Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward tal-applikazzjoni temporanja ta' mekkaniżmu tarreverse charge ġeneralizzat b'rabta mal-provvista ta' prodotti u servizzi 'l fuq minn ċertu livell limitu *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward tal-applikazzjoni temporanja ta' mekkaniżmu tar-reverse charge ġeneralizzat b'rabta mal-provvisti ta' prodotti u servizzi 'l fuq minn ċertu livell limitu (COM(2016)0811 – C8-0023/2017 – 2016/0406(CNS))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2016)0811),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0023/2017),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0418/2018),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
3. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal direttiva Premessa 4
(4) Sabiex jiġi limitat ir-riskju taċ-ċaqliq tal-frodi bejn l-Istati Membri, l-Istati Membri kollha li jissodisfaw ċertu kriterji fir-rigward tal-livell tal-frodi tagħhom, b'mod partikolari b'rabta mal-frodi karusell, u li jistgħu jistabbilixxu liema miżuri oħrajn ta' kontroll mhumiex suffiċjenti biex jiġi miġġieled dak il-frodi, għandhom jitħallew jintużaw GRCM.
(4) Sabiex jiġi limitat ir-riskju taċ-ċaqliq tal-frodi bejn l-Istati Membri, l-Istati Membri kollha li jissodisfaw ċertu kriterji fir-rigward tal-livell tal-frodi tagħhom, b'mod partikolari b'rabta mal-frodi karusell, u li jistgħu jistabbilixxu liema miżuri oħrajn ta' kontroll mhumiex suffiċjenti biex jiġi miġġieled dak il-frodi, għandhom jitħallew jintużaw GRCM. Barra minn hekk, jenħtieġ li jkollhom l-obbligu li jistabbilixxu li l-gwadanni stmati mill-konformità mar-regoli tat-taxxa u mill-ġbir tat-taxxa li huma mistennija bħala riżultat tal-introduzzjoni tal-GRCM ikunu akbar mill-piżijiet addizzjonali kumplessivi stmati fuq in-negozji u fuq l-amministrazzjonijiet tat-taxxa, u li n-negozji u li l-amministrazzjonijiet tat-taxxa ma jkunux se jġarrbu spejjeż ogħla minn dawk imġarrba bħala riżultat tal-applikazzjoni ta' miżuri oħra ta' kontroll.
Emenda 2 Proposta għal direttiva Premessa 5
(5) Barra minn hekk, l-Istati Membri konfinanti li jiffaċċjaw riskju serju ta' ċaqliq tal-frodi fit-territorju tagħhom, minħabba l-awtorizzazzjoni ta' dak il-mekkaniżmu fi Stat Membru ieħor, għandhom jitħallew jużaw il-GRCM, fejn miżuri oħrajn ta' kontroll ma jkunux suffiċjenti biex jiġi miġġieled dak ir-riskju ta' frodi.
imħassar
Emenda 3 Proposta għal direttiva Premessa 6
(6) Jekk l-Istati Membri jagħżlu li japplikaw il-GRCM, għandhomjapplikawha għall-provvisti kollha ta' oġġetti u servizzi 'l fuq minn livell limitu definit għal kull fattura. Il-GRCMm'għandhiex tiġi ristrettagħalkwalunkwe settur speċifiku.
(6) Jekk l-Istati Membri jagħżlu li japplikaw il-GRCM, jenħtieġ li japplikawh għall-provvisti mhux transfruntieri kollha ta' oġġetti u servizzi 'l fuq minn livell limitu definit għal kull tranżazzjoni. Jenħtieġ lil-GRCMma jiġi ristrettgħall-ebda settur speċifiku.
Emenda 4 Proposta għal direttiva Premessa 7 a (ġdida)
(7a) Sabiex ikun jista' jiġi vvalutat jekk l-introduzzjoni tal-GRCM fi Stat Membru wieħed tirriżultax f'ċaqliq ta' frodi lejn Stati Membri oħrajn, u biex ikun jista' jiġi vvalutat il-grad tad-disturbi possibbli għall-funzjonament tas-suq intern, huwa f'loku li jkun previst obbligu speċifiku għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri li japplikaw il-GRCM u Stati Membri oħra. Tali skambji ta' informazzjoni kollha huma soġġetti għal dispożizzjonijiet applikabbli dwar il-protezzjoni u l-kunfidenzjalità tad-data personali. Dawk id-dispożizzjonijiet jipprevedu eżenzjonijiet u restrizzjonijiet biex jissalvagwardjaw l-interessi tal-Istati Membri jew tal-Unjoni fil-qasam tat-tassazzjoni.
Sat-30 ta' Ġunju 2022 Stat Membru jista', bħala Mekkaniżmu tar-Reverse Charge Ġeneralizzat (GRCM), jipprevedi li l-persuna responsabbli mill-ħlas tal-VAT tkun il-persuna taxxabbli li lilha jsiru l-fornimenti tal-oġġetti u s-servizzi 'l fuq minn livell limitu ta' EUR 10 000 għal kull fattura, b'deroga mill-Artikolu 193.
Sat-30 ta' Ġunju 2022 Stat Membru jista', bħala Mekkaniżmu tar-Reverse Charge Ġeneralizzat (GRCM), jipprevedi li l-persuna responsabbli mill-ħlas tal-VAT tkun il-persuna taxxabbli li lilha jsiru l-fornimenti tal-oġġetti u s-servizzi 'l fuq minn livell limitu ta' EUR 25 000 għal kull fattura, b'deroga mill-Artikolu 193.
Emenda 6 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 199c – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt a
(a) ikollu diskrepanza tal-VAT, espressa bħala perċentwal tar-Responsabbiltà tat-Taxxa Totali tal-VAT, ta' mill-inqas 5punti perċentwali 'l fuq mid-diskrepanza tal-VAT medjana tal-Komunità;
(a) fl-2014 kellu, skont il-metodu u ċ-ċifri murija fir-rapport finali tal-2016 li jġib id-data tat-23 ta' Awwissu 2016 dwar id-diskrepanza tal-VAT ippubblikat mill-Kummissjoni, diskrepanza tal-VAT, espressa bħala perċentwal tar-Responsabbiltà tat-Taxxa Totali tal-VAT, ta' mill-inqas 15-il punt perċentwali 'l fuq mid-diskrepanza tal-VAT medjana tal-Komunità;
Emenda 7 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 199c – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt b
(b) ikollu livell ta' frodi karuselll fi ħdan id-diskrepanza tal-VAT totali tiegħu ta' aktar minn 25 %;
(b) ikollu, abbażi tal-valutazzjoni ta' impatt li akkumpanjat il-proposta leġiżlattiva għal dan l-Artikolu, fis-sena koperta mir-rapport imsemmi fil-punt (a), livell ta' frodi karusell fi ħdan id-diskrepanza tal-VAT totali tiegħu ta' aktar minn 25 %; kif ukoll
Emenda 8 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 199c – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt c
(c) jistabblixxi li l-miżuri l-oħrajn ta' kontroll mhumiex suffiċjenti fil-ġlieda kontra l-frodi karuselll fit-territorju tiegħu.
(c) jistabbilixxi li miżuri oħra ta' kontroll mhumiex suffiċjenti fil-ġlieda kontra l-frodi karusell fit-territorju tiegħu, b'mod partikolari billi jispeċifika l-miżuri ta' kontroll applikati u r-raġunijiet partikolari għan-nuqqas ta' effikaċja tagħhom, kif ukoll ir-raġunijiet għala rriżulta li l-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tal-VAT kienet insuffiċjenti; kif ukoll
Emenda 9 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 199c – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt ca (ġdid)
(ca) jistabbilixxi li l-gwadanni stmati mill-konformità mar-regoli tat-taxxa u mill-ġbir tat-taxxa mistennija bħala riżultat tal-introduzzjoni tal-GRCM ikunu tal-anqas 25 % akbar mill-piżijiet addizzjonali kumplessivi mistennija fuq in-negozji u l-amministrazzjonijiet tat-taxxa; kif ukoll
(cb) jistabbilixxi li, bħala konsegwenza tal-introduzzjoni tal-GRCM, in-negozji u l-amministrazzjonijiet tat-taxxa ma jkunux se jġarrbu spejjeż ogħla minn dawk imġarrba bħala riżultat tal-applikazzjoni ta' miżuri oħra ta' kontroll.
L-Istat Membru għandu jehmeż mat-talba msemmija fil-paragrafu 4, il-kalkolu tad-diskrepanza tal-VAT skont il-metodu u l-figuri disponibbli fl-aktar rapport reċenti dwar id-diskrepanza tal-VAT ippubblikat mill-Kummissjoni.
L-Istat Membru għandu jehmeż mat-talba msemmija fil-paragrafu 4 l-kalkolu tad-diskrepanza tal-VAT skont il-metodu u l-figuri disponibbli fir-rapport dwar id-diskrepanza tal-VAT ippubblikat mill-Kummissjoni, kif imsemmi fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu.
2. Sat-30 ta' Ġunju 2022, Stat Membru jista' jipprovdi li l-persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT tkun il-persuna taxxabbli li lilha jsiru l-fornimenti tal-oġġetti u s-servizzi 'l fuq minn livell limitu ta' EUR 10 000 għal kull fattura fejn dan l-Istat Membru:
imħassar
(a) għandu fruntiera komuni ma' Stat Membru li huwa awtorizzat japplika l-GRCM;
(b) jistabbilixxi li jeżisti riskju serju ta' ċaqliq tal-frodi lejn it-territorju tiegħu minħabba l-awtorizzazzjoni tal-GRCM lil dak l-Istat Membru;
(c) jistabblixxi li l-miżuri l-oħrajn ta' kontroll mhumiex suffiċjenti fil-ġlieda kontra l-frodi fit-territorju tiegħu.
3. L-Istati Membri li japplikaw il-GRCM għandhom jistabbilixxu obbligi ta' rappurtar elettroniku xierqa u effettivi fuq il-persuni taxxabbli kollha u, b'mod partikolari, fuq il-persuni taxxabbli li jipprovdu jew li jirċievu l-prodotti jew is-servizzi li japplika għalihom dan il-mekkaniżmu.
3. L-Istati Membri li japplikaw il-GRCM għandhom jistabbilixxu obbligi ta' rappurtar elettroniku xierqa u effikaċi fuq il-persuni taxxabbli kollha u, b'mod partikolari, fuq il-persuni taxxabbli li jipprovdu jew li jirċievu l-prodotti jew is-servizzi li japplika għalihom dan il-mekkaniżmu biex jiżguraw funzjonament u monitoraġġ effikaċi tal-applikazzjoni tal-GRCM.
Emenda 14 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 199c – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt a
(a) ġustifikazzjoni dettaljata li l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jew 2 ġew issodisfati;
(a) ġustifikazzjoni dettaljata li l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ġew issodisfati; u
Emenda 15 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 199c – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt b
(b) id-data ta' meta jkun se jibda jiġi applikat il-GRCM u l-perjodu kopert minnu;
(b) id-data ta' meta jkun se jibda jiġi applikat il-GRCM u l-perjodu kopert minnu; u
Emenda 16 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 199c – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt c
(c) l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu biex il-persuni taxxabbli jiġu infurmati li se jkun se jibda jiġi applikat il-GRCM;
(c) l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu biex il-persuni taxxabbli jiġu infurmati li se jkun se jibda jiġi applikat il-GRCM; kif ukoll
Emenda 17 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 199c – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt d
(d) deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri ta' akkumpanjament imsemmija fil-paragrafu 3.
(d) deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri ta' akkumpanjament imsemmija fil-paragrafu 2.
L-Istati Membri li japplikaw il-GRCM għandhom jippreżentaw rapport interim lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn sentejn wara l-bidu tal-applikazzjoni tal-GRCM. Dan ir-rapport għandu jipprovdi valutazzjoni dettaljata tal-effettività tal-GRCM.
L-Istati Membri li japplikaw il-GRCM għandhom jippreżentaw f'format elettroniku lill-Istati Membri kollha:
(a) l-ismijiet tal-persuni li, fit-tnax-il xahar li jippreċedu d-data tal-applikazzjoni tal-GRCM, kienu soġġetti għal proċedimenti kriminali jew amministrattivi għal frodi tal-VAT;
(b) l-ismijiet tal-persuni, inklużi, fil-każ ta' persuni ġuridiċi, l-ismijiet tad-diretturi tagħhom, li r-reġistrazzjoni tal-VAT tagħhom f'dak l-Istat Membru ġiet terminata wara l-introduzzjoni tal-GRCM; kif ukoll
(c) l-ismijiet tal-persuni, inklużi, fil-każ ta' persuni ġuridiċi, l-ismijiet tad-diretturi tagħhom, li jkunu naqsu milli jippreżentaw denunzja tal-VAT għal żewġ perjodi tat-taxxa konsekuttivi wara l-introduzzjoni tal-GRCM.
L-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) għandha tiġi ppreżentata sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-introduzzjoni tal-GRCM u għandha tiġi aġġornata kull tliet xhur minn hemm 'il quddiem. L-informazzjoni msemmija fil-punt (c) għandha tiġi ppreżentata sa mhux aktar tard minn disa' xhur wara l-introduzzjoni tal-GRCM u għandha tiġi aġġornata kull tliet xhur minn hemm 'il quddiem.
L-Istati Membri li japplikaw il-GRCM għandhom jippreżentaw rapport interim lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn sena wara l-bidu tal-applikazzjoni tal-GRCM. Dan ir-rapport għandu jipprovdi valutazzjoni dettaljata tal-effikaċja tal-GRCM.
L-Istati Membri li ma japplikawx il-mekkaniżmu għandhom jippreżentaw rapport interim lill-Kummissjoni fir-rigward tal-impatt fuq it-territorju tagħhom mill-Istati Membri l-oħrajn li japplikaw il-GRCM mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2019, diment li l-GRCM ikun ġie applikat għal tal-inqas sena fi Stat Membru wieħed sa dik id-data.
L-Istati Membri li ma japplikawx il-mekkaniżmu għandhom jippreżentaw rapport interim lill-Kummissjoni fir-rigward tal-impatt fuq it-territorju tagħhom mill-Istati Membri l-oħrajn li japplikaw il-GRCM. Dan ir-rapport għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mid-data meta l-GRCM ikun ġie applikat għal sena fi Stat Membru wieħed.
Emenda 20 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 199c – paragrafu 10 – punt a
(a) l-evoluzzjoni tad-diskrepanza tal-VAT;
imħassar
Emenda 21 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 2