Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2017/0237(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0340/2018

Testi mressqa :

A8-0340/2018

Dibattiti :

PV 14/11/2018 - 22
CRE 14/11/2018 - 22

Votazzjonijiet :

PV 15/11/2018 - 5.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0462

Testi adottati
PDF 422kWORD 129k
Il-Ħamis, 15 ta' Novembru 2018 - Strasburgu Verżjoni finali
Id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji ***I
P8_TA(2018)0462A8-0340/2018
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (riformulazzjoni) (COM(2017)0548 – C8-0324/2017 – 2017/0237(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – riformulazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0548),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0324/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Jannar 2018(1),

–  wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali(2),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-24 ta' Lulju 2017 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu f'konformità mal-Artikolu 104(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 104 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0340/2018),

A.  billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali;

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 197, 8.6.2018, p. 66.
(2) ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' Novembru 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (riformulazzjoni)
P8_TC1-COD(2017)0237

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)  Iridu jsiru għadd ta’ emendi fir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(2) sabiex tingħata protezzjoni aħjar lill-passiġġieri u titħeġġeġ żieda fl-ivvjaġġar bil-ferrovija, filwaqt li jitqiesu b'mod xieraq l-Artikoli 11, 12 u 14 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Fid-dawl ta' dawn l-emendi u fl-interess taċ-ċarezza, jenħtieġ li dak ir-Regolament għalhekk li r-Regolament (KE) Nru 1371/2007 jiġi riformulat. [Em. 1]

(2)  Fil-qafas tal-politika komuni tat-trasport, hu importanti li d-drittijiet tal-utent tal-passiġġieri ferrovjarji jkunu mħarsa u tittejjeb il-kwalità u l-effettività tas-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri biex jiġi megħjun it-tkabbir tas-sehem tat-trasport ferrovjarju meta mqabbel ma’ mezzi oħra tat-trasport.

(3)  Minkejja li fl-Unjoni sar bosta progress fejn tidħol il-protezzjoni tal-konsumaturi, il-protezzjoni tad-drittijiet tal-passiġġieri tal-ferroviji u l-iżgurar ta' kumpens għal dewmien, kanċellazzjonijiet u kwalunkwe ħsara materjali jeħtieġ titjieb li jitjiebu aktar. [Em. 2]

(4)  Ġaladarba l-passiġġier tal-ferroviji hu l-parti d-dgħajfa fil-kuntratt tat-trasport, għandhom jiġu mħarsa d-drittijiet tal-passiġġier f’dan ir-rigward.

(5)  Jekk il-passiġġieri tal-ferroviji li jagħmlu vjaġġi internazzjonali u domestiċi fuq distanzi twal jingħataw l-istess drittijiet, dan iżid il-livell ta’ protezzjoni tal-konsumaturi tad-drittijiet tal-passiġġieri fl-Unjoni, jiżgura kundizzjonijiet ekwi għall-impriżi ferrovjarji, b'mod partikolari rigward l-aċċess tagħhom għall-informazzjoni u lill-passiġġieri jiggarantilhom livell uniformi ta’ drittijiet għall-kumpens f'każ ta' dewmien jew kanċellazzjoni. Il-passiġġieri jenħtieġ li jirċievu informazzjoni kemm jista' jkun preċiża rigward id-drittijiet tagħhom. [Em. 3]

(5a)   Dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jaffettwax ħażin l-abbiltà tal-Istati Membri jew tal-awtoritajiet kompetenti li jistabbilixxu tariffi soċjali għal servizzi regolati taħt obbligu ta' servizz pubbliku, kif ukoll għal servizzi kummerċjali. [Em. 4]

(6)  Is-servizzi ferrovjarji urbani, suburbani u reġjonali tal-passiġġieri għandhom natura differenti mis-servizzi fuq distanzi twal. Għalhekk l-Istati Membri għandhom jenħtieġ li jitħallew jeżentaw lis-servizzi ferrovjarji urbani, suburbani u reġjonali tal-passiġġieri li mhumiex servizzi transfruntieri fl-Unjoni minn ċerti dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-passiġġieri. [Em. 136]

(7)  Huwa mira ta’ dan ir-Regolament li jtejjeb is-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri fl-Unjoni. Għalhekk l-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jagħtu eżenzjonijiet għal servizzi f’reġjuni fejn parti konsiderevoli mis-servizz jitħaddem barra mill-Unjoni, diment li jkun żgurat livell xieraq ta’ drittijiet tal-passiġġieri min-naħa ta’ dawn is-servizzi mogħtija fit-territorju ta’ dawn l-Istati Membri, b’konformità mal-liġijiet nazzjonali tagħhom.

(8)  Madankollu, l-eżenzjonijiet m’għandhomx japplikaw għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament li jiffaċilitaw l-użu tas-servizzi ferrovjarji mill-persuni b’diżabbiltà jew mill-persuni b’mobbiltà mnaqqsa. Minbarra dan, l-eżenzjoni temporanja m’għandhiex tapplika għad-drittijiet ta’ dawk li jixtiequ jixtru biljetti biex jivvjaġġaw bil-ferrovija biex jagħmlu dan mingħajr diffikultajiet żejda, u lanqas għal dawk id-dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltà tal-impriżi ferrovjarji fir-rigward tal-passiġġieri u l-bagalji tagħhom, u lanqas għar-rekwiżit li l-impriżi ferrovjarji jkunu assigurati sew, u lanqas għar-rekwiżit li dawk l-impriżi jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw is-sigurtà personali tal-passiġġieri fl-istazzjonijiet ferrovjarji u fuq il-ferroviji u biex jimmaniġġaw ir-riskju. [Em. 6]

(9)  Id-drittijiet tal-utenti għal servizzi bil-ferrovija jinkludu li jirċievu informazzjoni rigward is-servizz dawk is-servizzi u kwistjonijiet relatati kemm qabel kif ukoll, matul il-vjaġġ kif ukoll warajh. Kull meta hu possibbli, L-impriżi ferrovjarji u l-bejjiegħa tal-biljetti għandhom jenħtieġ li jipprovdu din l-informazzjoni, mill-aktar fis possibbli, minn qabel u mill-aktar fis possibbli jew għall-inqas fil-bidu tal-vjaġġ. Dik l-informazzjoni jenħtieġ li tingħata b’formati aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltà u l-persuni għall-persuni b’mobbiltà mnaqqsa u jenħtieġ li tkun disponibbli għall-pubbliku. L-impriżi ferrovjarji jenħtieġ li jipprovdu din l-informazzjoni lill-bejjiegħa tal-biljetti u lill-impriżi ferrovjarji oħra li jbigħu s-servizz tagħhom. [Em. 7]

(9a)   Aċċess għad-data operattiva kollha u għat-tariffi f'ħin reali fuq bażi nondiskriminatorja u vijabbli jagħmel l-ivvjaġġar aktar aċċessibbli għal konsumaturi ġodda u jipprovdilhom firxa aktar wiesgħa ta' possibbiltajiet ta' vvjaġġar u tariffi minn fejn jistgħu jagħżlu. L-impriżi ferrovjarji jenħtieġ li jipprovdu lill-bejjiegħa tal-biljetti kollha data operattiva u dwar it-tariffi, sabiex jiffaċilitaw l-ivvjaġġar bil-ferrovija. Jenħtieġ li jsiru sforzi biex jippermettu lill-passiġġieri jibbukkjaw il-biljetti globali u l-aħjar vjaġġi ferrovjarji individwali. [Em. 8]

(9b)   Trasport tal-passiġġieri multimodali intensiv se jgħin biex jintlaħqu l-għanijiet klimatiċi. Għalhekk jenħtieġ ukoll li l-impriżi ferrovjarji jirreklamaw kombinazzjonijiet ma' mezzi oħra tat-trasport sabiex l-utenti tal-ferroviji jkunu jafu bihom qabel ma jagħmlu r-riżervazzjonijiet tal-ivvjaġġar tagħhom. [Em. 9]

(9c)  Sistemi tat-trasport tal-passiġġieri multimodali żviluppati sew se jgħinu biex jintlaħqu l-għanijiet klimatiċi. Għalhekk jenħtieġ ukoll li l-impriżi ferrovjarji jirreklamaw kombinazzjonijiet ma' mezzi oħra tat-trasport sabiex l-utenti tal-ferroviji jkunu jafu bihom qabel ma jagħmlu r-riżervazzjonijiet tal-ivvjaġġar tagħhom. [Em. 10]

(10)  Rekwiżiti aktar dettaljati rigward l-għoti tal-informazzjoni dwar l-ivvjaġġar huma stabbiliti fl-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà (TSI) msemmija fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 454/2011(3).

(11)  It-tisħiħ tad-drittijiet tal-passiġġieri ferrovjarji għandu jinbena fuq il-liġi internazzjonali eżistenti li tinsab fl-Appendiċi A — Regoli uniformi dwar il-Kuntratt għat-Trasport Internazzjonali ta’ Passiġġieri u Bagalji bil-Ferrovija (CIV) mal-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) tad-9 ta’ Mejju 1980, kif modifikati mill-Protokoll għall-modifikazzjoni tal-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija tat-3 ta’ Ġunju 1999 (il-Protokoll tal-1999). Madankollu huwa mixtieq li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jiġi estiż sabiex jipproteġi mhux biss lill-passiġġieri internazzjonali iżda anki lill-passiġġieri domestiċi. Fit-23 ta’ Frar 2013, l-Unjoni aderiet mal-COTIF.

(12)  Fil-kuntest tal-bejgħ tal-biljetti tat-trasport tal-passiġġieri, l-Istati Membri jenħtieġ jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jipprojbixxu diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità jew ir-residenza, irrispettivament minn jekk il-passiġġier konċernat hux preżenti, b’mod permanenti jew temporanju, fi Stat Membru ieħor. Dawk il-miżuri jenħtieġ ikopru kull forma moħbija ta’ diskriminazzjoni li, għax jitħaddmu kriterji oħrajn, bħalma huma r-residenza, il-post fiżiku jew diġitali, jista’ jkollhom l-istess effett. Minħabba l-iżvilupp ta’ pjattaformi fuq l-internet li jbigħu l-biljetti tat-trasport tal-passiġġieri, l-Istati Membri jenħtieġ jagħtu attenzjoni speċjali biex jiżguraw li ma ssir l-ebda diskriminazzjoni waqt il-proċess biex jiġu aċċessati l-pjattaformi ta' aċċess għall-pjattaformi fuq l-internet jew biex jinxtraw il-biljetti. Iżda Madankollu, jenħtieġ li l-iskemi tat-trasport li jinvolvu tariffi soċjali ma jiġux esklużi awtomatikament, diment dment li dawn ikunu proporzjonati u jitħaddmu indipendentement min-nazzjonalità tal-persuni konċernati. [Em. 11]

(13)  Iż-żieda fil-popolarità taċ-ċikliżmu madwar l-Unjoni qed tħalli implikazzjonijiet fuq il-mobbiltà ġenerali u t-turiżmu. Jekk fil-qasma modali jiżdied l-użu tal-ferroviji u taċ-ċikliżmu, jonqos l-impatt tat-trasport fuq l-ambjent. Għalhekk l-impriżi ferrovjarji jenħtieġ jiffaċilitaw kemm jista’ jkun it-taħlita taċ-ċikliżmu u l-vjaġġi bil-ferrovija, l-aktar billi jippermettu l-ġarr b'mod partikolari jenħtieġ li jipprovdu biżżejjed stands għall-ġarr tar-roti fuq il-ferroviji miġbura f'żoni maħsuba għal dak l-iskop abbord ta' kull tip ta' ferrovija tal-passiġġieri, inklużi servizzi b'veloċità għolja, fuq distanza twila, transfruntiera u lokali. Il-passiġġieri jenħtieġ li jiġu infurmati dwar l-ispazju disponibbli għar-roti. Dawn ir-rekwiżiti jenħtieġ li japplikaw għall-impriżi ferrovjarji kollha minn... [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. [Em. 12]

(14)  L-impriżi ferrovjarji għandhom Jenħtieġ li l-impriżi ferrovjarji jiffaċilitaw it-trasferiment ta’ passiġġieri ferrovjarji minn operatur għal ieħor billi jipprovdu biljetti globali, kull meta dan ikun possibbli. [Em. 13]

(15)  Fid-dawl tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà u sabiex il-persuni b’diżabbiltà u l-persuni b’mobbiltà mnaqqsa jingħataw opportunitajiet għall-ivvjaġġar bil-ferroviji li jkunu komparabbli ma’ dawk ta’ ċittadini oħra, għandhom jenħtieġ li jiġu stabbiliti r-regoli għal nondiskriminazzjoni u assistenza waqt il-vjaġġ tagħhom. Il-persuni b’diżabbiltà u l-persuni b’mobbiltà mnaqqsa, kemm jekk ikkawżata mid-diżabilità mid-diżabbiltà, mill-età jew minn xi fattur ieħor, għandhom l-istess dritt bħaċ-ċittadini l-oħra kollha għall-moviment liberu u għan-nondiskriminazzjoni. Fost l-oħrajn, għandha jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali għall-għoti ta’ informazzjoni aċċessibbli lill-persuni b’diżabbiltà u lill-persuni b’mobbiltà mnaqqsa rigward l-aċċessibbiltà tas-servizzi ferrovjarji, il-kundizzjonijiet tal-aċċess tal-vaguni u l-faċilitajiet abbord. Sabiex il-passiġġieri b’indeboliment sensorju jkunu mogħtija l-aħjar informazzjoni dwar xi dewmien, għandhom jenħtieġ li jintużaw sistemi viżivi u awditivi, kif jixraq. Il-Persuni b’diżabbiltà u l-persuni b’mobbiltà mnaqqsa għandhom ikunu jistgħu jixtru l-biljetti minn fuq il-ferrovija mingħajr ħlasijiet żejda li huma xierqa u komprensibbli għal dawk il-passiġġieri. Il-persunal għandu jenħtieġ li jingħata t-taħriġ kif xieraq biex ikun jista’ jissodisfa l-ħtiġijiet tal-persuni b’diżabbiltà u tal-persuni b’mobbiltà mnaqqsa, l-aktar meta jkun qed jagħtihom assistenza. Sabiex ikunu żgurati l-istess kundizzjonijiet tal-ivvjaġġar, jenħtieġ li dawn il-persuni għandhom jingħataw assistenza fl-istazzjonijiet u abbord f’kull ħin meta joperaw il-ferroviji mingħajr ħlas biex jitilgħu abbord u mhux biss f’ċerti ħinijiet tal-jum biex jinżlu mill-ferrovija. [Em. 14]

(15a)  Jekk ma jkun hemm l-ebda faċilità disponibbli għall-bejgħ tal-biljetti fl-istazzjon, il-persuni b'diżabbiltà u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa jenħtieġ li jkunu jistgħu jixtru l-biljetti abbord il-ferrovija. [Em. 15]

(16)  L-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet jenħtieġ jikkunsidraw il-bżonnijiet tal-persuni b’diżabbiltà u tal-persuni b’mobbiltà mnaqqsa, permezz ta’ konformità mat-TSIs għal persuni b’mobbilità mnaqqsa mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1300/2014 (TSI)(4) u d-Direttiva XXX meta jiġu kkomplementati t-TSI. Minbarra dan, b’konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku, b’mod partikolari d-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), il-bini u l-vaguni kollha jenħtieġ ikunu li jkunu aċċessibbli billi progressivament jitneħħew l-ostakli l-ostakoli fiżiċi u t-tfixikil t-tfixkil funzjonali meta jinxtara materjal ġdid jew isir xogħol ta’ kostruzzjoni jew xogħol maġġuri ta’ rinnovazzjoni. [Em. 16]

(17)  Hu mixtieq li dan ir-Regolament joħloq sistema ta’ kumpens għall-passiġġieri fil-każ ta’ dewmien, li hija marbuta mar-responsabbiltà tal-impriża ferrovjarja, fuq l-istess bażi bħas-sistema internazzjonali pprovduta mill-COTIF u b’mod partikolari r-Regoli Uniformi CIV tagħha dwar id-drittijiet tal-passiġġieri. Il-biljetti mixtrija jenħtieġ li jkunu kompletament rimborżabbli. F’każ ta’ dewmien fit-tul ta’ servizz tal-passiġġieri, l-impriżi ferrovjarji jenħtieġ jagħtu kumpens lill-passiġġieri skont persentaġġ perċentwal sa 100 % tal-prezz tal-biljett. [Em. 17]

(18)  L-impriżi ferrovjarji għandhom ikunu jenħtieġ li jkunu obbligati li jkunu assigurati, jew li jagħmlu arranġamenti ekwivalenti, għar-responsabbiltà tagħhom lejn il-passiġġieri tal-ferroviji fil-każ ta’ inċident. Jekk l-Istati Membri jistabbilixxu ammont massimu ta’ kumpens għad-danni f’każ ta’ mewt ta’ passiġġieri jew korrimenti personali ta’ passiġġieri, dak l-ammont tal-inqas jenħtieġ ikun li jkun daqs l-ammont stabbilit fir-Regoli Uniformi CIV. L-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jżidu l-ammont ta' kumpens għad-danni fil-każ ta' mewt jew korrimenti personali ta' passiġġieri fi kwalunkwe ħin. [Em. 18]

(19)  Id-drittijiet imsaħħa ta’ kumpens u ta’ assistenza fil-każ ta’ dewmien, konnessjoni li ma ntlaħqitx jew kanċellazzjoni għandhom iwasslu għal inċentivi akbar għas-suq tal-passiġġieri tal-ferroviji, għall-benefiċċju tal-passiġġieri.

(20)  F’każ ta’ dewmien, il-passiġġieri għandhom jenħtieġ li jingħataw alternattivi għal kontinwazzjoni tat-trasport jew għal ridirezzjonar tar-rotta b’kundizzjonijiet tat-trasport komparabbli. F’dan il-każ jenħtieġ li jitqiesu b'mod partikolari l-ħtiġijiet tal-persuni ta' informazzjoni xierqa għall-persuni b’diżabbiltà u tal-persuni għall-persuni b’mobbiltà mnaqqsa. [Em. 19]

(20a)   L-interpretazzjoni ta' vjaġġ jew ta' vjaġġ ikkombinat jenħtieġ li tinkludi s-sitwazzjonijiet kollha b'ħinijiet ta' konnessjoni minimi realistiċi jew applikabbli fil-mument tal-prenotazzjoni magħmula oriġinarjament, b'kont meħud ta' kwalunkwe fattur rilevanti bħad-daqs u l-post tal-istazzjonijiet rispettivi u l-bankini kkonċernati. [Em. 137]

(21)  Iżda l-impriża ferrovjarja ma jenħtieġx tkun obbligata tħallas kumpens jekk turi li d-dewmien seħħ minħabba kundizzjonijiet severi tat-temp jew minħabba diżastri naturali kbar li pperikolaw l-operazzjoni sikura tas-servizzi. Kull każ bħal dan jenħtieġ ikollu l-karattru ta’ katastrofi naturali eċċezzjonali, kif distint mill-kundizzjonijiet normali u staġunali tat-temp, bħal ngħidu aħna l-maltempati tal-ħarifa jew l-għargħar urbani regolari li jseħħ bil-mareat jew meta jinħall is-silġ. L-impriżi ferrovjarji jenħtieġ juru li la setgħu jbassru u lanqas jevitaw id-dewmien anki meta jkunu ħadu l-miżuri raġonevoli kollha. [Em. 20]

(22)  F’koperazzjoni mal-amministraturi tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-istazzjonijiet jenħtieġ iħejju li jħejju u jagħmlu disponibbli għall-pubbliku pjanijiet ta’ kontinġenza biex kemm jista’ jkun inaqqsu l-impatt tal-interruzzjonijiet il-kbar billi lill-passiġġieri jagħtuhom informazzjoni xierqa u attenzjoni. [Em. 21]

(23)  Dan ir-Regolament m’għandux jillimita d-drittijiet jenħtieġ li ma jillimitax id-drittijiet tal-impriżi ferrovjarji, tal-bejjiegħa tal-biljetti, tal-istazzjonijiet ferrovjarji jew tal-amministraturi tal-infrastruttura milli jitolbu kumpens, meta jkun applikabbli, mingħand xi kwalunkwe persuna, inkluż mingħand xi partijiet terzi, biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom lejn il-passiġġieri skont il-liġi nazzjonali applikabbli dan ir-Regolament. [Em. 22]

(24)  Meta Stat Membru jagħti eżenzjoni lill-impriżi ferrovjarji mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, hu għandu jħeġġeġ lill-impriżi ferrovjarji, f’konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-passiġġieri, biex idaħħlu fis-seħħ arranġamenti għall-kumpens u għall-assistenza f’każ ta’ interruzzjonijiet kbar fis-servizz ferrovjarju tal-passiġġieri.

(25)  Hu mixtieq ukoll li l-vittmi tal-inċidenti u dawk li jiddependu fuqhom ikunu meħlusa minn preokkupazzjonijiet finanzjarji għaż-żmien qasir fil-perjodu eżatt wara l-inċident.

(26)  Hu fl-interess tal-passiġġieri tal-ferroviji li jittieħdu l-miżuri xierqa, bi ftehim ma’ l-awtoritajiet pubbliċi, biex jiżguraw is-sigurtà personali tagħhom fl-istazzjonijiet kif ukoll fuq il-ferroviji.

(27)  Il-passiġġieri ferrovjarji għandhom ikunu jenħtieġ li jkunu jistgħu jressqu lment lil kwalunkwe impriża ferrovjarja involuta, bejjiegħ tal-biljetti, stazzjon ferrovjarju jew amministratur tal-infrastruttura involuti dwar id-drittijiet u l-obbligi mogħtija minn dan ir-Regolament, u għandhom ikun jenħtieġ li jkunu intitolati li jirċievu tweġiba fi żmien raġonevoli. [Em. 23]

(28)  L-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet għandhom jenħtieġ li jiddefinixxu l-istandards tal-kwalità tas-servizz għas-servizzi tal-passiġġieri tal-ferroviji, jagħmluhom disponibbli għall-pubbliku, jamministrawhom u jimmonitorjawhom, inkluż dawk għal persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa. [Em. 24]

(29)  Biex jinżamm livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur fit-trasport ferrovjarju, għandu jkun meħtieġ jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu obbligati jinnominaw Korpi Nazzjonali tal-Infurzar biex isegwu mill-qrib u jinfurzaw dan ir-Regolament fil-livell nazzjonali. Dawk il-Korpi għandhom ikunu jenħtieġ li jkunu jistgħu jieħdu bosta miżuri ta’ infurzar, u jipprovdu l-għażla għall-passiġġieri ta' soluzzjoni alternattiva tat-tilwim vinkolanti f'konformità mad-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Il-passiġġieri jenħtieġ ikunu li jkunu jistgħu jressqu l-ilmenti tagħhom quddiem dawn il-korpi dwar l-allegat ksur tar-Regolament Regolament, u li jużaw soluzzjoni tat-tilwim online stabbilita skont ir-Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7) meta jkun hemm qbil. Jenħtieġ li jiġi previst ukoll li l-ilmenti jkunu jistgħu jsiru minn organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw gruppi ta' passiġġieri. Biex ikun żgurat li dawn l-ilmenti jiġu trattati b’mod sodisfaċenti, il-korpi jenħtieġ jikkoperaw li jikkooperaw ukoll bejniethom u dan ir-Regolament jenħtieġ li jkompli jiġi elenkat fl-Anness għar-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8). Kull sena l-korpi tal-infurzar jenħtieġ li jippubblikaw rapporti bl-istatistika fuq is-siti web tagħhom fejn jiddeskrivu n-numru u t-tip ta' lmenti li jkunu rċevew, u r-riżultati tal-azzjonijiet tal-infurzar tagħhom. Barra minn hekk, dawn ir-rapporti jenħtieġ li jkunu disponibbli fuq is-sit web tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji. [Em. 25]

(30)  L-ipproċessar tad-dejta personali jenħtieġ isir skont il-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta personali, b’mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9).

(31)  L-Istati Membri għandhom jenħtieġ li jistabbilixxu penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u jiżguraw li dawn il-penali jiġu applikati. Il-penali, li jistgħu jinkludu l-ħlas ta’ kumpens lill-persuna inkwistjoni, jenħtieġ ikunu li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u jenħtieġ li jinkludu, iżda ma jkunux limitati għal, multa minima jew perċentwal tal-fatturat annwali tal-impriża jew l-organizzazzjoni rilevanti, skont liema minnhom ikun l-ogħla. [Em. 26]

(32)  Peress li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-iżvilupp tal-ferroviji tal-Unjoni u l-introduzzjoni tad-drittijiet tal-passiġġieri, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(33)  Sabiex ikun żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-passiġġieri, is-setgħa li tadotta atti b’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tingħata lill-Kummissjoni biex temenda l-Annessi I, II, u III tar-Regoli Uniformi CIV, l-informazzjoni minima li għandhom jagħtu l-impriżi ferrovjarji u l-bejjiegħa tal-biljetti, dwar l-istandards minimi tal-kwalità tas-servizz, u biex taġġusta l-ammonti finanzjarji msemmija f’dan ir-Regolament skont l-inflazzjoni. Hu partikolarment importanti li waqt il-ħidma preparatorja, il-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru b’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet(10). B’mod partikolari, biex tkun żgurata l-istess parteċipazzjoni waqt it-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin mal-esperti tal-Istati Membri, u b’mod sistematiku l-esperti tagħhom ikollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(33a)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tadotta mudell standardizzat għal formola ta' lment tal-Unjoni li l-passiġġieri jistgħu jużaw biex japplikaw għal kumpens f'konformità ma dan ir-Regolament. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11). [Em. 27]

(34)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikoli 21, 26, 38 u 47 li jikkonċernaw, rispettivament, il-projbizzjoni ta’ kull forma ta’ diskriminazzjoni u l-integrazzjoni ta’ persuni b’diżabbiltà, livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi, u d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust. Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat mill-qrati tal-Istati Membri b’rispett sħiħ ta’ dawn id-drittijiet u l-prinċipji.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

Is-suġġett u l-objettivi [Em. 28]

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli applikabbli għat-trasport ferrovjarju li jipprevedu l-protezzjoni effettiva tal-passiġġieri u jinkoraġġixxu l-ivvjaġġar ferrovjarju fir-rigward ta’ dan li ġej: [Em. 29]

(a)  in-nondiskriminazzjoni bejn il-passiġġieri fir-rigward tal-kundizzjonijiet tat-trasport u tal-ħruġ tal-biljetti; [Em. 30]

(b)  ir-responsabbiltà tal-impriżi ferrovjarji u l-obbligi tagħhom tal-assigurazzjoni għall-passiġġieri u għall-bagalji tagħhom;

(c)  id-drittijiet tal-passiġġieri f’każ ta’ inċidenti li jirriżultaw mill-użu tas-servizzi ferrovjarji u li jikkaġunaw mewt ta’ passiġġier jew korriment personali ta’ passiġġier jew telf ta’ bagalja ta’ passiġġier jew dannu lil bagalja ta’ passiġġier;

(d)  id-drittijiet u l-kumpens tal-passiġġieri f’każ ta’ tfixkil, bħal kanċellazzjoni jew dewmien; [Em. 31]

(e)  l-informazzjoni minima, preċiża u f'waqtha li għandha tingħata lill-passiġġieri tiġi pprovduta f'format aċċessibbli għall-passiġġieri, inkluż il-konklużjoni ta' kuntratti ta' trasport u l-ħruġ ta' biljetti; [Em. 32]

(f)  in-nondiskriminazzjoni kontra l-persuni b’diżabbiltà u l-persuni b’mobbiltà mnaqqsa, u l-assistenza obbligatorja minn persunal imħarreġ lill-persuni b’diżabbiltà u lill-persuni b’mobbiltà mnaqqsa; [Em. 33]

(g)  id-definizzjoni u l-monitoraġġ tal-istandards tal-kwalità tas-servizzi u l-immaniġġar tar-riskji għas-sigurtà personali tal-passiġġieri;

(h)  it-trattament proċeduri xierqa għall-preżentazzjoni u t-trattament tal-ilmenti; [Em. 34]

(i)  ir-regoli ġenerali dwar l-infurzar.

Artikolu 2

Il-kamp ta’ applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament għandu japplika għall-vjaġġi u s-servizzi ferrovjarji domestiċi u internazzjonali fl-Unjoni provduti minn impriża ferrovjarja waħda jew aktar li jkunu liċenzjati skont id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12).

2.  Soġġetti għall-paragrafu 4, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw is-servizzi li ġejjin mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament:

(a)  is-servizzi ferrovjarji urbani, suburbani u reġjonali tal-passiġġieri kif imsemmi fid-Direttiva 2012/34/UE, għajr is-servizzi transfruntieri fl-Unjoni; [Em. 138]

(b)  is-servizzi ferrovjarji internazzjonali tal-passiġġieri li parti konsiderevoli minnhom, inkluż minn tal-inqas waqfa waħda prevista fi stazzjon, issir barra l-Unjoni, u diment li d-drittijiet tal-passiġġieri jkunu żgurati kif xieraq skont il-liġi nazzjonali rilevanti fit-territorju tal-Istat Membru li jagħti l-eżenzjoni. mill-Unjoni. [Em. 36]

(ba)  servizzi domestiċi ferrovjarji tal-passiġġieri meta din l-eżenzjoni tkun ingħatat mill-Istati Membri skont ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 għal massimu ta' 12-il xahar wara... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. [Em. 37]

3.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-eżenzjonijiet mogħtija skont il-punti (a) u, (b) tal-paragrafu 2, u dwar l-adegwatezza tal-liġi nazzjonali tagħhom fit-territorju tagħhom għall-finijiet tal-punt (b) (ba) tal-paragrafu 2. [Em. 38]

4.  L-Artikoli 5, 10 6, 11 u 25, 12, 17 u l-Kapitolu V għandhom japplikaw għas-servizzi ferrovjarji kollha tal-passiġġieri msemmija fil-paragrafu 1, inkluż is-servizzi eżentati skont il-punti il-punt (a) u (b) tal-paragrafu 2. [Em. 39]

4a.  Dan ir-Regolament m'għandux japplika għas-servizzi li jitħaddmu strettament għall-interess storiku tagħhom. [Em. 40]

Artikolu 3

Id-definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)  “impriża ferrovjarja” tfisser impriża ferrovjarja kif definita fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2012/34/UE;

(1a)  "trasportatur" tfisser l-impriża ferrovjarja kuntrattwali li magħha l-passiġġier ikun ikkonkluda l-kuntratt ta' trasport jew serje ta' impriżi ferrovjarji suċċessivi li jinżammu responsabbli abbażi ta' dan il-kuntratt; [Em. 41]

(1b)  "trasportatur sostituttiv" tfisser impriża ferrovjarja, li ma tkunx ikkonkludiet il-kuntratt ta' trasport mal-passiġġier, iżda li lilha l-impriża ferrovjarja li tkun parti għall-kuntratt tkun fdat, bis-sħiħ jew parzjalment, it-twettiq tat-trasport bil-ferrovija; [Em. 42]

(2)  “amministratur tal-infrastruttura” tfisser amministratur tal-infrastruttura kif definit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2012/34/UE;

(3)  “amministratur tal-istazzjon” tfisser entità organizzattiva fi Stat Membru, li ngħatat ir-responsabbiltà għall-amministrazzjoni ta’ stazzjon ferrovjarju u li tista’ tkun l-amministrattur tal-infrastruttura;

(4)  “operatur tal-vjaġġi” tfisser organizzatur jew bejjiegħ, minbarra impriża ferrovjarja, skont it-tifsira tal-Artikolu 3 il-punti (8) u (9) tal-punt (8) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2015/2302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13); [Em. 43]

(5)  “bejjiegħ tal-biljetti” tfisser kull bejjiegħ bl-imnut ta’ servizzi tat-trasport ferrovjarju li jikkonkludi kuntratti ta’ trasport u li jbigħ biljetti, biljetti separati jew biljetti globali f’isem impriża ferrovjarja waħda jew aktar jew għalih innifsu; [Em. 44]

(5a)  "distributur" tfisser bejjiegħ bl-imnut ta' servizzi tat-trasport ferrovjarju li jbigħ biljetti f'isem impriża ferrovjarja u li ma jkollu ebda obbligu skont il-kuntratt konkluż bejn il-passiġġier u l-impriża ferrovjarja. [Em. 45]

(6)  “kuntratt ta’ trasport” tfisser kuntratt ta’ trasport bi ħlas jew mingħajr ħlas bejn impriża ferrovjarja jew bejjiegħ tal-biljetti u l-passiġġier għall-għoti ta’ servizz tat-trasport wieħed jew aktar; [Em. 46]

(6a)  "biljett" tfisser evidenza valida li tintitola lill-passiġġier għal trasport ferrovjarju, irrispettivament mill-forma, il-karta, il-biljett elettroniku, l-Ismart card jew il-kard tal-ivvjaġġar tiegħu; [Em. 47]

(6b)  "vjaġġ ikkombinat" tfisser biljett jew biljetti li jirrappreżentaw aktar minn kuntratt ta' trasport wieħed għal servizzi ferrovjarji suċċessivi mħaddma minn impriża ferrovjarja waħda jew aktar; [Em. 48]

(7)  “riżervazzjoni” tfisser awtorizzazzjoni, fuq il-karti jew b’forma elettronika, li tagħti d-dritt għal trasport soġġett għal arranġamenti personalizzati ta’ trasport ikkonfermati minn qabel;

(8)  “biljetti globali” tfisser biljett jew biljetti separati li jirrappreżentaw kuntratt ta’ trasport uniku jew bosta kuntratti ta' trasport għal servizzi ferrovjarji suċċessivi mogħtija mħaddma minn impriża ferrovjarja waħda jew aktar mixtrija mill-istess bejjiegħ tal-biljetti, mill-operatur tal-ivvjaġġar jew mill-impriża ferrovjarja għal vjaġġ minn tarf sa tarf; [Em. 49]

(9)  “servizz” tfisser servizz tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri li jopera bejn stazzjonijiet ferrovjarji jew waqfiet skont skeda tal-ħinijiet;

(10)  “vjaġġ” tfisser il-ġarr ta’ passiġġieri bejn stazzjon tat-tluq u stazzjon tal-wasla skont kuntratt ta’ trasport uniku; [Em. 50]

(11)  “servizz domestiku tal-passiġġieri bil-ferrovija” tfisser servizz ferrovjarju tal-passiġġieri li ma jaqsamx fruntiera ta’ Stat Membru;

(12)  “servizz internazzjonali tal-passiġġieri bil-ferrovija” tfisser servizz internazzjonali tal-passiġġieri bil-ferrovija kif definit fl-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2012/34/UE;

(13)  “dewmien” tfisser id-differenza fil-ħin bejn il-ħin meta l-passiġġier kien previst jasal skont il-ħinijiet ippubblikati u l-ħin tal-wasla proprja jew mistenni tiegħu jew tagħha fl-aħħar stazzjon tad-destinazzjoni;

(13a)  "wasla" tfisser il-ħin meta, fuq il-pjattaforma tad-destinazzjoni, il-bibien tal-ferrovija jinfetħu u l-passiġġieri jitħallew jinżlu; [Em. 51]

(14)  “pass tal-ivvjaġġar” jew “biljett staġunali” tfisser biljett għal numru bla limitu ta’ vjaġġi li jipprovdi lid-detentur awtorizzat bi vjaġġar ferrovjarju fuq rotta jew netwerk partikolari matul perjodu speċifiku;

(15)  “konnessjoni li ma ntlaħqitx” tfisser sitwazzjoni fejn meta, sew jekk taħt kuntratt ta' trasport uniku jew le, passiġġier jitlef servizz wieħed jew aktar waqt vjaġġ jew waqt vjaġġ ikkombinat minħabba dewmien jew kanċellazzjoni ta’ servizz preċedenti wieħed jew aktar; [Em. 139]

(16)  “ persuna b’diżabbiltà ” u “persuna b’mobbiltà mnaqqsa” tfisser kull persuna li għandha indeboliment fiżiku , mentali, intellettwali jew li jolqot is-sensisensorjali, permanenti jew temporanju li, meta tiltaqa’ ma’ bosta ostakli ostakoli, jista’ jfixkilha milli tuża t-trasport bis-sħiħ u b’mod effettiv bħall-passiġġieri l-oħra jew li l-mobbiltà tagħha meta tuża t-trasport tonqos minħabba l-età; [Em. 53]

(17)  “Kundizzjonijiet Ġenerali tat-Trasport” tfisser il-kundizzjonijiet tal-impriża ferrovjarja fil-forma ta’ kundizzjonijiet ġenerali jew tariffi legalment fis-seħħ f’kull Stat Membru u li saru parti integrali minnu permezz tal-konklużjoni tal-kuntratt ta’ trasport;

(18)  “vettura” tfisser vettura bil-mutur jew karru li jinġarru fl-okkażjoni tat-trasport tal-passiġġieri;

(19)  “Regoli Uniformi CIV” tfisser ir-Regoli Uniformi li jikkonċernaw il-Kuntratt għat-Trasport Internazzjonali ta’ Passiġġieri u Bagalji bil-Ferrovija (CIV), kif stipulat fl-Appendiċi A tal-Konvenzjoni dwar il-Ġarr Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF).

KAPITOLU II

Il-kuntratt tat-trasport, l-informazzjoni u l-biljetti

Artikolu 4

Il-kuntratt ta’ trasport

Soġġetti għad-Dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, il-konklużjoni u l-prestazzjoni ta’ kuntratt ta’ trasport u l-għoti tal-informazzjoni u tal-biljetti għandhom ikunu rregolati mid-Dispożizzjonijiet tat-Titolu II u tat-Titolu III tal-Anness I.

Artikolu 5

Kundizzjonijiet nondiskriminatorji tal-kuntratt ta’ trasport

Mingħajr preġudizzju għat-tariffi soċjali, l-impriżi ferrovjarji u l-bejjiegħa, l-operaturi tal-vjaġġi jew il-bejjiegħa tal-biljetti għandhom joffru kundizzjonijiet kuntrattwali u tal-biljetti tat-trasport u tariffi lill-pubbliku ġenerali u għandhom ibiegħu biljetti, biljetti globali u jaċċettaw riżervazzjonijiet mill-passiġġieri f'konformità mal-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament, mingħajr diskriminazzjoni diretta jew indiretta minħabba n-nazzjonalità jew ir-residenza tal-klijent tal-passiġġier aħħari jew minħabba l-post tal-istabbiliment tal-impriża ferrovjarja, tal-operaturi tal-vjaġġi jew tal-bejjiegħ tal-biljetti fl-Unjoni jew il-mezz użat mill-passiġġieri biex jixtru l-biljett. [Em. 55]

Artikolu 6

Ir-roti

Il-passiġġieri għandhom ikunu intitolati li jrikkbu r-roti abbord il-ferrovija, meta jkun xieraq, bi ħlas raġonevoli. Dawn għandhom iżommu għajnejhom inkluż fuq servizzi ta' veloċità għolja, fuq ir-roti tagħhom matul il-vjaġġ u jiżguraw li ma jkunux ta’ inkonvenjenza u li ma jikkawżaw l-ebda dannu lill-passiġġieri l-oħrajn, lit-tagħmir tal-mobbiltà, lill-bagalji jew lill-operazzjonijiet ferrovjarji. Il-ġarr tar-roti jista’ jiġi rrifjutat jew ristrett minħabba s-sikurezza jew minħabba raġunijiet operazzjonali, diment li distanza twila, transfruntiera u lokali. Il-ferroviji tal-passiġġieri ġodda jew rinnovati kollha għandhom, sa mhux aktar tard minn [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], jinkludu spazju magħżul apposta għall-ġarr tar-roti miġbura flimkien bi spazju għal mill-inqas tmien roti. L-impriżi ferrovjarji, il-bejjiegħa tal-biljetti, l-operaturi turistiċi u, fejn meta jkun xieraq, l-amministraturi tal-istazzjonijiet għandhom javżaw lill-passiġġieri bil-kundizzjonijiet għal dan ir-rifjut jew għal din ir-restrizzjoni sa mhux aktar tard mix-xiri tal-biljett bil-kundizzjonijiet għall-ġarr tar-roti fuq is-servizzi kollha skont ir-Regolament (UE) Nru 454/2011. [Em. 56]

Artikolu 7

Esklużjoni tar-rinunzji u stipulazzjoni tal-limiti

1.  L-obbligi lejn il-passiġġieri skont dan ir-Regolament ma jistgħux jiġu limitati jew rinunzjati, b’mod partikolari permezz ta’ xi deroga jew klawżola restrittiva fil-kuntratt ta’ trasport. Kwalunkwe kundizzjoni kuntrattwali li timplika direttament jew indirettament li tirrinunzja, tidderoga minn jew tirrestrinġi d-drittijiet li jirriżultaw minn dan ir-Regolament m'għandhiex tkun vinkolanti fuq il-passiġġier. [Em. 57]

2.  L-impriżi ferrovjarji, l-operaturi tal-vjaġġi jew il-bejjiegħa tal-biljetti jistgħu joffru kundizzjonijiet kuntrattwali aktar favorevoli lill-passiġġieri mill-kundizzjonijiet imniżżla f’dan ir-Regolament. [Em. 58]

Artikolu 8

L-obbligu li tingħata informazzjoni dwar il-waqfien tas-servizzi ferrovjarji

L-impriżi ferrovjarji, jew meta jkun xieraq, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-kuntratt tas-servizz ferrovjarju pubbliku għandhom jippubblikaw b’mezzi xierqa, u mingħajr dewmien, inkluż b’formati aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltà skont ir-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà stabbiliti fid-Direttiva XXX(14), u fir-Regolament (UE) Nru 1300/2014, u fi żmien biżżejjed qabel l-implimentazzjoni tagħhom, id-deċiżjonijiet il-proposti li jitwaqqfu s-servizzi jew li jitnaqqsu sostanzjalment is-servizzi kemm jekk b’mod permanenti jew b’mod temporanju, u għandhom jiżguraw li dawk il-proposti jkunu soġġetti għal konsultazzjoni sinifikanti u xierqa qabel ma ssir kwalunkwe implimentazzjoni. [Em. 59]

Artikolu 9

L-informazzjoni dwar l-ivvjaġġar

1.  L-impriżi ferrovjarji, l-operaturi tal-vjaġġi u l-bejjiegħa tal-biljetti li joffru kuntratti ta’ trasport f'isimhom stess jew f’isem impriża ferrovjarja waħda jew aktar għandhom jipprovdu lill-passiġġier, fuq talba tiegħu, minn tal-inqas l-informazzjoni mniżżla fl-Anness II, il-Parti I fir-rigward tal-vjaġġi li għalihom jiġi offrut kuntratt ta’ trasport mill-impriża ferrovjarja konċernata. Il-bejjiegħa tal-biljetti li joffru kuntratti ta’ trasport għalihom infushom, u l-operaturi tal-vjaġġi, għandhom jipprovdu din l-informazzjoni meta tkun disponibbli. Sabiex tiġi żgurata l-konformità ma' dan ir-Regolament, l-impriżi ferrovjarji għandhom jipprovdu din l-informazzjoni lill-bejjiegħa tal-biljetti u lil impriżi ferrovjarji oħra, li jbigħu s-servizz tagħhom. [Em. 60]

2.  L-impriżi ferrovjarji u, meta possibbli l-bejjiegħa applikabbli, il-bejjiegħa tal-biljetti għandhom jipprovdu lill-passiġġier waqt il-vjaġġ, inkluż fl-istazzjonijiet ta’ konnessjoni, minn tal-inqas l-informazzjoni mniżżla fl-Anness II, il-Parti II. Sabiex tiġi żgurata l-konformità ma' dan ir-Regolament, l-impriżi ferrovjarji għandhom jipprovdu din l-informazzjoni lill-bejjiegħa tal-biljetti u lil impriżi ferrovjarji oħra, li jbigħu s-servizz tagħhom. [Em. 61]

3.  L-informazzjoni imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tingħata bl-aktar format xieraq inkluż mill-impriżi ferrovjarji, l-operaturi tal-vjaġġi u l-bejjiegħa tal-biljetti lill-passiġġieri billi jintużaw teknoloġiji aġġornati tal-komunikazzjoni faċilment aċċessibbli, użati b'mod komuni u, fir-rigward tal-paragrafu 2, f'ħin reali, u bil-miktub, meta jkun possibbli, sabiex il-passiġġieri jingħataw l-informazzjoni kollha meħtieġa mill-Anness II ta' dan ir-Regolament. Għandha tingħata attenzjoni partikolari biex ikun żgurat li din l-informazzjoni tkun aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltà skont ir-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà stabbiliti fid-Direttiva XXX u, fir-Regolament (UE) Nru 454/2011 u fir-Regolament (UE) Nru 1300/2014. Id-disponibbiltà tal-formati aċċessibbli għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa għandha tiġi rreklamata b'mod ċar. [Em. 62]

4.  L-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-istazzjonijiet u l-amministraturi tal-infrastruttura għandhom jagħmlu disponibbli d-dejta għall-pubbliku d-data ta’ ħin reali dwar il-ferroviji, anki dwar dawk is-servizzi mħaddma minn impriżi ferrovjarji oħrajn, għall-impriżi ferrovjarji u għall-bejjiegħa tal-biljetti b’mod mhux diskriminatorju f'ħin reali sabiex titneħħa kwalunkwe diskriminazzjoni bejn il-passiġġieri. [Em. 63]

4a.  L-impriżi ferrovjarji f'kooperazzjoni mal-amministraturi tal-istazzjon u l-amministraturi tal-infrastruttura għandhom jindikaw fl-iskedi ta' żmien informazzjoni dwar konnessjonijiet u stazzjonijiet ferrovjarji aċċessibbli. [Em. 64]

Artikolu 10

Id-disponibbiltà tal-biljetti, biljetti globali u r-riżervazzjonijiet

1.  L-impriżi ferrovjarji u l-bejjiegħa il-bejjiegħa tal-biljetti għandhom joffru biljetti u, meta disponibbli, biljetti globali u riżervazzjonijiet. Dawn għandhom jagħmlu l-almu kollu tagħhom biex joffri biljetti globali, anki għall-vjaġġi li jaqsmu l-fruntieri u jew li jinvolvu aktar ferroviji u vjaġġi ta' bil-lejl b'aktar minn impriża ferrovjarja waħda. [Em. 65]

2.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 3 u 4, l-impriżi ferrovjarji u l-bejjiegħa tal-biljetti għandhom jiddistribwixxu l-biljetti lill-passiġġieri permezz ta’ minn tal-inqas wieħed mill-punti tal-bejgħ li ġejjin:

(a)  mill-uffiċċji tal-biljetti jew bil-magni tal-biljetti ;

(b)  bit-telefown, bl-internet jew b’xi teknoloġija tal-informatika oħra disponibbli b’mod wiesa’;

(c)  abbord il-ferroviji.

L-Istati Membri L-awtoritajiet kompetenti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(15) jistgħu jeżiġu li l-impriżi ferrovjarji jipprovdu biljetti għas-servizzi pprovduti skont kuntratti ta’ servizz pubbliku permezz ta’ aktar minn punt wieħed tal-bejgħ li ġejjin. [Em. 66]

3.  L-impriżi ferrovjarji għandhom joffru l-possibbiltà li jinkisbu biljetti għas-servizz rispettiv abbord il-ferrovija, diment dment li dan ma jkunx limitat jew miċħud minħabba raġunijiet ġustifikati sew marbuta mas-sigurtà jew ta’ politika kontra l-frodi jew ta’ riżervazzjoni ferrovjarja obbligatorja jew minħabba raġunijiet kummerċjali raġonevoli, fosthom limitazzjoni dwar spazju jew disponibbiltà ta' postijiet. [Em. 67]

4.  Meta ma jkunx hemm uffiċċju tal-biljetti jew magna tal-biljetti fl-istazzjon tat-tluq, il-passiġġieri għandhom ikunu infurmati fl-istazzjon:

(a)  dwar il-possibbiltà li jixtru l-biljetti bit-telefown jew bl-internet jew abbord il-ferrovija, u dwar il-proċedura għal dan ix-xiri;

(b)  dwar l-eqreb stazzjon tal-ferrovija jew post fejn hemm uffiċċju tal-biljetti u/jew magni tal-biljetti.

5.  Meta ma jkunx hemm uffiċċju tal-biljetti jew magna tal-biljetti aċċessibbli fl-istazzjon tat-tluq, il-persuni b’diżabbiltà u l-persuni b’mobbiltà mnaqqsa jew kwalunkwe mezz ieħor biex jinxtraw il-biljetti minn qabel, il-passiġġieri għandhom ikunu jistgħu jitħallew jixtru l-biljetti fuq il-ferrovija mingħajr ħlas żejjed. [Em. 68]

6.  Meta l-passiġġier jirċievi biljetti separati għal vjaġġ wieħed jew għal vjaġġ ikkombinat li jinkludi servizzi ferrovjarji suċċessivi mħaddma minn impriża ferrovjarja waħda jew aktar, id-drittijiet tiegħu għall-informazzjoni, l-assistenza, l-għajnuna u l-kumpens għandhom ikunu bħal dawk mogħtija bil-biljetti globali u jkopru l-vjaġġ kollu tat-tluq lejn id-destinazzjoni finali, għajr jekk il-passiġġier ikun informat b’mod espliċitu mod ieħor bil-miktub. B’mod partikolari, din l-informazzjoni għandha tiddikjara li meta l-passiġġier ma jilħaqx xi konnessjoni, dan ma jkunx intitolat għal assistenza jew kumpens abbażi tat-tul kollu tal-vjaġġ. L-oneru tal-prova li l-informazzjoni ngħatat għandha tkun f’idejn l-impriża ferrovjarja, l-aġent tagħha, l-operatur tal-vjaġġi jew il-bejjiegħ tal-biljetti. il-vjaġġ ikkombinat kollu mit-tluq sad-destinazzjoni finali. [Em. 140]

Artikolu 10a

L-għoti ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar permezz tal-interfaċċi għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet

1.  L-impriżi ferrovjarji għandhom jipprovdu aċċess nondiskriminatorju għall-informazzjoni kollha dwar l-ivvjaġġar, inkluża informazzjoni operattiva f'ħin reali u d-data dwar l-orarji u t-tariffi, kif imsemmi fl-Artikolu 9, permezz tal-interfaċċi għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet (APIs).

2.  L-impriżi ferrovjarji għandhom jipprovdu lill-operaturi tal-vjaġġi, lill-bejjiegħa tal-biljetti u lil impriżi ferrovjarji oħra, li jbigħu s-servizz tagħhom, aċċess nondiskriminatorju għas-sistemi ta' riżervazzjoni permezz ta' APIs, sabiex ikunu jistgħu jikkonkludu kuntratti tat-trasport u joħorġu biljetti, biljetti globali u riżervazzjonijiet, b'tali mod li jipprovdu l-aħjar vjaġġ u l-aktar wieħed kosteffettiv, inklużi vjaġġi transfruntiera.

3.  L-impriżi ferrovjarji għandhom jiżguraw li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-APIs huma dokumentati sew u aċċessibbli b'mod miftuħ mingħajr ebda spiża. L-APIs għandhom jużaw standards miftuħa, protokolli użati b'mod komuni u formati li jinqraw minn magna sabiex jagħmluhom interoperabbli.

4.  L-impriżi ferrovjarji għandhom jiżguraw li, ħlief għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza, kwalunkwe bidla fl-ispeċifikazzjoni teknika tal-APIs tagħhom issir disponibbli bil-quddiem għall-operaturi tal-vjaġġi u l-bejjiegħa tal-biljetti kemm jista' jkun malajr u mhux inqas minn 3 xhur qabel ma tiġi implimentata bidla. Sitwazzjonijiet ta' emerġenza għandhom jiġu dokumentati sew u d-dokumentazzjoni għandha tkun disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti fuq talba.

5.  L-impriżi ferrovjarji għandhom jiżguraw li l-aċċess għall-APIs jingħata b'mod nondiskriminatorju, fl-istess livell ta' disponibbiltà u prestazzjoni, inklużi l-appoġġ, l-aċċess għad-dokumentazzjoni, l-istandards, il-protokolli u l-formati kollha. L-operaturi tal-vjaġġi u l-bejjiegħa tal-biljetti m'għandhomx ikunu fi żvantaġġ meta mqabbla mal-impriżi ferrovjarji nfushom.

6.  L-APIs għandhom jiġu stabbiliti skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1926(16) . [Em. 70]

KAPITOLU III

IR-RESPONSABBILTÀ TAL-IMPRIŻI FERROVJARJI GĦALL-PASSIĠĠIERI U L-BAGALJI TAGĦHOM

Artikolu 11

Dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltà

Soġġetta għad-Dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, u mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali applikabbli li tagħti lill-passiġġieri aktar kumpens għad-danni, ir-responsabbiltà tal-impriżi ferrovjarji fir-rigward tal-passiġġieri u l-bagalji tagħhom għandha tkun irregolata mill-Kapitoli I, III u IV tat-Titolu IV, it-Titolu VI u t-Titolu VII tal-Anness I.

Artikolu 12

L-assigurazzjoni u l-kopertura tar-responsabbiltà f’każ ta’ mewt ta’ passiġġier jew korriment personali ta’ passiġġier

Impriża ferrovjarja għandha tkun assigurata b’mod xieraq, skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2012/34/UE u abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskji tagħha, jew tagħmel arranġamenti ekwivalenti għal kopertura tar-responsabbiltajiet tagħha skont dan ir-Regolament.

Artikolu 13

Il-ħlasijiet bil-quddiem

1.  Jekk passiġġier jinqatel jew iweġġa’, l-impriża ferrovjarja kif imsemmi fl-Artikolu 26(5) tal-Anness I għandha mingħajr dewmien, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn ħmistax-il jum wara li tkun ġiet stabbilita l-identità tal-persuna fiżika intitolata għall-kumpens, tagħmel dawn il-ħlasijiet bil-quddiem kif ikun jeħtieġ biex jintlaħqu l-aktar ħtiġijiet immedjati b’mod proporzjonat għad-dannu mġarrab.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, il-ħlas bil-quddiem m’għandux ikun inqas minn EUR 21 000 għal kull passiġġier f’każ ta’ mewt.

3.  Il-ħlas bil-quddiem ma jikkostitwix ammissjoni tar-responsabbiltà u jista’ jitpaċa minn kwalunkwe somma mħallsa wara abbażi ta’ dan ir-Regolament iżda ma jingħatax lura, ħlief fil-każijiet meta d-dannu jkun sar bin-negliġenza jew bi ħtija tal-passiġġier jew meta l-persuna li rċeviet il-ħlas bil-quddiem ma kinitx il-persuna intitolata għall-kumpens.

Artikolu 14

Kontestazzjoni tar-responsabbilità

Anke jekk l-impriża ferrovjarja tikkontesta r-responsabbiltà tagħha għall-korriment fiżiku ta’ passiġġier li hi terfa’, din għandha tagħmel kull sforz raġonevoli biex tassisti lill-passiġġier li jkun qed jagħmel talba għall-kumpens għal dannu mingħand partijiet terzi.

KAPITOLU IV

ID-DEWMIEN, IL-KONNESSJONIJIET LI MA NTLAĦQUX U L-KANĊELLAZZJONIJIET

Artikolu 15

Ir-responsabbiltà għal dewmien, konnessjonijiet li ma ntlaħqux u kanċellazzjonijiet

Soġġetta għad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, ir-responsabbiltà tal-impriżi ferrovjarji fejn jidħlu dewmien, konnessjonijiet li ma ntlaħqux u kanċellazzjonijiet għandha tkun irregolata mill-Kapitolu II tat-Titolu IV tal-Anness I.

Artikolu 16

Ir-rimborż u r-ridirezzjonar tar-rotta

1.  F’każ li jkun hemm mistenni b’mod raġonevoli, fil-post tat-tluq jew f’każ ta’ konnessjonijiet li ma ntlaħqux matul vjaġġ b’biljett globali, li d-dewmien fil-wasla fid-destinazzjoni finali skont il-kuntratt ta’ trasport se jkun aktar minn 60 minuta jew ikkanċellati, il-passiġġier għandu minnufih jingħata l-għażla bejn waħda minn dawn li ġejjin: [Em. 71]

(a)  rimborż sħiħ ta’ kemm jiswa l-biljett, skont il-kundizzjonijiet li bihom ikun tħallas, għall-parti jew għall-partijiet tal-vjaġġ tiegħu li m’għamilx u għall-parti jew għall-partijiet li diġà saru jekk il-vjaġġ ma jkunx għad fadallu skop fir-rigward tal-pjan oriġinali tal-vjaġġ tal-passiġġier, u meta rilevanti jingħata wkoll servizz għar-ritorn lejn l-ewwel punt tat-tluq mal-ewwel opportunità. Il-ħlas tar-rimborż għandu jsir skont l-istess kundizzjonijiet tal-ħlas tal-kumpens imsemmija fl-Artikolu 17;

(b)  tkomplija jew ridirezzjonar tar-rotta, b'kundizzjonijiet tat-trasport komparabbli, u mingħajr spejjeż addizzjonali, lejn id-destinazzjoni finali mal-ewwel opportunità, inkluż fil-każ ta' konnessjoni mitlufa minħabba dewmien jew kanċellazzjoni tal-parti ta' qabel tal-passiġġier matul il-vjaġġ. F'każ bħal dan, il-passiġġier għandu jitħalla juża s-servizz disponibbli li jkun imiss għad-destinazzjoni finali anki jekk ma jkunx hemm riżervazzjoni speċifika jew il-ferrovija li jmiss titħaddem minn impriża ferrovjarja oħra. [Em. 72]

(c)  tkomplija jew ridirezzjonar tar-rotta, b’kundizzjonijiet tat-trasport komparabbli, lejn id-destinazzjoni finali f’data aktar tard skont il-konvenjenza tal-passiġġier iżda mhux aktar tard minn xahar wara l-istabbiliment mill-ġdid tas-servizz. [Em. 73]

2.  Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1, ir-ridirezzjonar komparabbli jista’ jsir minn kwalunkwe impriża ferrovjarja u jista’ jkun jinvolvi l-użu ta’ trasport ta’ klassi ogħla u mezzi alternattivi ta’ trasport fuq l-art mingħajr ma jinħolqu spejjeż addizzjonali lill-passiġġier. L-impriżi ferrovjarji għandhom jagħmlu sforzi raġonevoli biex jevitaw konnessjonijiet addizzjonali. B’kollox, il-ħin tal-vjaġġ bil-mezz ta’ trasport alternattiv għall-parti tal-vjaġġ li ma tkunx saret skont kif ippjanat għandu jkun komparabbli mal-ħin skedat tal-vjaġġ oriġinali. Il-passiġġieri m’għandhomx jingħataw faċilitajiet tat-trasport ta’ klassi aktar baxxa għajr meta dawn il-faċilitajiet ikunu l-uniku mezz ta’ ridirezzjonar disponibbli. [Em. 74]

3.  Il-fornituri tas-servizzi tat-trasport ridirezzjonat għandhom jagħtu attenzjoni partikolari biex il-persuni jipprovdu lill-persuni b’diżabbiltà u l-persuni lill-persuni b’mobbiltà mnaqqsa jingħataw livell ta’ assistenza u aċċessibbiltà li hu komparabbli ma’ dak tas-servizz meta joffru servizz alternattiv. Dan is-servizz alternattiv jista' jkun komuni għall-passiġġieri kollha jew, fuq deċiżjoni tat-trasportatur, jista' jkun mezz individwali ta' trasport adattat għall-ħtiġijiet speċifiċi ta' ċerti persuni b'diżabbiltà jew b'mobbiltà mnaqqsa. [Em. 75]

Artikolu 17

Kumpens tal-prezz tal-biljett

1.  Mingħajr ma jitlef Filwaqt li jinżamm id-dritt għat-trasport, passiġġier jista’ jitlob kumpens għal dewmien mingħand l-impriża ferrovjarja jekk ikollu dewmien bejn il-postijiet tat-tluq u tal-wasla mogħtija fil-kuntratt fuq il-biljett jew il-biljetti li jirrappreżentaw kuntratt ta’ trasport wieħed jew bosta li għalih l-ispiża tal-biljett ma ġietx tkunx ġiet rimborżata skont l-Artikolu 16. Il-kumpens minimu għad-dewmien għandu jkun kif ġej:

(a)  25 50 % tal-prezz tal-biljett f’każ ta’ dewmien minn 60 minuta sa 119-il 90 minuta,

(b)  50 75 % tal-prezz tal-biljett f’każ ta’ dewmien ta’ 120 minn 91 minuta jew aktar sa 120 minuta,

(ba)  100 % tal-prezz tal-biljett f'każ ta' dewmien ta' 121 minuta jew aktar. [Em. 76]

2.  Il-paragrafu 1 japplika wkoll għall-passiġġieri li jkollhom pass tal-ivvjaġġar jew biljett staġunali. Jekk dawn jaffaċċjaw dewmien jew kanċellazzjonijiet rikorrenti matul il-perjodu ta’ validità tal-pass tal-ivvjaġġar, kard ta' riduzzjoni jew biljett staġunali, dawn jistgħu jitolbu kumpens adegwat skont l-arranġamenti ta’ kumpens tal-impriża ferrovjarja. Dawn l-arranġamenti għandhom jistabbilixxu l-kriterji għad-determinazzjoni tad-dewmien u għall-kalkolu tal-kumpens. Meta d-dewmien ta’ inqas minn 60 minuta jseħħ b’mod ripetut waqt il-perjodu ta’ validità tal-pass tal-ivvjaġġar jew tal-biljett staġunali, id-dewmien għandu jiġi kkalkulat b’mod kumulattiv u l-passiġġieri għandhom jiġu kumpensati skont l-arranġamenti ta’ kumpens tal-impriża ferrovjarja stabbiliti fil-punti (a), (b) u (ba) tal-paragrafu 1. [Em. 77]

3.  Il-kumpens għall-kanċellazzjoni jew għad-dewmien għandu jiġi kkalkulat f’relazzjoni mal-prezz sħiħ li l-passiġġier ikun fil-fatt ħallas għas-servizz ikkanċellat jew ittardjat. Meta l-kuntratt ta’ trasport ikun għal vjaġġ bir-ritorn, il-kumpens għall-kanċellazzjoni jew għad-dewmien ’l hemm jew ’l hawn għandu jiġi kkalkulat fuq nofs il-prezz imħallas għall-biljett. Bl-istess mod, il-prezz għad-dewmien fis-servizz bi kwalunkwe kuntratt ta’ trasport ieħor li jippermetti l-ivvjaġġar ta' diversi proporzjonalment għall-prezz sħiħ partijiet sussegwenti tal-vjaġġ għandu jiġi kkalkulat bi proporzjon mal-prezz sħiħ. [Em. 78]

4.  Il-kalkolu tal-perjodu tad-dewmien m’għandux iqis kull dewmien li l-impriża ferrovjarja tista’ turi li seħħ barra t-territorji tal-Unjoni.

5.  Il-kumpens tal-prezz tal-biljett għandu jiġi mħallas fi żmien xahar wara s-sottomissjoni tat-talba għal kumpens. Il-kumpens jista’ jitħallas f’vawċers u/jew servizzi oħra jekk it-termini huma flessibbli (b’mod partikolari fir-rigward tal-perjodu tal-validità u d-destinazzjoni). Il-kumpens għandu jitħallas fi flus fuq talba tal-passiġġier.

6.  Il-kumpens tal-prezz tal-biljett m’għandux jitnaqqas bi spejjeż ta’ transazzjonijiet tranżazzjonijiet finanzjarji bħal miżati, spejjeż tat-telefown tat-telefon jew bolol. L-impriżi ferrovjarji jistgħu jdaħħlu livell minimu li inqas minnu ma jsirux ħlasijiet ta’ kumpens. Dan il-livell ma jistax ikun aktar minn EUR 4 għal kull biljett. [Em. 79]

7.  Passiġġieri m’għandhom l-ebda dritt għal kumpens jekk jiġu infurmati bid-dewmien qabel jixtru l-biljett, jew jekk id-dewmien, minħabba kontinwazzjoni fuq servizz differenti jew ridirezzjonar tar-rotta, jibqa’ inqas minn 60 minuta.

8.  L-impriża ferrovjarja m’għandhiex tkun obbligata tħallas kumpens jekk turi li d-dewmien seħħ minħabba kundizzjonijiet severi tat-temp jew minħabba diżastri naturali kbar li pperikolaw l-operazzjoni sikura tas-servizzi u li ma setgħux jitbassru jew ikunu evitati anke kieku ttieħdet kull miżura raġonevoli. [Em. 81]

Artikolu 18

L-assistenza

1.  F’każ ta’ dewmien fil-wasla jew fit-tluq, il-passiġġieri għandhom jinżammu infurmati dwar is-sitwazzjoni u l-ħin stmat tat-tluq u l-ħin stmat tal-wasla mill-impriża ferrovjarja jew il-bejjiegħ tal-biljetti jew mill-amministratur tal-istazzjon, f'konformità mal-Artikolu 9, hekk kif din l-informazzjoni tkun disponibbli. [Em. 83]

2.  F’każ ta’ xi dewmien kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ aktar minn 60 minuta, il-passiġġieri għandhom jiġu offruti bla ħlas:

(a)  ikliet u xarbiet b’mod raġonevoli skont il-ħin tal-istennija, jekk ikunu disponibbli fuq il-ferrovija jew fl-istazzjon jew jistgħu b’mod raġonevoli jkunu pprovduti filwaqt li jitqiesu kriterji bħad-distanza mill-fornitur, il-ħin meħtieġ għat-twassil u l-ispiża ;

(b)  lukanda jew akkomodazzjoni oħra, u trasport bejn l-istazzjon ferrovjarju u l-post tal-akkomodazzjoni, f’każijiet fejn jeħtieġu waqfa ta’ lejl jew aktar jew tkun teħtieġ waqfa addizzjonali, fejn u meta jkun fiżikament possibbli, filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti ta' aċċess tal-persuni b'diżabbiltajiet u persuni b'mobbiltà mnaqqsa u l-ħtiġijiet ta' annimali ta' assistenza iċċertifikati; [Em. 84];

(c)  jekk il-ferrovija tkun imwaħħla fuq il-linji, trasport mill-ferrovija sal-istazzjon ferrovjarju, sal-punt tat-tluq alternattiv jew sad-destinazzjoni finali tas-servizz, fejn u meta jkun fiżikament possibbli.

3.  Jekk is-servizz ferrovjarju ma jkunx jista’ jitkompla aktar, l-impriżi ferrovjarji għandhom jorganizzaw kemm jista’ jkun malajr servizzi ta’ trasport alternattiv għall-passiġġieri.

4.  L-impriżi Fir-rigward tal-passiġġieri affettwati, l-impriżi ferrovjarji għandhom, fuq talba tal-passiġġier, joffru li jiċċertifikaw fuq il-biljett il-biljetti tagħhom jew b’xi mod ieħor li s-servizz tal-ferrovija kellu dewmien, wassal biex konnessjoni ma ntlaħqitx jew għal kanċellazzjoni, skont il-każ. Din iċ-ċertifikazzjoni għandha tapplika b'rabta mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 17, soġġett għall-prova tal-passiġġier detentur tal-pass tal-ivvjaġġar jew biljett staġunali, li kien qed jivvjaġġa fuq is-servizz affettwat. [Em. 85]

5.  Fl-applikazzjoni tal-paragrafi 1, 2, 3 u 4, l-impriża ferrovjarja li tkun qed topera għandha tagħti attenzjoni partikolari għall-ħtiġijiet tal-persuni b’diżabbiltà u tal-persuni b’mobbiltà mnaqqsa u tal-persuni, kwalunkwe persuni li jkunu qed jakkumpanjawhom u annimali ta' assistenza ċċertifikati. [Em. 86]

6.  Minbarra l-obbligi fuq l-impriżi ferrovjarji skont l-Artikolu 13a(3) tad-Direttiva 2012/34/UE, l-amministratur ta’ stazzjon ferrovjarju li minnu jgħaddu 10 000 passiġġier kull jum bħala medja fis-sena għandu jiżgura li l-operazzjonijiet tal-istazzjon, tal-impriżi ferrovjarji l-Istati Membri, l-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-istazzjonijiet u tal-amministratur l-amministraturi tal-infrastruttura huma kkoordinati bi pjan xieraq ta’ kontinġenza għandhom jikkooperaw biex iservi ta’ tħejjija għall-possibbiltà ta’ interruzzjonijiet kbar u ta’ dewmien twil jiżguraw li jistgħu jwasslu biex għadd konsiderevoli ta’ passiġġieri jitħallew l-art fl-istazzjon. Il-pjan għandu jiżgura li l-passiġġieri li jitħallew l-art jingħataw assistenza xierqa u informazzjoni, inkluż b’formati aċċessibbli skont ir-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà stabbiliti fid-Direttiva XXX. Meta jintalab jagħmel hekk, l-amministratur tal-istazzjon għandu jagħmel il-pjan, u kull emenda fih, disponibbli għall-Korp Nazzjonali tal-Infurzar jew għal kwalunkwe korp ieħor maħtur minn Stat Membru. L-amministraturi tal-istazzjonijiet ferrovjarji li minnhom jgħaddu 10 000 passiġġier kull jum bħala medja fis-sena għandhom jagħmlu kull sforz raġonevoli biex jikkoordinaw l-utenti tal-istazzjonijiet u biex jassistu u jinformaw lill-passiġġieri li jitħallew l-art f’dawn is-sitwazzjonijiet. l-pjanijiet ta' kontinġenza msemmija fl-Artikolu 13a(3) tad-Direttiva 2012/34/UE jinkludu rekwiżiti għall-aċċessibbiltà tas-sistemi ta' twissija u ta' informazzjoni. [Em. 87]

Meta impriża ferrovjarja tħallas kumpens jew tissodisfa l-obbligi l-oħra tagħha skont dan ir-Regolament, l-ebda dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament jew tal-liġi nazzjonali ma tista’ tiġi interpretata li tillimita d-dritt tagħha li tfittex kumpens mingħand kwalunkwe persuna, inkluż minn partijiet terzi, skont il-liġi applikabbli. B’mod partikolari, dan ir-Regolament m’għandu bl-ebda mod jillimita d-dritt tal-impriża ferrovjarja li tfittex rimborż mingħand parti terza, li magħha jkollha kuntratt u li tkun ikkontribwiet għall-avveniment li wassal għall-kumpens jew għal obbligi oħra. L-ebda dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament ma tista’ tiġi interpretata bħala li tillimita d-dritt ta’ parti terza, minbarra passiġġier, li magħha impriża ferrovjarja għandha kuntratt, li tfittex rimborż jew kumpens mingħand l-impriża ferrovjarja skont il-liġijiet rilevanti applikabbli. [Em. 88]

KAPITOLU V

IL-PERSUNI B’DIŻABBILTÀ U L-PERSUNI B’MOBBILTÀ MNAQQSA

Artikolu 20

Id-dritt għal trasport

1.  L-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet għandhom jistabbilixxu, jew għandu jkollhom f’posthom, bl-involviment attiv ta’ organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b’diżabbiltà u lill-persuni b’mobbiltà mnaqqsa, regoli ta’ aċċess nondiskriminatorji għat-trasport ta’ persuni b’diżabbiltà u persuni b’mobbiltà mnaqqsa inkluż l-assistenti personali tagħhom. Ir-regoli għandhom jippermettu lill-passiġġieri jkunu akkumpanjati minn kelb annimal ta’ assistenza ċċertifikat jew persuna li takkumpanjahom mingħajr ħlas jekk il-mobbiltà indipendenti ma tkunx possibbli, skont kwalunkwe regoli nazzjonali rilevanti, u għandhom jiżguraw li t-trasport ferrovjarju għall-persuni b'diżabbiltà u għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa jkun immedjat kull fejn ikun possibbli. [Em. 89]

2.  Ir-riżervi u l-biljetti għandhom jiġu offruti lill-persuni b’diżabbiltà u lill-persuni b’mobbiltà mnaqqsa mingħajr spejjeż żejda. L-impriżi ferrovjarji, il-bejjiegħa tal-biljetti jew l-operaturi tal-vjaġġi m’għandhomx jirrifjutaw milli jaċċettaw riżervazzjoni jew joħorġu biljett lil persuna b’diżabbiltà jew lil persuna b’mobbiltà mnaqqsa, jew milli jeżiġu li dik il-persuna tkun akkumpanjata minn persuna oħra, għajr meta dan ikun meħtieġ b’mod strett għal konformità mar-regoli tal-aċċess imsemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 20a

Impriżi ferrovjarji u amministraturi ta' stazzjonijiet għandhom, meta jikkonformaw mat-TSI għal persuni b'mobbiltà mnaqqsa, jiżguraw li l-istazzjonijiet, il-pjattaformi, il-vetturi ferrovjarji u l-faċilitajiet l-oħra jkunu aċċessibbli għal persuni b'diżabbiltà u għal persuni b'mobbiltà mnaqqsa. [Em. 90]

Artikolu 21

L-informazzjoni lill-persuni b’diżabbiltà u lill-persuni b’mobbiltà mnaqqsa

1.  Fuq talba, l-amministraturi tal-istazzjonijiet, l-impriżi ferrovjarji, il-bejjiegħa tal-biljetti jew l-operaturi tal-vjaġġi għandhom jagħtu lil persuni b’diżabbiltà u lill-persuni b’mobbiltà mnaqqsa l-informazzjoni, inkluż b’formati aċċessibbli b’konformità mar-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 454/2011 u fid-Direttiva XXX u r-Regolament (UE) Nru 1300/2014, dwar l-aċċessibbiltà tal-faċilitajiet fl-istazzjon u ta’ faċilitajiet assoċjati, tas-servizzi ferrovjarji u dwar il-kundizzjonijiet tal-aċċess ta’ vetturi ferrovjarji bi qbil mar-regoli tal-aċċess imsemmija fl-Artikolu 20(1) u għandhom jinfurmaw lill-persuni b’diżabbiltà u lill-persuni b’mobbiltà mnaqqsa dwar il-faċilitajiet abbord. [Em. 91]

2.  Meta impriża ferrovjarja, bejjiegħ tal-biljetti jew operatur tal-vjaġġi jeżerċitaw id-deroga stabbilita fl-Artikolu 20(2), dawn għandhom jinfuraw bil-miktub lill-persuna b’diżabbiltà jew lill-persuna b’mobbiltà mnaqqsa kkonċernata bir-raġuni għalfejn għamlet hekk, fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mir-rifjut milli ssir ir-riżervazzjoni jew milli jinħareġ biljett jew mill-impożizzjoni tal-kundizzjoni ta’ akkumpanjament. L-impriża ferrovjarja, il-bejjiegħ tal-biljetti jew l-operatur tal-vjaġġi għandhom jagħmlu sforzi raġonevoli biex jipproponu alternattiva tat-trasport lill-persuna kkonċernata filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-aċċessibbiltà tagħha. [Em. 92]

Artikolu 22

L-assistenza fl-istazzjonijiet ferrovjarji

1.  Fil-ħin tat-tluq minn stazzjon tal-ferrovija, waqt t-tranżitu jew fil-ħin tal-wasla fi stazzjon tal-ferrovija b’persunal ta’ persuna b’diżabbiltà jew persuna b’mobbiltà mnaqqsa, l-amministratur tal-istazzjon jew l-impriża ferrovjarja jew it-tnejn li huma għandhom jipprovdu assistenza mingħajr ħlas ħalli dik il-persuna tkun tista’ titla’ abbord is-servizz qabel it-tluq jew li tinżel mis-servizz li jkun wasal li għalih hi tkun xtrat il-biljett, mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-aċċess imsemmija fl-Artikolu 20(1). Il-prenotazzjoni tal-assistenza għandha dejjem issir mingħajr ħlas supplementari, ikun liema jkun il-mezz ta' komunikazzjoni li jkun qed jintuża. [Em. 93]

2.  Fin-nuqqas ta' persunal ta' akkumpanjament fuq ferrovija jew ta' persunal fi stazzjon, l-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet għandhom jagħmlu l-isforzi kollha raġonevoli biex il-persuni b'diżabbiltà u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa jkollhom aċċess għall-ivvjaġġar bil-ferrovija f'konformità mar-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà tad-Direttiva XXX [Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà] u r-Regolament (UE) Nru 454/2011. [Em. 94]

3.  Fi stazzjonijiet mingħajr persunal, l-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tkun disponibbli faċilment, inkluż b'formati aċċessibbli skont ir-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà stabbiliti fid-Direttiva XXX u fir-Regolament (UE) Nru 1300/2014, u li din tingħata skont ir-regoli tal-aċċess imsemmija fl-Artikolu 20(1) dwar l-eqreb stazzjonijiet b'persunal u li l-assistenza tkun disponibbli b'mod dirett għall-persuni b'diżabbiltà u għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa. [Em. 95]

4.  L-assistenza għandha tkun disponibbli fl-istazzjonijiet kull ħin meta jaħdmu s-servizzi ferrovjarji. [Em. 96]

Artikolu 23

L-assistenza abbord

1.  Mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-aċċess imsemmija fl-Artikolu 20(1), l-impriżi ferrovjarji għandhom jipprovdu assistenza lill-persuni b’diżabbiltà u lill-persuni b’mobbiltà mnaqqsa mingħajr ħlas abbord il-ferrovija u waqt it-tlugħ u l-inżul mill-ferrovija.

2.  Fin-nuqqas ta’ persunal ta’ akkumpanjament fuq il-ferrovija, l-impriżi ferrovjarji għandhom jagħmlu l-isforzi raġonevoli kollha biex il-persuni madankollu jippermettu lill-persuni b’diżabbiltà jew il-persuni b’mobbiltà mnaqqsa jkollhom aċċess għall-ivvjaġġar bil-ferrovija. [Em. 97]

3.  Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-assistenza abbord Persuna b'diżabbiltà jew persuna b'mobbiltà mnaqqsa għandha tkun tikkonsisti mill-isforzi raġonevoli kollha biex tingħata tiġi offruta assistenza lill-persuna b’diżabbiltà jew lill-persuna b’mobbiltà mnaqqsa biex dik il-persuna jkun jista’jkollha jista' jkollha aċċess għall-istess servizzi fil-ferrovija bħall-passiġġieri l-oħra, f’każ li d-diżabbiltà jew il-mobbiltà mnaqqsa jkunu mod ta' grad tali li ma jħalluhiex ikollha aċċess għal dawk is-servizzi b’mod indipendenti u sikur. [Em. 98]

4.  L-assistenza għandha tkun disponibbli abbord il-ferroviji kull ħin meta jaħdmu s-servizzi ferrovjarji. [Em. 99]

Artikolu 24

Il-kundizzjonijiet biex tingħata l-assistenza

L-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-istazzjonijiet, il-bejjiegħa tal-biljetti u l-operaturi tal-vjaġġi għandhom jikkoperaw biex jipprovdu assistenza mingħajr ħlas lill-persuni b’diżabbiltà u lill-persuni b’mobbiltà mnaqqsa skont l-Artikoli 20 u 21 skont il-punti li ġejjin: [Em. 100]

(a)  l-assistenza fl-istazzjonijiet għandha tingħata fil-ħinijiet li waqthom jopera s-servizz bil-kundizzjoni li l-impriża ferrovjarja, l-amministratur tal-istazzjon, il-bejjiegħ tal-biljetti jew l-operatur tal-vjaġġi li mingħandu nxtara jkun inxtara l-biljett jkunu ikunu mgħarrfa bil-ħtieġa tal-persuna għal din l-assistenza mill-inqas 48 12-il siegħa qabel ma tkun meħtieġa l-assistenza. Fi stazzjonijiet fejn it-traffiku ta' kuljum jaqbeż l-10 000 passiġġier kuljum, l-ebda notifika minn qabel ma hija meħtieġa, madankollu, il-persuni li tkun teħtieġ l-assistenza għandha tkun fl-istazzjon rispettiv mill-inqas 30 minuta qabel it-tluq tal-ferrovija. Fi stazzjonijiet fejn it-traffiku ta' kuljum huwa ta' bejn l-2 000 u l-10 000 passiġġier kuljum, in-notifika għandha titnaqqas għal massimu ta' tliet siegħat. Meta xi biljett jew xi biljett staġunali jippermettu aktar minn vjaġġ wieħed, notifika waħda għandha tkun biżżejjed diment dment li tingħata l-informazzjoni adegwata dwar il-ħin tal-vjaġġi sussegwenti. Din in-notifika għandha tintbagħat lil kull impriża ferrovjarja oħra u lill-amministraturi tal-istazzjonijiet involuti fil-vjaġġ tal-persuna; [Em. 101]

(b)  l-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-istazzjoniijiet, il-bejjiegħa tal-biljetti u l-operaturi tal-vjaġġi għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jirċievu n-notifiki;

(c)  jekk ma ssir l-ebda notifika skont il-punt (a), l-impriża ferrovjarja u l-amministratur tal-istazzjon għandhom jagħmlu l-isforzi kollha raġonevoli biex jipprovdu l-assistenza b’mod li l-persuna b’diżabbiltà jew il-persuna b’mobbiltà mnaqqsa tkun tista’ tivvjaġġa;

(d)  mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi ta’ entitajiet oħra b’rabta maż-żoni ’l barra mill-istazzjon tal-ferrovija, l-amministratur jew xi persuna oħra awtorizzata għandhom jagħżlu punti, fl-istazzjon tal-ferrovija u ’l barra minnu, li fihom il-persuni b’diżabbiltà u l-persuni b’mobbiltà mnaqqsa jistgħu jgħarrfu bil-wasla tagħhom fl-istazzjon tal-ferrovija u, jekk jeħtieġ, jitolbu għall-assistenza;

(e)  l-assistenza għandha tingħata bil-kundizzjoni li l-persuna b’diżabbiltà jew il-persuna b’mobbiltà mnaqqsa tippreżenta ruħha fil-punt magħżul f’ħin stipulat mill-impriża ferrovjarja jew mill-amministratur tal-istazzjon li jipprovdu din l-assistenza. Il-ħin stipulat m’għandux ikun aktar minn 60 minuta qabel il-ħin tat-tluq ippubblikat jew il-ħin meta l-passiġġieri kollha huma mitluba jagħmlu check-in. Jekk ma jkun stipulat l-ebda ħin meta l-persuna b’diżabbiltà jew il-persuna b’mobbiltà mnaqqsa jeħtieġ tippreżenta lilha nnifisha, il-persuna għandha tippreżenta lilha nnifisha fil-punt magħżul mhux inqas minn 30 minuta qabel il-ħin tat-tluq ippubblikat jew il-ħin meta l-passiġġieri kollha huma mitluba jagħmlu check-in. [Em. 102]

Artikolu 25

Il-kumpens marbut mat-tagħmir tal-mobbiltà, tagħmir ieħor speċifiku jew it-tagħmir ta’ assistenza

1.  Meta l-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet jikkawżaw telf jew dannu fis-siġġijiet tar-roti, f’tagħmir ieħor tal-mobbiltà jew fit-tagħmir ta’ assistenza u lill-klieb lill-annimali ta’ assistenza ċċertifikati użati mill-persuni b’diżabbiltà u mill-persuni b’mobbiltà mnaqqsa, dawn għandhom ikunu responsabbli għat-telf jew id-dannu u għandhom jikkumpensawh mill-aktar fis possibbli. [Em. 103]

2.  Il-kumpens imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jitħallas fil-ħin u għandu jkun daqs l-ispiża sħiħa biex jinbidel abbażi tal-valur attwali, jew jissewwa l-ispejjeż sħaħ ta' tiswija tas-siġġu bir-roti, l-apparat jew it-tagħmir mitluf jew li tkun saritlu ħsara, jew it-telf jew il-korriment tal-annimal ta' assistenza ċċertifikat. Il-kumpens għandu wkoll jkopri wkoll l-ispiża għas-sostituzzjoni temporanja fl-eventwalità ta' tiswija meta dawk l-ispejjeż jiġġarrbu mill-passiġġier.Il-kumpens imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun daqs l-ispiża biex jinbidel jew jissewwa l-apparat jew it-tagħmir mitluf jew li tkun saritlu ħsara. [Em. 104]

3.  Meta meħtieġ, l-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet għandhom jagħmlu kull sforz raġonevoli biex malajr jipprovdu sostituzzjonijiet temporanji għal tagħmir speċifiku jew għat-tagħmir ta’ assistenza li, meta possibbli, għandu jkollu karatteristiċi tekniċi u funzjonali simili għal dak mitluf jew bil-ħsara. Il-persuni b’diżabbiltà jew b’mobbiltà mnaqqsa għandhom jitħallew iżommu s-sostituzzjoni temporanja tat-tagħmir sakemm jitħallas il-kumpens imsemmi fil-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 26

It-taħriġ tal-persunal

L-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet għandhom:

(a)  jiżguraw li l-persunal kollu tagħhom, inkluż dak impjegat minn xi parti adempjenti oħra, li jipprovdi assistenza diretta lill-persuni b’diżabbiltà u lill-persuni b’mobbiltà mnaqqsa, jirċievi taħriġ relatat mad-diżabbiltà sabiex ikun jaf kif jissodisfa l-ħtiġijiet tal-persuni b’diżabbiltà u tal-persuni b’mobbiltà mnaqqsa, inkluż ta’ dawk b’diżabbiltà mentali u b’nuqqasijiet intellettwali; [Em. 105]

(b)  jipprovdu taħriġ biex ixerrdu għarfien dwar il-bżonnijiet tal-persuni b’diżabbiltà fost il-persunal kollu li jaħdem fl-istazzjon li jaħdem direttament mal-pubbliku li jkun qed jivvjaġġa;

(c)  jiżguraw li, meta jiġu ingaġġati, il-persunal il-ġdid kollu li se jirrelata direttament mal-pubbliku li jivvjaġġa jirċievi introduzzjoni għal kwistjonijiet relatati mad-diżabbiltà għall-passiġġieri u l-impriża ferrovjarja, u li l-impjegati l-ġodda kollha li jipprovdu assistenza diretta lill-passiġġieri b'mobbiltà mnaqqsa jirċievu taħriġ relatat mad-diżabbiltà u li l-persunal jattendi jattendu korsijiet ta’ taħriġ ta’ aġġornament fuq bażi regolari. [Em. 106]

(d)  meta jintalbu, fit-taħriġ jistgħu jaċċettaw il-parteċipazzjoni ta’ impjegati b’diżabbiltà fit-taħriġ, u jikkunsidraw il-parteċipazzjoni ta’ passiġġieri b’diżabbiltà u b’mobbiltà mnaqqsa, u/jew ta’ organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom. [Em. 107]

KAPITOLU VI

IS-SIGURTÀ, L-ILMENTI U L-KWALITÀ TAS-SERVIZZ

Artikolu 27

Is-sigurtà personali tal-passiġġieri

Bi ftehim mal-awtoritajiet pubbliċi, l-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-infrastruttura u l-amministraturi tal-istazzjonijiet għandhom jieħdu l-miżuri xierqa fl-oqsma rispettivi ta’ responsabbiltà u jadattawhom mal-livell tas-sigurtà ddefinit mill-awtoritajiet pubbliċi biex jiżguraw is-sigurtà personali tal-passiġġieri fl-istazzjonijiet tal-ferrovija u fuq il-ferroviji u li jimmaniġġaw ir-riskji. Dawn għandhom jikkoperaw u jagħmlu skambju ta’ informazzjoni dwar l-aqwa prattiki dwar il-prevenzjoni ta’ atti, li aktarx ixejnu l-livell tas-sigurtà.

Artikolu 28

L-ilmenti

1.  Kull impriża ferrovjarja, il-bejjiegħa tal-biljetti, l-amministraturi tal-istazzjonijiet u l-amministraturi tal-infrastruttura tal-istazzjonijiet li jgħaddu minnhom iżjed minn 10 000 passiġġier kull jum bħala medja fis-sena għandhom iwaqqfu jistabbilixxu mekkaniżmu kull wieħed u waħda minnhom biex jittratta l-ilmenti għad-drittijiet u l-obbligi koperti minn dan ir-Regolament fil-qasam rispettiv tagħhom ta’ responsabbiltà. Dawn għandhom jgħarrfu b’mod wiesa’ lill-passiġġieri bid-dettalji tal-kuntatti tagħhom u bil-lingwi ta’ ħidma tagħhom. Il-passiġġieri għandhom ikunu jistgħu jippreżentaw ilmenti fil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fih l-impriża ferrovjarja, il-bejjiegħ tal-biljetti u l-amministratur tal-istazzjon rispettivi jkunu stabbiliti u fi kwalunkwe każ bl-Ingliż. [Em. 108]

2.  Il-passiġġieri jistgħu jressqu lment lil kwalunkwe impriża ferrovjarja, bejjiegħ tal-biljetti, stazzjon tal-ferroviji jew amministratur tal-infrastruttura tal-istazzjon involuti. L-ilmenti għandhom jitressqu fi żmien sitt ġimgħat xhur minn meta jseħħ l-inċident li dwaru jkun qed isir l-ilment. Fi żmien xahar minn meta jasal l-ilment, id-destinatarju għandu jagħti jew tweġiba raġunata motivata jew f’każijiet ġustifikati, jinforma lill-passiġġier sa liema data, li l-passiġġier se jirċievi tweġiba f’inqas minn tliet xhur mid-data minn meta jasal l-ilment, wieħed jista’ jistenna tweġiba għall-ilment. L-impriżi ferrovjarji, il-bejjiegħa tal-biljetti, l-amministraturi tal-istazzjonijiet u l-amministraturi tal-infrastruttura għandhom iżommu d-dejta dwar l-inċidenti li hi meħtieġa għal valutazzjoni tal-ilmenti sa sentejn u jagħmluha disponibbli għall-korpi nazzjonali tal-infurzar meta jintalbu jagħmlu hekk. [Em. 109]

3.  Id-dettalji dwar il-proċedura tat-trattament tal-ilmenti għandhom ikunu disponibbli faċilment għall-passiġġieri u aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltà u għall-persuni b’mobbiltà mnaqqsa. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli fuq talba fil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fih hija stabbilita l-impriża ferrovjarja. [Em. 110]

4.  L-impriża ferrovjarja għandha tippubblika fir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 29 in-numru u l-kategoriji ta’ l-ilmenti rċevuti, l-ilmenti trattati, il-ħin tat-tweġiba u l-azzjonijiet għal titjib possibbli li ttieħdu.

4a.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu formola standardizzata tal-Unjoni għall-ilmenti li l-passiġġieri jistgħu jużaw sabiex japplikaw għall-kumpens skont dan ir-Regolament. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 37a(2). [Em. 111]

Artikolu 29

L-istandards tal-kwalità tas-servizzi

1.  L-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-istandards tal-kwalità tas-servizzi u jimplimentaw sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità biex tinżamm il-kwalità tas-servizz. L-istandards tal-kwalità tas-servizz għandhom ikopru tal-inqas il-punti elenkati fl-Anness III.

2.  L-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet għandhom jissorveljaw il-prestazzjoni tagħhom stess kif riflessa fl-istandards tal-kwalità tas-servizzi. L-impriżi ferrovjarji għandhom jippubblikaw rapport kull sena fuq il-prestazzjoni tal-kwalità tas-servizzi tagħhom mar-rapport annwali tagħhom. L-impriżi ferrovjarji għandhom jippubblikaw ir-rapporti dwar il-prestazzjoni tal-kwalità tas-servizzi fuq is-sit web tagħhom. Barra minn hekk, dawn ir-rapporti għandhom ikunu disponibbli fuq is-sit web tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji.

2a.   L-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet għandhom jikkooperaw b'mod attiv mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabbiltà biex itejbu l-kwalità tal-aċċessibbiltà tas-servizzi tat-trasport. [Em. 112]

KAPITOLU VII

L-INFORMAZZJONI U L-INFURZAR

Artikolu 30

L-informazzjoni lill-passiġġieri dwar drittijiethom

1.  Meta jbigħu biljetti għal vjaġġi bil-ferrovija, l-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-istazzjonijiet, il-bejjiegħa tal-biljetti u l-operaturi tal-vjaġġi għandhom jgħarrfu lill-passiġġieri bid-drittijiet u l-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament. Sabiex ikunu konformi ma’ dan ir-rekwiżit tal-informazzjoni, dawn jistgħu jużaw riassunt tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ippreparat mill-Kummissjoni bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea magħmula disponibbli għalihom. Minbarra dan, dawn għandhom jipprovdu avviż fuq il-biljett stampat informazzjoni stampata fuq karta jew b’format elettroniku jew b’xi bi kwalunkwe mezz ieħor, inkluż bil-formati aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltà u għall persuni għall-persuni b’mobbiltà mnaqqsa b’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva XXX. Dak l-avviż għandu fir-Regolament (UE) Nru 1300/2014 li jispeċifika mnejn minn fejn tista’ tinkiseb din l-informazzjoni f’każ ta’ kanċellazzjoni, konnessjoni li ma tintlaħaqx jew dewmien fit-tul. [Em. 113]

2.  L-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet għandhom jgħarrfu lill-passiġġieri b’mod xieraq fl-istazzjoni, fuq il-ferrovija u fuq il-ferrovija is-sit web tagħhom, inkluż bil-formati aċċessibbli b’konformità mar-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà stipulati fid-Direttiva XXX fir-Regolament (UE) Nru 1300/2014, bid-drittijiet u bl-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament, u bid-dettalji tal-kuntatt tal-korp maħtur jew korpi maħtura mill-Istat Membru skont l-Artikolu 31. [Em. 114]

Artikolu 31

Il-ħatra ta’ Korpi Nazzjonali tal-Infurzar

Kull Stat Membru għandu jaħtar korp wieħed jew aktar biex ikunu responsabbli għall-infurzar ta’ dan ir-Regolament. Kull korp għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li d-drittijiet tal-passiġġieri jiġu rrispettati.

Fl-organizzazzjoni, id-deċiżjonijet ta’ finanzjament, l-istruttura legali u t-teħid ta’ deċiżjonijiet tiegħu, kull korp għandu jkun indipendenti mill-amministraturi tal-infrastruttura, mill-korp tal-imposti, mill-korp tal-allokazzjoni jew mill-impriża ferrovjarja.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-korp jew bil-korpi maħtura skont dan l-Artikolu u bir-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom u għandhom jippubblikawhom fuq is-siti web tagħhom f'post xieraq. [Em. 115]

Artikolu 32

Il-kompiti tal-infurzar

1.  Il-Korpi Nazzjonali tal-Infurzar għandhom jissorveljaw mill-qrib il-konformità ma’ dan ir-Regolament u jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li d-drittijiet tal-passiġġieri jiġu rrispettati. Għal dan il-għan, l-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-istazzjonijiet u l-amministraturi tal-infrastruttura għandhom jipprovdu lill-istituzzjonijiet lill-korpi b’dokumenti u informazzjoni rilevanti fuq talba tagħhom mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien xahar. Fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom, il-korpi għandhom iqisu l-informazzjoni ppreżentata lilhom mill-korp maħtur skont l-Artikolu 33 biex jittratta l-ilmenti, jekk dan ikun korp differenti. Dawn jistgħu jiddeċiedu wkoll dwar azzjonijiet L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi nazzjonali tal-infurzar abbażi u dawk li jittrattaw l-ilmenti għandhom jingħataw biżżejjed setgħat u riżorsi għall-infurzar xieraq u effettiv ta’ lmenti individwali li jgħaddilhom dak il-korp mill-passiġġieri skont dan ir-Regolament. [Em. 116]

2.  Il-Korpi Kull sena, il-Korpi Nazzjonali tal-Infurzar għandhom jippubblikaw rapporti dwar l-istatistika fuq is-siti web tagħhom fejn jagħtu dettalji dwar l-attivitajiet l-għadd u t-tip ta' lmenti li dawn ikunu rċevew, filwaqt li jagħtu dettalji dwar l-eżitu tal-azzjonijiet tal-infurzar tagħhom, inkluż dwar is-sanzjonijiet applikati, li huma jkunu applikaw. Dan għandu jsir għal kull sena, sa mhux wara l-aħħar aktar tard mill-ewwel jum ta’ April tas-sena kalendarja ta’ wara. Barra minn hekk, dawn ir-rapporti għandhom ikunu disponibbli fuq is-sit web tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji. [Em. 117]

3.  L-impriżi ferrovjarji għandhom jagħtu d-dettalji tal-kuntatt tal-Korpi Nazzjonali tal-Infurzar tal-Istati Membri fejn joperaw.

3a.  Il-korpi nazzjonali tal-infurzar, f'kollaborazzjoni mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabbiltà u lill-persuni b'mobbiltà mnaqqsa, għandhom iwettqu awditi regoli fir-rigward tas-servizzi tal-assistenza mogħtija skont dan ir-Regolament u jippubblikaw ir-riżultati f'formati aċċessibbli u użati b'mod komuni. [Em. 118]

Artikolu 33

It-trattament tal-ilment mill-Korpi Nazzjonali tal-Infurzar

1.  Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-konsumaturi biex ifittxu rimedju alternattiv skont id-Direttiva 2013/11/UE, wara li jressaq ilment mingħajr suċċess lill-impriża ferrovjarja, lill-bejjiegħ tal-biljetti fl-istazzjon lill-amministratur tal-istazzjon jew lill-amministratur tal-infrastruttura skont l-Artikolu 28, passiġġier jista’ jilmenta ma’ Korp tal-Infurzar. Il-Korpi tal-Infurzar għandhom jinformaw lil min ilmenta dwar id-dritt tiegħu li jagħmel lment ilment lil korpi tas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim biex isibu rimedju individwali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi tal-infurzar jew dawk li jittrattaw l-ilmenti jiġu rikonoxxuti għall-finijiet ta' skemi alternattivi għal kumpens skont id-Direttiva 2013/11/UE, u li meta l-passiġġieri jfittxu rimedju alternattiv, l-impriża ferrovjarja, il-bejjiegħ tal-biljetti, l-amministratur tal-istazzjon jew l-amministratur tal-infrastruttura kkonċernati għandhom ikunu obbligati jipparteċipaw u l-eżitu għandu jkun vinkolanti fuqhom u effettivament infurzabbli kontrihom. [Em. 119]

2.  Kull passiġġier jista’ jilmenta mal-Korp Nazzjonali tal-Infurzar, jew ma’ kwalunkwe korp ieħor maħtur minn xi Stat Membru għal dak il-għan, rigward ksur allegat ta’ dan ir-Regolament. L-ilmenti jistgħu jsiru wkoll minn organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw gruppi ta' passiġġieri. [Em. 120]

3.  Il-korp għandu jikkonferma li rċieva l-ilment fi żmien ġimagħtejn minn meta jirċevih. Il-proċedura tat-trattament tal-ilment għandha tieħu sa mhux aktar minn tliet xhur. Fejn jidħlu l-każijiet kumplessi, il-korp jista' jestendi dan il-perjodu fid-diskrezzjoni tiegħu għal sitt xhur. F'dan il-każ, il-passiġġieri jew l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-passiġġieri għandhom jiġu infurmati bir-raġunijiet għal din l-estensjoni u biż-żmien meta mistenni tingħalaq il-proċedura. Huma biss il-każijiet li jinvolvu proċedimenti legali li jistgħu jieħdu aktar minn sitt xhur. Meta l-korp ikun ukoll korp tas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim skont it-tifsira tad-Direttiva 2013/11/UE, għandhom jieħdu preċedenza l-limiti taż-żmien stabbiliti f'dik id-Direttiva u l-użu ta' soluzzjoni online għat-tilwim f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 524/2013 jista' jsir disponibbli bil-qbil tal-partijiet kollha involuti. [Em. 121]

Il-proċedura tat-trattament tal-ilmenti għandha tkun aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltà u għall-persuni b’mobbiltà mnaqqsa.

4.  L-ilmenti tal-passiġġieri dwar inċident li jinvolvi impriża ferrovjarja għandu jittrattahom il-Korp Nazzjonali tal-Infurzar tal-Istat Membru li jkun ta l-liċenzja lil dik l-impriża.

5.  Meta jsir ilment dwar allegat ksur imwettaq mill-amministraturi tal-istazzjonijiet jew tal-infrastruttura, il-Korp Nazzjonali tal-Infurzar għandu jkun dak tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun seħħ l-inċident.

6.  Fil-qafas ta’ koperazzjoni skont l-Artikolu 34, il-Korpi Nazzjonali tal-Infurzar jistgħu jidderogaw mill-paragrafi 4 jew 5 meta, minħabba raġunijiet ġustifikati, b’mod partikolari ta’ lingwa jew ta’ residenza, dan ikun fl-interess tal-passiġġier.

Artikolu 33a

Korpi indipendenti ta' konċiljazzjoni

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu korpi indipendenti ta' konċiljazzjoni mgħammra tajjeb li jkunu faċilment aċċessibbli u affordabbli għall-passiġġieri f'każ ta' kunflitti mal-impriżi ferrovjarji u l-bejjiegħa tal-biljetti fir-rigward tal-infurzar tad-drittijiet tagħhom. [Em. 122]

Artikolu 34

L-iskambju tal-informazzjoni u koperazzjoni transfruntiera bejn il-korpi nazzjonali tal-infurzar

1.  Jekk jinħatru korpi differenti skont l-Artikoli 31 u 33, għandhom jiġu stabbiliti mekkaniżmi tar-rappurtar li jiżguraw l-iskambju tal-informazzjoni bejniethom, b’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679, biex jgħinu lill-korp nazzjonali tal-infurzar iwettaq ħidmietu ta’ superviżjoni u infurzar u biex il-korp tat-trattament tal-ilmenti maħtur skont l-Artikolu 33 ikun jista’ jiġbor l-informazzjoni meħtieġa biex jeżamina lmenti individwali.

2.  Il-Korpi Nazzjonali tal-Infurzar għandhom jaqsmu l-informazzjoni dwar il-prinċipji u l-prattika tal-ħidma u t-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom għal għanijiet ta’ koordinazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tappoġġahom f’dan il-kompitu.

3.  Il-Korpi Nazzjonali tal-Infurzar għandhom jimxu mal-proċedura stabbilita fl-Anness IV.

KAPITOLU VIII

ID-DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 35

Il-penali

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, u għandhom jinkludu, iżda ma jkunux limitati għal, multa minima jew perċentwal minimu tal-fatturat annwali tal-impriża jew tal-organizzazzjoni rilevanti, skont liema jkun l-ogħla. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli u l-miżuri u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kull emenda sussegwenti li taffettwahom. [Em. 123]

2.  Fil-qafas ta’ koperazzjoni msemmi fl-Artikolu 34, meta jintalab mill-Korp Nazzjonali tal-Infurzar li jkun qed jittratta l-ilment, il-Korp Nazzjonali tal-Infurzar li hu kompetenti għall-finijiet tal-Artikolu 33(4) jew (5), għandu jinvestiga l-ksur ta’ dan ir-Regolament identifikat minn dak il-Korp u, jekk ikun meħtieġ, jimponi sanzjonijiet.

Artikolu 36

Id-delega tas-setgħat

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 37 biex:

(i)  taġġusta l-ammonti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 13 skont l-inflazzjoni;

(ii)  temenda l-Annessi I, II u III biex jitqiesu l-emendi fir-Regoli Uniformi CIV u l-iżviluppi teknoloġiċi f’dan il-qasam.

Artikolu 37

Eżerċitar tad-delega

1.  Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati hi mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 36 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport b’rabta mad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel jintemm il-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi taż-żmien tal-istess tul, għajr meta l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal din l-estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel jintemm kull perjodu.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 36 tista’ tiġi revokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi kwalunkwe ħin. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew aktar tard skont data speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.  Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tgħarraf b’dan lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 36 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jew jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li ma jkunux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn bl-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 37a

Proċedura ta' kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 [Em. 124]

Artikolu 38

Rapport

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati ta’ dan ir-Regolament sa ... [ħames snin wara l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament].

Ir-rapport għandu jkun ibbażat fuq informazzjoni li għandha tingħata skont dan ir-Regolament . Ir-rapport għandu jkollu miegħu, fejn meħtieġ, proposti xierqa.

Artikolu 39

Revoka

Ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 hu mħassar.

Kull referenza għar-Regolament imħassar għandha tinftiehem bħala referenza għal dan ir-Regolament u għandha tinqara skont it-tabella ta’ korrelazzjoni mogħtija fl-Anness V.

Artikolu 40

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESSI

ANNESS I

Estratt mir-regoli uniformi dwar il-kuntratt għat-trasport internazzjonali ta’ passiġġieri u bagalji bil-ferrovija (CIV)

Appendiċi A

tal-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) tad-9 ta’ Mejju 1980, kif modifikata bil-Protokoll għall-modifika tal-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija tat-3 ta’ Ġunju 1999

TITOLU II

KONKLUŻJONI U PRESTAZZJONI TAL-KUNTRATT TA’ TRASPORT

Artikolu 6

Kuntratt ta’ Trasport

1.  Bil-kuntratt ta’ trasport, it-trasportatur għandu jidħol għall-impenn li jġorr il-passiġġier kif ukoll, fejn xieraq, il-bagalji u l-vetturi għall-post tad-destinazzjoni u li jwassal il-bagalji u l-vetturi fil-post tad-destinazzjoni.

2.  Il-kuntratt ta’ trasport għandu jiġi kkonfermat b’biljett jew aktar maħruġ lill-passiġġier. Madankollu, soġġett għall-Artikolu 9, l-assenza, l-irregolarità jew it-telf ta’ biljett m’għandhomx jaffettwaw l-eżistenza jew il-validità tal-kuntratt li għandha tibqa’ soġġetta għal dawn ir-Regoli Uniformi.

3.  Il-biljett għandu jkun evidenza prima facie tal-konklużjoni u l-kontenut tal-kuntratt ta’ trasport.

Artikolu 7

Biljett

1.  Il-Kundizzjonijiet Ġenerali tat-Trasport għandhom jiddeterminaw il-forma u l-kontenut tal-biljetti kif ukoll il-lingwa u l-karattri li bihom huma għandhom jiġu stampati u magħmulin.

2.  Dan li ġej, tal-inqas, għandu jiddaħħal fil-biljett:

(a)  it-trasportatur jew it-trasportaturi;

(b)  stqarrija li t-trasport huwa soġġett, minkejja kwalunkwe klawżola kuntrarja, għal dawn ir-Regoli Uniformi; din tista’ tkun indikata bl-akronimu CIV;

(c)  kwalunkwe stqarrija oħra meħtieġa biex tipprova l-konklużjoni u l-kontenut tal-kuntratt ta’ trasport u li tippermetti lill-passiġġier jafferma d-drittijiet li jirriżultaw minn dan il-kuntratt.

3.  Il-passiġġier għandu jiżgura, xħin jirċievi l-biljett, li dan ħareġ skont l-istruzzjonijiet tiegħu.

4.  Il-biljett għandu jkun trasferibbli jekk ma jkunx ħareġ f’isem il-passiġġier u jekk il-vjaġġ ma jkunx beda.

5.  Il-biljett jista’ jiġi stabbilit fil-forma ta’ reġistrazzjoni ta’ dejta elettronika, li tista’ tiġi trasformata f’simboli miktuba leġibbli. Il-proċedura użata għar-reġistrazzjoni u t-trattament tad-dejta għandha tkun ekwivalenti mill-perspettiva funzjonali, b’mod partikolari sa fejn jikkonċerna l-valur evidenzjali tal-biljett irrappreżentat b’dik id-dejta.

Artikolu 8

Pagament u rimborż tal-ħlas tat-trasport

1.  Soġġett għal ftehim kuntrarju bejn il-passiġġier u t-trasportatur, il-ħlas tat-trasport għandu jitħallas minn qabel.

2.  Il-Kundizzjonijiet Ġenerali tat-Trasport għandhom jiddeterminaw skont liema kundizzjonijiet għandu jsir ir-rimborż tal-ħlas tat-trasport.

Artikolu 9

Id-dritt li tinġarr. Esklużjoni mit-trasport

1.  Il-passiġġier għandu, mill-bidu tal-vjaġġ tiegħu, ikollu fil-pussess tiegħu biljett validu u jippreżentah fl-ispezzjoni tal-biljetti. Il-Kundizzjonijiet Ġenerali tat-Trasport jistgħu jipprovdu:

(a)  li passiġġier li ma jipproduċix biljett validu għandu jħallas, b’żieda mal-ħlas tat-trasport, ħlas addizzjonali;

(b)  li passiġġier li jirrifjuta li jħallas xħin jintalab il-ħlas tat-trasport jew il-ħlas addizzjonali jista’ jiġi mitlub itemm il-vjaġġ tiegħu;

(c)  jekk u skont liema kundizzjonijiet għandu jsir ir-rimborż tal-ħlas addizzjonali.

2.  Il-Kundizzjonijiet Ġenerali tat-Trasport jistgħu jipprovdu li l-passiġġieri li:

(a)  jippreżentaw periklu għas-sikurezza u l-funzjonament tajjeb tal-operazzjonijiet jew għas-sigurtà ta’ passiġġieri oħra,

(b)  joħolqu inkonvenjent lil passiġġieri oħra b’mod intollerabbli,

għandhom jiġu esklużi mit-trasport jew jistgħu jiġu mitluba jtemmu l-vjaġġ tagħhom u li dawn il-persuni m’għandhomx ikunu intitolati għal rimborż tal-ħlas tat-trasport tagħhom jew ta’ kwalunkwe ħlas għat-trasport ta’ bagalji reġistrati li setgħu ħallsu.

Artikolu 10

Kompletezza ta’ formalitajiet amministrattivi

Il-passiġġier għandu jikkonforma mal-formalitajiet meħtieġa mid-dwana jew mill-awtoritajiet amministrattivi oħra.

Artikolu 11

Kanċellazzjoni u dewmien tal-ferroviji. Konnessjonijiet li ma ntlaħqux

It-trasportatur għandu, fejn neċessarju, jiċċertifika fuq il-biljett li l-ferrovija ġiet ikkanċellata jew il-konnessjoni ma ntlaħqitx.

TITOLU III

TRASPORT TA’ BAGALJI TAL-IDEJN, ANNIMALI, BAGALJI RREĠISTRATI U VETTURI

Kapitolu I

Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 12

Artikoli u annimali aċċettabbli

1.  Il-passiġġier jista’ jieħu miegħu oġġetti li jistgħu jiġu mmaniġġjati faċilment (bagalji tal-idejn) u annimali ħajjin skont il-Kundizzjonijiet Ġenerali tat-Trasport. Barra minn dan, il-passiġġier jista’ jieħu miegħu oġġetti ingombranti skont id-dispożizzjonijiet speċjali li hemm fil-Kundizzjonijiet Ġenerali tat-Trasport. Oġġetti u annimali li aktarx idejqu jew joħolqu inkonvenjent lill-passiġġieri jew jikkawżaw dannu m’għandhomx jiġu permessi bħala bagalja tal-idejn.

2.  Il-passiġġier jista’jwassal l-oġġetti u l-annimali bħala bagalji rreġistrati skont il-Kundizzjonijiet Ġenerali tat-Trasport.

3.  It-trasportatur jista’ jippermetti t-trasport ta’ vetturi fl-okkażjoni tat-trasport ta’ passiġġieri skont id-dispożizzjonijiet speċjali li hemm fil-Kundizzjonijiet Ġenerali tat-Trasport.

4.  It-trasport ta’ merkanzija perikoluża bħala bagalja tal-idejn, bagalja rreġistrata kif ukoll ġo vetturi jew fuq vetturi li, skont dan it-Titolu jinġarru bil-ferrovija, għandu jikkonforma mar-Regolament li jikkonċerna t-Trasport ta’ Merkanzija Perikoluża bil-Ferrovija (RID).

Artikolu 13

Eżaminazzjoni

1.  Fejn ikun hemm raġuni tajba għas-suspett ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet tat-trasport, it-trasportatur għandu jkollu d-dritt li jeżamina jekk l-oġġetti (il-bagalji tal-idejn, il-bagalji rreġistrati, il-vetturi inkluż it-tagħbija tagħhom) u l-annimali ttrasportati jikkonformawx mal-kundizzjonijiet tat-trasport, sakemm il-liġijiet u l-preskrizzjonijiet tal-Istat li fih isir l-eżami ma jipprojbixxux dan l-eżami . Il-passiġġier għandu jkun mistieden jattendi għall-eżami. Jekk ma jidhirx jew ma jkunx jista’ jintlaħaq, it-trasportatur għandu jitlob il-preżenza ta’ żewġ xhieda indipendenti.

2.  Jekk ikun stabbilit li l-kundizzjonijiet tat-trasport ma ġewx rispettati, it-trasportatur jista’ jitlob lill-passiġġier iħallas l-ispejjeż li joriġinaw mill-eżami.

Artikolu 14

Kompletezza ta’ formalitajiet amministrattivi

Il-passiġġier għandu jikkonforma mal-formalitajiet meħtieġa mid-dwana jew l-awtoritajiet amministrattivi oħra meta, waqt li jkun qed jiġi ttrasportat, ikollu oġġetti (bagalji tal-idejn, bagalji rreġistrati, vetturi inkluż it-tagħbija tagħhom) jew annimali ttrasportati. Hu għandu jkun preżenti waqt l-ispezzjoni ta’ dawn l-oġġetti ħlief fejn hu previst mod ieħor mil-liġijiet u l-preskrizzjonijiet ta’ kull Stat.

Kapitolu II

Bagalji tal-idejn u annimali

Artikolu 15

Superviżjoni

Għandha tkun ir-responsabbiltà tal-passiġġier li jissorvelja l-bagalja tal-idejn u l-annimali li hu jieħu miegħu.

Kapitolu III

Bagalji Rreġistrati

Artikolu 16

Konsenja ta’ bagalji rreġistrati

1.  L-obbligi kuntrattwali relatati mat-trasferiment tal-bagalji rreġistrati għandhom jiġu stabbiliti b’vawċer tar-reġistrazzjoni tal-bagalja maħruġ lill-passiġġier.

2.  Soġġett għall-Artikolu 22, l-assenza, l-irregolarità jew it-telf tal-vawċer tar-reġistrazzjoni tal-bagalja m’għandhomx jaffettwaw l-eżistenza jew il-validità tal-ftehim li jikkonċernaw it-trasferiment tal-bagalji rreġistrati, li għandhom jibqgħu soġġetti għal dawn ir-Regoli Uniformi.

3.  Il-vawċer tar-reġistrazzjoni tal-bagalja għandu jkun evidenza prima facie tar-reġistrazzjoni tal-bagalja u l-kundizzjonijiet tat-trasport tagħha.

4.  Soġġett għal evidenza kuntrarja, għandu jiġi preżunt li meta t-trasportatur għabba l-bagalja rreġistrata din kienet apparentement f’kundizzjoni tajba, u li n-numru u l-massa tal-punti tal-bagalja jikkorrispondu mal-informazzjoni mdaħħla fuq il-vawċer tar-reġistrazzjoni tal-bagalja.

Artikolu 17

Vawċer tar-reġistrazzjoni tal-bagalja

1.  Il-Kundizzjonijiet Ġenerali tat-Trasport għandhom jiddeterminaw il-forma u l-kontenut tal-vawċer tar-reġistrazzjoni tal-bagalja kif ukoll il-lingwa u l-karattri li bihom dan għandu jiġu stampat u magħmul. L-Artikolu 7(5) għandu japplika mutatis mutandis.

2.  Dan li ġej, tal-inqas, għandu jiddaħħal fil-vawċer tar-reġistrazzjoni tal-bagalja:

(a)  it-trasportatur jew it-trasportaturi;

(b)  stqarrija li t-trasport huwa soġġett, minkejja kwalunkwe klawżola kuntrarja, għal dawn ir-Regoli Uniformi; din tista’ tkun indikata bl-akronimu CIV;

(c)  kwalunkwe stqarrija oħra meħtieġa biex tipprova l-obbligi kuntrattwali li jirrigwardaw it-trasferiment tal-bagalji rreġistrati u li tippermetti lill-passiġġier jafferma d-drittijiet li jirriżultaw minn dan il-kuntratt ta’ trasport.

3.  Il-passiġġier għandu jiżgura, xħin jirċievi l-vawċer tar-reġistrazzjoni tal-bagalja, li dan ħareġ skont l-istruzzjonijiet tiegħu.

Artikolu 18

Reġistrazzjoni u Trasport

1.  Ħlief fejn il-Kundizzjonijiet Ġenerali tat-Trasport jipprovdu mod ieħor, il-bagalji għandhom jiġu rreġistrati biss fuq preżentazzjoni ta’ biljett validu tal-inqas sad-destinazzjoni tal-bagalji. F’każi oħra, ir-reġistrazzjoni tal-bagalji għandha titwettaq skont il-preskrizzjonijiet fis-seħħ fil-post tal-konsenja.

2.  Meta l-Kundizzjonijiet Ġenerali tat-Trasport jipprovdu li l-bagalji jistgħu jiġu aċċettati għal trasport mingħajr il-preżentazzjoni ta’ biljett, id-Dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-Regoli Uniformi li jiddeterminaw id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġier fir-rigward tal-bagalji rreġistrati tiegħu għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-konsenjatur tal-bagalji rreġistrati.

3.  It-trasportatur jista’ jibgħat il-bagalji rreġistrati b’ferrovija oħra jew b’mezz ta’ trasport ieħor u b’rotta differenti minn dik meħuda mill-passiġġier.

Artikolu 19

Pagament ta’ ħlasijiet tat-trasport ta’ bagalji rreġistrati

Soġġett għal ftehim kuntrarju bejn il-passiġġier u t-trasportatur, il-ħlas tat-trasport ta’ bagalji rreġistrati għandu jkun pagabbli mar-reġistrazzjoni.

Artikolu 20

Immarkar ta’ bagalji rreġistrati

Il-passiġġier għandu jindika fuq kull punt tal-bagalji rreġistrati f’post viżibbilment ċar, b’mod reżistenti u leġibbli biżżejjed :

(a)  l-isem u l-indirizz;

(b)  il-post tad-destinazzjoni.

Artikolu 21

Id-dritt li tiddisponi minn bagalji rreġistrati

1.  Jekk iċ-ċirkostanzi jippermettu u jekk b’dan ma jinkisrux ir-rekwiżiti tad-dwana jew ir-rekwiżiti ta’ awtoritajiet amministrattivi oħra, il-passiġġier jista’ jitlob li l-bagalji jingħataw lura fil-post tal-konsenja maċ-ċediment tal-vawċer tar-reġistrazzjoni tal-bagalja u, jekk il-Kundizzjonijiet Ġenerali tat-Trasport jeħtieġu hekk, mal-preżentazzjoni tal-biljett.

2.  Il-Kundizzjonijiet Ġenerali tat-Trasport jista’ jkun fihom Dispożizzjonijiet oħra li jirrigwardaw id-dritt li tiddisponi minn bagalji rreġistrati, b’mod partikolari modifiki tal-post tad-destinazzjoni u l-konsegwenzi finanzjarji possibbli li jridu jinġarru mill-passiġġier.

Artikolu 22

It-twassil

1.  Il-bagalji rreġistrati għandhom jitwasslu maċ-ċediment tal-vawċer tar-reġistrazzjoni tal-bagalja u, fejn xieraq, mal-ħlas tal-ammonti pagabbli mal-konsenja .

It-trasportatur għandu jkun intitolat, iżda mhux obbligat, li jeżamina jekk id-detentur tal-vawċer hux intitolat jew le li jirċievi l-konsenja .

2.  Din għandha tkun ekwivalenti għall-konsenja lid-detentur tal-vawċer tar-reġistrazzjoni tal-bagalja jekk, skont il-preskrizzjonijiet fis-seħħ fil-post tal-konsenja:

(a)  il-bagalja ġiet mgħoddija f’idejn l-awtoritajiet tad-dwana jew tal-octroi fil-bini jew l-imħażen tagħhom, meta dawn mhumiex soġġetti għas-superviżjoni tat-trasportatur;

(b)  annimali ħajjin ġew mgħoddija f’idejn partijiet terzi.

3.  Id-detentur tal-vawċer tar-reġistrazzjoni tal-bagalja jista’ jitlob it-twassil tal-bagalji fil-post tad-destinazzjoni hekk kif jinqabeż il-ħin miftiehem u, fejn xieraq, il-ħin neċessarju għall-operazzjonijiet mwettqa mill-awtoritajiet tad-dwana jew awtoritajiet oħra.

4.  Meta ma jkunx hemm ċediment tal-vawċer tar-reġistrazzjoni tal-bagalja, it-trasportatur għandu biss ikun obbligat iwassal il-bagalji lill-persuna li tipprova d-dritt tagħha għal dan; jekk il-prova offruta tidher insuffiċjenti, it-trasportatur jista’ jitlob li tingħata s-sigurtà.

5.  Il-bagalja għandha titwassal fil-post tad-destinazzjoni li għalih ġiet irreġistrata.

6.  Id-detentur tal-vawċer tar-reġistrazzjoni tal-bagalja li l-bagalja tiegħu ma tkunx twasslet, jista’ jitlob li jkollu fuq il-vawċer il-jum u l-ħin meta talab it-twassil skont il-paragrafu 3.

7.  Il-persuna intitolata tista’ tirrifjuta li taċċetta l-bagalja jekk it-trasportatur ma jikkonformax mat-talba tiegħu li jwettaq eżami tal-bagalja rreġistrata biex jiġi stabbilit id-dannu allegat.

8.  Fil-każi l-oħra kollha, it-twassil tal-bagalja għandu jsir skont il-preskrizzjonijiet fis-seħħ fil-post tad-destinazzjoni.

Kapitolu IV

Vetturi

Artikolu 23

Kundizzjonijiet tat-Trasport

Id-dispożizzjonijiet speċjali li jirregolaw it-trasport ta’ vetturi, li jinsabu fil-Kundizzjonijiet Ġenerali tat-Trasport, għandhom jispeċifikaw b’mod partikolari l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-aċċettazzjoni għat-trasport, ir-reġistrazzjoni, it-tagħbija u t-trasport, il-ħatt u t-twassil kif ukoll l-obbligi tal-passiġġieri.

Artikolu 24

Vawċer tat-Trasport

1.  L-obbligi kuntrattwali relatati mat-trasport ta’ vetturi għandhom jiġu stabbiliti b’vawċer tat-trasport maħruġ lill-passiġġier. Il-vawċer tat-trasport jista’ jiġi integrat fil-biljett tal-passiġġier.

2.  Il-dispożizzjonijiet speċjali li jirregolaw it-trasport ta’ vetturi, li jinsabu fil-Kundizzjonijiet Ġenerali tat-Trasport, għandhom jiddeterminaw il-forma u l-kontenut tal-vawċer tat-trasport kif ukoll il-lingwa u l-karattri li bihom dan għandu jiġu stampat u magħmul. L-Artikolu 7(5) għandu japplika mutatis mutandis.

3.  Dan li ġej, tal-inqas, għandu jiddaħħal fil-vawċer tat-trasport:

(a)  it-trasportatur jew it-trasportaturi;

(b)  stqarrija li t-trasport huwa soġġett, minkejja kwalunkwe klawżola kuntrarja, għal dawn ir-Regoli Uniformi; din tista’ tkun indikata bl-akronimu CIV;

(c)  kwalunkwe stqarrija oħra meħtieġa biex tipprova l-obbligi kuntrattwali li jirrigwardaw it-trasport ta’ vetturi u li tippermetti lill-passiġġier jafferma d-drittijiet li jirriżultaw mill-kuntratt ta’ trasport.

4.  Il-passiġġier għandu jiżgura, xħin jirċievi l-vawċer tat-trasport, li dan ħareġ skont l-istruzzjonijiet tiegħu.

Artikolu 25

Liġi applikabbli

Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III relatati mat-trasport ta’ bagalji għandhom japplikaw għall-vetturi.

TITOLU IV

RESPONSABBILTÀ TAT-TRASPORTATUR

Kapitolu I

Responsabbiltà f’każ ta’ mewt ta’ passiġġieri jew korrimenti personali ta’ passiġġieri

Artikolu 26

Bażi tar-responsabbiltà

1.  It-trasportatur għandu jkun responsabbli għat-telf jew id-dannu li jirriżultaw minn mewt ta’ passiġġier, korrimenti personali ta’ passiġġier, jew dannu fiżiku jew mentali fuq passiġġier, ikkawżati b’inċident li joriġina mill-operat tal-linja tal-ferrovija u li jseħħ waqt li l-passiġġier ikun ġewwa, dieħel jew nieżel minn vetturi tal-linja tal-ferrovija, tkun xi tkun l-infrastruttura tal-linja tal-ferrovija użata.

2.  It-trasportatur għandu jinħeles minn din ir-responsabbiltà

(a)  jekk l-inċident ġie kkawżat minn ċirkostanzi mhux konnessi mal-operat tal-linja tal-ferrovija u li t-trasportatur, minkejja li ħa l-kura meħtieġa fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, ma setax jevita u li ma setax jipprevjeni l-konsegwenzi tagħhom;

(b)  sal-punt li l-inċident huwa tort tal-passiġġier;

(c)  jekk l-aċċident huwa dovut għall-imġiba ta’ parti terza li t-trasportatur, minkejja li ħa l-kura meħtieġa fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, ma setax jevita u li ma setax jipprevjeni l-konsegwenzi tagħhom; impriża oħra li tuża l-istess infrastruttura tal-linja tal-ferrovija ma tistax titqies bħala parti terza; id-dritt għal rikors m’għandux jiġi affettwat.

3.  Jekk l-inċident huwa dovut għall-imġiba ta’ parti terza u jekk, minkejja dan, it-trasportatur mhuwiex meħlus għalkollox mir-responsabbiltà tiegħu skont il-paragrafu 2(c), hu għandu jkun responsabbli b’mod sħiħ sal-limiti stabbiliti f’dawn ir-Regoli Uniformi iżda mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dritt għal rikors li t-trasportatur jista’ jkollu kontra l-parti terza.

4.  Dawn ir-Regoli Uniformi m’għandhom jaffettwaw l-ebda responsabbiltà li jaf ikollu t-trasportatur f’każijiet mhux previsti fil-paragrafu 1.

5.  Jekk it-trasport irregolat minn kuntratt ta’ trasport wieħed jitwettaq minn trasportaturi suċċessivi, it-trasportatur marbut skont il-kuntratt ta’ trasport li jipprovdi s-servizz ta’ trasport li fil-kors tiegħu seħħ l-inċident, għandu jkun responsabbli f’każ ta’ mewt ta’, korrimenti personali lill-, passiġġieri. Meta dan is-servizz ma ġiex ipprovdut mit-trasportatur, iżda minn trasportatur sostitut, iż-żewġ trasportaturi għandhom ikunu responsabbli b’mod konġunt u separatament skont dawn ir-Regoli Uniformi.

Artikolu 27

Danni f’każ ta’ mewt

1.  F’każ ta’ mewt tal-passiġġier, id-danni għandhom jinkludu:

(a)  kwalunkwe spejjeż meħtieġa wara l-mewt, b’mod partikolari dawk tat-trasport tal-ġisem u l-ispejjeż tal-funeral;

(b)  jekk il-mewt ma sseħħx mill-ewwel, id-danni previsti fl-Artikolu 28.

2.  Jekk, mal-mewt tal-passiġġier, il-persuni li kellu, jew li kien ser ikollu, d-dmir legali li jmantni jiġu mċaħħda mill-appoġġ tagħhom, dawn il-persuni għandhom ukoll jiġu kumpensati għal dak it-telf. Id-drittijiet ta’ azzjoni minħabba d-danni li ġarrbu l-persuni li l-passiġġier kien qed imantni mingħajr ma kien marbut bil-liġi li jagħmel dan, għandhom jiġu rregolati bil-liġi nazzjonali.

Artikolu 28

Danni f’każ ta’ korriment personali

F’każ ta’ korriment personali jew kwalunkwe dannu fiżiku jew mentali oħra lill-passiġġier, id-danni għandhom jinkludu:

(a)  kwalunkwe spejjeż, b’mod partikolari dawk tal-kura u tat-trasport;

(b)  kumpens għal telf finanzjarju, dovut għall-inkapaċità tax-xogħol, totali jew parzjali, jew għal ħtiġijiet miżjuda.

Artikolu 29

Kumpens għal danni oħrajn tal-ġisem

Il-liġi nazzjonali għandha tiddetermina jekk u sa liema limitu għandu t-trasportatur iħallas id-danni għal dannu tal-ġisem barra minn dik li hemm dispożizzjoni għaliha fl-Artikoli 27 u 28.

Artikolu 30

Forma u ammont ta’ danni f’każ ta’ mewt jew korriment personali

1.  Id-danni skont l-Artikolu 27(2) u l-Artikolu 28(b) għandhom jingħataw fil-forma ta’ ħlas f’daqqa. Madankollu, jekk il-liġi nazzjonali tippermetti pagament ta’ kull sena, id-danni għandhom jingħataw f’dik il-forma jekk jiġi mitlub hekk mill-passiġġier korrut jew mill-persuni intitolati msemmijin fl-Artikolu 27(2) .

2.  L-ammont ta’ danni li jridu jingħataw skont il-paragrafu 1 għandhom jiġu ddeterminati skont il-liġi nazzjonali. Madankollu, għall-iskopijiet ta’ dawn ir-Regoli Uniformi, il-limitu superjuri għal kull passiġġier għandu jiġi stabbilit għal 175 000 unità ta’ kont bħala ħlas f’daqqa jew bħala annwalità ta’ kull sena li tikkorrispondi għal dik is-somma, fejn il-liġi nazzjonali tipprevedi limitu superjuri ta’ inqas minn dak l-ammont.

Artikolu 31

Sistemi oħra ta’ trasport

1.  Soġġett għall-paragrafu 2, id-dispożizzjonijiet relatati mar-responsabbiltà tat-trasportatur f’każ ta’ mewt ta’, jew korriment personali lill-passiġġieri m’għandhomx japplikaw għal telf jew danni li joriġinaw fil-kors tat-trasport li, skont il-kuntratt ta’ trasport, ma kienx trasport bil-ferrovija.

2.  Madankollu, fejn il-vetturi tal-linji tal-ferrovija jinġarru bil-vapur, id-dispożizzjonijiet relatati mar-responsabbiltà f’każ ta’ mewt ta’, jew korrimenti personali lill-passiġġieri għandhom japplikaw għat-telf jew għad-danni msemmija fl-Artikolu 26(1) u l-Artikolu 33(1), ikkawżata b’inċident li jirriżulta mill-operat tal-linja tal-ferrovija u li jseħħ waqt li l-passiġġier ikun ġewwa, dieħel jew nieżel mill-imsemmija vetturi.

3.  Meta, minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali, l-operat tal-linja tal-ferrovija jiġi temporanjament sospiż u l-passiġġieri jinġarru b’mezz ieħor ta’ trasport, it-trasportatur għandu jkun responsabbli skont dawn ir-Regoli Uniformi.

Kapitolu II

Responsabbiltà f’każ ta’ nuqqas ta’ żamma mal-iskeda tal-ħin

Artikolu 32

Responsabbiltà f’każ ta’ kanċellazzjoni, ittardjar tal-ferroviji jew konnessjonijiet li ma ntlaħqux

1.  It-trasportatur għandu jkun responsabbli għall-passiġġier għal telf jew danni li jirriżultaw mill-fatt li, minħabba kanċellazzjoni, dewmien ta’ ferrovija jew konnessjoni li ma ntlaħqitx, il-vjaġġ tiegħu ma jistax jitkompla fl-istess jum, jew li kontinwazzjoni tal-vjaġġ fl-istess jum ma tistax tintalab b’mod raġonevoli minħabba ċirkostanzi speċifiċi. Id-dannigħandhom jinkludu l-ispejjeż raġonevoli tal-akkomodazzjoni kif ukoll l-ispejjeż raġonevoli li jkun hemm bżonn biex jiġu notifikati l-persuni li qed jistennew lill-passiġġier.

2.  It-trasportatur għandu jiġi meħlus minn din ir-responsabbiltà, meta l-kanċellazzjoni, l-ittardjar jew il-konnessjoni li ma ntlaħqitx hija attribwibbli għal waħda minn dawn il-kawżi li ġejjin:

(a)  ċirkostanzi mhux konnessi mal-operat tal-linja tal-ferrovija li t-trasportatur, minkejja li ħa l-kura meħtieġa fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, ma setax jevita u li ma setax jipprevjeni l-konsegwenzi tagħhom,

(b)  tort fuq il-parti tal-passiġġier; jew

(c)  l-imġiba ta’ parti terza li t-trasportatur, minkejja li ħa l-kura meħtieġa fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, ma setax jevita u li ma setax jipprevjeni l-konsegwenzi tagħhom; impriża oħra li tuża l-istess infrastruttura tal-linja tal-ferrovija ma tistax titqies bħala parti terza; id-dritt għal rikors m’għandux jiġi affettwat.

3.  Il-liġi nazzjonali għandha tiddetermina jekk u sa liema livell għandu t-trasportatur iħallas id-danni minbarra dawk previsti fil-paragrafu 1. Din id-dispożizzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 44.

Kapitolu III

Responsabbiltà fir-rigward ta’ bagalji tal-idejn, annimali, bagalji rreġistrati u vetturi

TAQSIMA 1

Bagalji tal-idejn u annimali

Artikolu 33

Responsabbiltà

1.  F’każ ta’ mewt ta’, jew korriment personali lill-, passiġġieri, it-trasportatur għandu jkun responsabbli wkoll għat-telf jew għad-danni li jirriżultaw minn telf totali jew parzjali ta’ oġġetti , jew dannu lil oġġetti li l-passiġġier kellu fuqu jew miegħu bħala bagalja tal-idejn; dan għandu japplika wkoll għall-annimali li l-passiġġier kien ġab miegħu. L-Artikolu 26 għandu japplika mutatis mutandis.

2.  F’rigward ieħor, it-trasportatur m’għandux ikun responsabbli għat-telf totali jew parzjali ta’ oġġetti, jew dannu lil oġġetti, bagalji tal-idejn jew annimali li s-superviżjoni tagħhom hija r-responsabbiltà tal-passiġġier skont l-Artikolu 15, sakemm dan it-telf jew id-dannu ma jkunux ikkawżati tort tat-trasportatur. L-Artikoli l-oħra tat-Titolu IV, għajr l-Artikolu 51, u t-Titolu VI m’għandhomx japplikaw f’dan il-każ.

Artikolu 34

Limitu tad-dannu f’każ ta’ telf ta’ oġġetti jew dannu fuq oġġetti

Meta t-trasportatur hu responsabbli skont l-Artikolu 33(1), dan għandu jħallas kumpens sa limitu ta’ 400 unità ta’ kont lil kull passiġġier.

Artikolu 35

Esklużjoni tar-responsabbiltà

It-trasportatur m’għandux ikun responsabbli għall-passiġġier għal telf jew dannu li joriġinaw mill-fatt li l-passiġġier ma jikkonformax mal-formalitajiet meħtieġa mill-awtoritajiet tad-dwana jew minn awtoritajiet amministrattivi oħra.

TAQSIMA 2

Bagalji Rreġistrati

Artikolu 36

Bażi tar-responsabbiltà

1.  It-trasportatur għandu jkun responsabbli għal telf jew dannu li joriġinaw minn telf totali jew parzjali ta’ bagalja rreġistrata jew dannu lil bagalja rreġistrata bejn il-ħin li t-trasportatur ħadha f’idejh u l-ħin tat-twassil kif ukoll mid-dewmien fit-twassil.

2.  It-trasportatur għandu jiġi meħlus minn din ir-responsabbiltà sal-punt fejn it-telf, id-dannu jew id-dewmien fit-twassil ġie kkawżat tort tal-passiġġier, b’ordni mogħtija mill-passiġġier minflok tort tat-trasportatur, b’difett inerenti fil-bagalja rreġistrata jew b’ċirkostanzi li t-trasportatur ma setax jevita u li ma setax jipprevjeni l-konsegwenzi tagħhom.

3.  It-trasportatur għandu jiġi meħlus minn din ir-responsabbiltà sal-punt li t-telf jew id-dannu joriġinaw mir-riskji speċjali inerenti f’waħda jew iżjed miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)  l-assenza jew l-inadegwatezza tal-ippakkjar;

(b)  in-natura speċjali tal-bagalja;

(c)  il-konsenja bħala bagalja ta’ oġġetti mhux aċċettabbli għat-trasport.

Artikolu 37

Oneru tal-prova

1.  L-obbligu li jiġi pprovat li t-telf, id-dannu jew l-ittardjar tat-twassil kien tort ta’ waħda mill-kawżi speċifikati fl-Artikolu 36(2) għandu jkun tat-trasportatur .

2.  Meta t-trasportatur jistabbilixxi li, wara li kkunsidra ċ-ċirkostanzi ta’ każ partikolari, it-telf jew id-dannu setgħu oriġinaw minn riskju speċjali wieħed jew aktar imsemmija fl-Artikolu 36(3), għandu jkun preżunt li dan oriġina minn hemm. Madankollu, il-persuna intitolata għandu jkollha d-dritt li tagħti evidenza li t-telf jew id-dannu ma kinux attribwibbli la fis-sħiħ u lanqas parzjalment għal wieħed minn dawk ir-riskji.

Artikolu 38

Trasportaturi suċċessivi

Jekk trasport irregolat b’kuntratt wieħed jitwettaq minn trasportaturi diversi suċċessivi, kull trasportatur bl-att proprju li jieħu f’idejh il-bagalja bil-vawċer tar-reġistrazzjoni tal-bagalja jew il-vettura bil-vawċer tat-trasport, għandu jsir parti għall-kuntratt ta’ trasport fir-rigward tat-tmexxija tal-bagalja jew tat-trasport tal-vetturi, skont it-termini tal-vawċer tar-reġistrazzjoni tal-bagalja jew tal-vawċer tat-trasport u għandu jassumi l-obbligi li joriġinaw minn hemm. F’dan il-każ, kull trasportatur għandu jkun responsabbli għat-trasport matul ir-rotta sħiħa sat-twassil.

Artikolu 39

Trasportatur sostitut

1.  Fejn it-trasportatur ħalla t-twettiq tat-trasport, fis-sħiħ jew f’parti, f’idejn trasportatur sostitut, kemm jekk skont id-dritt fil-kuntratt ta’ trasport li jagħmel dan, jew le, it-trasportatur għandu madankollu jibqa’ responsabbli fir-rigward tat-trasport kollu .

2.  Id-dispożizzjonijiet kollha ta’ dawn ir-Regoli Uniformi li jirregolaw ir-responsabbiltà tat-trasportatur għandhom japplikaw ukoll għar-responsabbiltà tat-trasportatur sostitut għat-trasport imwettaq minnu. L-Artikoli 48 u 52 għandhom japplikaw jekk titressaq azzjoni kontra l-impjegati jew kwalunkwe persuna oħra li t-trasportatur sostitut jagħmel użu mis-servizzi tagħha għat-twettiq tat-trasport.

3.  Kwalunkwe ftehim speċjali li skontu t-trasportatur jassumi obbligi mhux imposti minn dawn ir-Regoli Uniformi jew jirrinunzja drittijiet mogħtija minn dawn ir-Regoli Uniformi, m’għandu jkollu l-ebda effett fir-rigward tat-trasportatur sostitut li ma jkunx aċċettah espliċitament u bil-miktub. Kemm jekk it-trasportatur sostitut ikun aċċettah u kemm jekk le, it-trasportatur għandu xorta jibqa’ marbut bl-obbligi jew ir-rinunzji li jirriżultaw minn dan il-ftehim speċjali.

4.  Meta u safejn it-trasportatur u t-trasportatur sostitut ikunu t-tnejn responsabbli, ir-responsabbiltà għandha tkun konġunta u separata.

5.  L-ammont aggregat tal-kumpens pagabbli mit-trasportatur, it-trasportatur sostitut u s-servi tagħhom u persuni oħra li jkunu jużaw is-servizzi tagħhom għat-twettiq tat-trasportazzjoni m’għandux jaqbeż il-limiti previsti f’dawn ir-Regoli Uniformi.

6.  Dan l-Artikolu m’għandux jippreġudika d-drittijiet għal rikors li jistgħu jkunu jeżistu bejn it-trasportatur u t-trasportatur sostitut.

Artikolu 40

Preżunzjoni ta’ telf

1.  Il-persuna intitolata tista’, mingħajr ma tkun mitluba tipprovdi provi ulterjuri, tikkunsidra oġġett tal-bagalja bħala mitluf meta dan ma jkunx twassal lilha jew impoġġi għad-dispożizzjoni tagħha fi żmien erbatax-il jum wara li t-talba għat-twassil tkun saret skont l-Artikolu 22(3).

2.  Jekk oġġett tal-bagalja li jkun meqjus li ntilef jiġi rkuprat fi żmien sena wara t-talba għat-twassil, it-trasportatur irid jinnotifika lill-persuna intitolata jekk l-indirizz tagħha jkun magħruf jew ikun jista’ jiġi aċċertat.

3.  Fi żmien tletin jum wara l-wasla ta’ notifika msemmija fil-paragrafu 2, il-persuna intitolata tista’ titlob li l-oġġett tal-bagalja jitwassal lilha. F’dak il-każ, hija trid tħallas l-ispejjeż relatati mat-trasport tal-oġġett mill-post tal-konsenja għall-post fejn il-konsenja trid tasal u tirrimborża l-kumpens irċevut minbarra, skont il-każ, kwalunkwe spiża inkluża fih. Madankollu hija għandha żżomm id-drittijiet tagħha li titlob il-kumpens għal dewmien fit-twassil previst fl-Artikolu 43.

4.  Jekk l-oġġett tal-bagalja rkuprat ma jkunx miġbur fi żmien il-perjodu stipulat fil-paragrafu 3 jew jekk dan ma jkunx irkuprat sa aktar minn sena wara t-talba għat-twassil, it-trasportatur għandu jeħles minnu skont il-liġijiet u l-preskrizzjonijiet fis-seħħ fil-post fejn l-oġġett tal-bagalja jkun qiegħed.

Artikolu 41

Kumpens għal telf

1.  F’każ ta’ telf totali jew parzjali ta’ bagalja reġistrata, it-trasportatur irid iħallas, għajr għad-danni l-oħrajn kollha:

(a)  jekk l-ammont ta’ telf jew id-dannu mġarrab ikun ippruvat, kumpens daqs dak l-ammont imma mhux aktar minn 80 unità ta’ kont għal kull kilogramm ta’ massa qasira gross jew 1 200 unità ta’ kont għal kull oġġett tal-bagalja;

(b)  jekk l-ammont ta’ telf jew id-dannu mġarrab ma jkunx stabbilit, id-danni likwidati ta’ 20 unità ta’ kont għal kull kilogramm ta’ massa qasira gross jew 300 unità ta’ kont għal kull oġġett tal-bagalja;

Il-metodu ta’ kumpens, għal kull kilogramm nieqes jew għal kull oġġett tal-bagalja, għandu jiġi ddeterminat mill-Kundizzjonijiet Ġenerali tat-Trasport.

2.  Barra minn hekk, it-trasportatur irid jirrimborża l-ispiża għat-trasport tal-bagalja u ammonti oħrajn imħallsa fir-rigward tat-trasport tal-oġġett mitluf kif ukoll id-dazji tad-dwana u tas-sisa li jkunu diġà tħallsu.

Artikolu 42

Kumpens għal danni

1.  F’każ ta’ dannu fuq bagalja reġistrata, it-trasportatur irid iħallas kumpens ekwivalenti għat-telf fil-valur tal-bagalja, għajr id-danni l-oħra kollha.

2.  Il-kumpens m’għandux ikun aktar minn:

(a)  jekk il-bagalja kollha naqsilha l-valur minħabba dannu, l-ammont li kien ikun pagabbli f’każ ta’ telf totali;

(b)  jekk parti biss tal-bagalja naqsilha l-valur minħabba dannu, l-ammont li kien ikun pagabbli kieku dik il-parti ntilfet;

Artikolu 43

Kumpens għal dewmien fit-twassil

1.  F’każ ta’ dewmien fit-twassil ta’ bagalja rreġistrata, it-trasportatur irid iħallas għal kull perjodu sħiħ ta’ 24 siegħa wara li jkun intalab it-twassil, iżda soġġett għal massimu ta’ 14-il jum:

(a)  jekk il-persuna intitolata jkollha provi li ġarrbet telf jew dannu b’dan, kumpens daqs l-ammont tat-telf jew tad-dannu, sa mhux aktar minn 0,80 unità ta’ kont għal kull kilogramm ta’ massa gross tal-bagalja jew 14-il unità ta’ kont għal kull oġġett tal-bagalja, imwassal tard;

(b)  jekk il-persuna intitolata ma jkollhiex provi li ġarrbet telf jew dannu b’dan, id-danni likwidati ta’ 0,14-il unità ta’ kont għal kull kilogramm ta’ massa gross tal-bagalja jew 2,80 unità ta’ kont għal kull oġġett tal-bagalja, imwassla tard.

Il-metodi ta’ kumpens, skont kull kilogramm nieqes jew skont l-oġġetti tal-bagalja, għandu jkun determinat mill-Kundizzjonijiet Ġenerali tat-Trasport.

2.  F’każ ta’ telf totali tal-bagalja, il-kumpens previst fil-paragrafu 1 m’għandux ikun pagabbli flimkien ma’ dak previst fl-Artikolu 41.

3.  F’każ ta’ telf ta’ parti tal-bagalja, il-kumpens previst fil-paragrafu 1 għandu jkun pagabbli fir-rigward ta’ dik il-parti tal-bagalja li ma tkunx intilfet.

4.  F’każ ta’ dannu tal-bagalja li ma tirriżultax minn dewmien fit-twassil, il-kumpens previst fil-paragrafu 1 għandu, fejn xieraq, ikun pagabbli flimkien ma’ dak previst fl-Artikolu 42.

5.  It-total ta’ kumpens previst fil-paragrafu 1 flimkien ma’ dak pagabbli skont l-Artikoli 41 u 42 m’għandu fl-ebda każ jaqbeż il-kumpens li kien ikun pagabbli f’każ ta’ telf totali tal-bagalja.

TAQSIMA 3

Vetturi

Artikolu 44

Kumpens għal dewmien

1.  F’każ ta’ dewmien fit-tagħbija għal raġuni attribwita lit-trasportatur jew dewmien fit-twassil ta’ vettura, u jekk il-persuna intitolata jkollha provi li ġarrbet telf jew dannu b’dan, it-trasportatur irid iħallas kumpens mhux aktar mill-ammont tal-ispiża tat-trasport.

2.  Jekk, f’każ ta’ dewmien tat-tagħbija għal raġuni attribwita għat-trasportatur, il-persuna intitolata tagħżel li ma tipproċedix bil-kuntratt tat-trasport, l-ispiża tat-trasport għandha tkun rimborżata lilha. Barra minn hekk, il-persuna intitolata tista’, jekk ikollha provi li ġarrbet telf jew dannu bħala riżultat tad-dewmien, titlob kumpens ta’ mhux aktar mill-ispiża tat-trasport.

Artikolu 45

Kumpens għal telf

F’każ ta’ telf totali jew parzjali ta’ vettura, il-kumpens pagabbli lill-persuna intitolata għat-telf jew għad-dannu ppruvati għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-valur tas-soltu tal-vettura. Dan m’għandux jaqbeż it-8 000 unità ta’ kont. Trejler mgħobbi jew mhux mgħobbi għandu jkun ikkunsidrat bħala vettura separata.

Artikolu 46

Responsabbiltà fir-rigward ta’ oġġetti oħra

1.  Fir-rigward ta’ oġġetti li jitħallew fil-vettura jew jitpoġġew f’kaxxi (eż. kaxxi tal-bagalji jew tal-iskì) marbutin mal-vettura, it-trasportatur għandu jkun responsabbli biss għal telf jew dannu kkawżati tort tiegħu. Il-kumpens totali pagabbli m’għandux jaqbeż l-400 unità ta’ kont.

2.  Safejn jirrigwarda l-oġġetti stivati fuq barra tal-vettura, inkluż il-kaxxi msemmija fil-paragrafu 1, it-trasportatur għandu jkun responsabbli biss fir-rigward ta’ oġġetti ppustjati fuq barra tal-vettura jekk jiġi ppruvat li t-telf jew id-dannu jirriżultaw minn azzjoni jew ommissjoni, li t-trasportatur wettaq bl-intenzjoni biex jikkawża dan it-telf jew dan id-dannu jew bi traskuraġni u bl-għarfien li dan it-telf jew dan id-dannu probabbli jirriżultaw.

Artikolu 47

Liġi applikabbli

Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ din it-Taqsima, id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 2 relatati mar-responsabbiltà għall-bagalji għandhom japplikaw għall-vetturi.

Kapitolu IV

Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 48

Telf ta’ dritt li jiġu invokati l-limiti tar-responsabbiltà

Il-limiti tar-responsabbiltà previsti f’dawn ir-Regoli Uniformi kif ukoll id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jillimitaw il-kumpens għal ammont fiss, m’għandhomx japplikaw jekk jiġi ppruvat li t-telf jew id-dannu jirriżultaw minn att jew ommissjoni, li t-trasportatur ikun wettaq bl-intenzjoni li jikkawża dan it-telf jew dan id-dannu, jew bi traskuraġni u bl-għarfien li dan it-telf jew dan id-dannu probabbli jirriżultaw.

Artikolu 49

Konverżjoni u interess

1.  Fejn il-kalkolu tal-kumpens jeħtieġ il-konverżjoni ta’ somom espressi f’rata barranija, il-konverżjoni għandha tkun bir-rata tal-kambju applikabbli fil-jum u l-post tal-ħlas tal-kumpens.

2.  Il-persuna intitolata tista’ titlob interessi fuq il-kumpens, ikkalkulata fuq ħamsa fil-mija kull sena, mill-jum tal-pretensjoni previst fl-Artikolu 55 jew, jekk ma tkun saret l-ebda pretensjoni bħal din, mill-jum meta jkunu ġew istitwiti l-proċedimenti ġudizzjarji.

3.  Madankollu, fil-każ ta’ kumpens pagabbli skont l-Artikoli 27 u 28, l-interessi għandhom jingħaddu biss mill-jum meta jkunu seħħew l-avvenimenti relatati mal-istima tal-ammont tal-kumpens, jekk dak il-jum ikun aktar tard minn dak tal-pretensjoni jew mill-jum meta jkunu ġew istitwiti l-proċedimenti ġudizzjarji.

4.  Fil-każ ta’ bagalji, l-interessi għandhom ikunu pagabbli biss jekk il-kumpens jaqbeż is-16-il unità ta’ kont għal kull vawċer tar-reġistrazzjoni tal-bagalji.

5.  Fil-każ ta’ bagalji, jekk il-persuna intitolata ma tissottomettix lit-trasportatur, fi żmien raġonevoli mogħti lilha, id-dokumenti ta’ appoġġ meħtieġa biex l-ammont tal-pretensjoni jiġi stabbilit finalment, l-ebda interess m’għandu jingħadd bejn l-iskadenza mogħtija u s-sottomissjoni proprja ta’ dawn id-dokumenti.

Artikolu 50

Responsabbiltà f’każ ta’ inċidenti nukleari

Skont ir-Regoli Uniformi għal telf jew dannu kkawżati minn inċident nukleari għandha titneħħa r-responsabbiltà minn fuq it-trasportatur meta l-operatur tal-installazzjoni nukleari jew persuna oħra li tissostitwih ikunu responsabbli għal telf jew dannu skont il-liġijiet u l-preskrizzjonijiet ta’ Stat li jirregola r-responsabbiltà fil-qasam tal-enerġija nukleari.

Artikolu 51

Persuni li t-trasportatur huwa responsabbli għalihom

It-trasportatur għandu jkun responsabbli għall-impjegati tiegħu u persuni oħrajn li juża s-servizzi tagħhom għat-twettiq tat-trasport, meta dawn l-impjegati u persuni oħrajn ikunu qed jaġixxu fl-ambitu tal-funzjonijiet tagħhom. L-amministraturi tal-infrastruttura tal-ferrovija li biha jitwettaq it-trasport għandhom ikunu kkunsidrati bħala persuni li t-trasportatur jagħmel użu tas-servizzi tagħhom għat-twettiq tat-trasport.

Artikolu 52

Azzjonijiet oħra

1.  Fil-każijiet kollha fejn dawn ir-Regoli Uniformi għandhom japplikaw, kwalunkwe azzjoni fir-rigward ta’ responsabbiltà, għal kwalunkwe raġuni, jistgħu jitressqu kontra t-trasportatur biss soġġetti għall-kundizzjonijiet u l-limitazzjonijiet stabbiliti minn dawn ir-Regoli Uniformi.

2.  L-istess għandu japplika għal kwalunkwe azzjoni mressqa kontra l-impjegati u persuni oħrajn li t-trasportatur huwa responsabbli għalihom skont l-Artikolu 51.

TITOLU V

RESPONSABBILTÀ TAL-PASSIĠĠIER

Artikolu 53

Prinċipji speċjali ta’ responsabbiltà

Il-passiġġier għandu jkun responsabbli għat-trasportatur għal kwalunkwe telf jew dannu:

(a)  li tirriżulta meta jonqos milli jaqdi l-obbligi tiegħu skont

1.  l-Artikoli 10, 14 u 20,

2.  id-dispożizzjonijiet speċjali għat-trasport ta’ vetturi, li jinsabu fil-Kundizzjonijiet Ġenerali tat-Trasport, jew

3.  ir-Regolament dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ Merkanzija Perikoluża bil-Ferrovija (RID), jew

(b)  ikkawżati minn oġġetti u annimali li hu jġib miegħu, sakemm hu ma jagħtix provi li t-telf jew id-dannu kienu kkawżati minn ċirkostanzi li hu ma setax jevita u li l-konsegwenzi tagħhom ma setax jipprevjeni, minkejja l-fatt li hu eżerċita d-diliġenza meħtieġa ta’ passiġġier kuxjenzjuż. Din id-dispożizzjoni m’għandhiex taffettwa r-responsabbiltà tat-trasportatur skont l-Artikoli 22 u 33(1).

TITOLU VI

DIKJARAZZJONI TAD-DRITTIJIET

Artikolu 54

Aċċertazzjoni ta’ telf jew dannu parzjali

1.  Meta telf parzjali ta’ oġġett trasportat, jew dannu ta’ oġġett trasportat fir-responsabbiltà tat-trasportatur (bagalji, vetturi) jiġi skopert jew meqjus mit-trasportatur jew allegat mill-persuna intitolata, it-trasportatur irid, mingħajr dewmien, u jekk possibbli fil-preżenza tal-persuna intitolata, jikteb rapport fejn jiddikjara, skont in-natura tat-telf jew id-dannu, il-kundizzjoni tal-oġġett u, sa fejn possibbli, il-qies tat-telf jew tad-dannu, il-kaġun u ż-żmien ta’ meta seħħ.

2.  Kopja tar-rapport irid ikun provdut mingħajr ħlas lill-persuna intitolata.

3.  Jekk il-persuna intitolata ma taċċettax ir-riżultat fir-rapport, din tista’ titlob li l-kundizzjoni tal-bagalja jew tal-vettura u l-kawża u l-ammont tat-telf jew tad-dannu jkunu aċċertati minn espert imqabbad mill-partijiet tal-kuntratt ta’ trasport jew minn qorti jew tribunal. Il-proċedura ta’ wara għandha tkun irregolata mil-liġijiet u l-preskrizzjonijiet tal-Istat fejn isseħħ din l-aċċertazzjoni.

Artikolu 55

Pretensjonijiet

1.  Pretensjonijiet relatati mar-responsabbiltà tat-trasportatur f’każ ta’ mewt, jew korriment personali, il-passiġġieri jridu jindirizzaw bil-miktub lit-trasportatur li kontrih tista’ titressaq azzjoni. Fil-każ ta’ trasport regolat minn kuntratt wieħed u mwettaq minn trasportaturi suċċessivi, il-pretensjonijiet jistgħu jiġu indirizzati wkoll lill-ewwel jew l-aħħar trasportatur kif ukoll lit-trasportatur li jkollu l-post prinċipali tan-negozju, jew il-fergħa jew l-aġenzija li kkonkludew il-kuntratt ta’ trasport fl-Istat fejn il-passiġġier ikollu d-domiċilju jew ir-residenza abitwali tiegħu.

2.  Pretensjonijiet oħrajn relatati mal-kuntratt ta’ trasport iridu jkunu indirizzati bil-miktub lit-trasportatur speċifikat fl-Artikolu 56(2) u (3) .

3.  Id-dokumenti li l-persuna intitolata taħseb li jixraq tissottomettihom mal-pretensjoni għandhom ikunu ppreżentati fil-forma oriġinali jew il-kopji tagħhom, fejn xieraq, il-kopji debitament ċertifikati jekk it-trasportatur ikun jeħtieġ hekk. Mal-ftehim tal-pretensjoni, it-trasportatur jista’ jitlob iċ-ċediment tal-biljett, il-vawċer tar-reġistrazzjoni tal-bagalja u l-vawċer tat-trasport.

Artikolu 56

Trasportaturi li tista’ titressaq azzjoni kontrihom

1.  Azzjoni bbażata fuq ir-responsabbiltà tat-trasportatur f’każ ta’ mewt ta’, jew korriment personali għall-passiġġieri, jistgħu jitressqu biss kontra trasportatur li huwa responsabbli skont l-Artikolu 26(5).

2.  Soġġetti għall-paragrafu 4, azzjonijiet oħrajn imressqa minn passiġġieri abbażi tal-kuntratt ta’ trasport jistgħu jittieħdu biss kontra l-ewwel trasportatur, l-aħħar trasportatur jew it-trasportatur li jkun wettaq il-parti tat-trasport li matulha jkun seħħ l-avveniment li wassal għall-proċedimenti.

3.  Meta, fil-każ ta’ trasport imwettaq minn trasportaturi suċċessivi, it-trasportatur li jrid iwassal il-bagalji jew il-vettura jkun imdaħħal bil-kunsens tiegħu fil-vawċer tar-reġistrazzjoni tal-bagalji jew fil-vawċer tat-trasport, azzjoni tista’ tittieħed kontrih skont il-paragrafu 2 anke jekk huwa ma jkunx irċieva l-bagalji jew il-vettura.

4.  Azzjoni għall-irkupru ta’ somma mħallsa skont il-kuntratt ta’ trasport tista’ tittieħed kontra t-trasportatur li jkun ġabar dik is-somma jew kontra t-trasportatur li tkun inġabret f’ismu.

5.  Azzjoni tista’ tittieħed kontra trasportatur għajr kontra dawk speċifikati fil-paragrafi 2 u 4 meta tkun istitwita b’kontropretensjoni jew b’eċċezzjoni fil-proċedimenti relatati ma’ pretensjoni prinċipali bbażata fuq l-istess kuntratt ta’ trasport.

6.  Sakemm dawn ir-Regoli Uniformi japplikaw għat-trasportatur sostitut, azzjoni tista’ tittieħed kontrih ukoll.

7.  Jekk il-kwerelant ikollu għażla bejn bosta trasportaturi, id-dritt tiegħu għall-għażla għandu jkun mitmum hekk kif iressaq azzjoni kontra wieħed minnhom; dan għandu japplika wkoll jekk il-kwerelant għandu għażla bejn trasportatur wieħed jew aktar u trasportatur sostitut.

Artikolu 58

Tneħħija tad-dritt għal azzjoni f’każ ta’ mewt jew korriment personali

1.  Kwalunkwe dritt għal azzjoni mill-persuna intitolata bbażat fuq ir-responsabbiltà tat-trasportatur f’każ ta’ mewt jew korriment personali ta’ passiġġieri, għandu jitneħħa jekk notifika tal-inċident tal-passiġġier ma tkunx ingħatat mill-persuna intitolata, fi żmien 12-il xahar minn meta jkun sar jaf bit-telf jew bid-dannu, lil wieħed mit-trasportaturi li lilu tista’ tiġi indirizzata pretensjoni skont l-Artikolu 55(1). Fejn il-persuna intitolata tagħti notifika verbali tal-inċident lit-trasportatur, it-trasportatur għandu jforniha b’konferma ta’ din in-notifika verbali.

2.  Madankollu, id-dritt għal azzjoni m’għandux jitneħħa jekk

(a)  fi żmien il-perjodu previst fil-paragrafu 1, il-persuna intitolata tkun indirizzat pretensjoni lil wieħed mit-trasportaturi nominati fl-Artikolu 55(1);

(b)  fi żmien il-perjodu previst fil-paragrafu 1 it-trasportatur li jkun responsabbli jkun sar jaf bl-inċident tal-passiġġier b’xi mod ieħor;

(c)  notifika tal-inċident ma tkunx ingħatat, jew tkun ingħatat tard, bħala riżultat ta’ ċirkostanzi mhux attribwiti għall-persuna intitolata;

(d)  il-persuna intitolata tagħti provi li l-inċident kien ikkawżat tort fuq il-parti tat-trasportatur.

Artikolu 59

Tneħħija tad-dritt għal azzjoni li tirriżulta mit-trasport ta’ bagalji

1.  L-aċċettazzjoni tal-bagalji mill-persuna intitolata għandha tneħħi d-drittijiet kollha għal azzjoni kontra t-trasportatur li tirriżulta mill-kuntratt ta’ trasport f’każ ta’ telf, dannu jew dewmien parzjali fit-twassil.

2.  Madankollu, id-dritt għal azzjoni m’għandux jitneħħa:

(a)  f’każ ta’ telf jew dannu parzjali, jekk

1.  it-telf jew id-dannu jkunu aċċertati skont l-Artikolu 54 qabel l-aċċettazzjoni tal-bagalji mill-persuna intitolata;

2.  l-aċċertazzjoni li tkun suppost saret skont l-Artikolu 54 titħalla barra tort biss tat-trasportatur;

(b)  f’każ ta’ telf jew dannu li ma jkunux jidhru li l-eżistenza tagħhom tkun aċċertata wara l-aċċettazzjoni tal-bagalji mill-persuna intitolata, jekk din il-persuna

1.  titlob aċċertazzjoni skont l-Artikolu 54 minnufih wara li tiskopri t-telf jew id-dannu u mhux aktar tard minn tlett ijiem wara l-aċċettazzjoni tal-bagalji, u

2.  barra minn hekk, ikollha provi li t-telf jew id-dannu jkunu seħħew bejn iż-żmien li tkun ittieħdet mit-trasportatur u l-ħin tat-twassil ;

(c)  f’każ ta’ dewmien fit-twassil, jekk fi żmien wieħed u għoxrin jum il-persuna intitolata tkun aċċertat id-drittijiet tagħha kontra wieħed mit-trasportaturi speċifikati l-Artikolu 56(3);

(d)  jekk il-persuna intitolata tagħti provi li t-telf jew id-dannu jkunu kkawżati tort tat-trasportatur.

Artikolu 60

Limitazzjoni tal-azzjonijiet

1.  Il-perjodu ta’ limitazzjoni ta’ azzjonijiet għal danni bbażati fuq ir-responsabbiltà tat-trasportatur f’każ ta’ mewt jew korriment personali ta’ passiġġieri għandu jkun:

(a)  fil-każ ta’ passiġġier, tliet snin mill-jum wara l-inċident;

(b)  fil-każ ta’ persuni intitolati oħrajn, tliet snin mill-jum wara l-mewt tal-passiġġier, soġġett għal massimu ta’ ħames snin mill-jum wara l-inċident.

2.  Il-perjodu ta’ limitazzjoni għal azzjonijiet oħrajn li jirriżultaw mill-kuntratt tat-trasport għandu jkun ta’ sena. Madankollu, il-perjodu ta’ limitazzjoni għandu jkun sentejn fil-każ ta’ azzjoni għal telf jew dannu li jirriżultaw minn att jew ommissjoni mwettqa bl-intenzjoni li jiġu kkawżati dan it-telf jew dan id-dannu, jew bi traskuraġni u bl-għarfien li dan it-telf jew dan id-dannu probabbli jirriżultaw.

3.  Il-perjodu ta’ limitazzjoni previst fil-paragrafu 2 għandu jgħodd għal azzjonijiet:

(a)  għal kumpens ta’ telf totali, mill-erbatax-il jum wara l-iskadenza prevista fl-Artikolu 22(31);

(b)  għal kumpens ta’ telf parzjali, dannu jew dewmien fit-twassil, mill-jum meta jkun sar it-twassil;

(c)  fil-każijiet l-oħrajn kollha li jinvolvu t-trasport ta’ passiġġieri, mill-jum meta tiskadi l-validità tal-biljett.

Il-jum indikat għall-bidu tal-perjodu ta’ limitazzjoni m’għandux ikun inkluż fil-perjodu.

4.  […]

5.  […]

6.  Inkella, is-sospensjoni u l-interruzzjoni tal-perjodi ta’ limitazzjoni għandhom jiġu regolati mil-liġi nazzjonali.

TITOLU VII

RELAZZJONIJIET BEJN IT-TRASPORTATURI

Artikolu 61

Apporzjonament tal-ispiża tat-trasport

1.  Kwalunkwe trasportatur li jkun ġabar jew li kellu jiġbor spiża tat-trasport, irid iħallas lit-trasportaturi konċernati s-sehem rispettiv tagħhom ta’ din l-ispiża . Il-metodi tal-ħlas għandhom jiġu ffissati bi ftehim bejn it-trasportaturi.

2.  L-Artikolu 6(3), l-Artikolu 16(3) u l-Artikolu 25 għandhom japplikaw ukoll għar-relazzjonijiet bejn it-trasportaturi suċċessivi.

Artikolu 62

Dritt għal rikors

1.  Trasportatur li jkun ħallas kumpens skont dawn ir-Regoli Uniformi għandu jkollu dritt għal rikors kontra t-trasportaturi li jkunu ħadu sehem fit-trasport skont id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)  it-trasportatur li jkun ikkawża t-telf jew id-dannu għandu jkun l-uniku responsabbli għalihom;

(b)  meta t-telf jew id-dannu jkunu ġew ikkawżati minn bosta trasportaturi, kull wieħed għandu jkun responsabbli għat-telf jew għad-dannu li jkun ikkawża; jekk din id-distinzjoni tkun impossibbli, il-kumpens għandu jkun proporzjonat bejniethom skont l-ittra c);

(c)  jekk ma jkunx jista’ jiġi ppruvat liema mit-trasportaturi jkun ikkawża t-telf jew id-dannu, il-kumpens għandu jkun proporzjonat bejn it-trasportaturi kollha li jkunu ħadu sehem fit-trasport, għajr dawk li jkollhom provi li t-telf jew id-dannu ma jkunux ikkawżati minnhom; dan l-apporzjonament għandu jkun proporzjonat skont is-sehem rispettiv tagħhom tal-ispiża tat-trasport.

2.  Fil-każ ta’ insolvenza ta’ xi wieħed minn dawn it-trasportaturi, is-sehem mhux imħallas li jkun dovut minnu għandu jiġi apporzjonat fost it-trasportaturi l-oħra kollha li jkunu ħadu sehem fit-trasport, skont il-proporzjon tas-sehem rispettiv tagħhom tal-ispiża tat-trasport.

Artikolu 63

Proċedura għal rikors

1.  Il-validità tal-ħlas magħmul mit-trasportatur li jeżerċita dritt għal rikors skont l-Artikolu 62 ma tistax tiġi kontestata mit-trasportatur li kontrih ikun ġie eżerċitat id-dritt għal rikors, meta l-kumpens ikun ġie determinat minn qorti jew tribunal u meta t-trasportatur imsemmi l-aħħar, debitament moqdi bin-notifika tal-proċedimenti, ikun ġie mogħti opportunità li jintervjeni fil-proċedimenti. Il-qorti jew it-tribunal imqabbdin mill-azzjoni prinċipali għandhom jiddeterminaw iż-żmien li għandu jingħata għal din in-notifika tal-proċedimenti u għal intervenzjoni fil-proċedimenti.

2.  Trasportatur li jeżerċita d-dritt tiegħu għal rikors irid jippreżenta l-pretensjoni tiegħu f’wieħed u fl-istess proċediment kontra t-trasportaturi kollha li magħhom ma jkunx laħaq ftehim, inkella għandu jitlef id-dritt tiegħu għal rikors fil-każ ta’ dawk li kontrihom hu ma jkunx ħa proċedimenti.

3.  Il-qorti jew it-tribunal għandhom jagħtu d-deċiżjoni tagħhom f’sentenza waħda u fl-istess dwar il-pretensjonijiet kollha ta’ rikors imressqa quddiemu.

4.  It-trasportatur li jkun jixtieq jinforza d-dritt tiegħu għal rikors jista’ jressaq l-azzjoni tiegħu fil-qrati jew it-tribunali tal-Istat li fit-territorju tiegħu, wieħed mit-trasportaturi li jkunu ħadu sehem fit-trasport ikollu l-post prinċipali tan-negozju tiegħu, jew il-fergħa jew aġenzija li jkunu kkonkludew il-kuntratt ta’ trasport.

5.  Meta l-azzjoni trid tittieħed kontra bosta trasportaturi, it-trasportatur kwerelant għandu jkun intitolat li jagħżel il-qorti jew it-tribunal li fihom hu se jressaq il-proċedimenti minn fost dawk kompetenti skont il-paragrafu 4.

6.  Il-proċedimenti tar-rikors ma jistgħux jingħaqdu ma’ proċedimenti għal kumpens meħuda mill-persuna intitolata skont il-kuntratt ta’ trasport.

Artikolu 64

Ftehim rigward rikors

It-trasportaturi jistgħu jikkonkludu ftehim li jidderoga mill-Artikoli 61 u 62.

ANNESS II

INFORMAZZJONI MINIMA LI GĦANDHOM JAGĦTU L-IMPRIŻI FERROVJARJI U L-BEJJIEGĦA TAL-BILJETTI

Parti I: Informazzjoni qabel il-vjaġġ

—  Kundizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-kuntratt

—  Skedi taż-żmien u kundizzjonijiet għall-aktar vjaġġi mgħaġġla

—  Skedi taż-żmien u kundizzjonijiet għall-irħas nollijiet għan-nollijiet disponibbli kollha, inklużi dawk l-aktar baxxi. [Em. 125]

—  Aċċessibbiltà, kundizzjonijiet tal-aċċess u disponibbiltà abbord ta’ faċilitajiet għall-persuni  b’diżabbiltà  u għall-persuni b’mobbiltà mnaqqsa  skont ir-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà stabbiliti fid-Direttiva XXX

—  Kundizzjonijiet Arranġamenti tal-aċċess għar-roti [Em. 126]

—  Disponibbiltà ta’ postijiet fiż-żoni tat-tipjip u għan-nollijiet applikabbli kollha fiż-żoni ta’ mingħajr tipjip (u, fejn applikabbli, ta' tipjip), tal-ewwel u t-tieni klassi kif ukoll ta’ kuċċetti u vaguni tal-irqad [Em. 127]

—  Kwalunkwe attività li probabbilment tfixkel jew iddewwem is-servizzi Tfixkil u dewmien (ippjanat u f'ħin reali) [Em. 128]

—  Disponibbiltà ta’ servizzi abbord, inklużi l-wifi u l-latrini [Em. 129]

—  Proċeduri għar-riklamazzjoni ta’ bagalji mitlufa

—  Proċeduri għas-sottomissjoni tal-ilmenti.

Parti II: Informazzjoni waqt il-vjaġġ

—  Servizzi abbord, inkluż il-wifi [Em. 130]

—  L-istazzjon li jmiss

—  Dewmien Tfixkil u dewmien (ippjanat u f'ħin reali) [Em. 131]

—  Servizzi prinċipali ta’ kollegament

—  Kwistjonijiet ta’ sigurtà u sikurezza

ANNESS III

STANDARDS MINIMI TAL-KWALITÀ TAS-SERVIZZ

I.  Rekwiżiti għall-impriżi ferrovjarji

Fuq is-sit web tagħhom, sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, l-impriżi ferrovjarji għandhom jippubblikaw ir-rapport dwar il-kwalità tas-servizz li jkun jikkorrispondi għas-sena kummerċjali ta’ qabel u jibagħtuh lill-Korp Nazzjonali tal-Infurzar u lill-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għall-pubblikazzjoni fuq is-sit web tagħha. Fuq is-sit web tagħha, l-impriża għandha tippubblika r-rapport bil-lingwa/i nazzjonali uffiċjali tagħha, u jekk ikun possibbli b’lingwi oħra tal-Unjoni, inkluż taqsira bl-Ingliż.

Ir-rapporti tal-kwalità tas-servizz għandhom jinkludu informazzjoni tal-anqas dwar dawn li ġejjin:

1)  Puntwalità tas-servizzi, u prinċipji ġenerali biex l-impriżi ferrovjarji jittrattaw l-interruzzjonijiet tas-servizzi;

(a)  id-dewmien

(i)  id-dewmien medju ġenerali tas-servizzi bħala persentaġġ għal kull kategorija tas-servizz (internazzjonali, domestiku fuq distanza twila, reġjonali u urban/suburban);

(ii)  il-persentaġġ tas-servizzi mdewma waqt it-tluq;

(iii)  il-persentaġġ tas-servizzi mdewma waqt il-wasla:

—  il-persentaġġ ta’ dewmien ta’ inqas minn 60 minuta;

—  il-persentaġġ il-perċentwali ta’ dewmien ta’ bejn 60-199 91-120 minuta; [Em. 132]

—  il-persentaġġ ta’ dewmien ta’ 120 minuta jew aktar;

(b)  il-kanċellazzjonijiet tas-servizzi

il-kanċellazzjonijiet tas-servizzi bħala persentaġġ għal kull kategorija tas-servizz (internazzjonali, domestiku fuq distanza twila, reġjonali u urban/suburban);

(c)  l-applikazzjoni tar-Regolament b’rabta mad-dewmien u l-kanċellazzjonijiet tas-servizzi:

(i)  l-għadd ta’ passiġġieri li ngħataw l-attenzjoni u l-assistenza;

(ii)  l-ispiża biex ingħataw dawn l-attenzjoni u l-assistenza;

(iii)  l-għadd ta’ passiġġieri li ngħataw kumpens;

(iv)  l-ispiża tal-kumpens mogħti;

(2)  Stħarriġ dwar is-sodisfazzjon tal-konsumaturi

Sett minimu ta’ kategoriji li għandhom jiġu inklużi:

(i)  il-puntwalità tal-ferroviji;

(ii)  l-informazzjoni lill-passiġġieri f’każ ta’ dewmien;

(iii)  il-preċiżjoni u d-disponibbiltà tal-informazzjoni fuq il-ferroviji;

(iv)  il-kwalità tal-manutenzjoni/il-kundizzjonijiet tal-ferroviji;

(v)  il-livell tas-sigurtà fuq il-ferroviji;

(vi)  l-indafa fuq il-ferroviji;

(vii)  l-għoti ta’ informazzjoni utli matul il-vjaġġ, inkluż fir-rigward tal-wifi jew ta' servizzi oħra abbord; [Em. 133]

(viii)  id-disponibbiltà ta’ tojlits ta’ kwalità tajba fuq kull ferrovija;

(ix)  l-indafa u l-manutenzjoni tal-istazzjonijiet bi standards għoljin;

(x)  l-aċċessibbiltà tal-ferroviji u tal-faċilitajiet abbord, fosthom tojlits aċċessibbli;

(xi)  l-għadd ta’ inċidenti u l-kwalità tal-assistenza mogħtija lill-persuni b’diżabbiltà u lill-persuni b’mobbiltà mnaqqsa abbord skont l-Artikolu 24, irrispettivament min-notifika minn qabel tat-talba tal-assistenza.

(3)  It-trattament tal-ilmenti

(i)  l-għadd ta’ ilmenti u l-eżitu;

(ii)  il-kategoriji tal-ilmenti;

(iii)  l-għadd ta’ lmenti proċessati;

(iv)  iż-żmien medju għar-rispons;

(v)  it-titjib possibbli, l-azzjoni li ttieħdu.

(4)  L-assistenza mogħtija lill-persuni b’diżabbiltà u lill-persuni b’mobbiltà mnaqqsa

l-għadd ta’ każijiet ta’ assistenza għal kull kategorija tas-servizz (internazzjonali, domestiku fuq distanza twila, reġjonali u urbani/suburbani);

(5)  L-interruzzjonijiet

l-eżistenza u deskrizzjoni qasira tal-pjanijiet ta’ kontinġenza, il-pjanijiet tal-ġestjoni tal-kriżijiet.

II.  Rekwiżiti għall-amministraturi tal-istazzjonijiet u għall-amministraturi tal-infrastruttura

Ir-rapporti tal-kwalità tas-servizz għandhom jinkludu informazzjoni tal-anqas dwar dawn li ġejjin:

(1)  Informazzjoni u biljetti

(i)  il-proċedura għat-trattament tat-talbiet għall-informazzjoni fl-istazzjon;

(ii)  il-proċedura u l-mezzi biex tingħata informazzjoni dwar l-iskedi tal-ferroviji, it-tariffi u l-pjattaformi; il-kwalità tal-informazzjoni;

(iii)  it-turija ta’ informazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi skont ir-Regolament u d-dettalji tal-kuntatt tal-Korpi Nazzjonali tal-Infurzar;

(iv)  il-faċilitajiet għax-xiri tal-biljetti;

(v)  id-disponibbiltà ta’ persunal fl-istazzjon biex jagħti l-informazzjoni u jbigħ il-biljetti;

(vi)  l-għoti ta’ informazzjoni lill-persuni b’diżabbiltà u lill-persuni b’mobbiltà mnaqqsa;

(2)  Il-prinċipji ġenerali li jindirizzaw l-interruzzjonijiet fis-servizz

(i)  l-għadd ta’ passiġġieri li ngħataw l-attenzjoni u l-assistenza;

(ii)  l-ispiża biex ingħataw dawn l-attenzjoni u l-assistenza;

(3)  Deskrizzjoni tal-miżuri fis-seħħ li jiżguraw l-indafa tal-faċilitajiet fl-istazzjon (it-tojlits, eċċ.)

(i)  l-intervalli tat-tindif;

(ii)  id-disponibbiltà ta’ tojlits;

(4)  Stħarriġ dwar is-sodisfazzjon tal-konsumaturi

Sett minimu ta’ kategoriji li għandhom jiġu inklużi:

(i)  l-informazzjoni lill-passiġġieri f’każ ta’ dewmien;

(ii)  il-preċiżjoni, id-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar l-iskedi tal-ferroviji jew il-pjattaformi;

(iii)  il-livell tas-sigurtà fl-istazzjon;

(iv)  iż-żmien meħud biex jiġu indirizzati t-talbiet għall-informazzjoni fl-istazzjonijiet;

(v)  id-disponibbiltà ta’ tojlits ta’ kwalità tajba fl-istazzjon (inkluż l-aċċessibbiltà);

(vi)  l-indafa u l-manutenzjoni tal-istazzjonijiet;

(vii)  l-aċċessibbiltà tal-istazzjon u tal-faċilitajiet tal-istazzjon, inkluż aċċess mingħajr taraġ, skali mobbli, liftijiet u rampi għall-bagalji; [Em. 134]

(viii)  l-għadd tal-inċidenti u l-kwalità tal-assistenza mogħtija lill-persuni b’diżabbiltà u lill-persuni b’mobbiltà mnaqqsa fl-istazzjon.

ANNESS IV

PROĊEDURA GĦAT-TRATTAMENT TAL-ILMENTI GĦALL-KORPI NAZZJONALI TAL-INFURZAR

F’każijiet kumplessi bħalma huma l-każijiet li jinvolvu aktar minn pretensjoni waħda jew għadd ta’ operaturi, ivvjaġġar transfruntier jew inċidenti fit-territorju ta’ Stat Membru li ma jkunx dak li jkun ta l-liċenzja lill-impriża, b’mod partikolari meta ma jkunx ċar liema Korp Nazzjonali tal-Infurzar hu kompetenti, jew meta teħfief jew titħaffef ir-riżoluzzjoni tal-ilment, il-Korpi Nazzjonali tal-Infurzar għandhom jikkoperaw jikkooperaw bejniethom biex jidentifikaw il-korp ewlieni li għandu jservi ta’ punt tal-kuntatt uniku għall-passiġġieri. Kull Korp Nazzjonali tal-Infurzar involut għandu jikkopera jikkoopera biex teħfief ir-riżoluzzjoni tal-ilment (inkluż billi tixtered l-informazzjoni, tingħata għajnuna bi traduzzjoni tad-dokumenti u tingħata informazzjoni dwar iċ-ċirkostanzi tal-inċidenti). Il-passiġġieri għandhom jiġu mgħarrfa liema korp qed jaġixxi bħala dak ewlieni. Barra minn hekk, fil-każijiet kollha, il-Korpi Nazzjonali tal-Infurzar għandhom dejjem jiżguraw konformità mar-Regolament (UE) 2017/2394.

ANNESS V

Tabella ta’ Korrelazzjoni

Ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 1(a)

Artikolu 1(a)

Artikolu 1(b)

Artikolu 1(b)

----

Artikolu 1(c)

Artikolu 1(c)

Artikolu 1(d)

----

Artikolu 1(e)

Artikolu 1(d)

Artikolu 1(f)

Artikolu 1(e)

Artikolu 1(g)

----

Artikolu 1(h)

Artikolu 1(f)

Artikolu 1(i)

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 2 (1)

Artikolu 2 (1)

Artikolu 2 (2)

----

Artikolu 2 (3)

----

Artikolu 2 (4)

----

Artikolu 2 (5)

----

Artikolu 2 (6)

----

Artikolu 2 (7)

----

----

Artikolu 2 (2)

----

Artikolu 2 (3)

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 3 (1)

Artikolu 3 (1)

Artikolu 3 (2), (3)

----

Artikolu 3 (4)

Artikolu 3 (2)

Artikolu 3 (5)

Artikolu 3 (3)

Artikolu 3 (6)

Artikolu 3 (4)

Artikolu 3 (7)

Artikolu 3 (5)

Artikolu 3 (8)

Artikolu 3 (6)

Artikolu 3 (9)

Artikolu 3 (7)

Artikolu 3 (10)

Artikolu 3 (8)

----

Artikolu 3 (9)

----

Artikolu 3 (10)

Artikolu 3 (11)

Artikolu 3 (11)

----

Artikolu 3 (12)

Artikolu 3 (12)

Artikolu 3 (13)

Artikolu 3 (13)

Artikolu 3 (14)

Artikolu 3 (14)

----

Artikolu 3 (15)

Artikolu 3 (16)

Artikolu 3 (16)

Artikolu 3 (17)

Artikolu 3 (17)

Artikolu 3 (18)

----

Artikolu 3 (19)

Artikolu 4

Artikolu 4

----

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 8

Artikolu 9

----

Artikolu 9 (4)

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 9 (3)

----

----

Artikolu 10 (5), (6)

Artikolu 10

----

Artikolu 11

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 12

Artikolu 12 (2)

----

Artikolu 13

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 15

Artikolu 16

Artikolu 16

----

Artikolu 16 (2), (3)

Artikolu 17

Artikolu 17

----

Artikolu 17 (8)

Artikolu 18

Artikolu 18

----

Artikolu 18 (6)

----

Artikolu 19

Artikolu 19

Artikolu 20

Artikolu 20

Artikolu 21

Artikolu 21 (1)

----

Artikolu 21 (2)

Artikolu 22 (2) u Artikolu 23 (2)

Artikolu 22

Artikolu 22

Artikolu 22 (2)

----

----

Artikolu 22 (4)

Artikolu 23

Artikolu 23

----

Artikolu 23 (4)

Artikolu 24

Artikolu 24

Artikolu 25

Artikolu 25 (1), (2), (3)

----

Artikolu 26

Artikolu 26

Artikolu 27

Artikolu 27

Artikolu 28

----

Artikolu 28 (3)

Artikolu 27 (3)

Artikolu 28 (4)

Artikolu 28

Artikolu 29

Artikolu 29

Artikolu 30

Artikolu 30

Artikolu 31

----

Artikolu 32, 33

Artikolu 31

Artikolu 34

----

Artikolu 34 (1), (3)

Artikolu 32

Artikolu 35

Artikolu 33

----

Artikolu 34

Artikolu 36

Artikolu 35,

----

----

Artikolu 37

Artikolu 36

Artikolu 38

----

Artikolu 39

Artikolu 37

Artikolu 40

Anness I

Anness I

Anness II

Anness II

Anness III

Anness III

----

Annessi IV sa V

(1)ĠU C 197, 8.6.2018, p. 66.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 14).
(3)Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 454/2011 tal-5 ta’ Mejju 2011 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema “applikazzjonijiet telematiċi għal servizzi tal-passiġġieri” tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea (ĠU L 123, 12.5.2011, p. 11).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1300/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabbiltà relatati mal-aċċessibbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni għall-persuni b'diżabbiltà u għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 110).
(5) Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).
(6) Id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 63).
(7) Ir-Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni online għal tilwim mal-konsumaturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 1).
(8) Ir-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 1).
(9)Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali dejta, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(10)ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(11) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(12) Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32).
(13) Id-Direttiva (UE) 2015/2302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE (ĠU L 326, 11.12.2015, p. 1).
(14) Id-Direttiva XXX dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (l-Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà) (ĠU L X, X.X.XXXX, p. X).
(15) Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1).
(16) Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1926 tal-31 ta’ Mejju 2017 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment ta' servizzi ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali fl-UE kollha (ĠU L 272, 21.10.2017, p. 1).

Aġġornata l-aħħar: 11 ta' Mejju 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza