Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-13 ta' Diċembru 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm Ewropa Diġitali għall-perjodu 2021-2027 (COM(2018)0434 – C8-0256/2018 – 2018/0227(COD))(1)
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva
Emenda
Emenda 1 Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva Kunsiderazzjoni 3a (ġdida)
– wara li kkunsidraw ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Mejju 2017 dwar dwar FinTech: l-influwenza tat-teknoloġija fuq il-futur tas-settur finanzjarju,
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 4
(4) Skont [referenza trid tiġi aġġornata kif xieraq skont id-deċiżjoni l-ġdida dwar il-PTEE: l-Artikolu 88 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill / / UE53], persuni u entitatijiet stabbiliti f'pajjiżi u territorji extra-Ewropej (PTEE) għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u għall-objettivi tal-Programm u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li magħhom il-pajjiż jew territorju extra-Ewropew rilevanti huwa marbut.
(4) Skont [referenza trid tiġi aġġornata kif xieraq skont id-deċiżjoni l-ġdida dwar il-PTEE: l-Artikolu 88 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill / / UE53], persuni u entitatijiet stabbiliti f'pajjiżi u territorji extra-Ewropej (PTEE) jenħtieġ li jkunu eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u għall-objettivi tal-Programm u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li magħhom il-pajjiż jew territorju extra-Ewropew rilevanti huwa marbut. Ir-restrizzjonijiet marbutin mal-parteċipazzjoni tal-pajjiżi jew it-territorji extra-Ewropej iridu jitqiesu waqt l-implimentazzjoni tal-Programm u l-parteċipazzjoni effettiva tagħhom fil-Programm trid tkun immonitorjata u evalwata regolarment.
_________________
_________________
53 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill / /UE.
53 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill / /UE.
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 5
(5) Skont il-paragrafu 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201654, hemm il-ħtieġa li dan il-Programm jiġi evalwat abbażi tal-informazzjoni li tinġabar permezz ta' rekwiżiti ta' monitoraġġ speċifiċi, filwaqt li jiġu evitati piżijiet ta' regolamentazzjoni żejda u amministrattivi, b'mod partikolari fuq l-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, fejn ikun xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi biex jiġu evalwati l-effetti tal-Programm fil-prattika.
(5) Skont il-paragrafu 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201654, hemm il-ħtieġa li dan il-Programm jiġi evalwat abbażi tal-informazzjoni li tinġabar permezz ta' rekwiżiti ta' monitoraġġ speċifiċi, korrelatata mal-ħtiġijiet eżistenti u li tikkonforma mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament u tal-Kunsill54a, filwaqt li jiġu evitati piżijiet ta' regolamentazzjoni żejda u amministrattivi għall-benefiċjarji kollha, b'mod partikolari fuq l-Istati Membri u l-SMEs. Dawn ir-rekwiżiti, fejn ikun xieraq, jenħtieġ li jinkludu indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi biex jiġu evalwati l-effetti tal-Programm fil-prattika.
__________________
__________________
54 Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016; ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
54 Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016; ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
54a Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 5a (ġdida)
(5a) Il-Programm jenħtieġ li jiżgura l-ogħla livell ta' trasparenza, obbligu ta' rendikont u skrutinju demokratiku ta' strumenti u mekkaniżmi finanzjarji innovattivi li jinvolvu l-baġit tal-Unjoni, speċjalment fir-rigward tal-kontribut tagħhom, kemm fir-rigward tal-aspettattivi inizjali kif ukoll tar-riżultati finali li jsiru biex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni.
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 6
(6) Is-Summit Diġitali ta' Tallinn55 ta' Settembru 2017 u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew56 tad-19 ta' Ottubru 2017 indikaw il-ħtieġa għall-Ewropa li tinvesti fid-diġitilizzazzjoni tal-ekonomiji tagħna u tindirizza id-diskrepanza fil-ħiliet biex iżżomm u ssaħħaħ kompetittività Ewropea, il-kwalità tal-ħajja tagħna u n-nisġa soċjali. Il-Kunsill Ewropew ikkonkluda li t-trasformazzjoni diġitali toffri opportunitajiet kbar għall-innovazzjoni, it-tkabbir u l-impjiegi, se tikkontribwixxi għall-kompetittività globali tagħna, u ttejjeb l-kreattività u d-diversità kulturali. Biex jiġu sfruttati dawn l-opportunitajiet jeħtieġ li jiġu ttrattati b'mod kollettiv uħud mill-isfidi li ġġib magħha t-trasformazzjoni diġitali u jiġu rieżaminati l-politiki affettwati mit-trasformazzjoni diġitali.
(6) Is-Summit Diġitali ta' Tallinn55 ta' Settembru 2017 u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew56 tad-19 ta' Ottubru 2017 indikaw il-ħtieġa għall-Ewropa li tinvesti fid-diġitilizzazzjoni effiċjenti tal-ekonomiji tagħna u tindirizza d-diskrepanza fil-ħiliet biex iżżomm u ssaħħaħ il-kompetittività u innovazzjoni Ewropej, il-kwalità tal-ħajja tagħna u n-nisġa soċjali. Il-Kunsill Ewropew ikkonkluda li t-trasformazzjoni diġitali toffri opportunitajiet kbar għall-innovazzjoni, it-tkabbir u l-impjiegi, se tikkontribwixxi għall-kompetittività globali tagħna, u ttejjeb l-kreattività u d-diversità kulturali. Biex jiġu sfruttati dawn l-opportunitajiet jeħtieġ li jiġu ttrattati b'mod kollettiv l-isfidi li ġġib magħha t-trasformazzjoni diġitali f'diversi modi, inkluż billi jiġi żgurat li l-bażi essenzjali li fuqha jistrieħu t-teknoloġiji l-ġodda tkun ġiet stabbilita sew, billi jinħolqu regoli legali effettivi u inforzabbli u filwaqt li jiġu rieżaminati l-politiki affettwati mit-trasformazzjoni diġitali, u billi jinħoloq ambjent favorevoli għall-innovazzjoni fejn l-interessi tal-utenti jkunu ssalvagwardjati bis-sħiħ. Idealment, il-pakkett finanzjarju għal dan il-Programm, li jikkostitwixxi sforz fil-livell Ewropew, għandu jiżdied permezz ta' fondi sinifikanti mis-settur privat u kontribuzzjonijiet min-naħa tal-Istati Membri.
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 6a (ġdida)
(6a) Il-futur tas-soċjetà Ewropea u tal-ekonomija Ewropea se jiddependi ħafna fuq politika armonizzata u konsistenti dwar l-ispettru, fuq infrastruttura tal-5G, li se tirrikjedi objettiv tal-infrastruttura rigward netwerks VHC, bil-għan li jiġu pprovduti servizzi ta' komunikazzjoni ta' kwalità għolja u aktar veloċi; dan huwa prerekwiżit għall-implimentazzjoni tajba tal-Programm. F'dan ir-rigward, il-Programm jenħtieġ li jibbenefika mill-implimentazzjoni tajba tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u b'mod partikolari l-inizjattiva Wif4EU li għandha l-għan li tippromwovi l-konnettività għaċ-ċittadini fl-ispazji pubbliċi tal-Unjoni; il-kombinazzjoni ta' dawk iż-żewġ programmi se timmassimizza r-riżultati u se tikseb l-objettivi tal-Unjoni li tipprovdi kopertura affidabbli u konsistenti tan-netwerk b'veloċità għolja fl-Unjoni kollha.
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 7
(7) Il-Kunsill Ewropew ikkonkluda b'mod partikolari li l-Unjoni għandha tindirizza b'mod urġenti t-tendenzi emerġenti: dan jinkludi kwistjonijiet bħall-intelliġenza artifiċjali u teknoloġiji tar-reġistru distribwit (eż. katina ta' blokok ta' tranżazzjonijiet), filwaqt li fl-istess ħin jiżgura livell għoli ta' protezzjoni tad-data, tad-drittijiet diġitali u tal-istandards etiċi. Il-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni tressaq approċċ Ewropew għall-intelliġenza artifiċjali sal-bidu tal-2018 u talab lill-Kummissjoni biex tressaq l-inizjattivi meħtieġa għat-tisħiħ tal-kundizzjonijiet qafas bil-għan li l-UE tkun tista' tesplora swieq ġodda permezz ta' innovazzjonijiet radikali bbażati fuq ir-riskju u tafferma mill-ġdid ir-rwol ewlieni tal-industrija tagħha.
(7) Il-Kunsill Ewropew ikkonkluda b'mod partikolari li l-Unjoni jenħtieġ li tindirizza b'mod urġenti t-tendenzi emerġenti: dan jinkludi kwistjonijiet bħad-distakk diġitali, l-intelliġenza artifiċjali, filwaqt li fl-istess ħin jiżgura livell għoli ta' protezzjoni tad-data f'konformità sħiħa mar-Regolament (UE) 2016/679, tad-drittijiet, tad-drittijiet fundamentali u tal-istandards etiċi. Il-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni tressaq approċċ Ewropew għall-intelliġenza artifiċjali sal-bidu tal-2018 u talab lill-Kummissjoni biex tressaq l-inizjattivi meħtieġa għat-tisħiħ tal-kundizzjonijiet qafas bil-għan li l-UE tkun tista' tesplora swieq ġodda permezz ta' innovazzjonijiet radikali bbażati fuq ir-riskju u tafferma mill-ġdid ir-rwol ewlieni tal-industrija tagħha.
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 7a (ġdida)
(7a) Fl-10 ta' April 2018, l-Istati Membri esprimew l-appoġġ u r-rieda komuni tagħhom li jikkooperaw flimkien fuq inizjattivi fil-qasam tal-intelliġenza artifiċjali u s-servizzi ta' infrastruttura fil-qasam tat-teknoloġiji tar-reġistru distribwit (pereżempju l-blockchain) bl-iffirmar ta' ftehimiet ta' kooperazzjoni.
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 7b (ġdida)
(7b) Għal implimentazzjoni b'suċċess ta' dan il-programm, jeħtieġ li jsir aktar milli jiġu segwiti t-tendenzi attwali. Jeħtieġ li l-Unjoni tkun impenjata favur it-teknoloġiji li jsaħħu l-privatezza (jiġifieri l-kriptografija u applikazzjonijiet deċentralizzati (DApps)), kif ukoll favur investimenti akbar f'infrastruttura li tibqa' valida fil-futur (netwerks tal-fibra ottika) biex tagħmel possibbli li jkun hemm soċjetà diġitalizzata indipendenti.
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 7c (ġdida)
(7c) L-Ewropa jeħtieġ li tagħmel investimenti deċiżivi fil-futur tagħha, filwaqt li tibni kapaċitajiet diġitali strateġiċi sabiex tibbenefika mir-rivoluzzjoni diġitali. Irid jiġi żgurat baġit sostanzjali (ta' mill-inqas EUR 9,2 biljun) fil-livell tal-UE għal dan il-għan, li jrid jiġi kkomplementat bi sforzi ta' investimenti mdaqqsa fil-livell nazzjonali u reġjonali, b'mod partikolari b'relazzjoni konsistenti u komplementari ma' fondi strutturali u ta' koeżjoni.
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 8
(8) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar "Qafas Finanzjarju Pluriennali ġdid u modern għal Unjoni Ewropea li tagħti riżultati fuq il-prijoritajiet tagħha b'mod effiċjenti wara l-2020"57jiddeskrivi fost l-għażliet għall-programm tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali tal-futur għat-trasformazzjonijiet diġitali tal-Ewropa li jwasslu "progress qawwi lejn it-tkabbir intelliġenti f'oqsma bħalma huma data ta' kwalità għolja tal-infrastruttura, il-konnettività u ċ-ċibersigurtà". Din tfittex li tiżgura t-tmexxija Ewropea fis-supercomputing, l-internet tal-ġenerazzjoni li jmiss, l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u l-big data. Hija ssaħħaħ il-pożizzjoni kompetittiva tal-industrija u n-negozji fl-Ewropa fl-ekonomija diġitali kollha u jkollha impatt sinifikanti fuq l-eliminazzjoni tad-diskrepanza tal-ħiliet fl-Unjoni kollha.
(8) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar "Qafas Finanzjarju Pluriennali ġdid u modern għal Unjoni Ewropea li tagħti riżultati fuq il-prijoritajiet tagħha b'mod effiċjenti wara l-2020"57tiddeskrivi fost l-għażliet għall-programm tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali tal-futur għat-trasformazzjonijiet diġitali tal-Ewropa li jwasslu "progress qawwi lejn it-tkabbir intelliġenti f'oqsma bħalma huma data ta' kwalità għolja tal-infrastruttura, il-konnettività, iċ-ċibersigurtà u d-diġitalizzazzjoni tal-amministrazzjonijiet pubbliċi. Din tfittex li tiżgura t-tmexxija Ewropea fis-supercomputing, l-internet tal-ġenerazzjoni li jmiss, l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u l-big data. Hija ssaħħaħ il-pożizzjoni kompetittiva tal-industrija u n-negozji fl-Ewropa fl-ekonomija diġitali kollha u jkollha impatt sinifikanti fuq it-tnaqqis u l-eliminazzjoni tad-diskrepanza tal-ħiliet fl-Unjoni kollha, filwaqt li tiżgura li ċ-ċittadini Ewropej ikollhom il-ħiliet, il-kompetenzi u l-għarfien meħtieġa biex jiffaċċjaw it-trasformazzjoni diġitali.
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 8a (ġdida)
(8a) Billi, fid-dawl tad-dewmien fl-iżvilupp tal-kapaċitajiet diġitali strateġiċi tal-Unjoni u l-isforzi li saru sabiex dan jiġi rimedjat, jenħtieġ li jiġi garantit baġit proporzjonat mal-ambizzjonijiet ta' dan il-programm u ta' mill-anqas EUR 9,2 biljun.
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 9
(9) Il-Komunikazzjoni "Għal spazju komuni Ewropew tad-data"58, tindirizza l-miżura ġdida li trid tittieħed bħala pass fundamentali lejn spazju komuni tad-data fl-UE - qasam diġitali bla xkiel bi skala li tippermetti l-iżvilupp ta' prodotti u servizzi ġodda bbażati fuq id-data.
(9) Il-Komunikazzjoni "Għal spazju komuni Ewropew tad-data"58, tindirizza l-miżura ġdida li trid tittieħed bħala pass fundamentali lejn spazju komuni tad-data fl-UE - qasam diġitali bla xkiel bi skala li tippermetti l-iżvilupp u l-innovazzjoni ta' prodotti u servizzi ġodda bbażati fuq id-data.
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 9a (ġdida)
(9a) L-inizjattiva għall-Internet tal-Ġenerazzjoni li Jmiss imnedija mill-Kummissjoni Ewropea fl-2017 jenħtieġ li tipprovdi wkoll bażi għall-implimentazzjoni tal-Programm billi timmira lejn Internet aktar miftuħ b'servizzi aħjar, b'aktar intelliġenza, aktar involviment u parteċipazzjoni, li jindirizza l-opportunitajiet teknoloġiċi li jinħolqu mill-avvanzi f'diversi oqsma ta' riċerka, li jestendu minn arkitetturi tan-netwerk ġodda u infrastrutturi ddefiniti minn softwer għal kunċetti ġodda għal servizzi u applikazzjonijiet.
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 10
(10) L-objettiv ġenerali tal-Programm jenħtieġ li jkun li jappoġġa t-trasformazzjoni diġitali tal-industrija u li jrawwem l-isfruttament aħjar tal-potenzjal industrijali tal-politiki ta' innovazzjoni, riċerka u żvilupp teknoloġiku, għall-benefiċċju tan-negozji u ċ-ċittadini fl-Unjoni kollha. Il-programm jenħtieġ li jkun strutturat f'ħames Objettivi Speċifiċi li jirriflettu oqsma ta' politika ewlenin, jiġifieri (i) il-computing ta' prestazzjoni għolja, iċ-ċibersigurtà, l-intelliġenza artifiċjali, il-ħiliet diġitali avvanzati u l-iskjerament, l-aħjar użu tal-kapaċitajiet diġitali u l-interoperabbiltà. Għal dawk l-oqsma kollha, il-Programm għandu jkollu l-għan ukoll li jallinja aħjar lill-Unjoni, l-Istati Membri u l-politiki reġjonali, u li jiġbor riżorsi privati u industrijali sabiex jiżdied l-investiment u jiġu żviluppati sinerġiji aktar b'saħħithom.
(10) L-objettiv ġenerali tal-Programm jenħtieġ li jkun li jappoġġa t-trasformazzjoni diġitali tal-industrija u li jrawwem l-isfruttament aħjar tal-potenzjal industrijali tal-politiki ta' innovazzjoni, riċerka u żvilupp teknoloġiku, kif ukoll li jimmodernizza setturi speċifiċi ta' interess pubbliku, għall-benefiċċju tan-negozji – speċjalment l-SMEs – u ċ-ċittadini fl-Unjoni kollha. Barra minn hekk, il-Programm jenħtieġ li jsaħħaħ il-kompetittività tal-Unjoni u r-reżiljenza tal-ekonomija tagħha.
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 10a (ġdida)
(10a) Hemm il-ħtieġa urġenti li jingħata appoġġ lill-SMEs li għandhom l-intenzjoni li jużaw it-trasformazzjoni diġitali fil-proċessi ta' produzzjoni tagħhom. Ir-riċerka u l-innovazzjoni fis-settur diġitali se jippermettu lill-SMEs jikkontribwixxu għat-tkabbir tal-ekonomija Ewropea permezz ta' użu effiċjenti tar-riżorsi.
Emenda 17 Proposta għal regolament Premessa 10b (ġdida)
(10b) Il-Programm jenħtieġ li jkun strutturat f'ħames objettivi speċifiċi li jirriflettu oqsma ta' politika ewlenin, jiġifieri: (a) il-computing ta' prestazzjoni għolja, (b) l-intelliġenza artifiċjali u t-teknoloġiji tar-reġistru distribwit, (c) iċ-ċibersigurtà, (d) il-ħiliet diġitali avvanzati, u (e) l-implimentazzjoni, l-aħjar użu tal-kapaċitajiet diġitali u l-interoperabbiltà. Għal dawk l-oqsma kollha, il-Programm jenħtieġ li jkollu l-għan ukoll li jallinja aħjar lill-Unjoni, l-Istati Membri u l-politiki reġjonali, u li jiġbor f'pul komuni r-riżorsi privati u industrijali sabiex jiżdied l-investiment u jiġu żviluppati sinerġiji aktar b'saħħithom.
Emenda 18 Proposta għal regolament Premessa 10c (ġdida)
(10c) Flimkien mal-objettiv ġenerali tat-trasformazzjoni diġitali, il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi biex jiġu żgurati l-objettivi ta' sigurtà strateġiċi fit-tul permezz tal-bini tal-kapaċitajiet u l-abbilitajiet fl-Unjoni, filwaqt li tingħata prijorità lill-azzjonijiet li jżidu l-potenzjal strateġiku u jillimitaw id-dipendenza fuq fornituri u prodotti ta' pajjiżi terzi, biex b'hekk tiġi żgurata l-kompetittività ekonomika u innovattiva tal-Unjoni.
Emenda 19 Proposta għal regolament Premessa 11
(11) Rwol ċentrali fl-implimentazzjoni tal-Programm għandu jingħata lill-Hubs ta' Innovazzjoni Diġitali, li għandhom jistimolaw l-adozzjoni wiesgħa ta' teknoloġiji diġitali avvanzati mill-industrija, mill-organizzazzjonijiet pubbliċi u mid-dinja akkademika. Netwerk ta' Hubs ta' Innovazzjoni Diġitali jeħtieġ li jiżgura l-aktar kopertura ġeografika wiesgħa fl-Ewropa kollha59. L-ewwel sett ta' Hubs ta' Innovazzjoni Diġitali se jintgħażlu abbażi tal-proposti mill-Istati Membri u mbagħad in-netwerk se jitkabbar permezz ta' proċess miftuħ u kompetittiv. Il-Hubs ta' Innovazzjoni Diġitali se jservu bħala punti ta' aċċess għall-aħħar kapaċitajiet diġitali, inklużi l-computing ta' prestazzjoni għolja (HPC), l-intelliġenza artifiċjali, iċ-ċibersigurtà, kif ukoll teknoloġiji innovattivi oħra eżistenti tal-Teknoloġiji Abilitanti Essenzjali, disponibbli wkoll f'fablabs jew citylabs. Huma għandhom jaġixxu bħala punti uniċi ta' kuntatt biex jaċċessaw teknoloġiji ttestjati u validati u jippromwovu innovazzjoni miftuħa. Huma se jipprovdu wkoll appoġġ fil-qasam tal-ħiliet diġitali avvanzati. In-netwerk tal-Hubs ta' Innovazzjoni Diġitali għandu jikkontribwixxi wkoll għall-parteċipazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi fis-Suq Uniku Diġitali.
(11) Rwol ċentrali fl-implimentazzjoni tal-Programm jenħtieġ li jingħata lill-Hubs ta' Innovazzjoni Diġitali Ewropej, li jenħtieġ li jistimolaw l-adozzjoni wiesgħa ta' teknoloġiji diġitali avvanzati mill-industrija, inklużi l-SMEs, mill-organizzazzjonijiet pubbliċi u mill-akkademja. Netwerk ta' Hubs ta' Innovazzjoni Diġitali Ewropej jeħtieġ li jiżgura l-aktar kopertura ġeografika wiesgħa fl-Ewropa kollha59. L-ewwel sett ta' Hubs ta' Innovazzjoni Diġitali Ewropej se jintgħażlu abbażi tal-proposti mill-Istati Membri u mbagħad in-netwerk se jitkabbar permezz ta' proċess miftuħ, trasparenti u kompetittiv. Il-Hubs ta' Innovazzjoni Diġitali Ewropej se jservu bħala punti ta' aċċess għall-aħħar kapaċitajiet diġitali, inklużi l-computing ta' prestazzjoni għolja (HPC), l-intelliġenza artifiċjali, iċ-ċibersigurtà, kif ukoll teknoloġiji innovattivi oħra eżistenti tal-Teknoloġiji Abilitanti Essenzjali, disponibbli wkoll f'fablabs jew citylabs. Huma għandhom jaġixxu bħala punti uniċi ta' servizz biex jaċċessaw teknoloġiji ttestjati u validati u jippromwovu innovazzjoni miftuħa. Huma se jipprovdu wkoll appoġġ fil-qasam tal-ħiliet diġitali avvanzati. In-netwerk tal-Hubs ta' Innovazzjoni Diġitali Ewropej jenħtieġ li jikkontribwixxi wkoll għall-parteċipazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi fis-Suq Uniku Diġitali u jappoġġja t-trasformazzjoni diġitali fil-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej.
__________________
__________________
59 Kif indikat fil-Komunikazzjoni dwar id-Diġitalizzazzjoni tal-Industrija Ewropea (COM(2016)0180)
59 Kif indikat fil-Komunikazzjoni dwar id-Diġitalizzazzjoni tal-Industrija Ewropea (COM(2016)0180)
Emenda 20 Proposta għal regolament Premessa 11a (ġdida)
(11a) Sabiex jinħolqu sinerġiji bejn l-investimenti fl-ambitu ta' dan il-Programm u l-investimenti tal-Unjoni fir-riċerka u l-iżvilupp, b'mod partikolari fl-ambitu tal-programm Orizzont Ewropa, jenħtieġ li l-Hubs ta' Innovazzjoni Diġitali Ewropej jaġixxu bħala pjattaforma li tlaqqa' lill-industrija, in-negozji u l-amministrazzjoni – li għandhom bżonn soluzzjonijiet ibbażati fuq teknoloġiji ġodda – mal-kumpaniji, speċjalment in-negozji l-ġodda, li min-naħa tagħhom għandhom soluzzjonijiet lesti għas-suq.
Emenda 21 Proposta għal regolament Premessa 11b (ġdida)
(11b) L-ippjanar, l-iżvilupp u l-akkwist tal-programm jenħtieġ li jitwettqu bil-ħsieb li jissaħħu l-kapaċitajiet u l-kompetittività tal-Unjoni fuq medda medja u twila ta' żmien. Jenħtieġ li tingħata prijorità lill-azzjonijiet li jżidu l-potenzjal strateġiku u l-kompetittività tal-Unjoni li għandhom l-għan li jillimitaw id-dipendenza fuq fornituri u prodotti ta' pajjiżi terzi. Il-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi f'objettivi speċifiċi tal-Programm jenħtieġ li għalhekk tiddependi fuq il-kontribuzzjoni li tali pajjiżi jagħmlu lejn l-Unjoni.
Emenda 22 Proposta għal regolament Premessa 12
(12) Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz ta' proġetti li jsaħħu l-kapaċitajiet diġitali essenzjali u l-użu wiesa' tagħhom. Dan għandu jinvolvi koinvestimenti mal-Istati Membri u, meta jkun meħtieġ, mas-settur privat. B'mod partikolari, jenħtieġ li din tirrikjedi li tilħaq massa kritika fl-akkwist biex tikseb valur aħjar għall-flus u garanzija li l-fornituri fl-Ewropa jibqgħu fuq quddiem nett tal-avvanzi teknoloġiċi.
(12) Jenħtieġ li l-Programm jiġi implimentat permezz ta' proġetti li jsaħħu l-kapaċitajiet diġitali essenzjali u l-awtonomija strateġika tal-Unjoni. Għal dan il-għan, il-Programm jenħtieġ li jiżgura baġit tal-UE ta' mill-inqas EUR 9,2 biljun ikkumplimentat b'koinvestimenti mill-Istati Membri u/jew mis-settur privat. B'mod partikolari, jenħtieġ li din tirrikjedi li tilħaq massa kritika fl-akkwist biex tikseb valur aħjar għall-flus u garanzija li l-fornituri fl-Ewropa jaslu quddiem nett fl-avvanzi teknoloġiċi.
Emenda 23 Proposta għal regolament Premessa 14
(14) Jenħtieġ li jintużaw l-azzjonijiet tal-Programm sabiex jindirizzaw il-fallimenti tas-suq, jew sitwazzjonijiet ta' investiment baxxi, b'mod proporzjonat, mingħajr ma jidduplikaw jew jibdlu l-finanzjament privat u jkollhom valur miżjud Ewropew ċar.
(14) Jenħtieġ li l-azzjonijiet tal-Programm jintużaw sabiex isaħħu u jestendu l-bażi diġitali tal-Unjoni, jindirizzaw sfidi soċjetali kbar, ikomplu jkabbru l-kompetenzi industrijali diġitali tal-Unjoni, kif ukoll jindirizzaw il-fallimenti tas-suq, jew sitwazzjonijiet ta' investiment baxxi, b'mod proporzjonat, mingħajr ma jidduplikaw jew jibdlu l-finanzjament privat u jkollhom valur miżjud Ewropew ċar.
Emenda 24 Proposta għal regolament Premessa 15
(15) Sabiex tinkiseb flessibbiltà massima matul il-ħajja tal-programm u jiġu żviluppati sinerġiji bejn il-komponenti tiegħu, kull wieħed mill-objettivi speċifiċi jista' jiġi implimentat permezz tal-istrumenti kollha disponibbli skont ir-Regolament Finanzjarju. Il-mekkaniżmi eżekuttivi li jridu jintużaw huma ġestjoni diretta u ġestjoni indiretta meta il-finanzjament tal-Unjoni jenħtieġ li jiġi kkombinat ma' sorsi oħra ta' finanzjament jew meta l-eżekuzzjoni tirrikjedi l-istabbiliment ta' strutturi regolati b'mod komuni.
(15) Sabiex tinkiseb flessibbiltà massima matul il-ħajja tal-programm u jiġu żviluppati sinerġiji bejn il-komponenti tiegħu, kull wieħed mill-objettivi speċifiċi jista' jiġi implimentat permezz tal-istrumenti kollha disponibbli skont ir-Regolament Finanzjarju. Il-mekkaniżmi eżekuttivi li jridu jintużaw huma ġestjoni diretta u ġestjoni indiretta meta il-finanzjament tal-Unjoni jenħtieġ li jiġi kkombinat ma' sorsi oħra ta' finanzjament jew meta l-eżekuzzjoni tirrikjedi l-istabbiliment ta' strutturi regolati b'mod komuni. F'każ ta' ġestjoni indiretta, il-Kummissjoni se tiżgura li l-istandards kollha ta' kwalità u ta' sikurezza meħtieġa għall-ġestjoni diretta tal-programm jinżammu u jiġu rrispettati.
Emenda 25 Proposta għal regolament Premessa 16
(16) Il-computing ta' prestazzjoni għolja u l-kapaċitajiet tal-ipproċessar tad-data relatati fl-Unjoni, jenħtieġ li jippermettu li jiżguraw użu usa' tal-computing ta' prestazzjoni għolja mill-industrija u, b'mod aktar ġenerali, f'oqsma ta' interess pubbliku sabiex jaħtfu opportunitajiet uniċi li s-superkompjuters iġibu lis-soċjetà fir-rigward tas-saħħa, l-ambjent u s-sigurtà kif ukoll il-kompetittività tal-industrija, b'mod partikolari l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs).
(16) Il-computing ta' prestazzjoni għolja u l-kapaċitajiet tal-ipproċessar u tal-ħżin tad-data relatati fl-Unjoni, jenħtieġ li jippermettu li jiġi żgurat użu usa' tal-computing ta' prestazzjoni għolja mill-industrija u, b'mod aktar ġenerali, f'oqsma ta' interess pubbliku sabiex jaħtfu l-opportunitajiet uniċi li s-superkompjuters iġibu lis-soċjetà fir-rigward tas-saħħa, l-ambjent u s-sigurtà kif ukoll il-kompetittività tal-industrija, b'mod partikolari l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs). L-Unjoni jeħtieġ takkwista superkompjuters ta' klassi dinjija, tiżgura s-sistema tal-provvista tagħha u tforni servizzi għas-simulazzjoni, il-viżwalizzazzjoni u l-ħolqien ta' prototipi filwaqt li tiżgura sistema ta' computing ta' prestazzjoni għolja (HPC) li tirrispetta l-valuri u l-prinċipji tal-Unjoni.
Emenda 26 Proposta għal regolament Premessa 17
(17) L-appoġġ għall-intervent tal-Unjoni f'dan il-qasam ġie espress mill-Kunsill60 u mill-Parlament Ewropew61. Barra minn hekk, fl-2017, disa' Stati Membri ffirmaw id-Dikjarazzjoni EuroHPC62, ftehim bejn ħafna gvernijiet fejn jintrabtu li jikkollaboraw mal-Kummissjoni biex jibnu u jiskjeraw HPC u infrastrutturi tad-data tal-ogħla livell fl-Ewropa li jkunu disponibbli fl-Unjoni kollha għall-komunitajiet xjentifiċi, is-sħab pubbliċi u privati.
(17) L-appoġġ għall-intervent tal-Unjoni f'dan il-qasam ġie espress mill-Kunsill60 u mill-Parlament Ewropew61. Barra minn hekk, fl-2017, disa' Stati Membri ffirmaw id-Dikjarazzjoni EuroHPC62, ftehim bejn ħafna gvernijiet fejn jintrabtu li jikkollaboraw mal-Kummissjoni biex jibnu u jutilizzaw infratstrutturi tad-data u HPC tal-ogħla livell fl-Ewropa li jkunu disponibbli fl-Unjoni kollha għall-komunitajiet xjentifiċi, is-sħab pubbliċi u privati u jsaħħu l-valur miżjud tal-UE.
__________________
__________________
60
60
61
61
62
62
Emenda 27 Proposta għal regolament Premessa 18
(18) Għall-objettiv speċifiku tal-computing ta' prestazzjoni għolja, impriża konġunta titqies l-iktar mekkaniżmu ta' implimentazzjoni adattat, b'mod partikolari biex tikkoordina l-istrateġiji nazzjonali u tal-Unjoni u l-investimenti fl-infrastruttura tal-computing ta' prestazzjoni għolja u r-riċerka u l-iżvilupp, biex tiġbor flimkien ir-riżorsi minn fondi pubbliċi u privati, u biex jissalvagwardja l-interessi ekonomiċi u strateġiċi tal-Unjoni63. Barra minn hekk, iċ-ċentri tal-kompetenzi tal-computing ta' prestazzjoni għolja fl-Istati Membri se jipprovdu servizzi ta' computing ta' prestazzjoni għolja lill-industrija, lill-korpi akkademiċi u l-amministrazzjonijiet pubbliċi.
(18) Għall-objettiv speċifiku tal-computing ta' prestazzjoni għolja, impriża konġunta titqies l-iktar mekkaniżmu ta' implimentazzjoni adattat, b'mod partikolari biex tikkoordina l-istrateġiji nazzjonali u tal-Unjoni u l-investimenti fl-infrastruttura tal-computing ta' prestazzjoni għolja u r-riċerka u l-iżvilupp, biex tiġbor flimkien ir-riżorsi minn fondi pubbliċi u privati, u biex jissalvagwardja l-interessi ekonomiċi u strateġiċi tal-Unjoni63. Barra minn hekk, iċ-ċentri tal-kompetenzi tal-computing ta' prestazzjoni għolja fl-Istati Membri se jipprovdu servizzi ta' computing ta' prestazzjoni għolja lill-industrija, inklużi l-SMEs u n-negozji ġodda,lid-dinja akkademika u l-amministrazzjonijiet pubbliċi stabbiliti fl-Unjoni.
__________________
__________________
63 Il-valutazzjoni tal-Impatt li takkumpanja d-dokument "Proposal for a Council Regulation on establishing the EuroHPC Joint Undertaking" (Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-Impriża Konġunta EuroHPC)https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/news/proposal-council-regulation-establishing-eurohpc-joint-undertaking-impact-assessment)
63 Il-valutazzjoni tal-Impatt li takkumpanja d-dokument "Proposal for a Council Regulation on establishing the EuroHPC Joint Undertaking" (Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-Impriża Konġunta EuroHPC)https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/news/proposal-council-regulation-establishing-eurohpc-joint-undertaking-impact-assessment)
Emenda 28 Proposta għal regolament Premessa 19
(19) L-iżvilupp tal-kapaċità relatata mal-intelliġenza artifiċjali huwa xprun kruċjali għat-trasformazzjoni diġitali tal-industrija kif ukoll tas-settur pubbliku. Fil-fabbriki, fl-applikazzjonijiet fil-fond tal-baħar, fid-djar, fl-ibliet u fl-isptarijiet qegħdin jintużaw robots dejjem aktar awtonomi. Il-pjattaformi kummerċjali tal-intelliġenza artifiċjali, mill-ittestjar inbidlu għall-applikazzjonijiet reali fis-saħħa u l-ambjent; il-manifatturi ewlenin kollha tal-karozzi qegħdin jiżviluppaw karozzi mingħajr sewwieq, u tekniki ta' apprendiment awtomatiku jinsabu fil-qalba tal-pjattaformi tal-web ewlenin kollha u fl-applikazzjonijiet tal-big data.
(19) L-iżvilupp tal-kapaċità relatata mal-intelliġenza artifiċjali huwa xprun kruċjali għat-trasformazzjoni diġitali tal-industrija kif ukoll tas-settur pubbliku. Fil-fabbriki, fl-applikazzjonijiet fil-fond tal-baħar, fid-djar, fl-ibliet u fl-isptarijiet qegħdin jintużaw robots dejjem aktar awtonomi. Il-pjattaformi kummerċjali tal-intelliġenza artifiċjali, mill-ittestjar inbidlu għall-applikazzjonijiet reali fis-saħħa u l-ambjent; il-manifatturi ewlenin kollha tal-karozzi qegħdin jiżviluppaw karozzi mingħajr sewwieq, u tekniki ta' apprendiment awtomatiku jinsabu fil-qalba tal-pjattaformi tal-web ewlenin kollha u fl-applikazzjonijiet tal-big data. Sabiex jinħolqu l-aħjar kundizzjonijiet ta' qafas biex jitrawmu dawn it-teknoloġiji ġodda fl-Ewropa, l-Unjoni jeħtieġ li żżid il-prinċipju tal-innovazzjoni fil-proċess tat-tfassil tal-politika tagħha.
Emenda 29 Proposta għal regolament Premessa 19a (ġdida)
(19a) Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Ġunju 2017 dwar id-diġitalizzazzjoni tal-Industrija Ewropea, il-Parlament Ewropew ġibed l-attenzjoni għall-impatt tal-ostakoli lingwistiċi fuq l-industrija u d-diġitalizzazzjoni tagħha. F'dan il-kuntest, l-iżvilupp ta' teknoloġiji tal-lingwa bbażati fuq l-Intelliġenza Artifiċjali fuq skala kbira, bħat-traduzzjoni awtomatika, ir-rikonoxximent tad-diskors, l-analitika tat-test tal-big data, is-sistemi ta' djalogu u tat-tweġib tal-mistoqsijiet huma essenzjali biex tiġi ppreservata d-diversità lingwistika, tiġi żgurata l-inklużività u tiġi permessa l-komunikazzjoni bejn il-bnedmin u bejn il-bniedem u l-magni.
Emenda 30 Proposta għal regolament Premessa 19b (ġdida)
(19b) L-iżvilupp dejjem aktar rapidu tar-robots li jitgħallmu waħedhom u tal-intelliġenza artifiċjali, kif ukoll il-kapaċità tagħhom li jimmultiplikaw l-għarfien u l-kontenut tat-tagħlim fi ftit sekondi, jagħmilha diffiċli biex wieħed ibassar kwalunkwe stadju ta' żvilupp minn hawn u tmiem il-Programm fl-2027. Konsegwentement, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari lil din ix-xejra diġitali li qed tevolvi malajr u, jekk ikun applikabbli, tadatta l-objettivi tal-programm ta' ħidma malajr, skont il-każ.
Emenda 31 Proposta għal regolament Premessa 19c (ġdida)
(19c) Fid-dawl tad-domanda dejjem akbar, min-naħa tal-industrija Ewropea, għal soluzzjonijiet robotiċi ta' intelliġenza artifiċjali u l-importanza li tiġi evitata diskrepanza sinifikanti fl-investiment f'dan il-qasam, jenħtieġ li l-objettivi tal-Programm dwar l-intelliġenza artifiċjali jinkludu r-robotika mħaddma bl-intelliġenza artifiċjali.
Emenda 32 Proposta għal regolament Premessa 19d (ġdida)
(19d) Jenħtieġ li l-prodotti u s-servizzi bbażati fuq l-intelliġenza artifiċjali jkunu faċli biex jintużaw, legalment konformi b'mod awtomatiku u jagħtu aktar għażla u informazzjoni lill-konsumaturi, b'mod partikolari dwar il-kwalità tal-prodotti u s-servizzi.
Emenda 33 Proposta għal regolament Premessa 20
(20) Id-disponibbiltà ta' settijiet tad-data fuq skala kbira u l-faċilitajiet tal-ittestjar u tal-esperimentazzjoni għandhom importanza kbira għall-iżvilupp tal-intelliġenza artifiċjali.
(20) Id-disponibbiltà ta' settijiet tad-data fuq skala kbira u l-faċilitajiet tal-ittestjar u tal-esperimentazzjoni biex tiġi żgurata s-sikurezza tas-suq intern fejn tintuża l-intelliġenza artifiċjali kif ukoll l-aċċess għall-estrazzjoni ta' testi u ta' data, hija ta' importanza kbira għall-iżvilupp tal-intelliġenza artifiċjali, inklużi t-teknoloġiji lingwistiċi.
Emenda 34 Proposta għal regolament Premessa 20a (ġdida)
(20a) Fil-25 ta' April 2018, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tipproponi approċċ Ewropew billi tiżviluppa abbozz ta' linji gwida dwar l-intelliġenza artifiċjali f'kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati fil-qafas tal-Alleanza Ewropea għall-Intelliġenza Artifiċjali, grupp ta' esperti fl-intelliġenza artifiċjali, sabiex tingħata spinta lill-applikazzjonijiet u n-negozji tal-intelliġenza artifiċjali fl-Ewropa.
Emenda 35 Proposta għal regolament Premessa 21
(21) Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Ġunju 2017 dwar id-diġitalizzazzjoni tal-industrija Ewropea64, il-Parlament Ewropew enfasizza l-importanza ta' approċċ komuni Ewropew dwar iċ-ċibersigurtà, filwaqt li rrikonoxxa l-ħtieġa li titqajjem il-kuxjenza u jqis li r-reżiljenza ċibernetika bħala responsabbiltà kruċjali għall-mexxejja tan-negozju u għal dawk li jfasslu l-politika nazzjonali u dik Ewropea dwar is-sigurtà industrijali.
(21) Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Ġunju 2017 dwar id-diġitalizzazzjoni tal-industrija Ewropea64, il-Parlament Ewropew enfasizza l-importanza ta' approċċ komuni Ewropew dwar iċ-ċibersigurtà, filwaqt li rrikonoxxa l-ħtieġa li titqajjem il-kuxjenza u jqis li r-reżiljenza ċibernetika bħala responsabbiltà kruċjali għall-mexxejja tan-negozju u għal dawk li jfasslu l-politika nazzjonali u dik Ewropea dwar is-sigurtà industrijali, kif ukoll l-implimentazzjoni tas-sigurtà u l-privatezza b'mod awtomatiku u bid-disinn.
64 Id-Dokument ref. A8-0183/2017, jinsab fuq: http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+TA+P8-TA-2017-0240+0+DOC+XML+V0//MT
Emenda 36 Proposta għal regolament Premessa 22
(22) Iċ-ċibersigurtà hija sfida għall-Unjoni kollha li ma tistax tibqa' tiġi indirizzata biss b'inizjattivi nazzjonali frammentati. Il-kapaċità taċ-ċibersigurtà tal-Ewropa għandha tissaħħaħ biex tagħti lill-Ewropa l-kapaċitajiet meħtieġa sabiex tipproteġi liċ-ċittadini u n-negozji tagħha minn theddid ċibernetiku. Barra minn hekk, il-konsumaturi jenħtieġ li jkunu protetti meta jużaw il-prodotti konnessi li jistgħu jiġu aċċessi b'mod illegali u jikkompromettu s-sikurezza tagħhom. Dan jenħtieġ li jinkiseb flimkien mal-Istati Membri u s-settur privat billi jiġu żviluppati proġetti ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-Ewropa fiċ-ċibersigurtà u fl-istess ħin tiġi żgurata l-koordinazzjoni bejn dawn il-proġetti u b'dan il-mod jiġi żgurat l-iskjerament tal-aħħar soluzzjonijiet taċ-ċibersigurtà fl-ekonomija kollha, kif ukoll permezz tal-aggregazzjoni tal-kompetenzi f'dan il-qasam biex jiġu żgurati l-massa kritika u l-eċċellenza.
(22) Iċ-ċibersigurtà hija sfida għall-Unjoni kollha li ma tistax tibqa' tiġi indirizzata biss b'inizjattivi nazzjonali frammentati. Il-kapaċità taċ-ċibersigurtà tal-Ewropa jenħtieġ li tissaħħaħ biex tagħti lill-Ewropa l-kapaċitajiet meħtieġa sabiex tipproteġi liċ-ċittadini, l-amministrazzjonijiet pubbliċi u n-negozji minn theddid ċibernetiku. Barra minn hekk, il-konsumaturi jenħtieġ li jkunu protetti meta jużaw il-prodotti konnessi li jistgħu jiġu aċċessi b'mod illegali u jikkompromettu s-sikurezza tagħhom. Dan jenħtieġ li jinkiseb flimkien mal-Istati Membri u s-settur privat billi jiġu żviluppati proġetti ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-Ewropa fiċ-ċibersigurtà u fl-istess ħin tiġi żgurata l-koordinazzjoni bejn dawn il-proġetti u b'dan il-mod jiġi żgurat l-iskjerament tal-aħħar soluzzjonijiet taċ-ċibersigurtà fl-ekonomija kollha, kif ukoll permezz tal-aggregazzjoni tal-kompetenzi f'dan il-qasam biex jiġu żgurati l-massa kritika u l-eċċellenza.
Emenda 37 Proposta għal regolament Premessa 23
(23) F'Settembru 2017, il-Kummissjoni ressqet pakkett ta' inizjattivi65 li jistabbilixxu approċċ komprensiv tal-Unjoni għaċ-ċibersigurtà, bil-għan li jissaħħu l-kapaċitajiet tal-Ewropa biex tilqa' l-attakki ċibernetiċi u t-theddid u biex issaħħaħ il-kapaċità industrijali u teknoloġika f'dan il-qasam.
(23) F'Settembru 2017, il-Kummissjoni ressqet pakkett ta' inizjattivi65 li jistabbilixxu approċċ komprensiv tal-Unjoni għaċ-ċibersigurtà, bil-għan li jissaħħu l-kapaċitajiet tal-Ewropa biex tilqa' għall-attakki ċibernetiċi u t-theddid, iżżid ir-reżiljenza ċibernetika u biex issaħħaħ il-kapaċità industrijali u teknoloġika f'dan il-qasam.
Emenda 38 Proposta għal regolament Premessa 23a (ġdida)
(23a) Bħala kwistjoni ta' prinċipju, jenħtieġ li s-soluzzjonijiet taċ-ċibersigurtà jkun fihom standards ta' sigurtà u sikurezza bħala parametri tad-disinn ewlenin skont it-teknoloġija avvanzata disponibbli u l-prinċipji ta' "sigurtà mid-disinn" u "sigurtà b'mod awtomatiku".
Emenda 39 Proposta għal regolament Premessa 24
(24) Il-fiduċja hija prerekwiżit biex is-Suq Uniku Diġitali jiffunzjona. It-teknoloġiji taċ-ċibersigurtà bħall-identitajiet diġitali, il-kriptografija jew is-sejbien ta' intrużjoni, u l-applikazzjoni tagħhom f'oqsma bħall-finanzi, l-industrija 4.0, l-enerġija, it-trasport, il-kura tas-saħħa, jew il-gvern elettroniku huma essenzjali għas-salvagwardja tas-sigurtà u l-fiduċja tal-attività online u t-tranżazzjonijiet miċ-ċittadini, mill-amministrazzjonijiet pubbliċi u mill-kumpaniji.
(24) Il-fiduċja hija prerekwiżit biex is-Suq Uniku Diġitali jiffunzjona. It-teknoloġiji taċ-ċibersigurtà bħat-teknoloġija tar-reġistru distribwit, l-identitajiet diġitali, il-kriptografija, il-kriptaġġ jew is-sejbien ta' intrużjoni, u l-applikazzjoni tagħhom f'oqsma bħall-finanzi, l-industrija 4.0, il-loġistika, l-enerġija, it-trasport, it-turiżmu, il-kura tas-saħħa, jew il-gvern elettroniku huma essenzjali għas-salvagwardja tas-sigurtà, it-trasparenza u l-fiduċja tal-attività online, inklużi l-pjattaformi 5G, u t-tranżazzjonijiet miċ-ċittadini, mill-amministrazzjonijiet pubbliċi u mill-kumpaniji.
Emenda 40 Proposta għal regolament Premessa 25
(25) Fil-konklużjonijiet tiegħu tad-19 ta' Ottubru 2017, il-Kunsill Ewropew saħaq li biex tinbena Ewropa Diġitali b'suċċess, l-Unjoni teħtieġ b'mod partikolari swieq tax-xogħol, kif ukoll sistemi ta' taħriġ u ta' edukazzjoni li jkunu adattati għall-era diġitali u li hemm il-ħtieġa li jsir investiment fil-ħiliet diġitali, sabiex tingħata s-setgħa u l-awtorità lill-Ewropej kollha;
(25) Fil-konklużjonijiet tiegħu tad-19 ta' Ottubru 2017, il-Kunsill Ewropew saħaq li biex tinbena Ewropa Diġitali b'suċċess, l-Unjoni teħtieġ b'mod partikolari swieq tax-xogħol, kif ukoll sistemi ta' taħriġ u ta' edukazzjoni li jkunu adattati għall-era diġitali u li hemm il-ħtieġa li jsir investiment fl-iżvilupp tal-ħiliet diġitali u li jtijieb il-litteriżmu diġitali, sabiex tingħata s-setgħa u l-awtorità lill-Ewropej kollha b'approċċ integrat;
Emenda 41 Proposta għal regolament Premessa 26a (ġdida)
(26a) Fid-dawl tal-bżonn ta' approċċ olistiku, jenħtieġ li l-Programm iqis ukoll l-oqsma tal-inklużjoni, il-kwalifiki, it-taħriġ u l-ispeċjalizzazzjoni li, flimkien ma' kompetenzi diġitali avvanzati, huma deċiżivi għall-ħolqien ta' valur miżjud fis-soċjetà tal-għarfien.
Emenda 42 Proposta għal regolament Premessa 27
(27) Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Ġunju 2017 dwar id-diġitalizzazzjoni tal-industrija Ewropea67, il-Parlament Ewropew stqarr li l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-apprendiment tul il-ħajja huma l-pedament tal-koeżjoni soċjali f'soċjetà diġitali.
(27) Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Ġunju 2017 dwar id-diġitalizzazzjoni tal-industrija Ewropea67, il-Parlament Ewropew stqarr li l-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja huma l-pedament tal-koeżjoni soċjali f'soċjetà diġitali. Barra minn hekk, huwa talab li l-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi tkun inkorporata fl-inizjattivi diġitali kollha, filwaqt li enfasizza l-ħtieġa li tiġi indirizzata d-diskrepanza gravi bejn is-sessi fis-settur tal-ICT, peress li dan huwa essenzjali għat-tkabbir u l-prosperità fit-tul tal-Ewropa;
67 Id-Dokument ref. A8-0183/2017, jinsab fuq: http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+TA+P8-TA-2017-0240+0+DOC+XML+V0//MT
Emenda 43 Proposta għal regolament Premessa 27a (ġdida)
(27a) Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016 dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-għoti tas-setgħa lin-nisa fl-era diġitali, il-Parlament Ewropew enfasizza l-ħtieġa li tinġabar data diżaggregata skont is-sessi dwar l-użu tal-ICT, u li jiġu żviluppati miri, indikaturi u punti ta' riferiment biex jiġi segwit il-progress tal-aċċess tan-nisa għall-ICT u jiġu promossi eżempji tal-aħjar prattiki fost il-kumpaniji;
Emenda 44 Proposta għal regolament Premessa 27b (ġdida)
(27b) Fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2016, "Lejn Att dwar is-Suq Uniku Diġitali", il-Parlament Ewropew appoġġa bis-sħiħ u ħeġġeġ kultura intraprenditorjali diġitali għan-nisa, kif ukoll l-integrazzjoni u l-parteċipazzjoni tagħhom fis-soċjetà tal-informazzjoni.
Emenda 45 Proposta għal regolament Premessa 28
(28) It-teknoloġiji diġitali avvanzati appoġġati minn dan il-Programm, bħall-computing ta' prestazzjoni għolja, iċ-ċibersigurtà u l-intelliġenza artifiċjali huma issa maturi biżżejjed biex jimxu lil hinn mill-arena tar-riċerka u jiġu skjerati, implimentati u mkabbra fil-livell tal-Unjoni. Bħal kif l-iskjerament ta' dawn it-teknoloġiji jirrikjedu rispons mill-Unjoni hekk ukoll titlob id-dimensjoni tal-ħiliet. Hemm bżonn li l-opportunitajiet ta' taħriġ f'ħiliet diġitali avvanzati jaraw espansjoni, żieda u jsiru aċċessibbli fl-UE kollha. Nuqqas ta' dan jista' jimpedixxi l-iskjerament bla xkiel tat-teknoloġiji diġitali avvanzati u jfixkel il-kompetittività globali tal-ekonomija tal-Unjoni. L-azzjonijiet appoġġati minn dan il-programm huma komplimentari għal dawk appoġġati mill-FSE, mill-FEŻR u mill-programmi ta' Orizzont Ewropa.
(28) It-teknoloġiji diġitali avvanzati appoġġati minn dan il-Programm, bħall-computing ta' prestazzjoni għolja, iċ-ċibersigurtà, il-cloud computing, il-protezzjoni tad-data u l-governanza tal-informazzjoni u l-intelliġenza artifiċjali huma issa maturi biżżejjed biex jimxu lil hinn mill-arena tar-riċerka u jiġu introdotti, implimentati u mkabbra fil-livell tal-Unjoni. Daqs kemm l-użu ta' dawn it-teknoloġiji jirrikjedi rispons mill-Unjoni, daqstant ieħor titlob id-dimensjoni tal-ħiliet. Hemm bżonn li l-opportunitajiet ta' tagħlim u ta' taħriġ f'ħiliet diġitali avvanzati jaraw espansjoni, żieda u jsiru aċċessibbli fl-UE kollha. In-nuqqas ta' dan jista' jimpedixxi l-introduzzjoni bla xkiel tat-teknoloġiji diġitali avvanzati u jfixkel il-kompetittività globali tal-ekonomija tal-Unjoni. L-azzjonijiet appoġġati minn dan il-programm huma komplimentarji għal dawk appoġġati mill-FSE, mill-FEŻR, mill-ERASMUS u mill-programmi ta' Orizzont Ewropa.
Emenda 46 Proposta għal regolament Premessa 29
(29) L-immodernizzar tal-amministrazzjonijiet u s-servizzi pubbliċi permezz ta' mezzi diġitali huwa kruċjali biex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-industrija u ċ-ċittadini b'mod ġenerali billi jitħaffu aktar l-interazzjonijiet tagħhom mal-awtoritajiet pubbliċi u jsiru aktar konvenjenti u irħas, kif ukoll billi tiżdied l-effiċjenza u l-kwalità tas-servizzi pprovduti liċ-ċittadini u lill-kumpaniji. Peress li għadd ta' servizzi ta' interess pubbliku diġà għandhom dimensjoni tal-Unjoni, l-appoġġ għall-implimentazzjoni u l-iskjerament tagħhom fil-livell tal-Unjoni għandu jiżgura li ċ-ċittadini u n-negozji jibbenefikaw mill-aċċess għal servizzi diġitali ta' kwalità għolja fl-Ewropa kollha.
(29) L-immodernizzar tal-amministrazzjonijiet u s-servizzi pubbliċi permezz ta' mezzi diġitali huwa kruċjali biex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq iċ-ċittadini u l-industrija billi jitħaffu aktar l-interazzjonijiet tagħhom mal-awtoritajiet pubbliċi u jsiru aktar konvenjenti u irħas, kif ukoll billi tiżdied l-effiċjenza, it-trasparenza u l-kwalità tas-servizzi pprovduti liċ-ċittadini u lill-kumpaniji, filwaqt li fl-istess ħin tiżdied l-effiċjenza tal-infiq pubbliku. Peress li għadd ta' servizzi ta' interess pubbliku diġà għandhom dimensjoni tal-Unjoni, l-appoġġ għall-implimentazzjoni u l-użu tagħhom fil-livell tal-Unjoni jenħtieġ li jiżgura li ċ-ċittadini u n-negozji jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-aċċess għal servizzi diġitali multilingwi ta' kwalità għolja fl-Ewropa kollha. Huwa importanti wkoll li dawn is-servizzi jkunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà.
Emenda 47 Proposta għal regolament Premessa 29a (ġdida)
(29a) Id-diġitalizzazzjoni tista' tiffaċilita u ttejjeb l-aċċessibbiltà mingħajr ostakoli għal kulħadd, inklużi l-persuni anzjani, il-persuni b'mobbiltà mnaqqsa jew b'diżabbiltà u dawk f'żoni remoti jew rurali.
Emenda 48 Proposta għal regolament Premessa 30
(30) It-trasformazzjoni diġitali tal-oqsma ta' interess pubbliku bħalma huma l-kura tas-saħħa68, il-mobilità, il-ġustizzja, il-monitoraġġ ambjentali/tad-dinja, l-edukazzjoni u l-kultura tirrikejdi l-kontinwazzjoni u l-espansjoni tal-Infrastrutturi ta' Servizz Diġitali, li jagħmlu possibbli l-skambju sikur tad-data transfruntiera u jrawmu l-iżvilupp nazzjonali. Il-koordinazzjoni tagħhom skont dan ir-Regolament tikseb bl-aħjar mod il-potenzjal għall-isfruttar ta' sinerġiji.
(30) It-trasformazzjoni diġitali tal-oqsma ta' interess pubbliku bħalma huma l-kura tas-saħħa68, il-mobbiltà, il-ġustizzja, il-monitoraġġ ambjentali/tad-dinja, is-sigurtà, it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju, l-infrastruttura tal-enerġija, l-edukazzjoni u t-taħriġ u l-kultura tirrikjedi l-kontinwazzjoni, l-aġġornament u l-espansjoni tal-Infrastrutturi ta' Servizzi Diġitali, li jagħmlu possibbli l-iskambju sigur tad-data u informazzjoni transfruntiera u multilingwi u jrawmu l-iżvilupp nazzjonali. Il-koordinazzjoni tagħhom skont dan ir-Regolament tikseb bl-aħjar mod il-potenzjal għall-isfruttar ta' sinerġiji u għall-iżgurar tal-komplementarjetà. It-trasformazzjoni diġitali madankollu jenħtieġ li tqis li - minħabba raġunijiet varji - xi ċittadini mhumiex qed jieħdu sehem fiha, u n-netwerks jenħtieġ li jiġu appoġġati biex ikomplu jinfurmaw lil dawk iċ-ċittadini, jgħinuhom jibqgħu fil-pussess sħiħ tad-drittijiet tagħhom u tal-parteċipazzjoni tagħhom fid-dmirijiet soċjali u ċiviċi kollha.
Emenda 49 Proposta għal regolament Premessa 30a (ġdida)
(30a) Fi kwalunkwe każ it-trasformazzjoni diġitali f'dan is-settur trid tippermetti liċ-ċittadini Ewropej jaċċessaw id-data tagħhom, jużawha u jimmaniġġjawha b'mod sigur fuq livell transfruntier, irrispettivament minn fejn ikunu ċ-ċittadini u d-data.
Emenda 50 Proposta għal regolament Premessa 30b (ġdida)
(30b) L-introduzzjoni u l-aċċess għat-teknoloġiji avvanzati fl-oqsma ta' interess pubbliku, bħall-edukazzjoni, ukoll jirrikjedu taħriġ fil-ħiliet meħtieġ biex isir użu minn dawn it-teknoloġiji.Għalhekk, l-objettivi inklużi fl-Objettiv Speċifiku 8 jenħtieġ ukoll li jkopru programmi tat-taħriġ għal dawk il-persuni li se jkunu qed jużaw it-teknoloġiji avvanzati.
Emenda 51 Proposta għal regolament Premessa 32
(32) Il-modernizzazzjoni tal-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej hija waħda mill-prijoritajiet ewlenin għall-implimentazzjoni b'suċċess tal-Istrateġija għas-Suq Uniku Diġitali. L-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-Istrateġija enfasizzat il-ħtieġa biex tissaħħaħ it-trasformazzjoni tal-amministrazzjonijiet pubbliċi u biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini jkollhom aċċess faċli, affidabbli, u bla xkiel għas-servizzi pubbliċi.
(32) Il-modernizzazzjoni tal-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej hija waħda mill-prijoritajiet ewlenin għall-implimentazzjoni b'suċċess tal-Istrateġija għas-Suq Uniku Diġitali. L-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-Istrateġija enfasizzat il-ħtieġa biex tissaħħaħ it-trasformazzjoni tal-amministrazzjonijiet pubbliċi u biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini jkollhom aċċess faċli, affidabbli, sigur, bla xkiel u inklużiv għas-servizzi pubbliċi.
Emenda 52 Proposta għal regolament Premessa 33
(33) L-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir ippubblikat mill-Kummissjoni fl-201769 juri li l-kwalità tal-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej għandha impatt dirett fuq l-ambjent ekonomiku u għalhekk hija kruċjali għall-istimulazzjoni tal-produttività, tal-kompetittività, tal-kooperazzjoni ekonomika, tat-tkabbir u tal-impjiegi. B'mod partikolari, l-amministrazzjoni pubblika effiċjenti u trasparenti u s-sistemi ġudizzjarji effettivi huma meħtieġa biex jappoġġaw it-tkabbir ekonomiku u jwasslu servizzi ta' kwalità għolja lid-ditti u liċ-ċittadini.
(33) L-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir ippubblikat mill-Kummissjoni fl-201769 juri li l-kwalità tal-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej għandha impatt dirett fuq l-ambjent ekonomiku u għalhekk hija kruċjali għall-istimulazzjoni tal-produttività, tal-kompetittività, tal-kooperazzjoni ekonomika, tat-tkabbir sostenibbli, tal-impjiegi u tax-xogħol ta' kwalità għolja. B'mod partikolari, l-amministrazzjoni pubblika effiċjenti u trasparenti u s-sistemi ġudizzjarji effettivi huma meħtieġa biex jappoġġaw it-tkabbir ekonomiku u jwasslu servizzi ta' kwalità għolja lid-ditti u liċ-ċittadini.
(34) L-interoperabbiltà tas-servizzi pubbliċi Ewropej tikkonċerna l-livelli kollha tal-amministrazzjoni: Unjoni, nazzjonali, reġjonali u lokali. Barra t-tneħħija tal-ostakoli għal funzjonament tas-Suq Uniku, l-interoperabbiltà tiffaċilita l-implimentazzjoni b'suċċess tal-politiki u toffri potenzjal kbir biex jiġu evitati l-ostakoli elettroniċi transfruntiera, tiżgura aktar l-apparizzjoni ta' servizzi pubbliċi komuni ġodda jew il-konsolidazzjoni ta' servizzi pubbliċi komuni li għadhom qed jiġu żviluppati fil-livell tal-Unjoni. Sabiex tiġi eliminata l-frammentazzjoni tas-servizzi Ewropej, biex jiġu sostnuti l-libertajiet fundamentali u r-rikonoxximent reċiproku operattiv fl-UE, jenħtieġ li jiġi promoss approċċ olistiku transsettorjali u transfruntier lejn l-interoperabbiltà bl-aktar mod effettiv, u bl-aktar mod responsiv għall-utenti finali. Dan jimplika li l-interoperabbiltà trid tinftiehem f'sens wiesa' li jinfirex minn saffi tekniċi għal saffi ġuridiċi u li jinkludi elementi ta' politika f'dan il-qasam. Għaldaqstant, il-firxa ta' attivitajiet imorru lil hinn miċ-ċiklu tal-ħajja normali ta' soluzzjonijiet biex tinkludi l-elementi kollha ta' intervent li jappoġġaw il-kundizzjonijiet ta' qafas meħtieġa għall-interoperabilità sostnuta b'mod ġenerali.
(34) L-interoperabbiltà tas-servizzi pubbliċi Ewropej tikkonċerna l-livelli kollha tal-amministrazzjoni: tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali u lokali. Barra t-tneħħija tal-ostakoli għall-funzjonament tas-Suq Uniku, l-interoperabbiltà tiffaċilita l-kooperazzjoni transfruntiera, l-allinjament ta' standards komuni, l-implimentazzjoni b'suċċess tal-politiki u toffri potenzjal kbir biex jiġu evitati l-ostakoli elettroniċi u lingwistiċi transfruntiera, tnaqqas il-burokrazija u tkompli tiżgura l-ħolqien ta' servizzi pubbliċi komuni ġodda jew il-konsolidazzjoni ta' servizzi pubbliċi komuni li għadhom qed jiġu żviluppati fil-livell tal-Unjoni kif ukoll tipprevjeni l-ħżin doppju bla bżonn. Sabiex tiġi eliminata l-frammentazzjoni tas-servizzi Ewropej, biex jiġu sostnuti l-libertajiet fundamentali u r-rikonoxximent reċiproku operattiv fl-UE, jenħtieġ li jiġi promoss approċċ transsettorjali u transfruntier olistiku u teknoloġikament newtrali lejn l-interoperabbiltà bl-aktar mod effettiv, u bl-aktar mod responsiv għall-utenti finali u dan jiżgura livell għoli ta' protezzjoni tad-data. Dan jimplika li l-interoperabbiltà trid tinftiehem f'sens wiesa' li jinfirex mill-aspetti tekniċi sal-aspetti ġuridiċi u li jinkludi elementi ta' politika f'dan il-qasam. Għaldaqstant, il-firxa ta' attivitajiet tmur lil hinn miċ-ċiklu tal-ħajja normali ta' soluzzjonijiet biex tinkludi l-elementi kollha ta' intervent li jappoġġaw il-kundizzjonijiet ta' qafas meħtieġa għall-interoperabilità sostnuta b'mod ġenerali.
Emenda 54 Proposta għal regolament Premessa 34a (ġdida)
(34a) Fis-6 ta' Ottubru 2017 f'Tallinn, il-Ministri tal-UE ddikjaraw li l-istrateġija diġitali Ewropea jenħtieġ li tkun ibbażata fuq il-kollaborazzjoni u l-interoperabbiltà, inkluż l-użu ta' politiki ta' liċenzjar miftuħ u standards miftuħa. Il-programm, għalhekk, jenħtieġ li jinkoraġġixxi soluzzjonijiet ta' sorsi miftuħa sabiex jippermetti użu mill-ġdid, iżid il-fiduċja u jiżgura t-trasparenza. Dan ikollu impatt pożittiv fuq is-sostenibbiltà tal-proġetti ffinanzjati.
Emenda 55 Proposta għal regolament Premessa 37
(37) F'April 2016, il-Kummissjoni adottat l-inizjattiva dwar id-Diġitalizzazzjoni tal-Industrija Ewropea biex tiżgura li "kull industrija fl-Ewropa, ikun xi jkun is-settur tagħha, tinsab fejn tinsab, u irrispettivament mid-daqs tagħha, tkun tista' tibbenefika b'mod sħiħ mill-innovazzjonijiet diġitali".71
(37) F'April 2016, il-Kummissjoni adottat l-inizjattiva dwar id-Diġitalizzazzjoni tal-Industrija Ewropea biex tiżgura li "kull industrija fl-Ewropa, ikun xi jkun is-settur tagħha, tinsab fejn tinsab, u irrispettivament mid-daqs tagħha, tkun tista' tibbenefika b'mod sħiħ mill-innovazzjonijiet diġitali". Dan huwa partikolarment rilevanti għall-intrapriżi żgħar u medji fis-setturi kulturali u kreattivi.
__________________
71
Emenda 56 Proposta għal regolament Premessa 39
(39) L-ilħuq tal-objettivi fil-mira jista'jirrikjedi l-ingranaġġ tal-potenzjal ta' teknoloġiji komplimentari f'oqsma ta' netwerking u computing, kif ġie ddikjarat fil-Komunikazzjoni "Id-Diġitalizzazzjoni tal-Industrija Ewropea"73 li tirrikonoxxi "id-disponibbiltà ta' infrastruttura ta' netwerking u cloud ta' klassi dinjija" bħala ingredjent essenzjali għad-diġitalizzazzjoni tal-industrija.
(39) L-ilħuq tal-objettivi fil-mira jista'jirrikjedi li jiġi llevat il-potenzjal ta' teknoloġiji komplimentari f'oqsma ta' netwerking u computing, kif ġie ddikjarat fil-Komunikazzjoni "Id-Diġitalizzazzjoni tal-Industrija Ewropea"73 li tirrikonoxxi "id-disponibbiltà ta' infrastruttura ta' netwerking u cloud ta' klassi dinjija" bħala komponent essenzjali għad-diġitalizzazzjoni tal-industrija.
__________________
__________________
73COM(2016)0180: Id-Diġitalizzazzjoni tal-Industrija Ewropea – Ingawdu l-benefiċċji kollha ta' suq uniku diġitali.
73 COM0(2016)0180: Id-Diġitalizzazzjoni tal-Industrija Ewropea – Ingawdu l-benefiċċji kollha ta' suq uniku diġitali.
Emenda 57 Proposta għal regolament Premessa 40
(40) Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR), applikabbli minn Mejju 2018 'il quddiem, billi jipprovdi sett wieħed ta' regoli applikabbli direttament fl-ordnijiet ġuridiċi tal-Istati Membri, se jiggarantixxi l-fluss ħieles tad-data personali bejn l-Istati Membri tal-UE u jsaħħaħ il-fiduċja u s-sigurtà tal-individwi, żewġ elementi indispensabbli għal Suq Uniku Diġitali reali. Għalhekk l-azzjonijiet meħuda taħt dan il-Programm, meta dawn ikunu jinvolvu l-ipproċessar tad-data personali, jenħtieġ li jappoġġaw l-applikazzjoni tal-GDPR, pereżempju, fil-qasam tal-intelliġenza artifiċjali u fit-teknoloġija ta' katina ta' blokok ta' tranżazzjonijiet.
(40) Ir-Regolament (UE) 2016/679, billi jipprovdi sett wieħed ta' regoli applikabbli direttament fl-ordnijiet ġuridiċi tal-Istati Membri, jiggarantixxi l-fluss ħieles tad-data personali bejn l-Istati Membri tal-UE u jsaħħaħ il-fiduċja u s-sigurtà tal-individwi, żewġ elementi indispensabbli għal Suq Uniku Diġitali reali. Għalhekk l-azzjonijiet kollha meħuda taħt dan il-Programm, meta dawn ikunu jinvolvu l-ipproċessar tad-data personali, jenħtieġ li jkunu f'konformità sħiħa ma' dak ir-Regolament. Dawn jenħtieġ li jappoġġaw b'mod speċjali l-iżvilupp ta' teknoloġiji diġitali li jikkonformaw mal-obbligi tal-"protezzjoni tad-data mit-tfassil" li huma vinkolanti skont dak ir-Regolament, kif ukoll l-obbligi tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, sa fejn l-ipproċessar jinvolvi data ta' komunikazzjoni elettronika.
_________________
1aId-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).
Emenda 58 Proposta għal regolament Premessa 41
(41) Il-Programm jenħtieġ li jiġi implimentat b'rispett sħiħ tal-qafas internazzjonali u tal-UE għall-protezzjoni u l-infurzar tal-proprjetà intellettwali. Il-protezzjoni effettiva tal-proprjetà intellettwali tilgħab rwol ewlieni fl-innovazzjoni u għalhekk huwa meħtieġ l-implimentazzjoni effettiva tal-Programm.
(41) Il-Programm jenħtieġ li jiġi implimentat b'rispett sħiħ tal-qafas internazzjonali u tal-UE għall-protezzjoni u l-infurzar tal-proprjetà intellettwali. Il-protezzjoni effettiva tal-proprjetà intellettwali għandha rwol ewlieni fl-innovazzjoni u biex jinżamm il-valur miżjud Ewropew u għalhekk hija meħtieġa għall-implimentazzjoni effettiva tal-Programm.
Emenda 59 Proposta għal regolament Premessa 42
(42) Il-korpi li jimplimentaw dan il-Programm għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni, u mal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrigwarda l-ġestjoni tal-informazzjoni, b'mod partikolari informazzjoni mhux klassifikata sensittiva u informazzjoni klassifikata tal-UE.
(42) Sa fejn il-korpi li jimplimentaw dan il-Programm jittrattaw informazzjoni sensittiva u mhux klassifikata jew informazzjoni klassifikata tal-Unjoni, jenħtieġ li jirrispettaw id-dispożizzjonijiet rilevanti stabbiliti fl-atti tal-Unjoni jew fil-leġiżlazzjoni nazzjonali li jirrigwardaw il-ġestjoni tal-informazzjoni, fejn applikabbli.
Emenda 60 Proposta għal regolament Premessa 43
(43) Filwaqt li jirrifletti dwar l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex jimplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi biex jintegra l-azzjonijiet klimatiċi u jwassal għall-kisba ta' mira kumplessiva ta' 25 % ta' nfiq tal-baġit tal-UE li jappoġġaw l-objettivi tal-klima74. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm, u se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u tal-proċessi ta' rieżami rilevanti.
(43) Filwaqt li jirrifletti l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima skont l-obbligi tal-Unjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi biex jintegra l-azzjonijiet klimatiċi u jgħin biex tintlaħaq mira kumplessiva ta' 25 % ta' nfiq tal-baġit tal-UE li jappoġġaw l-objettivi tal-klima74. L-azzjonijiet rilevanti jenħtieġ li jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm, u jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u tal-proċessi ta' rieżami rilevanti sabiex tiġi żgurata konformità sħiħa ma' dawn l-obbligi.
(44) Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw is-setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni għall-adozzjoni tal-programmi ta' ħidma sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Programm skont il-prijoritajiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri filwaqt li jiġu żgurati l-konsistenza, it-trasparenza u l-kontinwità tal-azzjoni konġunta mill-Unjoni u l-Istati Membri. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 4 ta r-Regolament (UE) 182/201175 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni.
imħassar
__________________
75 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13)
Emenda 62 Proposta għal regolament Premessa 45
(45) Fil-prinċipju, il-programmi ta' ħidma jenħtieġ li jiġu adottati bħala programmi ta' ħidma pluriennali, tipikament kull sentejn, jew, jekk dan ikun iġġustifikat minn ħtiġijiet marbuta mal-implimentazzjoni tal-programm, bħala programmi ta' ħidma annwali. It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jintgħażlu abbażi tal-kapaċità tagħhom li jiksbu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b'mod partikolari jitqiesu l-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni ta' nuqqas ta' konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi konsiderazzjoni tal-użu ta' ammonti f'daqqa, rati fissi u kostijiet unitarji, kif ukoll finanzjament mhux marbut ma' kostijiet kif imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.
(45) Jenħtieġ li jiġu adottati programmi ta' ħidma bil-għan li jintlaħqu l-objettivi tal-Programm skont il-prijoritajiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri, filwaqt li jiġu żgurati l-konsistenza, it-trasparenza u l-kontinwità tal-azzjoni konġunta min-naħa tal-Unjoni u l-Istati Membri. Fil-prinċipju, il-programmi ta' ħidma jenħtieġ li jiġu adottati kull sentejn, jew, jekk dan ikun iġġustifikat minn ħtiġijiet marbuta mal-implimentazzjoni tal-programm, fuq bażi annwali. It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jintgħażlu abbażi tal-kapaċità tagħhom li jiksbu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b'mod partikolari jitqiesu l-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni ta' nuqqas ta' konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi konsiderazzjoni tal-użu ta' ammonti f'daqqa, rati fissi u kostijiet unitarji, kif ukoll finanzjament mhux marbut ma' kostijiet kif imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.
Emenda 63 Proposta għal regolament Premessa 46
(46) Is-setgħa ta' adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jeħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendi tal-Anness II biex jiġu riveduti u/jew ikkomplimentati l-indikaturi. Hu tassew importanti li matul il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell espert, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.
(46) Is-setgħa ta' adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jeħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendi tal-Annessi I u II biex jiġu riveduti u/jew ikkomplimentati l-indikaturi. Hu tassew importanti li matul il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell espert, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.
Emenda 64 Proposta għal regolament Premessa 46a (ġdida)
(46a) Sabiex jiġi żgurat, miżmum u żviluppat finanzjament fit-tul għall-Programm Ewropa Diġitali, dan jirrikjedi regoli komuni tal-UE li huma orjentati lejn il-futur u prokompetittivi sabiex jiġu inċentivati l-investiment u l-innovazzjoni u tiġi ppreservata l-affordabbiltà;
Emenda 65 Proposta għal regolament Premessa 47
(47) Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari dawk imsemmija skont l-Artikoli [8], [11], [16], [21], [35], [38] u [47] fir-rigward tal-protezzjoni tad-data personali, il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, il-libertà tal-intrapriża, il-projbizzjoni tad-diskrimnazzjoni, il-kura tas-saħħa, il-protezzjoni tal-konsumatur u d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali. Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat mill-Istati Membri bir-rispett ta' dawn id-drittijiet u l-prinċipji.
(47) Azzjonijiet li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-Programm jenħtieġ li jirrispettaw id-drittijiet fundamentali u josservaw il-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari dawk imsemmija skont l-Artikoli [8], [11], [16], [21], [35], [38] u [47] fir-rigward tal-protezzjoni tad-data personali, il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, il-libertà tal-intrapriża, il-projbizzjoni tad-diskrimnazzjoni, id-diversità lingwistika u d-dritt li wieħed jikkomunika f'xi waħda mil-lingwi tal-UE, il-kura tas-saħħa, il-protezzjoni tal-konsumatur u d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali. Tali azzjonijiet jenħtieġ li jkunu f'konformità ma' kull obbligu legali inkluż id-dritt internazzjonali u ma' kull deċiżjoni rilevanti tal-Kummissjoni, kif ukoll mal-prinċipji etiċi, li jinkludu l-evitar ta' kwalunkwe ksur tal-integrità tar-riċerka.
Emenda 66 Proposta għal regolament Premessa 47a (ġdida)
(47a) F'April 2018 il-Kummissjoni impenjat ruħha1a li tistabbilixxi qafas għall-partijiet interessati u għall-esperti biex jiżviluppaw abbozz ta' linji gwida dwar l-Intelliġenza Artifiċjali f'kooperazzjoni mal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda; il-Kummissjoni se tappoġġa lill-organizzazzjonijiet tal-konsumatur fil-livell tal-UE u nazzjonali u l-awtoritajiet ta' sorveljanza tal-protezzjoni tad-data biex jibnu fehim tal-applikazzjonijiet li jaħdmu bl-Intelliġenza Artifiċjali bl-input tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għall-Konsumaturi u l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
__________________
1aKomunikazzjoni tal-25.4.2018 dwar l-Intelliġenza Artifiċjali għall-Ewropa, COM(2018)237 final, li tinsab fuq: http://www.europarl.europa.eu/RegData/docs_autres_institutions/commission_europeenne/com/2018/0237/COM_COM(2018)0237_MT.pdf
Emenda 67 Proposta għal regolament Premessa 48
(48) Pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jistgħu jipparteċipaw fil-programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilita skont il-ftehim ŻEE, li jipprevedi l-implimentazzjoni tal-programmi permezz ta' deċiżjoni skont dak il-ftehim. F'dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi introdotta dispożizzjoni speċifika biex jingħataw id-drittijiet meħtieġa għall-aċċess, kif ukoll l-aċċess, lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri sabiex jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b'mod komprensiv.
imħassar
Emenda 68 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-programm Ewropa Diġitali ("il-Programm").
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-programm Ewropa Diġitali ("il-Programm"), li għandu jiġi implimentat għall-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2021 u l-31 ta' Diċembru 2027.
Emenda 69 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt e
(e) "Hub ta' Innovazzjoni Diġitali" tfisser entità ġuridika maħtura jew magħżula fi proċedura miftuħa u kompetittiva sabiex twettaq il-kompiti taħt il-Programm, b'mod partikolari billi tipprovdi aċċess għall-għarfien espert teknoloġiku u għall-faċilitajiet ta' esperimentazzjoni, bħal tagħmir u għodod ta' softwer li jippermettu t-trasformazzjoni diġitali tal-industrija.
(e) "Hub ta' Innovazzjoni Diġitali Ewropew" tfisser entità ġuridika eżistenti jew ġdida jew konsorzju ta' entitajiet ġuridiċi maħtura jew magħżula fi proċedura miftuħa, trasparenti u kompetittiva sabiex twettaq il-kompiti taħt il-Programm, b'mod partikolari billi tipprovdi aċċess għall-għarfien espert teknoloġiku u għall-faċilitajiet ta' esperimentazzjoni, bħal tagħmir u għodod ta' softwer li jippermettu t-trasformazzjoni diġitali tal-industrija, kif ukoll għall-iffaċilitar tal-aċċess għall-finanzi. Il-Hub ta' Innovazzjoni Diġitali Ewropew għandu jkun miftuħ għan-negozji ta' kull forma u daqs, b'mod partikolari għall-SMEs, in-negozji li qed jespandu u l-amministrazzjonijiet pubbliċi madwar l-Unjoni.
Il-Hubs ta' Innovazzjoni Diġitali Ewropej għandhom jaġixxu ta' punt uniku ta' servizz fejn il-kumpaniji – speċjalment l-SMEs, in-negozji ġodda u l-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja – jistgħu jirċievu għajnuna biex itejbu n-negozju, il-proċessi ta' produzzjoni, il-prodotti u s-servizzi tagħhom permezz ta' teknoloġija diġitali, li tista' twassal għal valur miżjud. Għaldaqstant il-Hubs għandhom joħolqu netwerk diċentralizzat madwar l-Unjoni li joffri appoġġ lill-kumpaniji biex jiġi żgurat li l-ħiliet tal-impjegati tagħhom jaqblu mal-għarfien espert meħtieġ għall-ġestjoni tat-teknoloġija diġitali disponibbli; Il-Hubs għandhom jikkoordinaw ukoll mal-fornituri tal-edukazzjoni bil-ħsieb li jappoġġaw it-taħriġ għall-istudenti u t-taħriġ fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema.
Emenda 70 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)
(fa) "litteriżmu medjatiku" ifisser il-ħiliet analitiċi meħtieġa biex wieħed isib it-triq tal-fehim tiegħu fid-dinja diġitali.
Emenda 71 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt fb (ġdid)
(fb) "Sħubija Ewropea" tfisser inizjattiva fejn l-Unjoni, flimkien ma' sħab privati u/jew pubbliċi (bħalma huma l-industrija, l-organizzazzjonijiet tar-riċerka, il-korpi b'missjoni ta' servizz pubbliku fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali jew internazzjonali jew l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili inklużi l-fondazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet tal-SMEs), jimpenjaw irwieħhom li jappoġġaw b'mod konġunt l-iżvilupp u l-eżekuzzjoni ta' attivitajiet ta' innovazzjoni diġitali u implimentazzjoni teknoloġika, inklużi dawk marbuta mat-teħid tas-suq, tar-regoli jew tal-politika;
Emenda 72 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt fc (ġdid)
(fc) "intrapriżi żgħar u medji" jew "SMEs" tfisser intrapriżi żgħar u medji kif definiti fl-Artikolu 2 tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE;
Emenda 73 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt fd (ġdid)
(fd) "konsorzju" tfisser raggruppament kollaborattiv ta' intrapriżi kostitwit biex iwettaq azzjoni skont il-Programm.
Emenda 74 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Il-Programm għandu l-objettiv ġenerali li ġej: li jappoġġa t-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija u tas-soċjetà Ewropea u li jġib l-benefiċċji tagħha liċ-ċittadini u lin-negozji Ewropej. Il-Programm se:
1. Il-Programm għandu l-objettiv ġenerali li ġej: li jappoġġa u jħaffef it-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija, tal-industrija u tas-soċjetà Ewropea u li jġib il-benefiċċji tagħha liċ-ċittadini, lis-servizzi pubbliċi u lin-negozji Ewropej, kif ukoll li jsaħħaħ l-awtonomija strateġika u l-koeżjoni tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li jiżgura l-kompetittività u jnaqqas id-distakk diġitali. Il-Programm għandu:
Emenda 75 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b
(b) iwessa' t-tixrid u l-adozzjoni tagħhom f'oqsma ta' interess pubbliku u fis-settur privat.
(b) iwessa' t-tixrid u l-adozzjoni tagħhom fis-settur privat u f'oqsma ta' interess pubbliku, filwaqt li jappoġġa t-trasformazzjoni diġitali tagħhom u jiżguraw l-aċċess għat-teknoloġiji diġitali;
Emenda 76 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a
(a) jiskjera, jikkoordina fil-livell tal-Unjoni u jħaddem supercomputing integrat fuq skala eksa77 u infrastruttura tad-data ta' klassi mondjali fl-Unjoni li għandhom ikunu aċċessibbli fuq bażi mhux kummerċjali għall-utenti pubbliċi u privati u għal skopijiet ta' riċerka ffinanzjata pubblikament;
(a) jimplimenta, jikkoordina fil-livell tal-Unjoni u jħaddem infrastruttura interoperabbli ta' supercomputing fuq skala eksa77u ta' data ta' klassi mondjali fl-Unjoni li għandhom ikunu aċċessibbli għall-utenti pubbliċi u privati u għal skopijiet ta' riċerka ffinanzjata pubblikament u privatament;
__________________
__________________
77 Biljuni ta' biljuni ta' operazzjonijiet b'punt varjabbli fis-sekonda
77 Biljuni ta' biljuni ta' operazzjonijiet b'punt varjabbli fis-sekonda
Emenda 77 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b
(b) jiskjera teknoloġija lesta biex tintuża/operattiva li tirriżulta mir-riċerka u l-innovazzjoni biex tinbena ekosistema integrata ta' computing ta' prestazzjoni għolja tal-Unjoni, li tkopri s-segmenti kollha tal-katina tal-valur xjentifiċi u industrijali, inkluż il-ħardwer, is-softwer, l-applikazzjonijiet, is-servizzi, l-interkonnessjonijiet u l-ħiliet diġitali;
(b) jimplimenta teknoloġija lesta biex tintuża/operattiva li tirriżulta mir-riċerka u l-innovazzjoni biex tinbena ekosistema integrata ta' computing ta' prestazzjoni għolja tal-Unjoni, li tkopri s-segmenti kollha tal-katina tal-valur xjentifiċi u industrijali, inkluż il-ħardwer, is-softwer, l-applikazzjonijiet, is-servizzi, l-interkonnessjonijiet u l-ħiliet diġitali, u fl-istess waqt tiżgura livell għoli ta' sigurtà u protezzjoni tad-data;
Emenda 78 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c
(c) juża u jopera infrastruttura skala posteksa78, inkluża l-integrazzjoni ma' teknoloġiji ta' quantum computing u jiżviluppa infrastrutturi ġodda ta' riċerka għax-xjenza tal-computing.
(c) juża u jopera infrastruttura skala posteksa78, inkluża l-integrazzjoni ma' teknoloġiji ta' quantum computing u jiżviluppa infrastrutturi ġodda ta' riċerka; jinkoraġġixxi l-iżvilupp fl-Unjoni tal-ħardwer u tas-softwer meħtieġ għal dan l-użu, għax-xjenza tal-computing.
1a. L-azzjonijiet skont l-Objettiv Speċifiku 1 għandhom jiġu implimentati prinċipalment permezz tal-Impriża Konġunta proposta mill-Kummissjoni u approvata mill-Kunsill tal-Ministri fil-25 ta' Ġunju 2018 skont ir-Regolament (UE) ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.
__________________
1aIr-Regolament li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja. 10594/18. Brussell, 18 ta' Settembru 2018 (OR. en). http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-10594-2018-INIT/mt/pdf
Emenda 80 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a
(a) tibni u ssaħħaħ il-kapaċitajiet ta' intelliġenza artifiċjali ewlenin fl-Unjoni, inklużi riżorsi tad-data u libreriji tal-algoritmi f'konformità mal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data;
(a) tibni u ssaħħaħ il-kapaċitajiet ta' intelliġenza artifiċjali ewlenin fl-Unjoni, inklużi riżorsi tad-data u libreriji tal-algoritmi. F'konformità mal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq l-intelliġenza artifiċjali u r-riżorsi disponibbli għandhom jirrispettaw il-prinċipju tal-privatezza u s-sigurtà fid-disinn; u jiżguraw li l-bnedmin jibqgħu fiċ-ċentru tal-iżvilupp u l-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali,
Emenda 81 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b
(b) tagħmel dawk il-kapaċitajiet aċċessibbli għan-negozji u l-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha;
(b) tagħmel dawk il-kapaċitajiet aċċessibbli għan-negozji, speċjalment l-SMEs u n-negozji l-ġodda, u l-amministrazzjonijiet pubbliċi, kif ukoll għall-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ, l-istituzzjonijiet tar-riċerka u l-universitajiet,
Emenda 82 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca) tiżviluppa u ssaħħaħ l-applikazzjoni industrijali u s-sistemi ta' produzzjoni, tiffaċilita l-integrazzjoni tat-teknoloġiji fil-ktajjen tal-valur, l-iżvilupp ta' mudelli ta' negozju innovattivi, u t-tnaqqis taż-żmien li jgħaddi mill-innovazzjoni għall-industrijalizzazzjoni; u biex trawwem l-adozzjoni ta' soluzzjonijiet bbażati fuq l-IA f'oqsma ta' interess pubbliku u fis-soċjetà
L-azzjonijiet taħt dan l-objettiv speċifiku ta' Intelliġenza Artifiċjali għandhom ikunu implimentati esklussivament permezz tal-ġestjoni diretta mill-Kummissjoni jew aġenzija eżekuttiva abbażi ta' analiżi tal-kost-benefiċċji.
Azzjonijiet imwettqa taħt l-Objettiv Speċifiku 2 għandhom ikunu konformi mal-prinċipji etiċi u l-liġijiet rilevanti nazzjonali, tal-Unjoni u dawk internazzjonali, inkluż il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Protokolli tagħha. Il-Kummissjoni, filwaqt li tqis ir-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli dwar l-Intelliġenza Artifiċjali, għandha tispeċifika l-kundizzjonijiet relatati ma' kwistjonijiet etiċi fil-programmi ta' ħidma skont l-Objettiv Speċifiku 2. Is-sejħiet jew il-ftehimiet ta' għotja għandhom jinkludu l-kundizzjonijiet rilevanti kif stabbilit fil-programmi ta' ħidma. Rieżami etika ta' kull proġett għandha titwettaq matul l-evalwazzjoni ta' kull azzjoni. Azzjonijiet li mhumiex etikament aċċettabbli jew li ma jissodisfawx il-ftehim dwar il-kundizzjonijiet m'għandhomx ikunu eliġibbli għall-finanzjament.
Emenda 85 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a
(a) jappoġġaw, flimkien mal-Istati Membri, l-akkwist ta' tagħmir avvanzati għaċ-ċibersigurtà, għodod u infrastrutturi tad-data b'konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data;
(a) jappoġġaw, flimkien mal-Istati Membri, l-akkwist ta' tagħmir, għodod u infrastrutturi tad-data taċ-ċibersigurtà avvanzati sabiex jinkiseb livell għoli komuni ta' ċibersigurtà fil-livell Ewropew, b'konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data u mad-drittijiet fundamentali filwaqt li jiżguraw l-awtonomija strateġika tal-UE;
Emenda 86 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b
(b) jappoġġaw l-aħjar użu tal-għarfien, tal-kapaċità u tal-ħiliet Ewropej relatati maċ-ċibersigurtà;
(b) jappoġġaw l-aħjar użu u ż-żieda tal-għarfien, tal-kapaċità u tal-ħiliet Ewropej relatati maċ-ċibersigurtà, u l-kondiviżjoni u l-integrazzjoni tal-aħjar prattiki;
Emenda 87 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt c
(c) jiżguraw skjerament wiesa' tal-aħħar soluzzjonijiet taċ-ċibersigurtà fl-ekonomija kollha;
(c) jiżguraw skjerament wiesa' tal-aħħar soluzzjonijiet taċ-ċibersigurtà fl-ekonomija kollha, b'attenzjoni speċjali għas-servizzi pubbliċi u l-operaturi ekonomiċi essenzjali bħall-SMEs;
Emenda 88 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt d
(d) jirrinforzaw il-kapaċitajiet fl-Istati Membri u s-settur privat biex jgħinuhom jissodisfaw id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni fl-Unjoni kollha79.
(d) jirrinforzaw il-kapaċitajiet fl-Istati Membri u s-settur privat biex jgħinuhom jissodisfaw id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni fl-Unjoni kollha79 inkluż permezz ta' miżuri mmirati lejn l-iżvilupp ta' kultura taċ-ċibersigurtà fi ħdan l-organizzazzjonijiet.
__________________
__________________
79 ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1
79 ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1
Emenda 89 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)
(da) itejbu r-reżiljenza kontra l-attakki ċibernetiċi, biex tiżdied il-kuxjenza dwar ir-riskji u l-għarfien tal-proċessi ta' sigurtà bażiċi fost l-utenti, b'mod partikolari s-servizzi pubbliċi, l-SMEs u n-negozji ġodda, biex jiġi żgurat li l-kumpaniji jkollhom livelli bażiċi ta' sigurtà, bħal kriptaġġ minn tarf sa tarf tad-data u aġġornamenti tal-komunikazzjonijiet u tas-softwer, u biex jitħeġġeġ l-użu ta' sigurtà bid-disinn u l-għarfien b'mod awtomatiku tal-proċessi tas-sigurtà bażiċi kif ukoll l-iġjene ċibernetika;
L-azzjonijiet taħt l-Objettiv Speċifiku 3 "Ċibersigurtà u Fiduċja" għandhom jiġu implimentati primarjament permezz taċ-Ċentru Ewropew ta' Kompetenza Industrijali, Teknoloġika u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà skont [ir-Regolament .... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a].
__________________
1aRegolament ...tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi ċ-Ċentru Ewropew ta' Kompetenza Industrijali, Teknoloġika u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà u n-Netwerk ta' Ċentri Nazzjonali ta' Koordinazzjoni
Emenda 91 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 – parti introduttorja
L-intervent finanzjarju mill-Unjoni skont l-Objettiv Speċifiku 4. Il-Ħiliet Diġitali Avvanzati għandhom jappoġġaw l-iżvilupp ta' ħiliet diġitali avvanzati f'oqsma appoġġati minn dan il-programm biex b'hekk jikkontribwixxu biex tikber il-ġabra ta' talenti fl-Ewropa, irawmu aktar professjonaliżmu, b'mod speċjali fir-rigward tal-computing ta' prestazzjoni għolja, l-analitika tal-big data, iċ-ċibersigurtà, it-teknoloġiji ta' reġistru distribwit, ir-robotika u l-intelliġenza artifiċjali. L-intervent finanzjarju għandu jsegwi l-objettivi operazzjonali li ġejjin:
L-intervent finanzjarju mill-Unjoni skont l-Objettiv Speċifiku 4. Il-Ħiliet Diġitali Avvanzati għandhom jappoġġaw l-iżvilupp ta' ħiliet diġitali avvanzati f'oqsma appoġġati minn dan il-programm biex b'hekk jikkontribwixxu biex tikber il-ġabra ta' talenti tal-Unjoni, inaqqsu d-distakk diġitali, irawmu aktar professjonaliżmu b'mod li joffri bilanċ bejn is-sessi, b'mod speċjali fir-rigward tal-computing ta' prestazzjoni għolja, l-analitika tal-big data, iċ-ċibersigurtà, it-teknoloġiji ta' reġistru distribwit, ir-robotika, il-cloud computing, is-sistemi u n-netwerks ta' komunikazzjoni, il-kompetenzi tal-protezzjoni tad-data, l-intelliġenza artifiċjali. Sabiex jiġi stimulat u mtejjeb is-suq tax-xogħol, u l-ispeċjalizzazzjoni fit-teknoloġiji u l-applikazzjonijiet diġitali, l-intervent finanzjarju għandu jsegwi l-objettivi operazzjonali li ġejjin:
Emenda 92 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt a
(a) jappoġġa t-tfassil u t-twassil ta' taħriġ fit-tul u korsijiet għal-istudenti, il-professjonisti tal-IT u l-forza tax-xogħol;
(a) jappoġġa t-tfassil u t-twassil ta' korsijiet ta' taħriġ ta' kwalità għolja fit-tul inkluż tagħlim imħallat għall-istudenti, l-għalliema, l-edukaturi, il-professjonisti tal-IT, ir-riċerkaturi u l-forza tax-xogħol inklużi impjegati pubbliċi, b'kollaborazzjoni mal-iskejjel, l-universitajiet u ċ-ċentri ta' riċerka;
Emenda 93 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b
(b) jappoġġa t-tfassil u t-twassil ta' taħriġ u korsijiet ta' terminu qasir għall-imprendituri, il-mexxejja tan-negozji ż-żgħar u l-forza tax-xogħol;
(b) jappoġġa t-tfassil u t-twassil ta' taħriġ u korsijiet ta' terminu qasir ta' kwalità għolja, inkluż tagħlim imħallat, għall-imprendituri, il-mexxejja tan-negozji ż-żgħar u n-negozji l-ġodda u l-forza tax-xogħol, inklużi l-impjegati pubbliċi u l-persuni li jaħdmu għal rashom;
Emenda 94 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt c
(c) jappoġġa t-taħriġ fuq il-post tax-xogħol u apprendistati għall-istudenti, l-intraprendituri żgħażagħ u l-gradwati.
(c) jappoġġa t-taħriġ ta' kwalità għolja fuq il-post tax-xogħol, inkluż tagħlim imħallat, u traineeships għall-istudenti, l-intraprendituri żgħażagħ u l-gradwati.
L-azzjonijiet taħt l-Objettiv Speċifiku 4 "Ħiliet Diġitali Avvanzati" għandhom jiġu implimentati primarjament permezz ta' ġestjoni diretta mill-Kummissjoni Ewropea. Il-Hubs Ewropej tal-Innovazzjoni Diġitali jistgħu jaġixxu bħala faċilitaturi għal opportunitajiet ta' taħriġ, kumpaniji ta' konsulenza u jservu ta' kuntatt maċ-ċentri ta' kompetenza xierqa biex tiġi żgurata l-aktar kopertura ġeografika wiesgħa madwar l-Unjoni.
Emenda 96 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1 – parti introduttorja
L-intervent finanzjarju mill-Unjoni skont l-Objettiv Speċifiku 5. L-iskjerament, l-aħjar użu tal-kapaċitajiet diġitali u l-Interoperabbiltà għandhom jiksbu l-objettivi operazzjonali li ġejjin:
L-intervent finanzjarju mill-Unjoni skont l-Objettiv Speċifiku 5. L-iskjerament, l-aħjar użu tal-kapaċitajiet diġitali u l-Interoperabbiltà għandhom jiksbu l-objettivi operazzjonali li ġejjin biex jikkumplimentaw l-azzjonijiet tal-infrastruttura diġitali għal dak il-għan filwaqt li jitnaqqas id-distakk diġitali:
Emenda 97 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt a
(a) jiżguraw li s-settur pubbliku u oqsma ta' interessi pubbliċi, bħalma huma s-saħħa u l-kura, l-edukazzjoni, il-ġudikatura, it-trasport, l-enerġija, l-ambjent, is-setturi kulturali u kreattivi, jistgħu jiskjeraw u jaċċessaw teknoloġiji diġitali avvanzati, b'mod partikolari l-computing ta' prestazzjoni għolja, l-intelliġenza artifiċjali u ċ-ċibersigurtà;
(a) jiżguraw li s-settur pubbliku u oqsma ta' interessi pubbliċi, bħalma huma s-saħħa u l-kura, l-edukazzjoni, il-ġudikatura, it-trasport u l-komunikazzjoni, l-enerġija, l-ambjent, is-setturi kulturali u kreattivi, kif ukoll negozji stabbiliti fl-Unjoni jistgħu jiskjeraw b'mod effikaċi u jkollhom il-ħiliet neċessarji permezz ta' taħriġ biex jużaw teknoloġiji diġitali avvanzati, b'mod partikolari l-computing ta' prestazzjoni għolja, it-teknoloġija lingwistika, l-intelliġenza artifiċjali u ċ-ċibersigurtà;
Emenda 98 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b
(b) jiskjeraw, iħaddmu u jżommu l-Infrastrutturi ta' Servizz Diġitali interoperabbli trans-Ewropej (inklużi servizzi relatati) f'komplimentarjetà ma' azzjonijiet nazzjonali u reġjonali;
(b) jiskjeraw, iħaddmu u jżommu l-Infrastrutturi ta' Servizz Diġitali interoperabbli trans-Ewropej tal-ogħla livell mal-Unjoni kollha (inklużi servizzi relatati) f'komplimentarjetà ma' azzjonijiet nazzjonali u reġjonali;
Emenda 99 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt c
(c) jiffaċilitaw l-iżvilupp, l-aġġornament u l-użu ta' soluzzjonijiet u oqfsa mill-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej, in-negozji u ċ-ċittadini, inkluż l-użu mill-ġdid ta' soluzzjonijiet u oqsfa ta' interoperabbiltà;
(c) jiffaċilitaw l-iżvilupp, l-aġġornament u l-użu ta' soluzzjonijiet u oqfsa mill-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej, in-negozji u ċ-ċittadini, inkluż is-sors miftuħ u l-użu mill-ġdid ta' soluzzjonijiet u oqfsa ta' interoperabbiltà;
Emenda 100 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt d
(d) joffru lill-amministrazzjonijiet pubbliċi aċċess għall-ittestjar u l-pilotaġġ tat-teknoloġiji diġitali, inkluż l-użu transfruntier tagħhom;
(d) joffru lill-amministrazzjonijiet pubbliċi aċċess għall-ittestjar, il-pilotaġġ u ż-żieda gradwali tat-teknoloġiji diġitali, inkluż l-użu transfruntier tagħhom;
Emenda 101 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt e
(e) jappoġġaw it-teħid tat-teknoloġiji avvanzati diġitali u dawk relatati, inkluż b'mod partikolari l-computing ta' prestazzjoni għolja, l-intelliġenza artifiċjali, iċ-ċibersigurtà u t-teknoloġiji futuri u emerġenti mill-industrija tal-Unjoni, b'mod partikolari l-SMEs;
(e) jappoġġaw it-teħid tat-teknoloġiji avvanzati diġitali u dawk relatati, inkluż b'mod partikolari l-computing ta' prestazzjoni għolja, l-intelliġenza artifiċjali, it-teknoloġiji ta' reġistru distribwit, iċ-ċibersigurtà, il-protezzjoni tad-data, il-cloud computing u l-governanza tal-informazzjoni u t-teknoloġiji futuri u emerġenti mill-industrija tal-Unjoni, b'mod partikolari l-SMEs u n-negozji l-ġodda;
Emenda 102 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt f
(f) jappoġġaw it-tfassil, l-ittestjar, l-implimentazzjoni u l-iskjerament tas-soluzzjonijiet diġitali interoperabbli għas-servizzi pubbliċi fil-livell tal-UE mwassla permezz ta' pjattaforma ta' soluzzjonijiet li jistgħu jerġgħu jintużaw u huma xprunati mid-data, it-trawwim tal-innovazzjoni u l-istabbiliment ta' oqfsa komuni sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tas-servizzi tal-amministrazzjonijiet pubbliċi għaċ-ċittadini u n-negozji Ewropej;
(f) jappoġġaw it-tfassil, iż-żamma, l-ittestjar, l-implimentazzjoni u l-iskjerament tas-soluzzjonijiet diġitali interoperabbli għas-servizzi pubbliċi fil-livell tal-UE mwassla permezz ta' pjattaforma ta' soluzzjonijiet li jistgħu jerġgħu jintużaw u huma xprunati mid-data, it-trawwim tal-innovazzjoni u l-istabbiliment ta' oqfsa komuni sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tas-servizzi tal-amministrazzjonijiet pubbliċi għaċ-ċittadini u n-negozji Ewropej;
Emenda 103 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt g
(g) jiżguraw il-kapaċità kontinwa fil-livell tal-Unjoni li josservaw, janalizzaw u jadattaw ix-xejriet diġitali li qed jevolvu malajr, kif ukoll il-kondiviżjoni ul-integrazzjoni tal-aħjar prattiki.
(g) jiżguraw il-kapaċità kontinwa fil-livell tal-Unjoni li jpoġġu fuq quddiem l-iżvilupp diġitali, flimkien ma' li josservaw, janalizzaw u jadattaw ix-xejriet diġitali li qed jevolvu malajr, kif ukoll jikkondividu u jintegraw l-aħjar prattiki u jiffaċilitaw il-kondiviżjoni ta' ideat bejn inizjattivi nazzjonali differenti, li jwasslu għall-iżvilupp tas-soċjetà diġitali grazzi għal kooperazzjoni permanenti fost l-atturi kollha involuti fil-livell tal-UE;
Emenda 104 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt h
(h) jappoġġaw il-kooperazzjoni lejn il-kisba ta' ekosistema Ewropea għall-infrastrutturi li jgawdu l-fiduċja bl-użu ta' servizzi u applikazzjonijiet ta' reġistri distribwiti, inkluż l-appoġġ għall-interoperabbiltà u l-istandardizzazzjoni u t-trawwim tal-iskjerament tal-applikazzjonijiet transkonfinali tal-UE.
(h) jappoġġaw il-kooperazzjoni lejn il-kisba ta' ekosistema Ewropea għall-infrastrutturi li jgawdu l-fiduċja bl-użu, fost l-oħrajn, ta' servizzi u applikazzjonijiet ta' reġistri distribwiti, inkluż l-appoġġ għall-interoperabbiltà u l-istandardizzazzjoni u t-trawwim tal-iskjerament tal-applikazzjonijiet transfruntieri tal-UE bbażati fuq is-sigurtà u l-privatezza bid-disinn, billi jiggarantixxu l-protezzjoni tad-data u s-sikurezza tal-konsumatur;
L-azzjonijiet taħt l-Objettiv Speċifiku 5 "L-iskjerament, l-aħjar użu tal-kapaċitajiet diġitali u l-Interoperabbiltà" għandhom jiġu implimentati primarjament permezz ta' ġestjoni diretta mill-Kummissjoni Ewropea. Il-Hubs Ewropej tal-Innovazzjoni Diġitali u ċ-ċentri ta' kompetenza jistgħu jaġixxu bħala faċilitaturi.
Emenda 106 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 1
1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021-2027 għandu jkun EUR 9 194 000 000 fi prezzijiet attwali.
1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021-2027 għandu jkun ta' EUR 8 192 391 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 9 194 000000 fi prezzijiet kurrenti).
Emenda 107 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt a
(a) sa EUR 2 698 240 000 għall-Objettiv Speċifiku 1, il-Computing ta' Prestazzjoni Għolja
(a) sa EUR 2 404 289 438 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 2 698 240 000 fi prezzijiet kurrenti) għall-Objettiv Speċifiku 1, "Computing ta' Prestazzjoni Għolja"
Emenda 108 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt b
(d) sa EUR 623 333 672 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 699 543 000 fi prezzijiet kurrenti) għall-Objettiv Speċifiku 4, "Ħiliet Diġitali Avvanzati"
Emenda 111 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt e
(e) sa EUR 1 299 152 000 għal Objettiv Speċifiku 5, "L-iskjerament, l-aħjar użu tal-kapaċitajiet diġitali u l-Interoperabbiltà"
(e) sa EUR 1 157 620 312 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 1 299 152 000 fi prezzijiet kurrenti) għall-Objettiv Speċifiku 5, "L-iskjerament, l-aħjar użu tal-kapaċitajiet diġitali u l-Interoperabbiltà"
Emenda 112 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 5
5. Riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża jistgħu, fuq it-talba tagħhom, jiġu ttrasferiti għall-Programm. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawn ir-riżorsi direttament skont il-punt (a) tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament skont il-punt (c) ta' dak l-Artikolu. Fejn possibbli dawn ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.
5. Riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża jistgħu, fuq it-talba tagħhom, jiġu ttrasferiti għall-Programm. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawn ir-riżorsi direttament skont il-punt (a) tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament skont il-punt (c) ta' dak l-Artikolu. Fejn possibbli dawn ir-riżorsi għandhom jintużaw sal-punt massimu possibbli għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.
Emenda 113 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Il-programm għandu jkun miftuħ għal:
imħassar
Emenda 114 Proposta għal regolament Artikolu 10 - paragrafu 1 - punt 1
1. Il-Membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles, li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea, b'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea;
1. Il-programm għandu jkun miftuħ għall-Membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles, li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea, b'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea;
Emenda 115 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 2
2. Pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, b'konformità mal-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, jew arranġamenti simili, u b'konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u huma;
2. Assoċjazzjoni sħiħa jew parzjali għall-programm ta' pajjiżi terzi li mhumiex imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni ta' każ b'każ tal-Objettivi Speċifiċi, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz fi kwalunkwe programm tal-Unjoni, sakemm dan il-ftehim speċifiku jirrispetta bis-sħiħ il-kriterji li ġejjin:
— il-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz tkun fl-interess tal-Unjoni;
— il-parteċipazzjoni tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 3;
— il-parteċipazzjoni ma tqajjem l-ebda tħassib dwar is-sigurtà u tirrispetta bis-sħiħ ir-rekwiżiti rilevanti tas-sigurtà stabbiliti fl-Artikolu 12;
— il-ftehim jiżgura bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u l-benefiċċji ta' pajjiż terz li jipparteċipa fil-programmi tal-Unjoni;
— il-ftehim jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni fil-programmi, inkluż il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal programmi individwali u l-ispejjeż amministrattivi tagħhom. Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat f'konformità mal-Artikolu [21(5)] tar-[Regolament Finanzjarju l-ġdid];
— il-ftehim ma jagħtix lill-pajjiż terz is-setgħa li jieħu deċiżjonijiet dwar il-programm;
— il-ftehim jiggarantixxi d-drittijiet tal-Unjoni biex tiżgura ġestjoni finanzjarja soda u tipproteġi l-interessi finanzjarji tagħha.
Emenda 116 Proposta għal regolament Artikolu 10 - paragrafu 1 - punt 2a (ġdid)
2 a. Meta jkunu qed iħejju l-programmi ta' ħidma, il-Kummissjoni Ewropea jew korpi ta' implimentazzjoni rilevanti oħra, għandhom jivvalutaw fuq bażi ta' każ b'każ jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim imsemmi fil-paragrafu 2 humiex issodisfati għall-azzjonijiet inklużi fil-programmi ta' ħidma.
Emenda 117 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 3
3. Il-pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, jew fi ftehimiet simili, u skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;
imħassar
Emenda 118 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 4
4. il-Pajjiżi terzi, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz fi kwalunkwe programm tal-Unjoni, sakemm dak il-ftehim
imħassar
— jiżgura bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u tal-benefiċċji tal-pajjiż terz li jkun qed jipparteċipa fil-programmi tal-Unjoni;
— jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni fil-programmi, inkluż il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal programmi individwali u l-kostijiet amministrattivi tagħhom. Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat f'konformità mal-Artikolu [21(5)] ta' [the new Financial Regulation];
— ma jagħtix lill-pajjiż terz, is-setgħa li jieħu deċiżjonijiet dwar il-programm;
— jiggarantixxi d-drittijiet tal-Unjoni li tiżgura ġestjoni finanzjarja tajba u li tipproteġi l-interessi finanzjarji tagħha.
Emenda 119 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 2
2. Il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 taħt l-Objettiv Speċifiku 3.Iċ-ċibersigurtà u l-Fiduċja għandhom ikunu soġġetti għall-Artikolu [12].
2. Il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 taħt l-Objettivi Speċifiċi1 "Computing ta' Prestazzjoni Għolja", 2 "Intelliġenza Artifiċjali" u 3 "Ċibersigurtà u Fiduċja" għandha tkun soġġetta għall-Artikolu [12].
Emenda 120 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 5
5. Il-programm ta' ħidma jista' jipprevedi wkoll li l-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f'pajjiżi assoċjati u entitajiet ġuridiċi stabbiliti fl-UE iżda kkontrollati minn pajjiżi terzi ma jkunux eliġibbli għall-parteċipazzjoni fl-azzjonijiet kollha jew uħud minnhom skont l-Objettiv Speċifiku 3 għal raġunijiet ta' sigurtà. F'każijiet bħal dawn, sejħiet għall-proposti u sejħiet għall-offerti għandhom ikunu ristretti għal entitajiet stabbiliti jew meqjusa li huma stabbiliti fl-Istati Membri u kkontrollat mill-Istati Membri u/jew minn ċittadini tal-Istati Membri.
5. Il-programm ta' ħidma jista' jipprevedi wkoll li l-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f'pajjiżi assoċjati u entitajiet ġuridiċi stabbiliti fl-UE iżda kkontrollati minn pajjiżi terzi ma jkunux eliġibbli għall-parteċipazzjoni fl-azzjonijiet kollha jew uħud minnhom skont l-Objettivi Speċifiċi1, 2 u 3 għal raġunijiet strateġiċi u ta' sigurtà. F'każijiet bħal dawn, sejħiet għall-proposti u sejħiet għall-offerti għandhom ikunu ristretti għal entitajiet stabbiliti jew meqjusa li huma stabbiliti fl-Istati Membri u kkontrollati mill-Istati Membri u/jew minn ċittadini tal-Istati Membri.
5 a. L-azzjonijiet li jinkludu t-trasferiment ta' teknoloġija barra l-Unjoni ma għandhomx ikunu permessi. Bil-għan li jiġu żgurati l-objettivi strateġiċi tas-sigurtà fit-tul, għandha titwettaq evalwazzjoni tal-opportunità fir-rigward tal-parteċipazzjoni ta' entitajiet li s-sede prinċipali tagħhom ma tkunx fl-Unjoni.
5 b. Fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament jistgħu jwettqu kontrolli ta' sigurtà, u azzjonijiet li ma jikkonformawx mar-regoli ta' sigurtà jistgħu jiġu esklużi jew jintemmu fi kwalunkwe ħin.
Emenda 123 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1
1. Il-Programm tfassal biex jiġi implimentat filwaqt li jippermetti sinerġiji, kif deskritt aktar fl-Anness III, ma' programmi oħra ta' finanzjament tal-Unjoni, b'mod partikolari permezz ta' arranġamenti għall-finanzjament komplimentari minn programmi tal-UE fejn il-modalitajiet tal-ġestjoni jippermettu; jew f'sekwenza, f'mod li jalterna, jew permezz tat-tgħaqqid tal-fondi inkluż għall-finanzjament konġunt tal-azzjonijiet.
1. Il-Programm tfassal biex jiġi implimentat filwaqt li jippermetti sinerġiji, kif deskritt aktar fl-Anness III, ma' programmi oħra ta' finanzjament tal-Unjoni, b'mod partikolari permezz ta' arranġamenti għall-finanzjament komplimentari minn programmi tal-UE fejn il-modalitajiet tal-ġestjoni jippermettu; jew f'sekwenza, f'mod li jalterna, jew permezz tat-tgħaqqid tal-fondi inkluż għall-finanzjament konġunt tal-azzjonijiet. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li meta tingrana l-karattru komplementari tal-programm ma' programmi Ewropej oħra ta' finanzjament, b'mod partikolari l-FSIE, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), l-Orizzont Ewropa u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF-2), l-investEU, l-Erasmus u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), il-kisba tal-Objettivi Speċifiċi 1 sa 5 ma jiġux imfixkla.
Il-Kummissjoni se tfittex mezzi li bihom ittejjeb l-effiċjenza globali ta' programmi li joffru riżorsi fil-qasam tad-diġitalizzazzjoni.
Emenda 124 Proposta għal regolament Artikolu 13 - paragrafu 2
2. Għandhom jiġu stabbiliti mekkaniżmi xierqa ta' koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet rilevanti u għodod ta' monitoraġġ xierqa sabiex b'mod sistematiku jiġu żgurati sinerġiji bejn il-Programm u kwalunkwe strument ta' finanzjament rilevanti tal-UE. L-arranġamenti għandhom jikkontribwixxi biex tiġi evitata d-duplikazzjoni u jiġi mmassimizzat l-impatt tal-infiq.
2. Għandhom jiġu stabbiliti mekkaniżmi xierqa ta' koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet rilevanti u bejn l-awtoritajiet u l-Kummissjoni Ewropea, kif ukoll għodod ta' monitoraġġ xierqa sabiex b'mod sistematiku jiġu żgurati sinerġiji bejn il-Programm u kwalunkwe strument ta' finanzjament rilevanti tal-UE. L-arranġamenti għandhom jikkontribwixxu biex tiġi evitata d-duplikazzjoni u jiġi mmassimizzat l-impatt tal-infiq.
Emenda 125 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 2
2. Il-Programm jista' jipprovdi finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, inkluż b'mod partikolari l-akkwist pubbliku bħala forma primarja kif ukoll għotjiet u premjijiet. Jista' jipprovdi wkoll finanzjament fil-forma ta' strumenti finanzjarji fi ħdan operazzjonijiet ta' taħlit.
2. Il-Programm jista' jipprovdi finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, inkluż b'mod partikolari l-akkwist mill-Kummissjoni jew minn korp ta' finanzjament, mill-benefiċjarji individwali jew konġunti tal-għotjiet bħala forma primarja tal-azzjoni kif ukoll għotjiet u premjijiet. L-akkwisti jistgħu jawtorizzaw l-għoti ta' kuntratti multipli fl-istess proċedura u jistgħu jipprevedu t-tqegħid ta' kundizzjonijiet ta' prestazzjoni f'konformità ma' ftehimiet ta' akkwist internazzjonali applikabbli.Il-Programm jista' jipprovdi wkoll finanzjament fil-forma ta' strumenti finanzjarji f'operazzjonijiet ta' taħlit.
Emenda 126 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 1
Il-Programm jista' jiġi implimentat permezz ta' Sħubijiet Ewropej. Dawn jistgħu jinkludu b'mod partikolari l-kontribuzzjonijiet għal sħubijiet pubbliċi-privati eżistenti jew ġodda fil-forma ta' impriżi konġunti stabbiliti skont l-Artikolu 187 tat-TFUE. Għal dawn il-kontribuzzjonijiet, japplikaw dispożizzjonijiet relatati mas-Sħubijiet Ewropej skont ir-[Regolament Orizzont Ewropa, għandha tiżdied ref].
Il-Programm jista' jiġi implimentat permezz ta' Sħubijiet Ewropej miftiehma fil-Proċess ta' Programmazzjoni Strateġika bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri. Dawn jistgħu jinkludu b'mod partikolari l-kontribuzzjonijiet għal sħubijiet pubbliċi-privati eżistenti jew ġodda fil-forma ta' impriżi konġunti stabbiliti skont l-Artikolu 187 tat-TFUE. Għal dawn il-kontribuzzjonijiet, japplikaw dispożizzjonijiet relatati mas-Sħubijiet Ewropej skont ir-[Regolament Orizzont Ewropa, għandha tiżdied ref].
Id-dispożizzjonijiet u l-kriterji għall-għażla, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u l-eliminazzjoni gradwali tagħhom huma stabbiliti fi [għandha tiżdied referenza].
Emenda 129 Proposta għal regolament Artikolu 16 – titolu
Hubs ta' Innovazzjoni Diġitali
Hubs Ewropej ta' Innovazzjoni Diġitali
Emenda 130 Proposta għal regolament Artikolu 16 - paragrafu 1
1. Matul l-ewwel sena tal-implimentazzjoni tal-Programm, għandu jiġi stabbilit netwerk inizjali tal-Hubs ta' Innovazzjoni Diġitali.
1. Matul l-ewwel sena tal-implimentazzjoni tal-Programm, għandu jiġi stabbilit netwerk inizjali tal-Hubs Ewropej ta' Innovazzjoni Diġitali fuq infrastruttura eżistenti u għandu jkun hemm tal-inqas Hub Ewropew ta' Innovazzjoni Diġitali wieħed għal kull Stat Membru.
Emenda 131 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2. Għall-fini tal-istabbiliment tan-netwerk imsemmi fil-paragrafu 1, kull Stat Membru għandu jinnomina entitajiet kandidati permezz ta' proċess miftuħ u kompetittiv, abbażi tal-kriterji li ġejjin:
2. Għall-fini tal-istabbiliment tan-netwerk imsemmi fil-paragrafu 1, kull Stat Membru għandu jinnomina entitajiet kandidati permezz ta' proċess miftuħ, trasparenti, inklużiv u kompetittiv, abbażi tal-kriterji li ġejjin:
Emenda 132 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt a
(a) kompetenzi xierqa relatati mal-funzjonijiet tal-Hubs ta' Innovazzjoni Diġitali;
(a) kompetenzi xierqa relatati mal-funzjonijiet tal-Hubs Ewropej ta' Innovazzjoni Diġitali;
Emenda 133 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt b
(b) il-kapaċità ta' ġestjoni xierqa, il-persunal u l-infrastruttura;
(b) il-kapaċità ta' ġestjoni, il-persunal u l-infrastruttura u l-ġabra ta' ħiliet xierqa;
Emenda 134 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)
(da) kooperazzjoni ppruvata mas-settur privat biex tiġi żgurata r-rilevanza tas-suq tal-interventi taħt l-Objettivi Speċifiċi 1 sa 5;
Emenda 135 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt db (ġdid)
(db) konnessjonijiet ma' Hubs tal-ICT maħluqa taħt Orizzont 2020, il-Hub investEU u n-netwerk European Enterprise;
2 a. Il-kundizzjonijiet dettaljati li għandhom jiġu ssodisfati sabiex jiġu nnominati bħala "Hub Ewropew ta' Innovazzjoni Diġitali" u l-kompiti li jridu jitwettqu, għandhom jiġu armonizzati u ppubblikati fil-ħin dovut sabiex ikunu jistgħu jsiru l-preparazzjoni u l-implimentazzjoni xierqa tal-azzjonijiet.
Emenda 137 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 3 – parti introduttorja
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni dwar l-għażla tal-entitajiet li jiffurmaw in-netwerk inizjali. Dawn l-entitajiet għandhom jintgħażlu mill-Kummissjoni minn fost l-entitajiet kandidati innominati mill-Istati Membri abbażi tal-kriterji msemmija fil-paragrafu 2 u l-kriterji addizzjonali li ġejjin:
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni dwar l-għażla tal-entitajiet li jiffurmaw in-netwerk inizjali. Dawn l-entitajiet għandhom jintgħażlu u jiġu identifikati b'mod ċar mill-Kummissjoni minn fost l-entitajiet kandidati innominati mill-Istati Membri abbażi tal-kriterji msemmija fil-paragrafu 2 u l-kriterji addizzjonali li ġejjin:
Emenda 138 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt b
(b) il-ħtieġa li n-netwerk inizjali jiżgura kopertura tal-ħtiġijiet tal-industrija u l-oqsma ta' interess pubbliku u kopertura ġeografika bbilanċjata u komprensiva.
(b) il-ħtieġa li n-netwerk inizjali jiżgura kopertura tal-ħtiġijiet tal-industrija u l-oqsma ta' interess pubbliku u kopertura ġeografika bbilanċjata u komprensiva, li jtejbu l-konverġenza u jikkontribwixxu biex jitneħħa d-distakk bejn il-pajjiżi ta' koeżjoni u l-Istati Membri l-oħra u jnaqqsu d-distakk diġitali f'termini ġeografiċi.
Emenda 139 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 4
4. Hubs ta' Innovazzjoni Diġitali addizzjonali għandhom jintgħażlu fuq il-bażi ta' proċess miftuħ u kompetittiv, b'mod li jiżgura l-aktar kopertura ġeografika wiesgħa madwar l-Ewropa. L-għadd ta' entitajiet tan-netwerk għandu jkun proporzjonat għall-popolazzjoni ta' Stat Membri partikolari u għandu jkun hemm mill-inqas Hub ta' Innovazzjoni Diġitali waħda għal kull Stat Membru. Biex jiġu indirizzati l-limitazzjonijiet speċifiċi affaċċjati mir-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE, jistgħu jiġu nominati entitajiet speċifiċi biex ikopru l-ħtiġijiet tagħhom.
4. Hubs Ewropej ta' Innovazzjoni Diġitali addizzjonali għandhom jintgħażlu fuq il-bażi ta' proċess miftuħ, trasparenti u kompetittiv, b'mod li jiżgura l-aktar kopertura ġeografika wiesgħa madwar l-Ewropa. L-għadd ta' entitajiet tan-netwerk għandu jkun proporzjonat għall-popolazzjoni ta' Stat Membri partikolari. Biex jiġu indirizzati l-limitazzjonijiet speċifiċi affaċċjati mir-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE, jistgħu jintgħażlu Hubs ta' Innovazzjoni addizzjonali magħżula f'dawk ir-reġjuni.
Emenda 140 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 5
5. Il-Hubs ta' Innovazzjoni Diġitali jistgħu jirċievu finanzjament fil-forom ta' għotjiet.
5. Il-Hubs Ewropej ta' Innovazzjoni Diġitali għandhom ikunu identifikati b'mod ċar permezz ta' indikazzjonijiet speċifiċi u jirċievu finanzjament fil-forom ta' għotjiet.
Emenda 141 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 6 – parti introduttorja
6. Il-Hubs ta' Innovazzjoni Diġitali li jirċievu l-finanzjament għandhom jiġu involuti fl-implimentazzjoni tal-Programm sabiex:
6. Il-Hubs Ewropej ta' Innovazzjoni Diġitali li jirċievu l-finanzjament għandhom jiġu involuti fl-implimentazzjoni tal-Programm sabiex:
Emenda 142 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 6 – punt a
(a) jipprovdu servizzi ta' trasformazzjoni diġitali - inkluż l-ittestjar u l-esperimentazzjoni tal-faċilitajiet - immirata lejn l-SMEs u l-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja, anke f'setturi li huma kajmana fl-użu tat-teknoloġiji diġitali u teknoloġiji relatati;
(a) jipprovdu servizzi ta' trasformazzjoni diġitali u għarfien espert teknoloġiku - inkluż l-ittestjar u l-esperimentazzjoni tal-faċilitajiet - immirati lejn in-negozji l-ġodda, l-SMEs u l-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja, anke f'setturi li huma kajmana fl-użu tat-teknoloġiji diġitali u teknoloġiji relatati;
Emenda 143 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 6 – punt aa (ġdid)
(aa) jappoġġaw lill-kumpaniji, speċjalment l-SMEs u n-negozji l-ġodda, lill-organizzazzjonijiet u lill-amministrazzjonijiet pubbliċi sabiex isiru aktar kompetittivi u jtejbu l-mudelli kummerċjali tagħhom permezz tal-użu tat-teknoloġiji l-ġodda koperti mill-Programm;
Emenda 144 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 6 – punt b
(b) jittrasferixxu l-għarfien espert u l-knowhow bejn ir-reġjuni, b'mod partikolari permezz ta' netwerking għall-SMEs u l-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja stabbiliti f'reġjun partikolari mal-Hubs ta' Innovazzjoni Diġitali stabbiliti f'reġjuni oħra li huma l-aktar adattati biex jipprovdu servizzi rilevanti;
(b) jittrasferixxu l-għarfien espert u n-knowhow bejn ir-reġjuni, b'mod partikolari permezz ta' netwerking għall-SMEs, in-negozji l-ġodda u l-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja stabbiliti f'reġjun partikolari mal-Hubs Ewropej ta' Innovazzjoni Diġitali stabbiliti f'reġjuni oħra li huma l-aktar adattati biex jipprovdu servizzi rilevanti; jinkoraġġixxu l-iskambji ta' ħiliet, inizjattivi konġunti u prattiki tajbin;
Emenda 145 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 6 – punt c
(c) jipprovdu servizzi tematiċi, fosthom servizzi marbuta mal-computing ta' prestazzjoni għolja, l-intelliġenza artifiċjali u ċ-ċibersigurtà u l-fiduċja lill-amministrazzjonijiet, lill-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku, lill-SMEs u lill-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja. Il-Hubs ta' Innovazzjoni Diġitali individwali jistgħu jispeċjalizzaw f'servizzi tematiċi speċifiċi u m'għandhomx għalfejn jipprovdu s-servizzi tematiċi kollha msemmija f'dan il-paragrafu;
(c) jipprovdu servizzi tematiċi, fosthom servizzi marbuta mal-computing ta' prestazzjoni għolja, l-intelliġenza artifiċjali u ċ-ċibersigurtà u l-fiduċja lill-amministrazzjonijiet, lill-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku, lill-SMEs, lin-negozji l-ġodda u lill-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja. Il-Hubs Ewropej ta' Innovazzjoni Diġitali individwali jistgħu jispeċjalizzaw f'servizzi tematiċi speċifiċi u m'għandhomx għalfejn jipprovdu s-servizzi tematiċi kollha msemmija f'dan il-paragrafu;
6a. Il-Hubs Ewropej tal-Innovazzjoni Diġitali jistgħu wkoll jikkooperaw mal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, b'mod partikolari l-EIT Diġitali kif ukoll il-Hubs ta' Innovazzjoni Diġitali stabbiliti taħt Orizzont 2020.
6b. Il-Hubs Ewropej ta' Innovazzjoni Diġitali jistgħu jwettqu l-attivitajiet tal-Hubs ta' Innovazzjoni Diġitali stabbiliti taħt il-Programmi Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, inklużi l-Hubs ta' Innovazzjoni tal-EIT Diġitali.
Emenda 148 Proposta għal regolament Artikolu 17 − paragrafu 1
1. L-azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-objettivi msemmija fl-Artikolu [3] u l-Artikoli [4]-[8] biss għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament.
1. L-azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-objettivi msemmija fl-Artikolu [3] u l-Artikoli [4]-[8] biss għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament f'konformità mal-objettivi ġenerali stipulati fl-Anness I.
Emenda 149 Proposta għal regolament Artikolu 18 - paragrafu 2 - punt a - punt ii
(ii) pajjiż terz assoċjat mal-Programm;
(ii) pajjiż terz assoċjat mal-Programm skont l-Artikoli 10 u 12;
Emenda 150 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 3
3. L-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f'pajjiż terz li mhuwiex assoċjat mal-Programm huma eċċezzjonalment eliġibbli biex jipparteċipaw f'azzjonijiet speċifiċi fejn dan ikun meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Programm.
3. L-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f'pajjiż terz li mhuwiex assoċjat mal-Programm huma eċċezzjonalment eliġibbli biex jipparteċipaw f'azzjonijiet speċifiċi fejn dan ikun meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Programm, u fejn dan ma jimplikax riskji ta' sigurtà addizzjonali għall-Unjoni jew jixħet dubju fuq l-awtonomija strateġika tal-Unjoni.
Emenda 151 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 4
4. Il-persuni fiżiċi ma għandhomx ikunu eliġibbli, ħlief għall-għotjiet mogħtija skont l-Objettiv Speċifiku 4. Il-Ħiliet diġitali avvanzati.
4. Il-persuni fiżiċi ma jistgħux ikunu eliġibbli, ħlief għall-għotjiet mogħtija skont l-Objettiv Speċifiku 4,"Ħiliet diġitali avvanzati". Iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jistgħu jkunu eliġibbli sakemm dawn ikunu residenti fl-Unjoni.
Emenda 152 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 1
Għotjiet li jaqgħu taħt il-Programm għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju.
Għotjiet li jaqgħu taħt il-Programm għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju u jistgħu jkopru sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli għal raġunijiet debitament ġustifikati, mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta' kofinanzjament; u skont l-ispeċifikazzjoni taħt kull objettiv.
Emenda 153 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Il-kriterji tal-għoti għandhom ikunu ddefiniti fil-programmi ta' ħidma u fis-sejħiet għall-proposti, filwaqt li jitqiesu bħala minimu l-elementi li ġejjin:
1. Il-kriterji tal-għoti għandhom ikunu ddefiniti fil-programmi ta' ħidma u fis-sejħiet għall-proposti, filwaqt li jitqiesu tal-inqas l-elementi li ġejjin:
Emenda 154 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt e
(e) fejn applikabbli, l-impatt ekonomiku, soċjali, fuq il-klima u dak ambjentali, u l-aċċessibbiltà;
(e) fejn applikabbli, l-impatt ekonomiku, fuq il-klima, dak ambjentali u soċjali, b'mod partikolari l-promozzjoni tal-aċċessibbiltà u l-opportunitajiet edukattivi u professjonali ugwali;
Emenda 155 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt g
(g) fejn applikabbli, distribuzzjoni ġeografika bilanċjata fl-Unjoni kollha, inkluż fir-reġjuni ultraperiferiċi.
(g) fejn applikabbli, distribuzzjoni ġeografika bilanċjata fl-Unjoni kollha, inkluż fir-reġjuni ultraperiferiċi, inkluż fil-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej;
Emenda 156 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt ha (ġdid)
(ha) fejn applikabbli, il-libertà għall-użu mill-ġdid u l-adattament tar-riżultati tal-proġetti;
Emenda 157 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt hb (ġdid)
(hb) fejn applikabbli, l-interess pubbliku;
Emenda 158 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt hc (ġdid)
(hc) fejn applikabbli, tnaqqis fid-distakk diġitali bejn reġjuni, ċittadini jew negozji.
Emenda 159 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 1
L-operazzjonijiet ta' taħlit deċiżi skont dan il-Programm għandhom jiġu implimentati b'konformità mar-[regolament InvestUE] u t-Titolu X tar-Regolament Finanzjarju.
L-operazzjonijiet ta' taħlit deċiżi skont dan il-Programm għandhom jiġu implimentati b'konformità mar-[regolament InvestUE] u t-Titolu X tar-Regolament Finanzjarju. L-ammont tan-nefqa minn dan il-programm li għandu jitħallat ma' strument finanzjarju m'għandux ikun rimborżabbli.
2a. Fejn azzjoni tkun diġà ngħatat jew irċeviet kontribuzzjonijiet minn programm ieħor tal-Unjoni jew appoġġ minn fond tal-UE, dik il-kontribuzzjoni jew dak l-appoġġ għandhom jitniżżlu fl-applikazzjoni meta tintalab kontribuzzjoni mill-Programm.
Emenda 161 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 3
3. L-ewwel programm ta' ħidma pluriennali għandu jiffoka fuq l-attivitajiet stabbiliti fl-Anness u għandu jiżgura li l-azzjonijiet appoġġati hemmhekk ma jeskludux il-finanzjament privat. Il-programmi ta' ħidma sussegwenti jistgħu jinkludu attivitajiet mhux imniżżla fl-Anness, sakemm dawn ikunu konsistenti mal-objettivi ta' dan ir-Regolament, kif stabbiliti fl-Artikoli [4 – 8].
3. Il-programmi ta' ħidma għandhom jiffukaw fuq l-attivitajiet stabbiliti fl-Anness I u għandhom jiżguraw li l-azzjonijiet appoġġati hemmhekk ma jeskludux il-finanzjament privat.
3a. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta atti delegati skont l-Artikolu 27 biex temenda l-Anness I ħalli tirrieżamina jew tikkomplementa l-attivitajiet stabbiliti fih b'mod konsistenti mal-objettivi ta' dan ir-Regolament kif stipulat fl-Artikoli 4-8.
Emenda 163 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 1
1. L-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u l-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-objettivi ġenerali u speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3 huma stabbiliti fl-Anness II.
1. L-indikaturi li jistgħu jitkejlu għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u l-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-objettivi ġenerali u speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3 huma stabbiliti fl-Anness II.
1a. Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi metodoloġija biex tipprevedi indikaturi li jistgħu jitkejlu għal valutazzjoni preċiża tal-progress għall-kisba tal-objettivi ġenerali stipulati fl-Artikolu 3(1). Abbażi ta' din il-metodoloġija, il-Kummissjoni għandha tikkomplementa l-Anness III sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2021.
Emenda 165 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 2
2. Biex tiżgura valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Programm biex jikseb l-objettivi tiegħu, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 27 biex temenda l-Anness II biex tirrevedi jew tikkomplementa l-indikaturi fejn jitqies neċessarju u biex tissuplimenta dan ir-Regolament b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' qafas tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni.
2. Biex tiżgura valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Programm biex jikseb l-objettivi tiegħu, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 27 biex temenda l-Anness II biex tirrevedi jew tikkomplementa l-indikaturi li jistgħu jitkejlu fejn jitqies neċessarju u biex tissupplimenta dan ir-Regolament b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' qafas tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni.
Emenda 166 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 3
3. Is-sistema ta' rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-programm tinġabar b'mod effiċjenti, effettiv, u f'waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta' rapportar proporzjonat fuq dawk li jirċievu l-fondi tal-UE u l-Istati Membri.
3. Is-sistema ta' rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-programm tkun adattata għal analiżi fil-fond tal-progress li jkun sar u d-diffikultajiet li jirriżultaw u li jinġabru b'mod effiċjenti, effettiv u f'waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta' rapportar proporzjonat fuq dawk li jirċievu l-fondi tal-UE u l-Istati Membri.
Emenda 167 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 4
4. Għandha tintuża sal-massimu tagħha l-istatistika uffiċjali tal-UE bħall-istħarriġiet regolari tal-ICT. L-istituti Nazzjonali tal-Istatistika għandhom jiġu kkonsultati u involuti flimkien mal-Eurostat fit-tfassil inizjali u l-iżvilupp ulterjuri tal-indikaturi statistiċi użati għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-programm u l-progress li jkun sar fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni.
4. L-istatistika uffiċjali tal-UE bħall-istħarriġiet regolari tal-ICT għandha tintuża bl-aktar mod effiċjenti possibbli, kif ukoll tintuża bħala ġbir ta' settijiet tad-data DESI f'NUTS-2 biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta' data reġjonali relatata mal-Ewropa Diġitali. L-istituti Nazzjonali tal-Istatistika għandhom jiġu kkonsultati u involuti flimkien mal-Eurostat fit-tfassil inizjali u l-iżvilupp ulterjuri tal-indikaturi statistiċi użati għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-programm u l-progress li jkun sar fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni.
Emenda 168 Proposta għal regolament Artikolu 25 – titolu
Evalwazzjoni
Evalwazzjoni tal-Programm
Emenda 169 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 1
1. L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu f'waqthom sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.
1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura monitoraġġ u evalwazzjoni esterna regolari tal-Programm, b'mod partikolari abbażi tas-sistema ta' rapportar dwar il-prestazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 24(3). L-evalwazzjonijiet għandhom jipprevedu wkoll valutazzjoni kwalitattiva tal-progress milħuq lejn il-kisba tal-objettivi ġenerali stipulati fl-Artikolu 3(1).
Emenda 170 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 2
2. L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm.
2. Minbarra li timmonitorja regolarment il-Programm, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rapport ta' evalwazzjoni interim u għandha tissottomettih lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2024. L-evalwazzjoni interim għandha tippreżenta l-konklużjonijiet meħtieġa biex tittieħed deċiżjoni dwar it-tkomplija tal-Programm lil hinn mill-2027 u l-objettivi tiegħu.
L-evalwazzjoni interim għandha tintbagħat lill-Parlament Ewropew.
Emenda 171 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 3
3. Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu [1], għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm mill-Kummissjoni.
3. Fuq il-bażi ta' evalwazzjoni finali esterna u indipendenti, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rapport ta' evalwazzjoni finali tal-Programm, li jivvaluta l-impatti aktar fit-tul tiegħu u s-sostenibbiltà tiegħu.
4a. Il-Kummissjoni għandha tressaq ir-rapport ta' evalwazzjoni finali msemmi fil-paragrafu 3 lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2030.
Emenda 173 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 5
5. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.
imħassar
Emenda 174 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 4
4. Bħala parti mis-sistema ta' kontroll, l-istrateġija tal-awditu tista' tkun ibbażata fuq l-awditu finanzjarju ta' kampjun rappreżentattiv tal-infiq. Dak il-kampjun rappreżentattiv għandu jiġi kkomplementat b'għażla bbażata fuq valutazzjoni tar-riskji relatati mal-infiq.
4. Bħala parti mis-sistema ta' kontroll, l-istrateġija tal-awditu għandha tkun ibbażata fuq l-awditu finanzjarju ta', mill-inqas, kampjun rappreżentattiv tal-infiq. Dak il-kampjun rappreżentattiv għandu jiġi kkomplementat b'għażla bbażata fuq valutazzjoni tar-riskji relatati mal-infiq.
Emenda 175 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 2
2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 24 għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2028.
2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli23 u 24 għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2028.
Emenda 176 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 3
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 24 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f'dik id-Deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli23 u 24 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f'dik id-Deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.
Emenda 177 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 6
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 24 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta jkunu ġew mgħarrfin bih jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew u kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikoli23 u 24 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta jkunu ġew mgħarrfin bih jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew u kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Emenda 178 Proposta għal regolament Artikolu 29 – paragrafu 1
1. Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inkluż lill-midja u lill-pubbliku.
1. Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, onesta, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inkluż lill-midja u lill-pubbliku.
Emenda 179 Proposta għal regolament Artikolu 29 – paragrafu 2
2. Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tagħha. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu [3].
2. Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tagħha. Hi għandha tiżgura wkoll l-integrazzjoni tal-informazzjoni u tal-aċċess għall-applikanti potenzjali għall-finanzjament tal-Unjoni fis-settur diġitali. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu [3].
Emenda 180 Proposta għal regolament Anness I – parti 1 – paragrafu 2 – punt 1
1. Qafas ta' akkwist konġunt għal netwerk integrat tal-HPC ta' klassi mondjali inkluż supercomputing ta' skala eksa u infrastruttura tad-data. Dan se jkun aċċessibbli fuq bażi mhux ekonomika għall-utenti pubbliċi u privati u għal skopijiet ta' riċerka ffinanzjata pubblikament.
1. Qafas ta' akkwist konġunt għal netwerk integrat tal-HPC ta' klassi mondjali inkluż supercomputing ta' skala eksa u infrastruttura tad-data. Dan se jkun aċċessibbli għan-negozji u l-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha u, fuq bażi mhux ekonomika, għall-utenti pubbliċi u privati u għal skopijiet ta' riċerka ffinanzjata pubblikament.
Emenda 181 Proposta għal regolament Anness I – parti 1 – paragrafu 2 – punt 6
6. L-iskjerament ta' teknoloġija lesta biex tintuża/operattiva: supercomputing bħala servizz li jirriżulta mill-R&I biex tinbena ekosistema tal-HPC Ewropea integrata, li tkopri s-segmenti tal-katina tal-valur xjentifiku u industrijali kollha (ħardwer, softwer, applikazzjonijiet, servizzi, interkonnessjonijiet u ħiliet diġitali avvanzati).
6. L-iskjerament ta' teknoloġija lesta biex tintuża/operattiva: supercomputing bħala servizz li jirriżulta mill-R&I, b'mod partikolari teknoloġiji ġodda li preċedentement ibbenefikaw jew li qed jibbenefikaw mill-finanzjament tal-Unjoni, biex tinbena ekosistema tal-HPC Ewropea integrata, li tkopri s-segmenti tal-katina tal-valur xjentifiku u industrijali kollha (ħardwer, softwer, applikazzjonijiet, servizzi, interkonnessjonijiet u ħiliet diġitali avvanzati).
Emenda 182 Proposta għal regolament Anness 1 – parti 2 – paragrafu 1
Il-Programm għandu jibni u jsaħħaħ il-kapaċitajiet tal-Intelliġenza Artifiċjali ewlenin fl-Ewropa, inkluż ir-riżorsi tad-data u r-repożitorji ta' algoritmi filwaqt li jsiru aċċessibbli min-negozji u l-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha kif ukoll ir-rinforz u n-netwerking ta' faċilitajiet eżistenti tal-ittestjar u tal-isperimentazzjoni tal-intelliġenza artifiċjali fl-Istati Membri.
Il-Programm għandu jibni u jsaħħaħ il-kapaċitajiet ewlenin tal-Intelliġenza Artifiċjali u tat-teknoloġiji tar-reġistru distribwit fl-Ewropa, inklużi r-riżorsi tad-data u r-repożitorji tal-algoritmi filwaqt li jsiru aċċessibbli min-negozji u l-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha kif ukoll ir-rinforz u n-netwerking ta' faċilitajiet eżistenti tal-ittestjar u tal-isperimentazzjoni tal-intelliġenza artifiċjali fl-Istati Membri.
Emenda 183 Proposta għal regolament Anness 1 – parti 4 – paragrafu 1
Il-Programm għandu jappoġġa aċċess faċli għall-ħiliet diġitali avvanzati, b'mod partikolari, fil-HPC, fl-intelliġenza artifiċjali, ir-reġistru distribwiti, (eż. blockchain) u ċ-ċibersigurtà għall-forza tax-xogħol attwali u futuri, billi l-istudenti, il-gradwati reċenti, u l-ħaddiema eżistenti, ikunu fejn ikunu, jiġu offruti l-mezzi biex jakkwistaw u jiżviluppaw dawn il-ħiliet.
Il-Programm għandu jappoġġa aċċess faċli u opportunitajiet ta' taħriġ fil-ħiliet diġitali avvanzati, b'mod partikolari, fil-HPC, fl-intelliġenza artifiċjali, fir-reġistri distribwiti, (eż. blockchain) u ċ-ċibersigurtà għall-forza tax-xogħol attwali u futura, billi l-istudenti, il-gradwati reċenti jew iċ-ċittadini ta' kull età li jeħtieġu titjib tal-ħiliet, persuni li qed ifittxu impjieg, u l-ħaddiema eżistenti, ikunu fejn ikunu, jiġu offruti l-mezzi biex jakkwistaw u jiżviluppaw dawn il-ħiliet.
Emenda 184 Proposta għal regolament Anness I – parti 4 – paragrafu 2 – punt 1
1. Aċċess għal taħriġ fuq il-post tax-xogħol bil-parteċipazzjoni f'apprendistati f'ċentri tal-kompetenzi u f'kumpaniji li qed jiskjeraw teknoloġiji avvanzati.
1. Aċċess għal taħriġ fuq il-post tax-xogħol u opportunitajiet ta' tagħlim imħallat bil-parteċipazzjoni f'traineeships f'ċentri tal-kompetenzi u f'kumpaniji li qed jiskjeraw teknoloġiji avvanzati.
Emenda 185 Proposta għal regolament Anness 1 – parti 4 – paragrafu 4
L-interventi kollha se jitfasslu u jiġu implimentati primarjament permezz tal-Hubs ta' Innovazzjoni Diġitali, kif definit fl-Artikolu 15.
L-interventi kollha se jitfasslu u jiġu implimentati primarjament permezz tal-Hubs ta' Innovazzjoni Diġitali, kif definit fl-Artikolu 16.
Emenda 186 Proposta għal regolament Anness I – parti 5 – subparti I – punt 1 – punt 1.2
1.2. Appoġġ għat-tfassil, il-pilotaġġ, l-iskjerament, il-manutenzjoni u l-promozzjoni ta' ekosistema koerenti tal-infrastruttura tas-servizzi diġitali transfruntiera u jiġu ffaċilitati soluzzjonijiet u oqsfa komuni fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika li huma mingħajr xkiel minn tarf sa tarf, siguri, interoperabbli, multilingwali, interoperabbli transfruntiera jew transsettorjali. Għandhom jiġu inklużi wkoll metodoloġiji għall-valutazzjoni tal-impatt u l-benefiċċji.
1.2. Appoġġ għat-tfassil, il-pilotaġġ, l-iskjerament, il-manutenzjoni, l-espansjoni u l-promozzjoni ta' ekosistema koerenti tal-infrastruttura tas-servizzi diġitali transfruntiera u jiġu ffaċilitati soluzzjonijiet u oqsfa komuni fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika li huma mingħajr xkiel minn tarf sa tarf, siguri, interoperabbli, multilingwi, interoperabbli transfruntiera jew transsettorjali. Għandhom jiġu inklużi wkoll metodoloġiji għall-valutazzjoni tal-impatt u l-benefiċċji.
Emenda 187 Proposta għal regolament Anness 1 – parti 5 – subparti I – punt 2 – punt 2.1
2.1. Jiġi żgurat li ċ-ċittadini tal-UE jkunu jistgħu jaċċessaw, jikkondividu, jużaw u jiġġestixxu d-data personali tas-saħħa tagħhom b'mod sigur bejn il-fruntieri, irrispettivament minn fejn jinsabu jew fejn tinsab id-data. Titlesta l-Infrastruttura Ewropea ta' Servizzi Diġitali tas-Saħħa-e u tiġi estiża permezz ta' servizzi diġitali ġodda, tiġi appoġġata l-introduzzjoni ta' format ta' skambju Ewropew għar-rekords elettroniċi tas-saħħa.
2.1. Jiġi żgurat li ċ-ċittadini tal-UE jkunu jistgħu jaċċessaw, jikkondividu, jużaw u jiġġestixxu d-data personali tas-saħħa tagħhom b'mod sigur u b'mod li jiggarantixxi l-privatezza tagħhom bejn il-fruntieri, irrispettivament minn fejn jinsabu jew fejn tinsab id-data. Titlesta l-Infrastruttura Ewropea ta' Servizzi Diġitali tas-Saħħa-e u tiġi estiża permezz ta' servizzi diġitali ġodda, tiġi appoġġata l-introduzzjoni ta' format ta' skambju Ewropew għar-rekords elettroniċi tas-saħħa.
Emenda 188 Proposta għal regolament Anness I – parti 5 – subparti I – punt 3
3. Il-ġudikatura: Ikun hemm komunikazzjoni elettronika bla xkiel u sigura bejn il-fruntieri fi ħdan il-ġudikatura u bejn il-ġudikatura u korpi oħra kompetenti oħra fil-qasam tal-ġustizzja ċivili u kriminali. Jitjieb l-aċċess għall-ġustizzja u għall-informazzjoni u l-proċeduri ta' karattru ġuridiku għaċ-ċittadini, in-negozji, il-prattikanti ġuridiċi u l-membri tal-ġudikatura b'interkonnessjonijiet semantikament interoperabbli mal-bażijiet tad-data u r-reġistri nazzjonali kif ukoll l-iffaċilitar ta' soluzzjoni tat-tilwim extraġudizzjarja online. Jiġu promossi l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi għall-qrati u l-prattikanti legali bbażati fuq soluzzjonijiet tal-intelliġenza artifiċjali li probabbilment jissimplifikaw u jħaffu l-proċeduri (pereżempju applikazzjonijiet "tekniċi ġuridiċi").
3. Il-ġudikatura: Ikun hemm komunikazzjoni elettronika bla xkiel u sigura bejn il-fruntieri fi ħdan il-ġudikatura u bejn il-ġudikatura u korpi oħra kompetenti oħra fil-qasam tal-ġustizzja ċivili u kriminali. Jitjieb l-aċċess għall-ġustizzja u għall-informazzjoni u l-proċeduri ta' karattru ġuridiku għaċ-ċittadini, in-negozji, il-prattikanti ġuridiċi u l-membri tal-ġudikatura b'interkonnessjonijiet semantikament interoperabbli mal-bażijiet tad-data u r-reġistri kif ukoll l-iffaċilitar ta' soluzzjoni tat-tilwim straġudizzjarja online. Jiġu promossi l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi għall-qrati u l-prattikanti legali bbażati fuq soluzzjonijiet tal-intelliġenza artifiċjali li probabbilment jissimplifikaw u jħaffu l-proċeduri (pereżempju applikazzjonijiet "tekniċi ġuridiċi").
Emenda 189 Proposta għal regolament Anness I – parti 5 – subparti I – punt 4
4. It-trasport, l-enerġija u l-ambjent: Jiġu skjerati soluzzjonijiet deċentralizzati u infrastrutturi meħtieġa għal applikazzjonijiet diġitali fuq skala kbira bħal bliet intelliġenti jew żoni rurali intelliġenti b'appoġġ għall-politiki tat-trasport, l-enerġija u l-ambjent.
4. It-trasport, l-enerġija u l-ambjent: Jiġu skjerati soluzzjonijiet deċentralizzati u infrastrutturi meħtieġa għal applikazzjonijiet diġitali fuq skala kbira bħal bliet intelliġenti, żoni rurali intelliġenti jew reġjuni ultraperiferiċi b'appoġġ għall-politiki tat-trasport, l-enerġija u l-ambjent.
Emenda 190 Proposta għal regolament Anness 1 – parti 5 – subparti II – titolu
II L-attivitajiet inizjali relatati mad-diġitizzazzjoni tal-industrija:
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)
Emenda 191 Proposta għal regolament Anness 2 – parti 2 – punt 2.2
2.2 L-għadd ta' kumpaniji u organizzazzjonijiet li jużaw l-intelliġenza artifiċjali
2.2 L-għadd ta' kumpaniji u organizzazzjonijiet li jittestjaw u jesperimentaw bl-IA f'kooperazzjoni mal-Hubs ta' Innovazzjoni Diġitali
Emenda 192 Proposta għal regolament Anness 2 – parti 2 – punt 2.2 a (ġdid)
2.2a Għadd ta' applikazzjonijiet konkreti tal-IA appoġġati mill-programm li qed jiġu kkummerċjalizzati bħalissa.
Emenda 193 Proposta għal regolament Anness 2 – parti 4 – punt 4.1
4.1 L-għadd ta' nies speċjalizzati fl-ICT imħarrġa u qed jaħdmu
4.1 L-għadd ta' nies speċjalizzati fl-ICT imħarrġa u qed jaħdmu kull sena fl-Unjoni
Emenda 194 Proposta għal regolament Anness 2 – parti 4 – punt 4.2
4.2 L-għadd ta' intrapriżi li jkollhom diffikultà biex jirreklutaw speċjalisti tal-ICT
4.2 L-għadd ta' intrapriżi li jkollhom diffikultà biex jirreklutaw speċjalisti tal-ICT kull sena fl-Unjoni
Emenda 195 Proposta għal regolament Anness 2 – punt 4 – punt 4.2b (ġdid)
4.2b Għadd ta' studenti, gradwati riċenti u persuni qiegħda li tejbu l-istatus tagħhom wara t-taħriġ ipprovdut fil-qafas tal-programm.
Emenda 196 Proposta għal regolament Anness 2 – parti 5 – punt 5.1
Emenda 197 Proposta għal regolament Anness 2 – parti 5 – punt 5.2
5.2 L-intrapriżi b'punteġġ għoli ta' intensità diġitali
5.2 In-numru ta' intrapriżi b'punteġġ għoli ta' intensità diġitali
Emenda 198 Proposta għal regolament Anness 2 – parti 5 – punt 5.3
5.3 L-allinjament tal-Qafas Nazzjonali ta' Interoperabbiltà mal-Qafas Ewropew tal-Interoperabbiltà
5.3 Il-livell safejn sar l-allinjament tal-Qafas Nazzjonali ta' Interoperabbiltà mal-Qafas Ewropew tal-Interoperabbiltà
Emenda 199 Proposta għal regolament Anness 3 – punt 1 – punt ba (ġdid)
(ba) Il-Programm Diġitali Ewropew għandu attivament joħloq sinerġiji mal-Orizzont Ewropa madwar is-sostenibbiltà tad-data li toriġina minn proġetti ta' riċerka;
Emenda 200 Proposta għal regolament Anness 3 – punt 1 – punt c
(c) L-Ewropa Diġitali se jinvesti fi (i) il-bini ta' kapaċità diġitali fil-Computing ta' Prestazzjoni Għolja, l-Intelliġenza Artifiċjali, iċ-Ċibersigurtà u l-ħiliet diġitali avvanzati; u (ii) l-iskjerament nazzjonali u reġjonali fil-qafas tal-UE ta' kapaċitajiet diġitali u l-aħħar teknoloġiji diġitali f'oqsma ta' interess pubbliku (bħas-saħħa, l-amministrazzjoni pubblika, il-ġustizzja u l-edukazzjoni) jew il-falliment tas-suq (bħad-diġitalizzazzjoni tan-negozji, b'mod partikolari intrapriżi żgħar u ta' daqs medju);
(c) L-Ewropa Diġitali se jinvesti fi (i) il-bini ta' kapaċità diġitali fil-Computing ta' Prestazzjoni Għolja, l-Intelliġenza Artifiċjali, iċ-Ċibersigurtà u l-ħiliet diġitali avvanzati; u (ii) l-iskjerament nazzjonali, reġjonali u lokali fil-qafas tal-UE ta' kapaċitajiet diġitali u l-aħħar teknoloġiji diġitali f'oqsma ta' interess pubbliku (bħas-saħħa, l-amministrazzjoni pubblika, il-ġustizzja u l-edukazzjoni) jew il-falliment tas-suq (bħad-diġitalizzazzjoni tan-negozji, b'mod partikolari intrapriżi żgħar u ta' daqs medju);
Emenda 201 Proposta għal regolament Anness 3 – punt 3 – punt c
(c) L-Ewropa Diġitali se jinvesti fi (i) il-bini ta' kapaċità diġitali fil-Computing ta' Prestazzjoni Għolja, l-Intelliġenza Artifiċjali, iċ-Ċibersigurtà u l-ħiliet diġitali avvanzati; u (ii) l-iskjerament nazzjonali u reġjonali fil-qafas tal-UE ta' kapaċitajiet diġitali u l-aħħar teknoloġiji diġitali f'oqsma ta' interess pubbliku (bħas-saħħa, l-amministrazzjoni pubblika, il-ġustizzja u l-edukazzjoni) jew il-falliment tas-suq (bħad-diġitalizzazzjoni tan-negozji, b'mod partikolari intrapriżi żgħar u ta' daqs medju);
(c) L-Ewropa Diġitali se jinvesti fi (i) il-bini ta' kapaċità diġitali fil-Computing ta' Prestazzjoni Għolja, it-teknoloġija tar-reġistru distribwit, l-Intelliġenza Artifiċjali, iċ-Ċibersigurtà u l-ħiliet diġitali avvanzati; u (ii) l-iskjerament nazzjonali u reġjonali fil-qafas tal-UE ta' kapaċitajiet diġitali u l-aħħar teknoloġiji diġitali f'oqsma ta' interess pubbliku (bħas-saħħa, l-amministrazzjoni pubblika, il-ġustizzja u l-edukazzjoni) jew il-falliment tas-suq (bħad-diġitalizzazzjoni tan-negozji, b'mod partikolari intrapriżi żgħar u ta' daqs medju);