Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fid-29 ta' Novembru 2018 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 f'dak li jikkonċerna r-regoli applikabbli għar-riintroduzzjoni temporanja tal-kontroll fil-fruntieri li jseħħ fil-fruntieri interni (COM(2017)0571 – C8-0326/2017 – 2017/0245(COD))(1)
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal Regolament Premessa -1 (ġdida)
(-1) Il-ħolqien ta' żona li fiha huwa żgurat il-moviment liberu tal-persuni bejn il-fruntieri interni huwa waħda mill-kisbiet ewlenin tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-funzjonament normali u t-tisħiħ ta' żona bħal din, li hija bbażata fuq il-fiduċja u s-solidarjetà, ikunu objettiv komuni tal-Unjoni u tal-Istati Membri li jkunu qablu li jieħdu sehem fiha. Fl-istess waqt, hemm bżonn li jkollna risposta komuni għas-sitwazzjonijiet li jaffettwaw b'mod serju l-ordni pubbliku jew is-sigurtà interna ta' dik iż-żona, jew ta' partijiet minnha, billi tkun permessa r-riintroduzzjoni temporanja tal-kontrolli fil-fruntieri mal-fruntieri interni f'ċirkostanzi eċċezzjonali u bħala l-aħħar għażla, filwaqt li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri kkonċernati.
Emenda 2 Proposta għal Regolament Premessa 1
(1) F'żona fejn il-persuni jistgħu jiċċirkolaw b'mod liberu, id-dħul mill-ġdid tal-kontrolli fuq il-fruntiera mal-fruntieri interni jenħtieġ li jibqa' l-eċċezzjoni. Ir-riintroduzzjoni tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni jenħtieġ li tkun deċiża biss bħala l-aħħar miżura, għal perjodu limitat ta' żmien u sal-punt li l-kontrolli huma meħtieġa u proporzjonati mat-theddidiet serji identifikati għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna.
(1) F'żona fejn il-persuni jistgħu jiċċirkolaw b'mod liberu, ir-riintroduzzjoni tal-kontroll fil-fruntieri li jseħħ fil-fruntieri interni jenħtieġ li jibqa' l-eċċezzjoni. Peress li l-moviment liberu tal-persuni huwa affettwat mir-riintroduzzjoni temporanja tal-kontrolli fil-fruntieri interni, jenħtieġ li din tiġi riintrodotta biss bħala l-aħħar miżura, għal perjodu limitat ta' żmien u sal-punt li l-kontrolli huma meħtieġa u proporzjonati mat-theddidiet serji identifikati għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna. Jenħtieġ li kwalunkwe miżura bħal din tiġi rtirata hekk kif ir-raġunijiet sottostanti għaliha ma jibqgħux preżenti.
Emenda 3 Proposta għal Regolament Premessa 1a (ġdida)
(1a) Il-migrazzjoni u l-qsim tal-fruntieri esterni minn għadd kbir ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jenħtieġ li, bħala tali, ma jitqiesx bħala theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna.
Emenda 4 Proposta għal Regolament Premessa 2
(2) It-theddidiet serji identifikati jistgħu jiġu indirizzati permezz ta' miżuri differenti, skont in-natura u l-iskala tagħhom. L-Istati Membri għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom ukoll is-setgħat tal-pulizija, kif imsemmi fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen)8, li, suġġett għal ċerti kundizzjonijiet, jistgħu jintużaw f'żoni tal-fruntiera. Ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar verifiki proporzjonati mill-pulizija u kooperazzjoni tal-pulizija fiż-żona Schengen9 tipprovdi linji gwida lill-Istati Membri għal dan l-għan.
(2) It-theddidiet serji identifikati jistgħu jiġu indirizzati permezz ta' miżuri differenti skont in-natura u l-iskala tagħhom. Filwaqt li għadu ċar li s-setgħat tal-pulizija huma jvarjaw kemm fit-tip kif ukoll fl-għan tagħhom meta mqabbla mal-kontroll fil-fruntieri, l-Istati Membri għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom dawk is-setgħat tal-pulizija, kif imsemmi fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen)8, li, suġġett għal ċerti kundizzjonijiet, jistgħu jintużaw f'żoni tal-fruntiera. Ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar verifiki proporzjonati mill-pulizija u kooperazzjoni tal-pulizija fiż-żona Schengen9 tipprovdi linji gwida lill-Istati Membri għal dan l-għan.
__________________
__________________
8 ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1.
8 ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1.
9 C(2017)3349 final, 12.05.2017.
9 C(2017)3349 final, 12.05.2017.
Emenda 5 Proposta għal Regolament Premessa 2a (ġdida)
(2a) Qabel jirrikorru għar-riintroduzzjoni tal-kontrolli fil-fruntieri li jseħħu fil-fruntieri interni, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħtu preċedenza lil miżuri alternattivi. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-Istat Membru kkonċernat, fejn ikun meħtieġ u ġustifikat, jikkunsidra li juża b'mod aktar effettiv jew jintensifika l-verifiki tal-pulizija fit-territorju tiegħu, inkluż fiż-żoni tal-fruntieri u r-rotot tat-trasport ewlenin abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju, filwaqt li jiżgura li dawk il-verifiki tal-pulizija ma jkollhomx il-kontroll fil-fruntieri bħala objettiv. It-teknoloġiji moderni huma strumentali fl-indirizzar ta' theddid għall-ordni pubbliku jew is-sigurtà interna. Jenħtieġ li l-Istati Membri jivvalutaw jekk is-sitwazzjoni tistax tiġi indirizzata b'mod adegwat permezz ta' aktar kooperazzjoni transfruntiera, kemm mill-aspett operattiv kif ukoll minn dak tal-iskambju ta' informazzjoni bejn is-servizzi tal-pulizija u s-servizzi tal-intelligence.
Emenda 6 Proposta għal Regolament Premessa 4
(4) Madankollu, l-esperjenza wriet li ċertu theddid serju għall-politika pubblika jew għas-sigurtà interna, bħal theddidiet terroristiċi transfruntier jew każijiet speċifiċi ta' movimenti sekondarji ta' migranti irregolari fl-Unjoni li jiġġustifikaw r-riintroduzzjoni tal-kontrolli fil-fruntieri, jistgħu jippersistu sew aktar mill-perjodi msemmija hawn fuq. Għalhekk huwa meħtieġ u ġġustifikat li l-limiti ta' żmien applikabbli għar-riintroduzzjoni temporanja tal-kontrolli fuq il-fruntieri jkun aġġustati għall-ħtiġijiet attwali, filwaqt li jiġi żgurat li din il-miżura ma tiġix abbużata u tibqa' eċċezzjoni, li għandha tintuża biss meta ma jkun baqa' xejn aktar xi jsir. Għal dan l-għan, l-iskadenza ġenerali applikabbli skont l-Artikolu 25 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen jenħtieġ li tkun estiża għal sena.
(4) Madankollu, l-esperjenza wriet li rarament ikun hemm il-ħtieġa li jiġu riintrodotti kontroll fil-fruntieri li jseħħu fil-fruntieri interni għal perjodi ta' aktar minn xahrejn. Huwa biss f'ċirkostanzi eċċezzjonali li ċertu theddid serju għall-politika pubblika jew għas-sigurtà interna jaf jippersisti lil hinn mill-perjodi massimi ta' sitt xhur li bħalissa huma awtorizzati għar-riintroduzzjoni tal-kontrolli fil-fruntieri li jseħħu fil-fruntieri interni. Għalhekk huwa neċessarju li l-limiti ta' żmien applikabbli għar-riintroduzzjoni temporanja tal-kontroll fil-fruntieri jiġu aġġustati, filwaqt li jiġi żgurat li din il-miżura ma tiġix abbużata u tibqa' eċċezzjoni, li tkun mistennija tintuża biss meta ma jkun baqa' xejn aktar xi jsir.
Emenda 7 Proposta għal Regolament Premessa 4a (ġdida)
(4a) Kull deroga mill-prinċipju fundamentali tal-moviment liberu tal-persuni jenħtieġ li tiġi interpretata b'mod strett u l-kunċett tal-ordni pubbliku jippresupponi l-eżistenza ta' theddida ġenwina, preżenti u serja biżżejjed li taffettwa wieħed mill-interessi fundamentali tas-soċjetà.
Emenda 8 Proposta għal Regolament Premessa 5
(5) Sabiex jiġi garantit li dawn il-kontrolli fuq il-fruntieri interni jibqgħu l-eċċezzjoni, l-Istati Membri għandhom jissottomettu valutazzjoni tar-riskju dwar ir-riintroduzzjoni maħsuba tal-kontrolli fuq il-fruntieri jew dwar l-estensjoni tagħha. Il-valutazzjoni tar-riskju jinħtieġ li, b'mod partikolari, tivvaluta, kemm hija mistennija li tippersisti t-theddida identifikata u liema sezzjonijiet tal-fruntieri interni huma affettwati, turi li l-estensjoni tal-kontrolli fuq il-fruntieri hija miżura tal-aħħar istanza u tispjega kif il-kontroll fuq il-fruntieri se jgħinu fl-indirizzar tat-theddid identifikat.F'każ ta' kontroll fuq il-fruntieri interni li jaqbżu s-sitt xhur, l-istima tar-riskju jenħtieġ li turi wkoll b'mod retrospettiv l-effiċjenza tal-kontroll fuq il-fruntieri riintrodotti fl-indirizzar tat-theddid identifikat u tispjega fid-dettall kif kull Stat Membru ġar affettwat minn tali estensjoni ġie kkonsultat u involut biex ikunu determinati l-eħfef arranġamenti operazzjonali.
(5) Sabiex jiġi garantit li dawn il-kontrolli fil-fruntieri interni jkunu l-aħħar miżura u jibqgħu l-eċċezzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jippreżentaw valutazzjoni tar-riskju dwar l-estensjoni maħsuba tal-kontrolli fil-fruntieri lil hinn minn xahrejn. Il-valutazzjoni tar-riskju jenħtieġ li, b'mod partikolari, tivvaluta kemm hija mistennija li tippersisti t-theddida identifikata u liema sezzjonijiet tal-fruntieri interni huma affettwati, turi li l-estensjoni tal-kontrolli fil-fruntieri hija miżura tal-aħħar istanza, b'mod partikolari billi turi li kwalunkwe miżuri alternattivi oħra wrew li mhumiex biżżejjed jew fil-verità dan huwa minnu, u tispjega kif il-kontroll fil-fruntieri ser jgħinu fl-indirizzar tat-theddid identifikat.Il-valutazzjoni tar-riskju jenħtieġ li turi wkoll b'mod retrospettiv l-effiċjenza u l-effikaċja tal-kontroll fil-fruntieri riintrodotti fl-indirizzar tat-theddid identifikat u tispjega fid-dettall kif kull Stat Membru ġar affettwat minn tali estensjoni ġie kkonsultat u involut biex ikunu determinati l-eħfef arranġamenti operazzjonali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jżommu l-possibbiltà li jikklassifikaw, fejn meħtieġ, l-informazzjoni kollha pprovduta jew partijiet minnha.
Emenda 9 Proposta għal Regolament Premessa 5a (ġdida)
(5a) Meta r-riintroduzzjoni tal-kontroll fil-fruntieri interni tkun marbuta ma' avvenimenti speċifiċi previsti ta' natura u żmien ta' eċċezzjoni, bħal attivitajiet sportivi, it-tul tagħha jenħtieġ li jkun preċiż ħafna, limitat u marbut mat-tul attwali tal-avveniment.
Emenda 10 Proposta għal Regolament Premessa 6
(6) Il-kwalità tal-valutazzjoni tar-riskju ppreżentata mill-Istati Membri se tkun importanti ħafna għall-valutazzjoni tal-ħtieġa u l-proporzjonalità tar-riintroduzzjoni jew l-estensjoni maħsuba tal-kontrolli fuq il-fruntiera. L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u Europol jenħtieġ li jkunu involuti f'din il-valutazzjoni.
(6) Il-kwalità tal-valutazzjoni tar-riskju ppreżentata mill-Istati Membri se tkun importanti ħafna għall-valutazzjoni tal-ħtieġa u l-proporzjonalità tar-riintroduzzjoni jew l-estensjoni maħsuba tal-kontroll fil-fruntiera. Jenħtieġ li l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, Europol, l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-Asil, l-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali jkunu involuti f'din il-valutazzjoni.
Emenda 11 Proposta għal Regolament Premessa 7
(7) Is-setgħa tal-Kummissjoni li toħroġ opinjoni skont l-Artikolu 27(4) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen jenħtieġ li tkun modifikata biex tirrifletti obbligi ġodda fuq l-Istati Membri relatati mal-valutazzjoni tar-riskju, inkluża l-kooperazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati. Meta kontrolli fuq il-fruntiera mal-fruntieri interni jitwettqu għal aktar minn sitt xhur, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun obbligata li toħroġ opinjoni. Barra minn hekk il-proċedura ta' konsultazzjoni kif prevista fl-Artikolu 27(5) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen jenħtieġ li tkun modifikata sabiex tirrifletti r-rwol tal-Aġenziji (l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u Europol) u biex tiffoka fuq l-implimentazzjoni prattika ta' diversi aspetti ta' kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, inkluż il-koordinazzjoni, fejn xieraq, ta' miżuri differenti fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera.
(7) Il-proċedura ta' konsultazzjoni kif prevista fl-Artikolu 27(5) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen jenħtieġ li tkun modifikata sabiex tirrifletti r-rwol tal-Aġenziji tal-Unjoni u biex tiffoka fuq l-implimentazzjoni prattika ta' diversi aspetti ta' kooperazzjoni bejn l-Istati Membri.
Emenda 12 Proposta għal Regolament Premessa 8
(8) Sabiex tagħmel ir-regoli riveduti adattati aħjar għall-isfidi relatati persistenti ta' theddid serju għall-politika pubblika jew għas-sigurtà interna, jeħtieġ li tkun prevista l-possibilità li l-kontrolli fuq il-fruntieri interni jkunu mtawla għal aktar minn sena. Estensjoni bħal din għandha takkumpanja miżuri nazzjonali eċċezzjonali proporzjonati meħuda wkoll fit-territorju sabiex tiġi indirizzata t-theddida, bħal pereżempju stat ta' emerġenza. Fi kwalunkwe każ, possibbiltà bħal din ma jenħtieġx li twassal għal titwil ulterjuri tal-kontrolli temporanji fuq il-fruntieri interni għal aktar minn sentejn.
(8) Sabiex tagħmel ir-regoli riveduti adattati aħjar għall-isfidi relatati persistenti ta' theddid serju għall-politika pubblika jew għas-sigurtà interna, jeħtieġ li tkun prevista l-possibilità li l-kontroll fil-fruntieri interni jkunu mtawla għal aktar minn sitt xhur fuq bażi eċċezzjonali. Estensjoni bħal din għandha takkumpanja miżuri nazzjonali eċċezzjonali proporzjonati meħuda wkoll fit-territorju sabiex tiġi indirizzata t-theddida, bħal pereżempju stat ta' emerġenza. Fi kwalunkwe każ, possibbiltà bħal din ma jenħtieġx li twassal għal titwil ulterjuri tal-kontrolli temporanji fil-fruntieri interni għal aktar minn sena.
Emenda 13 Proposta għal Regolament Premessa 8a (ġdida)
(8a) In-neċessità u l-proporzjonalità tar-riintroduzzjoni ta' kontroll fil-fruntieri interni għandhom jiġu bbilanċjati kontra t-theddida għall-ordni pubbliku jew is-sigurtà interna li tagħti lok għall-ħtieġa ta' tali riintroduzzjoni, kif ukoll għandu jsir għal miżuri alternattivi li jistgħu jittieħdu f'livell nazzjonali jew fil-livell tal-Unjoni, jew fit-tnejn, u l-impatt ta' tali kontroll fuq il-moviment liberu ta' persuni fiż-żona mingħajr kontroll fil-fruntieri interni.
Emenda 14 Proposta għal Regolament Premessa 9
(9) Ir-referenza għall-Artikolu 29 fl-Artikolu 25(4) għandha tiġi emendata bil-ħsieb li tiċċara r-relazzjoni bejn il-perjodi ta' żmien applikabbli skont l-Artikolu 29 u l-Artikolu 25 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen.
imħassar
Emenda 15 Proposta għal Regolament Premessa 10
(10) Il-possibbiltà li jitwettqu kontrolli fuq il-fruntieri interni b'reazzjoni għal theddida speċifika għall-politika pubblika jew għas-sigurtà interna li tippersisti wara sena għandhom ikunu suġġetti għal proċedura speċifika.
(10) Il-possibbiltà li jitwettqu kontrolli fil-fruntieri interni b'reazzjoni għal theddida speċifika għall-politika pubblika jew għas-sigurtà interna li tippersisti wara sitt xhur għandhom ikunu soġġetti għal proċedura speċifika li tirrikjedi rakkomandazzjoni tal-Kunsill.
Emenda 16 Proposta għal Regolament Premessa 11
(11) Għal dan l-għan, il-Kummissjoni għandha toħroġ opinjoni dwar in-neċessità u l-proporzjonalità ta' tali estensjoni u, fejn xieraq, dwar il-kooperazzjoni ma' Stati Membri ġirien.
(11) Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni toħroġ opinjoni dwar in-neċessità u l-proporzjonalità ta' tali estensjoni. Jenħtieġ li l-Parlament Ewropew jiġi informat minnufih dwar l-estensjoni proposta. Jenħtieġ li l-Istati Membri affettwati jkollhom il-possibbiltà li jagħmlu osservazzjonijiet lill-Kummissjoni qabel din toħroġ l-opinjoni tagħha.
Emenda 17 Proposta għal Regolament Premessa 13
(13) Il-Kunsill, waqt li jikkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni, jista' jirrakkomanda estensjoni oħra straordinarji bħal dawn u, fejn ikun xieraq, jiddetermina l-kundizzjonijiet għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri kkonċernati, bl-għan li jiġi żgurat li din hija miżura eċċezzjonali, fis-seħħ biss sakemm ikun meħtieġ u ġustifikat, u konsistenti mal-miżuri meħuda wkoll fuq livell nazzjonali fit-territorju biex jindirizza l-istess theddida speċifika għall-politika pubblika jew għas-sigurtà interna. Ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill għandha tkun prerekwiżit għal kwalunkwe estensjoni ulterjuri lil hinn mill-perjodu ta' sena u għaldaqstant trid tkun tal-istess natura bħal dik diġà prevista fl-Artikolu 29.
(13) Il-Kunsill, waqt li jikkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni, jista' jirrakkomanda estensjoni oħra straordinarji bħal dawn u, fejn ikun xieraq, jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri kkonċernati, bl-għan li jiġi żgurat li din hija miżura eċċezzjonali, fis-seħħ biss sakemm ikun meħtieġ u ġustifikat, u konsistenti mal-miżuri meħuda wkoll fuq livell nazzjonali fit-territorju biex jindirizza l-istess theddida speċifika għall-politika pubblika jew għas-sigurtà interna. Ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill għandha tkun prerekwiżit għal kwalunkwe estensjoni ulterjuri lil hinn mill-perjodu ta' sitt xhur. Jenħtieġ li r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tintbagħat minnufih lill-Parlament Ewropew.
Emenda 18 Proposta għal Regolament Premessa 13a (ġdida)
(13a) Il-miżuri meħuda skont il-proċedura speċifika fejn ċirkostanzi eċċezzjonali jqiegħdu f'riskju l-funzjonament ġenerali taż-żona mingħajr kontroll fil-fruntieri interni jenħtieġ li ma jiġux estiżi permezz jew ikkombinati ma' miżuri meħuda taħt proċedura oħra għar-riintroduzzjoni jew għall-estensjoni tal-kontroll fil-fruntieri interni kif previst fir-Regolament (UE) 2016/399.
Emenda 19 Proposta għal Regolament Premessa 13b (ġdida)
(13b) Meta tqis li Stat Membru jkun naqas milli jissodisfa l-obbligi tiegħu skont it-Trattati, jenħtieġ li l-Kummissjoni, bħala l-gwardjan tat-Trattati li jissorvelja l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, tieħu miżuri adegwati f'konformità mal-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea inkluż billi tressaq il-kwistjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
1. Fejn, f'żona mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni jkun hemm theddida serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna fi Stat Membru, dak l-Istat Membru jista' eċċezzjonalment jerġa' jintroduċi l-kontrolli fuq il-fruntieri fil-partijiet kollha tal-fruntieri interni tiegħu jew f'partijiet speċifiċi tagħhom għal perjodu limitat ta' mhux aktar minn 30 jum jew għall-perijodu prevedibbli tat-theddida serja jekk il-perijodu jaqbeż it-30 jum, iżda ma jaqbiżx is-sitt xhur. L-iskop u t-tul ta' żmien tar-riintroduzzjoni tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni m'għandux jaqbeż dak li hu strettament neċessarju b'risposta għat-theddida serja.
1. Fejn, f'żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni jkun hemm theddida serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna fi Stat Membru, dak l-Istat Membru jista' eċċezzjonalment jirriintroduċi l-kontroll fil-fruntieri fil-partijiet kollha tal-fruntieri interni tiegħu jew f'partijiet speċifiċi tagħhom għal perjodu limitat bħala l-aħħar miżura. L-iskop u t-tul ta' żmien tar-riintroduzzjoni tal-kontroll fil-fruntieri interni m'għandux jaqbeż dak li huwa strettament neċessarju b'risposta għat-theddida serja.
2. Il-kontrolli fuq il-fruntieri interni għandhom jiġu introdotti mill-ġdid biss bħala l-aħħar soluzzjoni, u f'konformità mal-Artikoli 27, 27a, 28 u 29. Il-kriterji msemmija, rispettivament, fl-Artikoli 26 u 30, għandhom jiġu kkunsidrati f'kull każ fejn tiġi kkunsidrata deċiżjoni dwar r-riintroduzzjoni tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni skont l-Artikolu 27, 27a, 28 jew 29 rispettivament.
imħassar
Emendi 22 u 52 Proposta għal Regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 Ir-Regolament (KE) 2016/399 Artikolu 25 – paragrafu 3
3. Jekk it-theddida serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna fl-Istat Membru konċernat tippersisti lil hinn mill-perjodu previst fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, dak l-Istat Membru jista' jestendi l-kontrolli fuq il-fruntiera mal-fruntieri interni tiegħu, filwaqt li jikkunsidra l-kriterji msemmija fl-Artikolu 26 u f'konformità mal-Artikolu 27, għall-istess raġunijiet bħal dawk imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u, filwaqt li jikkunsidra kull element ġdid, għal perjodi li jistgħu jiġġeddu li jikkorrispondi għad-durata prevedibbli tat-theddida serja u mhux għal aktar minn sitt xhur.
Il-perjodu totali li matulu jiġu introdotti mill-ġdid il-kontrolli fuq il-fruntieri interni, inkluż kwalunkwe estensjoni skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, m'għandux jaqbeż is-sena.
imħassar
Fejn hemm ċirkostanzi eċċezzjonali bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 27a, dak il-perjodu totali jista' jiġi estiż għal żmien massimu ta' sentejn b'konformità ma' dak l-Artikolu.
Fejn hemm ċirkostanzi eċċezzjonali bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 29, il-perjodu totali jista' jiġi estiż bi żmien massimu ta' sentejn b'konformità mal-paragrafu 1 ta' dak l-Artikolu.
Emenda 24 Proposta għal Regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid) Ir-Regolament (KE) 2016/399 Artikolu 26
(1 a) L-Artikolu 26 jinbidel b'dan li ġej:
Artikolu 26
"Artikolu 26
Kriterji għall-introduzzjoni mill-ġdid temporanja tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni
Kriterji għar-riintroduzzjoni temporanja tal-kontrolli fil-fruntieri li jseħħu fil-fruntieri interni
Fejn Stat Membru jiddeċiedi, bħala l-aħħar soluzzjoni, li jintroduċi mill-ġdid b'mod temporanju kontrolli ta' xi waħda jew aktar mill-fruntieri interni tiegħu jew ta' xi partijiet minnhom jew jiddeċiedi li jestendi tali introduzzjoni mill-ġdid, taħt l-Artikolu 25 jew l-Artikolu 28(1), huwa għandu jivvaluta sa fejn miżura x'aktarx li tirrimedja b'mod adegwat it-theddida għall-ordni pubbliku jew is-sigurtà interna, u għandu jevalwa l-proporzjonalità tal-miżura mqabbla ma' dik it-theddida. Meta jagħmel dawn il-valutazzjonijiet, l-Istat Membru għandu b'mod partikolari jqis dawn li ġejjin:
Qabel ma Stat Membru jiddeċiedi, bħala miżura tal-aħħar istanza, li jirriintroduċi b'mod temporanju kontroll fil-fruntiera ma' xi waħda jew aktar mill-fruntieri interni tiegħu jew ma' xi partijiet minnhom, jew jiddeċiedi li jestendi tali riintroduzzjoni temporanju, huwa għandu jivvaluta:
(a) jekk ir-riintroduzzjoni temporanja tal-kontrolli fil-fruntieri tistax titqies li x'aktarx li tirrimedja b'mod suffiċjenti t-theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna;
(b) jekk miżuri għajr ir-riintroduzzjoni temporanja tal-kontroll fil-fruntieri mal-fruntieri interni, bħal aktar kooperazzjoni transfruntiera bejn il-pulizija jew intensifikazzjoni tal-kontrolli tal-pulizija, humiex probabbli li jirrimedjaw b'mod suffiċjenti t-theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna;
(c) il-proporzjonalità tar-riintroduzzjoni temporanja tal-kontrolli fil-fruntieri li jseħħu fil-fruntieri interni meta mqabbla mat-theddida għall-ordni pubbliku jew is-sigurtà interna, b'mod partikolari billi jqis:
(a) l-impatt probabbli ta' kwalunkwe theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna fl-Istat Membru konċernat, inkluż wara inċidenti jew theddidiet terroristiċi kif ukoll dawk maħluqa mill-kriminalità organizzata;
(i) l-impatt probabbli ta' kwalunkwe theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna fl-Istat Membru konċernat, inkluż wara inċidenti jew theddidiet terroristiċi kif ukoll dawk maħluqa mill-kriminalità organizzata; kif ukoll
(b) l-impatt probabbli ta' tali miżura fuq moviment liberu ta' persuni fi ħdan iż-żona mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni.
(ii) l-impatt probabbli tar-riintroduzzjoni temporanja tal-kontrolli fil-fruntieri li jseħħu fil-fruntieri interni rigward il-moviment liberu tal-persuni fi ħdan iż-żona mingħajr kontroll fil-fruntieri interni.
Meta Stat Membru jivvaluta, taħt il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, li r-riintroduzzjoni temporanja tal-kontrolli fil-fruntieri interni x'aktarx li ma tkunx ta' rimedju suffiċjenti għat-theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna, huwa ma għandux jirriintroduċi kontrolli fil-fruntieri interni.
Meta Stat Membru jivvaluta, taħt il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, li miżuri għajr ir-riintroduzzjoni temporanja tal-kontrolli fil-fruntieri interni x'aktarx li tkun ta' rimedju suffiċjenti għat-theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna, huwa ma għandux jirriintroduċi jew jestendi l-kontrolli fil-fruntieri interni u għandu jieħu l-miżuri l-oħra.
Meta Stat Membru jivvaluta, taħt il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, li r-riintroduzzjoni proposta tal-kontrolli fil-fruntieri interni mhijiex proporzjonali għat-theddida, dan ma għandux jirriintroduċi jew jestendi l-kontrolli fil-fruntieri interni.";
Emenda 25 Proposta għal Regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt -i (ġdid) Ir-Regolament (KE) 2016/399 Artikolu 27 – titolu
(-i) It-titolu jinbidel b'dan li ġej:
Proċedura għall-introduzzjoni mill-ġdid temporanja tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni skont l-Artikolu 25
"Proċedura għar-riintroduzzjoni temporanja tal-kontroll fil-fruntieri interni f'każ ta' theddid prevedibbli serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna";
Emenda 26 Proposta għal Regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt -ia (ġdid) Ir-Regolament (KE) 2016/399 Artikolu 27 – paragrafu -1 (ġdid)
(-ia) Fl-Artikolu 27, jiddaħħal il-paragrafu ġdid li ġej qabel il-paragrafu 1:
"-1. Meta, fiż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri, ikun hemm theddida serja għall-ordni pubbliku jew is-sigurtà interna fi Stat Membru, dak l-Istat Membru jista', bħala miżura tal-aħħar istanza u f'konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 26, jirriintroduċi l-kontrolli fil-fruntieri li jseħħu fil-fruntieri interni kollha tiegħu jew f'partijiet speċifiċi minnhom għal perijodu limitat ta' mhux aktar minn 30 jum jew, jekk it-theddida serja tippersisti għal aktar minn 30 jum, għad-durata prevedibbli tat-theddida serja iżda, fi kwalunkwe każ, għal mhux aktar minn xahrejn.";
Emenda 27 Proposta għal Regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt -ib (ġdid) Ir-Regolament (KE) 2016/399 Artikolu 27 – paragrafu 1 – parti introduttorja
(-ib) Fil-paragrafu 1, il-parti introduttorja tinbidel b'dan li ġej:
1. Fejn Stat Membru jippjana l-introduzzjoni mill-ġdid ta' kontrolli fuq il-fruntieri interni taħt l-Artikolu 25, huwa għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn erba' ġimgħat qabel l-introduzzjoni mill-ġdid ippjanata, jew fi żmien perijodu iqsar fejn iċ-ċirkostanzi li jwasslu għall-bżonn tal-introduzzjoni mill-ġdid ta' kontrolli fuq il-fruntieri interni jsiru magħrufa f'inqas minn erba' ġimgħat qabel l-introduzzjoni mill-ġdid ippjanata. Għal dak l-għan, l-Istat Membru għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja:
"1. Għall-finijiet tal-paragrafu -1, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn erba' ġimgħat qabel ir-riintroduzzjoni ippjanata, jew fi żmien perijodu iqsar fejn iċ-ċirkostanzi li jwasslu għall-bżonn tar-riintroduzzjoni ta' kontroll fil-fruntieri li jseħħ fil-fruntieri interni jsiru magħrufa f'inqas minn erba' ġimgħat qabel tar-riintroduzzjoni ippjanata. Għal dak l-għan, l-Istat Membru għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja:";
Emendi 28 u 57 Proposta għal Regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt i Ir-Regolament (KE) 2016/399 Artikolu 27 – paragrafu 1 – punt aa
(i) Fil-paragrafu 1, il-punt il-ġdid (aa) ġie miżjud kif ġej:
imħassar
(aa) valutazzjoni tar-riskju li tivvaluta kemm hija mistennija li tippersisti t-theddida identifikata u liema sezzjonijiet tal-fruntieri interni huma affettwati, li turi li l-estensjoni tal-kontroll fuq il-fruntieri hija miżura tal-aħħar istanza u li tispjega kif il-kontroll fuq il-fruntieri se jgħinu fl-indirizzar tat-theddid identifikat. Meta l-kontroll fuq il-fruntieri diġà ġie riintrodott għal aktar minn sitt xhur, il-valutazzjoni tar-riskju għandha tispjega wkoll kif r-riintroduzzjoni ta' kontrolli preċedenti kkontribwixxiet għal rimedju kontra t-theddida identifikata.
Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tinkludi wkoll rapport dettaljat tal-koordinazzjoni li saret bejn l-Istat Membru kkonċernat u l-Istat Membru jew l-Istati Membri li jaqsam il-fruntieri magħhom fejn sar il-kontroll tal-fruntieri.
Il-Kummissjoni għandha tikkondividi l-valutazzjoni tar-riskju mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u ma' Europol, kif xieraq.
Emenda 29 Proposta għal Regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt ia (ġdid) Ir-Regolament (KE) 2016/399 Artikolu 27 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid)
(ia) Fil-paragrafu 1, jiddaħħal il-punt (ab) li ġej:
"(ab) kwalunkwe miżura oħra, għajr ir-riintroduzzjoni proposta, meħuda jew prevista mill-Istat Membru biex jindirizza t-theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna kif ukoll ir-raġuni bbażata fuq l-evidenza għalfejn miżuri alternattivi, bħal aktar kooperazzjoni transfruntiera tal-pulizija u verifiki tal-pulizija, tqiesu bħala insuffiċjenti;"
Emenda 30 Proposta għal Regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt ii Ir-Regolament (KE) 2016/399 Artikolu 27 – paragrafu 1 – punt e
(e) fejn xieraq, il-miżuri li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri l-oħra kif miftiehem qabel ir-riintroduzzjoni temporanja ta' kontroll fuq il-fruntieri mal-fruntieri interni kkonċernati.
(e) fejn xieraq, il-miżuri li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri l-oħra kif miftiehem qabel ir-riintroduzzjoni temporanja ta' kontroll fil-fruntieri li jseħħu fil-fruntieri interni rilevanti."
Emenda 31 Proposta għal Regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt iii Ir-Regolament (KE) 2016/399 Artikolu 27 – paragrafu 1 –l-aħħar sentenza
Fejn ikun meħtieġ, il-Kummissjoni tista' titlob tagħrif addizzjonali mill-Istat(i) Membru/i kkonċernat(i), inkluż dwar kooperazzjoni mal-Istati Membri affettwati wkoll mill-estensjoni ppjanata tal-kontrolli fuq il-fruntieri mal-fruntieri interni kif ukoll informazzjoni addizzjonali meħtieġa sabiex tivvaluta jekk din hiex miżura tal-aħħar istanza.
Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni tista' titlob tagħrif addizzjonali mill-Istat(i) Membru/i kkonċernat(i), inkluż dwar kooperazzjoni mal-Istati Membri affettwati mir-riintroduzzjoni jew mill-estensjoni ppjanati tal-kontrolli fil-fruntieri li jseħħu fil-fruntieri interni kif ukoll informazzjoni oħra meħtieġa sabiex tivvaluta jekk din hiex miżura tal-aħħar istanza.
Emenda 32 Proposta għal Regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt iiia (ġdid) Ir-Regolament (KE) 2016/399 Artikolu 27 – paragrafu 1a (ġdid)
(iii a) jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:
"1a. Jekk it-theddida serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna fl-Istat Membru konċernat tippersisti għal aktar minn xahrejn, dak l-Istat Membru jista' jestendi l-kontroll fil-fruntieri li jseħħu fil-fruntieri interni tiegħu, filwaqt li jqis il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 26, għall-istess raġunijiet bħal dawk imsemmija fil-paragrafu -1 ta' dan l-Artikolu u, filwaqt li jqis kwalunkwe element ġdid, għal perijodu li għandu jikkorrispondi għad-durata prevedibbli tat-theddida serja u li, fi kwalunkwe każ, ma għandux ikun itwal minn erba' xhur. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien il-perijodu ta' żmien imsemmi fil-paragrafu 1."
Emenda 33 Proposta għal Regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt iiib (ġdid) Ir-Regolament (KE) 2016/399 Artikolu 27 – paragrafu 1b (ġdid)
(iii b) Jiddaħħal il-paragrafu 1b li ġej:
"1b. Għall-finijiet tal-paragrafu 1a, minbarra l-informazzjoni pprovduta skont il-paragrafu 1, l-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi valutazzjoni tar-riskju li għandha:
(i) tivvaluta kemm theddida identifikata hija mistennija li tippersisti u liema sezzjoni tal-fruntieri interni tiegħu hija affettwata;
(ii) tiddeskrivi fil-qosor l-azzjonijiet jew il-miżuri alternattivi li ġew introdotti qabel biex jindirizzaw it-theddida identifikata;
(iii) tispjega għaliex l-azzjonijiet jew il-miżuri alternattivi msemmija fil-punt (ii) ma kinux ta' rimedju suffiċjenti għat-theddida identifikata;
(iv) turi li l-estensjoni tal-kontrolli fil-fruntieri hija għażla tal-aħħar istanza; kif ukoll
(v) tispjega kif il-kontroll fil-fruntiera ser jgħin b'mod aħjar biex tiġi indirizzata t-theddida identifikata.
Il-valutazzjoni tar-riskju msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinkludi wkoll rapport dettaljat tal-kooperazzjoni li tkun saret bejn l-Istat Membru kkonċernat u l-Istat Membru jew l-Istati Membri li huma direttament affettwati mir-riintroduzzjoni tal-kontrolli fil-fruntieri, inklużi dawk l-Istati Membri li magħhom l-Istat Membru kkonċernat jaqsam il-fruntieri interni li fihom jitwettaq il-kontroll fil-fruntiera.
Il-Kummissjoni għandha tikkondividi l-valutazzjoni tar-riskju mal-Aġenzija u ma' Europol u tista' titlob, fejn xieraq, il-fehmiet tagħhom dwar dik il-valutazzjoni.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 37 li jissupplimenta dan ir-Regolament permezz tal-adozzjoni tal-metodoloġija għall-valutazzjoni tar-riskju.";
Emenda 34 Proposta għal Regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt iiic (ġdid) Ir-Regolament (KE) 2016/399 Artikolu 27 – paragrafu 2
(iii c) Il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:
2. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi ppreżentata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin li tiġi notifikata lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni skont dak il-paragrafu.
2. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 1b għandha tiġi ppreżentata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin li tiġi notifikata lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni skont dawk il-paragrafi.
Emenda 35 Proposta għal Regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt iiid (ġdid) Ir-Regolament (KE) 2016/399 Artikolu 27 – paragrafu 3
(iii d) Il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:
3. L-Istati Membri li jagħmlu notifika taħt il-paragrafu 1 jistgħu, fejn ikun meħtieġ u f'konformità mal-liġi nazzjonali, jiddeċiedu li jikklassifikaw partijiet mill-informazzjoni. Tali klassifikazzjoni m'għandhiex tipprekludi li l-informazzjoni titqiegħed għad-dispożizzjoni mill-Kummissjoni għall-Parlament Ewropew. It-trasmissjoni u t-trattament tal-informazzjoni u dokumenti mibgħutin lill-Parlament Ewropew taħt dan l-Artikolu għandhom jikkonformaw mar-regoli rigward it-trasmissjoni u t-trattament tal-informazzjoni klassifikata li huma applikabbli bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni.
"3. L-Istati Membri li jippreżentaw notifika jistgħu jikklassifikaw, fejn ikun meħtieġ u f'konformità mad-dritt nazzjonali, l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafi 1 u 1a jew partijiet minnha. Tali klassifikazzjoni m'għandhiex tipprekludi l-aċċess għall-informazzjoni, permezz ta' mezzi adegwati u siguri għall-kooperazzjoni tal-pulizija, mill-Istati Membri l-oħra affettwati mir-riintroduzzjoni temporanja tal-kontroll fil-fruntiera li jseħħ fil-fruntieri interni u m'għandhiex tipprekludi li l-informazzjoni titqiegħed għad-dispożizzjoni mill-Kummissjoni għall-Parlament Ewropew. It-trasmissjoni u t-trattament tal-informazzjoni u dokumenti mibgħutin lill-Parlament Ewropew taħt dan l-Artikolu għandhom jikkonformaw mar-regoli rigward it-trasmissjoni u t-trattament tal-informazzjoni klassifikata li huma applikabbli bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni.";
Emenda 36 Proposta għal Regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt iv Ir-Regolament (KE) 2016/399 Artikolu 27 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
Wara n-notifika mill-Istat Membru taħt il-paragrafu 1, u bil-għan tal-konsultazzjoni prevista fil-paragrafu 5, il-Kummissjoni jew kwalunkwe Stat Membru ieħor jistgħu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 72 TFUE, joħorġu opinjoni.
Wara n-notifika mill-Istat Membru taħt il-paragrafi 1 u 1a, u bil-għan tal-konsultazzjoni prevista fil-paragrafu 5, il-Kummissjoni jew kwalunkwe Stat Membru ieħor jistgħu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 72 TFUE, joħorġu opinjoni.
Emenda 37 Proposta għal Regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt iv Ir-Regolament (KE) 2016/399 Artikolu 27 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
Fejn il-Kummissjoni jkollha tħassib fir-rigward tal-ħtieġa jew proporzjonalità tar-riintroduzzjoni tal-kontroll fuq il-fruntiera mal-fruntieri interni jew fejn hija tqis li tkun xierqa konsultazzjoni dwar xi aspetti tan-notifika, hija għandha toħroġ opinjoni f'dan ir-rigward.
Fejn, abbażi tal-informazzjoni li tinsab fin-notifika jew kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tkun irċeviet, il-Kummissjoni jkollha tħassib fir-rigward tal-ħtieġa jew proporzjonalità tar-riintroduzzjoni tal-kontroll fil-fruntiera li jseħħ fil-fruntieri interni, jew fejn hija tqis li tkun xierqa konsultazzjoni dwar xi aspett tan-notifika, hija għandha mingħajr dewmien toħroġ opinjoni f'dan ir-rigward.
Emenda 38 Proposta għal Regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt iv Ir-Regolament (KE) 2016/399 Artikolu 27 – paragrafu 4 – subparagrafu 3
Fejn il-kontroll fuq il-fruntieri mal-fruntieri interni diġà ġiet introdotta mill-ġdid għal sitt xhur, il-Kummissjoni għandha toħroġ opinjoni.
imħassar
Emenda 39 Proposta għal Regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt v Ir-Regolament (KE) 2016/399 Artikolu 27 – paragrafu 5
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u kwalunkwe opinjoni tal-Kummissjoni jew tal-Istat Membru msemmija fil-paragrafu 4 għandhom ikunu s-suġġett ta' konsultazzjoni mmexxija mill-Kummissjoni. Fejn xieraq, il-konsultazzjoni għandha tinkludi laqgħat konġunti, bejn l-Istat Membru li jkun qed jippjana li jerġa' jintroduċi l-kontrolli fuq il-fruntieri interni, l-Istati Membri l-oħra, speċjalment dawk affettwati direttament minn tali miżuri u l-Aġenziji rilevanti. Il-proporzjonalità tal-miżuri maħsuba, it-theddida identifikata għall-politika pubblika jew għas-sigurtà interna, kif ukoll modi li jiżguraw l-implementazzjoni ta' kooperazzjoni reċiproka bejn l-Istati Membri għandhom jiġu eżaminati. L-Istat Membru li jkun qed jippjana li jerġa' jintroduċi jew jestendi l-kontrolli fuq il-fruntiera mal-fruntieri interni għandu jikkunsidra bis-sħiħ ir-riżultati ta' din il-konsultazzjoni meta jwettaq il-kontrolli fuq il-fruntieri.
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 1b u kwalunkwe opinjoni tal-Kummissjoni jew tal-Istat Membru msemmija fil-paragrafu 4 għandhom ikunu soġġetti għal konsultazzjoni. Il-konsultazzjoni għandha tinkludi:
(i) laqgħat konġunti, bejn l-Istat Membru li jkun qiegħed jippjana li jirriintroduċi l-kontroll fil-fruntiera li jseħħ fil-fruntieri interni, l-Istati Membri l-oħra, speċjalment dawk affettwati direttament minn tali miżuri u l-Kummissjoni, li għandhom isiru bil-ħsieb li tiġi organizzata, fejn xieraq, kooperazzjoni reċiproka bejn l-Istati Membri u bil-ħsieb ukoll li tiġi eżaminata l-proporzjonalità tal-miżuri mal-ġrajjiet li jkunu taw lok għar-riintroduzzjoni tal-kontrolli fil-fruntieri, inkluż kwalunkwe miżuri alternattivi possibbli, u t-theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna;
(ii) fejn xieraq, żjarat mhux imħabbra fuq il-post li jsiru mill-Kummissjoni fil-fruntieri interni rilevanti u, fejn xieraq bl-appoġġ ta' esperti mill-Istati Membri u mill-Aġenzija, Europol jew ta' korp ieħor rilevanti tal-Unjoni, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni sabiex tiġi vvalutata l-effikaċja tal-kontrolli fil-fruntieri li jseħħu fil-fruntieri interni u l-konformità ma' dan ir-Regolament; ir-rapporti ta' tali żjarat mhux imħabbra fuq il-post għandhom jintbagħtu lill-Parlament Ewropew.
Emenda 40 Proposta għal Regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 Ir-Regolament (KE) 2016/399 Artikolu 27a – titolu
Proċedura speċifika fejn it-theddida serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna hija ta' aktar minn sena.
Proċedura speċifika fejn it-theddida serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna hija ta' aktar minn sitt xhur.
1. F'każijiet eċċezzjonali, fejn l-Istat Membru qiegħed iħabbat wiċċu mal-istess theddida serja għall-politika pubblika jew għas-sigurtà interna lil hinn mill-perjodu msemmi fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 25(4), u fejn miżuri nazzjonali eċċezzjonali proporzjonat qegħdin jittieħdu wkoll fit-territorju biex tiġi indirizzata din it-theddida, kontroll fuq il-fruntieri kif riintrodott temporanjament biex jirrispondi għal dik it-theddida jista' jkompli jiġi estiż f'konformità ma' dan l-Artikolu.
1. F'ċirkostanzi eċċezzjonali, fejn l-Istat Membru qiegħed iħabbat wiċċu mal-istess theddida serja għall-politika pubblika jew għas-sigurtà interna lil hinn mill-perjodu msemmi fl-Artikolu 27(1a), u fejn miżuri nazzjonali eċċezzjonali proporzjonat qegħdin jittieħdu wkoll fit-territorju biex tiġi indirizzata din it-theddida, kontroll fil-fruntieri kif riintrodott temporanjament biex jirrispondi għal dik it-theddida jista' jkompli jiġi estiż f'konformità ma' dan l-Artikolu.
2. Sa mhux aktar tard minn sitt ġimgħat qabel l-iskadenza tal-perjodu msemmi fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 25(4), l-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni li huwa qed jitlob estensjoni ulterjuri skont il-proċedura speċifika stabbilita f'dan l-Artikolu. In-notifika għandha tinkludi l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 27(1)(a) sa (e). Fl-Artikolu 27, il-paragrafi 2 u 3 għandhom japplikaw.
2. Sa mhux aktar tard minn tliet ġimgħat qabel l-iskadenza tal-perjodu msemmi fl-Artikolu 27(1)(a), l-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni li huwa qiegħed jitlob estensjoni ulterjuri skont il-proċedura speċifika stabbilita f'dan l-Artikolu. Din in-notifika għandha tinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa skont l-Artikolu 27(1) u (1b). L-Artikolu 27(2) u (3) huma applikabbli.
3. Il-Kummissjoni għandha toħroġ opinjoni dwar jekk l-estensjoni proposta tissodisfax ir-rekwiżiti mogħtija fil-paragrafi 1 u 2 u dwar il-ħtieġa u l-proporzjonalità tal-estensjoni proposta. L-Istati Membri affettwati jistgħu jagħmlu osservazzjonijiet lill-Kummissjoni qabel din toħroġ l-opinjoni tagħha.
4. Il-Kunsill, filwaqt li jikkunsidra b'mod dovut l-opinjoni tal-Kummissjoni, jista' jirrakkomanda li l-Istat Membru jiddeċiedi li jkompli jestendi l-kontrolli fuq il-fruntieri interni għal perjodu ta' mhux aktar minn sitt xhur. Dan il-perjodu jista' jiġi estiż, mhux aktar minn tliet darbiet, b'perjodu ieħor ta' mhux aktar minn sitt xhur. Fir-rakkomandazzjoni tiegħu, il-Kunsill għandu mill-anqas jindika l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 27(1)(a) sa (e). Fejn adatt, huwa għandu jiffissa l-kundizzjonijiet għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri kkonċernati.
4. Ladarba jkun qies l-opinjoni tal-Kummissjoni, il-Kunsill jista', bħala l-aħħar istanza, jirrakkomanda li l-Istat Membru kkonċernat ikompli jestendi l-kontroll fil-fruntiera li jseħħ fil-fruntieri interni tiegħu għal perjodu ta' mhux aktar minn sitt xhur. Fir-rakkomandazzjoni tiegħu, il-Kunsill għandu jindika l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 27(1) u (1b) u għandu jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri kkonċernati.
Emendi 45 u 66 Proposta għal Regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid) Ir-Regolament (KE) 2016/399 Artikolu 28 – paragrafu 4
(3a) Fl-Artikolu 28, il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:
4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 25(4), il-perijodu totali li matulu jiġu introdotti mill-ġdid il-kontrolli fuq il-fruntieri interni, abbażi tal-perijodu inizjali skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u kwalunkwe estensjoni taħt il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, m'għandux jaqbeż ix-xahrejn.
"4. Il-perijodu totali li matulu jiġu riintrodotti l-kontroll fil-fruntieri interni, abbażi tal-perijodu inizjali skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u kwalunkwe estensjoni taħt il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, m'għandux jaqbeż ix-xahrejn.";
Emenda 46 Proposta għal Regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3b (ġdid) Ir-Regolament (KE) 2016/399 Artikolu 28a (ġdid)
(3b) Jiddaħħal artikolu ġdid, l-Artikolu 28a:
"Artikolu 28a
Il-kalkolu tat-tul tal-perijodu li matulu jiġi riintrodott jew estiż il-kontroll fil-fruntieri minħabba theddida prevista għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna, fejn it-theddida serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna tmur lil hinn minn sitt xhur u f'każijiet li jirrikjedu azzjoni immedjata
Kwalunkwe riintroduzzjoni jew estensjoni tal-kontrolli fil-fruntieri li jseħħu fil-fruntieri interni li jsiru qabel ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu tal-perijodi msemmija fl-Artikoli 27, 27a u 28.";
Emenda 67 Proposta għal Regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 c (ġdid) Regolament (UE) 2016/399 Artikolu 29 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)
(3c) Fl-Artikolu 29(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:
"Il-kriterji msemmija fl-Artikolu 30 għandhom jitqiesu f'kull każ fejn deċiżjoni dwar ir-riintroduzzjoni jew l-estensjoni temporanja tal-kontroll fil-fruntieri fuq il-fruntieri interni tiġi kkunsidrata skont dan l-Artikolu."
Emenda 47 Proposta għal Regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 d (ġdid) Ir-Regolament (KE) 2016/399 Artikolu 29 – paragrafu 5
(3d) Fl-Artikolu 29, il-paragrafu 5 jinbidel b'dan li ġej:
5. Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-miżuri li jistgħu jiġu adottati mill-Istati Membri fil-każ ta' theddida serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna skont l-Artikoli 25, 27 u 28.
"5. Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-miżuri li jistgħu jiġu adottati mill-Istati Membri fil-każ ta' theddida serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna skont l-Artikoli 27, 27a u 28. Madankollu, il-perijodu totali li matulu jiġu riintrodotti jew estiżi l-kontroll fil-fruntieri li jseħħ fil-fruntieri interni skont dan l-Artikolu ma għandux jiġi estiż bis-saħħa ta' miżuri, jew kombinazzjoni tagħhom, meħuda skont l-Artikoli 27, 27a jew 28.
Emenda 69 Proposta għal Regolament Artikolu 1a (ġdid)
Artikolu 1a
Dan ir-Regolament għandu japplika għan-notifiki magħmula mill-Istati Membri skont l-Artikolu 27 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen minn ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].
Kwalunkwe perjodu ta' notifika kontinwa għar-riintroduzzjoni jew l-estensjoni tal-kontroll fil-fruntieri fuq il-fruntieri interni li jkun spiċċa qabel ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] għandu jitqies fil-kalkolu tal-perijodu msemmi fl-Artikolu 28(4).