Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/0070(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0336/2018

Testi mressqa :

A8-0336/2018

Dibattiti :

PV 14/11/2018 - 23
CRE 14/11/2018 - 23

Votazzjonijiet :

PV 15/11/2018 - 5.6
CRE 15/11/2018 - 5.6
PV 18/04/2019 - 10.16

Testi adottati :

P8_TA(2018)0463
P8_TA(2019)0436

Testi adottati
PDF 209kWORD 71k
Il-Ħamis, 15 ta' Novembru 2018 - Strasburgu Verżjoni finali
Il-pollutanti organiċi persistenti ***I
P8_TA(2018)0463A8-0336/2018

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fil-15 ta' Novembru 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-pollutanti organiċi persistenti (riformulazzjoni) (COM(2018)0144 - C8-0124/2018 – 2018/0070(COD))(1)

(Proċedura leġislattiva ordinarja – riformulazzjoni)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 5
(5)  Meta jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni fil-livell tal-Unjoni, jenħtieġ jiġu żgurati l-koordinazzjoni u l-koerenza mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-Proċedura ta' Kunsens Infurmat minn Qabel għal Ċerti Kimiċi u Pestiċidi Perikolużi fil-Kummerċ Internazzjonali, li kienet approvata mill-Unjoni fid-19 ta' Diċembru 200217 u ta' Basel dwar il-kontroll tal-moviment barra l-konfini, ta' skart perikoluż u r-rimi tiegħu, li kienet approvata mill-Unjoni fl-1 ta' Frar 199318. Din il-koordinazzjoni u din il-koerenza jenħtieġ li ukoll jinżammu meta jkun hemm parteċipazzjoni fl-implementazzjoni u l-iżvilupp ulterjuri tal-Approċċ Strateġiku għall-Immaniġġjar Internazzjonali ta' Kimiċi (SAICM), adottat mill-Ewwel Konferenza Internazzjonali dwar il-Ġestjoni tas-Sustanzi Kimiċi f'Dubai fis-6 ta' Frar 2006 fil-qafas tan-Nazzjonijiet Uniti.
(5)  Meta jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni fil-livell tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu żgurati l-koordinazzjoni u l-koerenza mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-Proċedura ta' Kunsens Infurmat minn Qabel għal Ċerti Kimiċi u Pestiċidi Perikolużi fil-Kummerċ Internazzjonali, li kienet approvata mill-Unjoni fid-19 ta' Diċembru 200217; tal-Konvenzjoni ta' Basel dwar il-kontroll tal-moviment barra l-konfini, ta' skart perikoluż u r-rimi tiegħu, li kienet approvata mill-Unjoni fl-1 ta' Frar 199318; tal-Konvenzjoni ta' Minamata dwar il-Merkurju, li kienet approvata mill-Unjoni fil-11 ta' Mejju 201718a. Din il-koordinazzjoni u din il-koerenza jenħtieġ li jinżammu wkoll meta jkun hemm parteċipazzjoni fl-implementazzjoni u l-iżvilupp ulterjuri tal-Approċċ Strateġiku għall-Immaniġġjar Internazzjonali ta' Kimiċi (SAICM), adottat mill-Ewwel Konferenza Internazzjonali dwar il-Ġestjoni tas-Sustanzi Kimiċi f'Dubai fis-6 ta' Frar 2006 fil-qafas tan-Nazzjonijiet Uniti.
_________________
_________________
17 ĠU L 63, 6.3.2003, p. 29.
17 ĠU L 63, 6.3.2003, p. 29.
18 ĠU L 39, 16.2.1993, p. 3.
18 ĠU L 39, 16.2.1993, p. 3.
18a ĠU L 142, 2.6.2017, p. 4.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 10
(10)  Kumuli mwarrba ta' POPs li m'għadhomx jintużaw jew li huma maniġġjati bi traskuraġni jistgħu jipperikolaw serjament l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem minn, pereżempju, il-kontaminazzjoni tal-ħamrija u tal-ilma taħt l-art. Huwa xieraq, għalhekk, li jkun hemm regoli aktar stretti dwar l-immaniġġjar ta' dawn il-kumuli meta mqabbla ma' dawk stabbiliti fil-Konvenzjoni. Kumuli mwarrba ta' sustanzi projbiti jenħtieġ li jiġu trattati bħala skart, waqt li kumuli mwarrba ta' sustanzi li l-manifattura jew l-użu tagħhom għadhom permessi, jenħtieġ li jiġu notifikati lill-awtoritajiet u sorveljati sew. B'mod partikolari, kumuli mwarrba eżistenti li jikkonsistu minn jew li jkunu jinsabu fihom POPs projbiti jenħtieġ li jiġu maniġġjati bħala skart malajr kemm jista' jkun.
(10)  Kumuli mwarrba ta' POPs li m'għadhomx jintużaw jew li huma maniġġjati bi traskuraġni jistgħu jipperikolaw serjament l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem minn, pereżempju, il-kontaminazzjoni tal-ħamrija u tal-ilma taħt l-art. Huwa xieraq, għalhekk, li jkun hemm regoli aktar stretti dwar l-immaniġġjar ta' dawn il-kumuli meta mqabbla ma' dawk stabbiliti fil-Konvenzjoni. Kumuli mwarrba ta' sustanzi projbiti jenħtieġ li jiġu trattati bħala skart, waqt li kumuli mwarrba ta' sustanzi li l-manifattura jew l-użu tagħhom għadhom permessi, jenħtieġ li jiġu notifikati lill-awtoritajiet u sorveljati sew. B'mod partikolari, kumuli mwarrba eżistenti li jikkonsistu minn jew li jkunu jinsabu fihom POPs projbiti jenħtieġ li jiġu maniġġjati bħala skart malajr kemm jista' jkun. Jekk sustanzi oħra jiġu pprojbiti fil-futur, il-ħażniet tagħhom jenħtieġ li jinqerdu wkoll mingħajr dewmien u jenħtieġ li ma jkunx hemm kumuli ġodda. Fid-dawl tal-problemi partikolari ta' ċerti Stati Membri, jenħtieġ li tingħata assistenza finanzjarja u teknika adegwata permezz ta' strumenti finanzjarji eżistenti tal-Unjoni.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 11
(11)  Bi qbil mal-Protokoll u l-Konvenzjoni, emissjonijiet ta' POPs li huma prodotti sekondarji m'humiex intenzjonali ta' proċessi industrijali jenħtieġ li jiġu identifikati u mnaqqsa malajr kemm jista' jkun bil-għan finali tal-eliminazzjoni, fejn possibbli. Pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali xierqa, li jkopru l-għejun u l-miżuri kollha, inklużi dawk previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni eżistenti, għandhom ikunu implimentati u żviluppati biex dawn l-emissjonijiet jitnaqqsu kontinwament u b'mod effettiv. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jiġu żviluppati għodod xierqa fil-qafas tal-Konvenzjoni.
(11)  Bi qbil mal-Protokoll u l-Konvenzjoni, emissjonijiet ta' POPs li huma prodotti sekondarji mhux intenzjonali ta' proċessi industrijali jenħtieġ li jiġu identifikati u mnaqqsa malajr kemm jista' jkun bil-għan finali tal-eliminazzjoni, fejn possibbli. Pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali xierqa, li jkopru l-għejun u l-miżuri kollha, inklużi dawk previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni eżistenti, jenħtieġ li jkunu implimentati u żviluppati biex dawn l-emissjonijiet jitnaqqsu kontinwament u b'mod effettiv kemm jista' jkun malajr. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jiġu żviluppati għodod xierqa fil-qafas tal-Konvenzjoni.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 15
(15)  Hemm il-ħtieġa li jiġu żgurati l-koordinazzjoni u l-ġestjoni effikaċi tal-aspetti tekniċi u amministrattivi ta' dan ir-Regolament fil-livell tal-Unjoni. L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ("l-Aġenzija") stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandha l-kompetenza u l-esperjenza fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-sustanzi kimiċi u l-ftehimiet internazzjonali dwar is-sustanzi-kimiċi. L-Istati Membri u l-Aġenzija jenħtieġ għalhekk li jwettqu kompiti fir-rigward tal-aspetti amministrattivi, tekniċi u xjentifiċi tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u tal-iskambju tal-informazzjoni. Ir-rwol tal-Aġenzija għandu jinkludi l-preparazzjoni u l-eżami ta' dossiers tekniċi, inkluż il-konsultazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati, u t-tfassil ta' opinjonijiet li jistgħu jintużaw mill-Kummissjoni meta tikkunsidra jekk tressaqx proposta għall-elenkar ta' sustanza bħala POP fil-Konvenzjoni jew fil-Protokoll. Barra minn hekk, il-Kummissjoni, l-Istati Membri, u l-Aġenzija, jenħtieġ jikkoperaw sabiex jimplimentaw b'mod effettiv l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni skont il-Konvenzjoni.
(15)  Hemm il-ħtieġa li jiġu żgurati l-koordinazzjoni u l-ġestjoni effikaċi tal-aspetti tekniċi u amministrattivi ta' dan ir-Regolament fil-livell tal-Unjoni. L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ("l-Aġenzija") stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandha l-kompetenza u l-esperjenza fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-sustanzi kimiċi u l-ftehimiet internazzjonali dwar is-sustanzi-kimiċi. L-Istati Membri u l-Aġenzija jenħtieġ għalhekk li jwettqu kompiti fir-rigward tal-aspetti amministrattivi, tekniċi u xjentifiċi tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u tal-iskambju tal-informazzjoni. Huwa meħtieġ li r-rwol tal-Aġenzija jkopri l-preparazzjoni u l-eżami ta' dossiers tekniċi, inkluż il-konsultazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati, u t-tfassil ta' opinjonijiet li għandhom jintużaw mill-Kummissjoni meta tikkunsidra jekk tressaqx proposta għall-elenkar ta' sustanza bħala POP fil-Konvenzjoni jew fil-Protokoll. Barra minn hekk, il-Kummissjoni, l-Istati Membri, u l-Aġenzija, jenħtieġ li jikkoperaw sabiex jimplimentaw b'mod effettiv l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni skont il-Konvenzjoni.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 16
(16)  Il-Konvenzjoni tipprovdi li kull Parti għandha tfassal u taħdem biex timplimenta, skont il-każ, pjan għall-implimentazzjoni tal-obbligi tagħha skont il-Konvenzjoni. L-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu opportunitajiet għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-tfassil, fl-implimentazzjoni u fl-aġġornar tal-pjanijiet għall-implimentazzjoni tagħhom. Peress li l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom kompetenzi komuni f'dak ir-rigward, il-pjanijiet għall-implimentazzjoni għandhom ikunu mfassla kemm f'livell nazzjonali kif ukoll f'dak tal-Unjoni. Il-koperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ li jkunu mħeġġa.
(16)  Il-Konvenzjoni tipprovdi li kull Parti għandha tfassal u taħdem biex timplimenta, skont il-każ, pjan għall-implimentazzjoni tal-obbligi tagħha skont il-Konvenzjoni u tittrażmettih lill-Konferenza tal-Partijiet kemm jista' jkun malajr, sa mhux aktar tard minn ... [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. L-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu opportunitajiet għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-tfassil, fl-implimentazzjoni u fl-aġġornar tal-pjanijiet għall-implimentazzjoni tagħhom. Peress li l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom kompetenzi komuni f'dak ir-rigward, il-pjanijiet għall-implimentazzjoni jenħtieġ li jkunu mfassla kemm f'livell nazzjonali kif ukoll f'dak tal-Unjoni. Il-koperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ li jkunu mħeġġa.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 17
(17)  Is-sustanzi elenkati fil-Parti A tal-Anness I jew fil-Parti A tal-Anness II ta' dan ir-Regolament jistgħu jiġu mmanifatturati u użati bħala prodotti intermedji limitati għas-sit ta' produzzjoni f'sistema magħluqa biss jekk annotazzjoni f'dan is-sens tiddaħħal f'dak l-Anness u jekk il-manifattur jikkonferma lill-Istat Membru kkonċernat li s-sustanza tiġi mmanifatturata u tintuża biss f'kundizzjonijiet ikkontrollati b'mod strett.
(17)  Is-sustanzi elenkati fil-Parti A tal-Anness I jew fil-Parti A tal-Anness II ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu mmanifatturati u użati bħala prodotti intermedji limitati għas-sit ta' produzzjoni f'sistema magħluqa biss jekk annotazzjoni f'dan is-sens tiddaħħal f'dak l-Anness u jekk il-manifattur jikkonferma lill-Istat Membru kkonċernat li s-sustanza tiġi mmanifatturata u tintuża biss f'kundizzjonijiet ikkontrollati b'mod strett, jiġifieri mingħajr ma jinħolqu riskji sinifikanti lill-ambjent jew lis-saħħa tal-bniedem u fin-nuqqas ta' kwalunkwe alternattiva teknikament fattibbli.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 18
(18)  Skont il-Konvenzjoni u l-Protokoll, informazzjoni dwar POPs jenħtieġ li ikunu provduti lill-Partijiet oħra għal dawk il-Ftehimiet. L-iskambju ta' informazzjoni ma' pajjiżi terzi li ma jiffurmawx parti minn dak il-Ftehim jenħtieġ li wkoll jiġi mħeġġeġ.
(18)  Skont il-Konvenzjoni u l-Protokoll, informazzjoni dwar POPs jenħtieġ li jkunu provduti lill-Partijiet oħra għal dawk il-Ftehimiet. L-iskambju ta' informazzjoni ma' pajjiżi terzi li ma jiffurmawx parti minn dak il-Ftehim jenħtieġ li wkoll jiġi mħeġġeġ. Bl-istess mod, il-Konvenzjoni teħtieġ li kull Parti timpenja ruħha li tiżviluppa strateġiji xierqa biex tidentifika siti kkontaminati minn POPs, u s-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni, sal-2020, jimpenja lill-Unjoni u lill-Istati Membri tagħha jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex jirrimedjaw dawn is-siti kkontaminati.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 19
(19)  Billi ħafna drabi hemm nuqqas ta' kuxjenza pubblika dwar il-perikli li l-POPs joħolqu għas-saħħa ta' ġenerazzjonijiet preżenti u futuri kif ukoll għall-ambjent, b'mod partikolari f'pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, informazzjoni fuq skala wiesgħa hija meħtieġa biex jiżdied il-livell ta' attenzjoni u ta' fehim pubbliku dwar ir-raġunijiet għar-restrizzjonijiet u l-projbizzjonijiet. Skont il-Konvenzjoni, programmi ta' kuxjenza pubblika dwar dawk is-sustanzi, speċjalment għall-aktar gruppi vulnerabbli, kif ukoll it-taħriġ ta' ħaddiema, xjentisti, edukaturi, persunal tekniku/maniġerjali jenħtieġ li jkun imħeġġeġ u faċilitat, kif xieraq.
(19)  Billi ħafna drabi hemm nuqqas ta' kuxjenza pubblika dwar il-perikli li l-POPs joħolqu għas-saħħa ta' ġenerazzjonijiet preżenti u futuri kif ukoll għall-ambjent, b'mod partikolari f'pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, informazzjoni fuq skala wiesgħa hija meħtieġa biex jiżdied il-livell ta' attenzjoni u ta' fehim pubbliku dwar ir-raġunijiet għar-restrizzjonijiet u l-projbizzjonijiet. Skont il-Konvenzjoni, programmi ta' kuxjenza pubblika dwar dawk is-sustanzi, f'dak li jikkonċerna l-effetti tagħhom fuq is-saħħa u l-ambjent, speċjalment għall-aktar gruppi vulnerabbli, kif ukoll it-taħriġ ta' ħaddiema, xjentisti, edukaturi, persunal tekniku/maniġerjali jenħtieġ li jkunu promossi u faċilitati, kif xieraq. Jenħtieġ li l-Unjoni tiżgura l-aċċess għall-informazzjoni u l-parteċipazzjoni pubblika, l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tal-NU/KEE dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid tad-deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (il-Konvenzjoni ta' Aarhus), li ġiet approvata mill-Unjoni fis-17 ta' Frar 20051a.
_________________
1a ĠU L 124, 17.5.2005, p. 1.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt j
(j)  "prodott intermedju limitat għas-sit ta' produzzjoni u f'sistema magħluqa" tfisser sustanza li tkun manifatturata għal u użata għal proċessar kimiku sabiex tinbidel f'sustanza waħda oħra jew aktar u fejn il-manifattura tas-sustanza intermedja u t-trasformazzjoni tagħha f'sustanza waħda oħra jew aktar isiru fl-istess sit f'kundizzjonijiet ikkontrollati b'mod strett b'tali mod li tkun ikkontenuta rigorożament b'mezzi tekniċi matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħha.
(j)  "prodott intermedju limitat għas-sit ta' produzzjoni u f'sistema magħluqa" tfisser sustanza li tkun manifatturata għal u użata għal proċessar kimiku sabiex tinbidel f'sustanza oħra, min hawn 'il quddiem imsejħa "sinteżi", u fejn il-manifattura tas-sustanza intermedja u t-trasformazzjoni tagħha f'sustanza waħda oħra jew aktar isiru permezz ta' sinteżi fl-istess sit, inkluż sit li hu operat minn entità waħa jew aktar, f'kundizzjonijiet ikkontrollati b'mod strett b'tali mod li tkun ikkontenuta rigorożament b'mezzi tekniċi matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħha.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt b
(b)  il-manifattur juri li l-proċess ta' manifattura se jittrasforma s-sustanza f'sustanza waħda jew aktar li ma jurux il-karatteristiċi ta' POP;
(b)  il-manifattur juri li l-proċess ta' manifattura se jittrasforma s-sustanza f'sustanza waħda jew aktar li ma jurux il-karatteristiċi ta' POP, li la l-bnedmin u lanqas l-ambjent mhuma mistennija li jkunu esposti għal xi kwantitajiet sinifikanti ta' sustanza matul il-produzzjoni u l-użu tagħha, kif muri permezz tal-valutazzjoni ta' dik is-sistema magħluqa skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/20081a tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li ma hemmx alternattivi teknikament fattibbli għall-użu ta' sustanza elenkata fil-Parti A tal-Anness I jew fil-Parti A tal-Anness II għal dan ir-Regolament;
_________________
1a Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006, (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
Emenda 11
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
Id-detentur għandu jimmaniġġja l-kumulu mwarrab b'mod żgur, effiċjenti u mingħajr riskji għall-ambjent.
Id-detentur għandu jimmaniġġja l-kumulu mwarrab b'mod żgur, effiċjenti u mingħajr riskji għall-ambjent, skont il-limiti massimi u r-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a u d-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1b, fejn applikabbli.
_________________
1a Id-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-kontroll ta' perikli ta' inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 1).
1b Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).
Emenda 12
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.   L-informazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu għandha tiġi espressa bl-użu tal-kodiċijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 2150/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.
_________________
1a Ir-Regolament (KE) Nru 2150/2002 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2002 dwar l-istatistika tal-iskart (ĠU L 332, 9.12.2002, p. 1).
Emenda 13
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 3
3.  L-Istati Membri għandhom, waqt li jikkonsidraw proposti għall-kostruzzjoni ta' faċilitajiet ġodda jew għall-modifikazzjoni b'mod sinifikanti ta' faċilitajiet eżistenti li jużaw proċessi li jikkaġunaw l-emissjoni tal-kimiċi elenkati fl-Anness III, jikkonsidraw bħala prijorità proċessi, metodi ta' teknika jew prattiċi alternattivi li għandhom utilità simili iżda li jevitaw formazzjoni u emissjoni tas-sustanzi elenkati fl-Anness III, mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2010/75/EU tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill30.
3.  L-Istati Membri għandhom, waqt li jikkonsidraw proposti għall-kostruzzjoni ta' faċilitajiet ġodda jew għall-modifikazzjoni b'mod sinifikanti ta' faċilitajiet eżistenti li jużaw proċessi li jikkaġunaw l-emissjoni tal-kimiċi elenkati fl-Anness III, jikkonsidraw bħala prijorità proċessi, metodi ta' teknika jew prattiki alternattivi29a li għandhom utilità simili iżda li jevitaw formazzjoni u emissjoni tas-sustanzi elenkati fl-Anness III, mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2010/75/EU30 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
_________________
_________________
29a Il-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar il-POPs (2008). Linji gwida dwar l-Aqwa Tekniki Disponibbli u l-Gwida Provviżorja dwar l-Aqwa Prattiki Ambjentali Rilevanti għall-Artikolu 5 u l-Anness C tal-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes. Ġinevra, Segretarjat tal-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar il-POPs. http://www.pops.int/Implementation/BATandBEP/BATBEPGuidelinesArticle5/tabid/187/Default.aspx
30 Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).
30 Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 6
6.  Il-Kummissjoni tista', fejn xieraq, u waqt li tikkonsidra l-iżviluppi tekniċi u l-linji gwida u d-deċiżjonijiet internazzjonali relevanti u kull awtorizzazzjoni mogħtija minn Stat Membru, jew mill-awtorità kompetenti nominata minn dak l-Istat Membru skont il-paragrafu 4 u l-Anness V, tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, miżuri addizjonali dwar l-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu. B'mod partikolari, il-Kummissjoni tista' tispeċifika l-informazzjoni li għandha tintbagħat mill-Istati Membri skont il-paragrafu 4(b)(iii). Dawn il-miżuri għandhom jiġu deċiżi skont il-proċedura konsultattiva stabbilita fl-Artikolu 20(2).
6.  Il-Kummissjoni tista', fejn xieraq, u waqt li tikkonsidra l-iżviluppi tekniċi u l-linji gwida u d-deċiżjonijiet internazzjonali relevanti u kull awtorizzazzjoni mogħtija minn Stat Membru, jew mill-awtorità kompetenti nominata minn dak l-Istat Membru skont il-paragrafu 4 u l-Anness V, tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, li jistabbilixxu l-format tal-informazzjoni li għandha tintbagħat mill-Istati Membri skont il-punt (b)(iii) tal-paragrafu 4. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 20(2).
Emenda 15
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt c
(c)  meta tintalab, tipprovdi għajnuna teknika u xjentifika u input lill-Kummissjoni għal sustanzi li jistgħu jkunu konformi mal-kriterji għall-elenkar fil-Konvenzjoni jew fil-Protokoll;
(c)  meta tintalab, tipprovdi għajnuna teknika u xjentifika u input robusti lill-Kummissjoni għal sustanzi li jistgħu jkunu konformi mal-kriterji għall-elenkar fil-Konvenzjoni jew fil-Protokoll, inkluż dwar il-prevenzjoni tal-produzzjoni u l-użu ta' POPs ġodda, u dwar il-valutazzjoni tal-pestiċidi jew il-kimiċi industrijali li qed jintużaw bħalissa;
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt f
(f)  tikkompila, tirreġistra, tipproċessa u tagħmel disponibbli lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-informazzjoni kollha li tirċievi jew li tkun disponibbli skont l-Artikolu 4(2) u (3), l-Artikolu 7(4)(b) (iii), l-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 13(1). L-Aġenzija għandha tagħmel l-informazzjoni mhux kunfidenzali disponibbli pubblikament fuq is-sit web tagħha u għandha tiffaċilita l-iskambju ta' dik l-informazzjoni bi pjattaformi ta' informazzjoni relevanti bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 13(2);
(f)  tikkompila, tirreġistra, tipproċessa u tagħmel disponibbli lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-informazzjoni kollha li tirċievi jew li tkun disponibbli skont l-Artikolu 4(2) u (3), l-Artikolu 5, l-Artikolu 7(4)(b)(iii), l-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 13(1). L-Aġenzija għandha tagħmel l-informazzjoni mhux kunfidenzali disponibbli pubblikament fuq is-sit web tagħha u għandha tiffaċilita l-iskambju ta' dik l-informazzjoni bi pjattaformi ta' informazzjoni relevanti bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 13(2);
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 a (ġdid)
1a.  L-Aġenzija għandha tibda tipprovdi l-assistenza u l-gwida teknika u xjentifika msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 8(1) sa ... [sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.   Il-Kummissjoni għandha torganizza skambju ta' informazzjoni mal-Istati Membri dwar il-miżuri meħuda fil-livell nazzjonali biex jiġu identifikati u vvalutati s-siti kontaminati bil-POPs u biex jiġu indirizzati r-riskji sinifikanti li tali kontaminazzjoni tista' tippreżenta għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 3
3.  Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2003/4/KE32 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 m'għandhiex titqies bħala kunfidenzali. Il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-Istati Membri li jagħmlu skambju ta' informazzjoni ma' pajjiż terz għandhom jipproteġu kull informazzjoni kunfidenzjali skont il-liġi tal-Unjoni .
3.  Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2003/4/KE32 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, informazzjoni dwar is-saħħa u s-sikurezza tal-bnedmin u l-ambjent m'għandhiex titqies bħala kunfidenzali. Il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-Istati Membri li jagħmlu skambju ta' informazzjoni oħra ma' pajjiż terz għandhom jipproteġu kull informazzjoni kunfidenzjali skont il-liġi tal-Unjoni.
_________________
_________________
32 Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).
32 Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)
L-Unjoni għandha tiżgura l-aċċess għall-informazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-pubbliku matul il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 5
5.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jkomplu jispeċifikaw l-informazzjoni minima li għandha tingħata skont il-paragrafu 1, inkluż id-definizzjoni ta' indikaturi, mapep u l-ħarsa ġenerali tal-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1(f). Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 20(2).
5.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-format tal-informazzjoni li għandha tingħata skont il-paragrafu 1, inkluż id-definizzjoni ta' indikaturi, mapep u l-ħarsa ġenerali tal-Istati Membri msemmija fil-punt (f) tal-paragrafu 1. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 20(2).
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 2
2.  Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 4(3), 7(5) u 15 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu taż-żmien mhux determinat li jibda minn nhar […].
2.  Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 4(3), 7(5) u 15 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni għandha jkollha l-assistenza tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għall-kwistjonijiet kollha f'dan ir-Regolament.
1.   Il-Kummissjoni għandu jkollha l-assistenza ta':
(a)  il-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-kwistjonijiet imsemmija fl-Artikolu 13(5), ħlief fejn issir referenza għall-atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-format tal-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 13(1) fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 7, u l-punt (b) tal-Artikolu 13(1) fejn issir referenza għall-informazzjoni riċevuta skont l-Artikolu 5(2) u l-punt (b)(iii) tal-Artikolu 7(4); kif ukoll
(b)  il-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE1a tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-kwistjonijiet imsemmija fl-Artikoli 7(6) u 13(5) fejn issir referenza għall-atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-format tal-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 13(1) fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 7, u l-punt (b) tal-Artikolu 13(1) fejn issir referenza għall-informazzjoni riċevuta skont l-Artikolu 5(2) u l-punt (b)(iii) tal-Artikolu 7(4).
_________________
1a Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
Emenda 24
Proposta għal regolament
Anness I – parti A – tabella – ringiela 17

Test propost mill-Kummissjoni

Bifenili poliklorinati (PCB)

1336-36-3 u oħrajn

215-648-1 u oħrajn

Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 96/59/KE, l-oġġetti li diġà kienu qed jintużaw fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jistgħu jintużaw.

 

 

 

L-Istati Membri għandhom jidentifikaw u jneħħu mill-użu tagħmir (eż. transformers, kapasiters jew reċipjenti oħrajn li fihom stokkijiet likwidi) li fih iktar minn 0,005 % ta' PCBs u volumi ikbar minn 0,05 dm3, mill-iktar fis possibbli iżda mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2025.

Emenda

Bifenili poliklorinati (PCB)

1336-36-3 u oħrajn

215-648-1 u oħrajn

Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 96/59/KE, l-oġġetti li diġà kienu qed jintużaw fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jistgħu jintużaw.

 

 

 

L-Istati Membri għandhom jimpenjaw ruħhom li jidentifikaw u jneħħu mill-użu tagħmir (eż. transformers, kapasiters jew reċipjenti oħrajn li fihom stokkijiet likwidi) li fih iktar minn 0,005 % ta' PCBs u volumi ikbar minn 0,05 dm3, mill-iktar fis possibbli u mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2025.

Emenda 25
Proposta għal regolament
Anness I – punt A – ringiela 24a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sustanza

Nru tal-CAS

Nru tal-KE

Eżenzjoni speċifika dwar użu intermedju jew speċifikazzjoni oħra

Eteru tal-bis(pentabromofenil) (eteru tad-dekabromodifenil; decaBDE)

1163-19-5

214-604-9

1.  Għall-finijiet ta' din l-entrata, il-punt (b) tal-Artikolu 4(1) għandu japplika għall-konċentrazzjonijiet tad-decaBDE ekwivalenti għal jew inqas minn 10 mg/kg (0,001 % skont il-piż) meta jokkorri f'sustanzi, taħlit, oġġetti jew bħala kostitwenti tal-partijiet tal-oġġetti li jdewmu t-tifrix tan-nar.

 

 

 

2.  B'deroga, il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu tad-decaBDE għandhom ikunu permessi:

 

 

 

(a)  fil-produzzjoni ta' inġenju tal-ajru, li għalih tkun saret l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip qabel id-data tad-dħul fis-seħħ u tkun ġiet riċevuta qabel Diċembru 2022, qabel it-2 ta' Marzu 2027;

 

 

 

(b)  fil-produzzjoni ta' spare parts għal kull wieħed minn dawn li ġejjin:

 

 

 

(i)  inġenju tal-ajru, li għalih saret l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip qabel id-data tad-dħul fis-seħħ u ġiet riċevuta qabel Diċembru 2022, prodott qabel it-2 ta' Marzu 2027 sal-aħħar tal-ħajja tas-servizz ta' dawk l-inġenji tal-ajru;

 

 

 

(ii)  vetturi bil-mutur fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, prodotti qabel ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], sal-2036 jew sal-aħħar tal-ħajja tas-servizz ta' dawk il-vetturi bil-mutur, skont liema data tiġi qabel.

 

 

 

3.  L-eżenzjonijiet speċifiċi għal spare parts għall-użu f'vetturi bil-mutur imsemmija fil-punt (b)(ii) tal-paragrafu 2 għandhom japplikaw għall-produzzjoni u l-użu ta' decaDBE kummerċjali li jaqa' taħt waħda jew aktar mill-kategoriji li ġejjin:

 

 

 

(i)  applikazzjonijiet tas-sistemi tal-motopropulsjoni u ta' taħt il-bonit bħall-wajers tal-massa tal-batterija, il-wajers tal-interkonnessjoni tal-batterija, il-pajpijiet tal-arja kundizzjonata mobbli (MAC), is-sistemi tal-motopropulsjoni, il-buxings tal-manifold tal-egżost, l-iżolament taħt il-bonit, il-wajers u l-faxx tal-wajers taħt il-bonit (wajers tal-magna, eċċ.), is-sensuri tal-veloċità, il-pajpijiet, il-moduli tal-fannijiet u s-sensuri tad-detonazzjoni;

 

 

 

(ii)  applikazzjonijiet tas-sistema tal-fjuwil bħal pajpijiet tal-fjuwil, tankijiet tal-fjuwil u tankijiet tal-fjwuil taħt il-karozzerija;

 

 

 

(iii)  apparati pirotekniċi u applikazzjonijiet affettwati minn apparati pirotekniċi bħal kejbils tal-ignixin tal-airbag, covers/drappijiet tas-sits (jekk relevanti għall-airbag biss) u airbags (ta' quddiem u tal-ġenb);

 

 

 

(iv)  applikazzjonijiet tas-sospensjoni u ta' ġewwa bħal komponenti tal-finitura, materjal akustiku u ċinturini tas-sikurezza;

 

 

 

(v)  plastik rinfurzat (pannelli għall-istrumenti u finitura ta' ġewwa);

 

 

 

(vi)  taħt il-bonit jew id-daxxbord (kaxxi tat-terminal/tal-fjuż, wajers b'amperaġġ ogħla u kejsing tal-kejbils (wajers tal-isparkplagg));

 

 

 

(vii)  tagħmir elettriku u elettroniku (kejsing tal-batterija u trejs tal-batterija, konnetturi elettriċi tal-kontroll tal-magna, komponenti tad-diski tar-radju, sistemi ta' navigazzjoni bis-satellita, sistemi ta' pożizzjonament globali u sistemi tal-kompjuter);

 

 

 

(viii)  drapp bħat-tessut tal-bagoll, it-tapizzerija, is-saqaf, is-sits tal-karozzi, il-headrests, il-viżiera tax-xemx, il-pannelli tal-finitura, it-twapet.

 

 

 

3.  Il-manifattura tad-decaBDE u l-użu tiegħu fil-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-oġġetti li ġejjin għandhom ikunu permessi:

 

 

 

(a)  oġġetti mqiegħda fis-suq qabel ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament];

 

 

 

(b)  inġenju tal-ajru mmanifatturat skont is-subparagrafu 2(a);

 

 

 

(c)  spare parts ta' inġenju tal-ajru mmanifatturat skont il-punt (b) tal-paragrafu 2;

 

 

 

(d)  tagħmir elettriku u elettroniku fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

 

 

 

4.  Għall-finijiet ta' din l-entrata "inġenju tal-ajru" tfisser waħda minn dawn li ġejjin:

 

 

 

(a)  inġenju tal-ajru ċivili mmanifatturat f'konformità ma' ċertifikat tat-tip maħruġ skont ir-Regolament (UE) Nru 2018/11391c tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew bl-approvazzjoni tad-disinn maħruġa skont ir-regolamentazzjoni nazzjonali ta' Stat Kontraenti tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO), jew li għalih inħareġ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà minn Stat Kontraenti tal-ICAO skont l-Anness 8 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali;

 

 

 

(b)  inġenju tal-ajru militari.

 

 

 

___________

 

 

 

1a Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi ("Direttiva Kwadru") (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).

 

 

 

1b Id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88).

 

 

 

1c Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1).

Emenda 26
Proposta għal regolament
Anness I – parti A – ringiela 24b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sustanza

Nru tal-CAS

Nru tal-KE

Eżenzjoni speċifika dwar użu intermedju jew speċifikazzjoni oħra

Alkani C10-C13, kloru (paraffini klorinati ta' katina qasira) (SCCPs)

85535-84-8

287-476-5

1.  Permezz ta' deroga, il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' sustanzi jew preparazzjonijiet li jkun fihom l-SCCPs f'konċentrazzjonijiet inqas minn 1 % skont il-piż jew oġġetti li jkun fihom l-SCCPs f'konċentrazzjonijiet inqas minn 0,15 % skont il-piż, għandhom jiġu permessi.

 

 

 

2.  L-użu għandu jiġi permess fir-rigward ta':

 

 

 

(a)  ċineg tal-konvejers fl-industrija tal-minjieri u siġillanti tad-digi li fihom l-SCCPs li diġà kienu jintużaw fl-4 ta' Diċembru 2015 jew qabel; kif ukoll

 

 

 

(b)  oġġetti li fihom l-SCCPs għajr dawk imsemmija fil-punt (a) li diġà kienu jintużaw fl-10 ta' Lulju 2012 jew qabel.

 

 

 

3.  It-tielet u r-raba' subparagrafi tal-Artikolu 4(2) għandhom japplikaw għall-Artikoli msemmija fil-paragrafu 2.

Emenda 27
Proposta għal regolament
Anness I – parti B

Test propost mill-Kummissjoni

Sustanza

Nru tal-CAS

Nru tal-KE

Eżenzjoni speċifika dwar użu intermedju jew speċifikazzjoni oħra

4

4

4

4

4

 

 

4

5 Alkani C10-C13, kloru (paraffini klorinati ta' katina qasira) (SCCPs)

5 85535-84-8

5 287-476-5

5 1.  B'deroga, il-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' sustanzi jew taħlit li jkun fihom l-SCCPs f'konċentrazzjonijiet inqas minn 1 % skont il-piż jew oġġetti li jkun fihom l-SCCPs f'konċentrazzjonijiet inqas minn 0,15 % skont il-piż, għandhom ikunu permessi.

 

 

 

2.  L-użu għandu jiġi permess fir-rigward ta':

 

 

 

(a)  ċineg tal-konvejers fl-industrija tal-minjieri u siġillanti tad-digi li fihom l-SCCPs li diġà kienu jintużaw qabel jew fl-4 ta' Diċembru 2015; kif ukoll

 

 

 

(b)  oġġetti li fihom l-SCCPs għajr dawk imsemmija fil-punt (a) li diġà kienu jintużaw fl-10 ta' Lulju 2012 jew qabel.

 

 

 

3.  It-tielet u r-raba' subparagrafi tal-Artikolu 4(2) għandhom japplikaw għall-oġġetti msemmija fil-paragrafu 2.

Emenda

imħassar

Emenda 28
Proposta għal regolament
Anness III
LISTA TA' SUSTANZI SUĠĠETTI GĦAL DISPOŻIZZJONIJIET GĦAL TNAQQIS TA' EMISSJONI
LISTA TA' SUSTANZI SUĠĠETTI GĦAL DISPOŻIZZJONIJIET GĦAL TNAQQIS TA' EMISSJONI
SUSTANZA (Nru tas-SAK)
SUSTANZA (Nru tas-SAK)
Dibenżo-p-diossini poliklorurati u dibenżofurani (PCDD/PCDF)
Dibenżo-p-diossini poliklorurati u dibenżofurani (PCDD/PCDF)
Eżaklorobenżen (HCB) (Nru tal-CAS: 118-74-1) 118-74-1)
Eżaklorobenżen (HCB) (Nru tal-CAS: 118-74-1) 118-74-1)
Poliklorobifenili (PCB)
Poliklorobifenili (PCB)
Idrokarbonuri poliċikliċi aromatiċi (PAHs)37
Idrokarbonuri poliċikliċi aromatiċi (PAHs)37
37.  Għall-iskop ta' inventarji ta' emissjonijiet, l-erba' indikaturi ta' kompożizzjoni indikattivi li ġejjin ser jintużaw: benżo(a)pyrene, benżo(b)fluoranthene, benżo(k)fluoranthene, u indeno(1,2,3-cd)pyrene.
37.  Għall-iskop ta' inventarji ta' emissjonijiet, l-erba' indikaturi ta' kompożizzjoni indikattivi li ġejjin ser jintużaw: benżo(a)pyrene, benżo(b)fluoranthene, benżo(k)fluoranthene, u indeno(1,2,3-cd)pyrene.
Pentaklorobenżin (Nru tal-CAS 608-93-5)
Pentaklorobenżin (Nru tal-CAS 608-93-5)
Naftaleni Poliklorinati 37a
37a "Naftaleni poliklorinati" tfisser komposti kimiċi bbażati fuq is-sistema taċ-ċirku tan-naftalen, fejn atomu wieħed jew aktar tal-idroġenu jinbidlu b'atomi tal-kloru.
Eżaklorobutadjen (Nru tal-CAS 87-68-3)
Emenda 37
Proposta għal regolament
Anness IV – ringieli 5 – 8

Test propost mill-Kummissjoni

 

Sustanza

Nru tal-CAS

Nru tal-KE

Limitu ta' konċentrazzjoni msemmi fl-Artikolu 7(4)(a)

 

 

 

 

 

Etere tat-tetrabromodifenil

C12H6Br4O

 40088-47-9 u oħrajn

 254-787-2 u oħrajn

It-total ta' konċentrazzjonijiet ta' etere tat-tetrabromodifenil, etere tal-pentabromodifenil, etere tal-eżabromodifenil u etere tal-ettabromodifenil: 1000 mg/kg

 

Etere tal-pentabromodifenil

C12H5Br5O

 32534-81-9 u oħrajn

 251-084-2 u oħrajn

 

Etere tal-eżabromodifenil

C12H4Br6O

 36483-60-0 u oħrajn

 253-058-6 u oħrajn

 

Etere tal-ettabromodifenil

C12H3Br7O

 68928-80-3 u oħrajn

273-031-2 u oħrajn

 

 

 

 

 

Emenda

 

Sustanza

Nru tal-CAS

Nru tal-KE

Limitu ta' konċentrazzjoni msemmi fl-Artikolu 7(4)(a)

 

 

 

 

 

Etere tat-tetrabromodifenil

C12H6Br4O

40088-47-9 u oħrajn

254-787-2 u oħrajn

It-total ta' konċentrazzjonijiet ta' etere tat-tetrabromodifenil, etere tal-pentabromodifenil, etere tal-eżabromodifenil, etere tal-ettabromodifenil u etere tad-dekabromodifenil: 500 mg/kg

 

Etere tal-pentabromodifenil

C12H5Br5O

32534-81-9 u oħrajn

251-084-2 u oħrajn

 

Etere tal-eżabromodifenil

C12H4Br6O

36483-60-0 u oħrajn

253-058-6 u oħrajn

 

Etere tal-ettabromodifenil

C12H3Br7O

68928-80-3 u oħrajn

273-031-2 u oħrajn

 

Etere tad-dekabromodifenil

C12Br10O

1163-19-5 u oħrajn

214-604-9 u oħrajn

 

 

 

 

 

Emenda 29
Proposta għal regolament
Anness IV – tabella 1 — kolonna "Limitu ta' konċentrazzjoni riferut fl-Artikolu 7(4)(a)" – ir-ringiela "Polikloronaftaleni" – nota f'qiegħ il-paġna 7

Test propost mill-Kummissjoni

7.  Il-limitu jiġi kkalkulat bħala PCDD u PCDF skont il-fatturi ta' ekwivalenza ta' tossiċità (TEFs) li ġejjin:

PCDD

TEF

PCDF

TEF

PCDD

TEF

2,3,7,8-TeCDD

1

1,2,3,7,8-PeCDD

1

1,2,3,4,7,8-HxCDD

0,1

1,2,3,6,7,8-HxCDD

0,1

1,2,3,7,8,9-HxCDD

0,1

1,2,3,4,6,7,8-HpCDD

0,01

OCDD

0,0003

2,3,7,8-TeCDF

0,1

1,2,3,7,8-PeCDF

0,03

2,3,4,7,8-PeCDF

0,3

1,2,3,4,7,8-HxCDF

0,1

1,2,3,6,7,8-HxCDF

0,1

1,2,3,7,8,9-HxCDF

0,1

2,3,4,6,7,8-HxCDF

0,1

1,2,3,4,6,7,8-HpCDF

0,01

1,2,3,4,7,8,9-HpCDF

0,01

OCDF

0,0003

Emenda

7.  Il-limitu jiġi kkalkulat bħala PCDD u PCDF skont il-fatturi ta' ekwivalenza ta' tossiċità (TEFs) li ġejjin:

 

PCDD

TEF

 

2,3,7,8-TeCDD

1

 

1,2,3,7,8-PeCDD

1

 

1,2,3,4,7,8-HxCDD

0,1

 

1,2,3,6,7,8-HxCDD

0,1

 

1,2,3,7,8,9-HxCDD

0,1

 

1,2,3,4,6,7,8-HpCDD

0,01

 

OCDD

0,0003

 

PCDF

TEF

 

2,3,7,8-TeCDF

0,1

 

1,2,3,7,8-PeCDF

0,03

 

2,3,4,7,8-PeCDF

0,3

 

1,2,3,4,7,8-HxCDF

0,1

 

PCDD

TEF

 

1,2,3,6,7,8-HxCDF

0,1

 

1,2,3,7,8,9-HxCDF

0,1

 

2,3,4,6,7,8-HxCDF

0,1

 

1,2,3,4,6,7,8-HpCDF

0,01

 

1,2,3,4,7,8,9-HpCDF

0,01

 

OCDF

0,0003

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għal negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli, skont l-. Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A8-0336/2018).

Aġġornata l-aħħar: 6 ta' Frar 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza