Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/0228(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0409/2018

Testi mressqa :

A8-0409/2018

Dibattiti :

PV 11/12/2018 - 21
CRE 11/12/2018 - 21

Votazzjonijiet :

PV 12/12/2018 - 19.2
CRE 12/12/2018 - 19.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 17/04/2019 - 16.13

Testi adottati :

P8_TA(2018)0517
P8_TA(2019)0420

Testi adottati
PDF 408kWORD 121k
L-Erbgħa, 12 ta' Diċembru 2018 - Strasburgu
L-istabbiliment tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa ***I
P8_TA(2018)0517A8-0409/2018
Test
 Test konsolidat

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-12 ta' Diċembru 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) 283/2014 (COM(2018)0438 – C8-0255/2018– 2018/0228(COD))(1)
EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW(2)
għall-proposta tal-Kummissjoni
---------------------------------------------------------

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

[Emenda 1, sakemm mhux indikat mod ieħor]

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għal negozjati interistituzzjonali lill-kumitati responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’subparagrafu (A8-0409/2018).
(2)* Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.


Proposta għal
REGOLAMENT (UE) .../... TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 172 u 194 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)  Sabiex tikseb tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv u sabiex tistimola l-ħolqien tal-impjiegi u tirrispetta l-impenji ta' dekarbonizzazzjoni fit-tul, l-Unjoni teħtieġ infrastruttura tal-aktar teknoloġija riċenti, multimodali u bi prestazzjoni għolja, li tikkontribwixxi biex tikkollega u tintegra l-Unjoni u r-reġjuni kollha tagħha inklużi dawk imbiegħda, ultraperiferiċi, insulari, periferali u r-reġjuni muntanjużi, fis-setturi tat-trasport, diġitali u tal-enerġija. Jenħtieġ li dawn il-konnessjonijiet jgħinu biex itejbu l-moviment ħieles tal-persuni, inklużi PMM, tal-merkanzija, tal-kapital u tas-servizzi. Jenħtieġ li n-netwerks trans-Ewropej jiffaċilitaw il-konnessjonijiet transfruntiera, irawmu aktar koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, u jikkontribwixxu għal ekonomija soċjali tas-suq aktar kompetittiva u aktar sostenibbli kif ukoll għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

(2)  L-għan tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa ("il-Programm") huwa li tħaffef l-investiment fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej u li tagħti spinta lill-fondi mis-settur pubbliku u dak privat, filwaqt li żżid iċ-ċertezza legali u r-rispett għall-prinċipju tan-newtralità teknoloġika. Jenħtieġ li l-Programm jagħti lok kemm jista' jkun għal sinerġiji bejn is-setturi tat-trasport, tal-enerġija u dak diġitali, biex b'hekk tissaħħaħ l-effettività tal-azzjoni tal-Unjoni u jiġu ottimizzati l-kostijiet tal-implimentazzjoni.

(2a)  Jenħtieġ li l-Programm jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-aċċessibbiltà territorjali u l-konnettività tar-reġjuni kollha tal-Unjoni, inklużi r-reġjuni remoti, ultraperiferiċi, insulari, periferiċi, muntanjużi u transfruntiera, kif ukoll f'żoni depopolati u b'popolazzjoni baxxa;

(3)  Jenħtieġ li l-Programm jikkontribwixxi wkoll għall-azzjoni tal-UE kontra t-tibdil fil-klima, l-appoġġ ta' proġetti sostenibbli mill-aspett ambjentali u soċjali u, meta jkun xieraq, azzjonijiet ta' mitigazzjoni u ta' adattament għat-tibdil fil-klima. B'mod partikolari, jenħtieġ li jissaħħu l-kontribuzzjoni tal-Programm għall-kisba tal-miri u tal-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi kif ukoll il-miri tal-klima u tal-enerġija għall-2030 u d-dekarbonizzazzjoni fit-tul.

(3a)   Il-Programm għandu jiggarantixxi livell għoli ta' trasparenza, billi jipprovdi aċċess għad-dokumenti rilevanti speċjalment f'każijiet fejn il-proġetti jaffettwaw l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem. Il-proċedura ta' valutazzjoni tal-proġetti għandha tqis ukoll il-kriterji soċjali u ta' koeżjoni, u b'mod partikolari l-aċċettazzjoni mill-komunitajiet lokali. [Em. 82]

(4)  Għaldaqstant, dan ir-Regolament, filwaqt li jirrifletti l-importanza tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima bi qbil mal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi, kif ukoll mal-impenn tagħha lejn is-17-il Għan ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, jenħtieġ li jirrazzjonalizza l-azzjoni klimatika u li jwassal għall-ilħiq ta' mira kumplessiva ta' 25 % tal-infiq baġitarju tal-UE b'appoġġ għall-għanijiet klimatiċi(3). L-azzjonijiet fil-qafas ta' dan il-Programm huma mistennija jikkontribwixxu 60 % mill-pakkett finanzjarju kumplessiv tal-Programm għall-għanijiet klimatiċi, fost l-oħrajn abbażi tal-indikaturi ta' Rio ▌. L-infiq marbut mal-infrastruttura ferrovjarja u tal-passaġġi fuq l-ilma, mal-infrastruttura tal-iċċarġjar, mal-fjuwils alternattivi u sostenibbli għall-modi tat-trasport kollha, mal-effiċjenza tal-enerġija, mat-trasport urban nadif, mat-trażmissjoni tal-elettriku, mal-ħżin tal-elettriku, mal-grilji intelliġenti, mat-trasportazzjoni tas-CO2 ▌ mal-enerġija rinnovabbli, ▌ mal-passaġġi fuq l-ilmijiet interni, ▌mat-trasport multimodali kif ukoll mal-infrastruttura tal-gass jenħtieġ li jitqies konformi mal-objettivi dwar it-tibdil fil-klima. Se jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm, u dawn se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-proċessi rilevanti ta' evalwazzjonijiet u ta' rieżami. Sabiex jiġi evitat li l-infrastruttura tkun vulnerabbli għal impatt potenzjali fit-tul mit-tibdil fil-klima, u sabiex jiġi żgurat li l-kost tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra kkaġunati mill-proġett jiġi inkluż fl-evalwazzjoni ekonomika tal-proġett, il-proġetti appoġġjati mill-Programm jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-protezzjoni klimatika skont il-gwida li jenħtieġ li tiġi żviluppata mill-Kummissjoni b'mod koerenti mal-gwida żviluppata għal programmi oħra tal-Unjoni fejn rilevanti. F'konformità mal-objettivi u l-impenji tal-Unjoni biex jitnaqqas l-impatt tat-tibdil fil-klima, il-Programm jinkoraġġixxi bidla modali għal modi ta' trasport aktar sostenibbli bħall-ferrovija, it-trasport urban nadif, it-trasport marittimu u l-passaġġi fuq l-ilma intern;

(5)  Għall-konformità mal-obbligi ta' rapportar stipulati fl-Artikolu 11(c) tad-Direttiva 2016/2284/UE dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi, li temenda d-Direttiva 2003/35/KE u tħassar id-Direttiva 2001/81/KE, fir-rigward tal-adozzjoni ta' fondi tal-Unjoni biex jappoġġjaw il-miżuri meħudin bil-għan li jikkonformaw mal-għanijiet ta' din id-Direttiva, in-nefqa marbuta mat-tnaqqis tal-emissjonijiet jew tal-inkwinanti tal-arja skont din id-Direttiva jenħtieġ li jkunu ttraċċati.

(6)  Għan importanti ta' dan il-Programm huwa li jinħolqu aktar sinerġiji u komplementarjetà bejn is-setturi tat-trasport, tal-enerġija u dak diġitali. Għal dan il-għan, ▌ il-programmi ta' ħidma jistgħu jindirizzaw b'mod effettiv oqsma speċifiċi ta' intervent, pereżempju fir-rigward tal-mobilità konnessa u awtomatizzata, il-fjuwils alternattivi sostenibbli inkluża l-infrastruttura rilevanti għall-modi tat-trasport kollha jew l-infrastruttura transfruntiera konġunta, u jenħtieġ li jipprevedu aktar flessibbiltà biex jinkorporaw l-appoġġ finanzjarju f'dawn is-setturi. L-attivazzjoni tal-komunikazzjoni diġitali tista' tikkostitwixxi parti integrali ta' proġett ta' interess komuni fil-qasam tal-enerġija u tat-trasport. Jenħtieġ li, f'kull settur, il-Programm jipprevedi l-possibbiltà li jitqiesu eliġibbli ċerti komponenti sinerġetiċi li jappartienu għal settur ieħor, fejn tali approċċ itejjeb il-benefiċċju soċjoekonomiku tal-investiment. Is-sinerġiji bejn is-setturi jenħtieġ li jiġu inċentivati permezz tal-kriterji tal-għoti għall-għażla tal-azzjonijiet, kif ukoll f'termini ta' konfinanzjament akbar.

(7)  Il-linji gwida dwar in-netwerk trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T) kif stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill(4) (minn hawn 'il quddiem "il-linji gwida tat-TEN-T") jidentifikaw l-infrastruttura tat-TEN-T, jispeċifikaw ir-rekwiżiti li għandhom ikunu ssodisfati minnha, u jipprevedu miżuri biex jiġu implimentati. Dawk il-linji gwida jipprevedu b'mod partikolari t-tlestija tan-netwerk ewlieni sal-2030 permezz tal-ħolqien ta' infrastruttura ġdida, kif ukoll permezz tal-aġġornament u r-riabilitazzjoni sostanzjali tal-infrastruttura eżistenti.

(7a)   Azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' proġetti ta' interess komuni fis-settur tat-trasport, iffinanzjati mill-Programm, jenħtieġ li jibnu fuq il-komplementarjetà tal-modi kollha tat-trasport sabiex jipprevedu netwerks effiċjenti, interkonnessi u multimodali, sabiex tiġi żgurata konnettività mal-Unjoni kollha;

(8)  Sabiex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti fil-linji gwida dwar it-TEN-T, jenħtieġ li jiġu appoġġjati bi prijorità il-proġetti li għaddejjin tat-TEN-T kif ukoll il-konnessjonijiet transfruntiera, konġestjonijiet, il-prijoritajiet orizzontali, il-konnessjonijiet neqsin u n-nodi urbani, kif ukoll li jiġi żgurat, fejn applikabbli, li l-azzjonijiet appoġġjati huma konsistenti mal-pjanijiet ta' ħidma tal-kurituri stabbiliti skont l-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 u mal-iżvilupp ġenerali tan-netwerk rigward il-prestazzjoni u l-interoperabbiltà.

(8a)   F'xi każijiet, il-proġetti li jitwettqu fit-territorju ta' Stat Membru wieħed għandhom impatt transfruntier sostanzjali u joħolqu valur li jaqbeż il-fruntieri nazzjonali, billi jtejbu l-konnettività transfruntiera ħdejn il-baħar jew billi jtejbu l-konnettività mal-ekonomija interna usa' lil hinn mill-fruntieri nazzjonali. Għalhekk, il-proġetti li juru tali impatt jenħtieġ li jitqiesu bħala transfruntiera.

(8b)   Sabiex jitqiesu ċ-ċirkustanzi eċċezzjonali li jippreżenta l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, jenħtieġ li tiġi prevista l-konnettività bejn l-Irlanda u l-Ewropa kontinentali billi jiġu mmodifikati r-rotta u l-kompożizzjoni tal-kurituri TEN-T sabiex jiġu integrati r-rabtiet marittimi bejn il-portijiet Irlandiżi u dawk kontinentali tan-netwerk ċentrali u tan-netwerk globali.

(9)  Sabiex jirrifletti l-flussi tat-trasport dejjem jikbru u l-evoluzzjoni tan-netwerk, jenħtieġ li jiġi adattat l-allinjament tal-kurituri tan-netwerk ewlieni, is-sezzjonijiet tagħhom identifikati minn qabel u l-kapaċità tagħhom. Dawn l-adattamenti għan-netwerk ewlieni jenħtieġ li ma jaffettwawx it-tlestija tiegħu sal-2030, jenħtieġ li jtejjbu l-kopertura tal-kurituri tat-territorju tal-UE u jenħtieġ li jkunu proporzjonati sabiex jippreżervaw il-konsistenza u l-effiċjenza tal-iżvilupp u l-koordinazzjoni tal-kurituri. Għal dan il-għan, it-tul tal-kurituri tan-netwerk ewlieni m'għandux jiżdied b'iktar minn 15 %. L-evoluzzjonijiet fin-netwerk komprensiv iridu jiġu mmonitorjati u vvalutati sabiex tiġi żgurata r-rilevanza tas-sezzjonijiet.

(10)  Huwa meħtieġ li jiġu promossi l-investimenti pubbliċi u privati favur mobilità intelliġenti, interoperabbli, sostenibbli, multimodali, inklużiva, aċċessibbli għall-PMM, sikura u sigura mal-Unjoni kollha għall-modi kollha tat-trasport. Fl-2017, il-Kummissjoni ressqet(5) "L-Ewropa Attiva" sensiela wiesgħa ta' inizjattivi biex jagħmlu t-traffiku aktar sikur, biex iħeġġu t-tariffi intelliġenti għall-użu tat-toroq, biex inaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2, it-tniġġis tal-arja u l-konġestjoni, biex jippromwovu l-mobilità konnessa u awtonoma, u biex jiżguraw kundizzjonijiet xierqa u ħinijiet ta' mistrieħ għall-ħaddiema. Jenħtieġ li dawn l-inizjattivi jkunu akkumpanjati minn appoġġ finanzjarju tal-Unjoni, fejn rilevanti permezz ta' dan il-Programm, pereżempju sabiex titħaffef l-implimentazzjoni tat-takografu intelliġenti u l-modifika tiegħu.

(11)  Fir-rigward tat-teknoloġiji ġodda u l-innovazzjoni, il-linji gwida tat-TEN-T jitolbu li dan jippermetti d-dekarbonizzazzjoni tal-modi kollha tat-trasport ▌ billi jistimula l-effiċjenza tal-enerġija u l-użu ta' fjuwils alternattivi, filwaqt li jirrispetta l-prinċipju tan-newtralità teknoloġika. Id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6) tistabbilixxi qafas komuni ta' miżuri għall-implimentazzjoni ta' infrastruttura ta' fjuwils alternattivi għall-modi kollha tat-trasport fl-Unjoni sabiex tonqos kemm jista' jkun id-dipendenza fuq il-fjuwils fossili u jittaffa l-impatt ambjentali tat-trasport, u teżiġi li l-Istati Membri jiżguraw li punti tal-iċċarġjar mill-ġdid jew għat-teħid ta' fjuwil aċċessibbli għall-pubbliku jkunu disponibbli sal-31 ta' Diċembru 2025. Kif inhu ddettaljat fil-proposti tal-Kummissjoni(7) ta' Novembru 2017, jeħtieġ sett komprensiv ta' miżuri għall-promozzjoni tal-mobilità b'emissjonijiet baxxi, inkluż appoġġ finanzjarju fejn il-kundizzjonijiet tas-suq ma jagħtux inċentiv biżżejjed.

(12)  Fil-kuntest tal-kommunikazzjoni tagħha "Sustainable Mobility for Europe: Safe, connected and clean"(8) (Mobilità sostenibbli għall-Ewropa: sikura, konnessa u nadifa), il-Kummissjoni ssottolinjat li l-vetturi awtomatizzati u s-sistemi ta' konnettività avvanzata se jagħmlu l-vetturi iktar sikuri, iktar faċli biex jinqasmu u iktar aċċessibbli għaċ-ċittadini, inkluż dawk li jistgħu jkunu maqtugħin mis-servizzi tal-mobilità llum, bħall-anzjani u l-persuni b'mobilità mnaqqsa. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni pproponiet ukoll "Pjan ta' Azzjoni Strateġika tal-UE dwar is-Sikurezza tat-Toroq" u reviżjoni tad-Direttiva 2008/96/KE dwar il-ġestjoni tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq. Fl-istess ħin, regolamenti oħra, bħad-Direttiva 2004/54/KE dwar il-ħtiġiet minimi tas-sigurtà għall-mini fin-Network Trans-Ewropew tat-Toroq jeħtiġilhom jiġu adattati għall-istandards ġodda tas-sikurezza u d-diġitalizzazzjoni tas-settur tat-trasport. It-titjib tas-sikurezza irid ikun prijorità fis-settur ferrovjarju wkoll. B'mod partikolari, huwa importanti li jsir investiment fis-sikurezza tal-intersezzjonijiet (jiġifieri sinjali, titjib fl-infrastrutturi). Fl-2012, fil-114,000 intersezzjoni fl-istess livell eżistenti fl-UE, kien hemm 573 inċident sinifikanti li rriżultaw fi 369 mewta u 339 persuna li sofrew minn ġrieħi gravi (Rapport tal-ERA 2014). Konsegwentement, għandha isir identifikazzjoni fil-livell tal-UE tal-intersezzjonijiet fl-istess livell li huma ta' riskju għoli għas-sikurezza sabiex isir investiment fit-titjib ta' dawn l-infrastrutturi, li maż-żmien għandhom jiġu sostitwiti b'pontijiet u passaġġi taħt l-art.

(13)  Sabiex ikun hemm titjib fit-tlestija ta' proġetti tat-trasport f'partijiet inqas żviluppati tan-netwerk, jenħtieġ li tiġi ttrasferita allokazzjoni tal-Fond ta' Koeżjoni lill-Programm għall-finanzjament ta' proġetti tat-trasport fl-Istati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni. F'fażi inizjali ▌ l-għażla tal-proġetti eliġibbli għall-finanzjament jenħtieġ li tirrispetta l-allokazzjonijiet nazzjonali taħt il-Fond ta' Koeżjoni. Fit-tmiem tal-fażi inizjali, ir-riżorsi ttrasferiti lill-Programm li ma ġewx impenjati għal infrastruttura tat-trasport jenħtieġ li jkunu allokati fuq bażi kompetittiva għal proġetti fl-Istati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni, bi prijorità għall-konnessjonijiet transfruntiera u l-konnessjonijiet neqsin. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tappoġġja lill-Istati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni fl-isforzi tagħhom biex jiżviluppaw pjan xieraq ta' proġetti, b'mod partikolari billi jsaħħu l-kapaċità istituzzjonali tal-amministrazzjonijiet pubbliċi kkonċernati.

(14)  Wara l-Komunikazzjoni Konġunta dwar it-titjib tal-mobilità doppja fl-Unjoni Ewropea ta' Novembru 2017(9), il-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Mobilità Militari adottat fit-28 ta' Marzu 2018 mill-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà(10) enfasizza li l-politika dwar l-infrastruttura tat-trasport toffri opportunità ċara biex jiżdiedu s-sinerġiji bejn il-ħtiġijiet ta' difiża u t-TEN-T, b'viżjoni ġenerali li titjieb il-mobilità madwar l-Unjoni. Il-Pjan ta' Azzjoni jindika li sa nofs l-2018, il-Kunsill huwa mistieden li jqis u jivvalida r-rekwiżiti militari b'rabta mal-infrastruttura tat-trasport, u li sal-2019, is-servizzi tal-Kummissjoni se jidentifikaw il-partijiet tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport li huma xierqa wkoll għall-użu doppju (ċivili u ta' difiża) tal-infrastruttura, inkluż fejn hemm il-possibbiltà li tittejjeb l-infrastruttura eżistenti. L-infrastruttura dejjem se jkollha użu doppju. Jenħtieġ li l-finanzjament tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-proġetti ta' użu doppju jiġi implimentat permezz tal-Programm abbażi ta' programmi ta' ħidma permezz ta' azzjonijiet li jistgħu jitkejlu li jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli kif definit fil-kuntest tal-Pjan ta' Azzjoni.

(14a)   L-istabbiliment tal-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Mobilità Doppja (ċivili u ta' difiża) fl-Unjoni huwa parti mill-għan ewlieni li tittejjeb il-mobilità fl-UE, u fl-istess ħin jindirizza l-isfidi loġistiċi u ta' mobilità stabbiliti fil-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK) tal-Unjoni Ewropea. għal dan l-iskop, l-armonizzazzjoni tal-istandards transfruntiera u r-regolamenti doganali, kif ukoll tal-proċeduri amministrattivi u leġiżlattivi hija essenzjali. Ir-rwol tal-impriżi konġunti tal-UE huwa kruċjali, fost oħrajn, għall-armonizzazzjoni tal-proċeduri amministrattivi u leġiżlattivi, kemm għall-FNE kif ukoll għall-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Mobilità Doppja (ċivili u ta' difiża). Il-Mobilità Doppja (ċivili u ta' difiża) se tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-FNE essenzjalment fi kwistjonijiet tal-baġit u l-miżuri biex tindirizza l-ħtiġijiet ġodda u futuri;

(15)  Fil-Komunikazzjoni tagħha "Sħubija strateġika aktar b'saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE"(11), il-Kummissjoni enfasizzat il-ħtiġijiet speċifiċi tat-trasport, tal-enerġija u dawk diġitali fir-reġjuni ultraperiferiċi u l-ħtieġa li jingħata finanzjament adegwat mill-Unjoni biex dawn il-ħtiġijiet jiġu ssodisfati, inkluż permezz tal-Programm billi jiġu applikati r-rati ta' kofinanzjament sa massimu ta' 85 %.

(16)  Meta jitqiesu l-ħtiġijiet ta' investiment sinifikanti biex jitlesta n-netwerk ewlieni tat-TEN-T sal-2030 (stmat għal EUR 350 biljun matul l-2021-2027), in-netwerk komprensiv tat-TEN-T sal-2050 u l-investimenti għad-dekarbonizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni urbani (stmati għal EUR 700 biljun matul l-2021-2027), jixraq li jinżamm baġit adegwat għas-settur tat-trasport, f'konformità ma' dak previst fil-bidu tal-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, u li jsir l-aktar użu effiċjenti tad-diversi programmi u strumenti ta' finanzjament tal-Unjoni, biex b'hekk jiġi massimizzat il-valur miżjud Ewropew tal-investimenti appoġġjati mill-Unjoni. Dan jinkiseb permezz ta' proċess ta' investiment razzjonalizzat, li jippermetti l-viżibbiltà tar-riżerva ta' proġetti tat-trasport u l-konsistenza fost programmi rilevanti tal-Unjoni, speċifikament il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond ta' Koeżjoni u l-InvestEU. B'mod partikulari, jenħtieġ li jitqiesu fejn rilevanti l-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà kif iddettaljati fl-Anness IV tar-Regolament (UE) XXX [ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u regoli finanzjarji għal dawk u għall-Fond tal-Asil u l-Migrazzjoni, il-Fond tas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Viża ("is-CPR")].

(17)  Ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12) jidentifika l-prijoritajiet tal-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea, li jeħtieġu jiġu implimentati sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-politika tal-Unjoni dwar l-enerġija u l-klima, jidentifika l-proġetti ta' interess komuni neċessarji biex jiġu implimentati dawk il-prijoritajiet, u jistipula miżuri fil-kamp tal-għoti ta' permessi, l-involviment pubbliku u regolamentazzjoni sabiex titħaffef u/jew tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta' dawk il-proġetti, inkluż kriterji għall-eliġibbiltà ta' tali proġetti għall-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni. Il-lista ta' proġetti ta' interess komuni u l-linji gwida tat-TEN-T jenħtieġ li tiġi riveduta sabiex tqis l-għanijiet u l-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi kif ukoll il-miri tal-Unjoni għall-klima u l-enerġija għall-2030 u 'l quddiem;

(18)  Id-Direttiva [id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli riformulata] tenfasizza l-ħtieġa li jiġi stabbilit qafas ta' abilitazzjoni li jinkludi l-użu mtejjeb tal-fondi tal-Unjoni, b'referenza espliċita għall-abilitazzjoni ta' azzjonijiet li jappoġġjaw il-kooperazzjoni transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli.

(19)  Filwaqt li t-tlestija tal-infrastruttura tan-netwerk tibqa' l-prijorità biex jinkiseb l-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli, l-integrazzjoni ta' kooperazzjoni transfruntiera fl-enerġija rinnovabbli u l-iżvilupp ta' sistema tal-enerġija intelliġenti u effiċjenti inklużi soluzzjonijiet ta' ħżin u ta' rispons għad-domanda li jgħinu biex jibbilanċjaw il-grilja, jirriflettu l-approċċ adottat taħt il-Pakkett Enerġija Nadifa għall-Ewropej kollha b'responsabbiltà kollettiva biex tintlaħaq mira ambizzjuża għall-enerġija rinnovabbli fl-2030, u l-kuntest ta' politika mibdul, li jiżgura tranżizzjoni soċjali ġusta u adegwata, b'objettivi ambizzjużi ta' dekarbonizzazzjoni fit-tul.

(20)  Teknoloġiji infrastrutturali innovattivi li jippermettu t-tranżizzjoni lejn sistemi ta' enerġija u ta' mobilità b'emissjonijiet baxxi ▌ u jtejbu s-sigurtà tal-provvista, filwaqt li jfittxu li jiksbu indipendenza tal-enerġija akbar għall-Unjoni, huma essenzjali fid-dawl tal-aġenda tad-dekarbonizzazzjoni tal-Unjoni. B'mod partikolari, fil-Komunikazzjoni tagħha tat-23 ta' Novembru 2017 "Komunikazzjoni dwar it-tisħiħ tan-netwerks tal-enerġija tal-Ewropa"(13), il-Kummissjoni enfasizzat li r-rwol tal-elettriku, fejn l-enerġija rinnovabbli se tikkostitwixxi nofs l-iġġenerar tal-elettriku sal-2030, se jkomplu jmexxu d-dekarbonizzazzjoni tas-setturi li sa issa huma ddominati mill-fjuwils fossili, bħat-trasport, l-industrija u t-tisħin u t-tkessiħ u li għaldaqstant, l-attenzjoni taħt il-politika tal-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea jeħtiġilha tkun ▌ fuq proġetti ta' interkonnessjonijiet tal-elettriku, ta' ħażniet tal-elettriku, ta' grilji intelliġenti u ta' investimenti fl-infrastruttura tal-gass. It-teknoloġiji u l-proġetti li jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni lejn ekonomija b'emissjonijiet baxxi jenħtieġ li jingħataw kunsiderazzjoni xierqa u prijorità bħala sostenn tal-għanijiet ta' dekarbonizzazzjoni, l-integrazzjoni tas-suq intern u s-sigurtà tal-provvista tal-Unjoni. Il-Kummissjoni se timmira li żżid in-numru ta' proġetti ta' grilji intelliġenti transfruntiera, ta' ħażna innovattiva u ta' trasportazzjoni tad-diossidu tal-karbonju appoġġjati fil-qafas tal-Programm.

(20a)   Huwa meħtieġ appoġġ lil proġetti tal-grilja intelliġenti, meta dawn il-proġetti jintegraw il-ġenerazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-konsum tal-elettriku billi jużaw il-ġestjoni ta' sistema f'ħin reali u jinfluwenzaw il-flussi transfruntiera tal-enerġija. Il-proġetti tal-enerġija jenħtieġ li jirriflettu aktar ir-rwol prinċipali tal-grilji intelliġenti fit-tranżizzjoni tal-enerġija u l-appoġġ mill-Programm jenħtieġ li jgħin biex jingħelbu l-lakuni fil-finanzjament li bħalissa qed jostakolaw l-investimenti favur l-implimentazzjoni fuq skala kbira tat-teknoloġija tal-grilji intelliġenti.

(20b)  Fir-rigward tal-interkonnessjoni tal-elettriku, ir-Regolament (UE) 2018/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija], jistabbilixxi mira ta' 15 % għall-interkonnessjoni tal-elettriku fost l-Istati Membri għall-2030. Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi biex tinkiseb din il-mira.

(21)  Il-kisba tas-suq uniku diġitali tiddependi fuq l-infrastruttura ta' konnettività diġitali sottostanti. Id-diġitalizzazzjoni tal-industrija Ewropea u l-modernizzazzjoni ta' setturi bħat-trasport, l-enerġija, il-kura tas-saħħa u l-amministrazzjoni pubblika tiddependi fuq l-aċċess universali għal netwerks affidabbli, affordabbli, kemm ta' kapaċità għolja kif ukoll ta' kapaċità għolja ħafna. Il-konnettività diġitali saret waħda mill-fatturi deċiżivi għall-għeluq ta' qasmiet ekonomiċi, soċjali u territorjali, billi tappoġġja l-modernizzazzjoni ta' ekonomiji lokali u tirfed id-diversifikazzjoni ta' attivitajiet ekonomiċi. Il-kamp ta' applikazzjoni tal-intervent tal-Programm fil-qasam tal-infrastruttura tal-konnettività diġitali jenħtieġ li jkun aġġustat sabiex jirrifletti ż-żieda fl-importanza tiegħu għall-ekonomija u s-soċjetà b'mod ġenerali. Għaldaqstant, hemm bżonn li jiġu stabbiliti l-proġetti ta' infrastruttura tal-konnettività diġitali ta' interess komuni meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet tas-suq uniku diġitali tal-Unjoni, u li jitħassar ir-Regolament (UE) Nru 283/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14).

(22)  Il-Komunikazzjoni dwar "Konnettività għal Suq Uniku Diġitali - Lejn Soċjetà Ewropea tal-Gigabits"(15) (l-Istrateġija tas-Soċjetà tal-Gigabits) tistabbilixxi għanijiet strateġiċi għall-2025, bil-għan li jiġi ottimizzat l-investiment fl-infrastruttura tal-konnettività diġitali. Id-Direttiva (UE) 2018/XXX [il-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi] timmira, fost l-oħrajn, li toħloq ambjent regolatorju li jinċentivizza l-investimenti privati fin-netwerks ta' konnettività diġitali. Madankollu huwa ċar li l-użu tan-netwerk se jirrikjedi aktar attenzjoni b'mod urġenti minħabba l-kosteffiċjenza limitata tiegħu madwar l-Unjoni, minħabba diversi fatturi bħad-distanza u speċifiċitajiet territorjali jew ġeografiċi, densità tal-popolazzjoni baxxa u diversi fatturi soċjoekonomiċi. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Programm ikollu wkoll l-għan li jikkontribwixxi għal bilanċ bejn iż-żoni rurali u urbani sabiex jikkontribwixxi għall-kisba ta' dawn l-għanijiet strateġiċi stipulati fl-Istrateġija tas-Soċjetà tal-Gigabits, b'mod li jikkomplementa l-appoġġ ipprovdut għall-implimentazzjoni ta' netwerks b'kapaċità għolja ħafna minn programmi oħra, b'mod partikolari l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond ta' InvestEU.

(23)  Filwaqt li n-netwerks ta' konnettività diġitali kollha li huma konnessi mal-internet huma intrinsikament trans-Ewropej, prinċipalment minħabba l-funzjonament tal-applikazzjonijiet u s-servizzi li jabilitaw, il-prijorità għall-appoġġ permezz tal-Programm jenħtieġ li tingħata lil azzjonijiet bl-ogħla impatt mistenni fuq is-Suq Uniku Diġitali, fost l-oħrajn permezz tal-allinjament tagħhom mal-għanijiet tal-Komunikazzjoni dwar l-Istrateġija għal Soċjetà tal-Gigabits, kif ukoll fuq it-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija u tas-soċjetà, b'kunsiderazzjoni tan-nuqqasijiet tas-suq u tal-ostakoli għall-implimentazzjoni osservati.

(24)  L-iskejjel, l-universitajiet, il-libreriji, l-amministrazzjonijiet lokali, reġjonali jew nazzjonali, il-fornituri ewlenin tas-servizzi pubbliċi, l-isptarijiet u ċ-ċentri mediċi, il-hubs tat-trasport u impriżi diġitalment intensivi, huma entitajiet u postijiet li jinfluwenzaw żviluppi soċjoekonomiċi importanti fiż-żona li jinsabu fiha, inklużi ż-żoni rurali u ż-żoni b'popolazzjoni baxxa. Dawn il-muturi soċjoekonomiċi jenħtieġ li jkunu fil-quċċata tal-konnettività Gigabit sabiex jipprovdu aċċess għall-aqwa servizzi u applikazzjonijiet liċ-ċittadini, u lill-komunitajiet tan-negozju u lokali Ewropej. Jenħtieġ li l-Programm jappoġġja l-aċċess għall-konnettività Gigabit, għall-konnettività b'veloċità għolja, inkluża konnettività mobbli tal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku, għal dawn il-muturi soċjoekonomiċi bl-għan li jimmassimizza l-effetti sekondarji pożittivi tagħhom fuq l-ekonomija u s-soċjetà usa', inkluż bl-iġġenerar ta' domanda usa' għall-konnettività u s-servizzi.

(25)  Barra minn hekk, fuq il-passi tas-suċċess tal-inizjattiva WiFi4EU, jenħtieġ li l-Programm ikompli jappoġġja l-provvediment ta' konnettività lokali bla fili, bla ħlas, sigura u ta' kwalità għolja fiċ-ċentri tal-ħajja pubblika lokali, inkluż l-entitajiet b'missjoni pubblika bħall-awtoritajiet pubbliċi u l-fornituri ta' servizzi pubbliċi kif ukoll fl-ispazji miftuħa aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali, sabiex jippromwovi l-viżjoni diġitali tal-Unjoni fil-komunitajiet lokali.

(25a)  L-infrastruttura diġitali hija bażi importanti għall-innovazzjonijiet. Sabiex il-programm jimmassimizza l-impatt tiegħu jenħtieġ li jiffoka fuq il-finanzjament tal-infrastruttura. Għalhekk, jenħtieġ li s-servizzi u l-applikazzjonijiet diġitali individwali, bħal dawk li jinvolvu diversi teknoloġiji tar-reġistru distribwit jew li japplikaw l-intelliġenza artifiċjali, ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Programm u minflok, kif xieraq, jiġu indirizzati permezz ta' strumenti oħra bħall-Ewropa Diġitali. Huwa importanti wkoll li jiġu massimizzati s-sinerġiji bejn il-programmi differenti.

(26)  Il-vijabbiltà tas-servizzi diġitali antiċipati tal-ġenerazzjoni li jmiss, bħas-servizzi u l-applikazzjonijiet tal-Internet tal-Oġġetti li huma mistennija li jkunu ta' benefiċċju sinifikanti f'diversi setturi u għas-soċjetà inġenerali, se tkun teħtieġ kopertura transfruntiera mingħajr interruzzjoni b'netwerks 5G, b'mod partikolari biex l-utenti u l-oġġetti jkunu jistgħu jibqgħu konnessi anki meta jkunu mobbli. Madankollu x-xenarji tal-qsim tal-kostijiet għall-użu tal-5G f'dawn is-setturi għadhom mhux ċari, u r-riskji perċepiti tal-użu kummerċjali f'ċerti oqsma ewlenin huma għoljin ħafna. Il-kurituri tat-toroq u l-konnessjonijiet ferrovjarji huma mistennija li jkunu oqsma ewlenin għall-ewwel fażi tal-applikazzjonijiet il-ġodda fil-qasam tal-mobilità konnessa u għalhekk jikkostitwixxu proġetti transfruntiera vitali għall-finanzjament fil-qafas ta' dan il-Programm.

(27)  It-territorji mhux konnessi fiż-żoni kollha tal-Unjoni, inkluż f'dawk ċentrali, jirrappreżentaw ostakli u potenzjal mhux sfruttat għas-suq uniku diġitali. F'ħafna miż-żoni rurali u mbiegħda, il-konnettività tal-internet ta' kwalità għolja jista' jkollha rwol essenzjali biex jiġi evitat id-distakk, l-iżolament u d-depopolazzjoni diġitali billi jonqsu l-ispejjeż għat-twassil tal-oġġetti u s-servizzi u parzjalment tiġi kkumpensata d-distanza. Il-konnettività tal-internet ta' kwalità għolja hija meħtieġa għal opportunitajiet ekonomiċi ġodda bħall-biedja ta' preċiżjoni jew l-iżvilupp ta' bijoekonomija f'żoni rurali. Jenħtieġ li l-Programm jikkontribwixxi biex jipprovdi lill-familji Ewropej kollha, rurali jew urbani, b'konnettività fissa jew bla fili ta' kapaċità għolja ħafna, billi jiffoka fuq dawk l-użi li għalihom huwa osservat grad ta' nuqqas tas-suq, u li jista' jkun indirizzat permezz ta' għotjiet ta' intensità baxxa. Meta jagħmel dan, jenħtieġ li l-Programm jimmira li jikseb kopertura komprensiva tad-djar u t-territorji, peress li mhuwiex ekonomiku li wieħed jindirizza iktar 'l quddiem il-lakuni f'żona diġà koperta.

(28)  L-implimentazzjoni ta' netwerks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi ċentrali, inkluż permezz ta' kejbils sottomarini li jgħaqqdu territorji Ewropej ma' pajjiżi terzi f'kontinenti oħrajn jew li jgħaqqdu gżejjer Ewropej jew territorji extra-Ewropej mal-kontinent, hija meħtieġa sabiex jiġi pprovdut it-tnaqqis meħtieġ għal infrastruttura tant essenzjali, u sabiex jiżdiedu l-kapaċità u r-reżiljenza tan-netwerks diġitali tal-Unjoni. Madankollu, proġetti bħal dawn spiss ma jkunux kummerċjalment vijabbli mingħajr l-appoġġ pubbliku.

(29)  Azzjonijiet li jikkontribwixxu għal proġetti ta' interess komuni fil-qasam tal-infrastruttura ta' konnettività diġitali se jimplimentaw l-iktar teknoloġija xierqa u l-aħjar teknoloġija disponibbli, filwaqt li jipproponu l-aqwa bilanċ bejn it-teknoloġiji l-iktar avvanzati f'termini ta' kapaċità ta' fluss tad-data, sigurtà tat-trażmissjoni, reżiljenza tan-netwerk, ċibersigurtà u kosteffiċjenza, u jenħtieġ li jiġu pprijoritizzati billi l-programmi ta' ħidma jqisu kriterji stipulati f'dan ir-Regolament. L-implimentazzjoni ta' netwerks b'kapaċità għolja ħafna tista' tinkludi infrastruttura passiva, bil-għan li jiġu massimizzati l-benefiċċji soċjoekonomiċi u ambjentali. Fl-aħħar nett, meta jiġu prijoritizzati azzjonijiet, ir-riperkussjonijiet pożittivi potenzjali f'termini ta' konnettività se jiġu kkunsidrati, pereżempju meta proġett implimentat jista' jtejjeb l-argument għall-vijabbiltà għal implimentazzjonijiet futuri li jwasslu għal aktar kopertura ta' territorji u popolazzjonijiet f'żoni li jkunu għadhom mhux koperti.

(30)  L-Unjoni żviluppat it-teknoloġija tagħha stess ta' Pożizzjonament, Navigazzjoni u Sinkronizzazzjoni (PNT, EGNOS/Galileo), kif ukoll is-sistema tagħha stess ta' osservazzjoni tal-Art (Copernicus). Kemm EGNOS/Galileo kif ukoll Copernicus joffru servizzi avvanzati li jipprovdu benefiċċji ekonomiċi importanti lill-utenti pubbliċi u privati. Għaldaqstant, kull infrastruttura tat-trasport, tal-enerġija jew diġitali ffinanzjata mill-Programm li tuża s-servizzi ta' PNT jew ta' osservazzjoni tal-Art jenħtieġ li tkun teknikament kompatibbli ma' EGNOS/Galileo u ma' Copernicus.

(31)  Ir-riżultati pożittivi tal-ewwel sejħa għal proposti għall-finanzjament imħallat varata fil-qafas tal-programm attwali fl-2017 ikkonfermaw ir-rilevanza u l-valur miżjud tal-użu tal-għotjiet tal-UE għat-taħlit ma' finanzjament mill-Bank Ewropew tal-Investiment jew minn Banek Promozzjonali Nazzjonali jew minn istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi u ta' żvilupp oħrajn, kif ukoll minn istituzzjonijiet ta' finanzjament tas-settur privat u minn investituri tas-settur privat, inkluż permezz ta' sħubijiet pubbliċi-privati. It-taħlit jenħtieġ li jikkontribwixxi biex jattira l-investiment privat u biex jipprovdi ingranaġġ tal-kontribuzzjoni ġenerali tas-settur pubbliku f'konformità mal-għanijiet tal-programm InvestEU. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Programm ikompli jappoġġja azzjonijiet li jippermettu t-taħlit bejn għotjiet tal-UE u sorsi oħra ta' finanzjament. Fis-settur tat-trasport, l-operazzjonijiet ta' taħlit jenħtieġ li ma jaqbżux l-10 % tal-pakketti ddedikati.

(31a)  Fis-settur tat-trasport, l-operazzjonijiet ta' taħlit jenħtieġ li jkunu primarjament dedikati għall-proġetti mmirati lejn id-diġitalizzazzjoni tas-settur, b'mod partikolari SESAR u ERTMS, li huma mistennija jkollhom redditu finanzjarju;

(32)  L-għanijiet ta' politika ta' dan il-Programm se jiġu indirizzati wkoll permezz ta' strumenti finanzjarji u garanzija baġitarja fil-qasam/fl-oqsma ta' politika [...] tal-Fond ta' InvestEU. L-azzjonijiet tal-Programm jenħtieġ li jintużaw biex jagħtu spinta lill-investiment billi jindirizzaw nuqqasijiet tas-suq jew sitwazzjoni ta' investiment li mhijiex ottimali, b'mod proporzjonat u adegwat, mingħajr ma jiġi rduppjat jew eskluż il-finanzjament privat, u jenħtieġ li jipprovdi valur miżjud Ewropew ċar.

(33)  Sabiex jiġi promoss żvilupp integrat taċ-ċiklu tal-innovazzjoni, hemm bżonn li tiġi żgurata l-komplementarjetà bejn is-soluzzjonijiet innovattivi żviluppati fil-kuntest tal-programmi qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni tal-Unjoni, u s-soluzzjonijiet innovattivi implimentati b'appoġġ mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. Għal dan il-għan, is-sinerġiji ma' Orizzont Ewropa se jiżguraw li: (a) jiġu identifikati l-ħtiġijiet ta' riċerka u innovazzjoni fl-oqsma tat-trasport, l-enerġija u s-settur diġitali fi ħdan l-UE, u jiġu stabbiliti matul il-proċess ta' ppjanar strateġiku ta' Orizzont Ewropa; (b) il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa tikkoopera mill-qrib ma' Orizzont Ewropa fl-implimentazzjoni fuq skala kbira ta' teknoloġiji u soluzzjonijiet innovattivi fl-oqsma tat-trasport, l-enerġija u l-infrastruttura diġitali, u f'sinerġiji bejn dawn l-oqsma, b'mod partikulari dawk li jirriżultaw minn Orizzont Ewropa; (c) l-iskambju ta' informazzjoni u data bejn Orizzont Ewropa u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa se jiġi ffaċilitat, pereżempju billi jiġu rilevati t-teknoloġiji minn Orizzont Ewropa fi stadju avvanzat ta' tħejjija għas-suq, li jkunu jistgħu jiġu implimentati b'mod aktar profond permezz tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa;

(34)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-perjodu kollu 2021-2027, li se jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza primarja, fit-tifsira ta' [referenza li għandha tiġi aġġornata kif xieraq skont il-ftehim interistituzzjonali l-ġdid: il-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba31 għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali]. Dan il-pakkett finanzjarju jenħtieġ li jiġi ppreservat matul it-tul kollu tal-programm u jenħtieġ li ma jkun soġġett għal ebda tnaqqis jew riallokazzjoni lil programmi oħra, sabiex jiġu ppreservati l-bilanċ inizjali u l-kompromessi u l-allokazzjonijiet tematiċi u territorjali matul il-perjodu tal-programm.

(35)  Fil-livell tal-Unjoni, is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika huwa l-qafas biex jidentifika l-prijoritajiet ta' riforma nazzjonali u biex tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tagħhom. L-Istati Membri jiżviluppaw l-istrateġiji pluriennali nazzjonali tagħhom stess b'appoġġ għal dawn il-prijoritajiet ta' riforma. Dawn l-istrateġiji jenħtieġ li jiġu ppreżentati flimkien mal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma ta' kull sena, bħala mod kif jiġu strutturati u koordinati l-proġetti ta' investiment ta' prijorità li jkunu se jiġu appoġġjati b'finanzjament nazzjonali u/jew tal-Unjoni. Jenħtieġ li jservu wkoll biex jintuża l-finanzjament tal-Unjoni b'mod koerenti, u biex jiġi massimizzat il-valur miżjud tal-appoġġ finanzjarju li jkun se jasal speċifikament mingħand il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond ta' Koeżjoni, il-Funzjoni Ewropea ta' Stabilizzazzjoni tal-Investimenti, InvestEU u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, meta rilevanti. L-appoġġ finanzjarju jenħtieġ li jintuża b'mod konsistenti mal-pjanijiet enerġetiċi u klimatiċi tal-Unjoni u nazzjonali, fejn rilevanti.

[vot separat]

(37)  It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jintgħażlu abbażi tal-kapaċità tagħhom biex jiksbu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u biex iwasslu riżultati, filwaqt li jqisu b'mod partikulari l-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv, u r-riskju mistenni ta' nuqqas ta' konformità. Jenħtieġ li dan jinkludi kunsiderazzjoni tal-użu ta' somom f'daqqa, rati fissi u kostijiet unitarji, kif ukoll finanzjament mhux marbut mal-kostijiet kif imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.

(38)  Il-pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jistgħu jipparteċipaw fi programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilita skont il-Ftehim ŻEE li jipprevedi l-implimentazzjoni tal-programmi permezz ta' deċiżjoni skont dak il-ftehim. Pajjiżi terzi jistgħu jieħdu sehem ukoll abbażi ta' strumenti legali oħra. Jenħtieġ li tiġi introdotta dispożizzjoni speċifika fir-Regolament sabiex jingħataw id-drittijiet meħtieġa u l-aċċess għall-uffiċjal ta' awtorizzazzjoni responsabbli, għall-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u kif ukoll għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

(39)  Ir-Regolament Finanzjarju jistabbilixxi r-regoli rigward l-għoti tal-għotjiet. Sabiex titqies l-ispeċifiċità tal-azzjonijiet appoġġjati mill-Programm u biex tiġi żgurata implimentazzjoni konsistenti fost is-setturi koperti mill-Programm, hemm bżonn li jiġu pprovduti indikazzjonijiet addizzjonali rigward il-kriterji tal-eliġibbiltà u tal-għoti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni u/jew l-aġenziji eżekuttivi inkarigati mill-implimentazzjoni tal-programm ma ngħatawx is-setgħa li joħolqu obbligi addizzjonali mhux previsti f'dan ir-Regolament fir-rigward tal-għażla tal-operazzjonijiet u tal-finanzjament tagħhom. Mingħajr deroga mir-Regolament Finanzjarju, il-programmi ta' ħidma jistgħu jipprevedu proċeduri ssimplifikati, f'ċerti każijiet fejn l-għanijiet tas-sejħiet għall-proposti ma jkollhomx implikazzjonijiet strateġiċi.

(39a)  F'konformità mar-Regolament Finanzjarju, il-kriterji tal-għażla u tal-għoti huma ddefiniti fil-programmi ta' ħidma. Fis-settur tat-trasport, il-kwalità u r-rilevanza ta' proġett jenħtieġ li jiġu vvalutati wkoll filwaqt li jitqies l-impatt mistenni tiegħu fuq il-konnettività tal-UE, il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà u l-istrateġija tiegħu fir-rigward tal-ħtiġijiet ta' manutenzjoni futura.

(40)  Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95(17) u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96(18) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/193(19), l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati, inkluż il-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet u ta' frodi, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b'mod mhux korrett u, fejn xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi. B'mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk sarx frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jista' jinvestiga u jressaq każijiet ta' frodi u reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(20). Skont ir-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA), u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

(40a)   Implimentazzjoni b'suċċess tal-Programm tiddependi ħafna mil-livell ta' kooperazzjoni bejn l-entitajiet li jipparteċipaw fi proġett komuni. Għalhekk, l-istabbiliment ta' struttura ta' impriża konġunta jenħtieġ li jiġi mħeġġeġ, inkluż permezz ta' livell ogħla ta' kofinanzjament.

(41)  Skont [ir-referenza se tiġi aġġornata kif adatt skont deċiżjoni ġdida dwar l-OCTs: l-Artikolu 94 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE(21)], persuni u entitatijiet stabbiliti f'pajjiżi u territorji extra-Ewropej (OCTs) huma eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u għall-għanijiet tal-Programm u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li magħhom il-pajjiż jew territorju extra-Ewropew rilevanti huwa marbut.

(42)  Jenħtieġ li l-Unjoni tfittex il-koerenza u sinerġiji mal-programmi tal-Unjoni għall-politiki esterni, inkluż għajnuna ta' qabel l-adeżjoni wara l-impenji meħudin fil-kuntest tal-Komunikazzjoni "Perspettiva kredibbli għat-tkabbir u involviment akbar tal-UE mal-Balkani tal-Punent"(22).

(43)  Meta pajjiżi terzi jew entitajiet stabbiliti f'pajjiżi terzi jipparteċipaw f'azzjonijiet li jikkontribwixxu għal proġetti ta' interess komuni jew proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, l-għajnuna finanzjarja jenħtieġ li tkun disponibbli biss jekk tkun essenzjali għall-kisba tal-għanijiet ta' dawn il-proġetti.

(43a)   Skont l-Artikolu 85 tad-Direttiva 2014/25/UE, u fil-każ ta' pajjiżi terzi li magħhom l-Unjoni ma kkonkludietx ftehim multilaterali jew bilaterali li jiżgura aċċess komparabbli u effettiv għall-intrapriżi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku ta' dawk il-pajjiżi terzi, kwalunkwe offerta sottomessa għall-għoti ta' kuntratt pubbliku għall-provvisti għal proġett kofinanzjat mill-FNE tista' tiġi miċħuda fejn is-sehem tal-prodotti li joriġinaw minn pajjiżi terzi jaqbeż il-50 % tal-valur totali tal-prodotti li jikkostitwixxu din l-offerta.

(44)  Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016(23), hemm bżonn li dan il-Programm jiġi evalwat abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, bħal dwar il-protezzjoni kontra t-tibdil fil-klima, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, partikularment fuq l-Istati Membri. Jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjonijiet u tikkomunikahom lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, sabiex tiġi vvalutata l-effettività u l-effiċjenza tal-finanzjament u l-impatt tiegħu fuq l-għanijiet ġenerali tal-Programm u tagħmel kwalunkwe aġġustament li jkun meħtieġ.

(45)  Jenħtieġ li jiġu implimentati miżuri trasparenti, responsabbli u adegwati ta' monitoraġġ u ta' rapportar, li jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, sabiex jiġi vvalutat u rrapportat dwar il-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-għanijiet ġenerali u speċifiċi stipulati f'dan ir-Regolament, kif ukoll biex jiġu promossi l-kisbiet tiegħu. Din is-sistema ta' rapportar dwar il-prestazzjoni jenħtieġ li tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Programm u tar-riżultati tiegħu hija adattata għal analiżi fil-fond tal-progress li jkun sar u tad-diffikultajiet li jqumu matul il-kurituri tan-netwerk ewlieni u li dik id-data u dawk ir-riżultati tinġabar b'mod effiċjenti, effettiv u f'waqtu. Hemm bżonn li jiġu imposti rekwiżiti proporzjonati ta' rapportar fuq dawk li jirċievu fondi tal-Unjoni sabiex tinġabar id-data rilevanti għall-Programm.

(45a)  Il-programm jenħtieġ li jiġi implimentat permezz ta' programmi ta' ħidma. Sal-aħħar ta' Marzu 2021, il-Kummissjoni jenħtieġ li tħejji Programm Qafas li se jinkludi l-iskeda ta' żmien prevista tal-programmi ta' ħidma, filwaqt li titlob li, is-suġġetti u l-finanzjament allokat tagħhom kif ukoll dettalji neċessarji oħra jipprovdu trasparenza u prevedibbiltà għall-perjodu kollu tal-Programm u jsaħħu l-kwalità tal-proġetti.

(45b)  Jenħtieġ li titwettaq evalwazzjoni komprensiva tal-Programm biex tiggarantixxi l-konsistenza tal-prijoritajiet ta' investiment tal-Programm mal-impenji tal-Unjoni dwar it-tibdil fil-klima;

(46)  Sabiex ▌dan ir-Regolament jiġi ssupplimentat, is-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adozzjoni ta' programmi ta' ħidma u l-Programm Qafas. ▌

(47)  Sabiex jiġu adattati, fejn xieraq, l-indikaturi użati għall-monitoraġġ tal-Programm, ▌u d-definizzjoni tal-kurituri tan-netwerk ewlieni tat-trasport, is-setgħat li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li jiġu ddelegati lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendi għall-Partijiet I, II u III tal-Anness ta' dan ir-Regolament u tar-rekwiżiti militari, biex tiġi stabbilita jew emendata l-lista tal-partijiet tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport li huma adattati għat-trasport militari, biex tiġi stabbilita jew emendata l-lista ta' proġetti prijoritarji ta' infrastruttura b'użu doppju u l-proċedura ta' valutazzjoni rigward l-eliġibbiltà tal-azzjonijiet konnessi mal-mobilità militari. Huwa tassew importanti li matul il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell espert, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(48)  Għal raġunijiet ta' ċarezza, ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014 jenħtieġ li jitħassru. Madankollu, jenħtieġ li jinżammu l-effetti tal-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013, li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(24) fir-rigward tal-lista ta' kurituri tat-trasport tal-merkanzija.

(49)  Huwa meħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ minnufih malli jiġi ppubblikat, sabiex tiġi permessa l-adozzjoni f'waqtha tal-atti ta' implimentazzjoni pprovduti minnu,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (il-"Programm").

Jistabbilixxi l-għanijiet tal-Programm, il-baġit għall-perjodu 2021-2027, il-forom ta' finanzjament tal-Unjoni, u r-regoli għall-għoti ta' tali finanzjament.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)  "azzjoni" tfisser kwalunkwe attività, li ġiet identifikata bħala waħda finanzjarjament u teknikament indipendenti, għandha skeda ta' żmien stabbilita, u hija neċessarja għall-implimentazzjoni ta' proġett;

(b)  "fjuwils alternattivi" tfisser fjuwils alternattivi għall-modi tat-trasport kollha kif definit fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/94/UE;

(c)  "pajjiż assoċjat" tfisser pajjiż terz li huwa parti għal ftehim mal-Unjoni li jippermetti l-parteċipazzjoni tiegħu fil-Programm skont l-Artikolu 5;

(ca)   "benefiċjarju" tfisser kwalunkwe entità li ntgħażlet sabiex tirċievi assistenza finanzjarja mill-Unjoni skont il-kriterji ta' eliġibbiltà stabbiliti skont l-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament u f'konformità mal-Artikolu [197] tar-Regolament Finanzjarju;

(d)  "operazzjoni ta' taħlit" tfisser azzjonijiet li jingħataw sostenn mill-baġit tal-UE, inkluż fil-faċilitajiet ta' taħlit skont l-Artikolu [2(6)] tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/XXX (ir-"Regolament Finanzjarju"), li jikkombinaw forom ta' sostenn li mhumiex rimborsabbli u/jew strumenti finanzjarji u/jew garanziji baġitarji mill-baġit tal-UE b'forom ta' sostenn rimborsabbli minn istituzzjonijiet finanzjarji tal-iżvilupp jew minn istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi oħra, kif ukoll minn istituzzjonijiet finanzjarji kummerċjali u minn investituri;

(da)  "konġestjoni" tfisser ostakolu fiżiku, tekniku jew funzjonali li jwassal għal twaħħil fis-sistema li jaffettwa l-kontinwità ta' flussi għal distanzi twal jew transfruntiera u li jista' jingħeleb permezz tal-ħolqien ta' infrastruttura ġdida, jew b'aġġornament sostanzjali tal-infrastruttura eżistenti, li tista' twassal għal titjib sinifikanti li jsolvi l-ostakoli tal-konġestjoni;

(e)  "netwerk komprensiv" tfisser l-infrastruttura tat-trasport identifikata skont il-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;

(f)  "netwerk ewlieni" tfisser l-infrastruttura tat-trasport identifikata skont il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;

(g)  "kurituri tan-netwerk ewlieni" tfisser strument li jiffaċilita l-implimentazzjoni koordinata tan-netwerk ewlieni kif inhu previst fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 u kif elenkat fil-Parti III tal-Anness ta' dan ir-Regolament;

(ga)   "konnessjoni transfruntiera", fil-qasam tal-infrastruttura tat-trasport, tfisser proġetti li jkopru sezzjoni ferrovjarja, bit-triq, passaġġ fuq l-ilma intern jew marittima bejn l-Istati Membri jew bejn Stat Membru u pajjiż terz, jew proġett, fi kwalunkwe mod ta' trasport, imwettaq fi Stat Membru li juri impatt transfruntier qawwi billi jsaħħaħ il-flussi transfruntiera bejn żewġ Stati Membri;

(h)  "proġett transfruntier fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli" tfisser proġett magħżul jew eliġibbli biex jintgħażel skont ftehim ta' kooperazzjoni jew kwalunkwe tip ta' arranġament ieħor bejn Stati Membru u/jew bejn Stati Membri u pajjiżi terzi kif definit fl-Artikoli 8, 9, 11 jew 13 tad-Direttiva (UE) 2018/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1](25) fl-ippjanar jew fl-implimentazzjoni ta' enerġija rinnovabbli, skont il-kriterji stabbiliti fil-Parti IV tal-Anness ta' dan ir-Regolament;

(ha)  "l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel" tfisser li fid-deċiżjonijiet dwar l-ippjanar, il-politika u l-investimenti marbutin mal-enerġija, titqies sewwa kwalunkwe miżura alternattiva ta' effiċjenza enerġetika kosteffiċjenti li tippermetti aktar effiċjenza fid-domanda u l-provvista tal-enerġija, partikolarment permezz ta' ffrankar enerġetiku kosteffikaċi u inizjattivi ta' rispons tad-domanda, kif ukoll konverżjoni, trażmissjoni u distribuzzjoni aktar effiċjenti f'dak li għandu x'jaqsam mal-enerġija, filwaqt li xorta jintlaħqu l-objettivi tad-deċiżjonijiet rispettivi;

(i)  "infrastruttura tal-konnettività diġitali" tfisser netwerks ta' kapaċità għolja ħafna, sistemi 5G, konnettività lokali bla fili ta' kwalità għolja ħafna, netwerks ċentrali, kif ukoll pjattaformi diġitali operattivi direttament assoċjati mal-infrastruttura tat-trasport u tal-enerġija;

(j)  "sistemi 5G" tfisser sett ta' elementi ta' infrastruttura diġitali bbażati fuq standards miftiehma fuq livell globali għat-teknoloġija tal-komunikazzjoni mobbli u bla fili użat għal servizzi ta' konnettività u ta' valur miżjud b'karatteristiċi ta' prestazzjoni avvanzata bħal rati ta' data u kapaċità għoljin ħafna, latenza baxxa, affidabilità għolja, jew li jappoġġjaw għadd kbir ta' apparati konnessi;

(k)  "kuritur 5G" tfisser mogħdija tat-trasport, triq, linja ferrovjarja jew passaġġ fuq l-ilma intern, koperti kollha b'infrastruttura ta' konnettività diġitali u b'mod partikolari b'sistemi 5G, li tippermetti l-forniment mingħajr interruzzjoni ta' servizzi diġitali ta' sinerġija bħal mobilità konnessa u awtomatizzata▌, servizzi ta' mobilità intelliġenti simili għal-linji ferrovjarji jew konnettività diġitali fuq il-passaġġi fuq l-ilma intern;

(ka)   "konnessjoni nieqsa" hija sezzjoni tat-trasport tal-modi kollha ta' kuritur TEN-T jew sezzjoni tat-trasport li qiegħda tipprovdi l-konnessjoni ta' netwerks ċentrali jew komprensivi mal-kurituri TEN-T li fiha konġestjoni waħda jew aktar li taffettwa l-kontinwità tal-kuritur TEN-T;

(l)  "pjattaformi diġitali operattivi assoċjati direttament ma' infrastruttura tat-trasport u tal-enerġija" tfisser riżorsi ta' teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni ("ICT") fiżiċi u virtwali, li joperaw fuq l-infrastruttura tal-komunikazzjoni, li jappoġġjaw il-fluss, il-ħżin, l-ipproċessar u l-analiżi ta' data tal-infrastruttura tat-trasport u/jew tal-enerġija;

(m)  "proġett ta' interess komuni" tfisser proġett identifikat fir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 jew fir-Regolament (UE) Nru 347/2013 jew fl-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament;

(n)  "studji" tfisser attivitajiet meħtieġa għat-tħejjija ta' implimentazzjoni tal-proġett, bħal studji preparatorji, kartografiċi, tal-fattibbiltà, ta' evalwazzjoni, ta' ttestjar u ta' validazzjoni, inkluż fil-forma ta' software, u kwalunkwe miżura oħra ta' appoġġ tekniku, li tinkludi azzjoni bil-quddiem sabiex jiġi ddefinit u żviluppat proġett u sabiex tittieħed deċiżjoni dwar il-finanzjament tiegħu, bħal stħarriġ dwar is-siti kkonċernati u t-tħejjija tal-pakkett finanzjarju;

(o)  "muturi soċjoekonomiċi" tfisser entitajiet li, minħabba l-missjoni, in-natura jew il-post tagħhom, jistgħu jiġġeneraw b'mod dirett jew indirett benefiċċji soċjoekonomiċi importanti għaċ-ċittadini, għan-negozji u għall-komunitajiet lokali fit-territorju tal-madwar jew fiż-żona ta' influwenza tagħhom;

(p)  "pajjiż terz" tfisser pajjiż li mhuwiex membru tal-Unjoni Ewropea;

(q)  "netwerks ta' kapaċità għolja ħafna" tfisser netwerks ta' kapaċità għolja ħafna kif definit fl-Artikolu [2(2)] tad-Direttiva (UE) 2018/XXX [il-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi];

(r)  "xogħlijiet" tfisser ix-xiri, il-forniment u t-tħaddim ta' komponenti, sistemi u servizzi inkluż is-software, it-twettiq tal-iżvilupp u l-bini u l-attivitajiet ta' installazzjoni relatati ma' proġett, l-aċċettazzjoni tal-installazzjonijiet u l-varar ta' proġett.

(ra)   "infrastruttura għal użu doppju ċivili u ta' difiża" tfisser infrastruttura użata prinċipalment għal finijiet ċivili iżda li hija wkoll ta' importanza strateġika għal finijiet ta' difiża u ta' ġestjoni ta' kriżijiet u li tista' tiġi adattata għal ħtiġijiet ta' użu doppju ċivili-militari.

Artikolu 3

Għanijiet

1.  Il-Programm għandu l-għan ġenerali li jibni, jiżviluppa u jimmodernizza n-netwerks trans-Ewropej fl-oqsma tat-trasport, tal-enerġija u diġitali, u li jiffaċilita l-kooperazzjoni transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, sabiex jikkontribwixxi għaż-żieda fil-kompetittività Ewropea, għall-aċċess għas-suq intern, għat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv u għall-konsolidazzjoni tal-koeżjoni territorjali, soċjali u ekonomika filwaqt li jikkontribwixxi għall-impenji ta' dekarbonizzazzjoni fit-tul, u b'enfasi sħiħ fuq is-sinerġiji fost is-setturi tat-trasport, tal-enerġija u diġitali.

2.  Il-Programm għandu l-għanijiet speċifiċi li ġejjin:

(a)  Fis-settur tat-trasport:

(i)  li jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' proġetti ta' interess komuni marbutin ma' netwerks effiċjenti, interkonnessi, interoperabbli u multimodali u ma' infrastruttura għall-mobilità intelliġenti, sostenibbli, inklużiva, aċċessibbli, sikura u sigura u maż-żona tat-trasport Ewropea;

(ii)  li jadatta l-partijiet tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew li huma adattati għat-trasport militari għall-ħtiġijiet tal-mobilità doppja (ċivili u ta' difiża) ;

(b)  Fis-settur tal-enerġija, li jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' proġetti ta' interess komuni marbutin ma' integrazzjoni ulterjuri tas-suq intern tal-enerġija effiċjenti u kompetittiv, l-interoperabbiltà transfruntiera u transsettorjali tan-netwerks, l-iffaċilitar tad-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija u l-iżgurar tas-sigurtà tal-provvista u l-indipendenza tal-enerġija tal-UE, u l-iffaċilitar tal-kooperazzjoni transfruntiera fil-qasam tal-enerġija, inkluża l-enerġija rinnovabbli, u l-istimolar tal-effiċjenza tal-enerġija;

(c)  Fis-settur diġitali, li jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' proġetti ta' interess komuni relatati mal-implimentazzjoni ta' netwerks diġitali sikuri u siguri b'kapaċità għolja ħafna u ta' sistemi 5G, għaż-żieda fir-reżiljenza u fil-kapaċità tan-netwerks ċentrali diġitali fit-territorji tal-UE billi jgħaqqadhom ma' territorji fil-madwar, kif ukoll għad-diġitalizzazzjoni tan-netwerks tat-trasport, tal-mobilità u tal-enerġija.

Artikolu 4

Baġit

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021-2027 hu stabbilit għal EUR 43,850,768,000 fi prezzijiet kostanti (EUR XXX fi prezzijiet attwali) ▌.

2.  Dan l-ammont għandu jitqassam kif ġej:

(a)  ▌ EUR 33,513,524,000 fi prezzijiet kostanti (EUR XXX fi prezzijiet kurrenti) għall-għanijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(2)(a), li minnhom:

(i)  EUR 17,746,000,000 fi prezzijiet kostanti (EUR XXX fi prezzijiet attwali) mir-raggruppament tal-Investiment Strateġiku Ewropew;

(ii)  EUR 10 000 000 000 fi prezzijiet kostanti (EUR 11 285 493 000 fi prezzijiet kurrenti) trasferiti mill-Fond ta' Koeżjoni sabiex jintefqu f'konformità ma' dan ir-Regolament esklużivament fl-Istati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni;

(iii)  EUR 5 767 524 000 fi prezzijiet kostanti (EUR 6 500 000 000 fi prezzijiet kurrenti) mill-Intestatura tas-Sigurtà u d-Difiża għall-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(a)(ii);

(b)  sa EUR 8 650 000 000 għall-għanijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(2)(b), li minnhom, 20 % jmorru għall-proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli; [Em. 9];

(c)  ▌ EUR 2 662 000 000 fi prezzijiet kostanti (EUR 3 000 000 000 fi prezzijiet kurrenti) għall-għanijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(2)(c).

3.  Il-Kummissjoni ma għandhiex titbiegħed mill-ammont imsemmi fis-subparagrafu 2(a)(ii).

4.  Sa 3 % mill-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jintuża wkoll għal għajnuna teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm u tal-linji gwida speċifiċi għas-settur, bħal attivitajiet ta' tħejjija, ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditjar u ta' evalwazzjoni inkluż sistemi tal-informazzjoni u tat-teknoloġija korporattivi. Dawn l-ammonti jistgħu jintużaw ukoll sabiex jiffinanzjaw miżuri ta' akkumpanjament għat-tħejjija ta' proġetti.

5.  L-impenji baġitarji għal azzjonijiet li jkunu ta' aktar minn sena finanzjarja waħda jistgħu jinqasmu fuq diversi snin fi ħlasijiet parzjali annwali.

5a.  It-trasparenza u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini għandhom ikunu ggarantiti għal proġetti kbar. [Em. 27]

6.  Mingħajr ħsara għar-Regolament Finanzjarju, in-nefqa għall-azzjonijiet li jirriżultaw minn proġetti inklużi fl-ewwel programm ta' ħidma tista' tkun eliġibbli mill-1 ta' Jannar 2021.

7.  L-ammont trasferit mill-Fond ta' Koeżjoni għandu jkun implimentat skont dan ir-Regolament, soġġett għall-paragrafu 8 u mingħajr ħsara għall-Artikolu 14(2)(b).

8.  Fir-rigward tal-ammonti ttrasferiti mill-Fond ta' Koeżjoni ▌ sal-31 ta' Diċembru 2022, l-għażla tal-proġetti eliġibbli għall-finanzjament għandha tirrispetta l-allokazzjonijiet nazzjonali skont il-Fond ta' Koeżjoni▌. B'effett mill-1 ta' Jannar 2023, ir-riżorsi ttrasferiti lill-Programm li ma jkunux ġew impenjati għal proġett ta' infrastruttura tat-trasport għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri kollha, fuq bażi kompetittiva, eliġibbli għal finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni sabiex jiffinanzjaw proġetti ta' infrastruttura tat-trasport skont dan ir-Regolament.

9.  Riżorsi allokati lil Stat Membru taħt ġestjoni kondiviża jistgħu, fuq it-talba tiegħu, u f'konformità mal-Awtorità maniġerjali rilevanti, jiġu ttrasferiti għall-Programm, sabiex huma jintużaw bħala parti minn operazzjoni ta' taħlit jew sinerġija ma' azzjoni ta' programmi oħra tal-Unjoni inkluża fi proposta sottomessa mill-Istat Membru kkonċernat u ddikjarata eliġibbli mill-Kummissjoni taħt proċedura ta' programm ta' ħidma. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawn ir-riżorsi direttament skont [il-punt (a) tal-Artikolu 62(1)] tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament skont il-punt (c) ta' dak l-istess Artikolu. ▌

Artikolu 5

Pajjiżi Terzi assoċjati mal-programm

1.  Il-Programm għandu jkun miftuħ għall-pajjiżi terzi li ġejjin:

(a)  membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim taż-ŻEE;

(b)  pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, jew ftehimiet simili, u skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;

(c)  pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, jew ftehimiet simili, u skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;

(d)  pajjiżi terzi oħra, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz fi kwalunkwe programm tal-Unjoni, sakemm dak il-ftehim:

–  jiżgura bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u tal-benefiċċji tal-pajjiż terz li jkun qed jipparteċipa fil-programmi tal-Unjoni;

–  jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni fil-programmi, inkluż il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal programmi individwali u l-kostijiet amministrattivi tagħhom. Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat f'konformità mal-Artikolu [21(5)] tar-Regolament Finanzjarju;

–  ma jagħtix lill-pajjiż terz is-setgħa li jieħu deċiżjonijiet dwar il-programm;

–  jiggarantixxi d-drittijiet tal-Unjoni li tiżgura ġestjoni finanzjarja tajba u li tipproteġi l-interessi finanzjarji tagħha.

—  jipprovdi reċiproċità fl-aċċess għal programmi simili fil-pajjiż terz, speċjalment fl-akkwist pubbliku.

2.  Il-pajjiżi terzi msemmija fil-paragrafu 1, u l-entitajiet stabbiliti f'dawk il-pajjiżi, ma jistgħux jirċievu għajnuna finanzjarja skont dan ir-Regolament għajr meta tkun indispensabbli għall-kisba tal-għanijiet ta' proġett speċifiku ta' interess komuni, skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-programmi ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 19, u skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti mill-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013.

Artikolu 6

Implimentazzjoni u forom ta' finanzjament mill-UE

1.  Il-Programm għandu jiġi implimentat b'ġestjoni diretta skont ir-Regolament Finanzjarju, jew b'ġestjoni indiretta flimkien ma' korpi msemmija fl-Artikolu [61(1)(c)] tar-Regolament Finanzjarju.

2.  Il-Programm jista' jipprovdi finanzjament fil-forom ta' għotjiet u ta' akkwist kif stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju ▌. Finanzjament ipprovdut mill-Programm jista' jintuża fi ħdan operazzjonijiet ta' taħlit inkluż b'fondi kif previst fl-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament ta' InvestEU. Fis-settur tat-trasport, l-operazzjonijiet ta' taħlit ma għandhomx jaqbżu l-10 % tal-pakkett iddedikat u għandhom ikunu maħsuba għal prijoritajiet orizzontali kif elenkati fl-Anness – parti III – punt -1(ġdid). L-operazzjonijiet ta' taħlit skont dan il-Programm għandhom jiġu implimentati b'konformità mar-Regolament ta' InvestUE u t-Titolu X tar-Regolament Finanzjarju.

3.  Il-Kummissjoni tista' tiddelega s-setgħa ta' implimentazzjoni ta' parti mill-Programm lil aġenziji eżekuttivi skont l-Artikolu [69] tar-Regolament Finanzjarju bil-għan tal-ġestjoni ottimali u r-rekwiżiti tal-effiċjenza tal-Programm fis-setturi tat-trasport, tal-enerġija u dak diġitali.

4.  Kontribuzzjonijiet għal mekkaniżmu ta' assigurazzjoni reċiproka jistgħu jkopru r-riskju marbut mal-irkupru tal-fondi mingħand il-benefiċjarji, u għandhom jitqiesu bħala garanzija suffiċjenti skont ir-Regolament Finanzjarju. Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet stabbiliti [fl-Artikolu X] tar-Regolament XXX [is-suċċessur tar-Regolament dwar il-Fond ta' Garanzija].

Artikolu 6a

Adattament tan-netwerks TEN-T għal użu doppju ċivili u ta' difiża

1.  Proġetti ta' interess komuni għandhom jikkontribwixxu għall-adattament tan-netwerks TEN-T kif definit mir-Regolament (UE) Nru 1315/2013, bl-għan li jkun possibbli l-użu doppju ċivili u ta' difiża tal-infrastruttura, skont ir-rekwiżiti tal-mobilità doppji (ċivili u ta' difiża), minn issa 'quddiem "rekwiżiti ta' mobilità doppji" u l-proġetti ta' prijorità ta' infrastruttura b'użu doppju identifikati fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

2.  Sal-31 ta' Diċembru 2019, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 24 ta' dan ir-Regolament sabiex tkompli tispeċifika r-rekwiżiti ta' mobilità doppji, lista tal-partijiet tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew xierqa għat-trasport militari, lista ta' proġetti ta' prijorità ta' infrastruttura b'użu doppju u l-proċedura ta' valutazzjonijiet fir-rigward tal-eliġibbiltà tal-azzjonijiet konnessi mal-infrastruttura b'użu doppju ċivili u ta' difiża. L-ispeċifikazzjoni tal-proġetti ta' prijorità għandha tirrifletti s-sitwazzjoni tal-Istati Membri fil-Lvant u fin-Nofsinhar tal-Unjoni.

3.  Studji li għandhom l-għan li jiżviluppaw u jidentifikaw proġetti ta' interess komuni ta' partijiet tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew xierqa għat-trasport militari, li dejjem se jkunu bbażati fuq studji ta' possibbiltà, proġetti u implimentazzjoni tat-TEN-T eżistenti, għandhom jinkludu wkoll l-azzjonijiet meħtieġa biex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti tal-mobilità doppja vvalidati mill-Kunsill u l-proġetti ta' prijorità ta' infrastruttura b'użu doppju ċivili u ta' difiża.

Il-proġetti kollha proposti għandhom jinkludu azzjonijiet li jistgħu jitkejlu biex jiġu integrati r-rekwiżiti tal-mobilità doppja vvalidati mill-Kunsill.

Il-proposti li jinkludu biss azzjonijiet konnessi ma' mobilità militari għandhom ikunu eliġibbli biss meta jżidu mal-infrastruttura ċivili eżistenti.

L-azzjonijiet kollha konnessi mal-konformità mar-rekwiżiti ta' mobilità doppja għandhom jiġu ffinanzjati mill-fondi previsti fl-Artikolu 4(2)(a)(iii) u għandhom jippermettu l-użu tal-infrastruttura doppju ċivili u ta' difiża.

4.  Sal-31 ta' Diċembru 2025, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni tal-infiq li jkun sar diġà u tal-infiq prospettiv tal-ammont speċifikat fl-Artikolu 4(2)(a)(iii). Skont ir-riżultat ta' din l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li tittrasferixxi l-flus li ma jkunux ġew impenjati mill-Artikolu 4(2)(a)(iii) għall-Artikolu 4(2)(a)(i).

Artikolu 6b

Proġetti transfruntiera fil-qasam tat-trasport

1.  L-Istati Membri, l-awtoritajiet reġjonali jew entitajiet oħra li jkunu qegħdin jipparteċipaw fi proġett transfruntier fil-qasam tat-trasport jistgħu joħolqu entità konġunta (punt uniku ta' kuntatt) għall-ġestjoni tal-proġetti. Dawn il-korpi konġunti għandu jkollhom setgħat ta' koordinazzjoni estensivi, li fihom jipprevalu r-regoli tal-UE, li jippermettu l-ġestjoni tal-valutazzjonijiet ta' impatt ambjentali kollha, il-permessi ta' ppjanar u l-permessi ta' bini.

2.  Sabiex jindirizzaw id-diffikultajiet fil-proċeduri ta' koordinazzjoni għall-konċessjoni ta' proġetti ta' infrastruttura transfruntiera tat-TEN-T, il-koordinaturi Ewropej għandhom jimmonitorjaw il-proġetti u jipproponu l-proċeduri biex jiffaċilitaw is-sinkronizzazzjoni u t-tlestija tagħhom.

3.  Minħabba l-ħtieġa li jiġu żgurati l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni tal-Istati Membri permezz tal-awtorità kompetenti unika maħtura, kif ukoll il-ħtieġa li jiġu ffissati skadenzi komuni għall-proċeduri għall-għoti ta' permessi transfruntiera u t-tnedija ta' sejħiet pubbliċi għall-offerta li jikkorrispondu għal proġetti transfruntiera komuni, dawn għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-razzjonalizzazzjoni ta' miżuri li jmexxu 'l quddiem it-twettiq tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport (COM(2018)0277).

Artikolu 7

Proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli

1.  Il-proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli għandhom jikkontribwixxu għad-dekarbonizzazzjoni, u b'hekk jikkompletaw is-suq intern tal-enerġija u jtejbu s-sigurtà tal-provvista, għandhom jinvolvu mill-anqas żewġ Stati Membri u għandhom ikunu inklużi fi ftehim ta' kooperazzjoni jew kwalunkwe tip ta' arranġament ieħor bejn Stati Membri, inkluż, meta jkun xieraq fil-livell reġjonali, u/jew bejn Stati Membri u pajjiżi terzi kif stipulat fl-Artikoli 8, 9, 11 jew 13 tad-Direttiva (UE) 2018/.... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1](26). Dawn il-proġetti għandhom ikunu identifikati skont il-kriterji ġenerali u l-proċess stipulati fil-Parti IV tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

2.  Sal-31 ta' Diċembru 2019, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat skont l-Artikolu 23(d) ta' dan ir-Regolament sabiex tispeċifika aktar, mingħajr preġudizzju għall-kriterji tal-għoti stabbiliti fl-Artikolu 13, il-kriterji tal-għażla speċifiċi u tistabbilixxi d-dettalji tal-proċess tal-għażla tal-proġetti, u għandha tippubblika l-metodoloġiji għall-ivvalutar tal-kontribuzzjoni tal-proġetti għall-kriterji ġenerali u għall-ivvalutar tal-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji speċifikata fil-Parti IV tal-Anness.

3.  Studji li jimmiraw l-iżvilupp u l-identifikazzjoni ta' proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament taħt dan ir-Regolament.

4.  Proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament tal-Unjoni għal xogħlijiet jekk jissodisfaw il-kriterji addizzjonali li ġejjin:

(a)  l-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji speċifika għall-proġett skont il-punt 3 tal-Parti IV tal-Anness għandha tkun obbligatorja għall-proġetti appoġġjati kollha, għandha titwettaq b'mod trasparenti, komprensiv u komplut u għandha tipprovdi evidenza dwar l-eżistenza ta' tfaddil sinifikanti fil-kostijiet u/jew benefiċċji f'termini ta' sostenibbiltà, tal-integrazzjoni tas-sistema, is-sigurtà tal-provvista jew l-innovazzjoni; u

(b)  l-applikant jiddemostra li l-proġett kieku ma jsirx realtà fin-nuqqas tal-għotja, jew li l-proġett ma jistax ikun kummerċjalment vjabbli fin-nuqqas tal-għotja. Din l-analiżi għandha tqis kwalunkwe dħul li jirriżulta minn skemi ta' sostenn.

5.  L-ammont tal-għotja għal xogħlijiet għandu jkun proporzjonali għat-tfaddil fil-kostijiet u/jew għall-benefiċċji msemmija fil-punt 2(b) tal-Parti IV tal-Anness, u ma għandux jaqbeż l-ammont meħtieġ biex jiġi żgurat li l-proġett isir realtà jew isir kummerċjalment vjabbli u għandu jirrispetta d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 14(3).

Artikolu 8

Proġetti ta' interess komuni fil-qasam tal-infrastruttura tal-konnettività diġitali

1.  Proġetti ta' interess komuni fil-qasam tal-infrastruttura ta' konnettività diġitali huma dawk il-proġetti li jagħtu kontribut sinifikanti:

(a)  għat-tlestija tas-Suq Uniku Diġitali Ewropew

(b)  għall-għanijiet ta' konnettività strateġiċi tal-Unjoni u

(c)  għall-provvista tal-infrastruttura tan-netwerk sottostanti li tappoġġja t-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija u tas-soċjetà.

1a.  Il-proġetti ta' interess komuni fil-qasam tal-infrastruttura tal-konnettività diġitali għandhom jikkonformaw mal-kriterji ta' hawn taħt:

(a)  jikkontribwixxu għall-għan speċifiku previst fil-punt (c) tal-Artikolu 3(2);

(b)  jutilizzaw l-aħjar teknoloġija disponibbli filwaqt li jipproponu l-aħjar bilanċ f'termini tal-kapaċità ta' fluss ta' data, tas-sigurtà tat-trażmissjoni, tar-reżiljenza tan-netwerk, taċ-ċibersigurtà u tal-kosteffiċjenza.

2.  Studji li jimmiraw l-iżvilupp u l-identifikazzjoni ta' proġetti ta' interess komuni fil-qasam tal-infrastruttura tal-konnettività diġitali għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament skont dan ir-Regolament.

3.  Mingħajr ħsara għall-kriterji tal-għoti stipulati fl-Artikolu 13, il-prijorità għall-finanzjament għandha tiġi ddeterminata filwaqt li jitqiesu l-kriterji li ġejjin:

(a)  azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-aċċess għal netwerks ta' kapaċità għolja ħafna, li jkunu kapaċi jipprovdu konnettività f'Gigabits, inkluża l-5G jew konnettività mobbli l-aktar avvanzata oħra, għal muturi soċjoekonomiċi, għandhom jingħataw prijorità. Il-kompetittività globali u l-kapaċità tal-Unjoni li tassorbi investimenti qegħdin iqisu barra l-muturi soċjoekonomiċi, ir-rilevanza tas-servizzi u l-applikazzjonijiet diġitali abilitati bil-provvediment tal-konnettività sottostanti, u l-benefiċċji soċjoekonomiċi potenzjali għaċ-ċittadini, għan-negozji u għall-komunitajiet lokali, inkluż l-effetti sekondarji pożittivi potenzjali f'termini ta' konnettività, skont il-Parti V tal-Anness;

(b)  azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-forniment ta' konnettività bla fili ta' kwalità għolja ħafna f'komunitajiet lokali, skont il-Parti V tal-Anness;

(c)  rigward azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni ta' sistemi 5G, għandha tingħata prijorità lill-implimentazzjoni ta' kurituri 5G tul mogħdijiet ewlenin ta' trasport fuq l-art, inkużi n-netwerks tat-trasport trans-Ewropej u ċ-ċentri soċjoekonomiċi. Il-punt sa fejn l-azzjoni tikkontribwixxi biex tiżgura l-kopertura tul mogħdijiet ta' trasport ewlenin li jippermettu l-forniment mingħajr interruzzjoni ta' servizzi diġitali ta' sinerġija, filwaqt li għandu jiġi kkunsidrat ukoll l-immassimizzar tal-effetti sekondarji pożittivi potenzjali għat-territorji u għall-popolazzjoni fil-viċinanza taż-żona ta' implimentazzjoni tal-proġett. Lista indikattiva ta' proġetti li jistgħu jibbenefikaw mill-appoġġ hija inkluża fil-Parti V tal-Anness;

(d)  proġetti li jimmiraw l-implimentazzjoni ta' netwerks transfruntiera ta' kapaċità għolja ħafna li jgħaqqdu l-Unjoni ma' pajjiżi terzi u li jsaħħu l-konnessjonijiet fit-territorju tal-Unjoni, inkluż b'kejbils sottomarini, għandhom jingħataw prijorità skont sa liema punt huma jikkontribwixxu b'mod sinifikanti biex jiżdiedu r-reżiljenza u l-kapaċità tan-netwerks ta' komunikazzjoni elettronika fit-territorju tal-Unjoni;

(e)  rigward il-kopertura permezz ta' netwerks ta' kapaċità għolja ħafna, għandha tingħata prijorità lil azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-kopertura ta' territorji u tal-popolazzjoni, fi proporzjon invers għall-intensità tal-għotja li tkun meħtieġa biex ikun jista' jiġi implimentat il-proġett, b'mod relattiv għar-rati massimi ta' kofinanzjament applikabbli stipulati fl-Artikolu 14. Il-punt sa fejn l-azzjoni tikkontribwixxi biex tiżgura kopertura komprensiva tat-territorju u tal-popolazzjoni f'ċerta żona ta' implimentazzjoni tal-proġett, filwaqt li għandu jiġi kkunsidrat ukoll l-immassimizzar tal-effetti sekondarji pożittivi potenzjali għat-territorji u l-popolazzjoni fil-viċinanza taż-żona ta' implimentazzjoni tal-proġett.

(f)  rigward proġetti li jimplimentaw pjattaformi diġitali, għandha tingħata prijorità lil azzjonijiet ibbażati fuq teknoloġiji l-iktar avvanzati, filwaqt li jitqiesu aspetti bħall-interoperabbiltà, iċ-ċibersigurtà, il-privatezza u l-użu mill-ġdid tad-data.

▌.

Artikolu 8a

Għoti ta' Kuntratti Pubbliċi u/jew kuntratti ta' provvista

1.  Meta jingħataw kuntratti bl-appoġġ tal-Programm, il-benefiċjarji ma għandhomx jibbażaw l-għoti ta' dawn il-kuntratti biss fuq l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża, iżda għandhom jadottaw ukoll approċċ ta' kost-effettività billi jiffokaw fuq data kwalitattiva, soċjali u ambjentali.

2.  Kull offerta sottomessa għall-għoti ta' akkwist pubbliku u/jew kuntratt ta' provvista, li tibbenefika mill-programm, għandha titqies ammissibbli fejn il-proporzjon tal-prodotti li joriġinaw f'pajjiżi terzi, li magħhom l-Unjoni ma kkonkludiet l-ebda ftehim sabiex tiżgura aċċess kumparabbli u effikaċi għall-impriżi tal-Unjoni għas-swieq ta' dawn il-pajjiżi terzi, ma taqbiżx il-50 % tal-valur totali tal-prodotti li jikkostitwixxu l-offerta. [Em. 35]

KAPITOLU II

ELIĠIBBILTÀ

Artikolu 9

Azzjonijiet eliġibbli

1.  Huma eliġibbli għall-finanzjament biss azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-kisba tal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3 u li jkunu protetti kontra t-tibdil fil-klima. Tali azzjonijiet jinkludu b'mod partikolari studji, xogħlijiet u miżuri oħrajn ta' akkumpanjament meħtieġa għall-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-Programm u l-linji gwida speċifiċi għas-settur. L-istudji jkunu eliġibbli biss meta jitħejjew proġetti eliġibbli skont dan il-Programm u li jkunu inklużi f'sejħa għal proposta skont il-programmi ta' ħidma. L-għażla tal-operazzjonijiet u tal-finanzjament tagħhom skont dan ir-Regolament ma jistgħux ikunu soġġetti għal xi obbligi addizzjonali li mhumiex stabbiliti f'dan ir-Regolament.

2.  Fis-settur tat-trasport, dawn l-azzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli li jirċievu għajnuna finanzjarja mill-Unjoni skont dan ir-Regolament:

(a)  Azzjonijiet marbutin ma' netwerks effiċjenti, interkonnessi, interoperabbli u multimodali:

(i)  azzjonijiet li jimplimentaw in-netwerk ewlieni skont il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, inkluż azzjonijiet relatati ma' nodi urbani, interoperabilità ferrovjarja, pjattaformi ta' loġistika multimodali, ajruporti, portijiet marittimi u ta' passaġġi fuq l-ilma intern, navigabbiltà fuq passaġġi fuq l-ilma intern, portijiet interni u terminals ferrovjarji tan-netwerk ewlieni kif definit fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, primarjament azzjonijiet elenkati fil-Parti III, intestatura 1 tal-Anness għal dan ir-Regolament, kif ukoll l-interkonnessjoni bejn in-netwerks. Azzjonijiet li jimplimentaw in-netwerk ewlieni jistgħu jinkludu elementi relatati li jinsabu fin-netwerk komprensiv meta jkun meħtieġ sabiex jiġi ottimizzat l-investiment u skont modalitajiet speċifikati fil-programmi ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 19 ta' dan ir-Regolament;

(ii)  azzjonijiet li jimplimentaw u jistimolaw konnessjonijiet transfruntiera tan-netwerk komprensiv skont il-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, b'mod partikolari s-sezzjonijiet elenkati fil-Parti III (2) tal-Anness ta' dan ir-Regolament;

(iia)  miżuri għall-armonizzazzjoni tar-regolamenti transfruntiera u doganali, kif ukoll proċeduri amministrattivi u leġiżlattivi (bl-għan li jistabbilixxu qafas regolatorju fuq livell Ewropew għall-mobilità doppja (ċivili u ta' difiża);

(iib)  azzjonijiet għall-istabbiliment mill-ġdid tal-konnessjonijiet ferrovjarji transfruntiera reġjonali neqsin li kienu ġew abbandunati jew li żżarmaw;

(iii)  azzjonijiet li jimplimentaw sezzjonijiet tan-netwerk komprensiv li jinsabu fir-reġjuni ultraperiferiċi skont il-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, inkluż azzjonijiet relatati man-nodi urbani, l-ajruporti, il-pjattaformi tal-loġistika multimodali, il-portijiet marittimi, il-portijiet interni u t-terminals ferrovjarji tan-netwerk komprensiv kif definit fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;

(iiia)   azzjonijiet li jneħħu l-ostakli għall-interoperabbiltà, b'mod partikolari meta jipprovdu effetti ta' kurituri jew netwerks, u b'mod partikolari biex jippromwovu ż-żieda fit-traffiku tal-merkanzija bil-ferrovija; [Em. 33]

(iv)  azzjonijiet li jappoġġjaw proġetti ta' interess komuni sabiex jgħaqqdu lin-netwerk trans-Ewropew ma' netwerks ta' infrastruttura ta' pajjiżi ġirien kif definit fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;

(b)  Azzjonijiet marbutin ma' mobilità intelliġenti, interoperabbli, sostenibbli, multimodali, inklużiva, aċċessibbli, sikura u sigura.

(i)  azzjonijiet li jappoġġjaw l-awtostradi tal-baħar kif previst fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, b'konċentrazzjoni fuq it-trasport marittimu transfruntier fuq distanzi qosra;

(ii)  azzjonijiet li jappoġġjaw sistemi ta' applikazzjonijiet telematiċi, fost l-oħrajn il-proġetti ERTMS u SESAR, inkluż għal skopijiet ta' sikurezza, skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;

(iii)  azzjonijiet li jappoġġjaw servizzi tat-trasport tal-merkanzija skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;

(iv)  azzjonijiet li jappoġġjaw teknoloġiji ġodda u innovazzjoni, inkluż l-awtomazzjoni, servizzi ta' trasport mtejba, integrazzjoni modali u infrastruttura ta' fjuwils alternattivi għall-modi kollha tat-trasport u d-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport, u d-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport, skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;

(v)  azzjonijiet li jneħħu l-ostakoli għall-interoperabbiltà, b'mod partikolari fin-nodi urbani kif definit fl-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 u b'mod partikolari meta jipprovdu effetti ta' kurituri/netwerk;

(vi)  azzjonijiet li jimplimentaw infrastruttura sikura u sigura ta' mobilità, inkluż is-sikurezza fit-toroq, skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;

(vii)  azzjonijiet li jtejbu r-reżiljenza tal-infrastruttura tat-trasport għat-tibdil fil-klima u għad-diżastri naturali;

(viii)  azzjonijiet li jtejbu l-aċċessibbiltà għall-infrastruttura tat-trasport għall-mezzi kollha tat-trasport u għall-utenti kollha, speċjalment għal utenti b'mobilità mnaqqsa, skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;

(ix)  azzjonijiet li jtejbu l-aċċessibbiltà u d-disponibbiltà tal-infrastruttura tat-trasport għal finijiet ta' sigurtà u ta' protezzjoni ċivili;

(ix a)  azzjonijiet sabiex jitnaqqas l-istorbju tal-ferroviji li jġorru l-merkanzija.

(c)  Taħt l-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(a)(ii) u f'konformità mal-Artikolu 6a:

(i)  ▌attivitajiet speċifiċi f'azzjoni, li jappoġġjaw partijiet, ġodda jew eżistenti, tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew xieraq għat-trasport militari, sabiex tiġi adattata għar-rekwiżiti tal-mobilità doppja bil-għan li jkun possibbli l-użu doppju ċivili-militari tal-infrastruttura;

(ia)  azzjonijiet li jtejbu l-aċċessibbiltà u d-disponibbiltà tal-infrastruttura tat-trasport għal finijiet ta' sigurtà u ta' protezzjoni ċivili;

(ib)  azzjonijiet li jżidu r-reżiljenza kontra t-theddid għaċ-ċibersigurtà.

3.  Fis-settur tal-enerġija, l-azzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli li jirċievu għajnuna finanzjarja mill-Unjoni skont dan ir-Regolament:

(a)  azzjonijiet relatati ma' proġetti ta' interess komuni kif stabbilit fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 347/2013;

(b)  azzjonijiet li jappoġġjaw proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, inkluż it-tfassil tagħhom, kif definit fil-Parti IV tal-Anness għal dan ir-Regolament, soġġett għall-issodisfar tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament.

4.  Fis-settur diġitali, l-azzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli li jirċievu għajnuna finanzjarja mill-Unjoni skont dan ir-Regolament:

(a)  azzjonijiet li jappoġġjaw il-konnettività Gigabit u 5G ta' muturi soċjoekonomiċi;

(b)  azzjonijiet li jappoġġjaw il-forniment f'komunitajiet lokali ta' konnettività lokali bla fili ta' kwalità għolja ħafna li tkun bla ħlas u mingħajr kundizzjonijiet diskriminatorji;

(c)  azzjonijiet li jimplimentaw kopertura mingħajr interruzzjoni b'sistemi 5G tal-mogħdijiet ewlenin kollha tat-trasport fuq l-art, inkluż in-netwerks tat-trasport trans-Ewropew;

(d)  azzjonijiet li jappoġġjaw l-implimentazzjoni u l-integrazzjoni ta' netwerks ċentrali ġodda jew eżistenti inkluż b'kejbils sottomarini, fost l-Istati Membri u bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi;

(e)  azzjonijiet li jappoġġjaw l-aċċess tal-unitajiet domestiċi Ewropej għal netwerks ta' kapaċità għolja ħafna u li jimplimentaw il-miri ta' konnettività strateġiċi tal-UE;

(f)  azzjonijiet li jimplimentaw rekwiżiti ta' infrastruttura ta' konnettività diġitali relatati ma' proġetti transfruntiera fl-oqsma tat-trasport jew tal-enerġija u/jew li jappoġġjaw pjattaformi diġitali operattivi assoċjati direttament ma' infrastrutturi tat-trasport jew tal-enerġija.

Lista indikattiva ta' proġetti eliġibbli fis-settur diġitali hija pprovduta fil-Parti V tal-Anness.

Artikolu 10

Sinerġiji bejn is-settur tat-trasport, tal-enerġija u dak diġitali

1.  Azzjonijiet li jikkontribwixxu simultanjament għall-kisba ta' għan jew għanijiet ta' mill-inqas żewġ setturi, kif ipprovdut fl-Artikolu 3(2)(a), (b) u (c), għandhom ikunu eliġibbli li jirċievu għajnuna finanzjarja mill-Unjoni skont dan ir-Regolament u biex jibbenefikaw minn rata ta' kofinanzjament ogħla, f'konformità mal-Artikolu 14. Tali azzjonijiet għandhom ikunu implimentati permezz ta' programmi ta' ħidma li jindirizzaw mill-inqas żewġ setturi, u li jinkludu kriterji tal-għoti speċifiċi u ffinanzjati b'kontribuzzjonijiet tal-baġit mis-setturi involuti.

2.  F'kull wieħed mis-setturi tat-trasport, tal-enerġija u dak diġitali, l-azzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 9 jistgħu jinkludu elementi sinerġetiċi relatati ma' kwalunkwe wieħed mis-setturi l-oħra, li mhumiex relatati ma' azzjonijiet eliġibbli kif previst fl-Artikolu 9(2), (3) jew (4) rispettivament, dment li jikkonformaw ma' dawn ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)  il-kost ta' dawn l-elementi sinerġetiċi ma jaqbiżx l-20 % tal-kostijiet totali eliġibbli tal-azzjoni; u

(b)  dawn l-elementi sinerġetiċi huma relatati mas-setturi tat-trasport, tal-enerġija jew dak diġitali; u

(c)  dawn l-elementi anċillari jippermettu titjib sinifikanti fil-benefiċċji soċjoekonomiċi, klimatiċi jew ambjentali tal-azzjoni.

Artikolu 11

Entitajiet eliġibbli

1.  Il-kriterji tal-eliġibbiltà stabbiliti f'dan l-Artikolu għandhom japplikaw flimkien mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu [197] tar-Regolament Finanzjarju.

2.  Huma eliġibbli l-entitajiet li ġejjin:

(a)  entitajiet ġuridiċi stabbiliti fi Stat Membru, inklużi impriżi konġunti.

(b)  entitajiet ġuridiċi stabbiliti f'pajjiż terz assoċjat mal-Programm;

(c)  entitajiet ġuridiċi maħluqin skont il-liġi tal-Unjoni u organizzazzjonijiet internazzjonali fejn ikun previst il-programmi ta' ħidma.

3.  Il-persuni fiżiċi mhumiex eliġibbli.

4.  L-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f'pajjiż terz li mhuwiex assoċjat ma' Programm huma eċċezzjonalment eliġibbli li jirċievu appoġġ skont il-Programm fejn ikun indispensabbli għall-kisba tal-għanijiet ta' proġett speċifiku ta' interess komuni fil-qasam tat-trasport, tal-enerġija u fil-qasam diġitali jew ta' proġett transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinovabbli.

5.  Il-programmi ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 19 jistgħu jipprevedu li jkunu eliġibbli biss proposti mressqin minn Stat Membru jew minn impriżi konġunti jew, b'konsultazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati, minn awtoritajiet reġjonali jew lokali, jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali, impriżi ▌ jew korpi pubbliċi jew privati.

KAPITOLU III

GĦOTJIET

Artikolu 12

Għotjiet

Għotjiet li jaqgħu taħt il-Programm għandhom jingħataw u jiġu ġġestiti skont it-Titolu [VIII] tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 13

Kriterji tal-għoti

1.  Il-kriterji tal-għoti għandhom ikunu definiti fil-programmi ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 19 u fis-sejħiet għall-proposti, u għandhom jinkludu, sal-limitu applikabbli, l-elementi li ġejjin:

(a)  l-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali (il-benefiċċji u l-kostijiet), inklużi s-solidità, il-komprensività u t-trasparenza tal-analiżi;

(aa)  konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 82 u 85 tad-Direttiva 2014/25/UE;

(b)  aspetti ta' innovazzjoni, diġitalizzazzjoni, interoperabbiltà u aċċessibbiltà;

(c)  id-dimensjoni transfruntiera u d-dimensjoni tal-interkonnessjoni;

(ca)  il-konnettività u aċċessibbiltà territorjali, inkluż għar-reġjuni ultraperiferiċi u l-gżejjer;

(cb)  il-valur miżjud Ewropew

(d)  sinerġiji fost is-setturi tat-trasport, tal-enerġija u dak diġitali;

(e)  il-maturità tal-azzjoni fl-iżvilupp tal-proġett;

(ea)  iċ-ċiklu tal-ħajja ta' proġetti u s-solidità tal-istrateġija tal-manutenzjoni proposta għall-proġett komplut;

(f)  is-solidità tal-pjan ta' implimentazzjoni propost;

(g)  l-effett katalizzatur tal-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni fuq l-investiment;

(h)  il-ħtieġa li jingħeleb xkiel finanzjarju bħal nuqqas ta' vijabbiltà kummerċjali, spejjeż inizjali għoljin jew in-nuqqas ta' finanzi fis-suq;

(ha)  il-kontribut għall-integrazzjoni tar-rekwiżiti tal-mobilità doppja (ċivili u tad-difiża)

(hb)  aċċessibbiltà għal persuni b'mobbiltà mnaqqsa

(i)  kontribut għall-pjanijiet dwar l-enerġija u l-klima tal-Unjoni u dawk nazzjonali.

(ia)  dekarbonizzazzjoni miksuba minn proġetti

(ib)  kontribut għall-effiċjenza enerġetika fl-ewwel prinċipju;

2.  Il-valutazzjoni tal-proposti skont il-kriterji tal-għoti għandha tqis, fejn rilevanti, ir-reżiljenza għall-impatti negattivi tat-tibdil fil-klima permezz ta' valutazzjoni tal-vulnerabbiltà u tar-riskji klimatiċi, inkluż il-miżuri ta' adattament rilevanti.

3.  Il-valutazzjoni tal-proposti skont il-kriterji tal-għoti għandha tiżgura, fejn rilevanti, kif speċifikat fil-programmi ta' ħidma, li l-azzjonijiet appoġġati mill-Programm li jinkludu t-teknoloġija tal-Pożizzjonament, Navigazzjoni u Sinkronizzazzjoni (PNT) ikunu kompatibbli ma' EGNOS/Galileo u ma' Copernicus.

4.  Fis-settur tat-trasport, il-valutazzjoni tal-proposti skont il-kriterji tal-għoti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiżgura, fejn applikabbli, li l-azzjonijiet proposti huma konsistenti mal-pjanijiet ta' ħidma tal-kurituri u l-atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, u jqisu l-opinjoni tal-Koordinatur Ewropew responsabbli skont l-Artikolu 45(8) tal-istess Regolament. Il-valutazzjoni għandha tevalwa wkoll jekk l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet iffinanzjati mill-FNE tirriskjax li tikkawża tħarbit fil-fluss tal-merkanzija jew tal-passiġġieri fis-sezzjoni tal-linja affettwata mill-proġett u eventwalment toffri soluzzjonijiet.

5.  Rigward l-azzjonijiet relatati ma' proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, il-kriterji tal-għoti ddefiniti fil-programmi ta' ħidma u s-sejħiet għall-proposti għandhom iqisu l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 7(4).

6.  Rigward l-azzjonijiet relatati ma' proġetti tal-konnettività diġitali ta' interess komuni, il-kriterji tal-għoti ddefiniti fil-programmi ta' ħidma u s-sejħiet għall-proposti għandhom iqisu l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8(3).

Artikolu 14

Rati ta' kofinanzjament

1.  Fil-każ tal-istudji, l-ammont ta' għajnuna finanzjarja mill-Unjoni ma għandux jaqbeż il-50 % tal-kost totali eliġibbli. Għall-istudji ffinanzjati bl-ammonti ttrasferiti mill-Fond ta' Koeżjoni, ir-rati massimi ta' kofinanzjament għandhom ikunu dawk applikabbli għall-Fond ta' Koeżjoni kif speċifikat fil-paragrafu 2(b).

2.  Fil-każ ta' xogħlijiet fis-settur tat-trasport, għandhom japplikaw dawn ir-rati massimi ta' kofinanzjament li ġejjin:

(a)  għal xogħlijiet relatati mal-għanijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(2)(a), l-ammont ta' assistenza finanzjarja mill-Unjoni ma għandux jaqbeż it-30 % tal-kost totali eliġibbli. Ir-rati ta' kofinanzjament jistgħu jiżdiedu sa massimu ta' 50 % għal azzjonijiet relatati ma' konnessjonijiet transfruntiera li jinvolvu kwalunkwe metodu ta' trasport skont il-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt (c) ta' dan il-paragrafu, għal azzjonijiet li jappoġġjaw sistemi ta' applikazzjonijiet telematiċi, għal azzjonijiet li jappoġġjaw il-passaġġi fuq l-ilma interni, il-ferrovija jew l-Awtostradi tal-Baħar, għal azzjonijiet li jappoġġjaw teknoloġiji ġodda u l-innovazzjoni, u għal azzjonijiet li jappoġġjaw it-titjib tas-sikurezza tal-infrastruttura f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti, u għal azzjonijiet fir-reġjuni ultraperiferiċi, u għal azzjonijiet li jappoġġjaw titjib għall-aċċessibbiltà territorjali u għall-konnettività; Fil-każ ta' xogħlijiet fir-reġjuni ultraperiferiċi r-rati ta' kofinanzjament għandhom jiġu stabbiliti sa massimu ta' 85 %.

(b)  rigward l-ammonti ttrasferiti mill-Fond ta' Koeżjoni, ir-rati massimi ta' konfinanzjament għandhom ikunu dawk applikabbli għall-Fond ta' Koeżjoni, kif imsemmi fir-Regolament (UE) XXX [CPR]. Dawn ir-rati ta' kofinanzjament jistgħu jiżdiedu sa massimu ta' 85 % għal azzjonijiet relatati ma' konnessjonijiet transfruntiera u konnessjonijiet neqsin skont il-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt (c) ta' dan il-paragrafu u għal azzjonijiet relatati mat-titjib fil-konnettività territorjali u l-aċċessibbiltà;

(c)  rigward azzjonijiet relatati ma' konnessjonijiet transfruntiera, ir-rati massimi ta' kofinanzjament miżjuda kif ipprovdut fil-punti (a) u (b) jistgħu japplikaw biss għal azzjonijiet li juru grad partikolarment għoli ta' integrazzjoni fl-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-azzjoni għall-iskop tal-kriterju tal-għoti msemmi fl-Artikolu 13(1)(c) jew fl-Artikolu 13(1)(ca), speċifikament permezz tal-istabbiliment ta' kumpanija ta' proġett wieħed, struttura ta' governanza konġunta u qafas ġuridiku bilaterali jew att ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 jew permezz ta' ftehim bil-miktub bejn l-Istati Membri jew l-awtoritajiet reġjonali kkonċernati; barra minn hekk, ir-rata ta' kofinanzjament applikabbli għall-proġetti mwettqa minn impriża konġunta, f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 11(2), tista' tiżdied b'10 %; ir-rata ta' kofinanzjament ma għandhiex tkun ogħla minn 90 % tal-kost eliġibbli totali.

(ca)  fir-rigward tar-rati ta' kofinanzjament relatati mal-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(a)(ii) ir-rati ta' kofinanzjament jistgħu jiżdiedu sa massimu ta' 85 % għal azzjonijiet relatati ma' konnessjonijiet transfruntiera taħt il-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt (c) ta' dan il-paragrafu;

3.  Fil-każ ta' xogħlijiet fis-settur tal-enerġija, għandhom japplikaw dawn ir-rati massimi ta' kofinanzjament li ġejjin:

(a)  għal xogħlijiet relatati mal-għanijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(2)(b), l-ammont ta' għajnuna finanzjarja mill-Unjoni ma għandux jaqbeż il-50 % tal-kost totali eliġibbli; fil-każ ta' xogħlijiet f'reġjuni ultraperiferiċi r-rati ta' kofinanzjament għandhom ikunu sa massimu ta' 85 %;

(b)  Ir-rati ta' kofinanzjament jistgħu jiżdiedu sa massimu ta' 75 % għal azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' proġetti ta' interess komuni li għandhom impatt sinifikanti fuq it-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 jew, abbażi tal-evidenza msemmija fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) Nru 347/2013, joffru livell għoli ta' sigurtà tal-provvista fuq livell reġjonali jew tal-Unjoni, isaħħu s-solidarjetà tal-Unjoni jew jinkludu soluzzjonijiet ferm innovattivi.

4.  Fil-każ ta' xogħlijiet fis-settur diġitali, għandhom japplikaw dawn ir-rati massimi ta' kofinanzjament li ġejjin: għal xogħlijiet relatati mal-għanijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(2)(c), l-ammont ta' għajnuna finanzjarja mill-UE ma għandux jaqbeż it-30 % tal-kost totali eliġibbli. Fil-każ ta' xogħlijiet fir-reġjuni ultraperiferiċi r-rati ta' kofinanzjament għandhom ikunu sa massimu ta' 85 %. Ir-rati ta' kofinanzjament jistgħu jiżdiedu sa massimu ta' 50 % għal azzjonijiet b'dimensjoni transfruntiera qawwija, bħall-kopertura mingħajr interruzzjoni b'sistemi 5G tul mogħdijiet ta' trasport ewlenin jew l-implimentazzjoni ta' netwerks ċentrali fost l-Istati Membri u bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi, u sa 75 % għall-azzjonijiet li jimplimentaw il-konnettività f'Gigabit tal-muturi soċjoekonomiċi. L-azzjonijiet fil-qasam tal-forniment tal-konnettività lokali bla fili fil-komunitajiet lokali għandhom jiġu ffinanzjati b'għajnuna finanzjarja tal-Unjoni li tkopri sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli, mingħajr ħsara għall-prinċipju tal-kofinanzjament.

5.  Ir-rata massima ta' kofinanzjament applikabbli għall-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 10 għandha tkun l-ogħla rata massima ta' kofinanzjament applikabbli għas-setturi kkonċernati. Barra minn hekk, ir-rata ta' kofinanzjament applikabbli għal dawn l-azzjonijiet tista' tiżdied b'10%; ir-rata ta' kofinanzjament ma għandhiex tkun ogħla minn 90 % tal-kost eliġibbli totali.

5a.  Wara li tkun deċiża r-rata ta' kofinanzjament u fil-mument meta tingħata l-għotja, il-Kummissjoni għandha tforni lill-promoturi tal-proġett lista tal-opportunitajiet u l-mezzi kollha sabiex sabiex fil-ħin xieraq ikun jista' jinkiseb il-kumplament tal-appoġġ finanzjarju.

Artikolu 15

Kostijiet eliġibbli

Il-kriterji tal-eliġibbiltà tal-kostijiet li ġejjin għandhom japplikaw, flimkien mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu [186] tar-Regolament Finanzjarju:

(a)  tista' tkun eliġibbli biss in-nefqa mġarrba fl-Istati Membri, għajr fejn il-proġett ta' interess komuni jew il-proġett transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli jkun jinvolvi t-territorju ta' pajjiż terz wieħed jew aktar kif imsemmi fl-Artikolu 5 jew fl-Artikolu 11(4) ta' dan ir-Regolament jew ibħra internazzjonali, u fejn l-azzjoni tkun indispensabbli sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-proġett ikkonċernat;

(b)  il-kost għal tagħmir, faċilitajiet u infrastruttura li l-benefiċjarju jgħodd bħala nefqa kapitali tista' tkun kollha kemm hi eliġibbli;

(c)  in-nefqa marbuta max-xiri ta' art ma għandhiex titqies bħala kost eliġibbli;

(d)  l-infiq eliġibbli ma għandux jinkludi t-taxxa fuq il-valur miżjud ("VAT").

(da)  in-nefqa relatata mar-rekwiżiti militari għandha tkun eliġibbli mid-data tal-bidu tal-eliġibbiltà tal-azzjoni irrispettivament mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6a(2).

Artikolu 16

Taħlit tal-għotjiet ma' sorsi oħra ta' finanzjament

1.  L-għotjiet jistgħu jintużaw għat-taħlit ma' finanzjament mill-Bank Ewropew tal-Investiment jew minn Banek Promozzjonali Nazzjonali jew minn istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi u ta' żvilupp oħrajn, kif ukoll minn istituzzjonijiet ta' finanzjament tas-settur privat u minn investituri tas-settur privat, inkluż permezz ta' Sħubijiet Pubbliċi-Privati.

2.  L-użu ta' għotjiet kif imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jkun implimentat permezz ta' sejħiet għal proposti ddedikati.

Artikolu 17

Tnaqqis jew terminazzjoni tal-għotjiet

1.  Minbarra r-raġunijiet speċifikati fil-[paragrafu 4 tal-Artikolu 131] tar-Regolament Finanzjarju, l-ammont tal-għotja, ħlief f'każijiet debitament ġustifikati, jista' jitnaqqas minħabba r-raġunijiet li ġejjin:

(a)  l-azzjoni ma tkunx inbdiet fi żmien sena wara d-data tal-bidu indikata fil-ftehim ta' għotja fil-każ ta' studji, jew fi żmien sentejn għall-azzjonijiet l-oħra kollha eliġibbli għall-assistenza finanzjarja skont dan ir-Regolament;

(b)  wara rieżami tal-progress tal-azzjoni, jiġi stabbilit li l-implimentazzjoni tal-azzjoni marret lil hinn mill-iskadenzi għall-istadji stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-[Regolament Nru XXX - TEN-T intelliġenti] jew tant ġiet ittardjata li l-għanijiet tal-azzjoni x'aktarx li ma jintlaħqux;

2.  Il-ftehim ta' għotja jista' jiġi terminat abbażi tar-raġunijiet speċifikati fil-paragrafu 1.

(2a)  L-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-paragrafu 1 jew tal-paragrafu 2 għandu jiġi distribwit lil programmi oħra ta' ħidma proposti fil-qafas tal-pakkett finanzjarju korrispondenti kif stabbilit fl-Artikolu 4.2.

Artikolu 18

Sinerġiji ma' Programmi oħra tal-Unjoni

1.  Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni skont il-Programm tista' tirċievi wkoll kontribuzzjoni minn kwalunkwe programm ieħor tal-Unjoni, inkluż minn Fondi b'ġestjoni kondiviża, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. L-implimentazzjoni għandha tirrispetta r-regoli previsti fl-Artikolu [xxx] tar-Regolament Finanzjarju. Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż il-kostijiet totali eliġibbli tal-azzjoni, u l-appoġġ mill-programmi varji tal-Unjoni jista' jiġi kkalkolat fuq bażi prorata skont id-dokumenti li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-appoġġ.

2.  L-azzjonijiet li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet kumulattivi kollha li ġejjin:

(a)  ikunu ġew ivvalutati f'sejħa għal proposti fil-qafas tal-Programm;

(b)  jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi ta' kwalità ta' dik is-sejħa għal proposti;

(c)  ma jistgħux jiġu ffinanzjati fil-qafas ta' dik is-sejħa għal proposti minħabba limitazzjonijiet baġitarji;

jistgħu jirċievu appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) jew mill-Fond ta' Koeżjoni skont [il-paragrafu 5 tal-Artikolu 67] tar-Regolament XXX [CPR], mingħajr aktar valutazzjoni, u dment li tali azzjonijiet ikunu konsisteni mal-għanijiet tal-programm ikkonċernat. Għandhom japplikaw ir-regoli tal-Fond li jipprovdi l-appoġġ.

KAPITOLU IV

IPPROGRAMMAR, MONITORAĠĠ, EVALWAZZJONI U KONTROLL

Artikolu 19

Programmi ta' ħidma

1.  Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz tal-programmi ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju. ▌.

1a.  Il-Kummissjoni għandha tħejji sal-aħħar ta' Marzu 2021 Programm Qafas li se jinkludi l-iskeda tal-programmi ta' ħidma u s-sejħiet, is-suġġetti u l-finanzjament allokat tagħhom u dettalji oħra meħtieġa biex jipprovdu trasparenza u prevedibbiltà għall-perjodu kollu tal-Programm u biex isaħħu l-kwalità tal-proġetti. Il-Programm Qafas se jiġi adottat permezz ta' att delegat skont l-Artikolu 24.

1b.  Mal-pubblikazzjoni ta' programm ta' ħidma, il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż tas-sejħiet għall-proposti previsti taħt il-programm ta' ħidma; tali avviż għandu jkun fih, skont l-Artikolu 194 tar-Regolament Finanzjarju, mill-inqas l-informazzjoni li ġejja għal kull lista elenkata:

(a)  Prijoritajiet;

(b)  Data indikattiva tal-ftuħ;

(c)  Data indikattiva tal-għeluq;

(d)  Baġit stmat.

2.  Il-programmi ta' ħidma għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta' att delegat, f'konformità mal-Artikolu 24 ta' dan ir-Regolament.

2a.  F'konformità mal-Artikolu 200(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, is-sejħiet kollha għandhom jinkludu proċedura ta' selezzjoni b'żewġ stadji u għandhom jiġu implimentati kif ġej:

(a)  l-applikanti għandhom jissottomettu fajl simplifikat li jkun fih informazzjoni relattivament fil-qosor għal skopijiet ta' għażla minn qabel tal-eliġibbiltà tal-proġett.

(b)  L-applikanti li jintgħażlu f'lista finali fl-ewwel stadju għandhom jissottomettu fajl sħiħ wara li jingħalaq l-ewwel stadju.

(c)  Il-Kummissjoni għandha tippubblika s-sejħiet għall-proposti tal-inqas xahar qabel ma tinfetaħ il-proċedura.

Artikolu 20

Monitoraġġ u rappurtar

-1.  Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi metodoloġija biex tipprovdi indikaturi kwalitattivi għal valutazzjoni preċiża tal-progress miksub minn kull proġett tul in-netwerk tat-TEN-T u lejn il-kisba tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3 permezz tal-Programm. Fuq il-bażi ta' din il-metodoloġija, il-Kummissjoni għandha tikkomplementa l-Parti I tal-Anness, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2021 u permezz ta' att delegat, f'konformità mal-Artikolu 24.

1.  L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-għanijiet ġenerali u speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3 huma stabbiliti fil-Parti I tal-Anness.

2.  Sabiex tiżgura l-valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 24, biex temenda l-Parti I tal-Anness bil-għan li tirrevedi jew tikkomplementa l-indikaturi fejn jitqies meħtieġ, u biex tissupplimenta dan ir-Regolament b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' qafas ta' monitoraġġ u evalwazzjoni.

3.  Is-sistema ta' rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-programm tkun adattata għal analiżi fil-fond tal-progress miksub u d-diffikultajiet li wieħed jiltaqa' magħhom tul il-kurituri tan-netwerk ċentrali u li din tinġabar b'mod effiċjenti, effettiv u f'waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta' rapportar proporzjonat fuq dawk li jirċievu l-fondi tal-UE u, fejn rilevanti, l-Istati Membri.

3a.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sit web iddedikat biex tippubblika mappa fil-ħin reali bil-proġetti fl-implimentazzjoni flimkien ma' data rilevanti (valutazzjonijiet tal-impatt, il-valur, il-benefiċjarju, l-entità ta' implimentazzjoni, il-qagħda attwali)

Artikolu 21

Evalwazzjoni u rieżami

1.  L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu f'waqthom, iżda mill-inqas kull sentejn, sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

(1a)  L-evalwazzjonijiet għandhom jivvalutaw l-implimentazzjoni tal-Programm, skont l-għanijiet ġenerali u settorjali tiegħu, kif stabbilit fl-Artikolu 3, u jiċċaraw jekk is-setturi differenti humiex fit-triq it-tajba, jekk l-impenn baġitarju totali huwiex konformi mal-ammont totali allokat, jekk il-proġetti li għaddejjin laħqux grad suffiċjenti ta' kompletezza, jekk għadux vijabbli u konvenjenti li jitwettqu.

2.  L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm fuq il-bażi tal-monitoraġġ imwettaq skont l-Artikolu 20, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm. Għandha tinkludi wkoll evalwazzjoni komprensiva tal-adegwatezza tal-proċeduri, l-objettivi u l-kriterji ta' eliġibbiltà lejn il-kisba tal-għanijiet ġenerali u settorjali kif stabbiliti fl-Artikolu 3. Abbażi tar-riżultati ta' din l-evalwazzjoni interim, għandhom jiġu proposti rakkomandazzjonijiet għal rieżami tal-Programm.

3.  Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn sentejn wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu [1], il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni finali tiegħu.

4.  Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

Artikolu 22

Proċedura ta' kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tal-Koordinazzjoni tal-FNE. Il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 23

Atti delegati

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 24 ta' dan ir-Regolament:

(a)  biex temenda l-Parti I tal-Anness rigward l-indikaturi u biex tistabbilixxi qafas ta' monitoraġġ u evalwazzjoni;

(c)  biex temenda l-Parti III tal-Anness rigward id-definizzjoni tal-kurituri tan-netwerk ewlieni għas-settur tat-trasport u s-sezzjonijiet identifikati minn qabel; kif ukoll is-sezzjonijiet identifikati minn qabel fuq in-netwerk komprensiv;

(d)  biex temenda l-Parti IV tal-Anness rigward l-identifikazzjoni ta' proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli;

(e)  biex temenda l-Parti V tal-Anness rigward l-identifikazzjoni ta' proġetti ta' konnettività diġitali ta' interess komuni.

(ea)  biex tadotta l-Programm ta' ħidma;

(eb)  biex tadotta l-Programm qafas;

(ec)  biex tispeċifika jew temenda r-rekwiżiti militari, biex tistabbilixxi jew temenda l-lista tal-partijiet tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport xierqa għat-trasport militari, biex tistabbilixxi jew temenda l-lista tal-infrastruttura b'użu doppju tal-proġetti ta' prijorità u l-proċedura ta' valutazzjoni dwar l-eliġibbiltà tal-azzjonijiet konnessi mal-mobilità militari stabbiliti fl-Artikolu 6a;

(ed)  biex tiddefinixxi l-metodoloġija biex tipprovdi indikaturi kwalitattivi għal valutazzjoni preċiża tal-progress miksub minn kull proġett tul in-netwerk tat-TEN-T permezz tal-Programm.

Artikolu 24

Eżerċizzju tad-delega

1.  Hija mogħtija lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti delegati skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 23 għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2028.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 23 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tibda sseħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data iktar tard speċifikata fiha. Ma għandha taffettwa l-validità ta' ebda att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

4.  Qabel ma tadotta l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 23 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta jkunu ġew mgħarrfin bih jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew u kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 25

Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità

1.  Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inkluż lill-midja u lill-pubbliku.

2.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Programm, u mal-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3.

Artikolu 26

Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

Fejn pajjiż terz jieħu sehem fil-programm permezz ta' deċiżjoni fil-qafas ta' ftehim internazzjonali jew bi kwalunkwe strument legali ieħor, il-pajjiż terz għandu jagħti d-drittijiet neċessarji u l-aċċess meħtieġ lill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex jeżerċitaw bis-sħiħ il-kompetenzi rispettivi tagħhom. Fil-każ tal-OLAF, tali drittijiet għandhom jinkludu d-dritt li jwettaq investigazzjonijiet, inkluż verifiki fuq il-post u spezzjonijiet, kif previst fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF).

F'konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jista' jinvestiga u jressaq każijiet ta' frodi u reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

Artikolu 27

Revoka u dispożizzjonijiet tranżitorji

1.  Ir-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014 għandhom jitħassru.

2.  Mingħajr ħsara għall-paragrafu 1, dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa t-tkomplija jew il-modifika tal-azzjonijiet ikkonċernati, sal-għeluq tagħhom, skont ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013, li għandhom ikomplu japplikaw għall-azzjonijiet ikkonċernati sal-għeluq tagħhom.

2a.  Ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 għandu jiġi rivedut fil-ħin għall-QFP li jmiss, sabiex il-linji gwida jiġu allinjati mal-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-impenn ta' dekarbonizzazzjoni fuq terminu twil tal-UE, u biex jiġi integrat il-prinċipju "l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel". [Em. 10]

3.  Il-pakkett finanzjarju għall-Programm jista' jkopri wkoll l-ispejjeż tal-għajnuna teknika u amministrattiva meħtieġa biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn il-Programm u l-miżuri adottati taħt il-predeċessur tiegħu, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa taħt ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013.

4.  Jekk meħtieġ, l-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit lil hinn mill-2027 biex ikopru l-ispejjeż previsti fl-Artikolu 4(5) ta' dan ir-Regolament, sabiex jippermettu l-ġestjoni ta' azzjonijiet mhux ikkompletati sal-31 ta' Diċembru 2027.

Artikolu 28

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS

PARTI I – INDIKATURI

Il-Programm se jiġi mmonitorjat mill-qrib abbażi ta' sett ta' indikaturi maħsuba biex ikejlu safejn l-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Programm ikunu ntlaħqu u bl-għan li jiġu minimizzati l-piż u l-ispejjeż amministrattivi. Għal dak l-għan, se tinġabar data fir-rigward tas-sett ta' indikaturi ewlenin li ġejjin.

 

Setturi

Għanijiet speċifiċi

Indikaturi

 

Trasport

Netwerks u infrastruttura effiċjenti u interkonnessi għal mobilità intelliġenti, interoperabbli, sostenibbli, multimodali, inklużiva u sikura u mingħajr periklu

Numru ta' konnessjonijiet transfruntiera u neqsin indirizzati bl-appoġġ tal-FNE (inklużi azzjonijiet relatati ma' nodi urbani, konnessjonijiet ferrovjarji transfruntiera reġjonali, portijiet marittimi, portijiet interni, ajruporti u terminals ferrovjarji tan-netwerks ewlenin u komprensivi TEN-T)

 

 

 

Numru ta' azzjonijiet appoġġjati mill-FNE li jikkontribwixxu għad-diġitalizzazzjoni tat-trasport (ERTMS, SESAR)

 

 

 

Numru ta' punti ta' provvista ta' fjuwil alternattiv mibnija jew aġġornati bl-appoġġ tal-FNE

 

 

 

Numru ta' azzjonijiet appoġġjati mill-FNE li jikkontribwixxu għas-sikurezza tat-trasport

 

 

 

Numru ta' azzjonijiet tal-FNE li jikkontribwixxu għall-aċċessibbiltà tat-trasport għall-persuni b'diżabbiltà

 

 

 

Numru ta' azzjonijiet appoġġjati mill-FNE li jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-ħsejjes mit-trasport tal-merkanzija

 

 

Adattament għar-rekwiżiti tal-mobilità doppja (ċivili u ta' difiża)

Numru ta' komponenti tal-infrastruttura tat-trasport adattati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-mobilità doppja (ċivili u ta' difiża)

 

Enerġija

Kontribuzzjoni għall-interkonnettività u l-integrazzjoni ta' swieq

Numru ta' azzjonijiet tal-FNE li jikkontribwixxu għal proġetti li jgħaqqdu n-netwerks tal-SM u jneħħu r-restrizzjonijiet interni

 

 

Sigurtà fil-provvista tal-enerġija

Numru ta' azzjonijiet tal-FNE li jikkontribwixxu għal proġetti li jiżguraw netwerk ta' gass reżiljenti

 

 

 

Numru ta' azzjonijiet tal-FNE li jikkontribwixxu għal grilji intelliġenti u diġitalizzati u jżidu l-kapaċità tal-ħażna tal-enerġija

 

 

Żvilupp sostenibbli permezz tal-iffaċilitar tad-dekarbonizzazzjoni

Numru ta' azzjonijiet tal-FNE li jikkontribwixxu għal proġetti li jiffaċilitaw penetrazzjoni akbar ta' enerġija rinnovabbli fis-sistemi tal-enerġija

 

 

 

Numru ta' azzjonijiet tal-FNE li jikkontribwixxu għal kooperazzjoni transfruntiera fil-qasam tal-enerġiji rinnovabbli

 

Diġitali

Kontribuzzjoni għall-użu ta' infrastruttura ta' konnettività diġitali madwar l-Unjoni Ewropea;

Konnessjonijiet ġodda ma' netwerks ta' kapaċità għolja ħafna għal muturi soċjoekonomiċi u konnessjonijiet bla fili ta' kwalità għolja ħafna għall-komunitajiet lokali

 

 

 

Numru ta' azzjonijiet tal-FNE li jiffaċilitaw il-konnettività 5G tul il-mogħdijiet tat-trasport

 

 

 

Numru ta' azzjonijiet tal-FNE li jiffaċilitaw konnessjonijiet ġodda ma' netwerks ta' kapaċità għolja ħafna għall-unitajiet domestiċi

 

 

 

Numru ta' azzjonijiet tal-FNE li jikkontribwixxu għad-diġitalizzazzjoni tas-setturi tal-enerġija u tat-trasport

PARTI II: PERĊENTWALI INDIKATTIVI GĦAS-SETTUR TAT-TRASPORT

Ir-riżorsi baġitarji msemmija fl-Artikolu 4(2)(a)(i) u (ii) għandhom jitqassmu kif ġej:

—  60 % għall-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 9(2)(a): “Azzjonijiet marbutin ma’ netwerks effiċjenti u interkonnessi”;

—  40 % għall-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 9(2)(b): “Azzjonijiet marbutin ma’ mobilità intelliġenti, sostenibbli, inklużiva, sikura u sigura”.

Ir-riżorsi baġitarji użati biex jiġu ffinanzjati l-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 9(2)(a) għandhom jitqassmu kif ġej: 75 % għandhom ikunu allokati għal azzjonijiet fuq il-kurituri tan-netwerk ewlieni, 10% għal azzjonijiet fuq in-netwerk ewlieni barra l-kurituri tan-netwerk ewlieni, u 15% għal azzjonijiet fuq in-netwerk komprensiv.

PARTI III: PRIJORITAJIET ORIZZONTALI, KURITURI TAN-NETWERK EWLIENI TAT-TRASPORT U SEZZJONIJIET IDENTIFIKATI MINN QABEL; SEZZJONIJIET IDENTIFIKATI MINN QABEL FUQ IN-NETWERK KOMPRENSIV

-1a.  Prijoritajiet orizzontali

SESAR, ERTMS, ITS, RIS, VTMIS smart technology devices

1.  Kurituri tan-netwerk ewlieni u sezzjonijiet identifikati minn qabel

Kuritur tan-netwerk ewlieni "Atlantic"

Allinjament

Gijón – León – Valladolid

 

A Coruña – Vigo – Orense – León –

 

Zaragoza – Pamplona/Logroño – Bilbao

 

Bordeaux – Toulouse

 

Tenerife/Gran Canaria – Huelva/Sanlúcar de Barrameda – Sivilja – Córdoba

 

Algeciras – Bobadilla – Madrid

 

Gżira ta' Madeira/Sines – Ermidas/Lisbona – Madrid – Valladolid

 

Lisbona – Aveiro – Leixões/Porto – Xmara Douro/Vigo

 

Aveiro – Valladolid – Vitoria-Gasteiz – Bergara – Bilbao/Bordeaux – La Rochelle – Tours – Pariġi – Le Havre/Metz – Mannheim/Strasburgu

 

Shannon Foynes – Dublin – Rosselare – Waterford – Cork – Brest – Roscoff – Cherbourg – Caen - Le Havre – Rouen – Pariġi

 

Dublin/Cork – Brest – Roscoff – Saint Nazaire – Nantes – Tours – Dijon

Sezzjonijiet identifikati minn qabel

Transfruntiera

Évora – Mérida

Bil-ferrovija

 

 

Vitoria-Gasteiz – San Sebastián – Bayonne – Bordeaux

 

 

 

Aveiro – Salamanca

 

 

 

Xmara Douro (Via Navegável do Douro)

Passaġġi fuq l-ilma interni

 

Konnessjoni nieqsa

Pariġi (konnessjoni Orly-Versailles u Orly- Ajruport Ch. De Gaulle)

Multimodali

Kuritur tan-netwerk ewlieni "Baltiku – Adrijatiku"

Allinjament

Gdynia – Gdańsk – Katowice/Sławków

 

Gdańsk – Varsavja – Katowice

 

Katowice – Ostrava – Brno – Vjenna

 

Szczecin/Świnoujście – Poznań – Wrocław – Ostrava

 

Katowice – Žilina – Bratislava – Vjenna

 

Vjenna – Graz – Villach – Udine – Trieste

 

Udine – Venezja – Padova – Bologna – Ravenna – Ancona – Foggia

 

Graz – Maribor – Ljubljana – Koper/Trieste

Sezzjonijiet identifikati minn qabel

Transfruntiera

Katowice – Ostrava

Bil-ferrovija

 

Katowice – Žilina

 

 

Opole – Ostrava

 

 

Bratislava – Vjenna

 

 

Graz – Maribor

 

 

Trieste – Divaca

 

 

Katowice – Žilina

Bit-triq

 

Brno – Vjenna

 

 

Konnessjoni nieqsa

Gloggnitz – Mürzzuschlag:

Bil-ferrovija

 

Mina ta' bażi ta' Semmering

 

 

Graz – Klagenfurt: Linja ferrovjarja u mina ta' Koralm

 

 

Koper – Divača

 

Kuritur tan-netwerk ewlieni "Mediterranean"

Allinjament

Algeciras – Bobadilla –Madrid – Zaragoza – Tarragona

 

Zaragoza – Teruel — Valencia/Sagunto

 

Sagunto – Valencia – Madrid

 

Sivilja – Bobadilla – Murcia

 

Cartagena – Murcia – Valencia – Tarragona/Palma de Mallorca – Barċellona

 

Tarragona – Barċellona – Perpignan – Marsilja – Ġenova/Lyon – La Spezia – Turin – Novara – Milan – Bologna/Verona – Padova – Venezja – Ravenna/Trieste/Koper – Ljubljana – Budapest

 

Toulouse – Narbonne

 

Ljubljana/Rijeka – Zagreb – Budapest – fruntiera UA

Sezzjonijiet identifikati minn qabel

Transfruntiera

Lyon – Turin: Mina ta' bażi u rotot ta' aċċess

Bil-ferrovija

 

 

Barċellona – Perpignan

 

 

 

Nizza – Ventimiglia

 

 

 

Trieste – Divača

 

 

 

Ljubljana – Zagreb

 

 

 

Zagreb – Budapest

 

 

 

Budapest – Miskolc – fruntiera UA

 

 

 

Lendava – Letenye

Triq

 

 

Vásárosnamény – fruntiera UA

 

 

Konnessjoni nieqsa

Perpignan – Montpellier

Bil-ferrovija

 

 

Madrid – Zaragoza – Barċellona

 

 

 

Koper – Divača

 

 

 

Ljubljana – Zagreb

 

 

 

Milan – Cremona – Mantova – Ferrara – Porto Levante/Venezja – Trieste/Ravenna – Porto Garibaldi

Passaġġi fuq l-ilma interni

Kuritur tan-netwerk ewlieni "Baħar tat-Tramuntana – Baltiku"

Allinjament

Luleå – Helsinki – Tallinn – Riga

 

Ventspils – Riga

 

Riga – Kaunas

 

Klaipeda – Kaunas – Vilnius

 

Kaunas – Varsavja

 

Fruntiera BY – Warszawa – Łódź/Poznań – Frankfurt an der Oder – Berlin – Hamburg – Kiel

 

Łódź – Katowice/Wrocław

 

Fruntiera UA/PL – Rzeszów – Katowice – Wrocław – Falkenberg – Magdeburg

 

Szczecin/Świnoujście – Berlin – Magdeburg – Braunschweig – Hannover

 

Hannover – Bremen – Bremerhaven/Wilhelmshaven

 

Hannover – Osnabrück – / Kleve – Nijmegen / – Hengelo – Almelo – Deventer – Utrecht

 

Utrecht – Amsterdam

 

Utrecht – Rotterdam – Antwerp

 

Hannover – Cologne – Antwerp

Sezzjonijiet identifikati minn qabel

Transfruntiera

Tallinn – Rīga – Kaunas – Warszawa: Linja ferrovjarja ġdida ta' Rail Baltic b'gejġ tal-UIC kompletament interoperabbli

Bil-ferrovija

 

 

Antwerp – Duisburg

Bil-ferrovija

 

 

Świnoujście/Szczecin / Pont Karniner – Berlin

Bil-ferrovija / Passaġġi fuq l-ilma interni

 

 

Kuritur Via Baltica EE-LV-LT-PL

Triq

 

Konnessjoni nieqsa

Bil-ferrovija

 

 

Varsavja/Idzikowice – Poznań/Wrocław, inkluż konnessjonijiet mal-Hub tat-Trasport Ċentrali

 

 

 

Kiel Kanal

Passaġġi fuq l-ilma interni

 

 

Berlin – Magdeburg – Hannover; Mittellandkanal; kanali fil-Ġermanja tal-Punent

 

 

 

Rhine, Waal

 

 

 

Noordzeekanaal, IJssel, Twentekanaal

 

 

Titjib (żewġ binarji)

Żona tar-Ruhr – Münster – Osnabrück – Hamburg

Bil-ferrovija

Kuritur tan-netwerk ewlieni "Baħar tat-Tramuntana – Mediterran"

Allinjament

 

DerrySligoGalway – Shannon Foynes/Cork

 

 

 

Baile Átha Cliath/Dublin/Corcaigh/Cork – Zeebrugge/Antwerp/Rotterdam

 

Dublin – Cork – Calais – Zeebruge – Antwerp – Rotterdam

 

Fruntiera tar-Renju Unit – Lille – Brussell

 

Londra – Lille – konnessjoni ferrovjarja transfruntiera Brussell-Quiévrain-Valenciennes – Brussell

 

Amsterdam – Rotterdam – Antwerp – Brussell – Lussemburgu

 

Lussemburgu – Metz – Dijon – Macon – Lyon – Marsilja

 

Lussemburgu – Metz – Strasburgu – Basel

 

Antwerp/Zeebrugge – Gent – Dunkerque/Lille – Pariġi

Sezzjonijiet identifikati minn qabel

Transfruntiera

Brussell – Lussemburgu – Strasburgu

Bil-ferrovija

 

 

Terneuzen – Gent

Passaġġi fuq l-ilma interni

 

 

Seine – Netwerk ta' Escaut u l-baċini relatati tax-xmajjar Seine, Escaut u Meuse

 

 

 

Kuritur Rhine-Scheldt

 

 

Konnessjoni nieqsa

Albertkanaal / Canal Bocholt-Herentals

Passaġġi fuq l-ilma interni

 

Dunkerque – Lille

Kuritur tan-netwerk ewlieni "Orjent/Lvant tal-Mediterran"

Allinjament

Hamburg – Berlin

 

Rostock – Berlin – Dresden

 

Bremerhaven/Wilhelmshaven – Magdeburg – Dresden

 

Dresden – Ústí nad Labem – Melnik/Praga – Lysá nad Labem/Poříčany – Kolin

 

Kolin – Pardubice – Brno – Vjenna/Bratislava – Budapest – Arad – Timișoara – Craiova – Calafat – Vidin – Sofija

 

Sofija – Plovdiv – Burgas

 

Plovdiv – fruntiera TR – Alexandropouli – Kavala – Thessaloniki – Ioannina – Kakavia/Igoumenitsa

 

Fruntiera FYROM – Thessaloniki

 

Sofija – Thessaloniki – Ateni – Piraeus/Ikonio – Heraklion – Lemesos (Vasiliko) – Nikosija

 

Ateni – Patras/Igoumenitsa

Sezzjonijiet identifikati minn qabel

Transfruntiera

Dresden – Praga

Bil-ferrovija

 

 

Vjenna/Bratislava – Budapest

 

 

 

Békéscsaba – Arad

 

 

 

Calafat – Vidin – Sofija – Thessaloniki

 

 

 

Fruntiera TR – Alexandropouli

 

 

 

Fruntiera FYROM – Thessaloniki

 

 

 

Ioannina – Kakavia (fruntiera AL)

Bit-Triq

 

 

Craiova – Vidin

 

 

 

Hamburg – Dresden – Praga – Pardubice

Passaġġi fuq l-ilma interni

 

Konnessjoni nieqsa

Thessaloniki – Kavala

Bil-ferrovija

 

 

Budapest KelenföldFerencváros

 

 

 

Stazzjon tal-ferrovija ta' Szolnok

 

Kuritur tan-netwerk ewlieni "Rhine – Alpin"

Allinjament

Ġenova – Milan – Lugano – Basel

 

Ġenova – Novara – Brig – Bern – Basel – stabbiliment mill-ġdid tal-pont ferrovjarju transfruntier Freiburg (Breisgau)-Colmar – konnessjoni transfruntiera Rastatt -Hagenau – Karlsruhe – Mannheim – Mainz – Koblenz – Cologne

 

Milan – Verona – Trento – Bolzano – Innsbruck – Munich, inkluż il-Kuritur tal-Brennero

 

Cologne – Düsseldorf – Duisburg – Nijmegen/Arnhem – Utrecht – Amsterdam

 

Nijmegen – Rotterdam – Vlissingen

 

Cologne – Liège – Brussell – Gent

 

Liège – Antwerp – Gent – Zeebrugge

Sezzjonijiet identifikati minn qabel

Transfruntiera

Zevenaar – Emmerich – Oberhausen

Bil-ferrovija

 

 

Karlsruhe – Basel

 

 

 

Milan/Novara – fruntiera CH

 

 

 

Antwerp - Duisburg

 

 

 

Basel – Antwerp/Rotterdam – Amsterdam

Passaġġi fuq l-ilma interni

 

Konnessjoni nieqsa

Ġenova – Tortona/Novi Ligure

Bil-ferrovija

Kuritur tan-netwerk ewlieni "Rhine – Danubju"

Allinjament

Pariġi – Strasburgu – Stuttgart – Augsburg – Munich – Salzburg – Wels/Linz

 

Strasburgu – Mannheim – Frankfurt – Würzburg – Nuremberg – Regensburg – Passau – Wels/Linz

 

Munich/Nuremberg – Praga – Ostrava/Přerov – Žilina – Košice – fruntiera funtiera UA

 

Wels/Linz – Vjenna – Bratislava – Budapest – Vukovar

 

Vjenna/Bratislava – Budapest – Arad – Braşov/Craiova – Bucharest – Focșani – Albita (fruntiera MD) / Constanța – Sulina

Sezzjonijiet identifikati minn qabel

Transfruntiera

Munich – Praga

Bil-ferrovija

 

 

Nuremberg – Plzen

 

 

 

Munich – Mühldorf – Freilassing – Salzburg

 

 

 

Strasburgu – Kehl Appenweier

 

 

 

Hranice – Žilina

 

 

 

Vjenna – Bratislava/Budapest

 

 

 

Bratislava – Budapest

 

 

 

Békéscsaba – Arad

 

 

 

Danubju (Kehlheim - Constanța/Midia/Sulina) u l-baċini relatati tax-xmajjar Sava u Tisza

Passaġġi fuq l-ilma interni

 

 

Zlín – Žilina

Bit-Triq

 

Konnessjoni nieqsa

Stuttgart – Ulm

Bil-ferrovija

 

 

Salzburg – Linz

 

 

 

Arad – Craiova

 

 

 

Bucharest – Constanța

 

 

 

Arad – Braşov

Bil-ferrovija

 

 

Braşov – Predeal

Bil-ferrovija

 

 

Bucharest – Craiova

Bil-ferrovija

Kuritur tan-netwerk ewlieni "Skandinavu - Mediterran"

Allinjament

Fruntiera RU – Hamina/Kotka – Helsinki – Turku/Naantali – Stokkolma – Örebro – Malmö

 

Narvik/Oulu – Luleå – Umeå – Stokkolma

 

Oslo – Gothenburg – Malmö – Trelleborg

 

Malmö – Copenhagen – Fredericia – Aarhus – Aalborg - Hirtshals/Frederikshavn

 

Copenhagen – Kolding/Lübeck – Hamburg – Hannover

 

Bremerhaven – Bremen – Hannover – Nuremberg

 

Rostock – Berlin – Halle/Leipzig – Erfurt/Weimar – Munich

 

Nuremberg – Munich – Innsbruck – Verona – Bolonja – Ancona/Firenze

 

Livorno/La Spezia – Firenze – Ruma – Napli – Bari – Taranto – il-Belt Valletta

 

Napli – Cagliari/Gioia Tauro – Palermo/Augusta – il-Belt Valletta – Marsaxlokk

Sezzjonijiet identifikati minn qabel

Transfruntiera

Fruntiera RU – Helsinki

Bil-ferrovija

 

 

Copenhagen – Hamburg: Rotot ta' aċċess għal-linja fissa tal-Fehmarn belt

 

 

 

Munich – Wörgl – Innsbruck – Fortezza – Bolzano – Trento – Verona: mina ta' bażi tal-Brennero u r-rotot ta' aċċess tagħha

 

 

 

Trelleborg - Malmö - Gothenburg – l-ebda fruntiera (transfruntiera, bil-ferrovija)

 

 

 

Gothenburg-Oslo

 

 

 

Helsingborg-Helsingør

 

 

 

Copenhagen-Malmö

 

 

 

Copenhagen – Hamburg: Linja fissa tal-Fehmarn belt

Bil-ferrovija/Bit-triq

2.  Sezzjonijiet identifikati minn qabel fuq in-netwerk komprensiv

L-elementi relatati li jinsabu fuq in-netwerk komprensiv imsemmi fl-Artikolu 9(2)(a)(i) u l-konnessjonijiet transfruntiera tan-netwerk komprensiv imsemmi fl-Artikolu 9(2)(a)(ii) ta' dan ir-Regolament jinkludu fost l-oħrajn dawn is-sezzjonijiet:

Dublin – Strabane – Letterkenny

Bit-Triq

Derry – Sligo – Galway

Bil-ferrovija

Pau – Huesca

Bil-ferrovija

Lyon – fruntiera CH

Bil-ferrovija

Athus – Mont-Saint-Martin

Bil-ferrovija

Bil-ferrovija

Mons – Valenciennes

Bil-ferrovija

Gent – Terneuzen

Bil-ferrovija

Heerlen – Aachen

Bil-ferrovija

Groningen – Bremen

Bil-ferrovija

Stuttgart – fruntiera CH

Bil-ferrovija

Berlin – Rzepin/Horka – Wrocław

Bil-ferrovija

Praga – Linz

Bil-ferrovija

Villach – Ljubljana

Bil-ferrovija

Ancona – Foggia

Bil-ferrovija/Bit-triq

Pivka – Rijeka

Bil-ferrovija

Plzeň – České Budějovice – Vjenna

Bil-ferrovija

Vjenna – Györ

Bil-ferrovija

Graz – Celldömölk – Györ

Bil-ferrovija

Neumarkt-Kalham – Mühldorf

Bil-ferrovija

Kuritur Amber PL-SK-HU

Bil-ferrovija

Kuritur Via Carpathia fruntiera BY/UA-PL-SK-HU-RO

Bit-Triq

Budapest – Osijek – Svilaj (fruntiera BiH)

Bit-Triq

TimișoaraMoravița

Bit-Triq

Faro – Huelva

Bil-ferrovija

Porto – Vigo

Bil-ferrovija

Bucharest – Giurgiu – Varna/Bourgas

Bil-ferrovija

Svilengrad – Pithio

Bil-ferrovija

SiretSuceava

Bit-Triq

FocșaniAlbița

Bit-Triq

Munich – Salzburg – Laibach

Bil-ferrovija

Gallarate/Sesto C. – Laveno/Luino

Bil-ferrovija

ANNESS – PARTI IV: L-IDENTIFIKAZZJONI TA' PROĠETTI TRANSFRUNTIERA FIL-QASAM TAL-ENERĠIJA RINNOVABBLI

1.  L-għan tal-proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli

Il-proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli għandhom jippromwovu l-kooperazzjoni transfruntiera fost l-Istati Membri fil-qasam tal-ippjanar, l-iżvilupp u l-isfruttar kosteffiċjenti ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli bil-għan li jikkontribwixxu għall-miri ta' dekarbonizzazzjoni fit-tul tal-Unjoni.

2.  Kriterji ġenerali

Biex jikkwalifika bħala proġett transfruntier fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, proġett għandu jissodisfa l-kriterji ġenerali kollha li ġejjin:

(a)  għandu jkun inkluż fi ftehim ta' kooperazzjoni jew kwalunkwe tip ta' arranġament ieħor bejn Stati Membri u/jew bejn Stati Membri u pajjiżi terzi kif stipulat fl-Artikoli 6, 7, 9 jew 11 tad-Direttiva 2009/28/KE;

(b)  għandu jipprovdi ffrankar ta' spejjeż fl-użu ta' enerġiji rinnovabbli u/jew benefiċċji għall-integrazzjoni tas-sistema, sigurtà tal-provvista tal-enerġija jew innovazzjoni meta mqabbel ma' proġett transfruntier alternattiv fil-qasam tal-enerġija jew proġett transfruntier fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli implimentat minn wieħed mill-Istati Membri parteċipanti waħdu;

(c)  il-benefiċċji globali potenzjali ta' kooperazzjoni jisbqu l-ispejjeż tiegħu, inkluż fit-tul, kif ivvalutat fuq il-bażi tal-analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji kif imsemmi fil-punt 3 u bl-applikazzjoni tal-metodoloġija msemmija fl-Artikolu [7].

3.  Analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji

L-analiżi tal-kostjiet imqabbla mal-benefiċċji msemmija fil-punt 2(c) aktar 'il fuq għandha tqis għal kull Stat Membru jew pajjiż terz parteċipanti l-impatt fost l-oħrajn ta' dawn l-aspetti li ġejjin:

(a)  l-ispejjeż tal-ġenerazzjoni tal-elettriku;

(b)  l-ispejjeż tal-integrazzjoni tas-sistema;

(c)  l-ispejjeż tal-appoġġ;

(d)  l-emissjonijiet tal-gassijiet serra;

(e)  is-sigurtà tal-provvista;

(f)  tniġġis tal-arja u tniġġis lokali ieħor jew effetti fuq in-natura lokali u l-ambjent

(g)  l-innovazzjoni.

4.  Proċess

Il-promoturi ta' proġett, inklużi Stati Membri, li jistgħu jkunu eliġibbli għall-għażla bħala proġett transfruntier fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli taħt ftehim ta' kooperazzjoni jew kwalunkwe tip ieħor ta' arranġament fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli bejn Stati Membri u/jew bejn Stati Membri u pajjiżi terzi kif stipulat fl-Artikoli 9 jew 11 tad-Direttiva (UE) 2018/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1](27) . u li jkunu jixtiequ li jiksbu l-istatus ta' proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni applikazzjoni għall-għażla bħala proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli. L-applikazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni rilevanti biex il-Kummissjoni tkun tista' tevalwa l-proġett skont il-kriterji stabbiliti fil-punti 2 u 3, f'konformità mal-metodoloġiji msemmija fl-Artikolu 7.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-promoturi jingħataw l-opportunità li japplikaw għall-istatus ta' proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli tal-anqas darba fis-sena.

Il-Kummissjoni għandha twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa fuq il-lista ta' proġetti ppreżentati sabiex isiru proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli.

Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-applikazzjonijiet skont il-kriterji stabbiliti fil-punti 2 u 3.

Meta tagħżel il-proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, il-Kummissjoni għandha timmira għal numru totali li jistgħu jiġu ġestiti. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha sabiex tiżgura bilanċ ġeografiku xieraq fl-identifikazzjoni ta' proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli. Ir-raggruppamenti reġjonali jistgħu jintużaw għall-identifikazzjoni tal-proġetti.

Proġett ma għandux jintgħażel bħala proġett transfruntier fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, jew għandu jkollu l-istatus tiegħu rtirat, jekk l-evalwazzjoni tiegħu kienet ibbażata fuq informazzjoni żbaljata li kienet fattur deċiżiv fl-evalwazzjoni, jew jekk il-proġett ma jikkonformax mal-liġi tal-UE.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista tal-proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli magħżula fis-sit web tagħha.

PARTI V – PROĠETTI TA' INFRASTRUTTURA TAL-KONNETTIVITÀ DIĠITALI TA' INTERESS KOMUNI

1.  Konnettività f'gigabits u konnettività 5G jew konnettività oħra l-aktar avvanzata tal-mowbajl lil muturi soċjoekonomiċi

L-azzjonijiet għandhom jingħataw prijorità billi titqies il-funzjoni tal-muturi soċjoekonomiċi, ir-rilevanza tas-servizzi u l-applikazzjonijiet diġitali abilitati bil-provvediment tal-konnettività sottostanti, u l-benefiċċji soċjoekonomiċi potenzjali għaċ-ċittadini, għall-komunità tan-negozju u dik lokali, inklużi l-effetti sekondarji potenzjali f'termini ta' konnettività. Il-baġit disponibbli għandu jiġi allokat b'mod ġeografikament bilanċjat fost l-Istati Membri.

Għandha tingħata prijorità lil azzjonijiet li jikkontribwixxu lejn:

—  Konnettività ta' gigabits għall-isptarijiet u ċ-ċentri mediċi, f'konformità mal-isforzi biex tiġi diġitalizzata s-sistema tal-kura tas-saħħa, bl-għan li jiżdied il-benesseri taċ-ċittadini tal-UE u jinbidel il-mod kif jitwasslu s-servizzi tas-saħħa u tal-kura lill-pazjenti(28);

—  Konnettività ta' gigabits għaċ-ċentri edukattivi u ta' riċerka, fil-kuntest tal-isforzi biex jiffaċilitaw l-użu, fost l-oħrajn, tal-computing b'veloċità għolja, l-applikazzjonijiet tal-cloud u l-big data, inaqqsu d-distakk diġitali u jinnovaw is-sistemi tal-edukazzjoni, itejbu l-eżiti tat-tagħlim, itejbu l-ugwaljanza u jtejbu l-effiċjenza.(29)

—  5G jew konnettività tal-broadband mingħajr fili b'kapaċità għolja għal ċentri tal-edukazzjoni u r-riċerka, l-isptarijiet u ċ-ċentri mediċi fil-kuntest tal-isforzi biex ikun hemm kopertura tal-broadband 5G mingħajr fili mingħajr interruzzjoni lejn iċ-ċentri urbani kollha sal-2025.

2.  Konnettività bla fili fil-komunitajiet lokali

L-azzjonijiet li jimmiraw lejn il-provvediment ta' konnettività bla fili lokali b'xejn u mingħajr kundizzjonijiet diskriminatorji f'ċentri tal-ħajja pubblika lokali, fosthom spazji fuq barra aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali li jiżvolġu rwol ewlieni fil-ħajja pubblika tal-komunitajiet lokali, għandhom ikunu soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin sabiex jirċievu finanzjament:

—  ikunu implimentati minn korp tas-settur pubbliku kif imsemmi fil-paragrafu ta' hawn isfel, li jkun kapaċi jippjana u jissorvelja l-installazzjoni tal-punti tal-aċċess lokali bla fili interni u esterni fl-ispazji pubbliċi kif ukoll jiżgura għal minimu ta' tliet snin il-finanzjament tal-ispejjeż operattivi;

—  jibnu fuq netwerks diġitali ta' kapaċità għolja ħafna li jiffaċilitaw it-twassil ta' esperjenza tal-internet ta' kwalità għolja ħafna lil utenti li:

—  ikunu mingħajr ħlas u mingħajr kundizzjonijiet diskriminatorji, ikunu faċli biex jinkiseb aċċess għalihom, ikunu sikurizzati, u jużaw l-aktar tagħmir riċenti u l-aħjar tagħmir disponibbli, li jkun kapaċi jwassal konnettività veloċi lill-utenti tiegħu; u

—  jappoġġjaw aċċess ugwali għal servizzi diġitali innovattivi;

—  jużaw l-identità viżiva komuni disponibbli b'lingwi multipli li għandha tiġi provduta mill-Kummissjoni u r-rabta mal-għodod online assoċjati;

—  jimpenjaw ruħhom li jixtru t-tagħmir meħtieġ u/jew is-servizzi ta' installazzjoni relatati neċessarji skont id-dritt applikabbli sabiex jiżguraw li l-proġetti ma jfixklux indebitament il-kompetizzjoni.

L-għajnuna finanzjarja għandha tkun disponibbli għall-korpi tas-settur pubbliku kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(30), li jipprovdu, f'konformità mal-liġi nazzjonali, konnettività lokali bla fili u mingħajr ħlas u mingħajr kundizzjonijiet diskriminatorji bl-installazzjoni ta' punti tal-aċċess lokali bla fili.

L-azzjonijiet iffinanzjati ma għandhomx jidduplikaw l-offerti privati jew pubbliċi bla ħlas li diġà jeżistu u b'karatteristiċi simili, inkluża l-kwalità, fl-istess spazju pubbliku.

Il-baġit disponibbli għandu jiġi allokat b'mod ġeografikament bilanċjat fost l-Istati Membri.

3.   Lista indikattiva tal-kurituri 5G u tal-konnessjonijiet transfruntiera eliġibbli għall-finanzjament

Bi qbil mal-għanijiet tas-soċjetà tal-Gigabits stipulati mill-Kummissjoni biex jiġi żgurat li l-mogħdijiet terrestri tat-trasport ewlenin ikollhom kopertura tal-5G mingħajr interruzzjoni sal-2025(31), l-azzjonijiet li jimplimentaw il-kopertura bla interruzzjoni ma' sistemi 5G skont l-Artikolu 9(4)(c) jinkludu, bħala l-ewwel pass, azzjonijiet dwar is-sezzjonijiet transfruntiera għall-isperimentazzjoni tal-CAM(32), u bħala t-tieni pass, azzjonijiet fuq sezzjonijiet aktar estensivi bil-għan ta' implimentazzjoni fuq skala ikbar tal-CAM tul il-kurituri, kif indikat fit-tabella ta' hawn isfel (lista indikattiva). Il-kurituri tat-TEN-T jintużaw bħala bażi għal dan il-għan, iżda l-implimentazzjoni tal-5G mhux neċessarjament hija limitata għal dawk il-kurituri(33).

Kuritur tan-netwerk ewlieni "Atlantiku"

Sezzjonijiet transfruntiera għall-isperimentazzjoni tal-CAM

Porto-Vigo u Merida-Evora

 

Azores u l-Gżejjer ta' Madeira – Lisbona – Pariġi – Amsterdam – Frankfurt

 

Aveiro – Salamanca

Sezzjoni iktar estensiva għal implimentazzjoni fuq skala ikbar tal-CAM

Metz – Pariġi – Bordeaux – Bilbao – Vigo – Porto – Lisbona

 

–  Bilbao – Madrid – Lisbona

Kuritur tan-netwerk ewlieni "Baltiku – Adrijatiku"

Sezzjonijiet transfruntiera għall-isperimentazzjoni tal-CAM

-

Sezzjoni iktar estensiva għal implimentazzjoni fuq skala ikbar tal-CAM

Gdansk – Varsavja – Brno – Vjenna – Graz – Ljubljana – Trieste

Kuritur tan-netwerk ewlieni "Mediterranean"

Sezzjonijiet transfruntiera għall-isperimentazzjoni tal-CAM

Netwerks b'kejbils sottomarini Lisbona – Marseille – Milan

Sezzjoni iktar estensiva għal implimentazzjoni fuq skala ikbar tal-CAM

Budapest – Zagreb – Ljubljana / Rijeka / Split

Kuritur tan-netwerk ewlieni "Baħar tat-Tramuntana – Baltiku"

Sezzjonijiet transfruntiera għall-isperimentazzjoni tal-CAM

Kurituri Baltiku (għad irid jiġi ddefinit)

Sezzjoni iktar estensiva għal implimentazzjoni fuq skala ikbar tal-CAM

Tallinn – Kaunas

Kuritur tan-netwerk ewlieni "Baħar tat-Tramuntana – Mediterran"

Sezzjonijiet transfruntiera għall-isperimentazzjoni tal-CAM

Metz – Merzig – Lussemburgu

 

Rotterdam – Antwerp – Eindhoven

Sezzjoni iktar estensiva għal implimentazzjoni fuq skala ikbar tal-CAM

Amsterdam – Rotterdam – Breda – Lille – Pariġi

 

Brussell – Metz – Basel

 

Mulhouse – Lyon – Marsilja

Kuritur tan-netwerk ewlieni "Orjent/Lvant tal-Mediterran"

Sezzjonijiet transfruntiera għall-isperimentazzjoni tal-CAM

Sofija – Thessaloniki – Belgrad

Sezzjoni iktar estensiva għal implimentazzjoni fuq skala ikbar tal-CAM

Berlin – Praga – Brno – Bratislava

 

Timișoara – Sofija – fruntiera TR

 

Sofija – Thessaloniki – Ateni

Kuritur tan-netwerk ewlieni "Rhine – Alpin"

Sezzjonijiet transfruntiera għall-isperimentazzjoni tal-CAM

Bolonja – Innsbrück – Munich (kuritur tal-Brennero)

Sezzjoni iktar estensiva għal implimentazzjoni fuq skala ikbar tal-CAM

Rotterdam – Oberhausen – Frankfurt (M)

 

Basel – Milan – Ġenova

Kuritur tan-netwerk ewlieni "Rhine – Danubju"

Sezzjonijiet transfruntiera għall-isperimentazzjoni tal-CAM

Munich – Salzburg

Sezzjoni iktar estensiva għal implimentazzjoni fuq skala ikbar tal-CAM

Frankfurt (M) – Passau – Vjenna – Budapest – Bucharest – Constanța

 

Karlsruhe – Munich – Salzburg – Wels

 

Frankfurt (M) – Strasburgu

Kuritur tan-netwerk ewlieni "Skandinavu - Mediterran"

Sezzjonijiet transfruntiera għall-isperimentazzjoni tal-CAM

Oulu – Tromsø

 

Oslo – Stokkolma – Helsinki

Sezzjoni iktar estensiva għal implimentazzjoni fuq skala ikbar tal-CAM

Turku – Helsinki – fruntiera Russa

 

Stokkolma / Oslo – Malmö

 

Malmö – Copenhagen – Hamburg – Würzburg

 

Nuremberg – Munich – Verona

 

Rosenheim – Bolonja – Napli – Catania – Palermo

 

Napli – Bari – Taranto

(1) ĠU C , , p. .
(2) ĠU C , , p. .
(3) COM(2018)0321, p. 13.
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).
(5) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "L-Ewropa Attiva: Aġenda għal tranżizzjoni soċjalment ġusta lejn mobilità kompetittiva, konnessa u mingħajr ħsara għall-ambjent għal kulħadd" – COM(2017)0283,
(6) Id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi (ĠU L 307, 28.10.2014, p. 1).
(7) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "It-twettiq ta' mobilità b'emissjonijiet baxxi Unjoni Ewropea li tipproteġi l-pjaneta, tagħti s-setgħa lill-konsumaturi tagħha u tiddefendi l-industrija u l-ħaddiema tagħha" – COM(2017)0675.
(8) COM(2018)0293.
(9) JOIN(2017)0041.
(10) JOIN(2018)0005.
(11) COM(2017)0623.
(12) Ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009 (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 39).
(13) COM(2017)0718.
(14) Ir-Regolament (UE) Nru 283/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE (ĠU L 86, 21.3.2014, p. 14).
(15) COM(2016)0587.
(16) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(17) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).
(18) Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
(19) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
(20) Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
(21) ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1.
(22) COM(2018)0065.
(23) Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016 (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).
(24) Ir-Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta' merkanzija kompetittiv (ĠU L 276, 20.10.2010, p. 22).
(25)+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS 55/18 (2016/0375(COD)) u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u referenza tal-ĠU ta' dak ir-Regolament fin-nota ta' qiegħ il-paġna.[1] ĠU...+ ĠU: jekk jogħġbok daħħal it-titlu, in-numru u r-referenza ĠU tal-proċedura COD 2016/0382 (enerġija rinnovabbli).
(26)+ ĠU: jekk jogħġbok daħħal it-titlu, in-numru u r-referenza ĠU tal-proċedura COD 2016/0382 (enerġija rinnovabbli).
(27)+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS 55/18 (2016/0375(COD)) u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u referenza tal-ĠU ta' dak ir-Regolament fin-nota ta' qiegħ il-paġna.[1] ĠU...+ ĠU: jekk jogħġbok daħħal it-titlu, in-numru u r-referenza ĠU tal-proċedura COD 2016/0382 (enerġija rinnovabbli).
(28) Ara wkoll COM(2018) 0233 final - Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-iffaċilitar tat-trasformazzjoni diġitali tal-kura u tas-saħħa fis-Suq Uniku Diġitali; l-għoti tas-setgħa liċ-ċittadini u l-bini ta' soċjetà aktar b'saħħitha.
(29) Ara wkoll COM(2018)0022 final - Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali.
(30) Id-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar l-aċċessibilità tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku (ĠU L 327, 2.12.2016, p. 1).
(31) Konnettività għal Suq Uniku Diġitali Kompetittiv - Lejn Soċjetà Ewropea tal-Gigabits - COM(2016)0587.
(32) Mobilità Konnessa u Awtomatizzata
(33) Is-sezzjonijiet bil-korsiv jinsabu barra mill-kurituri tan-netwerk ewlieni tat-Ten-T, iżda huma inklużi fil-kurituri 5G

Aġġornata l-aħħar: 21 ta' Novembru 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza