Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-12 ta' Diċembru 2018 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża (COM(2018)0476 – C8-0268/2018 – 2018/0254(COD))(1)
* Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 173(3), l-Artikolu 182(4), l-Artikolu 183 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 188 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja,
Billi:
(-1a) Id-difiża hija kkunsidrata bħala eżempju ċar ta' kif tista' tinkiseb aktar effikaċja permezz tat-trasferiment ta' ċerti kompetenzi u azzjonijiet attwalment imwettqa mill-Istati Membri u l-approprjazzjonijiet korrispondenti fil-livell Ewropew u dan kollu jwassal għal dimostrazzjoni tal-valur miżjud Ewropew u limitazzjoni tal-piż ġenerali tan-nefqa pubblika fl-Unjoni;
(-1b) Il-kuntest ġeopolitiku tal-Unjoni nbidel b'mod drammatiku f'dawn l-aħħar għaxar snin. Is-sitwazzjoni fir-reġjuni tal-viċinat tal-Ewropa mhijiex stabbli u l-Unjoni qiegħda tiffaċċja ambjent kumpless u impenjattiv li jinkludi kemm il-ħolqien ta' theddid ġdid, bħal attakki ibridi u ċibernetiċi, kif ukoll ir-ritorn ta' aktar sfidi konvenzjonali. Iffaċċjati minn dan il-kuntest, kemm iċ-ċittadini Ewropej kif ukoll il-mexxejja politiċi tagħhom huma tal-fehma li hemm aktar xi jrid isir b'mod kollettiv fil-qasam tad-difiża. 75 % tal-Ewropej jappoġġaw politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni. Id-Dikjarazzjoni ta' Ruma tal-mexxejja tas-27 Stat Membru u tal-Kunsill Ewropew, tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni tal-25 ta' Marzu 2017, iddikjarat li l-Unjoni se ssaħħaħ is-sigurtà u d-difiża komuni tagħha u se trawwem industrija tad-difiża aktar kompetittiva u integrata.
(1) Fil-Komunikazzjoni tagħha tat-30 ta' Novembru 2016 dwar il-Pjan ta' Azzjoni Ewropew għad-Difiża adottat fit-30 ta' Novembru 2016, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tikkomplementa, tingrana u tikkonsolida l-isforzi kollaborattivi tal-Istati Membri fl-iżvilupp tal-kapaċitajiet teknoloġiċi u industrijali tad-difiża li jwieġbu għall-isfidi fil-qasam tas-sigurtà, u li trawwem industrija Ewropea tad-difiża li tkun kompetittiva, innovattiva u effiċjenti u li toħloq suq tad-difiża aktar integrat fl-Unjoni. B'mod partikolari, hu propost li jitnieda Fond Ewropew għad-Difiża ("il-Fond") biex jappoġġa l-investiment fir-riċerka konġunta u fl-iżvilupp konġunt ta' prodotti u teknoloġija tad-difiża, biex b'hekk jitrawmu s-sinerġiji u l-kosteffikaċja, u jkunu promossi x-xiri u l-manutenzjoni konġunti tal-Istati Membri tat-tagħmir tad-difiża. Dan il-Fond jikkomplementa l-finanzjament nazzjonali diġà użat għal dan il-għan u jenħtieġ li jaġixxi bħala inċentiv għall-Istati Membri biex jikkooperaw b'mod transfruntier u jinvestu aktar fid-difiża. Il-Fond iwieżen il-kooperazzjoni tul iċ-ċiklu kollu tal-iżvilupp ta' prodotti u teknoloġija tad-difiża.
(1a) Fis-7 ta' Ġunju 2017, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni li tniedi l-Fond Ewropew għad-Difiża. Ġie propost approċċ b'żewġ stadji: l-ewwel, sabiex jiġi ttestjat l-approċċ, sar disponibbli finanzjament inizjali kemm għar-riċerka kif ukoll għall-iżvilupp fi ħdan il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020 ("QFP") bl-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill2; it-tieni, jiġi stabbilit Fond iddedikat fi ħdan il-QFP 2021-2027 li jżid il-finanzjament għar-riċerka kollaborattiva fi prodotti u teknoloġiji tad-difiża innovattivi u għall-istadji sussegwenti taċ-ċiklu tal-iżvilupp, inkluż l-iżvilupp ta' prototipi. Jenħtieġ li jkun hemm approċċ konsistenti u koerenti bejn dawn iż-żewġ stadji.
(1b) Is-settur tad-difiża huwa kkaratterizzat minn żieda fl-ispejjeż tat-tagħmir tad-difiża u minn spejjeż għolja tar-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż) li jillimitaw it-tnedija ta' programmi ġodda dwar id-difiża u jħallu impatt dirett fuq il-kompetittività u l-kapaċità tal-innovazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Fid-dawl taż-żieda fl-ispejjeż, tad-daqs tal-infiq mhux rikorrenti fir-riċerka u l-iżvilupp u tas-serje limitata li tista' tiġi akkwistata fuq livell nazzjonali, l-iżvilupp ta' ġenerazzjoni ġdida ta' sistemi ewlenin tad-difiża u ta' teknoloġiji ġodda tad-difiża kulma jmur qed isir aktar diffiċli biex jitwettaq minn Stati Membri individwali tal-UE.
(1c) Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2018 dwar il-QFP li jmiss:Fit-tħejjija tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-QFP wara l-2020, il-Parlament Ewropew tenna l-appoġġ tiegħu għall-ħolqien ta' Unjoni Ewropea tad-Difiża, bi programm speċifiku ta' riċerka fil-qasam tad-difiża tal-Unjoni u programm ta' żvilupp industrijali li jiġi kkomplementat mill-investiment tal-Istati Membri, biex tiġi eliminata d-duplikazzjoni u tiżdied l-awtonomija strateġika, kif ukoll l-effiċjenza tal-industrija tad-difiża Ewropea; Tenna wkoll li l-Unjoni tista' tkun aktar b'saħħitha u aktar ambizzjuża biss jekk isirulha disponibbli mezzi finanzjarji addizzjonali u, għalhekk, talab li jiġi pprovdut appoġġ kontinwu fil-kuntest ta' politiki eżistenti li jżidu r-riżorsi għall-programmi ewlenin tal-Unjoni, u li responsabbiltajiet addizzjonali jiġu mqabbla ma' mezzi finanzjarji addizzjonali.
(1d) Is-sitwazzjoni tas-settur tad-difiża kompliet tmur għall-agħar minħabba tnaqqis sinifikanti fil-baġits tad-difiża madwar l-Ewropa fl-aħħar 10 snin, u dan affettwa b'mod partikolari r-R&Ż u n-nefqa relatata mat-tagħmir. Bejn l-2006 u l-2013, il-livelli reali tan-nefqa fil-qasam tad-difiża fl-Istati Membri li jipparteċipaw fl-EDA tnaqqsu bi 12 %. Meta jitqies li r-R&Ż fil-qasam tad-difiża huma l-bażi għall-iżvilupp tat-teknoloġiji tad-difiża futuri l-aktar avvanzati, tali xejriet huma partikolarment ta' tħassib u jirrappreżentaw sfida serja fuq il-kapaċità li tinżamm il-kompetittività tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni fit-tul.
(1e) Minkejja l-interazzjoni bejn iż-żieda fl-ispejjeż u t-tnaqqis fl-infiq, l-ippjanar tad-difiża u l-infiq tad-difiża fuq ir-riċerka u l-iżvilupp u l-akkwist tat-tagħmir prinċipalment baqgħu fil-livell nazzjonali, b'kooperazzjoni limitata ħafna bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-investimenti fit-tagħmir tad-difiża. Barra minn hekk, meta jiġu implimentati, huma biss ftit il-programmi li huma marbuta wkoll mal-prijoritajiet tal-kapaċità tal-Unjoni - fl-2015, 16 % biss tat-tagħmir inkiseb permezz tal-akkwist kollaborattiv Ewropew, ferm taħt il-valur referenzjarju kollettiv miftiehem ta' 35 %.
(2) Il-Fond jikkontribwixxi għall-ħolqien ta' bażi industrijali u teknoloġika tad-difiża li tkun b'saħħitha, kompetittiva u innovattiva u li taħdem id f'id mal-inizjattivi tal-Unjoni għal Suq Ewropew tad-Difiża aktar integrat u, b'mod partikolari, iż-żewġ Direttivi(1) dwar l-akkwist u dwar it-trasferimenti fl-UE fis-settur tad-difiża adottati fl-2009. Għalhekk huwa kruċjali li l-prekundizzjonijiet regolatorji ewlenin jiġu ssodisfati, b'mod partikolari l-implimentazzjoni sħiħa ta' dawk id-Direttivi. Il-Fond huma maħsub li jkun il-pedament ta' politika industrijali tad-difiża Ewropea soda.
(3) Jenħtieġ li jitwaqqaf Fond Ewropew għad-Difiża b'approċċ integrat u li jikkontribwixxi biex jitjiebu l-kompetittività u l-kapaċità tal-innovazzjoni tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni. Il-Fond jenħtieġ li jimmira li jsaħħaħ il-kompetittività, l-innovazzjoni, l-effiċjenza u l-awtonomija teknoloġika u industrijali tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni u b'hekk jikkontribwixxi għall-awtonomija strateġika tal-Unjoni billi jappoġġa l-koperazzjoni transfruntiera bejn l-Istati Membri u bejn l-intrapriżi, iċ-ċentri tar-riċerka, l-amministrazzjonijiet nazzjonali, l-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-universitajiet fl-Unjoni kollha, fil-fażi tar-riċerka u fil-fażi tal-iżvilupp ta' prodotti u teknoloġiji tad-difiża. Biex jinkisbu soluzzjonijiet aktar innovattivi u suq intern miftuħ, il-Fond jenħtieġ li jappoġġa l-parteċipazzjoni transfruntiera tal-intrapriżi żgħar u medji u tal-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja tad-difiża. Sabiex jitrawwem suq intern miftuħ, il-Fond jenħtieġ li jiffaċilita l-iżvilupp tal-kooperazzjoni transfruntiera bejn entitajiet legali, b'mod partikolari l-parteċipazzjoni transfruntiera tal-SMEs u tal-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja.
(3a) Is-sigurtà Ewropea tiddependi fuq relazzjonijiet b'saħħithom u robusti ma' sħab strateġiċi madwar id-dinja u l-Programm jenħtieġ li jsaħħaħ il-kompetittività tas-suq industrijali tad-difiża Ewropew permezz tat-tisħiħ ulterjuri tas-sħubijiet permezz tar-R&Ż, biex b'hekk jiġu promossi l-kapaċitajiet u l-mezzi strateġiċi Ewropej.
(4) Il-fażi tar-riċerka hi element kruċjali għax din tikkundizzjona l-kapaċità tal-industrija Ewropea u l-awtonomija tal-industrija Ewropea biex tiżviluppa prodotti u l-indipendenza tal-Istati Membri bħala utenti finali tad-difiża. Il-fażi tar-riċerka marbuta mal-iżvilupp tal-kapaċitajiet tad-difiża tista' tinkludi riskji sinifikanti, b'mod partikolari marbuta mal-livell baxx ta' maturità u t-tfixkil ta' teknoloġiji. Il-fażi tal-iżvilupp, li tiġi wara l-fażi tar-riċerka u t-teknoloġija, tinvolvi wkoll riskji u spejjeż sinifikanti li jxekklu l-isfruttament ulterjuri tar-riżultati tar-riċerka u jħallu impatt ħażin fuq il-kompetittività u l-innovazzjoni tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Fond irawwem ir-rabta bejn il-fażijiet tar-R&Ż tal-prodotti u t-teknoloġiji tad-difiża sabiex jitnaqqas il-Wied tal-Mewt.
(5) Jenħtieġ li l-Fond ma jappoġġax riċerka bażika pura, għax minflok din jenħtieġ li jappoġġawha skemi oħra; iżda dan jista' jinkludi riċerka bażika orjentata lejn id-difiża li aktarx tifforma l-bażi tas-soluzzjoni għall-problemi jew possibbiltajiet magħrufa jew mistennija.
(6) Il-Fond jista' jappoġġa l-azzjonijiet relatati ma' prodotti u teknoloġiji ġodda u aġġornati, meta l-użu tal-informazzjoni diġà eżistenti li hemm bżonn biex titwettaq l-azzjoni għall-aġġornament ma tkunx soġġetta għal restrizzjoni min-naħa ta' pajjiżi terzi mhux assoċjati jew min-naħa ta' entitajiet tal-pajjiżi terzi mhux assoċjati. Meta japplikaw għall-finanzjament tal-Unjoni, l-entitajiet legali jenħtieġ li jipprovdu l-informazzjoni rilevanti biex jiġi stabbilit in-nuqqas ta' restrizzjonijiet. Fin-nuqqas ta' din l-informazzjoni, jenħtieġ li l-finanzjament tal-Unjoni ma jkunx possibbli.
(6a) Jenħtieġ li l-Fond jipprovdi appoġġ adegwat għal azzjonijiet tar-R&Ż fil-qasam tat-teknoloġiji revoluzzjonarji għad-difiża. Billi t-teknoloġiji revoluzzjonarji jistgħu jkunu bbażati fuq kunċetti jew ideat li joriġinaw minn atturi ta' R&Ż fil-qasam tad-difiża mhux tradizzjonali, il-Fond jenħtieġ li jippermetti biżżejjed flessibbiltà fil-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, fl-iffinanzjar u fil-ġestjoni tal-azzjonijiet.
(7) Biex ikun żgurat li l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha jiġu rrispettati fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-azzjonijiet marbuta ma' prodotti jew teknoloġiji li l-użu, l-iżvilupp jew il-produzzjoni tagħhom ikunu pprojbiti mid-dritt internazzjonali jenħtieġ li ma jirċevux finanzjament mill-Fond. F'dan ir-rigward, l-eliġibbiltà tal-azzjonijiet relatati ma' prodotti jew teknoloġiji ġodda tad-difiża, bħal dawk li huma speċifikament imfassla biex iwettqu attakki letali mingħajr il-kontroll uman fuq id-deċiżjonijiet dwar l-attakki, jenħtieġ li wkoll ikunu soġġetti għall-iżviluppi fid-dritt internazzjonali.
(7a) Fir-rigward tal-esportazzjonijiet ta' prodotti li jkunu r-riżultat tal-azzjonijiet tar-R&Ż tal-Programm, jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-Artikolu 7 tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi tan-NU tal-2013, li jipprevedi li anke jekk l-esportazzjoni ma tkunx ipprojbita, l-Istati Partijiet esportaturi għandhom, b'mod oġġettiv u nondiskriminatorju u billi jqisu fatturi rilevanti, jivvalutaw il-potenzjal li l-armi jew l-oġġetti konvenzjonali: (a) jikkontribwixxu għal jew jimminaw il-paċi u s-sigurtà jew (b) jistgħu jintużaw biex (i) jimpenjaw jew jiffaċilitaw ksur serju tad-dritt umanitarju internazzjonali, (ii) jimpenjaw jew jiffaċilitaw ksur serju tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, (iii) jimpenjaw jew jiffaċilitaw att li jikkostitwixxi reat skont il-konvenzjonijiet jew il-protokolli internazzjonali relatati mat-terroriżmu li għalihom l-Istat esportatur huwa Parti, jew (iv) jimpenjaw jew jiffaċilitaw att li jikkostitwixxi reat skont il-konvenzjonijiet jew il-protokolli internazzjonali relatati mal-kriminalità organizzata transnazzjonali li għaliha huwa Parti l-Istat esportatur.
(8) Id-diffikultà biex jinstab qbil dwar rekwiżiti konsolidati tal-kapaċitajiet tad-difiża u speċifikazzjonijiet jew standards tekniċi komuni xxekkel il-kollaborazzjoni transfruntiera bejn l-Istati Membri u l-entitajiet legali bbażati fi Stati Membri differenti. In-nuqqas ta' dawn ir-rekwiżiti, speċifikazzjonijiet u standards wassal għal aktar frammentazzjoni fis-settur tad-difiża, kumplessità teknika, dewmien, spejjeż eżaġerati, duplikazzjoni bla bżonn tal-kapaċitajiet u inqas interoperabbiltà. Jenħtieġ li l-ftehim fuq speċifikazzjonijiet tekniċi komuni jkun prerekwiżit għal azzjonijiet li jinvolvu livell ogħla ta' maturità teknoloġika. Anki l-attivitajiet tal-Istati Membri li jrawmu l-interoperabilità, jwasslu għal rekwiżiti komuni tal-kapaċitajiet tad-difiża u studji ta' appoġġ kif ukoll azzjonijiet immirati biex jappoġġaw il-ħolqien ta' definizzjoni komuni ta' speċifikazzjonijiet jew standards tekniċi jenħtieġ li jkunu eliġibbli għall-appoġġ mill-Fond sabiex jiġi evitat li l-ispeċifikazzjonijiet u l-istandards f'kompetizzjoni jdgħajfu l-interoperabilità.
(9) Peress li l-għan tal-Fond hu li jappoġġa l-kompetittività, l-effiċjenza, l-awtonomija industrijali u l-innovazzjoni tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni billi jingrana u jikkomplementa l-attivitajiet kollaborattivi tar-riċerka u t-teknoloġija fil-qasam tad-difiża u jnaqqas ir-riskji fil-fażi tal-iżvilupp tal-proġetti koperattivi, jenħtieġ li l-azzjonijiet relatati mar-R&Ż ta' prodotti jew teknoloġija tad-difiża jkunu eliġibbli biex jibbenefikaw minnu. Dan se japplika wkoll għat-titjib tal-prodotti u t-teknoloġiji eżistenti tad-difiża, inkluż l-interoperabbiltà tagħhom.
(10) Peress li l-Fond għandu l-għan, b'mod partikolari, li jsaħħaħ il-koperazzjoni bejn l-entitajiet legali u l-Istati Membri madwar l-Ewropa kollha, jenħtieġ li azzjoni tkun eliġibbli għal finanzjament biss jekk issir b'koperazzjoni f'konsorzju ta' mill-inqas tliet entitajiet legali bbażati f'mill-inqas tliet Stati Membri differenti. Kwalunkwe entità legali addizzjonali li tipparteċipa fil-konsorzju jenħtieġ li tkun permessa li tkun stabbilita f'pajjiż assoċjat. F'kull tip ta' kooperazzjoni, l-entitajiet legali stabbiliti fl-Istati Membri jenħtieġ li jkunu l-maġġoranza fil-konsorzju. Jenħtieġ li mill-inqas tlieta minn dawn l-entitajiet legali eliġibbli stabbiliti f'mill-anqas żewġ Stati Membri u/jew pajjiżi assoċjati differenti ma jkunux ikkontrollati ▌, direttament jew indirettament, mill-istess entità jew ma jkunux jikkontrollaw lil xulxin. Biex tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn l-Istati Membri, il-Fond jista' jappoġġa akkwist prekummerċjali konġunt (PCP).
(11) Skont [ir-referenza se tiġi aġġornata kif adatt skont deċiżjoni ġdida dwar l-OCTs: l-Artikolu 94 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE(2)], l-entitajiet stabbiliti f'pajjiżi u territorji Extra-Ewropej (OCTs) jenħtieġ li jkunu eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u għall-għanijiet tal-Fond u għal arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li miegħu l-OCT hu marbut.
(12) Billi l-Fond għandu l-għan li jtejjeb il-kompetittività, l-effiċjenza u l-awtonomija tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni, jenħtieġ li fil-prinċipju, għall-appoġġ, ikunu eliġibbli biss entitajiet stabbiliti fl-Unjoni jew fil-pajjiżi assoċjati u li mhumiex soġġetti għal kontroll minn pajjiżi terzi mhux assoċjati jew minn entitajiet tal-pajjiżi terzi mhux assoċjati. Barra minn hekk, biex tkun żgurata l-protezzjoni ta' interessi essenzjali tas-sigurtà u d-difiża tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, jenħtieġ li l-infrastruttura, il-faċilitajiet, l-assi u r-riżorsi li jintużaw mill-benefiċjarji u mis-sottokuntratturi tagħhom fl-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fond ikunu fit-territorju tal-Unjoni jew ta' pajjiżi terzi assoċjati.
(13) F'ċerti ċirkostanzi, jekk ikun meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet tal-azzjoni, jenħtieġ li jkun possibbli li tingħata deroga mill-prinċipju li l-benefiċjarji u s-sottokuntratturi tagħhom ma jenħtieġx ikunu soġġetti għal kontroll minn pajjiżi terzi mhux assoċjati jew minn entitajiet tal-pajjiżi terzi mhux assoċjati. F'dik il-perspettiva, l-entitajiet legali stabbiliti fl-Unjoni li huma kkontrollati minn pajjiżi terzi mhux assoċjati jew minn entità tal-pajjiżi terzi mhux assoċjati jistgħu jkunu eliġibbli jekk ikunu jissodisfaw kundizzjonijiet rilevanti u stretti relatati mal-interessi tas-sigurtà u d-difiża tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha. Jenħtieġ li l-parteċipazzjoni ta' dawn l-entitajiet ma tmurx kontra l-għanijiet tal-Fond. Il-benefiċjarji jenħtieġ li jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-infrastruttura, il-faċilitajiet, l-assi u r-riżorsi li jridu jintużaw fl-azzjoni. Fi kwalunkwe każ, ma għandha tingħata l-ebda deroga lill-applikanti kkontrollati minn pajjiż terz mhux assoċjat soġġett għal kwalunkwe miżura restrittiva tal-Unjoni jew minn entità ta' pajjiż terz mhux assoċjat soġġetta għal kwalunkwe miżura restrittiva tal-Unjoni.
(14) Jekk xi konsorzju jkun jixtieq jieħu sehem f'azzjoni eliġibbli u l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni tkun se tieħu l-għamla ta' għotja, il-konsorzju jenħtieġ li jaħtar wieħed mill-membri tiegħu bħala koordinatur li jkun il-punt ewlieni ta' kuntatt.
(15) Jekk xi azzjoni ta' żvilupp appoġġata mill-Fond tkun ġestita minn meniġer tal-proġett maħtur mill-Istati Membri jew mill-pajjiżi assoċjati, qabel ma toħroġ il-pagament lill-benefiċjarju, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkonsulta lill-meniġer tal-azzjoni ħalli dan ikun jista' jiżgura li l-benefiċjarji rrispettaw l-iskadenzi. ▌Il-meniġer tal-proġett jenħtieġ li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu dwar il-progress tal-azzjoni lill-Kummissjoni ħalli din tkun tista' tivvalida jekk ġewx issodisfati l-kundizzjonijiet biex tipproċedi bil-ħlas.
(16) Biex ikun żgurat li l-azzjonijiet iffinanzjati huma vijabbli finanzjarjament, il-benefiċjarji jenħtieġ li juru li l-ispejjeż tal-azzjoni li mhux koperti mil-finanzjament tal-Unjoni huma koperti minn mezzi oħra ta' finanzjament.
(17) Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom aċċess għal tipi differenti ta' arranġamenti finanzjarji għall-iżvilupp u l-akkwist konġunti tal-kapaċitajiet tad-difiża. L-Għodod Finanzjarji li żviluppat il-Kummissjoni jenħtieġ li jipprovdu tipi differenti ta' arranġamenti li l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw biex jindirizzaw l-isfidi għall-iżvilupp u l-akkwist kollaborattivi minn perspettiva ta' finanzjament. L-użu ta' dawn l-arranġamenti finanzjarji jista' jħeġġeġ iżjed it-tnedija ta' proġetti kollaborattivi u transfruntiera fil-qasam tad-difiża, jikkontribwixxi biex jiġu evitati duplikazzjonijiet u jżid l-effiċjenza tal-infiq għad-difiża, inkluż għal proġetti appoġġati permezz tal-Fond Ewropew għad-Difiża.
(18) Minħabba l-ispeċifiċitajiet tal-industrija tad-difiża, fejn id-domanda tiġi kważi esklussivament mill-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati, li jikkontrollaw ukoll kull akkwiżizzjoni ta' prodotti u teknoloġiji relatati mad-difiża, inkluż l-esportazzjonijiet, il-funzjonament tas-settur tad-difiża hu uniku u ma jimxix mar-regoli konvenzjonali u l-mudelli ta' negozju li jirregolaw swieq aktar tradizzjonali. Għalhekk l-industrija ma tistax tiffinanzja hi stess proġetti sostanzjali tar-R&Ż fil-qasam tad-difiża, u normalment l-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati jiffinanzjaw l-ispiża kollha tar-R&Ż. Biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Fond, b'mod partikolari biex jinċentiva l-koperazzjoni bejn kumpaniji minn Stati Membri u pajjiżi assoċjati differenti, u filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tas-settur tad-difiża, jenħtieġ li tiġi koperta t-totalità tal-ispejjeż eliġibbli għall-azzjonijiet li jseħħu qabel il-fażi tal-iżvilupp tal-prototipi.
(19) Il-fażi tal-prototipi hi fażi kruċjali fejn normalment l-Istati Membri jew il-pajjiżi assoċjati jiddeċiedu dwar l-investiment konsolidat tagħhom u jibdew il-proċess tal-akkwiżizzjoni tal-prodotti jew tat-teknoloġiji tad-difiża futuri tagħhom. Minħabba f'hekk, f'dan l-istadju speċifiku, l-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati jaqblu fuq l-impenji meħtieġa, inkluż il-qsim tal-ispejjeż u s-sjieda tal-proġett. Biex tkun żgurata l-kredibbiltà tal-impenn tagħhom, jenħtieġ li normalment l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni permezz tal-Fond ma tkunx taqbeż l-20 % tal-ispejjeż eliġibbli.
(20) Għall-azzjonijiet ta' wara l-fażi tal-prototipi, jenħtieġ li jkun previst finanzjament sa 80 %. Dawn l-azzjonijiet li huma eqreb it-tlestija tal-prodotti u t-teknoloġija jaf xorta jkunu jinvolvu spiża sostanzjali.
(21) Il-partijiet ikkonċernati fis-settur tad-difiża qed iġarrbu spejjeż indiretti speċifiċi, bħalma huma l-ispejjeż għas-sigurtà. Barra minn hekk, il-partijiet ikkonċernati qed jaħdmu f'suq speċifiku fejn, mingħajr domanda min-naħa tax-xerrejja, ma jkunux jistgħu jirkupraw l-ispejjeż tar-R&Ż bħal fis-settur ċivili. Għaldaqstant hu ġustifikat li titħalla tiġi applikata rata fissa ta' 25 % kif ukoll il-possibbiltà ▌biex jintalbu l-ispejjeż indiretti kkalkulati skont il-prattiki tal-kontabbiltà tas-soltu tal-benefiċjarji, jekk dawn il-prattiki jkunu aċċettati mill-awtoritajiet nazzjonali skont skemi ta' finanzjament nazzjonali komparabbli, li kienu ġew ikkomunikati lill-Kummissjoni. ▌
(21a) Il-proġetti bil-parteċipazzjoni ta' SMEs u kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja transfruntiera jappoġġaw il-ftuħ tal-katini tal-provvista u jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-Fond. Jenħtieġ għalhekk li dawn l-azzjonijiet ikunu eliġibbli għal rata ogħla ta' finanzjament li tkun ta' benefiċċju għall-entitajiet kollha li jipparteċipaw fil-konsorzju.
(22) Biex ikun żgurat li l-azzjonijiet iffinanzjati jikkontribwixxu għall-kompetittività u l-effiċjenza tal-industrija tad-difiża Ewropea, hu importanti li l-Istati Membri diġà juru li beħsiebhom jakkwistaw konġuntament il-prodott finali jew jużaw it-teknoloġija, b'mod partikolari permezz ta' akkwist transfruntier konġunt, fejn l-Istati Membri jorganizzaw flimkien il-proċeduri tal-akkwist tagħhom b’mod partikolari bl-użu ta' korp ċentrali tal-akkwisti. Peress li l-ministeri tad-difiża tal-Istati Membri huma klijenti esklussivi u l-industriji tad-difiża huma l-uniċi fornituri tal-prodotti tad-difiża, sabiex jiġi ffaċilitat l-akkwist, il-ministeri tad-difiża tal-Istati Membri jenħtieġ li jkunu involuti fil-proġett mill-ispeċifikazzjoni teknika sakemm jitlesta l-proġett.
(22a) Sabiex ikun hemm reazzjoni għal instabbiltà u kunflitti dejjem jiżdiedu fil-viċinat tal-Unjoni u għal theddid ġdid ġeopolitiku u ta' sigurtà, l-Istati Membri u l-Unjoni jeħtieġ jikkoordinaw id-deċiżjonijiet ta' investiment, u għalhekk jeħtieġu definizzjoni komuni ta' theddid, ħtiġijiet u prijoritajiet, inklużi l-ħtiġijiet ta' kapaċità militari antiċipati, li jistgħu jiġu identifikati permezz ta' proċeduri bħal Pjan ta' Żvilupp tal-Kapaċitajiet (CDP).
(23) Jenħtieġ li l-promozzjoni tal-innovazzjoni u tal-iżvilupp teknoloġiku fl-industrija tad-difiża tal-Unjoni ssir b'mod koerenti mal-interessi ta' siġurtà u ta' difiża tal-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-kontribut tal-azzjoni għal dawk l-interessi u għall-prijoritajiet tar-riċerka u tal-kapaċità fid-difiża maqbula mill-Istati Membri, iservi bħala kriterju tal-għoti. Fi ħdan l-Unjoni, in-nuqqasijiet komuni tar-riċerka u tal-kapaċitajiet tad-difiża huma identifikati fil-qafas tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK) b'mod partikolari permezz tal-Aġenda Strateġika Globali tar-Riċerka (OSRA) u s-CDP, inklużi l-Każijiet Strateġiċi ta' Kuntest tas-CDP. Proċessi oħra tal-Unjoni, fosthom ir-Rieżami Annwali Koordinat dwar id-Difiża (CARD) u l-Koperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO) se jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet rilevanti billi jidentifikaw u jaħtfu opportunitajiet għal koperazzjoni msaħħa ħalli jiġi ssodisfat il-livell ta' ambizzjoni tal-UE b'rabta mas-sigurtà u d-difiża. Meta xieraq, anki l-prijoritajiet reġjonali u internazzjonali, inkluż dawk fil-kuntest tal-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana (NATO), jenħtieġ li jiġu kkunsidrati, diment li dawn ikunu konformi mal-prijoritajiet tal-Unjoni u ma jwaqqfu lill-ebda Stat Membru jew pajjiż assoċjat milli jipparteċipa, filwaqt li jqisu wkoll li jenħtieġ tkun evitata d-duplikazzjoni bla bżonn.
(24) L-azzjonijiet eliġibbli żviluppati fil-kuntest tal-Koperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO) fil-qafas istituzzjonali tal-Unjoni jenħtieġ li jiżguraw koperazzjoni msaħħa bejn l-entitajiet legali fi Stati Membri differenti b'mod kontinwu u b'hekk jikkontribwixxu direttament għall-għanijiet tal-Fond. Għalhekk, jekk jintgħażlu, jenħtieġ li dawn il-proġetti jkunu eliġibbli għal rata ogħla ta' finanzjament.
(24a) Jenħtieġ li l-Fond iqis ukoll il-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Mobbiltà Militari bħala parti mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, il-Faċilità għall-Paċi Ewropea biex jappoġġaw, fost l-oħrajn, il-Missjonijiet tal-PESK/PSDK tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni, u l-isforzi biex jiġi miġġieled Theddid Ibridu li flimkien mas-CDP, il-CARD u l-PESCO jgħinu jikkoordinaw l-ippjanar tal-kapaċità, l-iżvilupp, l-akkwist u l-operazzjonijiet.
(25) Il-Kummissjoni se tqis l-attivitajiet l-oħra ffinanzjati permezz tal-programm qafas Orizzont Ewropa ħalli tevita duplikazzjoni bla bżonn, tiżgura l-qsim ta' ideat u s-sinerġija bejn ir-riċerka ċivili u tad-difiża u tiżgura li Orizzont Ewropa jibqa' programm ta' riċerka purament ċivili.
(26) Iċ-ċibersigurtà u ċ-ċiberdifiża qed kulma jmur isiru sfidi aktar importanti u l-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli jagħrfu l-ħtieġa li jiġu stabbiliti sinerġiji bejn l-azzjonijiet taċ-ċiberdifiża fl-ambitu tal-Fond u tal-inizjattivi tal-Unjoni fil-qasam taċ-ċibersigurtà, bħal dawk imħabbra fil-Komunikazzjoni Konġunta dwar iċ-ċibersigurtà. B'mod partikolari, jenħtieġ li ċ-Ċentru Ewropew ta' Kompetenza Industrijali tat-Teknoloġija u tar-Riċerka fiċ-Ċibersigurtà li se jitwaqqaf, jaħdem biex jibni sinerġiji bejn id-dimensjonijiet ċivili u tad-difiża taċ-ċibersigurtà. Dan jista' jappoġġa b'mod attiv lill-Istati Membri u lil atturi rilevanti oħrajn billi jipprovdi pariri, jaqsam l-għarfien espert u jiffaċilita l-kollaborazzjoni fir-rigward tal-proġetti u l-azzjonijiet kif ukoll meta mitlub mill-Istati Membri biex jaġixxi bħala meniġer tal-proġett b'rabta mal-Fond Ewropew għad-Difiża.
(27) Jenħtieġ li jkun żgurat approċċ integrat billi jingħaqdu l-attivitajiet koperti bl-Azzjoni Preparatorja għar-Riċerka dwar id-Difiża li nediet il-Kummissjoni skont it-tifsira tal-Artikolu [58(2)(b)] tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ("ir-Regolament Finanzjarju") u l-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża stabbilit bir-Regolament (KE) Nru... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u billi jiġu armonizzati l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni, jinħoloq sett aktar koerenti ta' strumenti, jiżdied l-impatt ekonomiku, kollaborattiv u innovattiv, filwaqt li jkunu evitati d-duplikazzjonijiet bla bżonn u l-frammentazzjoni. B'dan l-approċċ integrat, il-Fond jikkontribwixxi wkoll għal sfruttament aħjar tar-riżultati tar-riċerka fil-qasam tad-difiża u jkopri d-distakk bejn ir-R&Ż, filwaqt li jqis l-ispeċifiċitajiet tas-settur tad-difiża, u jippromwovi l-għamliet kollha ta' innovazzjoni, u sa fejn jista' jkun mistenni li jkun hemm effetti pożittivi fil-qasam ċivili, inkluż l-innovazzjoni rivoluzzjonarja meta falliment possibbli jenħtieġ jiġi aċċettat.
(28) L-għanijiet ta' politika ta' dan il-Fond se jiġu indirizzati wkoll bi strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji permezz tal-parti(jiet) ta' politika [...] tal-Fond InvestEU.
(29) L-appoġġ finanzjarju jenħtieġ li jintuża sabiex nuqqasijiet tas-suq jew sitwazzjonijiet ta' investiment mhux ottimali jiġu indirizzati b'mod proporzjonat, filwaqt li l-azzjonijiet jenħtieġ li ma jiddupplikawx jew ma jeskludux il-finanzjament privat, jew ifixklu l-kompetizzjoni fis-suq intern. L-azzjonijiet jenħtieġ li jkollhom valur miżjud Ewropew ċar.
(30) Jenħtieġ li t-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni taħt dan ir-Regolament jintgħażlu abbażi tal-kapaċità tagħhom li jiksbu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jilħqu r-riżultati, filwaqt li jitqiesu b'mod partikolari, il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni ta' nuqqas ta' konformità. Dan jenħtieġ li jqis l-użu ta' somom f'daqqa, ir-rati fissi u l-ispejjeż unitarji, kif ukoll il-finanzjament li mhux marbut mal-ispejjeż kif imsemmi fl-Artikolu [125(1)] tar-Regolament Finanzjarju.
(31) Il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi programm ta' ħidma annwali jew multiannwali b'konformità mal-għanijiet tal-Fond. Il-programmi ta' ħidma jenħtieġ li jqisu l-ewwel tagħlimiet mill-Programm Ewropew għall-Iżvilupp Industrijali fil-Qasam tad-Difiża, il-Proġett Pilota u l-Azzjoni Preparatorja għar-Riċerka dwar id-Difiża. ▌
(32) Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li s-setgħat ta' implimentazzjoni jingħataw lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adozzjoni tal-programm ta' ħidma, u għall-għoti tal-finanzjament lill-azzjonijiet ta' żvilupp magħżula. B'mod partikolari, waqt l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet tal-iżvilupp, jenħtieġ li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tas-settur tad-difiża. B'mod partikolari r-responsabilità tal-Istati Membri u/jew tal-pajjiżi assoċjati għall-ippjanar u l-proċess tal-akkwiżizzjoni. Dawn is-setgħat ta' implimentazzjoni jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) [Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill](3).
(33) Biex jingħata appoġġ lil suq intern miftuħ, jenħtieġ li titqies ukoll il-parteċipazzjoni ta' SMEs transfruntieri u ta' kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja transfruntieri, bħala membri ta' konsorzji jew bħala sottokuntratturi. Il-programm ta' ħidma jenħtieġ li jiżgura li azzjonijiet li jippermettu l-parteċipazzjoni transfruntiera tal-SMEs u tal-kumpanija b'kapitalizzazzjoni medja jibbenefikaw minn proporzjon raġonevoli tal-baġit totali.
(34) Il-Kummissjoni li jenħtieġ tagħmel ħilitha biex iżżomm djalogu mal-Parlament Ewropew, Istati Membri u mal-industrija biex tiżgura s-suċċess tal-Fond permezz tal-impatt li dan iħalli fuq l-industrija tad-difiża.
(35) Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-Fond Ewropew għad-Difiża li jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza ewlieni, skont it-tifsira tal-[ftehim interistituzzjonali l-ġdid] bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u l-ġestjoni finanzjarja soda(4), għall-Parlament Ewropew u għal-Kunsill waqt il-proċedura baġitarja annwali. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li l-proċeduri amministrattivi jinżammu kemm jista' jkun sempliċi u jġarrbu ammont minimu ta' spejjeż addizzjonali.
(36) Ir-Regolament Finanzjarju japplika għall-Fond, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Dan jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inkluż ir-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist, assistenza finanzjarja, strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji.
(37) Ir-regoli finanzjarji orizzontali li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw abbażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u jistabbilixxu, b'mod partikolari, il-proċedura biex jiġi stabbilit il-baġit u biex dan jiġi implimentat permezz ta' għotjiet, akkwist, premjijiet u implimentazzjoni indiretta, u jipprevedu verifiki tar-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE għandhom x'jaqsmu wkoll mal-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġpermezz ta' b'rabta mal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, minħabba li r-rispett għall-istat tad-dritt huwa prerekwiżit essenzjali għal ġestjoni finanzjarja tajba u għal finanzjament effettiv min-naħa tal-UE.
(38) Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95(6) u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96(7) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939(8), l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati, inklużi l-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet u ta' frodi, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b'mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi. B'mod partikolari, f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fil-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jista' jinvestiga u jressaq każijiet ta' frodi u reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9). F'konformità mar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.
(39) Il-pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jistgħu jipparteċipaw fil-programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilita skont il-ftehim ŻEE, li jipprevedi l-implimentazzjoni tal-programmi permezz ta' deċiżjoni skont dak il-ftehim. F'dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi introdotta dispożizzjoni speċifika biex jingħataw id-drittijiet meħtieġa għall-aċċess, kif ukoll l-aċċess, lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri sabiex jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b'mod komprensiv.
(40) Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016, hemm bżonn li dan il-programm jiġi evalwat abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti speċifiċi tal-monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b'mod partikolari għall-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, meta xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tar-Regolament fil-prattika. Il-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq evalwazzjoni interim sa mhux aktar tard minn erba' snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-Fond u evalwazzjoni finali fi tmiem il-perjodu tal-implimentazzjoni tal-Fond, li jeżaminaw l-attivitajiet finanzjarji fir-rigward tar-riżultati tal-implimentazzjoni finanzjarja u, sa fejn possibbli f'dak il-mument, ir-riżultati u l-impatt. Jenħtieġ li dawn ir-rapporti janalizzaw ukoll il-parteċipazzjoni transfruntiera tal-SMEs u tal-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja fi proġetti sostnuti mill-Fond kif ukoll il-parteċipazzjoni tal-SMEs u tal-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja fil-katina tal-valur globali u jenħtieġ li jinkludu wkoll informazzjoni dwar il-pajjiżi ta' oriġini tal-benefiċjarji, in-numru tal-pajjiżi involuti fi proġetti individwali u, fejn possibbli, it-tqassim tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ġġenerati. Il-Kummissjoni tista' wkoll tipproponi emendi għal dan ir-Regolament biex tirreaġixxi għal żviluppi possibbli waqt l-implimentazzjoni tal-Fond.
(41) Filwaqt li jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet tal-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Fond se jikkontribwixxi biex l-azzjoni klimatika tiġi integrata fil-politiki tal-Unjoni u biex tintlaħaq il-mira ġenerali li 25 % tan-nefqa tal-baġit tal-UE tappoġġa l-għanijiet klimatiċi. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati waqt it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Fond, u vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tiegħu.
(42) Billi l-Fond jappoġġa biss il-fażijiet tar-R&Ż ta' prodotti u teknoloġiji tad-difiża, ▌l-Unjoni jenħtieġ li ma jkollhiex sjieda jew drittijiet tal-proprjetà intellettwali (IPRs) fuq il-prodotti jew it-teknoloġiji li jirriżultaw mill-azzjonijiet iffinanzjati, diment li l-assistenza tal-Unjoni ma tkunx mogħtija permezz tal-akkwist. Madankollu, għall-azzjonijiet tar-riċerka, l-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati interessati jenħtieġ li jkunu jistgħu jużaw ir-riżultati tal-azzjonijiet iffinanzjati u jieħdu sehem fl-iżvilupp koperattiv ta' segwitu u għalhekk jenħtieġ li jkunu permessi derogi minn dak il-prinċipju.
(43) Jenħtieġ li l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni jkun akkumpanjat minn implimentazzjoni sħiħa u korretta tad-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10)dwar it-trasferiment ta' prodotti relatati mad-difiża fi ħdan l-Unjoni, u jenħtieġ li ma taffettwax l-esportazzjonijiet ta' prodotti, tagħmir jew teknoloġiji.
(43a) L-entitajiet li, f'qorti tal-ġustizzja, ikunu nstabu ħatja ta' reati kriminali bħat-tixħim ta' uffiċjal jew ksur ta' miżuri restrittivi tal-UE, forst reati oħra, jeħtieġ li ma jkunux eliġibbli għal finanzjament. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li kwalunkwe entità tali, jew entità fejn l-uffiċjali eżekuttivi għolja jkunu nstabu ħatja, tiġi pprojbita milli tapplika għal finanzjament għal perjodu ta' mhux inqas minn 36 xahar wara li tingħata l-kundanna. Il-Kummissjoni għandha żżomm bażi tad-data disponibbli għall-pubbliku tal-intrapriżi kollha pprojbiti. Meta entità tkun għaddejja minn investigazzjoni kredibbli u rilevanti dwar reat kriminali, il-Kummissjoni għandha tirriserva d-dritt li tistenna l-eżitu tal-investigazzjoni qabel ma tagħti l-finanzjament.[Em. 4]
(43b) Jenħtieġ li l-Fond jappoġġja l-aħjar prattika tal-industrija fil-governanza korporattiva u fil-prattiki ta' akkwist. Dan jenħtieġ li jinkludi l-possibbiltà għal żvelar anonimu u kunfidenzjali ta' informazzjoni protetta, permezz ta' hotlines operati minn partijiet terzi u bi proċeduri fis-seħħ li jipprevjenu r-ritaljazzjoni. Jenħtieġ li l-proċedura tal-għoti irrifletti dawn l-istandards tal-governanza korporattiva bil-għan li terfa' l-livell tal-istandards korporattivi ta' obbligu ta' rendikont fis-settur Ewropew tad-difiża. [Em. 5]
(44) L-użu ta' informazzjoni kuntestwali sensittiva jew l-aċċess minn individwi mhux awtorizzati għal riżultati sensittivi ġġenerati mill-proġetti tar-riċerka jistgħu jħallu impatt ħażin fuq l-interessi tal-Unjoni Ewropea jew ta' xi wieħed jew aktar mill-Istati Membri. B'hekk it-trattament tad-data kunfidenzjali u tal-informazzjoni klassifikata jenħtieġ li jkun regolat bil-liġi rilevanti kollha tal-Unjoni, inkluż ir-regoli interni tal-Istituzzjonijiet, bħad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444(11).
(45) Biex ikun possibbli li jiġi ssupplimentat jew emendat dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa tal-adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea rigward l-għoti ta' finanzjament għal azzjonijiet ta' żvilupp, l-adozzjoni tal-programmi ta' ħidma u l-indikaturi tad-direzzjoni tal-impatt. Hu importanti b'mod partikolari li waqt il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa anki fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.
(46) Il-Kummissjoni jenħtieġ li timmaniġġa l-Fond u tagħti attenzjoni xierqa lir-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità u tas-sigurtà, b'mod partikolari l-informazzjoni klassifikata u sensittiva.
(46a) L-intrapriżi huma marbuta bil-leġiżlazzjoni applikabbli meta jipproponu prodotti jew teknoloġiji ġodda fil-qasam tad-difiża jew meta jipproponu prodotti u teknoloġiji eżistenti għal skopijiet ġodda. Fejn ma teżisti l-ebda leġiżlazzjoni speċifika applikabbli, jenħtieġ li jimpenjaw ruħhom li jirrispettaw sett ta' prinċipji etiċi universali relatati mad-drittijiet fundamentali u l-benessri tal-bnedmin, il-protezzjoni tal-ġenoma tal-bniedem, it-trattament tal-annimali, il-preservazzjoni tal-ambjent naturali, il-protezzjoni tal-wirt kulturali, u l-aċċess ekwu għall-beni komuni globali, inkluż l-ispazju u ċ-ċtal-bniede. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li l-proposti jiġu skrinjati b'mod sistematiku biex jiġu identifikati dawk l-azzjonijiet li jqajmu kwistjonijiet etiċi serji, ħalli ssirilhom valutazzjoni tal-etika. Jenħtieġ li l-azzjonijiet li mhumiex etikament aċċettabbli ma jirċevux fondi mill-Unjoni.
(46b) Jenħtieġ li l-Kunsill jagħmel ħiltu biex jistabbilixxi deċiżjoni dwar l-użu ta' vetturi tal-ajru armati u mingħajr bdot abbord qabel il-[31 ta' Diċembru 2020]; Jenħtieġ li l-ebda finanzjament ma jsir disponibbli għall-iżvilupp ta' vetturi tal-ajru armati u mingħajr bdot abbord qabel ma tkun daħlet fis-seħħ dik id-deċiżjoni;
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
TITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI APPLIKABBLI GĦAR-RIĊERKA U L-IŻVILUPP
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Is-suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża ("il-Fond").
Ir-Regolament jistabbilixxi l-għanijiet tal-Fond, il-baġit għall-perjodu 2021-2027, il-forom ta' finanzjament tal-Unjoni u r-regoli dwar l-għoti ta' dan il-finanzjament.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:
▌
(2) "kontroll" tfisser il-kapaċità li tkun eżerċitata influwenza deċiżiva fuq entità legali b'mod dirett jew indirett permezz ta' entità legali intermedja waħda jew aktar;
(3) "azzjoni ta' żvilupp" tfisser kwalunkwe azzjoni li tikkonsisti primarjament minn attivitajiet orjentati lejn id-difiża fil-fażi tal-iżvilupp, li tkopri prodotti u teknoloġiji ġodda u l-aġġornament ta' dawk eżistenti, għajr il-produzzjoni jew l-użu tal-armi;
(4) "teknoloġija rivoluzzjonarja għad-difiża" tfisser teknoloġija li l-applikazzjoni tagħha tista' tibdel b'mod radikali l-kunċetti u l-kondotta tal-affarijiet tad-difiża;
(5) "strutturi ta' ġestjoni eżekuttiva" tfisser korp jew korpi, maħtura skont il-liġi nazzjonali, li jingħataw is-setgħa li jistabbilixxu l-istrateġija, l-għanijiet u d-direzzjoni ġenerali tal-entità legali, u li jissorveljaw u jimmonitorjaw it-teħid tad-deċizjonijiet maniġerjali;
(6) "entità legali" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika maħluqa u rikonoxxuta bħala tali skont il-liġi nazzjonali, il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi internazzjonali, li jkollha personalità ġuridika u li meta taġixxi f'isimha stess tista' teżerċita drittijiet u tkun soġġetta għal obbligi, jew entità mingħajr personalità ġuridika skont l-Artikolu [197(2)(c)] tar-Regolament Finanzjarju;
(7) "kumpanija b'kapitalizzazzjoni medja" tfisser intrapriża li mhix intrapriża mikro, żgħira u medja ("SME"), kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE(12) u li jkollha għadd ta' impjegati sa 3 000 impjegat, fejn l-għadd ta' persunal jiġi kkalkolat skont l-Artikoli 3, 4, 5 u 6 tat-Titolu I tal-Anness ta' dik ir-Rakkomandazzjoni;
(8) "akkwist pubbliku prekummerċjali" tfisser l-akkwist ta' servizzi tar-riċerka u l-iżvilupp li jinvolvu l-qsim tar-riskji u l-benefiċċji skont il-kundizzjonijiet tas-suq, u l-iżvilupp kompetittiv f'fażijiet, fejn hemm separazzjoni ċara tas-servizzi tar-riċerka u l-iżvilupp akkwistati mill-iskjerament ta' volumi kummerċjali ta' prodotti finali;
(9) "meniġer ta' proġett" tfisser kwalunkwe awtorità kontraenti stabbilita fi Stat Membru jew f'pajjiż assoċjat, stabbilita minn Stat Membru jew pajjiż assoċjat jew minn grupp ta' Stati Membri u/jew pajjiżi assoċjati biex timmaniġġa proġetti multinazzjonali ta' armament b'mod permanenti jew fuq bażi ad hoc;
(10) "benefiċjarju" tfisser kwalunkwe entità legali li tirċievi finanzjament minn dan il-Fond;
(11) "azzjoni tar-riċerka" tfisser kwalunkwe azzjoni li tikkonsisti minn attivitajiet tar-riċerka ffukati esklussivament fuq l-applikazzjonijiet tad-difiża;
(12) "riżultati" tfisser kwalunkwe effett tanġibbli jew intanġibbli tal-azzjoni, bħal data, għarfien jew informazzjoni, bi kwalunkwe forma jew natura, sew jekk jista' jitħares jew le, kif ukoll kwalunkwe dritt marbut miegħu, inkluż drittijiet tal-proprjetà intellettwali;
(13) "rapport speċjali" tfisser kisba tanġibli speċifika ta' azzjoni tar-riċerka li tiġbor fil-qosor ir-riżultati tal-azzjoni, tagħti informazzjoni estensiva fuq il-prinċipji bażiċi, l-għanijiet, l-eżiti reali, il-proprjetajiet bażiċi, it-testijiet imwettqa, il-benefiċċji potenzjali, l-applikazzjonijiet tad-difiża potenzjali u l-mogħdija tal-isfruttament mistenni tar-riċerka.
(14) "prototip tas-sistema" tfisser mudell ta' prodott jew teknoloġija li jista' juri l-prestazzjoni f'ambjent operattiv;
(15) "pajjiż terz" tfisser pajjiż li mhux membru tal-Unjoni;
(16) "pajjiż terz mhux assoċjat" tfisser pajjiż terz li mhux pajjiż assoċjat skont l-Artikolu 5;
(17) "entità ta' pajjiż terz mhux assoċjat" tfisser entità legali stabbilita f'pajjiż terz mhux assoċjat jew li jkollha l-istrutturi ta' ġlegali eżekuttiva tagħha f'pajjiż terz mhux assoċjat.
(17a) "il-kwalifikazzjoni" tfisser il-proċess kollu li juri li d-disinn ta' prodott, komponent tanġibbli jew intanġibbli, jew teknoloġija tad-difiża jkun jissodisfa r-rekwiżiti speċifikati. Dak il-proċess jipprovdi evidenza oġġettiva li turi liema rekwiżiti partikolari ta' disinn ġew issodisfati;
(17b) "konsorzju" tfisser grupp kollaborattiv ta' entitajiet legali kkostitwiti sabiex iwettqu azzjoni taħt dan il-Fond;
(17c) "ċertifikazzjoni" tfisser il-proċess li skontu awtorità nazzjonali tiċċertifika li l-prodott ta' komponent tanġibbli jew intanġibbli jew ta' teknoloġija relatati mad-difiża jikkonforma mar-regolamenti applikabbli;
(17d) "koordinatur" tfisser entità legali li hija membru ta' konsorzju u li ġiet maħtura mill-membri kollha tal-konsorzju biex tkun il-punt prinċipali ta' kuntatt għall-Kummissjoni fir-rigward tal-ftehim ta' għotja;
Artikolu 3
L-għanijiet tal-Fond
1. L-għan ġenerali tal-Fond hu li jrawwem il-kompetittività, l-effiċjenza u l-kapaċità tal-innovazzjoni tal-industrija Ewropea tad-difiża, billi jappoġġa azzjonijiet kollaborattivi u jwessa' l-koperazzjoni transfruntiera bejn entitajiet legali mal-Unjoni kollha, inkluż l-SMEs u l-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja, kif ukoll li jsaħħaħ u jtejjeb l-aġilità kemm tal-provvista tad-difiża kif ukoll tal-katini tal-valur, jestendi l-kooperazzjoni transfruntiera ġdida bejn l-entitajiet legali u jrawwem sfruttament aħjar tal-potenzjal industrijali tal-innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku, f'kull stadju taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti u tat-teknoloġiji tad-difiża. Il-Fond għandu jikkontribwixxi għal-libertà tal-azzjoni tal-Unjoni u tal-awtonomija tagħha, b'mod partikolari f'termini teknoloġiċi u industrijali.
2. Il-Fond għandu jkollu dawn l-għanijiet speċifiċi li ġejjin:
(a) jappoġġa proġetti tar-riċerka kollaborattivi effiċjenti immens li jistgħu jixprunaw b'mod sinifikanti l-prestazzjoni tal-kapaċitajiet Ewropej futuri, ħalli tiġi massimizzata l-innovazzjoni u jiġu introdotti prodotti u teknoloġiji ġodda tad-difiża, inkluż dawk rivoluzzjonarji;
(b) jappoġġa proġetti tal-iżvilupp kollaborattivi Ewropej ta' prodotti u teknoloġiji tad-difiża li huma konsistenti mal-prijoritajiet tal-kapaċitajiet tad-difiża maqbula b'mod komuni mill-Istati Membri fil-qafas tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni, b'mod partikolari fil-kuntest tal-Pjan ta' Żvilupp tal-Kapaċitajiet tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni, u b'hekk jikkontribwixxi biex tiżdied l-effiċjenza fin-nefqa fuq id-difiża fl-Unjoni, jinkisbu ekonomiji ta' skala akbar, jonqos ir-riskju ta' duplikazzjoni u d-dipendenza żejda fuq importazzjonijiet minn pajjiżi terzi u b'hekk jiżdied it-tagħmir Ewropew mill-Istati Membri, tonqos il-frammentazzjoni tas-suq fi prodotti u teknoloġiji tad-difiża madwar l-Unjoni kif ukoll tiżdied l-istandardizzazzjoni tas-sistemi ta' difiża u l-interoperabbiltà bejn il-kapaċitajiet tal-Istati Membri.
Artikolu 4
Baġit
1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Fond Ewropew għad-Difiża għall-perjodu 2021 – 2027 għandu jkun EUR 11 453 260 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 13 000 000 000 fi prezzijiet attwali).
2. Id-distribuzzjoni ▌tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun:
(a) ▌EUR 3 612 182 000 fi prezzijiet tal-2018(EUR 4 100 000 000 fi prezzijiet kurrenti).
(b) ▌EUR 7 841 078 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 8 900 000 000 fi prezzijiet attwali) għal azzjonijiet tal-iżvilupp.
2a. Sabiex tirrispondi għal ċirkostanzi mhux previsti jew għal żviluppi u ħtiġijiet ġodda, il-Kummissjoni tista', bil-proċedura baġitarja annwali, tvarja mill-ammonti msemmija fil-paragrafu 2 b'massimu ta' 10 %.
3. L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jintuża għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Fond, bħall-attivitajiet ta' tħejjija, monitoraġġ, kontroll, awditjar evalwazzjoni, inkluż sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva. Dan l-ammont m'għandux jaqbeż 5 % tal-valur tal-pakkett finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1.
4. Mill-inqas 5 % tal-pakkett finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1 għandhom jiġu allokati biex jappoġġaw teknoloġiji rivoluzzjonarji fil-qasam tad-difiża.
▌
Artikolu 5
Pajjiżi assoċjati
Il-Fond għandu jkun miftuħ għall-membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (l-EFTA) li huma membri fiż-Żona Ekonomika Ewropea (iż-ŻEE), skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim taż-ŻEE; Kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja għall-Fond ibbażata fuq dan l-Artikolu għandha tikkostitwixxi dħul assenjat skont l-Artikolu [21(5)] tar-Regolament Finanzjarju.
Artikolu 6
Appoġġ għal teknoloġiji rivoluzzjonarji fil-qasam tad-difiża
1. Il-Kummissjoni għandha tagħti finanzjament permezz ta' konsultazzjonijiet miftuħa u pubbliċi dwar teknoloġiji revoluzzjonarji b'enfasi esklussiva fuq l-applikazzjonijiet tad-difiża dwar l-oqsma ta' intervent definiti fil-programmi ta' ħidma skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 27.
2. Fuq bażi ta' każ b'każ, il-Kummissjoni għandha ssib l-aktar forma xierqa ta' finanzjament biex tiffinanzja teknoloġiji revoluzzjonarji.
Artikolu 7
Etika
1. Azzjonijiet imwettqa permezz tal-Fond għandhom ikunu konformi ma’:
– il-prinċipji etiċi u l-leġiżlazzjoni nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali rilevanti, inklużi l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-protokolli tagħha, u mad-dritt umanitarju internazzjonali;
– regoli u inizjattivi kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus; [Em. 6/rev u 13]
2. Il-proposti għandhom jiġu skrinjati mill-Kummissjoni b'mod sistematiku, fuq bażi ex-ante, biex jiġu identifikati dawk l-azzjonijiet li jqajmu kwistjonijiet etiċi kumplessi jew serji, fejn xieraq, ħalli ssirilhom valutazzjoni tal-etika. L-iskrinjar u l-valutazzjonijiet etiċi għandha tagħmilhom il-Kummissjoni bl-għajnuna ta' esperti indipendentiminn oqsfa differenti. Il-Kummissjoni għandha kemm jista' jkun tiżgura t-trasparenza tal-proċeduri tal-etika u tirrapporta dwar dan fil-qafas tal-obbligi ta' rapportar u ta' evalwazzjoni tagħha fi ħdan l-Artikoli 31 u 32. L-esperti kollha għandhom ikunu ċittadini tal-Unjoni u għandhom ikunu ċittadini minn l-akbar firxa wiesgħa possibbli ta' Stati Membri.
3. L-entitajiet li jieħdu sehem fl-azzjoni għandhom jiksbu l-approvazzjonijiet kollha jew dokumenti obbligatorji oħra mingħand il-kumitati tal-etika lokali u nazzjonali rilevanti jew mingħand korpi oħrajn bħall-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data, qabel ma jinbdew l-attivitajiet rilevanti. Dawn id-dokumenti għandhom jinżammu f'fajl u jingħataw lill-Kummissjoni.
▌
5. L-azzjonijiet li mhumiex aċċettabbli etikament għandhom jiġu miċħuda▌.
KAPITOLU II
DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI
Artikolu 8
Implimentazzjoni u forom ta' finanzjament tal-UE
1. Il-Fond għandu jiġi implimentat mill-Kummissjoni b'ġestjoni diretta skont ir-Regolament Finanzjarju.
2. Il-Fond jista' jipprovdi finanzjament fi kwalunkwe forma minn dawk stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, b'mod partikolari għotjiet, premjijiet u akkwist. ▌
Artikolu 9
Finanzjament kumulattiv, kumplimentari u kkombinat
1. Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni minn programm ieħor tal-Unjoni tista' tirċievi wkoll kontribuzzjoni mill-Fond, diment li l-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess spejjeż. Ir-regoli ta' kull programm/Fond tal-Unjoni li jikkontribwixxi għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni rispettiva tiegħu għall-azzjoni. Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż l-ispejjeż eliġibbli totali tal-azzjoni u l-appoġġ mill-programmi differenti tal-Unjoni jista' jiġi kkalkolat fuq bażi prorata b'konformità mad-dokumenti li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-appoġġ.
▌
KAPITOLU III
KUNDIZZJONIJIET TAL-ELIĠIBBILTÀ, KRITERJI TAL-GĦOTI U FINANZJAMENT
Artikolu 10
Entitajiet eliġibbli
1. L-applikanti u s-sottokuntratturi tagħhom involuti fl-azzjoni għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament, diment li dawn ikunu stabbiliti fl-Unjoni jew f'pajjiż assoċjat kif imsemmi fl-Artikolu 5, ikollhom strutturi ta' ġestjoni eżekuttiva tagħhom fl-Unjoni jew f'pajjiż assoċjat u ma jkunux ikkontrollati minn pajjiż terz mhux assoċjat jew minn entità ta' pajjiż terz mhux assoċjat.
2. B'deroga mill-paragrafu 1, applikant jew sottokuntrattur involut fl-azzjoni stabbilit fl-Unjoni jew f'pajjiż assoċjat u kkontrollat minn pajjiż terz mhux assoċjat jew minn entità ta' pajjiż terz mhux assoċjat jista' jkun jista' jikkostitwixxientità eliġibbli għall-finanzjament jekk dan ikun meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet tal-azzjoni u diment li l-parteċipazzjoni tiegħu ma tirriskjax l-interessi tas-sigurtà u tad-difiża tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, jew l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3. Biex tkun żgurata l-protezzjoni tal-interessi tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, is-sejħa għal proposti għandha titlob lill-applikant biex jimpenja ruħu li jimplimenta miżuri xierqa qabel il-bidu tal-azzjoni billi jiżgura li:
(a) ▌kontroll fuq l-applikant ma jiġix eżerċitat b'mod li jillimita b'xi mod il-kapaċità tiegħu li jwettaq▌l-azzjoni u li jwassal ir-riżultati, li jimponi restrizzjonijiet relatati mal-infrastruttura, il-faċilitajiet, l-assi, ir-riżorsi, il-proprjetà intellettwali jew l-għarfien tiegħu meħtieġa għall-fini tal-azzjoni, jew li jdgħajjef il-kapaċitajiet u l-istandards tiegħu meħtieġa għat-twettieqtal-azzjoni;
(b) ▌aċċess minn pajjiżi terzi mhux assoċjati jew minn entitajiet ta' pajjiżi terzi mhux assoċjati għal informazzjoni sensittiva klassifikata u mhux klassifikata relatata mal-azzjoni huwa evitat; u l-impjegati jew persuni oħra involuti fl-azzjoni▌jkollhom approvazzjoni tas-sigurtà nazzjonali maħruġa minn Stat Membru jew minn pajjiż assoċjat;
(c) is-sjieda tal-proprjetà intellettwali li tirriżulta mill-azzjoni, ur-riżultati tal-azzjoni għandhom jibqgħu fi ħdan il-benefiċjarju u mhumiex soġġetti għal kontrolli jew restrizzjonijiet minn pajjiżi terzi mhux assoċjati jew minn entitajiet oħra ta' pajjiżi terzi mhux assoċjati u mhumiex esportati, jew mogħtija aċċess, lejn jew minn pajjiż terz jew entità ta' pajjiż terz mingħajr l-approvazzjoni tal-Istati Membri li fih il-benefiċjarju huwa stabbilit, u b'mod konsistenti mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3, matul l-azzjoni u għal perjodu speċifiku wara t-tlestija tiegħu, fejn tali perjodu jkun stipulat fil-ftehim tal-għotja.
Applikant jew sottokuntrattur involut fl-azzjoni li għandu l-istruttura maniġerjali eżekuttiva tiegħu fl-Unjoni jew f'pajjiż assoċjat u li huwa kkontrollat minn pajjiż terz mhux assoċjat soġġett għal kwalunkwe miżuri restrittivi tal-Unjoni jew minn entità ta' pajjiż terz mhux assoċjat soġġett għal kwalunkwe miżuri restrittivi tal-Unjoni ma għandux jingħata deroga skont dan il-paragrafu.
3. L-infrastruttura, il-faċilitajiet, l-assi u r-riżorsi kollha użati fl-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fond għandhom ikunu jinsabu fit-territorju tal-Unjoni jew ta' pajjiżi assoċjati u ma għandhom ikunu soġġetti għall-ebda kontroll jew restrizzjoni minn pajjiż terz mhux assoċjat jew minn entità ta' pajjiż terz mhux assoċjat. Barra minn hekk, meta jkunu qed iwettqu azzjoni eliġibbli, il-benefiċjarji u s-sottokuntratturi tagħhom involuti fl-azzjoni għandhom jikkooperaw biss ma' entitajiet legali stabbiliti fl-Unjoni jew f'pajjiż assoċjat u li ma jkunux ikkontrollati minn pajjiżi terzi mhux assoċjati jew minn entitajiet ta' pajjiżi terzi mhux assoċjati.
4. B'deroga mill-paragrafu 3, jekk ma jkun hemm l-ebda sostituti kompetittivi disponibbli minnufih fl-Unjoni, il-benefiċjarji u s-sottokuntratturi▌involuti fl-azzjoni jistgħu jużaw l-assi, l-infrastruttura, il-faċilitajiet u r-riżorsi tagħhom li jinsabu jew li jinżammu fit-territorju ta' pajjiż terz mhux assoċjat, jekk dan ikun meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet ta' azzjoni u diment li din ma tirriskjax l-interessitas-sigurtà u tad-difiża tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha jew l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3. Bl-istess kundizzjonijiet, meta jkunu qed iwettqu azzjoni eliġibbli, il-benefiċjarji u s-sottokuntratturi tagħhom involuti fl-azzjoni jistgħu jikkooperaw ma' entità stabbilita f'pajjiż terz mhux assoċjat. L-ispejjeż relatati mal-użu ta' dawn l-infrastrutturi, il-faċilitajiet, l-assi jew ir-riżorsi, u ma' din il-koperazzjoni ma għandhomx ikunu eliġibbli għal finanzjament permezz ta' dan il-Fond. Fi kwalunkwe każ, tali deroga ma għandhiex tingħata jekk dawk l-assi, l-infrastruttura, il-faċilitajiet u r-riżorsi jkunu jinsabu jew jinżammu fit-territorju ta' pajjiż terz mhux assoċjat soġġett għal kwalunkwe miżuri restrittivi tal-Unjoni.
5. Biex tkun żgurata l-protezzjoni tal-interessi tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, is-sejħa għal proposti jew il-ftehim tal-għotja għandhom jispeċifikaw il-kundizzjonijiet kollha, inklużi dawk imsemmija fil-punt 2 ta' dan l-Artikolu. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom ikunu relatati, b'mod partikulari mad-dispożizzjonijiet dwar is-sjieda tar-riżultati tal-azzjoni u l-aċċess għal informazzjoni sensittiva klassifikata u mhux klassifikata u mal-garanziji fuq is-sigurtà tal-provvista.
6. L-applikanti għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa għall-valutazzjoni tal-kriterji tal-eliġibbiltà u l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 sa 4.
7. L-applikazzjonijiet li jeżiġu l-verifiki skont il-paragrafu 2 jew il-paragrafu 4 jistgħu jitressqu biss bi qbil mal-Istat Membru jew mal-pajjiż assoċjat fejn ikun stabbilit l-applikant.
8. F'każ ta' bidla waqt l-implimentazzjoni ta' azzjoni li tista' toħloq dubju dwar l-issodisfar ta' dawk il-kriterji u l-kundizzjonijiet, il-benefiċjarju għandu jinforma lill-Kummissjoni, li min-naħa tagħha għandha tivvaluta jekk dawk il-kriterji u l-kundizzjonijiet għadhomx issodisfati u tindirizza l-impatt potenzjali (sospensjoni, kanċellament) fuq il-finanzjament tal-azzjoni.
9. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, is-sottokuntratturi huma s-sottokuntratturi li għandhom relazzjoni kuntrattwali diretta ma' benefiċjarju, sottokuntratturi oħra li huma allokati mill-inqas 10 % tal-ispejjeż eliġibbli totali tal-azzjoni, kif ukoll sottokuntratturi li jistgħu jitolbu aċċess għal informazzjoni klassifikata skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 biex iwettqu l-azzjoni.
Artikolu 11
Azzjonijiet eliġibbli
1. Għall-finanzjament għandhom ikunu eliġibbli biss azzjonijiet li jimplimentaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3.
2. Il-Fond għandu jappoġġa azzjonijiet li jkopru prodotti u teknoloġiji ġodda u aġġornati, meta l-użu tal-informazzjoni diġà eżistenti li hemm bżonn biex isir l-aġġornament ma jkunx soġġett direttament jew indirettament għal restrizzjoni minn pajjiżi terzi mhux assoċjati jew minn entitajiet ta' pajjiżi terzi mhux assoċjati.
3. Azzjoni eliġibbli għandha tkun relatata ma' wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
(a) attivitajiet immirati biex joħolqu, jirfdu u jtejbu għarfien▌u prodotti u teknoloġiji fid-difiża, inklużi teknoloġiji fixkiela tad-difiża, li jistgħu jħallu effetti sinifikanti fil-qasam tad-difiża;
(b) attivitajiet immirati biex iżidu l-interoperabbiltà u r-reżiljenza, inkluż il-produzzjoni u l-qsim siguri tad-data, tinkiseb ħakma ta' teknoloġiji kritiċi tad-difiża, tissaħħaħ is-sigurtà tal-provvista u jkun jista' jsir sfruttament effettiv tar-riżultati għal prodotti u teknoloġiji tad-difiża;
(c) studji, bħal studji ta' fattibilità li jeżaminaw il-fattibbiltà ta' teknoloġija, prodott, proċess, servizz, soluzzjoni,▌ġodda jew imtejba▌;
(d) id-disinn ta' prodott, komponent tanġibbli jew intanġibbli, jew teknoloġija tad-difiża kif ukoll id-definizzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li skonthom ikun ġie żviluppat dan id-disinn u li jistgħu jinkludu testijiet parzjali għal tnaqqis tar-riskju f'ambjent industrijali jew rappreżentattiv;
(e) l-iżvilupp ta' mudell ta' prodott, komponent tanġibbli jew intanġibbli, jew teknoloġija tad-difiża, li jkunu jistgħu juru l-prestazzjoni tal-element waqt li jkun qed jitħaddem (prototip ta' sistema);
(f) l-ittestjar ta' prodott, komponent tanġibbli jew intanġibbli, jew teknoloġija tad-difiża;
(g) l-ikkwalifikar ta' prodott, komponent tanġibbli jew intanġibbli, jew teknoloġija tad-difiża;
(h) iċ-ċertifikazzjoni ta' prodott, komponent tanġibbli jew intanġibbli jew teknoloġija tad-difiża;
(i) l-iżvilupp ta' teknoloġiji jew assi li jżidu l-effiċjenza tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta' prodotti u teknoloġiji tad-difiża;
▌
4. ▌L-azzjoni għandha titwettaq bil-kooperazzjoni fi ħdan konsorzju ta' mill-inqas tliet entitajiet legali li jkunu stabbiliti f'mill-anqas tliet Stati Membri▌. Kwalunkwe entità legali addizzjonali li tipparteċipa fil-konsorzju tista' tkun stabbilita f'pajjiż assoċjat kif imsemmi fl-Artikolu 5. Tul l-implimentazzjoni kollha tal-azzjoni, mill-inqas tlieta minn dawn l-entitajiet legali eliġibbli stabbiliti f'mill-anqas żewġ Stati Membri u/jew pajjiżi assoċjati differenti ma għandhomx ikunu kkontrollati▌, direttament jew indirettament, mill-istess entità jew ma għandhomx ikunu jikkontrollaw lil xulxin.
5. Il-paragrafu 4 ma għandux japplika għall-azzjonijiet imsemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 3 u għall-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6.
6. L-azzjonijiet għall-iżvilupp ta' prodotti u teknoloġiji li l-użu, l-iżvilupp jew il-produzzjoni tagħhom hu pprojbit mil-liġi internazzjonali applikabbli, ma għandhomx ikunu eliġibbli għal finanzjament. B'mod partikolari, il-Programm ma għandux jiffinanzja armi tan-nar inklużi l-fosforu abjad, munizzjonijiet tal-uranju mfaqqar, armi awtonomi letali, inklużi l-vetturi tal-ajru mingħajr bdot abbord, mingħajr kontroll uman sinifikanti fuq il-funzjonijiet kritiċi ta' għażla u ta' attakki fuq miri individwali, armi żgħar u armi ħfief żviluppati prinċipalment għal skopijiet ta' esportazzjoni, jiġifieri fejn l-ebda Stat Membru ma jkun esprima rekwiżit biex titwettaq l-azzjoni.[Em. 29/rev]
6a. Azzjonijiet għall-iżvilupp ta' prodotti u teknoloġiji li huma kapaċi li jwettqu jew jiffaċilitaw dan li ġej, ma għandhomx ikunu eliġibbli għal finanzjament skont il-Programm:
(ii) ksur serju tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem;
(iii) att li jikkostitwixxi reat skont il-konvenzjonijiet jew il-protokolli internazzjonali relatati mat-terroriżmu;
(iv) att li jikkostitwixxi reat skont il-konvenzjonijiet jew il-protokolli internazzjonali relatati mal-kriminalità organizzata transnazzjonali.
6b. Azzjonijiet li jikkontribwixxu parzjalment jew bis-sħiħ, direttament jew indirettament, għall-iżvilupp ta' armi ta' qerda massiva u teknoloġija tal-bombi u tal-missili relatati ma għandhomx ikunu eliġibbli. [Em. 21]
Artikolu 12
Il-proċedura tal-għażla u tal-għoti
▌ [Em 30]
2. Il-Kummissjoni għandha tagħti l-finanzjament għal azzjonijiet magħżula wara kull sejħa jew wara l-applikazzjoni tal-Artikolu [195(e)] tar-Regolament Finanzjarju.
3. Għall-għoti ta' finanzjament għal azzjonijiet tal-iżvilupp, il-Kummissjoni għandha taġixxi permezz ta' atti delegati adottati b'konformità mal-proċedura msemmija fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 28a.
Artikolu 13
Kriterji tal-għoti
1. Kull proposta għandha tiġi vvalutata skont dawn il-kriterji li ġejjin:
(a) il-kontribut għall-eċċellenza jew il-potenzjal rivoluzzjonarju fil-qasam tad-difiża b'mod partikolari billi jintwera li r-riżultati mistennija tal-azzjoni proposta jippreżentaw vantaġġi sinifikanti fuq il-prodotti jew it-teknoloġiji eżistenti,
(b) il-kontribut għall-innovazzjoni u l-iżvilupp teknoloġiku tal-industrija Ewropea tad-difiża, b'mod partikolari billi jintwera li l-azzjoni proposta tinkludi kunċetti u approċċi innovattivi jew ġodda, titjib teknoloġiku ġdid promettenti għall-futur jew l-applikazzjoni ta' teknoloġiji jew kunċetti li qatt qabel ma jkunu ġew applikati fis-settur tad-difiża;
(c) il-kontribut għall-kompetittività tal-industrija tad-difiża Ewropea, b'mod partikolari bil-ħolqien ta' opportunitajiet għal swieq ġodda u bi tkabbir mgħaġġel tal-kumpaniji mal-Unjoni kollha;
(ca) il-kontribut għall-awtonomija industrijali u teknoloġika tal-Unjoni bit-tisħiħ tat-teknoloġiji jew tal-prodotti tad-difiża f'konformità mal-prijoritajiet tal-kapaċitajiet tad-difiża maqbula mill-Istati Membri fil-qafas tal-PESK u b'mod partikolari fil-kuntest tas-CDP tal-PESK;
(d) il-kontribut għall-interessi tas-sigurtà u tad-difiża tal-Unjoni b'konformità mal-prijoritajiet imsemmija fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 3 u, meta xieraq, ma' ftehimiet koperattivi reġjonali u internazzjonali;
(e) il-kontribut għall-ħolqien ta' kooperazzjoni transfruntiera ġdida bejn l-entitajiet legali, b'mod partikolari l-SMEs u l-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja stabbiliti fl-Istati Membri u/jew fil-pajjiżi assoċjati għajr dawk fejn huma stabbiliti l-entitajiet fil-konsorzju li mhumiex SMEs u kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja;
(f) il-kwalità u l-effiċjenza tal-implimentazzjoni tal-azzjoni.
2. Skont il-punt (d) tal-paragrafu 1, jistgħu jitqiesu prijoritajiet reġjonali u internazzjonali, b'mod partikolari biex tkun evitata d-duplikazzjoni bla bżonn, u diment li dawn ikunu jservu l-interessi tas-sigurtà u tad-difiża tal-Unjoni u ma jkunux jeskludu l-parteċipazzjoni ta' xi Stat Membru.
Artikolu 14
Rata ta' kofinanzjament
1. Il-Fond għandu jiffinanzja▌100 % tal-ispejjeż eliġibbli ta' azzjoni, mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta' kofinanzjament.
(b) għall-azzjonijiet definiti fl-Artikolu 11(3)(f) sa (h), l-assistenza finanzjarja tal-Fond ma għandhiex taqbeż it-80 % tal-ispejjeż eliġibbli tal-azzjoni.
3. Għall-azzjonijiet tal-iżvilupp, ir-rata ta' finanzjament għandha tiżdied mingħajr ma tkun tista' taqbeż l-ispiża totali eliġibbli f'dawn il-każijiet li ġejjin:
(a) azzjoni żviluppata fil-kuntest tal-Koperazzjoni Strutturata Permanenti kif stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2315 tal-11 ta' Diċembru 2017, għandha tibbenefika minn rata ta' finanzjament miżjuda b'10 punti perċentwali addizzjonali;
(b) azzjoni għandha tibbenefika minn rata ta' finanzjament miżjuda b'punti perċentwali ekwivalenti għall-persentaġġ tal-ispejjeż eliġibbli totali allokati lill-SMEs stabbiliti fi Stat Membru jew f'pajjiż assoċjat differenti minn dawk li fihom huma stabbiliti l-membri tal-konsorzju li mhumiex SMEs jew kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja;
(c) azzjoni għandha tibbenefika minn rata ta' finanzjament miżjuda b'punti perċentwali ekwivalenti għal kwart tal-persentaġġ tal-ispejjeż eliġibbli totali allokati lill-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja stabbiliti fi Stat Membru jew f'pajjiż assoċjat differenti minn dawk li fihom huma stabbiliti l-membri fil-konsorzju li mhumiex SMEs jew kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja;
(d) iż-żieda ġenerali fir-rata ta' finanzjament ta' azzjoni ma għandhiex taqbeż it-30 punt perċentwali.
(a) il-kapaċità finanzjarja għandha tiġi verifikata biss għall-koordinatur u biss jekk il-finanzjament mitlub mingħand l-Unjoni jkun daqs jew iżjed minn EUR 500 000. Madankollu, jekk ikun hemm raġunijiet biex tiġi ddubitata l-kapaċità finanzjarja, il-Kummissjoni għandha tivverifika wkoll il-kapaċità finanzjarja tal-applikanti l-oħra jew tal-koordinaturi taħt il-livell limitu msemmi fl-ewwel sentenza;
(b) il-kapaċità finanzjarja la għandha tiġi verifikata fir-rigward ta' entitajiet legali li l-vijabbiltà tagħhom tkun garantita minn Stat Membru, u lanqas għandha tiġi verifikata fir-rigward ta' universitajiet u ċentri pubbliċi ta' riċerka;
(c) jekk il-kapaċità finanzjarja hi garantita strutturalment minn entità legali oħra, il-kapaċità finanzjarja ta' din tal-aħħar għandha tiġi verifikata.
Artikolu 16
Spejjeż indiretti
1. L-ispejjeż eliġibbli indiretti għandhom jiġu determinati bl-applikazzjoni ta' rata fissa ta' 25 % tal-ispejjeż eliġibbli diretti totali, li ma jkunux jinkludu l-ispejjeż eliġibbli diretti għas-sottokuntrattar, l-appoġġ finanzjarju lill-partijiet terzi u kwalunkwe spiża unitarja jew somom f'daqqa li jinkludu spejjeż indiretti.
2. Bħala alternattiva, l-ispejjeż indiretti eliġibbli▌jistgħu jiġu determinati skont il-prattiki tas-soltu kontabilistiċi tal-ispejjeż tal-benefiċjarju abbażi tal-ispejjeż indiretti reali, diment li dawn il-prattiki kontabilistiċi tal-ispejjeż ikunu aċċettati mill-awtoritajiet nazzjonali permezz ta' skemi ta' finanzjament komparabbli skont l-Artikolu [185] tar-Regolament Finanzjarju u kkomunikati lill-Kummissjoni.
Artikolu 17
L-użu ta' somma f'daqqa unika jew kontribuzzjoni li mhix marbuta mal-ispejjeż
1. Għall-għotjiet mogħtija għall-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 11(3)(e) u għal azzjonijiet oħra fejn l-Istati Membri u/jew il-pajjiżi assoċjati jkunu qed jiffinanzjaw aktar minn 50 % tal-baġit, il-Kummissjoni tista' tuża:
(a) kontribuzzjoni li mhix marbuta mal-ispejjeż kif imsemmi fl-Artikolu [180(3)] tar-Regolament Finanzjarju u abbażi tal-kisba tar-riżultati mkejlin b'referenza għal stadji preċedenti stabbiliti jew permezz ta' indikaturi tal-prestazzjoni; or
(b) somma f'daqqa unika kif imsemmi fl-Artikolu [182] tar-Regolament Finanzjarju u abbażi tal-baġit proviżorju tal-azzjoni li diġà approvaw l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati kofinanzjaturi.
2. L-ispejjeż indiretti għandhom ikunu inklużi fis-somma f'daqqa.
Artikolu 18
Akkwist prekummerċjali
1. L-Unjoni tista' tappoġġa l-akkwist prekummerċjali billi tagħti għotja lil awtoritajiet kontraenti jew lil entitajiet kontraenti kif definit fid-Direttivi 2014/24/UE(13), 2014/25/UE(14) u 2009/81/KE(15) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li b'mod konġunt qed jakkwistaw▌riċerka u żvilupp fil-qasam tad-difiża ta' servizzi jew qed jikkoordinaw il-proċeduri tal-akkwist tagħhom.
2. Il-proċeduri tal-akkwist għandhom ikunu:
(a) konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament;
(b) jistgħu jawtorizzaw l-għoti ta' kuntratti multipli fi ħdan l-istess proċedura (akkwisti minn diversi sorsi);
(c) jipprevedu l-għoti tal-kuntratti lill-offerta/i li joffru l-aqwa valur għall-flus.
Artikolu 19
Fond ta' Garanzija
Il-kontribuzzjonijiet għal mekkaniżmu ta' assigurazzjoni reċiproka jistgħu jkopru r-riskju assoċjat mal-irkupru ta' fondi dovuti minn benefiċjarji, u għandhom jitqiesu bħala garanzija biżżejjed skont ir-Regolament Finanzjarju. Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet stabbiliti [fl-Artikolu X] tar-Regolament XXX [is-suċċessur tar-Regolament dwar il-Fond ta' Garanzija].
▌
Artikolu 21
Aċċess għal strumenti finanzjarji
Il-benefiċjarji tal-Fond għandhom ikunu eliġibbli biex jaċċessaw il-prodotti finanzjarji ddedikati taħt InvestUE,f'konformità mat-Titolu X tar-Regolament Finanzjarju.
TITOLU II
DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI APPLIKABBLI GĦAL AZZJONIJIET TA' RIĊERKA
Artikolu 22
Sjieda tar-riżultati
1. Is-sjieda tar-riżultati tal-azzjonijiet għandha tkun tal-benefiċjarji li ġġenerawhom. Meta l-entitajiet legali jiġġeneraw riżultati b'mod konġunt, u meta l-kontribut rispettiv tagħhom ma jkunx jista' jiġi aċċertat, jew ma tkunx tista' ssir separazzjoni ta' dawn ir-riżultati konġunti, l-entitajiet legali għandu jkollhom sjieda konġunta tar-riżultati. Is-sidien konġunti għandhom jikkonkludu ftehim dwar l-allokazzjoni u t-termini tal-eżerċizzju ta' dik is-sjieda konġunta, f'konformità mal-obbligi tagħhom taħt il-ftehim tal-għotja.
2. Jekk l-assistenza tal-Unjoni tingħata fil-forma ta' akkwist pubbliku, is-sjieda tar-riżultati għandha tkun tal-Unjoni. L-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati għandu jkollhom drittijiet tal-aċċess għar-riżultati, mingħajr ħlas, meta jitolbu dan bil-miktub.
3. ▌Ir-riżultati tal-azzjonijiet li jirċievu appoġġ mill-Fond ma għandhomx ikunu soġġetti għal xi restrizzjoni jew kontroll, direttament jew indirettament, permezz ta' entità legali intermedjarja waħda jew aktar, inkluż f'termini ta' trasferiment ta' teknoloġija minn pajjiż terz mhux assoċjat jew minn entità ta' pajjiż terz mhux assoċjat.
4. Jekk ikun ġustifikat, il-ftehim tal-għotja għandu jistabbilixxi d-dritt tal-Kummissjoni li tkun notifikata u li toġġezzjona għat-trasferiment tas-sjieda tar-riżultati jew għall-għoti ta' liċenzja għar-riżultati lil pajjiż terz mhux assoċjat jew lil entità ta' pajjiż terz mhux assoċjat. Dawn it-trasferimenti ma għandhomx imorru kontra l-interessi tad-difiża u tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha jew kontra l-għanijiet ta' dan ir-Regolament stabbiliti fl-Artikolu 3.
5. L-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri u tal-pajjiżi assoċjati għandu jkollhom drittijiet tal-aċċess għar-rapport speċjali ta' azzjoni li rċeviet finanzjament tal-Unjoni. Dawn id-drittijiet tal-aċċess għandhom jingħataw mingħajr il-ħlas ta' royalty u jintbagħtu mill-Kummissjoni lill-Istati Membri u lill-pajjiżi assoċjati, wara li jkun żgurat li fis-seħħ hemm obbligi xierqa tal-kunfidenzjalità. Fi kwalunkwe każ, il-parteċipanti mhumiex meħtieġa jipprovdu kwalunkwe dejta jew informazzjoni li huma parti minn proprjetà intellettwali fir-rapport speċjali.
6. L-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri u tal-pajjiżi assoċjati għandhom jużaw ir-rapport speċjali biss għal finijiet relatati mal-użu mill-forzi armati jew il-forzi tas-sigurtà jew tal-intelligence tagħhom, jew għal finijiet relatati mal-użu għalihom, inkluż fi ħdan il-qafas tal-programmi koperattivi tagħhom. Mingħajr ma jkun limitat għalihom, użu bħal dan għandu jinkludi l-istudju, l-evalwazzjoni, il-valutazzjoni, ir-riċerka, id-disinn, l-iżvilupp, il-manifattura, it-titjib, il-modifika, il-manutenzjoni, it-tiswija, ir-rinnovament u l-aċċettazzjoni tal-prodotti u ċ-ċertifikazzjoni, l-operazzjoni, it-taħriġ, ir-rimi u servizzi oħra tad-disinn u l-użu tal-prodott, kif ukoll il-valutazzjoni u l-abbozzar ta' rekwiżiti tekniċi għall-akkwist.
7. Il-benefiċjarji għandhom jagħtu aċċess lill-istituzzjonijiet, il-korpi jew l-aġenziji tal-Unjoni għar-riżultati tagħhom mingħajr il-ħlas ta' royalty, għal finijiet debitament ġustifikati ta' żvilupp, implimentazzjoni u monitoraġġ tal-politiki jew tal-programmi tal-Unjoni. Dawn id-drittijiet tal-aċċess għandhom ikunu limitati għal użu mhux kummerċjali u mhux kompetittiv.
8. Fil-ftehimiet u fil-kuntratti tal-għotjiet għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi dwar is-sjieda, id-drittijiet tal-aċċess u l-liċenzjar fir-rigward tal-akkwist prekummerċjali biex ikun żgurat l-użu massimu tar-riżultati u jkun evitat kull żvantaġġ inġust. Jekk kuntrattur jonqos milli jisfrutta kummerċjalment ir-riżultati tul perjodu partikolari wara l-akkwist prekummerċjali kif identifikat fil-kuntratt, dan għandu, fejn ikun possibbli, jittrasferixxi kwalunkwe sjieda tar-riżultati lill-awtoritajiet kontraenti.
8a. Kwalunkwe tliet Stati Membri jew pajjiżi assoċjati jew aktar li, b'mod multilaterali jew fil-qafas ta' organizzazzjoni tal-Unjoni, ikkonkludew b'mod konġunt kuntratt wieħed jew aktar ma' parteċipant wieħed jew aktar biex flimkien jiżviluppaw aktar ir-riżultati miksuba fil-qasam ta' azzjoni speċifika li tkun irċeviet finanzjament skont ftehim tal-għotja għal azzjoni ta' riċerka dwar id-difiża, għandhom igawdu drittijiet ta' aċċess għar-riżultati tal-azzjoni li huma l-proprjetà ta' tali parteċipant u li huma meħtieġa għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt. Tali drittijiet ta' aċċess għandhom jingħataw ħielsa minn royalties u taħt kundizzjonijiet speċifiċi bil-għan li jiġi żgurat li dawk id-drittijiet jintużaw biss għall-fini tal-kuntratt u li se jkunu fis-seħħ obbligi ta' kunfidenzjalità xierqa.
TITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI APPLIKABBLI GĦAL IŻVILUPP
Artikolu 23
Kriterji addizzjonali tal-eliġibbiltà
1. Meta applikabbli, il-konsorzju għandu juri li l-ispejjeż li fadal ta' azzjoni eliġibbli li mhumiex koperti mill-appoġġ tal-Unjoni se jiġu koperti b'mezzi oħra ta' finanzjament, bħal kontribuzzjonijiet mingħand l-Istati Membri u/jew il-pajjiżi assoċjati jew kofinanzjament mingħand entitajiet legali.
2. Fejn jidħlu l-azzjonijiet imsemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 3 tal-Artikolu 11, l-azzjoni għandha tkun ibbażata fuq rekwiżiti armonizzati tal-kapaċitajiet maqbula b'mod konġunt mill-Istati Membri u/jew il-pajjiżi assoċjati.
3. Għal azzjonijiet imsemmija fil-punti (e) sa (h) tal-paragrafu 3 tal-Artikolu 11, il-konsorzju għandu juri permezz ta' dokumenti maħruġa mill-awtoritajiet nazzjonali li:
(a) mill-inqas żewġ Stati Membri▌jew għall-inqas Stat Membru wieħed ma' pajjiżi assoċjati jipprovdu garanzijibiex jakkwistaw il-prodott finali jew jużaw it-teknoloġija b'mod koordinat▌. Dan jista' jinkludi l-akkwist konġunt;
(b) L-azzjoni hija bbażata fuq speċifikazzjonijiet tekniċi komuni miftehma b'mod konġunt bejn l-Istati Membri u/jew il-pajjiżi assoċjati li jikkofinanzjaw l-azzjoni.
Artikolu 24
Kriterji addizzjonali tal-għoti
Minbarra l-kriterji tal-għoti msemmija fl-Artikolu 13, il-programm ta' ħidma jista' wkoll jikkunsidra:
(a) il-kontribut għal żieda fl-effiċjenza tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti u t-teknoloġiji tad-difiża, inkluż il-kosteffikaċja u l-potenzjal għal sinerġiji fil-proċess tal-akkwist u tal-manutenzjoni u fil-proċessi tar-rimi;
(b) il-livell ta' koperazzjoni bejn l-Istati Membri involuti fl-azzjoni eliġibbli.
(ba) il-volum previst tal-akkwist u l-effett mistenni fuq il-kapaċitajiet u n-nefqa ta' difiża tal-Istati Membri, u l-Awtonomija Strateġika Ewropea.
Artikolu 25
Sjieda tar-riżultati
1. L-Unjoni la għandu jkollha sjieda ta' prodotti jew teknoloġiji li jirriżultaw mill-azzjoni tal-iżvilupp u lanqas ma għandu jkollha xi dritt tal-proprjetà intellettwali relatat mar-riżultati tal-azzjoni.
1a. Is-sjieda tar-riżultati tal-azzjonijiet għandha tkun tal-benefiċjarji li ġġenerawhom. Meta l-entitajiet legali jiġġeneraw riżultati b'mod konġunt, u meta l-kontribut rispettiv tagħhom ma jkunx jista' jiġi aċċertat, jew ma tkunx tista' ssir separazzjoni ta' dawn ir-riżultati konġunti, l-entitajiet legali għandu jkollhom sjieda konġunta tar-riżultati. Is-sidien konġunti għandhom jikkonkludu ftehim dwar l-allokazzjoni u t-termini tal-eżerċizzju ta' dik is-sjieda konġunta, f'konformità mal-obbligi tagħhom taħt il-ftehim tal-għotja.
2. Ir-riżultati tal-azzjonijiet li jirċievu appoġġ mill-Fond ma għandhomx ikunu soġġetti għal kontrolli jew restrizzjonijiet mill-pajjiżi terzi mhux assoċjati jew mill-entitajiet ta' pajjiżi terzi mhux assoċjati, direttament jew indirettament, permezz ta' entità legali intermedjarja waħda jew aktar, inkluż f'termini ta' trasferiment tat-teknoloġija.
3. Fir-rigward tar-riżultati ġġenerati mill-benefiċjarji taħtdan ir-Regolament, u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tiġi notifikata ex ante, għall-inqas sitt ġimgħat qabel, bi kwalunkwe trasferiment ta' sjieda jew għoti ta' liċenzji lil pajjiżi terzi mhux assoċjati jew lil entitajiet ta' pajjiżi terzi mhux assoċjati. Jekktali trasferiment ta' sjieda jew l-għoti ta' liċenzji jmorru kontra l-interessi tas-sigurtà u tad-difiża tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha jew kontra l-għanijiet ta' dan ir-Regolament kif stabbiliti fl-Artikolu 3,▌il-finanzjament mogħti mill-Fond għandu jiġi rimborżat.
4. B'deroga mill-paragrafu 1, meta l-assistenza tal-Unjoni tingħata fil-forma ta' akkwist pubbliku, l-Unjoni għandu jkollha s-sjieda tar-riżultati u l-Istati Membri u/jew il-pajjiżi assoċjati għandu jkollhom id-dritt, mingħajr ħlas, għal liċenzja mhux esklussiva biex jużaw ir-riżultati meta jitolbu dan bil-miktub.
Artikolu 26
Informazzjoni tal-meniġer tal-proġett
Jekk xi meniġer tal-proġett jinħatar mill-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-meniġer tal-proġett dwar il-progress li sar fir-rigward tal-azzjoni qabel tmexxi l-ħlas lill-benefiċjarju tal-azzjoni eliġibbli.
TITOLU IV
GOVERNANZA, MONITORAĠĠ, EVALWAZZJONI U KONTROLL
Artikolu 27
Programmi ta' ħidma
1. Il-Fond għandu jiġi implimentat permezz ta' programmi ta' ħidma annwali jew pluriennali stabbiliti skont l-Artikolu [110] tar-Regolament Finanzjarju. ▌
1a. Il-programmi ta' ħidma jistgħu, b'mod partikolari, iqisu l-istrateġiji żviluppati fl-Aġenda Strateġika Globali għar-Riċerka (OSRA) u fil-Każijiet Strateġiċi ta' Kuntest (SCCs) tas-CDP.
1b. Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-koerenza tal-programmi ta' ħidma matul il-ġestjoni taċ-ċiklu tal-ħajja ta' prodotti u teknoloġiji fil-qasam tad-difiża.
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-programmi ta' ħidma permezz ta' atti delegati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 28a.
2a. Il-programmi ta' ħidma għandhom jistabbilixxi fid-dettall il-kategoriji tal-proġetti li jridu jiġu ffinanzjati mill-Fond. Dawk il-programmi ta' ħidma għandhom ikunu konformi mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3.
2b. Abbażi tal-proċess ta' elaborazzjoni tal-programmi ta' ħidma, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni bil-quddiem tal-każijiet ta' duplikazzjoni possibbli bil-kapaċitajiet eżistenti jew bi proġetti ta' riċerka jew ta' żvilupp diġà ffinanzjati fl-Unjoni.
▌
Artikolu 28a
Eżerċizzju tad-Delega
1. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa li jiġu adottati l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 27 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' seba' snin minn [data tad-dħul fis-seħħ].
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 27 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-Deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet(16).
Artikolu 29
Esperti indipendenti
1. Il-Kummissjoni għandha taħtar esperti indipendenti biex jassistu fl-evalwazzjoni ta' proposti skont l-Artikolu [237] tar-Regolament Finanzjarju. ▌
2. L-esperti indipendenti għandhom ikunu ċittadini tal-Unjoni minn firxa kemm jista' jkun wiesgħa ta' Stati Membri identifikati u magħżula permezz ta' sejħiet għal espressjonijiet tal-interess▌ħalli tiġi stabbilita lista ta' esperti. B'deroga mill-Artikolu [237] tar-Regolament Finanzjarju, din il-lista ma għandhiex issir pubblika, kollha kemm hi jew in parti, fejn tkun meħtieġa għal raġunijiet ta' protezzjoni tas-sigurtà pubblika.
3. L-esperti indipendenti għandu jkollhom l-awtorizzazzjoni xierqa tas-sigurtà maħruġa minn Stat Membru.
▌
5. L-esperti indipendenti għandhom jintgħażlu abbażi tal-ħiliet, l-esperjenza u l-għarfien tagħhom li jeħtieġu biex iwettqu l-kompiti assenjati lilhom.
5a. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li espert li jkollu kunflitt ta' interess fir-rigward ta' materja li fuqha l-espert huwa meħtieġ jipprovdi opinjoni ma jevalwax, ma jagħtix parir jew ma jassistix dwar il-materja speċifika inkwistjoni.
Artikolu 30
Applikazzjoni tar-regoli dwar informazzjoni klassifikata
1. Fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament:
(a) kull Stat Membru jew pajjiż assoċjat għandu jiżgura li r-regolamenti nazzjonali tiegħu dwar is-sigurtà joffru grad ta' protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata tal-Unjoni Ewropea li jkun ekwivalenti għal dak li jagħtu r-regoli dwar is-sigurtà stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE(17) u li jagħtu r-regoli dwar is-sigurtà tal-Kunsill stabbiliti fl-Annessi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE(18);
(b) L-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati għandhom jinformaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar ir-regolamenti nazzjonali dwar is-sigurtà msemmija fil-punt (a);
(c) il-persuni fiżiċi residenti f'pajjiżi terzi mhux assoċjati u l-persuni ġuridiċi stabbiliti f'pajjiżi terzi mhux assoċjati jistgħu jittrattaw informazzjoni klassifikata tal-UE fir-rigward tal-Fond biss meta dawn ikunu soġġetti, f'dawk il-pajjiżi, għal regolamenti dwar is-sigurtà li jiżguraw grad ta' protezzjoni li jkun minn tal-inqas ekwivalenti għal dak li jagħtu r-regoli dwar is-sigurtà tal-Kummissjoni stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 u li jagħtu r-regoli dwar is-sigurtà tal-Kunsill stabbiliti fl-Annessi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE. L-ekwivalenza tar-regolamenti dwar is-sigurtà applikati f'pajjiż terz jew f'organizzazzjoni internazzjonali għandha tiġi definita fi ftehim dwar is-sigurtà tal-informazzjoni, li jinkludi kwistjonijiet tas-sigurtà industrijali jekk ikunu rilevanti, li jiġi konkluż bejn l-Unjoni u dak il-pajjiż terz jew dik l-organizzazzjoni internazzjonali b'konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 218 tat-TFUE u billi jitqies l-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni 2013/488/UE;
(d) mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE u għar-regoli li jirregolaw il-qasam tas-sigurtà industrijali kif stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444, persuna fiżika jew persuna ġuridika, pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali jista' jingħatalhom aċċess għal informazzjoni klassifikata tal-UE meta jitqies meħtieġ fuq bażi ta' każ b'każ, skont in-natura u l-kontenut ta' din l-informazzjoni, il-ħtieġa għall-għarfien tal-benefiċjarju u l-grad ta' vantaġġ għall-Unjoni.
2. Meta l-azzjonijiet ikunu jinvolvu, jeħtieġu u/jew jinkludu informazzjoni klassifikata , il-korp rilevanti ta' finanzjament għandu jispeċifika fid-dokumenti tas-sejħa għal proposti/offerti, il-miżuri u r-rekwiżiti meħtieġa biex tkun żgurata s-sigurtà ta' din l-informazzjoni fil-livell meħtieġ.
3. Biex jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-informazzjoni sensittiva bejn il-Kummissjoni, il-benefiċjarji u, meta applikabbli, l-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sistema sigura tal-iskambju elettroniku.
Artikolu 31
Monitoraġġ u rappurtar
1. L-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tal-progress tal-Fond biex jintlaħqu l-għanijiet ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3 huma stabbiliti fl-Anness.
2. Biex tiżgura valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Fond biex jintlaħqu l-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 36 biex temenda l-Anness ħalli tirrevedi jew tikkumplimenta l-indikaturi meta meqjus meħtieġ u biex tissupplimenta dan ir-Regolament b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' qafas tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni.
3. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja u tevalwa b'mod regolari l-implimentazzjoni tal-Fond u tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress li jkun sar. Dak ir-rapport annwali għandu jkun fih taqsima dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 7. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-arranġamenti meħtieġa tal-monitoraġġ.
4. Is-sistema tar-rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data tal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-Fond tinġabar b'mod effiċjenti, effettiv u fil-ħin. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti tar-rapportar proporzjonati fuq il-benefiċjarji tal-fondi tal-Unjoni.
Artikolu 32
Evalwazzjoni tal-Fond
1. L-evalwazzjonijiet għandhom isiru fil-ħin biex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.
2. L-evalwazzjoni interim tal-Fond għandha ssir malli jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Fond, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-Fond. Ir-rapport tal-evalwazzjoni interim għandu jinkludi, b'mod partikolari, valutazzjoni tal-governanza tal-Fond, it-tagħlimiet meħuda mill-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża u l-Azzjoni Preparatorja għar-Riċerka dwar id-Difiża, valutazzjoni tal-implementazzjoni tal-proċeduri ta' etika kif imsemmi fl-Artikolu 7, ir-rati ta' implimentazzjoni, ir-riżultati tal-għoti tal-proġetti, inkluż l-involviment tal-SMEs u tal-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja u l-grad tal-parteċipazzjoni transfruntiera tagħhom, id-distribuzzjoni tal-fondi fost kategoriji differenti ta' sottokuntratturi skont id-definizzjoni msemmija fil-punt 9 tal-Artikolu 10, il-baġit allokat għal teknoloġiji rivoluzzjonarji u l-finanzjament mogħti skont l-Artikolu [195] tar-Regolament Finanzjarju sal-31 ta' Lulju 2024. L-evalwazzjoni interim għandu jkun fiha wkoll informazzjoni dwar il-pajjiżi tal-oriġini tal-benefiċjarji u n-numru ta' pajjiżi involuti fi proġetti individwali, u, meta possibbli, id-distribuzzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ġġenerati. Il-Kummissjoni tista' tippreżenta proposti għal kwalunkwe emenda xierqa għal dan ir-Regolament.
3. Fi tmiem il-perjodu tal-implimentazzjoni, iżda sa mhux aktar tard minn erba' snin wara l-31 ta' Diċembru 2027, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni finali tal-implimentazzjoni tal-Fond. Ir-rapport tal-evalwazzjoni finali għandu jinkludi r-riżultati tal-implimentazzjoni u, sa fejn possibbli f'mument partikolari, l-impatt tal-Fond. Ir-rapport, imsejjes fuq konsultazzjonijiet rilevanti mal-Istati Membri, mal-pajjiżi assoċjati u mal-partijiet ikkonċernati ewlenin, għandu jevalwa b'mod partikolari l-progress li jkun sar biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3. Għandu janalizza wkoll il-parteċipazzjoni transfruntiera, inkluż tal-SMEs u tal-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja, fil-proġetti implimentati permezz tal-Fond kif ukoll l-integrazzjoni tal-SMEs u tal-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja fil-katina tal-valur globali. Ir-rapport għandu jkun fih ukoll informazzjoni dwar il-pajjiżi tal-oriġini tal-benefiċjarji u, meta possibbli, id-distribuzzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ġġenerati.
4. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, mehmuża mal-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.
Artikolu 33
Awditi
L-awditjar tal-użu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni mwettaq minn persuni jew entitajiet, inkluż minn dawk li mhumiex imqabbda mill-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni, għandu jifforma l-bażi tal-assigurazzjoni kumplessiva skont l-Artikolu [127] tar-Regolament Finanzjarju. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandha teżamina l-kontijiet tad-dħul u l-ħruġ kollha tal-Unjoni skont l-Artikolu 287 tat-TFUE.
Artikolu 34
Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni
Meta pajjiż terz jieħu sehem fil-Fond permezz ta' deċiżjoni skont ftehim internazzjonali jew permezz ta' kwalunkwe strument legali ieħor, il-pajjiż terz għandu jagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b'mod komprensiv. Fil-każ tal-OLAF, dawn id-drittijiet għandhom jinkludu d-dritt li jwettaq investigazzjonijiet, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fil-post, previsti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF).
Artikolu 35
Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità
1. Il-benefiċjarji tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni, b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom, billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inkluż lill-midja u lill-pubbliku.
2. Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni relatati mal-Fond, u l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Fond għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, diment li dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3. Dawk ir-riżorsi finanzjarji jistgħu jintużaw għal proġetti dwar statistika dwar l-industrija tad-difiża u proġetti pilota għall-ġbir tad-data.
TITOLU V
ATTI DELEGATI, DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U FINALI
Artikolu 36
Atti delegati
1. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 31 għal perjodu taż-żmien mhux determinat li jibda mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 31 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-Deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.
3. Qabel ma tadotta l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.
4. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 31 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn wara n-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jew jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 37
Revoka
Ir-Regolament (UE) Nru …/…. (il-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża) huwa mħassar b'effett mill-1 ta' Jannar 2021.
Artikolu 38
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
1. Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-kontinwazzjoni jew il-modifika tal-azzjonijiet ikkonċernati, sal-għeluq tagħhom, skont [ir-Regolament dwar il-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża] kif ukoll l-Azzjoni Preparatorja għar-Riċerka dwar id-Difiża, li għandu jibqa' japplika għall-azzjonijiet ikkonċernati sal-għeluq tagħhom.
2. Il-pakkett finanzjarju tal-Fond jista' jkopri wkoll l-ispejjeż tal-assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa biex tkun żgurata t-tranżizzjoni bejn il-Fond u l-miżuri adottati permezz tal-predeċessuri tiegħu, [ir-Regolament dwar il-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża] kif ukoll l-Azzjoni Preparatorja għar-Riċerka dwar id-Difiża.
3. Jekk meħtieġ, jistgħu jiddaħħlu approprjazzjonijiet fil-baġit lil hinn mill-2027 biex ikopru l-ispejjeż previsti fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 4, ħalli tkun tista' ssir il-ġestjoni tal-azzjonijiet li ma jkunux tlestew sal-31 ta' Diċembru 2027.
Artikolu 39
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Id-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dtas-6 ta’ Mejju 2009war l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta' prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità, (ĠU L 146, 10.6.2009), p. 1; Id-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta' ċerti kuntratti ta' xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u Direttivi emendatorji 2004/17/KE u 2004/18/KE (ĠU L 216, 20.8.2009, p. 76).2 Ir-Regolament (UE) 2018/1092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 li jistabbilixxi l-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża bil-għan li jappoġġa l-kompetittività u l-kapaċità ta' innovazzjoni tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni (ĠU L 200, 7.8.2018, p. 30).
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea) (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).
Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
Ir-referenza trid tiġi aġġornata: ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1. Il-ftehim jinsab fuq: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=uriserv%3AOJ.C_.2013.373.01.0001.01.ENG&toc=OJ%3AC%3A2013%3A373%3ATOC
Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1.
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).
Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2)
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE"), ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1.
Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
Id-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta' prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità (ĠU L 146, 10.6.2009, p. 1).
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).
Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.03.2014, p. 65).
Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.03.2014, p. 243).
Id-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta' ċerti kuntratti ta' xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 216, 20.08.2009, p. 76).