru 1/2016 "Closing the gap between light-duty vehicle real-world CO2 emissions and laboratory testing".
Emenda 32
Proposta għal regolament
Premessa 34a (ġdida)
(34a)  Fir-rapport tagħha għall-2022, il-Kummissjoni jenħtieġ li tevalwa wkoll il-possibbiltà li tiżviluppa metodoloġija għall-valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-emissjonijiet tas-CO2 ta' vetturi tqal. Abbażi ta' dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tipproponi, jekk xieraq, li tistabbilixxi obbligi ta' rappurtar fuq il-manifatturi u tispeċifika r-regoli u l-proċeduri meħtieġa għal dak ir-rappurtar.
Emenda 33
Proposta għal regolament
Premessa 36
(36)  Is-setgħat ta' implimentazzjoni relatati mal-Artikoli 8(3), 9(3), 11(3) u 12(2), jenħtieġ jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill28.
(36)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sabiex tiddetermina l-mezzi għall-ġbir ta' primjums għal emissjonijiet eċċessivi, filwaqt li tadotta regoli dettaljati dwar il-proċeduri għar-rapportar ta' devjazzjonijiet misjuba fl-emissjonijiet tas-CO2 ta' vetturi tqal li huma fis-servizz, li tippubblika data, tadotta regoli dettaljati dwar il-proċeduri għar-rapportar ta' data minn miters tal-konsum tal-fjuwil kif ukoll li tistabbilixxi metodoloġija għad-definizzjoni ta' vettura rappreżentattiva waħda jew aktar ta' subgrupp ta' vetturi . Dawk is-setgħat ta' implimentazzjoni jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/201128 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
__________________
__________________
28 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
28 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
Emenda 34
Proposta għal regolament
Premessa 37
(37)  Biex jiġu emendati jew issupplimentati l-elementi mhux essenzjali tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ tingħata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-aġġustament tal-emissjonijiet tas-CO2 ta' referenza skont l-Artikolu 12(2) u, għall-emendar tal-Annessi I u II fir-rigward ta' ċerti parametri tekniċi, inkluż il-ponderazzjonijiet tal-profili tal-missjoni, it-tagħbija, u l-kilometraġġi annwali kif ukoll il-fatturi tal-aġġustament tat-tagħbija. Hu importanti b'mod partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa tul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anke fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet29. B'mod partikolari, biex jiżguraw parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jenħtieġ jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħalma jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u jenħtieġ li sistematikament l-esperti tagħhom ikollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jieħdu ħsieb it-tħejjija tal-atti delegati.
(37)  Biex jiġu emendati u ssupplimentati l-elementi mhux essenzjali tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ tingħata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-ispeċifikar tal-kriterji tekniċi għad-definizzjoni tal-iskop vokazzjonali ta' vettura u għad-definizzjoni tax-xarabanks urbani filwaqt li jiġu stabbiliti regoli u kundizzjonijiet dettaljati li jippermettu manifatturi konnessi jiffurmaw akkomunament, tiġi stabbilita skema ta' ttestjar annwali għal kampjun rappreżentattiv ta' komponenti, unitajiet u sistemi fir-rigward tal-aġġustament tal-emissjonijiet tas-CO2 ta' referenza, l-introduzzjoni ta' test tal-konformità waqt is-servizz fuq it-triq u, għall-emendar tal-Annessi I u II fir-rigward ta' ċerti parametri tekniċi, inkluż il-ponderazzjonijiet tal-profili tal-missjoni, it-tagħbija, u l-kilometraġġi annwali kif ukoll il-fatturi tal-aġġustament tat-tagħbija. Hu importanti b'mod partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa tul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anke fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet29. B'mod partikolari, biex jiżguraw parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħalma jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u li sistematikament l-esperti tagħhom ikollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jieħdu ħsieb it-tħejjija tal-atti delegati.
__________________
__________________
29 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
29 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Sabiex jikkontribwixxu għat-twettiq tal-mira tal-Unjoni li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tagħha bi 30 % inqas mil-livelli tal-2005 sal-2030 fis-setturi koperti bl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 2018/... [ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi], u biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi u biex ikun żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, dan ir-Regolament jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda, fejn l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tal-flotta tal-Unjoni ta' vetturi tqal ġodda għandhom jitnaqqsu, meta mqabbel mal-emissjonijiet tas-CO2 ta' referenza, kif ġej:
Sabiex jikkontribwixxu għat-twettiq tal-mira tal-Unjoni li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tagħha bi 30 % inqas mil-livelli tal-2005 sal-2030 fis-setturi koperti bl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 2018/842, u biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi u biex ikun żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda, fejn l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tal-flotta tal-Unjoni ta' vetturi tqal ġodda għandhom jitnaqqsu, meta mqabbel mal-emissjonijiet tas-CO2 ta' referenza, kif ġej:
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a
(a)  Mill-1 ta' Jannar 2025 sal-31 ta' Diċembru 2029 bi 15 %;
(a)  Mill-1 ta' Jannar 2025 sal-31 ta' Diċembru 2029, b'20 %;
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b
(b)  Mill-1 ta' Jannar 2030 'il quddiem b'mill-inqas 30 %, soġġetta għal reviżjoni skont l-Artikolu 13.
(b)  Mill-1 ta' Jannar 2030 'il quddiem b'mill-inqas 35 %, soġġetta għal reviżjoni skont l-Artikolu 13.
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 2a (ġdid)
Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel lejn mobbiltà mingħajr emissjonijiet u biex jiġu pprovduti inċentivi għall-iżvilupp u l-użu tas-suq u tal-infrastruttura tal-Unjoni għall-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi, dan ir-Regolament jistabbilixxi punt ta' riferiment għas-sehem ta' vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi fil-flotta tal-manifatturi kollha għall-2025 u l-2030, skont l-Artikolu 5.
L-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 għandhom jiġu aġġustati skont il-prestazzjoni fuq il-bażi tal-punt ta' riferiment f'konformità mal-punt 4 tal-Anness I.
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
Dan ir-Regolament għandu japplika għall-vetturi ġodda tal-kategoriji N2 u N3 li jissodisfaw il-karatteristiċi li ġejjin:
Dan ir-Regolament għandu japplika bħala l-ewwel pass għall-vetturi ġodda tal-kategoriji N2 u N3 li jissodisfaw il-karatteristiċi li ġejjin:
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Dan għandu japplika wkoll, għall-finijiet tal-Artikolu 5 u tal-punt 2.3 tal-Anness I, għall-vetturi tal-kategoriji M2 u M3, u għall-vetturi tal-kategorija N li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 u li ma jissodisfawx il-karatteristiċi stabbiliti fil-punti (a) sa (d).
Dan għandu japplika wkoll, għall-finijiet tal-Artikolu 1(2a), tal-Artikolu 5 u tal-punt 4 tal-Anness I, għall-vetturi tal-kategorija N li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a u li ma jissodisfawx il-karatteristiċi stabbiliti fil-punti (a) sa (d). Barra minn hekk, dan għandu japplika, għall-finijiet tal-Artikolu 1(2b) għall-vetturi tal-kategoriji M2 u M3 li jissodisfaw il-kriterji tekniċi msemmija fil-paragrafu 2a ta' dan l-Artikolu.
_________________
1a Ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (ĠU L 145, 31.5.2011, p. 1)
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Il-Kummissjoni għandha tadotta, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2019, atti delegati skont l-Artikolu 15 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika l-kriterji tekniċi għad-definizzjoni tal-iskop vokazzjonali ta' vettura u għad-definizzjoni ta' xarabanks urbani koperti mir-Regolament.
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt h
(h)  "vettura vokazzjonali" tfisser vettura tqila li mhix maħsuba għat-twassil tal-merkanzija u li għaliha ġew iddeterminati l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil, skont ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu, biss għal profili oħra tal-missjoni għajr dawk definiti fil-punt 2.1 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament;
(h)  "vettura vokazzjonali" tfisser vettura tqila li mhix maħsuba għat-twassil tal-merkanzija, li l-iskop vokazzjonali tagħha jkun ġie ddefinit abbażi tal-kriterji tekniċi speċifikati skont l-Artikolu 2(2a), u li għaliha ġew iddeterminati l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil, skont ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu, biss għal profili oħra tal-missjoni għajr dawk definiti fil-punt 2.1 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament;
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt k
(k)  "vettura tqila b'emissjonijiet baxxi" tfisser vettura tqila, li mhix vettura tqila mingħajr emissjonijiet, li għandha emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi ta' inqas minn 350 g CO2/km, kif iddeterminat skont il-punt 2.1 tal-Anness I;
(k)  "vettura tqila b'emissjonijiet baxxi" tfisser vettura tqila, li mhix vettura tqila mingħajr emissjonijiet, li għandha emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi, kif iddeterminat skont il-punt 2.1 tal-Anness I, li huma 50 % anqas mill-emissjonijiet ta' referenza tas-CO2 għal kull subgrupp, kif determinat skont il-punt 3 tal-Anness I;
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b
(b)  il-fattur tal-vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi ddeterminat skont l-Artikolu 5.
imħassar
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Mill-2020 u kull sena kalendarja sussegwenti, il-Kummissjoni għandha tiddetermina, permezz tal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(1), għal kull manifattur, il-fattur tal-vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi msemmija fl-Artikolu 4(b) għas-sena kalendarja preċedenti.
Mill-ta' Jannar 2025, is-sehem speċifiku ta' vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi fil-flotta tal-manifattur f'sena kalendarja għandu jitqabbel mal-valuri li ġejjin:
Sitwazzjoni fl-2025: minimu ta' 5 %;
Sitwazzjoni fl-2030: 20 %, soġġetta għal reviżjoni skont l-Artikolu 13.
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Il-fattur tal-vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi għandu jqis l-għadd u l-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi fil-flotta tal-manifattur f'sena kalendarja, inkluż il-vetturi mingħajr emissjonijiet tal-kategoriji msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1), kif ukoll il-vetturi vokazzjonali mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi.
imħassar
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 3
Il-fattur tal-vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi għandu jiġi kkalkulat skont il-punt 2.3 tal-Anness I.
imħassar
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi għandhom jitqiesu kif ġej:
Għall-finijiet tal-ilħuq tal-miri msemmija fil-paragrafu 1, dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għall-vetturi tal-kategorija N li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 u li ma jissodisfawx il-karatteristiċi stabbiliti fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 2(1), ta' dan ir-Regolament.
(a)  vettura tqila mingħajr emissjonijiet għandha tingħadd bħala żewġ (2) vetturi;
(b)  il-vetturi tqal b'emissjonijiet baxxi għandhom jingħadd sa massimu ta' żewġ (2) vetturi skont funzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tagħhom u l-livell limitu tal-emissjonijiet ta' 350 g CO2/km.
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 3
3.  Il-fattur tal-vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi għandu jnaqqas l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' manifattur b'massimu ta' 3 %. Il-kontribut tal-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet fil-kategoriji msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1) għal dak il-fattur għandu jnaqqas l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' manifattur b'massimu ta' 1,5 %.
imħassar
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2
2.  It-trajettorja tat-tnaqqis tas-CO2 imsemmija fil-paragrafu 1(a) għandha tiġi stabbilita għal kull manifattur skont il-punt 5.1 tal-Anness I, abbażi ta' trajettorja lineari bejn l-emissjonijiet tas-CO2 ta' referenza msemmijin fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1 u l-mira tal-2025 speċifikata fil-punt (a) ta' dak l-Artikolu, u bejn il-mira tal-2025 u l-mira tal-2030 speċifikati fil-punt (b) ta' dak l-Artikolu.
2.  It-trajettorja tat-tnaqqis tas-CO2 imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandha tiġi stabbilita għal kull manifattur skont il-punt 5.1 tal-Anness I, abbażi ta' trajettorja lineari bejn l-emissjonijiet tas-CO2 ta' referenza msemmijin fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(1) u l-mira tal-2025 speċifikata fil-punt (a) ta' dak l-Artikolu, u bejn il-mira tal-2025 u l-mira tal-2030 speċifikati fil-punt (b) ta' dak l-Artikolu.
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 7a (ġdid)
Artikolu 7a
L-akkomunament
1.  Il-manifatturi konnessi jistgħu jiffurmaw akkomunament bil-għan li jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 5.
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 15 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament bil-għan li tistabbilixxi regoli u kundizzjonijiet dettaljati li jippermettu lill-manifatturi konnessi jifformaw akkomunament fuq bażi miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja.
Emendi 74 u 75
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1
1.  Meta manifattur jinstab li għandu emissjonijiet żejda skont il-paragrafu 2 f'sena kalendarja partikolari mill-2025 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha timponi primjum għall-emissjonijiet żejda kkalkulat skont il-formula li ġejja:
1.  Meta manifattur jinstab li għandu emissjonijiet żejda skont il-paragrafu 2 f'sena kalendarja partikolari mill-2025 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha timponi fuq il-manifattur jew il-maniġer tal-akkomunament, skont kif ikun il-każ, primjum għall-emissjonijiet żejda kkalkulat skont il-formula li ġejja:
Mill-perjodu 2025 sal-2029,
(il-primjum għall-emissjonijiet żejda) = (l-emissjonijiet żejda x 6 000 €/gCO2/tkm)
(il-primjum għall-emissjonijiet żejda) = (l-emissjonijiet żejda x 5 000 €/gCO2/tkm)
Mill-2030 'il quddiem
(il-primjum għall-emissjonijiet żejda) = (l-emissjonijiet żejda x 6 800 €/gCO2/tkm)
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-livell tal-primjum għall-eċċess ta' emissjonijiet dejjem jeċċedi l-ispejjeż marġinali medji tat-teknoloġiji meħtieġa biex jintlaħqu l-miri msemmija fl-Artikolu 1(1).
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 4
4.  L-ammonti tal-primjum għall-emissjonijiet żejda għandhom jitqiesu bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.
4.  L-ammonti tal-primjum għall-emissjonijiet żejda għandhom jitqiesu bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni. Dawk l-ammonti għandhom jintużaw biex jikkumplimentaw il-miżuri tal-Unjoni jew dawk nazzjonali li, f'kooperazzjoni mill-qrib mas-sħab soċjali u l-awtoritajiet kompetenti, jippromwovu l-iżvilupp tal-ħiliet jew ir-riallokazzjoni tal-ħaddiema fis-settur tal-karozzi fl-Istati Membri kollha affettwati, b'mod partikolari fir-reġjuni u l-komunitajiet l-aktar affettwati mit-tranżizzjoni, sabiex jikkontribwixxu għal tranżizzjoni ġusta lejn mobbiltà mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi.
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tqis dawk id-devjazzjonijiet għall-finijiet tal-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' manifattur.
2.  Il-Kummissjoni għandha tqis dawk id-devjazzjonijiet għall-finijiet tal-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' manifattur, u tadotta, fejn ikun xieraq, l-emissjonijiet tas-CO2 ta' referenza tal-2019 ikkalkulati f'konformità mal-punt 3 tal-Anness I.
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Sabiex tiġi żgurata l-preċiżjoni tad-data rrapportata mill-manifatturi skont ir-Regolament (UE) 2018/956 u r-Regolament (UE) 2017/2400, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 15 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament bil-għan li tistabbilixxi, sa mill-2019, skema ta' ttestjar annwali, għal kampjun rappreżentattiv minn kull manifattur tal-komponenti, tal-unitajiet tekniċi separati u tas-sistemi speċifikati fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2017/2400 tal-vetturi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Ir-riżultati ta' dawk it-testijiet għandhom jitqabblu mad-data mdaħħla mill-manifatturi skont ir-Regolament (UE) 2017/2400 u, meta jinstabu irregularitajiet sistematiċi, l-emissjonijiet speċifiċi medji kkalkulati f'konformità mal-punt 2.7 tal-Anness I u, fejn xieraq, l-emissjonijiet tas-CO2 ta' referenza tal-2019 kkalkulati f'konformità mal-Punt 3 tal-Anness I, għandhom jiġu aġġustati.
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b
(b)  mill-2020, il-fattur tal-vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi, kif imsemmi fl-Artikolu 5;
(b)  mill-2020, għal kull manifattur, is-sehem speċifiku tiegħu ta' vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi fis-sena kalendarja preċedenti, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1);
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 11
Artikolu 11
Artikolu 11
L-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-enerġija fid-dinja reali
L-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-enerġija fid-dinja reali
1.  Il-Kummissjoni għandha timmonitorja u tivvaluta r-rappreżentanza fid-dinja reali taċ-ċifri tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-valuri tal-konsum tal-fjuwil iddeterminati skont ir-Regolament (UE) 2017/2400. Għandha tiżgura li l-pubbliku jkun infurmat dwar kif dan jevolvi maż-żmien.
1.  Il-Kummissjoni għandha timmonitorja u tivvaluta r-rappreżentanza fid-dinja reali taċ-ċifri tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-valuri tal-konsum tal-fjuwil iddeterminati skont ir-Regolament (UE) 2017/2400.
2.  Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tiżgura d-disponibbiltà, mingħand il-manifatturi jew l-awtoritajiet nazzjonali, skont il-każ, ta' data robusta mhux personali dwar l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-enerġija fid-dinja reali mill-vetturi tqal.
2.  Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tiżgura d-disponibbiltà, inkluża għal partijiet terzi għall-fini ta' ttestjar indipendenti, mingħand il-manifatturi jew l-awtoritajiet nazzjonali, skont il-każ, ta' data robusta dwar l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-enerġija fid-dinja reali mill-vetturi tqal, abbażi ta' data minn miters standardizzati tal-konsum tal-fjuwil.
2a.  Il-Kummissjoni għandha tadotta, mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2019, atti delegati skont l-Artikolu 15 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tintroduċi test tal-konformità waqt is-servizz fuq it-triq biex tiżgura li l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil fuq it-triq tal-vetturi tqal ma jaqbżux id-data tal-monitoraġġ irrappurtata skont ir-Regolament (UE) 2017/2400 u r-Regolament (UE) 2018/956 b'aktar minn 10 %. Il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe devjazzjoni li taqbeż dak il-limitu għall-finijiet tal-kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji ta' manifattur, u tadotta, fejn ikun xieraq, l-emissjonijiet tas-CO2 ta' referenza tal-2019.
2b.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-pubbliku jkun infurmat dwar kif ir-rappreżentanza f'użu reali msemmija fil-paragrafu 1 tevolvi maż-żmien.
3.  Il-Kummissjoni tista' tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, l-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 14(2).
3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, regoli dettaljati dwar il-proċeduri għar-rapportar tad-data minn miters tal-konsum tal-fjuwil imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 14(2).
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1
1.  Biex ikun żgurat li l-parametri tekniċi użati għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' manifattur skont l-Artikolu 4 u l-kalkolu tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi skont l-Artikolu 6 jqisu l-progress tekniku u l-iżvilupp tal-loġistika tat-trasport tal-merkanzija, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 15 biex temenda d-dispożizzjonijiet li ġejjin stabbiliti fl-Annessi I u II.
1.  Biex ikun żgurat li l-parametri tekniċi użati għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' manifattur skont l-Artikolu 4 u l-kalkolu tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi skont l-Artikolu 6 jqisu l-progress tekniku u l-iżvilupp tal-loġistika tat-trasport tal-merkanzija, il-Kummissjoni għandha kontinwament u fil-ħin taġġorna l-għodda ta' simulazzjoni VECTO u tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 15 biex temenda d-dispożizzjonijiet li ġejjin stabbiliti fl-Annessi I u II.
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1
Sal-31 ta' Diċembru 2022, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-effikaċja ta' dan ir-Regolament, il-mira tat-tnaqqis tas-CO2 li għandha tiġi ddeterminata għall-2030 skont l-Artikolu 1 u l-iffissar ta' miri tat-tnaqqis tas-CO2 għal tipi oħra ta' vetturi tqal inkluż it-trejlers. Dak ir-rapport għandu jinkludi wkoll valutazzjoni tal-effikaċja tal-modalitajiet li jindirizzaw, b'mod partikolari, il-vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi, l-aktar ix-xarabanks, filwaqt li jitqiesu l-miri stabbiliti fid-Direttiva 2009/33/KE, u s-sistema tal-krediti tas-CO2, u l-adegwatezza li tittawwal l-applikazzjoni ta' dawk il-modalitajiet fl-2030 u lil hinn u, meta xieraq, magħha tinhemeż proposta biex jiġi emendat dan ir-Regolament.
Sal-31 ta' Diċembru 2022, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-effikaċja ta' dan ir-Regolament, il-mira tat-tnaqqis tas-CO2 li għandha tiġi aġġustata, jekk meħtieġ, għall-2030 skont l-Artikolu 1, il-punt ta' riferiment għas-sehem ta' vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi għall-2030 skont l-Artikolu 5, u l-iffissar ta' miri tat-tnaqqis tas-CO2 għal tipi oħra ta' vetturi tqal inkluż it-trejlers u l-vetturi vokazzjonali bħat-trakkijiet tal-ġbir tal-iskart. Dak ir-rapport għandu jinkludi wkoll valutazzjoni tal-effikaċja tal-modalitajiet li jindirizzaw, b'mod partikolari, l-varar ta' vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi, l-aktar ix-xarabanks, filwaqt li jitqiesu l-miri stabbiliti fid-Direttiva 2009/33/KE30, u s-sistema tal-krediti tas-CO2, u l-adegwatezza li tittawwal l-applikazzjoni ta' dawk il-modalitajiet fl-2030 u lil hinn, l-introduzzjoni tal-infrastruttura meħtieġa ta' ċċarġjar u ta' riforniment ta' fjuwil, il-possibbiltà li jkunu introdotti standards tas-CO2 għall-magni partikolarment għal vetturi vokazzjonali, il-kumbinazzjonijiet differenti lil hinn mid-dimensjonijiet standard applikabbli għat-trasport nazzjonali, bħall-Kunċetti Modulari, ir-rappreżentanza tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-valuri tal-konsum tal-fjuwil fid-dinja reali determinati f'konformità mar-Regolament (UE) 2017/2400 kif ukoll valutazzjoni tal-aġġornament tal-għodda ta' simulazzjoni VECTO. Ir-rapport għandu, kif xieraq, ikun akkumpanjat minn proposta biex jiġi emendat dan ir-Regolament.
_______________
________________
30 Id-Direttiva 2009/33/KE dwar Vetturi Nodfa kif emendata bid-Direttiva .../.../UE
30 Id-Direttiva 2009/33/KE dwar Vetturi Nodfa kif emendata bid-Direttiva .../.../UE
Emenda 76
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1a (ġdid)
Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2020, il-Kummissjoni għandha tiżvluppa metodoloġija speċifika biex, fil-każ tal-applikazzjonijiet CNG u LNG, tinkludi l-effett tal-użu ta' fjuwils tat-trasport gassużi avvanzati u rinnovabbli – konformi mal-kriterji sostenibbli definiti skont RED II – għall-komputazzjoni tal-emissjonijiet medji tal-flotta. Fejn xieraq, din il-metodoloġija għandha tkun akkumpanjata minn proposta biex jiġi emendat dan ir-Regolament.
Emenda 73
Proposta għal regolament
Artikolu 13 - paragrafu 1b (ġdid)
Il-Kummissjoni għandha barra minn hekk tevalwa l-possibbiltà li tiġi żviluppata metodoloġija għall-valutazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 tul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-vetturi tqal kollha mqiegħda fis-suq tal-Unjoni. Abbażi ta' dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sabiex jiġu stabbiliti l-obbligi ta' rapportar taċ-ċiklu tal-ħajja għall-manifatturi u biex jiġu speċifikati r-regoli u l-proċeduri meħtieġa għal dak ir-rapportar.
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat ta' [...] stabbilit bir-Regolament (UE) Nru .../2018 [Governanza]. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima stabbilit bl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
_________________
1a Ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 13).
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 2
2.  Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 10(2) u 12(1) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu taż-żmien mhux determinat minn [enter the date of entry into force of this Regulation].
2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 2(2a), 7a, 9(3a), 10(2), 11(2a) u 12(1) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 3
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 10(2) u 12(1) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f'dik id-Deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' xi att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 2(2a), 7a, 9(3a), 10(2), 11(2a) u 12(1) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f'dik id-Deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' xi att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 6
6.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 10(2) u 12(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jkunu esprimew l-ebda oġġezzjoni għalih fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma għarrfu lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż għal xahrejn b'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
6.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 2(2a), 7a, 9(3a), 10(2), 11(2a) u 12(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1
Regolament (KE) Nru 595/2009
Artikolu 5 – paragrafu 4 – punt l
"(1) proċedura li tivverifika, abbażi ta' kampjuni xierqa u rappreżentattivi, jekk il-vetturi li jkunu ġew irreġistrati u daħlu fis-servizz humiex konformi maċ-ċifri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil iddeterminati skont dan ir-Regolament u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu;"
"(1) proċedura li tivverifika, abbażi ta' kampjuni xierqa u rappreżentattivi, jekk il-vetturi li jkunu ġew irreġistrati u daħlu fis-servizz humiex konformi maċ-ċifri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil iddeterminati skont dan ir-Regolament u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu; dik il-proċedura għandha titwettaq ukoll minn partijiet terzi akkreditati u indipendenti skont l-Artikolu 13(10) tar-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a."
_______________
1a Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).
Emenda 77
Proposta għal regolament
Artikolu 16a (ġdid)
Artikolu 16a
Emenda għad-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE
Fl-Anness I tad-Direttiva 96/53/KE1a il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 2.2.4.2:
"2.2.5 Il-piż massimu awtorizzat tal-kombinazzjonijiet ta' vetturi li jaħdmu bi fjuwils alternattivi kif iddefinit fil-punt (b) tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) .../... [Proposta għal regolament COM(2018)0284] jiżdied bil-piż addizzjonali meħtieġ għat-teknoloġija ta' fjuwils alternattivi b'massimu ta' tunnellata.
2.2.6  Il-piż massimu awtorizzat tal-kombinazzjonijiet ta' vetturi mingħajr emissjonijiet huwa miżjud bil-piż addizzjonali meħtieġ għat-teknoloġiji mingħajr emissjonijiet li għandhom jiddependu fuq il-medda mingħajr emissjonijiet tal-vettura, b'massimu ta' 2 tunnellati. Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2019, tadotta formula biex tikkalkula l-piż meħtieġ."
____________________________
1a Id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta' Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità d-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59).
Emenda 67
Proposta għal regolament
Anness I – punt 2 – punt 2.3
2.3.  Kalkolu tal-fattur ta' mingħajr emissjonijiet u tal-emissjonijiet baxxi kif imsemmi fl-Artikolu 5
imħassar
Għal kull manifattur u għal kull sena kalendarja, il-fattur ta' mingħajr emissjonijiet u tal-emissjonijiet baxxi (ZLEV) imsemmi fl-Artikolu 5 għandu jiġi kkalkulat kif ġej:
ZLEV = V / (Vconv + Vzlev) b'minimu ta' 0,97
Fejn:
V hu l-għadd ta' vetturi tqal ġodda tal-manifattur fl-2025 għajr il-vetturi vokazzjonali kollha skont l-Artikolu 4(a).
Vconv hu l-għadd ta' vetturi tqal ġodda tal-manifattur għajr il-vetturo vokazzjonali skont l-Artikolu 4(a) u għajr il-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet jew b'emissjonijiet baxxi.
Vzlev hi s-somma ta' Vin u Vout,
Fejn,
null
hi s-somma tal-vetturi tqal kollha mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi bil-karatteristiċi stabbiliti fl-Artikolu 2(1)(a) sa (d);
null
huma l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi fi g/km ta' vettura tqila mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi v iddeterminati skont il-punt 2.1.
hu l-għadd totali ta' vetturi tqal mingħajr emissjonijiet tal-kategoriji msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1), immultiplikat bi 2, u sa massimu ta' 1,5% ta' Vconv.
Emenda 68
Proposta għal regolament
Anness I – punt 2 – punt 2.7 – formula
CO2 = ZLEV × sg share,sg× MPWsg × avgCO2sg
CO2 = ∑ sg share,sg× MPWsg × avgCO2sg
Fejn,
Fejn,
∑ hi s-somma tas-subgruppi kollha;
∑ hi s-somma tas-subgruppi kollha;
ZLEV hu kif iddeterminat fil-punt 2.3
share,sg hu kif iddeterminat fil-punt 2.4
share,sg hu kif iddeterminat fil-punt 2.4
MPW,sg hu kif iddeterminat fil-punt 2.6
MPW,sg hu kif iddeterminat fil-punt 2.6
avgCO2,sg hu kif iddeterminat fil-punt 2.2
avgCO2,sg hu kif iddeterminat fil-punt 2.2
Emenda 69
Proposta għal regolament
Anness I – punt 4 – paragrafu 1 – formula – linja 1
T = ∑ sg sharesg × MPWsg × (1 - rf) × rCO2sg
T = ZLEV_benchmark_factor * ∑ sg sharesg × MPWsg × (1 - rf) × rCO2sg
Emenda 70
Proposta għal regolament
Anness I – punt 4 – paragrafu 1 – formula – linja 4
rf hi l-mira tat-tnaqqis tas-CO2 (bħala %) kif speċifikat fl-Artikolu 1(a) u (b) għas-sena kalendarja speċifika;
rf hi l-mira tat-tnaqqis tas-CO2 (bħala %) kif speċifikat fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1 għas-sena kalendarja speċifika;
Emenda 71
Proposta għal regolament
Anness I – punt 4 – paragrafu 1a (ġdid)
Għall-perjodu mill-2025 sal-2029, ZLEV_benchmark_factor huwa (1+y-x) sakemm dan l-ammont ma jkunx akbar minn 1,03 jew iżgħar minn 0,97, f'liema każ ZLEV_benchmark_factor għandu jkun stabbilit għal 1,03 jew 0,97, kif meħtieġ.
Fejn,
x huwa 5 %
y huwa s-sehem ta' vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi fil-flotta ta' vetturi tqal ġodda rreġistrati tal-manifattur, ikkalkulat bħala s-somma tal-għadd totali ta' vetturi mingħajr emissjonijiet tal-kategorija N li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 u li ma jissodisfawx il-karatteristiċi stabbiliti fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 2(1) u tal-għadd totali ta' vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi li jissodisfaw il-karatteristiċi stabbiliti fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 2(1), fejn kull waħda minnhom tingħadd bħala ZLEV_specific f'konformità mal-formula ta' hawn taħt, diviż bin-numru totali ta' vetturi rreġistrati fis-sena kalendarja rilevanti;
ZLEV_specific = 1- (CO2v/(0,5*rCO2sg), fejn:
Co2v2v huma l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi fi g/km ta' vettura tqila mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi v iddeterminati skont il-punt 2.1.
rCO2,sg hu kif iddeterminat fit-Taqsima 3
Emenda 72
Proposta għal regolament
Anness I – punt 4 – paragrafu 1b (ġdid)
Għall-2030 ZLEV_benchmark_factor huwa (1+y-x) sakemm dan l-ammont ma jkunx akbar minn 1,05, f'liema każ ZLEV_benchmark_factor għandu jkun stabbilit għal 1,05;
jekk din is-somma tkun bejn 1,0 u 0,98, ZLEV_benchmark_factor għandu jkun stabbilit għal 1,0;
jekk din is-somma tkun aktar baxxa minn 0,95 ZLEV_benchmark_factor għandu jkun stabbilit għal 0,95.
Fejn,
x huwa 20 %, soġġetta għal reviżjoni skont l-Artikolu 13.
y huwa s-sehem ta' vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi fil-flotta ta' vetturi tqal ġodda rreġistrati tal-manifattur, ikkalkulat bħala s-somma tal-għadd totali ta' vetturi mingħajr emissjonijiet tal-kategorija N li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 u li ma jissodisfawx il-karatteristiċi stabbiliti fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 2(1) u tal-għadd totali ta' vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi li jissodisfaw il-karatteristiċi stabbiliti fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 2(1), fejn kull waħda minnhom tingħadd bħala ZLEV_specific f'konformità mal-formula ta' hawn taħt, diviż bin-numru totali ta' vetturi rreġistrati fis-sena kalendarja rilevanti
ZLEV_specific = 1- (CO2v/(0,5*rCO2sg), fejn:
Co2v2v huma l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi fi g/km ta' vettura tqila mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi v ddeterminati skont il-punt 2.1.
rCO2,sg hu kif iddeterminat fil-punt 3.

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għal negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli, skont l-. Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A8-0354/2018).

Aġġornata l-aħħar: 11 ta' Mejju 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza