Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali: pakkett finanzjarju u objettiv ġenerali ***I
172k
55k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/825 biex jiżdied il-pakkett finanzjarju tal-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali u li jadatta l-objettiv ġenerali tiegħu (COM(2017)0825 – C8-0433/2017 – 2017/0334(COD))(1)
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa -1 (ġdida)
(-1) L-Unjoni hija rikjesta tappoġġja lill-Istati Membri, fuq talba tagħhom, biex ittejjeb il-kapaċità amministrattiva tagħhom għall-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni.
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 1
(1) Il-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali ("il-Programm") ġie stabbilit bl-objettiv li tissaħħaħ il-kapaċità tal-Istati Membri biex iħejju u jimplimentaw riformi amministrattivi u strutturali li jtejbu t-tkabbir, anke permezz ta' assistenza għall-użu effiċjenti u effettiv ta' fondi tal-Unjoni. L-appoġġ taħt il-Programm jiġi pprovdut mill-Kummissjoni, fuq talba minn Stat Membru, u jista' jkopri firxa wiesgħa ta' oqsma ta' politika. L-iżvilupp ta' ekonomiji reżiljenti mibnija fuq strutturi ekonomiċi u soċjali sodi, li jippermettu lill-Istati Membri biex jassorbu x-xokkijiet b'mod effiċjenti u li jirkupraw minnhom malajr, jikkontribwixxi għall-koeżjoni ekonomika u soċjali. L-implimentazzjoni ta' riformi strutturali istituzzjonali, amministrattivi u li jiffavorixxu t-tkabbir hija strument adegwat biex jinkiseb żvilupp bħal dan.
(1) Il-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali ("il-Programm") ġie stabbilit bl-objettiv li tissaħħaħ il-kapaċità tal-Istati Membri biex iħejju u jimplimentaw riformi amministrattivi u strutturali li jtejbu t-tkabbir b'valur miżjud Ewropew, anke permezz ta' assistenza għall-użu effiċjenti u effettiv ta' fondi tal-Unjoni. L-appoġġ taħt il-Programm jiġi pprovdut mill-Kummissjoni, fuq talba minn Stat Membru, u jista' jkopri firxa wiesgħa ta' oqsma ta' politika. L-iżvilupp ta' ekonomiji reżiljenti u soċjetà reżiljenti mibnija fuq strutturi ekonomiċi, soċjali u territorjali sodi, li jippermettu lill-Istati Membri jassorbu x-xokkijiet b'mod effiċjenti u li jirkupraw minnhom malajr, jikkontribwixxi għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali.Ir-riformi appoġġjati mill-Programm jirrikjedu amministrazzjoni pubblika nazzjonali u reġjonali effiċjenti u effettiva kif ukoll sjieda u parteċipazzjoni attiva tal-partijiet ikkonċernati kollha. L-implimentazzjoni ta' riformi strutturali istituzzjonali, amministrattivi u li jiffavorixxu t-tkabbir, li huma speċifiċi għall-pajjiż, u s-sjieda fil-post ta' riformi strutturali li huma ta' interess għall-Unjoni, b'mod partikolari permezz tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u s-sħab soċjali, huma għodod adegwati biex jinkiseb żvilupp bħal dan.
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa -1a (ġdida)
(1a) Twassil u komunikazzjoni effiċjenti tar-riżultati tal-Programm fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali huma meħtieġa sabiex jiżguraw il-viżibbiltà tar-riżultati tar-riformi implimentati bbażati fuq it-talba ta' kull Stat Membru. Dak jiżgura l-iskambju tal-għarfien, l-esperjenza u l-aħjar prattiki, li huwa wieħed mill-miri ewlenin tal-Programm.
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 1b (ġdida)
(1b) Huwa mistenni li d-domanda għal appoġġ taħt il-Programm se tibqa' għolja, li jfisser li ċerti talbiet se jkollhom bżonn jingħataw prijorità. Jenħtieġ li tingħata preferenza, fejn ikun xieraq, lil talbiet li jkunu mmirati biex imexxu t-tassazzjoni minn fuq ix-xogħol għal fuq il-ġid u t-tniġġis, li jħeġġu politiki aktar b'saħħithom tal-impjiegi u dawk soċjali u b'hekk l-inklużjoni soċjali, il-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa permezz ta' trasparenza mtejba, li tistabbilixxi strateġiji innovattivi u riindustrijalizzazzjoni sostenibbli u titjib tas-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali għal talbiet għal appoġġ li jkollhom livell għoli ta' appoġġ demokratiku u involviment tas-sħab u li jkollhom effetti konsegwenzjali fuq setturi oħra. Il-programm jenħtieġ li jikkumplimenta strumenti oħra sabiex jiġi evitat xogħol doppju.
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 1c (ġdid)
(1 c) Fil-ħidma tiegħu biex isaħħaħ il-kapaċità tal-Istati Membri sabiex iħejju u jimplimentaw ir-riformi strutturali li jsostnu t-tkabbir, il-Programm jenħtieġ li ma jiħux post jew ma jissostitwixxix il-finanzjament mill-baġits nazzjonali tal-Istati Membri, jew jintuża biex ikopri l-infiq kurrenti;
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 3:
(3) It-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika u soċjali bit-tisħiħ ta' riformi strutturali hija kruċjali għal parteċipazzjoni b'suċċess fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja. Dan hu ta' importanza partikolari għall-Istati Membri li l-munita tagħhom mhux l-euro, fit-tħejjija tagħhom sabiex jingħaqdu maż-żona tal-euro.
(3) It-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali permezz ta' riformi strutturali li jibbenefikaw lill-Unjoni u huma bi qbil mal-prinċipji u l-valuri tagħha huwa kruċjali għal parteċipazzjoni b'suċċess u konverġenza reali msaħħa fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja, li tiżgura l-istabbiltà u l-prosperità fuq perjodu twil. Dan hu ta' importanza partikolari għall-Istati Membri li l-munita tagħhom mhix l-euro, fit-tħejjija tagħhom sabiex jingħaqdu maż-żona tal-euro.
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 4
(4) Għalhekk huwa xieraq li jiġi enfasizzat fl-objettiv ġenerali tal-Programm – fi ħdan il-kontribut tiegħu lejn ir-rispons għall-isfidi ekonomiċi u soċjali – li jenħtieġ li t-titjib tal-koeżjoni, il-kompetittività, il-produttività, it-tkabbir sostenibbli, u l-ħolqien tal-impjiegi jikkontribwixxu wkoll għat-tħejjijiet għall-parteċipazzjoni futura fiż-żona tal-euro minn dawk l-Istati Membri li l-munita tagħhom mhix l-euro.
(4) Għalhekk huwa xieraq li jiġi enfasizzat fl-objettiv ġenerali tal-Programm – fi ħdan il-kontribut tiegħu lejn ir-rispons għall-isfidi ekonomiċi u soċjali – li jenħtieġ li t-titjib tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, il-kompetittività, il-produttività, it-tkabbir sostenibbli, il-ħolqien tal-impjiegi, l-inklużjoni soċjali u t-tnaqqis tad-disparitajiet bejn Stati Membri u reġjuni, jikkontribwixxu wkoll għat-tħejjijiet għall-parteċipazzjoni futura fiż-żona tal-euro minn dawk l-Istati Membri li l-munita tagħhom għadha mhix l-euro.
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 5
(5) Huwa wkoll neċessarju li jiġi indikat li l-azzjonijiet u l-attivitajiet tal-Programm jistgħu jkunu ta' appoġġ għal riformi li jistgħu jgħinu lill-Istati Membri li jixtiequ jadottaw l-euro biex iħejju rwieħhom għall-parteċipazzjoni fiż-żona tal-euro.
(5) Billi wieħed iżomm f'moħħu l-esperjenza pożittiva li kellha l-Unjoni bl-assistenza teknika offruta lil pajjiżi oħrajn li diġà adottaw l-euro, huwa wkoll neċessarju li jiġi indikat li l-azzjonijiet u l-attivitajiet tal-Programm jistgħu jappoġġjaw riformi li jistgħu jgħinu lill-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni f'data aktar tard u li jixtiequ jadottaw l-euro biex iħejju għall-parteċipazzjoni fiż-żona tal-euro.
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 5a (ġdida)
(5a) Seba' Stati Membri huma soġġetti għal obbligu tat-Trattat li jħejju lilhom infushom għall-parteċipazzjoni fiż-żona tal-euro, jiġifieri l-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Kroazja, l-Ungerija, il-Polonja, ir-Rumanija u l-Iżvezja. Xi wħud minn dawk l-Istati Membri ftit għamlu progress lejn dan l-objettiv f'dawn l-aħħar snin, u dan jagħmel l-appoġġ tal-Unjoni għall-parteċipazzjoni fl-euro dejjem aktar rilevanti. Id-Danimarka u r-Renju Unit ma huma taħt l-ebda obbligu li jingħaqdu maż-żona tal-euro.
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 5b (ġdida)
(5b) L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom rwol importanti x'jiżvolġu fir-riforma strutturali, sa tali punt li jiddependi mill-organizzazzjoni kostituzzjonali u amministrattiva ta' kull Stat Membru. Huwa għalhekk xieraq li jkun previst livell xieraq ta' involviment u konsultazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali u lokali fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tar-riforma strutturali.
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 6
(6) Sabiex tintlaħaq id-domanda dejjem tikber mill-Istati Membri għall-appoġġ, u fid-dawl tal-bżonn li tiġi appoġġjata l-implimentazzjoni ta' riformi strutturali fl-Istati Membri li l-munita tagħhom mhix l-euro, l-allokazzjoni finanzjarja għall-Programm għandha tiżdied għal livell suffiċjenti li jippermetti lill-Unjoni li tipprovdi appoġġ li jissodisfa l-ħtiġijiet ta' dawk l-Istati Membri li jagħmlu t-talba.
(6) Sabiex tintlaħaq id-domanda dejjem akbar mill-Istati Membri għall-appoġġ, u fid-dawl tal-bżonn li tiġi appoġġjata l-implimentazzjoni ta' riformi strutturali li huma fl-interess tal-Unjoni fi Stati Membri li l-munita tagħhom mhix l-euro, l-allokazzjoni finanzjarja għall-Programm għandha tiżdied, bl-użu tal-istrument ta' flessibbiltà taħt ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/20131a għal livell suffiċjenti li jippermetti lill-Unjoni tipprovdi appoġġ li jissodisfa l-ħtiġijiet ta' dawk l-Istati Membri li jagħmlu t-talba. Dik iż-żieda jenħtieġ li ma jkollhiex impatt negattiv fuq il-prijoritajiet l-oħra tal-politika ta' koeżjoni. Barra minn hekk, l-Istati Membri jenħtieġ li ma jkunux obbligati jittrasferixxu l-allokazzjonijiet nazzjonali u reġjonali tagħhom minn Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE) bil-ħsieb li jeliminaw id-differenza fil-finanzjament tal-Programm.
___________
1a Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 7
(7) Sabiex jingħata appoġġ bl-inqas dewmien possibbli, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun f'qagħda li tuża parti mill-pakkett finanzjarju anki biex tkopri l-kost ta' attivitajiet li jappoġġjaw il-Programm, bħal spejjeż relatati mal-kontroll tal-kwalità u l-monitoraġġ ta' proġetti fuq il-post.
(7) Sabiex jingħata appoġġ ta' kwalità bl-inqas dewmien possibbli, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun f'qagħda li tuża parti mill-pakkett finanzjarju anki biex tkopri l-kost ta' attivitajiet li jappoġġjaw il-Programm, bħal spejjeż relatati mal-kontroll tal-kwalità u l-monitoraġġ, u l-evalwazzjoni ta' proġetti fuq il-post. Jenħtieġ li dawn l-ispejjeż ikunu proporzjonali għall-valur globali tan-nefqa fil-qafas tal-proġetti ta' appoġġ.
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 7a (ġdida)
(7a) Sabiex ikun żgurat ir-rappurtar bla xkiel tal-implimentazzjoni tal-Programm lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jenħtieġ li jkun speċifikat il-perjodu li fih il-Kummissjoni għandha tipprovdi rapporti annwali ta' monitoraġġ.
L-objettiv ġenerali tal-Programm huwa li jikkontribwixxi għal riformi istituzzjonali, amministrattivi u strutturali li jsostnu t-tkabbir fl-Istati Membri billi jipprovdi appoġġ lill-awtoritajiet nazzjonali għal miżuri intenzjonati li jirriformaw u jsaħħu l-istituzzjonijiet, il-governanza, l-amministrazzjoni pubblika, u s-setturi ekonomiċi u tas-soċjetà b'reazzjoni għall-isfidi ekonomiċi u soċjali, bil-ħsieb li jittejbu l-koeżjoni, il-kompetittività, il-produttività, it-tkabbir sostenibbli, il-ħolqien tal-impjiegi, u l-investiment, li jkun ukoll ta' tħejjija għall-parteċipazzjoni fiż-żona tal-euro, b'mod partikolari fil-kuntest tal-proċessi ta' governanza ekonomika, fosthom permezz ta' assistenza għall-użu effiċjenti, effettiv u trasparenti tal-fondi tal-Unjoni.";
L-objettiv ġenerali tal-Programm għandu jkun li jikkontribwixxi għal riformi istituzzjonali, amministrattivi u strutturali li jsostnu t-tkabbir fl-Istati Membri, billi jipprovdi appoġġ lill-awtoritajiet tal-Istati Membri, inklużi l-awtoritajiet reġjonali u lokali fejn ikun xieraq, għal miżuri intenzjonati li jirriformaw u jsaħħu l-istituzzjonijiet, il-governanza, l-amministrazzjoni pubblika, u s-setturi ekonomiċi u tas-soċjetà b'reazzjoni għall-isfidi ekonomiċi u soċjali, bil-ħsieb li jittejbu l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, il-kompetittività, il-produttività, it-tkabbir sostenibbli, il-ħolqien tal-impjiegi, l-inklużjoni soċjali, il-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-faqar, l-investiment, u konverġenza reali fl-Unjoni, li jkun ukoll ta' tħejjija għall-parteċipazzjoni fiż-żona tal-euro, b'mod partikolari fil-kuntest tal-proċessi ta' governanza ekonomika, fosthom permezz ta' assistenza għall-użu effiċjenti, effettiv u trasparenti tal-fondi tal-Unjoni.
Emenda 15 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid) Regolament (UE) 2017/825 Artikolu 5 - paragrafu 1 - punt da (ġdid)
(1a) fl-Artikolu 5(1), għandu jiddaħħal il-punt li ġej:
(da) li jappoġġja l-involviment u l-konsultazzjoni tal-awtoritajiet reġjonali u lokali fit-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' riforma strutturali b'mod proporzjonat għas-setgħat u r-responsabbiltajiet ta' dawk l-awtoritajiet reġjonali u lokali fi ħdan l-istruttura kostituzzjonali u amministrattiva ta' kull Stat Membru.
Emenda 16 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a Regolament (UE) 2017/825 Artikolu 10 - paragrafu 1
1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm huwa stabbilit għal EUR 222 800 000 fi prezzijiet attwali.;
1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm huwa stabbilit għal EUR 222 800 000 fi prezzijiet kurrenti, li minnhom EUR 80 000 000 għandu jiġi pprovdut mill-Istrument ta' Flessibbiltà taħt ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013*.
_________________
*Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
Emenda 17 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid) Regolament (UE) 2017/825 Artikolu 16 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
(3a) fl-Artikolu 16(2), il-parti introduttorja tinbidel b'dan li ġej:
2. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta' monitoraġġ annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Programm. Dak ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar:
"2. Mill-2018 sa u inkluż l-2021 il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta' monitoraġġ annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Programm. Dak ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar:"
Emenda 18 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3b (ġdid) Regolament (UE) 2017/825 Artikolu 16 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt da (ġdid)
(3b) Fl-Artikolu 16(2), jiddaħħal il-punt da li ġej:
" (da) l-eżiti tal-kontroll tal-kwalità u tal-monitoraġġ ta' proġetti ta' appoġġ fuq il-post; "
Il-każ ġie mgħoddi lura għal negozjati interistituzzjonali lill-kumitati responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’subparagrafu (A8-0227/2018).
Riforma tal-liġi elettorali tal-Unjoni Ewropea ***
118k
48k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li temenda l-Att dwar l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 76/787/KEFA, KEE, Euratom tal-20 ta' Settembru 1976 (09425/2018 - C8-0276/2018 - 2015/0907(APP))
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (09425/2018),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 223(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0276/2018),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Novembru 2015 dwar ir-riforma tal-liġi elettorali tal-Unjoni Ewropea, u l-proposta annessa magħha għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tadotta d-dispożizzjonijiet li jemendaw l-Att dwar l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett(1),
– wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mis-Senat Franċiż, mill-Kamra tad-Deputati Lussemburgiża, mis-Senat Netherlandiż, mill-Kamra tad-Deputati tan-Netherlands, mill-Parlament Żvediż, mill-House of Commons tar-Renju Unit u mill-House of Lords tar-Renju Unit, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A8-0248/2018),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Ftehim ta' Sħubija bejn l-UE u l-KEEA u l-Armenja ***
120k
48k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Armenja, fuq in-naħa l-oħra (12543/2017 – C8-0422/2017 – 2017/0238(NLE))
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12543/2017),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim ta' Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Armenja, fuq in-naħa l-oħra (12548/2017),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 37 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea; u bi qbil mal-Artikolu 91, l-Artikolu 100(2), l-Artikoli 207 u 209, u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), l-Artikolu 218(7) u l-Artikolu 218(8), it-tieni subparagrafu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0422/2017),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tal-4 ta’ Lulju 2018(1) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4), u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0177/2018),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Armenja.
Ftehim ta' Sħubija bejn l-UE, il-KEEA u l-Armenja (riżoluzzjoni)
168k
58k
Riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra (12543/2017 – C8-0422/2017 – 2017/0238(NLE) – 2017/2269(INI))
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12543/2017),
– wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra (12548/2017),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 37 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u skont l-Artikolu 91, l-Artikolu 100(2), u l-Artikoli 207 u 209, l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), u l-Artikolu 218(7) u l-Artikolu 218(8), it-tieni subparagrafu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0422/2017),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet rilevanti tiegħu dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Armenja,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2017 dwar ir-Rapport Annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni(1),
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet konġunti tas-summits tas-Sħubija tal-Lvant, partikolarment dik maqbula fl-2017 fi Brussell,
– wara li kkunsidra l-komunikazzjonijiet konġunti tal-Kummissjoni u tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) dwar il-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV), partikolarment ir-rapport tat-18 ta' Mejju 2017 dwar l-Implimentazzjoni tar-Rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (JOIN(2017)0018) u d-dokument ta' ħidma konġunt tad-9 ta' Ġunju 2017 bit-titolu "Eastern Partnership – 20 Deliverables for 2020: Focusing on key priorities and tangible results" (SWD(2017)0300) (Is-Sħubija tal-Lvant – 20 Riżultat għall-2020: Enfasi fuq il-prijoritajiet ewlenin u r-riżultati tanġibbli), kif ukoll il-komunikazzjoni tal-2016 dwar "Strateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni Ewropea",
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-sitwazzjoni fil-Viċinat tal-Lvant u, partikolarment ir-rakkomandazzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2017 lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-SEAE dwar is-Sħubija tal-Lvant fit-tħejjija għas-Summit ta' Novembru 2017(2) u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' April 2015 dwar għeluq il-mitt sena mill-Ġenoċidju Armen(3),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tal-4 ta’ Lulju 2018(4) 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni,
– wara li kkunsidra l-Prijoritajiet tas-Sħubija bejn l-Unjoni Ewropea u l-Armenja, iffirmati fil-21 ta' Frar 2018,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 49 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 99(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0179/2018),
A. billi l-qafas attwali tar-relazzjonijiet bejn l-Armenja u l-Unjoni Ewropea hu bbażat fuq il-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni tal-1996, li daħal fis-seħħ fl-1999 u li għandu jiġi sostitwit bil-Ftehim ta' Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ (CEPA) li qiegħed jiġi propost;
B. billi permezz tas-Sħubija tal-Lvant, l-UE u l-Armenja bbażaw ir-relazzjonijiet tagħhom fuq impenn kondiviż favur id-dritt internazzjonali u l-valuri fundamentali, inklużi d-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-governanza tajba, u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali;
C. billi għad hemm tħassib rigward ir-rispett sħiħ tal-Armenja dwar uħud mill-valuri ewlenin imsemmija aktar kmieni, partikolarment rigward id-demokrazija u l-istat tad-dritt, li qegħdin jiġu mxekkla mill-korruzzjoni, ix-xiri tal-voti, il-kriminalità organizzata u l-kontroll oligarkiku abbużiv;
D. billi l-pożizzjoni ġeografika tal-Armenja f'salib it-toroq bejn l-Ewropa, l-Asja Ċentrali u l-Lvant Nofsani, kif ukoll il-poteri reġjonali tal-viċinat, partikolarment ir-Russja, l-Iran u t-Turkija, hija kemm strateġika u toħloq sfida; billi n-nuqqas ta' rikonoxximent minn xi wħud mit-traġedji tal-passat, partikolarment il-ġenoċidju Armen, il-preżenza ta' truppi barranin fl-Armenja kif ukoll il-kunflitti mtawla fil-Kawkasu tan-Nofsinhar, li ħallew effett ukoll fuq l-Ażerbajġan u l-Georgia, jirrappreżentaw theddida ewlenija għas-sigurtà u l-istabbiltà reġjonali tal-imsieħba kollha; billi s-soluzzjoni paċifika għall-kunflitt fin-Nagorno-Karabakh tista' sseħħ biss bi qbil mal-Prinċipji Bażiċi 2009 tal-OSKE, partikolarment permezz tal-isforzi u l-proposti tal-Kopresidenti tal-Grupp ta' Minsk tal-OSKE;
E. billi l-UE hija s-sieħba kummerċjali ewlenija tal-Armenja, kif ukoll l-aktar donatur importanti tagħha; billi l-Armenja hija wkoll membru tal-Unjoni Ekonomika Ewrasjatika, li jixhed li l-UE ma tisfurzax, bħala prerekwiżit, li l-imsieħba għandhom jagħżlu relazzjonijiet aktar profondi mal-UE għad-detriment tar-relazzjonijiet tagħhom ma' partijiet terzi, anki jekk xi opportunitajiet - bħal Żona ta' Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva (DCFTA) - ma kinux possibbli f'dan il-kuntest;
F. billi l-ftehim il-ġdid jistabbilixxi bażi ġuridika ġdida għat-tisħiħ mill-ġdid tad-djalogu politiku u twessigħ tal-ambitu tal-kooperazzjoni ekonomika, kif ukoll il-kooperazzjoni f'setturi bħall-enerġija, it-trasport, l-infrastruttura u l-ambjent; billi dawn id-dispożizzjonijiet mistennija li jkollhom impatt pożittiv fuq l-Armenja f'termini ta' promozzjoni ta' standards demokratiċi, ta' tkabbir ekonomiku u ta' żvilupp sostenibbli; biex b'hekk dawn il-prospetti jkunu partikolarment importanti għaż-żgħażagħ Armeni, inkluż permezz ta' edukazzjoni mtejba u ta' aktar opportunitajiet ta' xogħol; billi kemm iċ-ċittadini tal-UE kif ukoll tal-Armenja jistgħu jibbenefikaw minn kooperazzjoni msaħħa;
1. Jilqa' b'sodisfazzjon l-iffirmar tal-Ftehim ta' Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ, li jirrappreżenta pass sinifikanti 'l quddiem fir-relazzjonijiet UE-Armenja u jinkludi impenn favur l-approfondiment ulterjuri tar-relazzjonijiet politiċi u ekonomiċi;
2. Jinnota li l-iffirmar tal-Ftehim mhuwiex il-punt aħħari f'termini tal-kooperazzjoni UE-Armenja; jenfasizza, pjuttost, l-importanza ta' implimentazzjoni rapida u effikaċi qabel ma jiġi eżaminat il-potenzjal għat-tisħiħ ulterjuri tal-kooperazzjoni u tal-integrazzjoni bejn iż-żewġ partijiet, b'ritmu u fuq skala li jkunu aċċettabbli b'mod reċiproku għaż-żewġ partijiet;
3. Ifakkar li biex aktar prospetti ta' kooperazzjoni jsiru disponibbli, huwa importanti li jseħħ progress sinifikanti f'termini ta' rispett ta' valuri fundamentali bħall-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, kif ukoll il-preżenza ta' sistema demokratika li tiffunzjona, li tiddefendi l-indipendenza u l-imparzjalità tal-ġudikatura, u li twassal għal riżultati konkreti fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni; f'dan ir-rigward, jistenna bil-ħerqa li l-UE tikkunsidra, fi żmien debitu, il-ftuħ tad-djalogu dwar il-liberalizzazzjoni tal-viża mal-Armenja, sakemm ikun hemm fis-seħħ il-kundizzjonijiet għal mobbiltà ġestita tajba u sigura, kif ukoll l-implimentazzjoni effikaċi tal-iffaċilitar tal-viża u tal-ftehimiet ta' riammissjoni bejn il-partijiet;
4. Ifaħħar liċ-ċittadini tal-Armenja għat-tranżizzjoni tal-poter f'April u f'Mejju 2018, li seħħet b'mod paċifiku u li wasslet għal bidla fil-gvern b'konformità mal-Kostituzzjoni tal-Armenja; jilqa' l-kawtela murija mill-korpi tal-infurzar tal-liġi, iżda jesprimi tħassib dwar l-arresti mhux ġustifikati ta' dimostranti paċifiċi inklużi ta' Membri tal-Parlament; jifraħ mill-qalb lil Nikol Pashinyan għall-ħatra tiegħu bħala l-Prim Ministru l-ġdid tal-Armenja; jistenna b'interess li tiżdied il-kooperazzjoni miegħu, mal-gvern tiegħu u mal-Assemblea Nazzjonali, partikolarment biex jingħatalhom appoġġ ħalli jwettqu l-istennijiet tas-soċjetà Armena kif espressi matul il-protesti, u jesprimi l-fatt li fil-ġejjieni jkun lest li josserva l-elezzjonijiet parlamentari fl-Armenja;
Ambitu, prinċipji ġenerali, valuri fundamentali u impenn għar-riżoluzzjoni tal-kunflitti
5. Jisħaq li l-applikazzjoni territorjali tal-Ftehim tkopri, minn naħa, it-territorji li fihom japplikaw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, bil-kundizzjonijiet stipulati f'dawk it-Trattati, u min-naħa l-oħra, it-territorju tar-Repubblika tal-Armenja. jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li ma jiġi esportat ebda prodott illegalment lejn l-UE mill-Armenja;
6. Jinnota li l-Ftehim hu konformi mal-ispirtu u mal-prinċipji espressi fir-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2017, li tiddikjara b'mod ċar li mhu se jiġi rratifikat ebda ftehim komprensiv ma' pajjiż li ma jirrispettax il-valuri tal-UE ta' demokrazija, tal-istat tad-dritt, il-governanza tajba, u d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali; iħeġġeġ madankollu lill-awtoritajiet Armeni biex bl-appoġġ tal-UE, jiżguraw li ma jkun hemm ebda rigress fuq dawn il-valuri, għaliex dan jista' jiskatta s-sospensjoni tal-implimentazzjoni tal-Ftehim skont l-Artikolu 379 tiegħu; itenni li l-assistenza finanzjarja tal-UE lejn l-Armenja għadha tiddependi fuq l-implimentazzjoni tar-riformi u l-kwalità tagħhom;
7. Iħeġġeġ lill-Armenja tadotta u timplimenta bil-ħeffa r-riformi li ntlaħaq qbil reċiproku dwarhom, partikolarment fir-rigward tal-istabbiltà tas-sistema elettorali, l-indipendenza tal-ġudikatura, u t-trasparenza fil-governanza tal-istutuzzjonijiet tal-istat, partikolarment fil-kuntest tal-prijoritajiet ta' sħubija UE-Armenja, li għandhom jaġixxu bħala qafas ta' gwida għall-implimentazzjoni tal-Ftehim, sabiex jintlaħqu riżultati tanġibbli u pożittivi għaċ-ċittadini Armeni;
8. Jenfasizza l-importanza fundamentali tal-parteċipazzjoni sinifikanti u l-inklużjoni tal-organizzazzjonijiet rilevanti tas-soċjetà ċivili matul din il-fażi ta' implimentazzjoni, inkluż permezz tal-Pjattaforma l-ġdida tas-Soċjetà Ċivili stabbilita b'dan il-Ftehim, li tmur lil hinn mis-sempliċi obbligu li r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili jingħataw informazzjoni u li jitwettqu skambji ta' fehmiet magħhom, kif hu previst attwalment fl-Artikolu 366 tal-Ftehim; ifakkar li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili involuti għandhom jirriflettu l-aktar firxa wiesgħa possibbli ta' interessi politiċi u soċjali;
9. Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tapplika l-prinċipju ta' kondizzjonalità tal-assistenza finanzjarja tal-UE billi l-appoġġ mill-UE jintrabat b'mod sistematiku mal-implimentazzjoni effikaċi tar-riformi – inkluż permezz tal-istrument tal-Viċinat Ewropew, l-assistenza makrofinanzjarja u strumenti oħrajn – fejn il-progress imwettaq għandu jkun soġġett għal monitoraġġ bir-reqqa;
10. Jinnota li l-Ftehim huwa konformi wkoll mal-ispirtu u mal-prinċipji espressi fir-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2017 inkluż fir-rigward tal-fatt li r-ratifika tal-ftehim il-ġdid mal-Armenja jew mal-Ażerbajġan tiddependi fuq impenn sinifikanti u fuq progress sostanzjali lejn ir-riżoluzzjoni tal-kunflitt fin-Nagorno-Karabakh; iħeġġeġ liż-żewġ partijiet biex b'rieda tajba jaċċelleraw ir-ritmu u r-riżultati tan-negozjati tagħhom wara l-elezzjonijiet tal-2018 fiż-żewġ pajjiżi sabiex huma jibqgħu mfakkra fl-istorja billi jsibu soluzzjoni għal kunflitt li sewa wisq ħajjiet, speċjalment dawk ta' ċivili, u li pprevjena mhux biss l-istabbiliment tal-paċi u l-istabbiltà, iżda wkoll xekkel l-iżvilupp soċjoekonomiku fir-reġjun għal kważi tletin sena; jesprimi tħassib profond għaż-żieda fil-preżenza militari u l-infiq sproporzjonat għad-difiża fir-reġjun; jappoġġja l-inizjattivi kollha li jwasslu għall-paċi u għall-iżvilupp ta' relazzjonijiet tajba ta' viċinat, inklużi taħdidiet ta' livell għoli u mekkaniżmu ta' monitoraġġ tal-waqfien mill-ġdid, u jappella lis-SEAE u lill-Kummissjoni biex iżidu l-appoġġ tal-UE għall-programmi u biex jiffaċilitaw iż-żieda fil-kuntatti bejn l-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi (NGO) u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ filwaqt li jiżgura li l-Istati Membri tal-UE jevitaw esportazzjonijiet indiretti ta' prodotti u teknoloġija b'użu doppju lill-partijiet tal-kunflitt;
Riforma politika
11. Jappella kemm lill-Armenja kif ukoll lill-UE biex jagħtu prijorità għolja lir-riformi domestiċi, kif deskritt fl-Artikolu 4, sabiex b'mod partikolari jiżguraw it-tranżizzjoni bla xkiel minn sistema presidenzjali għal waħda parlamentari kif ukoll in-nonpolitizzazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-istat; iħeġġeġ lill-gvern Armen biex jiżgura li r-riformi ewlenin – bħal dawk marbutin mal-istruttura u mal-attivitajiet tal-gvern jew mal-kodiċi kriminali – jkunu soġġetti għal trasparenza akbar u għal djalogu inklużiv mal-oppożizzjoni u mas-soċjetà ċivili, fl-interessi tas-soċjetà Armena b'mod ġenerali;
12. Jenfasizza l-bżonn li jkun żgurati kundizzjonijiet ekwi għall-oppożizzjoni kif ukoll ambjent li fih is-soċjetà ċivili, inklużi r-rappreżentanti tal-midja u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem jistgħu joperaw ħielsa minn biża' ta' tpattija; jappella lill-Armenja, f'dan il-kuntest, tiżgura proċess rapidu u ġust għall-priġunieri kollha, inkluż għal Andreas Ghukasyan, liema proċessi għandhom ikunu ħielsa minn kull kunsiderazzjoni politika; jappella lill-awtoritajiet Armeni jiżguraw li l-ġurnalisti ma jiffaċċjaw ebda pressjoni jew biża' ta' ritaljazzjoni jew vjolenza fuq ħidmiethom u li jiġi rispettat id-dritt għal-libertà ta' għaqda, u biex jibqgħu lura minn użu eċċessiv tal-forza u l-pressjoni bħal akkużi kriminali mhux ġustifikati kontra d-dimostranti paċifiċi u l-mexxejja tal-protesta; jappella għal investigazzjonijiet imparzjali u proċessi ekwi fil-każijiet kollha, inkluż fir-rigward ta' azzjonijiet sproporzjonati fil-passat mill-pulizija kontra d-dimostranti paċifiċi u fil-każ "Sasna Tsrer", li matulu l-pulizija xekklet serjament il-ħidma tal-avukati difensuri;
13. Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Armeni sabiex, fid-dawl tal-elezzjonijiet futuri, jimplimentaw b'mod rapidu u sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet kollha tal-missjonijiet ta' osservazzjoni internazzjonali mmexxija mill-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE/ODIHR), kif enfasizzat fir-rapport finali tagħhom, partikolarment fir-rigward tal-allegazzjonijiet ta' xiri ta' voti, ta' intimidazzjoni tal-votanti, ta' pressjoni fuq ħaddiema taċ-ċivil u fuq impjegati tas-settur privat u ta' ndħil żejjed fil-proċess ta' votazzjoni minn rappreżentanti tal-partiti jew minn uffiċjali tal-infurzar tal-liġi, li wasslu għal nuqqas ta' titjib fil-fiduċja pubblika fis-sistema elettorali tal-pajjiż;
14. Iħeġġeġ lill-Armenja timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja bħal dawk inklużi fl-opinjoni tiegħu tal-2017 dwar l-Abbozz tal-Kodiċi Ġudizzjarju, skont liema opinjoni, il-Kodiċi wassal għal bidliet pożittivi wara r-riforma kostituzzjonali, iżda jinkludi diskrepanzi u inkonsistenzi li għandhom jiġu indirizzati;
L-Istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali
15. Itenni r-rabta qawwija tiegħu mad-dritt internazzjonali u mal-valuri fundamentali, inklużi d-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-governanza tajba u r-rispett għad-drittiijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, u jħeġġeġ lill-Armenja twettaq progress sinifikanti f'dawn l-oqsma, partikolarment fir-rigward tal-libertà tal-midja, l-indipendenza tal-ġudikatura u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-kriminalità organizzata, il-ħasil tal-flus, l-evażjoni fiskali, in-nepotiżmu u l-kontroll oligarkiku abbużiv; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Armeni biex ivaraw proċess ta' riformi ekonomiċi profondi u ġenwini bil-għan li tingħeleb l-istruttura oligarkika u t-tneħħija tal-monopolji rilevanti; iħeġġeġ lill-Awtoritajiet Armeni jkomplu jaġixxu b'konsistenza fir-rigward tal-obbligi tal-pajjiż bħala Pajjiż Firmatarju tal-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura sabiex jevitaw, jipproċedu u jikkastigaw il-ksur;
16. Jiddispjaċih għall-vjolenza bbażata fuq is-sessi u l-orjentazzjoni sesswali li għadha ta' tħassib serju fl-Armenja; jinnota r-rikonoxximent tal-vjolenza domestika bħala problema ewlenija li seħħ bl-adozzjoni, fit-8 ta' Diċembru 2017, tal-Liġi dwar il-Prevenzjoni tal-Vjolenza fi ħdan il-Familja, il-Protezzjoni tal-Vittmi tal-Vjolenza fi ħdan il-Familja u r-Restawr tal-Paċi (Koeżjoni) fil-Familja mill-Assemblea Nazzjonali, iżda jappella għal leġiżlazzjoni aktar b'saħħitha sabiex tiġi miġġielda b'effikaċja vjolenza simili u biex l-awtoritajiet jipproteġu u jipprovdu appoġġ lil dawk li sofrew tali vjolenza; ifaħħar lill-Armenja għall-iffirmar, fit-18 ta' Jannar 2018, tal-Konvenzjoni ta' Istanbul tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fir-rigward tan-nisa u l-vjolenza domestika, u jħeġġeġ lill-Armenja biex b'mod rapidu tirratifika u timplimenta bir-reqqa din il-Konvenzjoni sabiex tissodisfa b'effikaċja l-impenji tagħha favur standards internazzjonali f'dan il-qasam;
17. Jappella lill-Armenja tindirizza l-kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi u kwistjonijiet kontra d-diskriminazzjoni billi tieħu passi rapidi iżda effikaċi li jkollhom l-għan li jiksbu opportunitajiet indaqs għal kulħadd, partikolarment f'termini ta' impjiegi, paga ndaqs u karigi pubbliċi, idealment permezz ta' liġi komprensiva dwar l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, filwaqt li tipproteġi gruppi vulnerabbli oħrajn bħall-persuni LGBTI, bi qbil mal-istandards internazzjonali u mal-impenji diversi dwar id-drittijiet tal-bniedem meħuda mill-Armenja, u biex tiżgura mekkaniżmi ta' protezzjoni effikaċi u b'riżorsi adegwati; f'dan ir-rigward, jesprimi tħassib dwar l-inkompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni pendenti mal-istandards internazzjoni dwar il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni
18. Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Armeni jagħtu prijorità għolja biex itemmu l-għażla bbażata fuq is-sessi li sseħħ permezz ta' abort selettiv, li l-inċidenza tiegħu fl-Armenja u fl-Ażerbajġan tibqa' fost l-aktar mifruxa fid-dinja wara ċ-Ċina; iħeġġeġ l-impenn tal-Armenja biex ittejjeb il-ħajja tat-tfal - partikolarment tat-tfal b'diżabbiltà u tfal orfni - billi timplimenta b'konsistenza l-prijoritajiet stipulati fl-Istrateġija Nazzjonali għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal u fil-Pjan ta' Azzjoni rilevanti għall-implimentazzjoni tal-UNCRC, kif ukoll biex tiżgura l-edukazzjoni inklużiva tat-tfal kollha sal-2025 u l-qerda tax-xogħol tat-tfal;
19. Iħeġġeġ it-twettiq ta' sforzi ulterjuri biex tiżdied il-kooperazzjoni dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-attivitajiet kriminali bħat-terroriżmu, il-kriminalità organizzata, iċ-ċiberkriminalità u l-kriminalità transfruntiera, u jappella lill-Armenja tallinja lilha nnifisha aktar mill-qrib mal-politika barranija u ta' sigurtà tal-UE;
20. Jappella lill-Armenja tirratifika l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) li tiegħu hi firmatarja sa mill-1999;
Kooperazzjoni ekonomika u kummerċjali
21. Jilqa' l-approfondiment tar-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi bejn l-UE u l-Armenja kif ukoll il-fatt li f'xi każijiet il-Ftehim ta' Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ (CEPA) imur lil hinn mill-impenji tad-WTO f'termini ta' trasparenza u ta' aċċess għas-suq ta' prodotti u tal-operaturi tal-UE f'oqsma bħall-kummerċ fis-servizzi, id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali u l-akkwist pubbliku;
22. Jappella lill-Armenja tipparteċipa f'relazzjoni kummerċjali ta' fiduċja mal-UE bi qbil mal-impenji meħuda bl-adeżjoni tad-WTO; ifakkar li t-termini u l-kundizzjonijiet tas-sħubija tad-WTO, kif ukoll l-obbligi skont il-ftehimiet tad-WTO u d-dispożizzjonijiet ta' dawk il-ftehimiet, japplikaw biss għat-territorji tar-Repubblika tal-Armenja kif rikonoxxuti min-NU;
23. Jesprimi t-tama li l-Ftehim se jipprovdi malajr opportunitajiet ekonomiċi ġodda u attraenti għaċ-ċittadini Armeni li jgħixu fl-Armenja jew li qegħdin jirritornaw lejha, u partikolarment liż-żgħażagħ fil-pajjiż;
24. Jiddispjaċih madankollu, li l-Ftehim ma jistax jinkludi fih it-tneħħija tal-ostakoli tariffarji bħala riżultat tas-sħubija tal-Armenja fl-Unjoni Ekonomika Ewrasjatika; jilqa' madankollu, ir-rata ta' utilizzazzjoni għolja tas-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi (SĠP+) tal-UE mill-Armenja, iżda jinnota bi tħassib li l-esportazzjonijiet SĠP+ huma kkonċentrati f'numru limitat biss ta' prodotti; jinnota li l-Ftehim jirrispetta l-politika barranija multidimensjonali tal-Armenja, iżda jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-assistenza tal-UE fl-Armenja ma tkunx diretta lejn setturi milquta mis-sanzjonijiet Russi kontra l-UE, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tissorvelja b'mod strett il-konformità tal-Istati Membri tal-UE għar-regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014, sabiex jiġi evitat li r-Russja takkwista prodotti u teknoloġija permezz tal-Armenja;
25. Jilqa' l-ftehim milħuq dwar il-protezzjoni tat-trademarks, inkluż id-dispożizzjonijiet tranżitorji fl-Artikolu 237 dwar il-Cognac u x-Champagne, biex b'hekk jitħarsu l-interessi tal-UE kif ukoll biex l-Armenja tkun tista' tiżviluppa l-kummerċ tagħha fis-setturi ewlenin kollha tal-ekonomija tagħha;
Enerġija u oqsma oħra ta' kooperazzjoni
26. Jilqa' l-enfasi li saret, partikolarment fl-Artikolu 42, dwar is-sigurtà nukleari abbażi tal-istandards u tal-prattiki tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA) u tal-Unjoni Ewropea; jiddispjaċih għad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet Armeni li jestendu t-tul ta' ħajja tal-impjant nukleari ta' Medzamor, u jtenni t-tħassib serju tiegħu fuq id-diskrepanzi persistenti bejn l-istandards tas-sigurtà ta' dan l-impjant nukleari kif ukoll ir-riskji ewlenin li jirriżultaw mill-pożizzjoni tal-impjant f'żona siżmika; ifaħħar lin-negozjaturi talli inkludew kooperazzjoni speċifika dwar "l-għeluq u d-dekummissjonar sikur tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari ta' Medzamor u l-adozzjoni bikrija ta' pjan direzzjonali/pjan ta' azzjoni għal dan l-għan, filwaqt li titqies il-ħtieġa għas-sostituzzjoni tiegħu b'kapaċità ġdida sabiex tiġi żgurata sigurtà tal-enerġija u l-kundizzjonijiet għall-iżvilupp sostenibbli tar-Repubblika tal-Armenja" fl-Artikolu 42 tal-Ftehim ta' Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ (CEPA);
27. Jilqa' wkoll id-dispożizzjonijiet speċifiċi għal kooperazzjoni dwar kwistjonijiet ambjentali fl-Armenja, b'kunsiderazzjoni tal-bżonn urġenti għal progress f'dan il-qasam kif ukoll tal-opportunitajiet għall-ħolqien tal-impjiegi u t-tnaqqis ta' dipendenza fuq l-importazzjonijiet tal-enerġija li tista' tirriżulta mill-iżvilupp ta' sorsi alternattivi ta' enerġija nadifa; b'mod partikolari jistieden lill-Kummissjoni tassisti u tappoġġja l-gvern Armen kemm teknikament kif ukoll finanzjarjament fil-pjan ambizzjuż tiegħu li jiżviluppa l-enerġija rinnovabbli;
28. Jappella lill-awtoritajiet Armeni biex isaħħu t-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont fil-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, kif ukoll fil-proċessi ta' akkwist pubbliku u ta' privatizzazzjoni, u barra minn hekk, biex isaħħu s-superviżjoni tas-settur bankarju;
29. Jenfasizza l-importanza tad-dispożizzjonijiet rigward id-djalogu u l-kooperazzjoni dwar il-politika tal-impjiegi, tad-drittijiet tax-xogħol bħas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, inklużi l-gruppi vulnerabbli u marġinalizzati, sabiex jiġu pprovduti impjiegi aħjar b'kundizzjonijiet ta' xogħol imtejba, partikolarment għaż-żgħażagħ Armeni, u li jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra l-qgħad għoli u l-faqar estrem;
Dispożizzjonijiet istituzzjonali
30. Jilqa' l-istabbiliment ta' Kumitat Parlamentari ta' Sħubija skont l-Artikolu 365 tal-Ftehim u jimpenja ruħu li, flimkien mal-Parlament tal-Armenja, jistabbilixxi b'mod rapidu r-regoli ta' proċedura ta' dan il-kumitat bil-għan li l-attivitajiet tiegħu jiġu varati kmieni;
31. Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni u lis-SEAE biex jibagħtu lill-Parlament rapport bil-miktub dettaljat dwar l-implimentazzjoni tal-ftehimiet internazzjonali kull sitt xhur, bi qbil mar-rakkomandazzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2017, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-SEAE dwar is-Sħubija tal-Lvant fit-tħejjija għas-Summit ta' Novembru 2017, li tenniet ir-riżoluzzjoni tal-Parlament li jżid il-monitoraġġ tiegħu tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet internazzjonali mas-sħab tal-Lvant u li jqawwi l-iskrutinju tiegħu tal-appoġġ tal-UE pprovdut f'dan ir-rigward;
32. Jistieden lill-UE u lill-awtoritajiet Armeni biex jintensifikaw l-isforzi ta' komunikazzjoni tagħhom rigward l-għanijiet u l-objettivi ta' dan il-ftehim ġdid sabiex ikomplu jsaħħu s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku, kemm fl-Armenja kif ukoll fl-UE, dwar l-opportunitajiet u l-benefiċċji li huma mistennija li joħorġu mill-konklużjoni tal-ftehim; jappella, barra minn hekk, liż-żewġ partijiet biex ikomplu bl-isforzi tagħhom fil-ġlieda kontra kwalunkwe kampanja ta' diżinformazzjoni fir-rigward tar-relazzjonijiet UE-Armenja;
o o o
33. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Gvern u lill-Parlament tal-Armenja.
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Iraq, min-naħa l-oħra (10209/1/2012 – C8-0038/2018 – 2010/0310(NLE))
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (10209/1/2012),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Iraq, min-naħa l-oħra (5784/2/2011 u 8318/2012),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 91, l-Artikolu 100, l-Artikolu 207, l-Artikolu 209 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0038/2018),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-17 ta' Jannar 2013 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Iraq, min-naħa l-oħra(1),
– wara li kkunsidra l-bidla tal-bażi legali wara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-11 ta' Ġunju 2014(2),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tal-4 ta’ Lulju 2018(3) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0222/2018),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Iraq.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta' Ġunju 2014, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill, dwar il-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Filippini, C-377/12, ECLI: EU:C:2014:1903.
Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni bejn l-UE u l-Iraq (riżoluzzjoni)
172k
60k
Riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Iraq, min-naħa l-oħra (10209/1/2012 – C8-0038/2018 – 2010/0310M(NLE)
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (10209/1/2012),
– wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Iraq, min-naħa l-oħra(1),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 91, l-Artikolu 100, l-Artikolu 207, l-Artikolu 209 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0038/2018),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Jannar 2013 dwar il-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni UE-Iraq(2),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Afarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) u tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Jannar 2018 li tippreżenta elementi għal strateġija tal-UE dwar l-Iraq,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta' Jannar 2018 li jistabbilixxu strateġija ġdida dwar l-Iraq,
– wara li kkunsidra l-Programm Indikattiv Pluriennali tal-Kummissjoni għall-Iraq (2014-2017),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Frar 2016 dwar il-qtil tal-massa sistematiku ta' minoranzi reliġjużi mill-hekk imsejħa 'ISIS/Da'esh(3),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Ottubru 2016 dwar is-sitwazzjoni fit-Tramuntana tal-Iraq/Mosul(4),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 2367 (2017) tal-14 ta' Lulju 2017 u 2379 (2017) tal-21 ta' Settembru 2017,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tal-4 ta’ Lulju 2018(5) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 99(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0224/2018),
A. billi l-Ewropa u l-Iraq jaqsmu bejniethom eluf ta' snin ta' influwenzi kulturali reċiproċi u ta' storja komuni;
B. billi l-Iraq safa mħarbat minn għexieren ta' snin tal-ħakma dittatorjali ta' Saddam Hussein, li faqqa' gwerer ta' aggressjoni kontra l-Iran fl-1980 u kontra l-Kuwajt fl-1990, minn sanzjonijiet tqal, u minn kunflitt intern wara l-invażjoni tal-2003 mmexxija mill-Istati Uniti, inkluża l-vjolenza settarja u s-seċessjoniżmu Kurd, u t-terroriżmu ġiħadista minn Da'esh; billi dawn il-fatturi kollha jispjegaw il-kobor tal-isfidi li l-Iraq qed iħabbat wiċċu magħhom huwa u jaħdem biex jimxi 'l quddiem lejn governanza aħjar, progress ekonomiku u rikonċiljazzjoni nazzjonali;
C. billi l-UE sostniet mill-ġdid l-impenn tagħha li tibni sħubija qawwija mal-Iraq, abbażi tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni, u li tappoġġja lill-awtoritajiet Iraqin matul it-tranżizzjoni għad-demokrazija u l-proċess ta' rikostruzzjoni, filwaqt li tindirizza l-kawżi aħħarin tal-instabbiltà politika, soċjali u ekonomika; billi l-isforzi ta' rikostruzzjoni ġew stmati li jiswew sa USD 88 biljun;
D. billi l-Istati Membri tal-UE involuti fil-gwerra tal-2003, u l-UE bħala entità sħiħa, għandhom responsabbiltà partikolari biex jassistu lill-popolazzjoni Iraqija u jappoġġjaw l-isforzi biex il-pajjiż jikseb il-paċi u l-istabbiltà;
E. billi l-elezzjonijiet parlamentari saru fit-12 ta' Mejju 2018; billi fir-reġjun, li huwa mgħakkes mit-tiġdid tal-ħakma ta' reġimi u prattiki awtoritarji, l-Iraq huwa wieħed mill-ftit eżempji ta' ambjent politiku kompetittiv, li jinkludi sistema multipartitika u media relattivament ħielsa; billi l-forzi politiċi fil-pajjiż jidhru li fehmu l-ħtieġa li jiffurmaw alleanzi transettarji biex iqawwu l-leġittimità u l-istabbiltà tas-sistema; billi elezzjonijiet ġenwini u kompetittivi huma ta' importanza fundamentali għall-konsolidament tad-demokrazija fl-Iraq; billi l-parteċipazzjoni sħiħa tal-partijiet kollha tas-soċjetà Iraqina se tkun pass importanti lejn demokrazija inklussiva u lejn sens kondiviż ta' nazzjon;
F. billi jeħtieġ li jsir titjib sinifikanti fis-sitwazzjoni tas-sigurtà biex jinġiebu 'l quddiem l-istabbiltà, ir-rikonċiljazzjoni u l-iżvilupp ekonomiku u soċjali fil-pajjiż, sew fil-livell nazzjonali u sew f'dak lokali; billi l-obbligu ta' rendikont għad-delitti mwettqa mill-partijiet kollha huwa neċessarju biex titwettaq ir-rikonċiljazzjoni; billi l-UE tipprovdi assistenza għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fl-Iraq permezz tal-Missjoni ta' Konsulenza tal-UE; billi l-Missjoni ta' Assistenza tan-NU għall-Iraq (UNAMI) ilha preżenti fil-pajjiż sa mill-2003 u għamlet xogħol sinifikanti biex ġiebet 'il quddiem djalogu politiku inklussiv u rikonċiljazzjoni nazzjonali; billi n-NATO qed tkompli twettaq l-Inizjattiva tagħha tal-Bini tal-Kapaċità fl-Iraq, li tiffoka fuq il-ġlieda kontra l-apparati esplożivi improvviżati, it-tneħħija ta' mezzi esplożivi, it-tneħħija ta' mini, l-ippjanar ċivili-militari, il-manutenzjoni ta' tagħmir mill-era Sovjetika, il-mediċina militari u r-riforma tal-istituzzjonijiet tas-sigurtà tal-Iraq;
G. billi l-Iraq qed jiffaċċja sfidi ta' governanza f'termini tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet istituzzjonali u amministrattivi u l-konsolidament tal-istat ta' dritt, l-infurzar tal-liġi u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tan-nisa u d-drittijiet tal-minoranzi etnikoreliġjużi kollha;
H. billi huwa importanti li l-qgħad jiġi indirizzat, speċjalment dak fost iż-żgħażagħ, biex ma jitħalliex li jiġu radikalizzati u b'hekk isiru rekluti faċli għal organizzazzjonijiet terroristiċi jew għal gruppi oħra tal-kriminalità organizzata;
I. billi s-Servizz tal-Iraq Kontra t-Terroriżmu, l-attur prinċipali wara l-liberazzjoni ta' Mosul, tilef bosta membri li nqatlu jew indarbu fil-ġlied, u jeħtieġ li jingħata rikonoxximent u appoġġ xierqa biex jissaħħulu l-kapaċitajiet ta' reklutaġġ tiegħu, b'tali mod li l-forza tkun tista' terġa' lura għal daqs ekwu u sostenibbli;
J. billi l-awtoritajiet Iraqin għandhom iqisu l-introjtu tal-pajjiż miż-żejt bħala opportunità u għodda għar-rikostruzzjoni soċjali u ekonomika sostenibbli li minnha tgawdi s-soċjetà Iraqija kollha kemm hi, u mhux iqassmu dan l-introjtu abbażi tal-klijenteliżmu; billi depożiti taż-żejt sinifikanti jinsabu fir-Reġjun awtonomu tal-Kurdistan tal-Iraq; billi jeħtieġ li jiġu normalizzati r-relazzjonijiet bejn il-gvern ċentrali f'Bagdad u l-Gvern Reġjonali tal-Kurdistan tar-Reġjun awtonomu tal-Kurdistan tal-Iraq bi qbil mad-dispożizzjonijiet tal-kostituzzjoni;
K. billi l-Iraq huwa geġwiġija ta' komunitajiet li spiss jikkompetu għall-poter u għall-kontroll tar-riżorsi naturali; billi eluf ta' ċittadini Iraqin, inkluż dawk minn komunitajiet minoritarji, u b'mod partikolari n-nisa u l-bniet, ġew sterminati b'mod inuman jew tjassru minn Da'esh f'delitti tal-gwerra u f'delitti kontra l-umanità; billi gruppi terroristiċi u estremisti għadhom kapaċi jisfruttaw faċilment it-tensjonijiet intersettarji u lokali; billi aktar minn 1,5 miljun ċittadin Iraqi Nisrani (Kaldej, Sirjaċi, Assirjani u membri ta' minoranzi Nsara oħrajn) kienu jgħixu fl-Iraq fl-2003, u billi jikkostitwixxu popolazzjoni nattiva antika li hija f'periklu kbir ta' persekuzzjoni u eżilju; billi miljuni ta' ċittadini Iraqini, fosthom Insara, kellhom jaħarbu mill-vjolenza, jew billi ħallew pajjiżhom jew inkella billi ġew spostati ġewwa l-fruntieri tal-pajjiż; billi l-Kurdi jiffurmaw minoranza sinifikanti tal-popolazzjoni tal-Iraq, u billi l-maġġoranza tagħhom jgħixu fir-Reġjun awtonomu tal-Kurdistan tal-Iraq;
L. billi Da'esh, al-Qaeda u organizzazzjonijiet terroristiċi li jaħsbuha bħalhom huma ispirati mill-verżjoni estrema tas-Salafiżmu/Waħħabiżmu; billi, minkejja t-telfa militari u territorjali ta' Da'esh, it-theddida ta' din l-ideoloġija għad trid tiġi indirizzata permezz ta' titjib fil-governanza, edukazzjoni, forniment ta' servizzi, sforzi ta' deradikalizzazzjoni u l-inklużjoni sħiħa tal-komunità Sunnita tal-Iraq fil-proċess politiku;
M. billi, sal-lum, f'pajjiż ta' 26 miljun abitant, hemm 11-il miljun ruħ fil-bżonn ta' għajnuna umanitarja, u aktar minn 3 miljun Iraqi ġew spostati internament, li ħafna minnhom huma ospitati fi ħdan ir-Reġjun tal-Kurdistan tal-Iraq, u billi hemm 246 000 rifuġjat mis-Sirja; billi l-għoti ta' appoġġ ekonomiku lill-persuni spostati internament (IDPs) ħalli jkunu jistgħu jerġgħu jibnu l-għajxien tagħhom huwa essenzjali biex ikunu jistgħu jirritornaw mnejn ġew;
N. billi t-telfa territorjali ta' Da'esh hija r-riżultat tal-isforzi tal-forzi armati tal-Iraq, appoġġjati mill-Koalizzjoni Globali kontra Da'esh, kif ukoll mid-diversi Unitajiet ta' Mobilizzazzjoni Popolari, mill-Peshmerga u minn forzi alleati oħra; billi, minkejja t-telfa territorjali ta' Da'esh fl-Iraq, it-theddida ġiħadista għadha tippersisti u tipperikola l-konsolidament tal-istabbiltà u tas-sigurtà fil-pajjiż, speċjalment tul il-fruntiera mas-Sirja; billi huwa neċessarju, għar-rikostruzzjoni tal-pajjiż u għall-integrazzjoni tas-soċjetà Iraqina, li jingħelbu d-differenzi bbażati fuq kriterji reliġjużi, li l-Unitajiet ta' Mobilizzazzjoni Popolari jiġu xolti u li l-membri tagħhom jiġu integrati skont il-ħtiġijiet tal-istat, mossa li mingħajrha mhux se jkun jista' jinkiseb stat funzjonali bbażat fuq id-demokrazija u l-pluraliżmu; billi fl-2016 il-Parlament tal-Iraq għadda liġi li effettivament għamlet il-kostellazzjoni ta' milizzji element permanenti tal-forzi tas-sigurtà tal-Iraq; billi stat Iraqi magħqud, pluralistiku u demokratiku huwa prerekwiżit għall-istabbiltà u l-iżvilupp tal-pajjiż u taċ-ċittadini tiegħu;
1. Jilqa' b'sodisfazzjon il-konklużjoni ta' Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (FSK) bejn l-UE u l-Iraq; jitlob li jsir użu sħiħ mill-mekkaniżmi li l-Ftehim jistabbilixxi biex ir-rabtiet bejn l-UE u l-Iraq jiġu approfonditi;
2. Jissottolinja li l-FSK huwa strument essenzjali għall-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-UE għall-Iraq, kif ukoll għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni tagħna fir-rikostruzzjoni, l-istabbilizzazzjoni u r-rikonċiljazzjoni fil-livell nazzjonali u f'dak lokali, bi strateġija fit-tul; jenfasizza li huwa importanti li l-Iraqin ikollhom sjieda tal-proċess tal-bini ta' stat demokratiku, federali u pluralista bbażat fuq ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u fuq l-istat tad-dritt;
3. Jilqa' l-inizjattiva tat-tlaqqigħ tal-Konferenza Internazzjonali għar-Rikostruzzjoni tal-Iraq, li saret fil-Kuwajt fit-12 ta' Frar 2018; jitlob li l-UE u l-Istati Membri jwettqu l-impenji finanzjarji u tekniċi tagħhom;
4. Jilqa' l-impenn tal-UE li tipprovdi appoġġ aktar fit-tul lill-pajjiż, u l-fatt li l-UE identifikat lill-Iraq bħala pajjiż pilota li fih għandha tiġi indirizzata u mħaddma aħjar ir-rabta bejn il-ħidma umanitarja u l-iżvilupp sabiex titrawwem tranżizzjoni mill-assistenza umanitarja għal rikostruzzjoni u stabilizzazzjoni aktar fit-tul; ifakkar li l-kriżi tal-Iraq hija emerġenza tat-tielet livell fil-klassifika tan-NU, u li, bħalissa, 11-il miljun ruħ jeħtieġu l-assistenza; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha, għaldaqstant, biex l-ewwel nett isaħħu l-isforzi tagħhom kollha ħalli jindirizzaw b'urġenza l-isfidi umanitarji u l-ħtiġijiet umani ewlenin, b'mod partikolari fir-rigward tal-aktar minn 3 miljun IDPs;
5. Jenfasizza li l-faqar huwa mifrux fil-pajjiż u li, minkejja li l-Iraq huwa pajjiż bi dħul medju superjuri, snin twal ta' vjolenza, kunflitti u settarjaniżmu dgħajfu bil-kbir il-progress fl-iżvilupp; jitlob li l-UE tiffoka l-assistenza tagħha għall-iżvilupp, permezz ta' proġetti mmirati, fuq il-gruppi l-aktar vulnerabbli u fuq l-aktar persuni fil-bżonn, b'mod partikolari n-nisa u t-tfal, iż-żgħażagħ, il-persuni spostati internament u r-refuġjati;
Il-prijoritajiet tal-azzjoni tal-Unjoni Ewropea fl-Iraq
6. Jitlob li l-UE u l-Istati Membri jkomplu jagħtu l-għajnuna umanitarja li qed jipprovdu fil-preżent sabiex jgħinu u jipproteġu lill-Iraqin kollha milquta mill-kunflitti, filwaqt li jużaw l-għajnuna bħala mezz għall-konsolidament tal-governanza, id-demokrazija u l-istat tad-dritt; jitlob li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżguraw sorveljanza komprensiva tal-assistenza finanzjarja li pprovdew biex jiżguraw li qiegħda tasal għand il-persuni fil-bżonn; jenfasizza li l-Iraqin kollha għandhom id-dritt legali li jikbsu dokumentazzjoni ċivili u aċċess għall-għajnuna mingħajr ebda diskriminazzjoni;
7. Jitlob li l-UE tintensifika l-kooperazzjoni tagħha biex tiffaċilita l-istabbilizzazzjoni u s-sigurtà taż-żoni li ġew illiberati reċentement u b'hekk tagħmel possibbli r-ritorn sikur, informat, volontarju u dinjituż tal-IDPs; jitlob li l-UE tkompli tappoġġja lill-awtoritajiet Iraqin biex tiżgura proċessi elettorali demokratiċi, u biex tgħin lill-Kummissjoni Elettorali Għolja Indipendenti tal-Iraq fl-isforzi tagħha ħalli l-IDPs ikunu jistgħu jivvotaw fl-elezzjonijiet; iħeġġeġ lill-UE tipprovdi assistenza teknika sabiex issaħħaħ il-kapaċitajiet tal-Iraq rigward it-tneħħija tal-mini u l-qerda tal-isplużivi perikolużi miż-żoni lliberati; jistieden lill-Gvern tal-Iraq biex jaħdem favur tħaffif tal-proċessi ta' reġistrazzjoni għal organizzazzjonijiet tat-tneħħija ta' mini;
8. Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri biex jipprovdu assistenza finanzjarja urġenti għar-rikostruzzjoni ta' infrastruttura ta' prijorità u għar-restawr ta' servizzi pubbliċi essenzjali, bħalma huma l-aċċess għall-ilma u s-sanità, l-elettriku, l-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa, bil-għan li jiżguraw standards ta' għajxien bażiċi għall-popolazzjoni, isaħħu l-appoġġ għas-soċjetà ċivili u jipprijoritizzaw il-finanzjament għal proġetti li jappoġġjaw lil atturi li jippromwovu r-responsabbiltà u l-bidla demokratika; jitlob li l-Istati Membri tal-UE jappoġġjaw proċess ta' ppjanar tar-rikostruzzjoni urbana li jippermetti l-involviment taċ-ċittadini fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet relatati mar-rikostruzzjoni sabiex jiżguraw l-inklussività fl-ippjanar u fl-irkupru urban bil-għan li tittejjeb il-fiduċja bejn iċ-ċittadini u l-istat; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-fondi pprovduti għar-rikostruzzjoni jinfirxu b'mod uniformi fost il-komunitajiet fil-bżonn, irrispettivament mill-identifikazzjoni etnika jew reliġjuża tal-benefiċjarji, u jiġu inkanalati permezz ta' aġenziji statali leġittimi, aktar milli permezz ta atturi sottostatali; jemmen li l-assistenza finanzjarja tista' wkoll tiġi introdotta u mqassma lil intraprendituri u negozji lokali biex il-provvista ta' kapital għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju tkun żgurata;
9. Jitlob li l-UE tagħmel kull sforz biex tħeġġeġ l-issuktar ta' djalogu sostnut u kostruttiv bejn il-gvern ċentrali u l-awtoritajiet tar-Reġjun tal-Kurdistan tal-Iraq, b'mod partikolari wara r-referendum li sar fil-Kurdistan f’Settembru 2017, sabiex jiġu stabbiliti relazzjonijiet stabbli li jissodisfaw iż-żewġ partijiet, jitrawwem proċess inklussiv tat-teħid tad-deċiżjonijiet fl-ogħla livell u jiġu rrispettati bis-sħiħ id-diversità tal-pajjiż u d-drittijiet tal-partijiet kollha fis-soċjetà Iraqija, kif ukoll il-prinċipji tal-Kostituzzjoni tal-Iraq u l-unità u l-integrità territorjali tal-Iraq; jenfasizza l-ħtieġa li tissolva d-demarkazzjoni tal-konfini bejn ir-reġjun Kurd u l-bqija tal-Iraq, permezz ta' djalogu appoġġjat min-NU; jemmen li l-Iraq u l-Gvern awtonomu tar-Reġjun tal-Kurdistan għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-esportazzjonijiet taż-żejt mingħajr indħil minn barra; jitlob ukoll li l-UE tippromwovi kooperazzjoni aktar qawwija bejn l-awtoritajiet federali u dawk lokali biex effettivament jibnu l-pajjiż mill-ġdid u jiksbu stabbiltà fit-tul u koeżistenza paċifika; jenfasizza l-ħtieġa urġenti li r-reġjun tal-Kurdistan tal-Iraq jimplimenta r-riformi politiċi u ekonomiċi meħtieġa, jiġġieled il-korruzzjoni, jippermetti l-ħolqien ta' partiti ġodda u funzjonanti u jiggarantixxi elezzjonijiet ġenwini u kompetittivi għall-parlament reġjonali fl-2018;
10. Jemmen li, waqt it-tranżizzjoni mill-assistenza ta' emerġenza għall-iżvilupp, oqsma ta' prijorità għall-assistenza għall-iżvilupp jinkludu approċċ fit-tul, stabilizzazzjoni, riformi u titjib fl-oqsma tal-governanza tajba u tal-obbligu ta' rendikont, edukazzjoni u żvilupp tal-ħiliet, aċċess għal opportunitajiet ta' għajxien u forniment ta' servizzi tas-saħħa u soċjali bażiċi; jisħaq ukoll fuq l-importanza ta' riformi li jtejbu l-bilanċ bejn is-sessi u r-rappreżentanza tan-nisa fil-ħajja politika tal-pajjiż; huwa ħerqan li jirċievi proposti konkreti dwar l-azzjonijiet previsti li jirrispondu għal dawn il-ħtiġijiet u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprovdi evidenza tar-riżultati u tal-impatti miksuba fil-qafas tal-programm pluriennali indikattiv 2014-2017;
11. Jesprimi t-tħassib tiegħu rigward il-grad għoli ta' frammentazzjoni fis-soċjetà Iraqija; jitlob li l-UE, f'koordinament mal-UNAMI u mal-awtoritajiet Iraqin, tappoġġja bis-sħiħ il-ħidma tal-Kummissjoni għar-Rikonċiljazzjoni Nazzjonali biex tippromwovi rikonċiljazzjoni bejn il-komunitajiet u proċess ta' rikonċiljazzjoni nazzjonali ta' sjieda Iraqija, tiżgura r-rispett għad-diversità tal-Iraq u ġġib 'il quddiem governanza inklussiva u rappreżentattiva, fil-livell nazzjonali u f'dak lokali, li tikkontribwixxi għat-tisħiħ ta' sens ta' ċittadinanza Iraqija komuni; jinnota li l-ħtieġa li ma jitħallewx iqumu kunflitti u li jiġu indirizzati l-isfidi tas-sigurtà, kif ukoll id-domanda għal inizjattivi ta' rikonċiljazzjoni, medjazzjoni u djalogu, iqajmu n-neċessità li l-fondi disponibbli għal inizjattivi bħal dawn jiżdiedu b'mod sinifikanti, l-aktar permezz tal-użu tal-Istrument li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi (IcSP); jilqa' r-rakkomandazzjonijiet minn mexxejja reliġjużi Iraqin li l-Gvern tal-Iraq jistabbilixxi kunsill ta' kjeriċi u studjużi superjuri fl-Iraq, jibgħat talba lill-Parlament Iraqi biex japprova liġi li tikkriminalizza diskorsi reliġjużi estremisti li jinċitaw il-mibegħda u l-vjolenza u tikkastiga lil min jinkoraġġixxi tali atti, jirrevedi l-kurrikuli u jiffoka fuq ir-rikonċiljazzjoni u ċ-ċittadinanza nazzjonali u mhux fuq l-identità settarja;
12. Iħeġġeġ lill-komunità internazzjonali u lill-UE biex jipprovdi appoġġ għaż-żamma tad-diversità ta' identitajiet etniċi, kulturali u reliġjużi fl-Iraq; jitlob, fil-qafas tal-Kostituzzjoni tal-Iraq, li ssir esplorazzjoni ta' modi kif tiġi rikonoxxuta, protetta u msaħħa l-governanza lokali ta' minoranzi etniċi u reliġjużi li jgħixu f'żoni fejn storikament kellhom preżenza qawwija u għexu fil-paċi maġenb xulxin – pereżempju fil-muntanji Sinjar (Yazidi) u fil-pjanuri ta' Nineveh (il-popli Kaldej-Sirjani_Assirjani); jistieden lill-awtoritajiet Iraqin iħallu lil Kurdi, Insara u Yezidi jerġgħu lura fiż-żoni ta' residenza oriġinali tagħhom u jiżguraw li jkunu jistgħu jagħmlu dan bla periklu;
Djalogu politiku
13. Jitlob li l-UE ssaħħaħ id-djalogu politiku tagħha mal-awtoritajiet Iraqin biex tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem u t-tisħiħ tal-istituzzjonijiet demokratiċi permezz ta' aktar rispett tal-istat tad-dritt, governanza tajba u sistema ġudizzjarja effiċjenti; jitlob, f'dan il-kuntest, li l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt issir prijorità f'dan id-djalogu, u jistieden lill-awtoritajiet Iraqin biex jiddikjaraw moratorju fuq il-piena tal-mewt b'effett immedjat;
14. Jenfasizza l-ħtieġa ta' appoġġ għall-iżvilupp tas-soċjetà ċivili Iraqija u għall-involviment sħiħ tagħha fid-diversi proċessi ta' riformi; isostni li għandha tingħata attenzjoni partikolari lir-rappreżentanza tan-nisa, taż-żgħażagħ u ta' persuni mill-gruppi etniċi u reliġjużi kollha tas-soċjetà tal-Iraq, inklużi l-Insara, il-Musulmani Xiiti u Sunniti, il-Yazidi u l-Mandeani, ix-Shabak, il-Kurdi, it-Turkmeni u oħrajn, li talbiethom jeħtieġ li jiġu indirizzati; jenfasizza, fl-istess waqt, li jeħtieġ li jiġi stabbilit bħala prijorità l-ksib ta' klassi politika inklussiva u mhux settarja li tkun rappreżentattiva tal-partijiet kollha tas-soċjetà Iraqina;
15. Jitlob li l-UE u l-Istati Membri tagħha, fid-dawl tal-ġabra ta' liġijiet Ewropej fil-qasam tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni, jagħti bidu, flimkien mal-awtoritajiet Iraqin, għal programmi ta' kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-iskambju ta' prattiki tajba u ta' għodod effikaċi, biex jindirizzaw il-korruzzjoni mifruxa u b'hekk jiżguraw li l-ġid nazzjonali jinqasam b'mod ġust; jenfasizza l-importanza tal-UE bħala sors ta' pariri lill-Gvern tal-Iraq dwar kwistjonijiet ta' sigurtà u governanza biex tiġi żgurata l-istabbiltà tal-Iraq;
16. Ifaħħar il-kontribut lill-forzi armati Iraqin fil-ġlieda globali kontra l-organizzazzjoni terroristika Da'esh; jibqa' jagħti appoġġ għall-azzjoni komprensiva kontra t-terroriżmu li qed twettaq il-Koalizzjoni Globali kontra Da'esh, organizzazzjoni li għadha theddida prominenti minkejja l-kisbiet militari li saru kontriha, fl-iżgurar tar-rispett tad-dritt internazzjonali u tad-drittijiet tal-bniedem; jirrikonoxxi li l-ġlieda kontra t-terroriżmu fl-Iraq hija influwenzata bil-kbir mis-sitwazzjonijiet ta' madwarha, bħall-gwerra fis-Sirja; jitlob li l-UE tistabbilixxi djalogu dwar kwistjonijiet relatati mal-ġlieda kontra t-terroriżmu bil-għan li ssir riforma tal-leġiżlazzjoni kontra t-terroriżmu li tissaħħaħ il-kapaċità tal-pajjiż li jilqa' għal theddidiet terroristiċi, u taħdem mal-awtoritajiet Iraqin fil-ġlieda kontra l-impunità għal delitti diretti kontra kwalunkwe grupp, sew jekk ikun etniku, reliġjuż jew ta' tip ieħor, inklużi l-minoranzi ta' kull sura; jifhem li, biex it-terrorożmu jkun jista' jiġi miġġieled, il-kawżi aħħarin tiegħu jridu jiġu indirizzati;
17. Jitlob li l-UE tħeġġeġ lill-awtoritajiet Iraqin jadottaw strateġija nazzjonali biex jittrattaw id-delitti mwettqa minn Da'esh, jaderixxu mal-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI), jaċċettaw volontarjament il-ġurisdizzjoni tal-QKI li tinvestiga b'mod trasparenti u ġust, u jiżguraw li jingħata rendikont għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, għad-delitti tal-gwerra u għad-delitti kontra l-umanità mwettqa minn Da'esh; jenfasizza l-ħtieġa li ssir prosekuzzjoni kredibbli kontra dawk responsabbli għad-delitti mwettqa minn Da'esh, bil-parteċipazzjoni sinifikanti tal-vittmi u bil-ħolqien ta' reġistru ġudizzjarju eżawrjenti ta' dawn id-delitti; jinsab imħasseb, fl-istess waqt, li ambitu eċċessivament wiesa' għal prosekuzzjonijiet jista' jġib miegħu r-riskju ta' aktar inġustizzji, u b'hekk jimpedixxi r-rikonċiljazzjoni u r-reintegrazzjoni tal-komunitajiet fil-ġejjieni;
18. Jissottolinja li, fit-taħriġ ta' atturi lokali tal-media fil-ġurnaliżmu għall-paċi, hemm ħtieġa għal għarfien espert estensiv dwar kwistjonijiet relatati mal-media u mal-libertà ta' espressjoni;
19. Jitlob li l-UE tirrikonoxxi r-responsabbiltà tagħha għal ċittadini tal-UE li marru fl-Iraq biex jieħdu sehem f'delitti mwettqa minn Da'esh u li għandhom ikunu suġġetti għall-istat tad-dritt u jittellgħu l-qorti; jitlob li jitwaqqfu proċeduri ċari bejn l-Iraq u l-Istati Membri rispettivi tal-UE dwar ir-ripatrijazzjoni u r-responsabbiltà legali tal-persuni involuti;
20. Jitlob li l-Kummissjoni tappoġġja riforma tas-sistema ġudizzjarja, partikolarment fir-rigward tal-ġustizzja tranżizzjonali, sabiex tiżgura l-konformità mal-istandards internazzjonali dwar proċessi ġusti u l-indipendenza u l-imparzjalità ġudizzjarja, bil-għan li jkun żgurat l-obbligu ta' rendikont fi strutturi governattivi; jitlob ukoll li l-UE taħdem mal-awtoritajiet Iraqin fil-ġlieda kontra l-impunità għal delitti mmirati kontra kwalunkwe grupp, sew jekk ikun etniku, reliġjuż jew ta' tip ieħor, inklużi l-minoranzi ta' kull sura;
21. Jistieden lill-awtoritajiet Iraqin biex jipprijoritizzaw l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-qerda ta' kull tip ta' vjolenza u ta' diskriminazzjoni kontra n-nisa u l-bniet, inkluża l-vjolenza sessista; jenfasizza, f'dan ir-rigward ,li huwa importanti li titħassar il-liġi li teżonera mill-prosekuzzjoni għal stupru, aggressjoni sesswali, stupru ta' minorenni, ħtif jew atti simili lil perpetratur li jiżżewweġ lill-vittma tiegħu;
22. Jitlob li l-UE tippromwovi relazzjonijiet tajbin u kostruttivi bejn l-Iraq u l-ġirien tagħha kif ukoll ir-rwol tal-pajjiż bħala kontributur għall-paċi reġjonali; jissottolinja li l-Iraq jaħdem estensivament mal-Istati Uniti u mal-Iran, u li dan l-aħħar tejjeb ir-relazzjonijiet tiegħu mal-Arabja Sawdija, hekk li potenzjalment l-Iraq jista' jsir punt fokali ta' sforzi reġjonali biex jikkalmaw it-tensjonijiet; jistieden lill-partijiet kollha involuti biex jimplimentaw il-paragrafu 8 tar-Riżoluzzjoni 598 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU li titilob li jsir arranġament ta' sigurtà reġjonali bejn l-istati littorali tal-Golf Persjan;
23. Jitlob li l-UE taħdem mal-awtoritajiet Iraqin fit-tfassil ta' strateġija nazzjonali għall-ħarsien u għall-eżumazzjoni ta' oqbra tal-massa biex oqbra tal-massa f'żoni ta' kunflitti riċenti jiġu ppreservati, bl-għan li l-fdalijiet umani li fihom jiġu eżumati u analizzati forensikament, biex il-vittmi jkunu jistgħu jingħataw difna deċenti jew jiġu rrilaxxati f'idejn il-qraba, u biex tinġabar l-evidenza u tkun tista' ssir investigazzjoni u prosekuzzjoni ta' każijiet suspettati ta' delittti kontra l-umanità; jitlob ukoll li l-UE u l-Istati Membri jieħdu azzjonijiet sabiex jitwaqqaf b'urġenza grupp ta' esperti li jfittex li jiġbor l-evidenza kollha ta' kull delitt internazzjonali li qed jitwettaq, inkluż il-ġenoċidju, kull fejn dawn id-delitti jistgħu jiġu jitwettqu, bi tħejjija għal prosekuzzjoni internazzjonali tal-persuni responsabbli;
24. Jitlob li jiġi stabbilit fil-livell dinji jum ta' kommemorazzjoni annwali tal-vittmi tal-atroċitajiet terroristiċi ta' Da'esh, al-Qaeda u organizzazzjonijiet terroristiċi simili;
Kooperazzjoni settorjali
25. Jissottolinja li flimkien mal-proċess ta' rikostruzzjoni u ta' stabbilizzazzjoni jrid ikun hemm politiki koerenti ta' żvilupp ekonomiku u soċjali li minnu jgawdu l-Iraqin kollha b'mod sostenibbli u inklussiv; jitlob li l-UE taħdem bis-sħiħ mal-awtoritajiet Iraqin sabiex mhux biss tindirizza l-iżbilanċi ekonomiċi u baġitarji, iżda tippromwovi wkoll tkabbir ekonomiku sostenibbli u inklussiv li jkun kapaċi jiġġenera l-impjiegi, speċjalment għaż-żgħażagħ, minbarra li jistabbilixxi qafas għall-kummerċ u joħloq ambjent li jiffavorixxi l-investiment; jitlob li l-UE tinkoraġġixxi u tappoġġja lill-Iraq biex liż-żgħażagħ li tilfu stadji tal-edukazzjoni formali minħabba li sfaw spostati internament minn Da'esh joffrilhom opportunitajiet ta' aċċess għal programmi edukattivi formali li jgħammruhom bl-għarfien u bil-ħiliet ħalli jtejbu l-possibilitajiet tagħhom li jsibu x-xogħol;
26. Jitlob lill-UE tħeġġeġ u tappoġġja lill-Iraq fid-diversifikazzjoni tal-ekonomija tiegħu;
27. Jinsab imħasseb dwar ir-rata għolja ta' tluq bikri mill-iskola fost studenti taż-żewġ sessi fl-iskejjel tal-Iraq (kif iddenunzjaw organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, li jgħidu li 60 % ta' dawk li kienu rreġistrati fl-2015 fl-iskejjel primarji m'għadhomx jattendu); jenfasizza li livelli għolja ta' litteriżmu huma kruċjali biex tinbena paċi pożittiva f'żoni milquta mill-kunflitti;
28. Jitlob li l-UE ssaħħaħ il-kooperazzjoni tagħha fis-setturi tal-edukazzjoni u favur riforma tal-edukazzjoni sabiex tiggarantixxi l-aċċess għal edukazzjoni ta' kwalità fil-livelli kollha għal kulħadd, u speċjalment għall-minorenni; jirrikonoxxi l-problema ta' nuqqas ta' aċċess għall-iskejjel għall-bniet minħabba drawwiet, perċezzjonijiet fis-soċjetà, faqar u nuqqas ta' sikurezza; jitlob li l-UE tippromwovi kuxjenza rigward l-edukazzjoni tal-bniet u taħdem mal-Gvern tal-Iraq biex ittejjeb is-sitwazzjoni, billi dan huwa kruċjali biex il-kwalità tal-ħajja tagħhom tittejjeb;
29. Jitlob li l-UE tiżviluppa opportunitajiet ta' kooperazzjoni fil-qasam tax-xjenza u tar-riċerka, b'mod partikolari kooperazzjoni u sħubijiet bejn l-universitajiet, b'mod partikolari fir-rigward ta' Erasmus+ u opportunitajiet ta' skambju fil-qasam tat-tagħlim u tar-riċerka;
30. Jitlob li l-UE taħdem fuq il-kooperazzjoni dwar materji kulturali u ssaħħaħha, biex tipproteġi, tippreserva u terġa' tbni l-patrimonju artistiku u kulturali ta' l-Iraq;
31. Jilqa' l-varar, wara talba mill-awtoritajiet Iraqin u fil-qafas tal-istrateġija Iraqija tas-sigurtà, tal-missjoni maħsuba biex tappoġġja r-riforma tas-settur tas-sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq); jittama li din tgħin biex issaħħaħ l-istituzzjonijiet pubbliċi u tippermetti l-istabbiliment ta' forza tal-pulizija imparzjali u inklussiva; jissottolinja li r-riforma tas-settur tas-sigurtà fl-Iraq hija sfida importanti li għandha tiġi appoġġjata wkoll min-NU; jenfasizza li jeħtieġ li titħeġġeġ id-demobilizzazzjoni tal-milizzji u r-reintegrazzjoni tal-ġellieda bħala parti minn sforz ta' riforma tas-settur tas-sigurtà u permezz ta' programmi mfassla apposta ta' reintegrazzjoni, meta jkunu meħtieġa;
32. Jitlob li l-UE tipprovdi assistenza teknika msaħħa lill-awtoritajiet tal-Iraq biex jimmaniġġjaw ir-riżorsi naturali sewwa, itejbu l-ġbir tat-taxxi u jnaqqsu l-flussi finanzjarji illeċiti, bl-għan li jiżguraw li l-Iraq ikun jista' jiffinanzja l-iżvilupp tiegħu min ġewwa fiż-żmien medju jnaqqas l-inugwaljanza preżenti fil-popolazzjoni u bejn ir-reġjuni tiegħu; jisħaq fuq il-ħtieġa li s-settur privat u l-investituri jingħataw pariri bil-għan li jissaħħu kemm is-sensittività għall-kunflitti kif ukoll il-kontribut tagħhom għat-tiswir tal-paċi u għall-iżvilupp sostenibbli;
33. Jitlob li l-UE tistabbilixxi, flimkien mal-Iraq, fil-qafas previst skont il-FSK, djalogu dwar l-aspetti kollha tal-migrazzjoni, u li timplimenta approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem biex tindirizza l-migrazzjoni, filwaqt li żżomm quddiem għajnejha l-ħtieġa li ssib soluzzjonijiet fit-tul, effikaċi u vijabbli, għall-ġid taċ-ċittadini sew tal-UE u sew tal-Iraq;
34. Jenfasizza li l-Iraq huwa sieħeb potenzjalment importanti fl-iżgurar tar-rikostruzzjoni ta' infrastruttura relatata mal-enerġija u ta' aktar diversifikazzjoni tas-sorsi tal-enerġija għall-Iraq u ta' sorsi ta' forniment għall-UE; jitlob li l-UE, għalhekk, tappoġġja lill-Iraq fit-tranżizzjoni tal-enerġija tagħha u tikkoopera mal-Iraq fl-istabbiliment ta' proġetti komuni u fl-iskambju ta' prattiki tajbin u ta' għarfien tekniku fl-oqsma ewlenin tal-effiċjenza enerġetika, l-enerġija rinnovabbli, l-ambjent u l-ġestjoni effiċjenti tar-riżorsi, inkluż l-ilma, bil-għan, fost l-oħrajn, li taċċelera l-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli;
35. Ifakkar li n-nisa u l-bniet jintlaqtu b'mod sproporzjonat mill-kunflitt u mill-estremiżmu, u li huma aktar vulnerabbli għall-vjolenza u għall-abbużi, fosthom il-vjolenza sesswali, it-tortura, it-traffikar tal-bnedmin, il-jasar u ż-żwieġ tat-tfal; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi umanitarji u ta' żvilupp tan-nisa u l-bniet, b'mod partikolari f'komunitajiet spostati; jitlob li l-UE tkompli tippromwovi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u l-emanċipazzjoni tan-nisa permezz tal-isforzi tagħha favur l-iżvilupp u tenfasizza r-rwol tan-nisa fl-irkupru u fit-tiswir tal-paċi ġewwa l-pajjiż;
36. Jenfasizza l-ħtieġa li jsir investiment fl-agrikoltura tal-Iraq fid-dawl tal-potenzjal għoli tagħha rigward l-impjiegi u tal-importanza tar-ripopolazzjoni taż-żoni rurali, fejn il-popolazzjoni qed tonqos il-ħin kollu minħabba l-kunflitti.
37. Ifaħħar l-impenn sod tal-Iraq li jissieħeb fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u jitlob lill-Kummissjoni tassisti lill-awtoritajiet tal-Iraq fl-isforzi tagħhom biex il-pajjiż jerġa' jidħol l-ekonomija dinjija u fil-kummerċ dinji;
Ir-relazzjonijiet istituzzjonali
38. Jinsisti li kull għajnuna mogħtija mill-Unjoni hija suġġetta għal konformità stretta mal-prinċipji tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt, u li se tkun akkumpanjata minn proċess ta' evalwazzjoni kostanti, li l-Parlament għandu jiġi debitament infurmat dwar ir-riżultati tiegħu bi qbil mal-Artikolu 113 tal-FSK;
39. Jimpenja ruħu li, flimkien mal-Parlament tal-Iraq, jistabbilixxi kumitat t'a kooperazzjoni parlamentari, kif jipprevedi l-FSK, sabiex ikun jista' jagħti bidu għall-attivitajiet tiegħu, fosthom il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proġetti ta' kooperazzjoni bejn l-Iraq u l-UE;
40. Jitlob li l-Grupp tiegħu għas-Sostenn għad-Demokrazija u Koordinazzjoni tal-Elezzjonijiet jinkludi lill-Iraq fil-lista tiegħu ta' pajjiżi prijoritarji għall-2019 u jaħdem fi programmi għat-tisħiħ tal-kapaċità tal-Parlament tal-Iraq; jitlob li l-Kummissjoni tappoġġja dawn il-programmi;
o o o
41. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-President tal-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Gvern u lill-Kunsill tar-Rappreżentanti tar-Repubblika tal-Iraq.
Ftehim UE-New Zealand fir-rigward tal-modifika ta' konċessjonijiet (adeżjoni tal-Kroazja) ***
120k
48k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2018 dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 fir-rigward tal-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea (10670/2017 – C8-0121/2018 – 2017/0137(NLE))
– wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (10670/2017),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha fl-Unjoni Ewropea (10672/2017),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill b'konformità mal-Artikolu 207(4) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0121/2018),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4), u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0220/2018),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u ta' New Zealand.
L-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew ***I
169k
55k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda l-Artikolu 22 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (10850/2017 – ECB/2017/18 – C8-0228/2017 – 2017/0810(COD))(1)
(1) Il-kompiti bażiċi li għandhom jitwettqu permezz tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) jinkludu d-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika monetarja tal-Unjoni u l-promozzjoni tat-tħaddim bla xkiel ta' sistemi ta' ħlas. Infrastrutturi tas-suq finanzjarju siguri u effiċjenti, b'mod partikolari sistemi tal-ikklerjar, huma essenzjali għat-twettiq ta' dawn il-kompiti bażiċi.
(1) Il-kompiti bażiċi li għandhom jitwettqu permezz tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) jinkludu d-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika monetarja tal-Unjoni u l-promozzjoni tat-tħaddim bla xkiel ta' sistemi ta' ħlas, li hija fundamentali għaż-żamma tal-istabbiltà finanzjarja. Infrastrutturi tas-suq finanzjarju siguri u effiċjenti, b'mod partikolari sistemi tal-ikklerjar, huma essenzjali għat-twettiq ta' dawn il-kompiti bażiċi.
Emenda 2 Abbozz ta’ deċiżjoni Premessa 3
(3) Fl-4 ta' Marzu 2015, il-Qorti Ġenerali tat is-sentenza tagħha f'Ir-Renju Unit vs il-BĊE, Kawża T-496/117, li qalet li l-BĊE m'għandux il-kompetenza meħtieġa biex jirregola l-attività ta' sistemi tal-ikklerjar. Il-Qorti Ġenerali stqarret li l-Artikolu 129(3) tat-Trattat jippermetti lill-Parlament u lill-Kunsill, hekk kif jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, u fuq rakkomandazzjoni mill-BĊE, biex jemendaw l-Artikolu 22 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali (iktar 'il quddiem l-"Istatut tas-SEBĊ"). Il-Qorti kkonkludiet li "huwa l-kompitu tal-BĊE, fil-każ li jqis li r-rikonoxximent favur tiegħu ta' setgħa regolatorja tal-infrastrutturi li jwettqu clearing ta' operazzjonijiet fuq titoli huwa neċessarju għall-funzjonament tajjeb tal-ħidma prevista fir-raba' inċiż tal-Artikolu 127(2) TFUE, li jitlob lil-leġiżlatur tal-Unjoni emenda għall-Artikolu 22 tal-Istatuti, billi jiżdied riferiment espliċitu għas-sistemi ta' clearing ta' titoli".
(3) Fl-4 ta' Marzu 2015, il-Qorti Ġenerali tat is-sentenza tagħha f'Ir-Renju Unit vs il-BĊE, Kawża T-496/1177, li qalet li "l-BĊE ma għandux il-kompetenza neċessarja sabiex jirregola l-attività tas-sistemi ta' clearing ta' titoli, b'tali mod li l-qafas ta' sorveljanza, sa fejn jimponi fuq il-kontropartijiet ċentrali li jintervjenu fil-clearing ta' titoli finanzjarji rekwiżit ta' lokalizzazzjoni fi ħdan iż-żona euro, għandu jiġi annullat minħabba nuqqas ta' kompetenza". Il-Qorti Ġenerali stqarret li l-Artikolu 129(3) tat-Trattat jippermetti lill-Parlament u lill-Kunsill, hekk kif jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, u fuq rakkomandazzjoni mill-BĊE, biex jemendaw l-Artikolu 22 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali (iktar 'il quddiem l-"Istatut tas-SEBĊ"). Għaldaqstant, il-Qorti kkonkludiet li "huwa l-kompitu tal-BĊE, fil-każ li jqis li r-rikonoxximent favur tiegħu ta' setgħa regolatorja tal-infrastrutturi li jwettqu clearing ta' operazzjonijiet fuq titoli huwa neċessarju għall-funzjonament tajjeb tal-ħidma prevista fir-raba' inċiż tal-Artikolu 127(2) TFUE, li jitlob lil-leġiżlatur tal-Unjoni emenda għall-Artikolu 22 tal-Istatut, billi jiżdied riferiment espliċitu għas-sistemi ta' clearing ta' titoli".
_________________
_________________
7 ECLI:
7 ECLI: EU:T:2015:133.
Emenda 3 Abbozz ta’ deċiżjoni Premessa 3a (ġdida)
(3a) Minkejja li s-sistemi tal-ikklerjar ta' titoli huma tipoloġija ta' sistemi ta' ħlas, jeħtieġ li tiżdied iċ-ċarezza dwar il-kwistjoni, fid-dawl tas-sentenza tal-4 ta' Marzu 2015 tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-496/11, u għalhekk, permezz ta' rieżami tal-Artikolu 22 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-kwistjoni tal-kompetenza fir-rigward ta' tali sistemi jeħtieġ li tiġi ċċarata.
Emenda 4 Abbozz ta’ deċiżjoni Premessa 4
(4) Żviluppi sinifikanti fuq livell kemm globali kif ukoll Ewropew huma mistennija li jżidu r-riskji li disturbi li jaffettwaw is-sistemi tal-ikklerjar, b'mod partikolari kontropartijiet ċentrali (CCPs), jheddu t-tħaddim mingħajr xkiel ta' sistemi ta' ħlas u l-implimentazzjoni tal-politika monetarja unika, li finalment jaffettwaw l-objettiv ewlieni tal-Eurosistema li tinżamm l-istabbiltà tal-prezzijiet.
(4) Żviluppi sinifikanti fuq livell kemm globali kif ukoll Ewropew huma mistennija li jżidu r-riskji li disturbi li jaffettwaw is-sistemi tal-ikklerjar, b'mod partikolari kontropartijiet ċentrali (CCPs), jheddu t-tħaddim mingħajr xkiel ta' sistemi ta' ħlas u l-implimentazzjoni tal-politika monetarja unika, li finalment jaffettwaw l-istabbiltà finanzjarja, inkluż l-objettiv ewlieni tal-Eurosistema li tinżamm l-istabbiltà tal-prezzijiet.
Emenda 5 Abbozz ta' deċiżjoni Premessa 5
(5) Fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit tal-Gran Brettanja u l-Irlanda ta' Fuq innotifika lill-Kunsill Ewropew bl-Intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni Ewropea. Il-ħruġ tar-Renju Unit ser iwassal għal bidla fundamentali fil-mod kif ċerti attivitajiet ta' kklerjar ddenominati f'euro li huma sistemikament importanti huma rregolati, issorveljati u miżmuma taħt superviżjoni, biex b'hekk tiġi affetwata b'mod avvers l-abbiltà tal-Eurosistema li timmonitorja u tiġġestixxi r-riskji għat-tħaddim mingħajr xkiel ta' sistemi ta' ħlas, u l-implimentazzjoni tal-politika monetarja tal-Eurosistema.
imħassar
Emenda 6 Abbozz ta’ deċiżjoni Premessa 6
(6) L-ikklerjar ċentrali qiegħed isir dejjem aktar ta' natura transkonfinali u sistemikament importanti. Minħabba s-sħubija diversa tagħhom u n-natura pan-Ewropea tas-servizzi finanzjarji li jipprovdu, is-CCPs huma ta' importanza kruċjali għall-Unjoni kollha kemm hi, u b'mod partikolari għaż-żona tal-euro. Dan huwa rifless fir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill8, li jistabbilixxi arranġamenti superviżorji kollettivi fil-forma ta' kulleġġi, komposti mill-awtoritajiet nazzjonali u tal-Unjoni relevanti, inkluża l-Eurosistema fir-rwol tagħha bħala l-bank ċentrali emittenti tal-euro.
(6) L-ikklerjar ċentrali qiegħed isir dejjem aktar ta' natura transkonfinali u sistemikament importanti. Minħabba s-sħubija diversa tagħhom u n-natura pan-Ewropea tas-servizzi finanzjarji li jipprovdu, is-CCPs huma ta' importanza kruċjali għall-Unjoni kollha kemm hi, u b'mod partikolari għaż-żona tal-euro. Dan huwa rifless fir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jistabbilixxi arranġamenti superviżorji kollettivi fil-forma ta' kulleġġi, komposti mill-awtoritajiet nazzjonali u tal-Unjoni relevanti, inkluża l-Eurosistema fir-rwol tagħha bħala l-bank ċentrali emittenti tal-euro, il-munita tal-Unjoni.
_________________
8Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).
Emenda 7 Abbozz ta’ deċiżjoni Premessa 7
(7) Sabiex tindirizza dawn il-kwistjonijiet, fit-13 ta' Ġunju 2017 il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta leġiżlattiva tagħha sabiex tiżgura l-istabbiltà finanzjarja u s-sigurezza u s-sodezza ta' CCPs li huma ta' relevanza sistemika għal swieq finanzjarji madwar l-Unjoni. Sabiex jiġi żgurat li l-Eurosistema bħala bank ċentrali ta' ħruġ għall-euro jista' jaqdi r-rwol previst fil-proposta leġiżlattiva, huwa ta' importanza primarja li jkollha s-setgħat rilevanti skont it-Trattat u l-Istatut tas-SEBĊ. B'mod partikolari, l-Eurosistema għandu jkollha setgħat regolatorji biex tadotta valutazzjonijiet vinkolanti u biex teħtieġ azzjoni korrettiva, f'kooperazzjoni mill-qrib ma' awtoritajiet oħrajn tal-Unjoni. Barra minn hekk, meta jkun neċessarju biex tiġi protetta l-istabbiltà tal-euro, il-BĊE għandu jkollu wkoll is-setgħat regolatorji biex jadotta rekwiżiti addizzjonali għal CCPs involuti fl-ikklerjar ta' ammonti sinifikanti ta' tranżazzjonijiet iddenominati f'euro.
(7) Sabiex tindirizza dawn il-kwistjonijiet, fit-13 ta' Ġunju 2017 il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta leġiżlattiva tagħha sabiex tiżgura l-istabbiltà finanzjarja u s-sigurezza u s-sodezza ta' CCPs li huma ta' relevanza sistemika għal swieq finanzjarji madwar l-Unjoni. Sabiex jiġi żgurat li l-Eurosistema, bħala bank ċentrali ta' ħruġ għall-euro, tista' taqdi r-rwol previst fil-proposta leġiżlattiva, huwa ta' importanza primarja li jkollha s-setgħat rilevanti skont it-Trattat u l-Istatut tas-SEBĊ. B'mod partikolari, l-Eurosistema għandu jkollha setgħat regolatorji biex tadotta valutazzjonijiet vinkolanti u biex teħtieġ azzjoni korrettiva, f'kooperazzjoni mill-qrib ma' awtoritajiet oħrajn tal-Unjoni. Barra minn hekk, meta jkun neċessarju biex tiġi protetta l-istabbiltà tal-euro, il-BĊE għandu jkollu wkoll is-setgħat regolatorji biex jadotta rekwiżiti addizzjonali għal CCPs involuti fl-ikklerjar ta' ammonti sinifikanti ta' tranżazzjonijiet iddenominati f'euro. Dawk ir-rekwiżiti għandhom jipproteġu l-integrità tas-Suq Uniku u jiżguraw li fis-superviżjoni tas-CCPs ta' pajjiżi terzi, id-dritt tal-Unjoni u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jingħataw preċedenza.
Emenda 8 Abbozz ta' deċiżjoni Premessa 8
(8) L-Artikolu 22 tal-Istatut tas-SEBĊ huwa parti mill-Kapitolu IV "Funzjonijiet u operazzjonijiet monetarji tas-SEBĊ". Il-kompiti mogħtijin minnu għandhom għalhekk jintużaw biss għall-finijiet tal-politika monetarja.
(8) L-Artikolu 22 tal-Istatut tas-SEBĊ huwa parti mill-Kapitolu IV "Funzjonijiet u operazzjonijiet monetarji tas-SEBĊ". Il-kompiti mogħtijin minnu għandhom għalhekk jintużaw biss għall-finijiet tal-politika monetarja. Fir-rigward tas-sistemi tal-ikklerjar għal strumenti finanzjarji, ir-rekwiżiti li jistgħu jiġu applikati abbażi ta' dak l-Artikolu għandhom jinkludu r-rekwiżiti ta' rappurtar u r-rekwiżiti imposti fuq is-sistema tal-ikklerjar biex tikkoopera mal-BĊE u mal-banek ċentrali nazzjonali fil-valutazzjoni tagħhom tar-reżiljenza tas-sistema għall-iżviluppi sfavorevoli tas-suq. Tali rekwiżiti għandhom jinkludu wkoll il-ftuħ mis-sistema ta' kont ta' depożitu mal-lejl mas-SEBĊ b'konformità mal-kriterji u r-rekwiżiti ta' aċċess rilevanti tas-SEBĊ. Barra minn hekk, dawn għandhom jinkludu r-rekwiżiti meħtieġa biex jindirizzaw sitwazzjonijiet fejn sistema tal-ikklerjar għal strumenti finanzjarji toħloq riskju imminenti ta' dannu sostanzjali għas-swieq jew l-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni jew għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni jew għal wieħed mill-Istati Membri tagħha, bħal rekwiżiti relatati mal-kontrolli tar-riskju tal-likwidità, arranġamenti ta' saldu, marġni, kollateral jew arranġamenti ta' interoperabilità. Fir-rigward tas-sistemi tal-ikklerjar ta' pajjiżi terzi għal strumenti finanzjarji ta' importanza sistemika, ir-Regolament (UE) Nru ... /... [Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-proċeduri u l-awtoritajiet involuti għall-awtorizzazzjoni ta' CCPs u r-rekwiżiti għar-rikonoxximent ta' CCPs ta' pajjiżi terzi] jipprevedi l-possibbiltà li l-BĊE jipproponi rekwiżiti addizzjonali għal tali sistemi.
Emenda 9 Abbozz ta' deċiżjoni Premessa 8a (ġdida)
(8a) Is-setgħat il-ġodda tal-BĊE rigward is-sistemi tal-ikklerjar għal strumenti finanzjarji abbażi tal-Artikolu 22 emendat tal-Istatut tas-SEBĊ u tal-BĊE se jiġu eżerċitati flimkien mas-setgħat eżerċitati minn istituzzjonijiet, aġenziji u korpi oħrajn tal-Unjoni abbażi tad-dispożizzjonijiet relatati mal-istabbiliment jew il-funzjonament tas-suq intern previsti fil-Parti III tat-TFUE, inklużi dawk li jinsabu f'atti adottati mill-Kummissjoni jew mill-Kunsill skont is-setgħat mogħtija lilhom. F'dak il-kuntest, sabiex jiġi żgurat li s-setgħat rispettivi ta' kull entità jkunu rispettati u biex jiġi evitat li jkun hemm inkonsistenzi u regoli konfliġġenti bejn id-deċiżjonijiet meħuda minn istituzzjonijiet, aġenziji u korpi differenti tal-Unjoni, is-setgħat mogħtija skont l-Artikolu 22 emendat tal-Istatut tas-SEBĊ u tal-BĊE għandhom jiġu eżerċitati bil-konsiderazzjoni dovuta għall-qafas ġenerali għas-suq intern stabbilit mill-koleġiżlaturi u b'mod li jkun konsistenti bis-sħiħ kemm mal-atti legali tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif ukoll mal-miżuri adottati skont tali atti.
Emenda 10 Abbozz ta' deċiżjoni Premessa 8b (ġdida)
(8b) Il-BĊE għandu jiżgura trasparenza sħiħa u obbligu ta' rendikont sħiħ lejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tal-eżerċizzju tas-setgħat u l-kompiti tiegħu skont l-Artikolu 22 tal-Istatut tiegħu. B'mod partikolari, għandu jżomm lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill infurmati regolarment dwar id-deċiżjonijiet meħuda kollha u dwar ir-regolamenti adottati kollha abbażi ta' dak l-Artikolu. Għal dak il-għan, għandu jiddedika kapitolu speċifiku tar-rapport annwali tiegħu għall-eżerċizzju tas-setgħat tiegħu skont l-Artikolu 22 tal-Istatut tiegħu u għandu jippubblika fuq is-sit web tiegħu, id-deċiżjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u l-opinjonijiet kollha relatati ma' regolamenti li jadotta abbażi ta' dak l-Artikolu.
Emenda 11 Abbozz ta' deċiżjoni Artikolu 1 L-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew Artikolu 22
Artikolu 22
Artikolu 22
Sistemi tal-ikklerjar u sistemi ta' ħlas
Sistemi tal-ikklerjar u sistemi ta' ħlas
Il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali jistgħu jipprovdu faċilitajiet, u l-BĊE jista' jagħmel regolamenti, biex jiżgura sistemi tal-ikklerjar u tal-ħlas effiċjenti u sodi, u sistemi tal-ikklerjar għal strumenti finanzjarji, fi ħdan l-Unjoni u ma' pajjiżi oħrajn.
Il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali jistgħu jipprovdu faċilitajiet, u l-BĊE jista' jagħmel regolamenti, biex jiġu żgurati sistemi tal-ikklerjar u tal-ħlas effiċjenti u sodi fi ħdan l-Unjoni u ma' pajjiżi terzi.
Sabiex jilħaq l-objettivi tas-SEBĊ u jwettaq il-kompiti tiegħu, il-BĊE jista' jagħmel regolamenti rigward is-sistemi tal-ikklerjar għal strumenti finanzjarji fi ħdan l-Unjoni u ma' pajjiżi terzi, bil-konsiderazzjoni dovuta għall-atti legali tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-miżuri adottati skont tali atti, u b'mod li jkun konsistenti bis-sħiħ ma' dawk l-atti u l-miżuri.
Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat/kumitati responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A8-0219/2018).
Tassazzjoni fuq il-vetturi: ħlas li jrid isir minn vetturi tqal tal-merkanzija għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi *
164k
51k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2018 dwar proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi tqal tal-merkanzija għall-użu ta' ċerti infrastrutturi, fir-rigward ta' ċerti dispożizzjonijiet dwar it-tassazzjoni fuq il-vetturi (COM(2017)0276 – C8-0196/2017 – 2017/0115(CNS))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2017)0276),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0196/2017),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0200/2018),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
3. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal direttiva Premessa 4
(4) L-applikazzjoni ta' taxxi fuq il-vetturi tirrappreżenta spiża li sa issa l-industrija se jkollha ġġarrab fi kwalunkwe każ, anki jekk l-Istati Membri jimponu pedaġġi. Għalhekk, it-taxxi fuq il-vetturi jistgħu jaġixxu bħala ostaklu għall-introduzzjoni ta' pedaġġi.
(4) L-applikazzjoni ta' taxxi fuq il-vetturi tirrappreżenta spiża li sa issa l-industrija, u b'mod partikolari l-SMEs, se jkollhom iġarrbu fi kwalunkwe każ, anki jekk l-Istati Membri jimponu pedaġġi. Għalhekk, it-taxxi fuq il-vetturi jistgħu jaġixxu bħala ostaklu għall-introduzzjoni ta' pedaġġi.
Emenda 2 Proposta għal direttiva Premessa 5
(5) Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw aktar lok biex inaqqsu t-taxxi fuq il-vetturi, jiġifieri permezz ta' tnaqqis tar-rati minimi stipulati fid-Direttiva 1999/62/KE. Sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun ir-riskju ta' distorsjonijiet tal-kompetizzjoni bejn operaturi tat-trasport stabbiliti fi Stati Membri differenti, jenħtieġ li dan it-tnaqqis ikun wieħed gradwali.
(5) B'kont meħud tal-forma ta' tariffa għall-użu tat-triq relatata mad-distanza vvjaġġata, u sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun ir-riskju ta' distorsjonijiet tal-kompetizzjoni bejn operaturi tat-trasport stabbiliti fi Stati Membri differenti u piż amministrattiv possibbli, jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw marġni ta' diskrezzjoni akbar biex inaqqsu t-taxxi fuq il-vetturi, jiġifieri permezz ta' tnaqqis tar-rati minimi stipulati fid-Direttiva 1999/62/KE.
Emendi 3 u 17 Proposta għal direttiva Premessa 5a (ġdida)
(5a) Jenħtieġ li l-Istati Membri jiġu inkoraġġiti jabolixxu kwalunkwe inċentiv fiskali kontradittorju li jiskoraġġixxi l-mobbiltà b'emissjonijiet baxxi u li jissussidja vetturi ineffiċjenti u li jniġġsu, bħal vetturi diesel tal-kumpaniji.
Emenda 4 Proposta għal direttiva Premessa 5b (ġdida)
(5b) Sabiex tingħata diskrezzjoni ikbar lill-Istati Membri ħalli jkunu jistgħu jnaqqsu r-rati tagħhom tat-taxxa fuq il-vetturi sabiex tiġi appoġġjata l-introduzzjoni ta' pedaġġi abbażi tad-distanza u sabiex jiġi evitat kwalunkwe piż amministrattiv potenzjali, ir-rati minimi ta' tassazzjoni jenħtieġ li jitnaqqsu f'fażi waħda biss mill-1 ta' Jannar 2024, biex b'hekk l-Istati Membri jingħataw l-akbar flessibbiltà meta jkunu qed jiddeċiedu dwar ir-rata u l-veloċità tat-tnaqqis.
“4a. It-tnaqqis gradwali tat-taxxa fuq il-vetturi tqal tal-merkanzija applikat minn Stat Membru għandu jkun totalment ikkompensat mid-dħul addizzjonali ġġenerat mis-sistema ta' pedaġġ tiegħu. Sal-1 ta' Jannar 2024, l-Istati Membri kollha għandhom jimplimentaw is-sistema ta' pedaġġ skont din id-Direttiva."
Emenda 6 Proposta għal direttiva Anness I – paragrafu 1 – punt a Direttiva 1999/62/KE Anness I - titolu
Tabella A: RATI MINIMI TA' TAXXA LI GĦANDHOM JIĠU APPLIKATI GĦAL VETTURI TQAL TAL-MERKANZIJA SAL-31 TA' DIĊEMBRU [...]” [għandha tiddaħħal is-sena tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva];
Tabella A: RATI MINIMI TA' TAXXA LI GĦANDHOM JIĠU APPLIKATI GĦAL VETTURI TQAL TAL-MERKANZIJA SAL-31TA'DIĊEMBRU 2023
Emenda 7 Proposta għal direttiva Anness II – paragrafu 1 – punt b Direttiva 1999/62/KE Anness I – tabella B
“Tabella B: RATI MINIMI TA' TAXXA LI GĦANDHOM JIĠU APPLIKATI GĦAL VETTURI TQAL TAL-MERKANZIJA MILL-1 TA' JANNAR [...] [għandha tiddaħħal is-sena wara dik li fiha tidħol fis-seħħ din id-Direttiva]
imħassar
Emenda 8 Proposta għal direttiva Anness II – paragrafu 1 – punt b Direttiva 1999/62/KE Anness I – tabella C
Tabella C: RATI MINIMI TA' TAXXA LI GĦANDHOM JIĠU APPLIKATI GĦAL VETTURI TQAL TAL-MERKANZIJA MILL-1 TA' JANNAR […] [għandha tiddaħħal it-tieni sena wara dik li fiha tidħol fis-seħħ din id-Direttiva]
imħassar
Emenda 9 Proposta għal direttiva Anness II – paragrafu 1 – punt b Direttiva 1999/62/KE Anness I – tabella D
Tabella D: RATI MINIMI TA' TAXXA LI GĦANDHOM JIĠU APPLIKATI GĦAL VETTURI TQAL TAL-MERKANZIJA MILL-1 TA' JANNAR […] [għandha tiddaħħal it-tielet sena wara dik li fiha tidħol fis-seħħ din id-Direttiva]
imħassar
Emenda 10 Proposta għal direttiva Anness II – paragrafu 1 – punt b Direttiva 1999/62/KE Anness I – tabella E
Tabella E: RATI MINIMI TA' TAXXA LI GĦANDHOM JIĠU APPLIKATI GĦAL VETTURI TQAL TAL-MERKANZIJA MILL-1 TA' JANNAR […] [għandha tiddaħħal ir-raba' sena wara dik li fiha tidħol fis-seħħ din id-Direttiva]
imħassar
Emenda 11 Proposta għal direttiva Anness II – paragrafu 1 – punt b Direttiva 1999/62/KE Anness I – tabella F – titolu
Tabella F: RATI MINIMI TA' TAXXA LI GĦANDHOM JIĠU APPLIKATI GĦAL VETTURI TQAL TAL-MERKANZIJA MILL-1 TA' JANNAR […] [għandha tiddaħħal il-ħames sena wara dik li fiha tidħol fis-seħħ din id-Direttiva]
Tabella F: RATI MINIMI TA' TAXXA LI GĦANDHOM JIĠU APPLIKATI GĦAL VETTURI TQAL TAL-MERKANZIJA MILL-1 TA' JANNAR 2024
Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2018: li jdaħħal is-surplus tas-sena finanzjarja 2017
128k
50k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2018 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2018 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018: Id-dħul tal-bilanċ favorevoli tas-sena finanzjarja 2017 (09325/2018 – C8-0277/2018 – 2018/2057(BUD))
– wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 18(3) u l-Artikolu 41 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, kif adottat b'mod definittiv fit-30 ta' Novembru 2017(2),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(3),
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(4),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (2014/335/UE, Euratom(5)),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2 għall-baġit ġenerali tal-2018, adottat mill-Kummissjoni fit-13 ta' April 2018 (COM(2018)0227),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2018, adottata mill-Kunsill fit-18 ta' Ġunju 2018 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fid-19 ta' Ġunju 2018 (09325/2018 – C8-0277/2018.
– wara li kkunsidra l-Artikoli 88 u 91 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0209/2018]),
A. billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2018 għandu l-għan li jdaħħal fil-baġit 2018 is-surplus li jirriżulta mis-sena finanzjarja 2017, li jammonta għal EUR 555,5 miljun;
B. billi l-komponenti ewlenin ta' dan is-surplus jikkostitwixxu eżitu pożittiv għall-introjtu ta' EUR 338,6 miljun, li jirriżulta minn sottoeżekuzzjoni tan-nefqa ta' EUR 383,4 miljun, u minn bilanċ pożittiv tad-differenzi fir-rata tal-kambju li jammonta għal EUR 166,4 miljun;
C. billi min-naħa tal-introjtu, l-ikbar differenza tirriżulta minn eżitu ikbar minn dak mistenni tal-imgħax ta' inadempjenza u multi (EUR 342,6 miljun);
D. billi mil-lat tan-nefqa, is-sottoimplimentazzjoni fil-pagamenti mill-Kummissjoni laħqu EUR 201,5 miljun għall-2017 (li minnhom EUR 99,3 miljun huma mir-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza) u EUR 53,5 miljun għar-riporti tal-2016, u sottoimplimentazzjoni mill-istituzzjonijiet l-oħra ta' EUR 82,6 miljun għall-2017 u EUR 45,7 miljun għar-riporti tal-2016;
1. Jieħu nota tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2018 kif imressaq mill-Kummissjoni, li huwa maħsub biss għall-ibbaġitjar tas-surplus tal-2017, għal ammont ta' EUR 555,5 miljun, f'konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, u tal-pożizzjoni tal-Kunsill dwar dan;
2. Ifakkar li fi tmiem is-sena 2017 s-sottimplimentazzjoni baxxa f'pagamenti kienet possibbli biss permezz tal-adozzjoni tal-baġit emendatorju 6/2017, li naqqas l-approprjazzjonijiet ta' pagament b'EUR 7 719,7 miljun minħabba dewmien qawwi fl-implimentazzjoni, b'mod partikolari fis-subintestatura 1b "Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali"; barra minn hekk, ifakkar li l-baġits emendatorji kollha fl-2017, anki meta żiedu sostanzjalment l-approprjazzjonijiet ta' impenn (pereżempju EUR 1 166,8 miljun taħt il-Fond ta' Solidarjetà tal-UE għall-Italja, EUR 500 miljun għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, EUR 275 miljun għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli), ġew totalment iffinanzjati b'riallokazzjonijiet minn approprjazzjonijiet ta' pagamenti mhux użati; jiddispjaċih li dewmien fl-implimentazzjoni u previżjonijiet impreċiżi mill-Istati Membri jidhru li qed ikomplu fl-2018;
3. Jinnota, għal darb'oħra, il-livell relattivament għoli ta' multi relatati mal-kompetizzjoni fl-2017, li ammontaw għal EUR 3 273 miljun; iqis li, b'żieda ma' kwalunkwe surplus li jirriżulta minn sottoimplimentazzjoni, għandu jkun possibbli li kwalunkwe dħul li jirriżulta minn multi jew marbut ma' pagament tard jerġa' jintuża fil-baġit tal-Unjoni mingħajr tnaqqis korrispondenti fil-kontribuzzjonijiet tad-dħul nazzjonali gross; ifakkar fil-proposta tiegħu għall-ħolqien ta' riżerva speċjali fil-baġit tal-UE, li se timtela progressivament bit-tipi kollha ta' dħul ieħor mhux mistenni u riportata b'mod dovut sabiex tipprovdi possibbiltajiet ta' nfiq addizzjonali meta jkun hemm il-bżonn;
4. Barra minn hekk, jemmen li, fid-dawl tal-bżonn urġenti li jingħata rispons rapidu għall-isfida tal-migrazzjoni u filwaqt li jiġi kkunsidrat id-dewmien fl-estensjoni tal-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija, is-surplus tal-2017, li jammonta għal EUR 555,5 miljun, jista' jipprovdi soluzzjoni eċċellenti biex tiġi ffinanzjata l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għal dan l-istrument għall-2018 mingħajr ma l-baġit ġenerali jiġi mġebbed sal-limiti tiegħu;
5. Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2018;
6. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 2/2018 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
7. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra u lill-entitajiet ikkonċernati u lill-parlamenti nazzjonali.
Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2018: Estensjoni tal-Faċilità tar-refuġjati fit-Turkija
129k
50k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2018 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2018 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, Taqsima III – Il-Kummissjoni: Estensjoni tal-Faċilità għar-refuġjati fit-Turkija (09713/2018 – C8-0302/2018 – 2018/2072(BUD))
– wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 18(3) u l-Artikolu 41 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, adottat b'mod definittiv fit-30 ta' Novembru 2017(2),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(3) (ir-Regolament dwar il-QFP),
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(4),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta' Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea(5),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2018, adottat mill-Kummissjoni fit-23 ta' Mejju 2018 (COM(2018)0310),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2018 adottata mill-Kunsill fit-22 ta' Ġunju 2018 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fil-25 ta' Ġunju 2018 (09713/2018 – C8‑0302/2018),
– wara li kkunsidra l-ittra mingħand il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 88 u 91 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0246/2018),
A. billi l-Kummissjoni, fl-14 ta' Marzu 2018, emendat id-deċiżjoni tagħha dwar il-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija (FRT) sabiex talloka EUR 3 biljun addizzjonali ("it-tieni ħlas parzjali") lill-FRT, f'konformità mad-Dikjarazzjoni UE-Turkija tat-18 ta' Marzu 2016;
B. billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2018 għandu l-għan li jżid EUR 500 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn mal-baġit tal-Unjoni tal-2018 bħala l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għat-tieni ħlas parzjali tal-2018, apparti l-EUR 50 miljun iffinanzjati mill-pakkett baġitarju eżistenti tal-Għajnuna Umanitarja fl-2018;
C. billi l-Kummissjoni tipproponi l-użu tal-Marġni Globali għall-Impenji, skont l-Artikolu 14 tar-Regolament dwar il-QFP, biex jiffinanzja EUR 243,8 miljun li ma jistgħux jiġu koperti biss mill-marġni mhux allokat taħt l-Intestatura 4, li taħtha hu propost li jiġu kontribwiti EUR 256,2 miljun;
D. billi l-Kummissjoni pproponiet li tiffinanzja somma ulterjuri ta' EUR 1,45 biljun taħt l-abbozz ta' baġit 2019 bħala l-kontribuzzjoni tal-baġit tal-Unjoni lill-FRT;
E. billi l-Parlament saħaq b'mod konsistenti fuq is-sostenn tiegħu għall-issoktar tal-FRT filwaqt li enfasizza li, bħala waħda miż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja, jeħtieġ li huwa jkun assoċjat bis-sħiħ mal-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet relatat mal-estensjoni tal-FRT, inter alia sabiex tiġi evitata ripetizzjoni tal-proċedura tal-istabbiliment tagħha; billi għadhom ma saru ebda negozjati bejn il-Parlament u l-Kunsill dwar il-finanzjament tat-tieni ħlas parzjali lill-FRT; billi kien ikun aħjar li d-diskussjonijiet dwar il-finanzjament tat-tieni ħlas parzjali jseħħu fil-konċiljazzjoni dwar il-baġit tal-Unjoni 2018;
1. Jieħu nota tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2018 kif imressaq mill-Kummissjoni, li huwa ddedikat biss għall-finanzjament tal-kontribuzzjoni tal-baġit tal-Unjoni 2018 lill-FRT, għal ammont ta' EUR 500 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn, kif ukoll tal-pożizzjoni tal-Kunsill dwar dan;
2. Jiddeplora bil-qawwa d-diskrepanza bejn in-nuqqas ta' involviment tal-Parlament fl-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar l-istabbiliment u l-estensjoni tal-FRT min-naħa waħda, u r-rwol tiegħu bħala awtorità baġitarja fil-finanzjament tal-FRT mill-baġit tal-Unjoni min-naħa l-oħra;
3. Jiddispjaċih li, fl-abbozz ta' baġit 2018 tagħha, il-Kummissjoni fl-ebda stadju tal-proċedura baġitarja tal-2018 ma inkludiet il-finanzjament tal-2018 għall-FRT; jemmen li tali inklużjoni kienet tkun opportunità għaż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja biex jiddiskutu l-finanzjament tat-tieni parti sħiħa tal-ħlas parzjali tal-FRT, peress li l-pożizzjonijiet tal-Parlament u tal-Kunsill huma diverġenti fejn tidħol l-iskala tal-kontribuzzjoni baġitarja tal-Unjoni;
4. Jinsisti li l-Kummissjoni ssaħħaħ il-monitoraġġ tal-użu tal-FRT u li tirrapporta lill-awtorità baġitarja b'mod regolari u b'dettall adegwat dwar il-kompatibbiltà tal-azzjonijiet iffinanzjati mal-bażi legali sottostanti b'mod ġenerali u mat-tipi ta' azzjonijiet elenkati, b'mod partikolari, fl-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-FRT;
5. Jinnota li l-iskop tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2018 huwa primarjament li jippermetti li t-tfal refuġjati fit-Turkija jibqgħu jmorru l-iskola mingħajr intoppi;
6. Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2018;
7. Jenfasizza li din id-deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjoni tiegħu fir-rigward tal-parti li jifdal tal-finanzjament tat-tieni ħlas parzjali tal-FRT; jisħaq li, irrispettivament mid-deliberazzjonijiet tal-Kunsill dwar l-estensjoni tal-FRT, il-Parlament se jżomm bis-sħiħ il-prerogattivi tiegħu matul il-proċedura baġitarja tal-2019;
8. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 3/2018 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
9. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra u lill-entitajiet ikkonċernati, u lill-parlamenti nazzjonali.
Lejn strateġija esterna tal-UE kontra ż-żwiġijiet prekoċi u furzati
159k
60k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2018 Lejn strateġija esterna tal-UE kontra ż-żwiġijiet prekoċi u furzati - il-passi li jmiss (2017/2275(INI))
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar l-abolizzjoni taż-żwieġ tat-tfal(1),
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, u, b'mod partikolari, l-Artikolu 16 tagħha, u t-trattati u l-istrumenti l-oħra kollha tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) dwar id-drittijiet tal-bniedem,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 23 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 10(1) tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fl-20 ta' Novembru 1989, u l-erba' prinċipji fundamentali tagħha tan-nondiskriminazzjoni (Artikolu 2), l-aħjar interessi tat-tfal (Artikolu 3), is-sopravivenza, l-iżvilupp u l-protezzjoni (Artikolu 6) u l-parteċipazzjoni (Artikolu 12), u wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Novembru 2014 dwar il-25 anniversarju tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal(2),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 16 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar il-kunsens għaż-żwieġ, l-età minima taż-żwieġ u r-reġistrazzjoni taż-żwiġijiet,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tat-18 ta' Diċembru 2014 u tad-19 ta' Diċembru 2016 dwar iż-żwieġ tat-tfal, iż-żwieġ prekoċi u ż-żwieġ furzat,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 29/8 tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU tat-2 ta' Lulju 2015 dwar "Strengthening efforts to prevent and eliminate child, early and forced marriage" ("It-tisħiħ tal-isforzi biex jiġi pprevenut u eliminat iż-żwieġ tat-tfal, prekoċi u furzat"), ir-riżoluzzjoni 24/23 tiegħu tad-9 ta' Ottubru 2013 dwar "Strengthening efforts to prevent and eliminate child, early and forced marriage: challenges, achievements, best practices and implementation gaps" ("It-tisħiħ tal-isforzi biex jiġi pprevenut u eliminat iż-żwieġ tat-tfal, prekoċi u furzat: sfidi, kisbiet, l-aħjar prattiki u lakuni fl-implimentazzjoni") u r-riżoluzzjoni 35/16 tiegħu tat-22 ta' Ġunju 2017 dwar "Child, early and forced marriage in humanitarian settings" ("Iż-żwieġ tat-tfal, prekoċi u furzat f'kuntesti umanitarji"),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni adottata mill-Konferenza tal-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern tal-Unjoni Afrikana f'Ġunju 2015 dwar iż-żwieġ tat-tfal, f'Johannesburg (l-Afrika t'Isfel),
– wara li kkunsidra l-Kumment Ġenerali Konġunt tal-Kummissjoni Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli (ACHPR) u tal-Kumitat Afrikan ta' Esperti dwar id-Drittijiet u l-Benesseri tat-Tfal (ACERWC) dwar l-Eliminazzjoni taż-Żwieġ tat-Tfal,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 32, 37 u 59(4) tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul),
– wara li kkunsidra r-Rapport tal-Fond tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Popolazzjoni (UNFPA) tal-2012 bit-titolu ''Marrying Too Young – End Child Marriage'' ("Żwieġ Kmieni Wisq - Waqqfu ż-żwieġ tat-Tfal"),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari, l-Artikolu 9 tagħha,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2015 dwar il-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2016-2020,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-3 ta' April 2017 dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal,
– wara li kkunsidra l-prinċipji fundamentali stabbiliti fil-komunikazzjoni tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) tal-2016 dwar Strateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Qafas Strateġiku u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija, adottati mill-Kunsill fil-25 ta' Ġunju 2012(3), wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2015-2019, adottat mill-Kunsill fl-20 ta' Lulju 2015(4), wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma Konġunt tal-Persunal tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tas-27 ta' Ġunju 2017 bit-titolu "EU Action Plan on Human Rights and Democracy (2015-2019): Mid-Term Review – June 2017" (Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija (2015-2019): Rieżami ta' Nofs it-Terminu – Ġunju 2017") (SWD(2017)0254),
– wara li kkunsidra l-Linji Gwida riveduti tal-UE għall-Promozzjoni u l-Protezzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal tas-6 ta' Marzu 2017 bit-titolu "Ma Neskludu lill-Ebda Tifel jew Tifla" ("Leave No Child Behind"),
– wara li kkunsidra l-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp tas-7 ta' Ġunju 2017, li jenfasizza l-impenn tal-UE li tintegra d-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza bejn is-sessi f'konformità mal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0187/2018),
A. billi ż-żwiġijiet tat-tfal, prekoċi u furzati huma ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u, b'mod partikolari, id-drittijiet tan-nisa, inklużi d-drittijiet għall-ugwaljanza, l-awtonomija u l-integrità tal-ġisem, l-aċċess għall-edukazzjoni u l-ħelsien mill-isfruttament u d-diskriminazzjoni, u huma problema li teżisti mhux biss f'pajjiżi terzi, iżda jista' jkun li jokkorru wkoll f'xi Stati Membri; billi l-eliminazzjoni ta' dawn il-prattiki hija waħda mill-prijoritajiet għall-azzjoni esterna tal-UE fil-qasam tal-promozzjoni tad-drittijiet tan-nisa u tad-drittijiet tal-bniedem; billi diversi karti u liġijiet internazzjonali jipprojbixxu ż-żwieġ tal-minuri bħalma huma l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Protokolli Fakultattivi tagħha; billi ż-żwieġ tat-tfal, iż-żwieġ prekoċi u ż-żwieġ furzat għandhom impatt estremament negattiv fuq is-saħħa fiżika u mentali u fuq l-iżvilupp personali tal-individwi kkonċernati u fuq it-tfal li jitwieldu minn dawn iż-żwiġijiet, u, bħala riżultat, fuq is-soċjetà b'mod ġenerali; billi ż-żwieġ tat-tfal huwa sura ta' żwieġ furzat peress li t-tfal b'mod inerenti m'għandhomx il-kapaċità li jagħtu l-kunsens sħiħ, liberu u informat tagħhom għaż-żwieġ tagħhom jew għaż-żmien meta jsir; billi t-tfal jirrappreżentaw parti minn grupp li hu vulnerabbli ħafna;
B. billi l-UE hija impenjata li tippromwovi d-drittijiet tat-tfal, u billi ż-żwieġ tat-tfal, iż-żwieġ bikri u ż-żwieġ furzat jikkostitwixxu ksur ta' dawn id-drittijiet; billi l-UE hija impenjata li b'mod komprensiv tipproteġi u tippromwovi d-drittijiet tat-tfal fil-politika esterna tagħha;
C. billi l-ebda żwieġ ma għandu jiġi kkuntrattat legalment mingħajr il-kunsens sħiħ u liberu taż-żewġ partijiet, u mill-ebda persuna taħt l-età minima taż-żwieġ;
D. billi ż-żwieġ tat-tfal huwa problema globali li b'mod trażversali tinsab fil-pajjiżi, il-kulturi u r-reliġjonijiet kollha; billi l-bniet miżżewġa jinstabu fir-reġjuni kollha tad-dinja, mil-Lvant Nofsani sal-Amerika Latina, mill-Asja sal-Ewropa u mill-Afrika sal-Amerika ta' Fuq; billi ż-żwieġ tat-tfal jaffettwa wkoll lis-subien, iżda wisq inqas milli jaffettwa lill-bniet;
E. billi, sal-lum, aktar minn 750 miljun mara żżewġu qabel l-età ta' 18-il sena, li minnhom 250 miljun ġew imżewġa qabel l-età ta' 15-il sena; billi bħalissa hemm madwar 40 miljun tifla ta' bejn l-età ta' 15 u 19-il sena li huma miżżewġa jew li qed jikkoabitaw; billi, kull sena, xi 15-il miljun aktar jiżżewġu qabel l-età ta' 18-il sena, li minnhom 4 miljun jiżżewġu qabel l-età ta' 15-il sena; billi 157 miljun tifel ukoll iżżewġu qabel l-età ta' 18-il sena, li minnhom 25 miljun ġew imżewġa qabel l-età ta' 15-il sena; billi ż-żwiġijiet tat-tfal, prekoċi u furzati huma aktar frekwenti fir-reġjuni fqar u sottożviluppati; billi l-għadd ta' żwiġijiet tat-tfal, prekoċi u furzati qed jiżdiedu hekk kif qed tiżdied il-popolazzjoni dinjija; billi rapport riċenti tal-UNICEF jikkalkula li, fl-2050, madwar 1.2 biljun tifla se jkunu żżewġu qabel l-età ta' 18-il sena; billi 9 minn 10 pajjiżi li għandhom l-ogħla rata ta' żwieġ tat-tfal huma kklassifikati bħala stati fraġli;
F. billi l-kawżi fundamentali taż-żwieġ tat-tfal huma, b'mod ġenerali, il-faqar, in-nuqqas ta' edukazzjoni, id-disparità bejn is-sessi u l-istereotipi b'għeruq fondi, il-perċezzjoni li ż-żwieġ se jagħti "protezzjoni", l-unur tal-familja u n-nuqqas ta' protezzjoni effettiva tad-drittijiet tas-subien u tal-bniet kif ukoll prattiki, perċezzjonijiet, użanzi, u normi diskriminatorji dannużi; billi dawn il-fatturi spiss jiġu aggravati minħabba l-aċċess limitat għal edukazzjoni ta' kwalità u għal opportunitajiet ta' xogħol u jiġu msaħħa minn ċerti standards soċjali taż-żwiġijiet tat-tfal, prekoċi u furzati li għandhom għeruq fondi;
G. billi ż-żwiġijiet tat-tfal, iż-żwiġijiet prekoċi u ż-żwiġijiet furzati huma marbuta ma' riskju għoli ta' tqaliet f'età bikrija u mhux mixtieqa, rati għolja ta' mortalità materna u ta' mortalità tat-tfal, rata aktar baxxa tal-użu tal-ippjanar tal-familja u tqaliet mhux mixtieqa b'riskji ikbar għas-saħħa, aċċess inadegwat jew ineżistenti għall-informazzjoni dwar is-servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva u normalment ifissru t-tmiem tal-edukazzjoni tat-tifla; billi xi pajjiżi saħansitra jipprojbixxu lill-bniet tqal u lill-ommijiet żgħażagħ milli jerġgħu lura l-iskola; billi ż-żwieġ tat-tfal jista' jwassal ukoll għax-xogħol furzat, l-iskjavitù, u l-prostituzzjoni;
H. billi, minkejja li l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal tenfasizza l-importanza ta' miżuri li jinkoraġġixxu attendenza regolari l-iskola, ħafna bniet ma jinsabux fl-edukazzjoni minħabba għadd ta' fatturi, pereżempju minħabba li l-iskejjel mhumiex aċċessibbli jew huma għalja ħafna; billi ż-żwiġijiet tat-tfal, prekoċi u furzati għandhom impatt devastanti sproporzjonat fuq il-vittmi tagħhom kif ukoll konsegwenzi tul ħajjithom kollha u spiss iċaħħdu lill-persuni kkonċernati mill-possibilità li jkomplu l-istudji tagħhom peress li l-bniet għandhom it-tendenza li joħorġu mill-iskola fiż-żmien it-tħejjija ta' qabel iż-żwieġ jew ftit taż-żmien wara li jkunu żżewġu; billi l-edukazzjoni, inkluża l-edukazzjoni sesswali, hija mod effettiv kif jiġu pprevenuti ż-żwiġijiet tat-tfal, prekoċi u furzati peress li l-aċċess għall-edukazzjoni u t-taħriġ jikkontribwixxi għall-emanċipazzjoni, għall-opportunitajiet tax-xogħol u jippromwovi l-libertà tal-għażla, id-dritt għall-awtodeterminazzjoni u l-parteċipazzjoni attiva fis-soċjetà b'mod li l-individwi jkunu jistgħu jeħilsu lilhom infushom minn kwalunkwe sura ta' kontroll li b'mod negattiv jaffettwa d-drittijiet tagħhom li mingħajrhom is-sitwazzjoni ekonomika, ġuridika, tas-saħħa u soċjali tan-nisa u l-bniet u l-iżvilupp tas-soċjetà b'mod ġenerali jibqa' mxekkel;
I. billi, ta' kull sena, 17-il miljun tifel u tifla jkollhom wild, sitwazzjoni li ġġegħilhom jieħdu fuqhom infushom responsabilitajiet tal-adulti u tqiegħed fil-periklu s-saħħa, l-edukazzjoni u l-prospetti ekonomiċi tagħhom; billi ż-żwiġijiet tat-tfal, prekoċi u furzati jesponu lill-bniet biex ikollhom it-tfal f'età bikrija, sitwazzjoni li tinvolvi riskji u diffikultajiet konsiderevoli matul it-tqala kif ukoll waqt il-ħlas, b'mod partikolari minħabba li l-aċċess għall-appoġġ mediku, jekk mhux ineżistenti, ikun wisq inadegwat, inklużi ċentri tas-saħħa ta' kwalità għolja, li spiss tirriżulta fil-mortalità u l-morbidità tal-ommijiet; billi hemm riskju ogħla li jittieħdu infezzjonijiet trażmessi inkluż l-HIV; billi fil-pajjiżi bi dħul baxx u medju l-kumplikazzjonijiet waqt it-tqala u l-ħlas huma l-kawża ewlenija ta' mewt fost il-bniet tal-età ta' bejn il-15 u d-19-il sena; billi r-rata tal-mortalità tat-trabi li jitwieldu minn ommijiet adolexxenti hija ta' madwar 50 % ogħla u dawn it-trabi għandhom riskju ogħla li jkollhom problemi ta' żvilupp fiżiku u konjittiv; billi l-esperjenza ta' tqaliet frekwenti u bikrija tista' wkoll tikkawża varjetà ta' kumplikazzjonijiet tas-saħħa fit-tul, u saħansitra l-mewt;
J. billi ż-żwiġijiet tat-tfal, prekoċi u furzati huma ksur tad-drittijiet tat-tfal u sura ta' vjolenza kontra l-bniet u s-subien, u billi, bħala tali, l-istati għandhom l-obbligu li jinvestigaw l-allegazzjonijiet, iressqu lill-awturi tar-reati quddiem il-ġustizzja u jipprovdu rimedju lill-vittmi, li huma primarjament nisa u bniet; billi dawn iż-żwiġijiet iridu jiġu kkundannati u ma jistgħu jiġu ġġustifikati għall-ebda raġuni kulturali jew reliġjuża; billi ż-żwiġijiet tat-tfal, iż-żwiġijiet prekoċi u ż-żwiġijiet furzati jżidu r-riskju tal-vjolenza sessista, u spiss huma fl-oriġini tal-vjolenza domestika u tal-vjolenza minn sħab intimi u tal-abbuż sesswali, fiżiku, psikoloġiku, emozzjonali u finanzjarju u prattiki oħra dannużi għall-bniet u n-nisa, bħalma huma l-mutilazzjoni ġenitali femminili u l-hekk imsejħa reati tal-unur, kif ukoll iżidu r-riskju li l-bniet u n-nisa jkunu esposti għad-diskriminazzjoni u għall-vjolenza sessista matul ħajjithom;
K. billi l-għadd ta' żwiġijiet tat-tfal, prekoċi u furzati jiżdied b'mod sinifikanti f'sitwazzjonijiet ta' instabilità, kunflitt armat u diżastri naturali u umanitarji, li waqthom il-kura medika u psikoloġika jew l-aċċess għall-edukazzjoni kif ukoll l-opportunitajiet biex dak li jkun jaqla' l-għajxien spiss huma nieqsa u n-netwerks soċjali u r-rutini jkunu ġew sfrattati; billi waqt il-kriżijiet riċenti tal-migrazzjoni, xi ġenituri, bil-ħsieb li jipproteġu lil uliedhom, speċjalment lil uliedhom bniet, mill-aggressjoni sesswali, jew għax iqisuhom bħala piż finanzjarju fuq il-familja tagħhom, ħassew li ma kellhom l-ebda għażla oħra ħlief li jżewġuhom qabel l-età ta' 18-il sena bil-fehma li ż-żwieġ jista' jiftħilhom triq biex jeħilsu mill-faqar;
L. billi l-Konvenzjoni ta' Istanbul tikklassifika ż-żwieġ furzat bħala sura ta' vjolenza kontra n-nisa, u titlob il-kriminalizzazzjoni tal-atti fejn it-tfal jiġu mġiegħla jidħlu fi żwieġ u fejn jiġu ingannati jitilqu minn pajjiżhom bil-għan li t-tifla jew tifel jiġu mġiegħla jidħlu fi żwieġ; billi l-fatt li l-vittmi għandhom nuqqas ta' aċċess għal appoġġ legali, mediku, u soċjali jista' jaggrava l-kwistjoni; billi hemm 11-il Stat Membru tal-UE li għadhom iridu jirratifikaw il-konvenzjoni;
M. billi n-natura taż-żwiġijiet tat-tfal, prekoċi u furzati tfisser li spiss ħafna każijiet ma jiġux irrappurtati, fejn insibu każijiet ta' abbuż li jmorru lil hinn mill-fruntieri internazzjonali u mill-konfini kulturali, u jistgħu jammontaw għal sura ta' traffikar tal-bnedmin li jwassal għall-iskjavitù, l-isfruttament, u/jew il-kontroll;
N. billi f'Lulju 2014 f'Londra sar l-ewwel Summit dwar il-Bniet (Girl Summit), li kellu l-għan li jimmobilizza l-isforzi nazzjonali u internazzjonali biex fi żmien ġenerazzjoni waħda jinqatgħu l-prattiki tal-mutilazzjoni ġenitali u taż-żwiġijiet tat-tfal, prekoċi u furzati;
O. billi l-prevenzjoni u r-rispons għall-forom kollha ta' vjolenza kontra l-bniet u n-nisa, inklużi ż-żwieġ tat-tfal, prekoċi u furzat, huwa wieħed mill-miri tal-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2016-2020;
P. billi, sal-2030, iż-żwieġ tat-tfal se jkun sewa lill-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw triljuni ta' dollari(5);
Q. billi ż-żwiġijiet prekoċi u tat-tfal għadhom suġġett tabù li jeħtieġ li jiġi indirizzat pubblikament bil-għan li jinqatgħu t-tbatija li jġarrbu ta' kuljum il-bniet żgħar u l-bniet adolexxenti involuti u l-ksur kontinwu tad-drittijiet tal-bniedem tagħhom; billi mod wieħed ta' kif isir dan huwa li tiġi appoġġata u mxerrda l-ħidma tal-ġurnalisti, l-artisti, il-fotografi u l-attivisti li jindirizzaw il-kwistjoni taż-żwiġijiet prekoċi;
1. Jinnota li xi Stati Membri tal-UE jippermettu ż-żwieġ fl-età ta' 16-il sena bil-kunsens tal-ġenituri; jistieden lil-leġiżlaturi, kemm fl-Istati Membri tal-UE kif ukoll fil-pajjiżi terzi, jiffissaw l-età uniformi minima taż-żwieġ għal 18-il sena u jadottaw il-miżuri amministrattivi, ġuridiċi u finanzjarji biex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva ta' dan ir-rekwiżit, pereżempju billi jippromwovu r-reġistrazzjoni taż-żwiġijiet u tat-twelid u billi jiżguraw li l-bniet ikollhom aċċess għal mekkaniżmi ta' appoġġ istituzzjonali inklużi l-counselling psikosoċjali, mekkaniżmi ta' protezzjoni u opportunitajiet għall-emanċipazzjoni ekonomika; itenni li ż-żwiġijiet tat-tfal, prekoċi u furzati għandhom jitqiesu bħala ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u ksur tad-drittijiet fundamentali tat-tfal ikkonċernati, l-ewwel u qabel kollox tad-dritt li jesprimu b'mod liberu l-kunsens tagħhom u d-dritt għall-integrità fiżika u s-saħħa mentali tagħhom, iżda wkoll bħala ksur indirett tad-dritt għall-edukazzjoni u għat-tgawdija sħiħa tad-drittijiet ċivili u politiċi; jikkundanna ż-żwiġijiet tat-tfal, prekoċi u furzati u jqis li kwalunkwe ksur tal-leġiżlazzjoni għandu jiġi indirizzat b'mod proporzjonat u effettiv;
2. Jemmen li huwa importanti li jiġu indirizzati b'mod determinat il-kawżi multipli taż-żwiġijiet tat-tfal, prekoċi u furzati, fosthom it-tradizzjonijiet dannużi, il-faqar endemiku, il-kunflitti, l-użanzi, il-konsegwenzi tad-diżastri naturali, l-istereotipi, in-nuqqas ta' kunsiderazzjoni għall-ugwaljanza bejn is-sessi u għad-drittijiet, is-saħħa u l-benesseri tan-nisa u l-bniet, in-nuqqas ta' opportunitajiet edukattivi, ir-risposti ġuridiċi u politiċi dgħajfa b'attenzjoni speċjali lit-tfal minn komunitajiet żvantaġġati; jappella, f'dak ir-rigward, li l-UE u l-Istati Membri tagħha jaħdmu flimkien mal-korpi rilevanti tan-NU u sħab oħra sabiex jiġbdu l-attenzjoni lejn il-kwistjoni taż-żwieġ tat-tfal, iż-żwieġ prekoċi u ż-żwieġ furzat; jitlob li l-UE u l-Istati Membri jilħqu l-objettivi tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli li jiġġieldu lill-prattiki dannużi, bħalma hi l-mutilazzjoni ġenitali, b'mod aktar effettiv u li lil dawk responsabbli jġiegħluhom iwieġbu għal għemilhom; jappoġġa l-finanzjament akbar mingħand l-UE u l-Istati Membri tagħha permezz ta' mekkaniżmi ta' għajnuna għall-iżvilupp li jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-edukazzjoni, bl-għan li l-bniet u n-nisa jkollhom aċċess aħjar għall-edukazzjoni u jissaħħu l-opportunitajiet biex huma jipparteċipaw fl-iżvilupp komunitarju u fit-tmexxija ekonomika u politika, bil-ħsieb li jiġu indirizzati l-kawżi taż-żwiġijiet tat-tfal, prekoċi u furzati;
3. Jagħraf li projbizzjoni statutorja fuq iż-żwiġijiet tat-tfal, prekoċi u furzati waħedha ma tiggarantixxix li dawn il-prattiki jinqatgħu; jitlob li l-UE u l-Istati Membri tagħha jikkoordinaw u jsaħħu aħjar l-infurzar tat-trattati, il-leġiżlazzjoni u l-programmi internazzjonali, kif ukoll permezz tar-relazzjonijiet diplomatiċi mal-gvernijiet u l-organizzazzjonijiet fil-pajjiżi terzi, sabiex jindirizzaw il-kwistjonijiet relatati maż-żwiġijiet tat-tfal, prekoċi u furzati; jappella li jsir kull sforz biex jiġu infurzati projbizzjonijiet statutorji u biex dawn il-projbizzjonijiet jiġu kkomplementati b'ġabra usa' ta' liġijiet u politiki; jirrikonoxxi li dan jirrikjedi l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta' politiki, strateġiji u programmi komprensivi u olistiċi, inkulużi t-tħassir tad-dispożizzjonijiet ġuridiċi diskriminatorji rigward iż-żwieġ u l-adozzjoni ta' miżuri affermattivi biex it-tfal bniet jiġu emanċipati;
4. Jinnota li d-disparità bejn is-sessi, in-nuqqas ta' rispett għall-bniet u għan-nisa b'mod ġenerali u ż-żamma ta' tradizzjonijiet kulturali u soċjali li jkomplu jippermettu d-diskriminazzjoni kontra l-bniet u n-nisa huma fost l-akbar ostakli għall-ġlieda kontra ż-żwiġijiet tat-tfal, prekoċi u furzati; jirrikonoxxi, barra minn hekk, ir-rabta li hemm bejn iż-żwiġijiet tat-tat-tfal, prekoċi u furzati u l-vjolenza bbażata fuq l-unur u jappella li reati bħal dawn jiġu investigati kif għandu jkun u li l-awturi ta' dawn ir-reati jiġu pproċessati quddiem qorti; jinnota, barra minn hekk, li s-subien u l-irġiel żgħażagħ ukoll jistgħu jkunu vittmi ta' tali vjolenza; jappella li dawn il-prattiki jiġu indirizzati fl-ipprogrammar rilevanti kollu tal-UE u fid-djalogi politiċi tal-UE mal-pajjiżi sħab sabiex jiġu pprovduti mekkaniżmi biex dawn il-prattiki jiġu indirizzati b'mod determinat, kif ukoll permezz tal-edukazzjoni u tal-isforzi ta' sensibilizzazzjoni fil-pajjiżi sħab;
5. Jirrimarka li, sabiex tindirizza b'mod determinat u komprensiv iż-żwiġijiet tat-tfal, prekoċi u furzati, l-Unjoni Ewropea, bħala attur ewlieni fl-iżvilupp dinji u fid-drittijiet tal-bniedem, jeħtiġilha taqdi rwol prinċipali b'kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet reġjonali u l-komunitajiet lokali; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jaħdmu mal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u mas-sistemi ġudizzjarji fil-pajjiżi terzi, u jipprovdu taħriġ u għajnuna teknika sabiex jgħinu fl-adozzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni li tipprojbixxi ż-żwiġijiet tat-tfal, iż-żwiġijiet prekoċi u ż-żwiġijiet furzati u fl-eliminazzjoni tal-liġijiet, l-istandards soċjali u t-tradizzjonijiet kulturali li jaġixxu bħala ħajt għad-drittijiet u l-libertà tal-bniet żgħar u tan-nisa; jistieden lill-Istati Membri jikkontribwixxu għal inizjattivi bħalma hi l-Inizjattiva Spotlight tal-UE-NU li hi ffukata fuq l-eliminazzjoni ta' kull sura ta' vjolenza kontra n-nisa u l-bniet;
6. Jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri li fil-leġiżlazzjoni tagħhom għadhom ma inkludewx projbizzjoni totali fuq iż-żwiġijiet tat-tfal, prekoċi u furzati, li għadhom ma jinfurzawx id-dritt penali u li għadhom ma rratifikawx il-Konvenzjoni ta' Istanbul, biex jagħmlu dan; jistieden lill-Istati Membri jikkooperaw mas-soċjetà ċivili ħalli jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom dwar il-kwistjoni; jenfasizza l-importanza ta' appoġġ adegwat u fit-tul, ta' postijiet ta' kenn għan-nisa u għar-rifuġjati u għat-tfal mhux akkumpanjati u spostati, ħalli ħadd ma jiġi mċaħħad mill-protezzjoni minħabba nuqqas ta' riżorsi; jistieden lill-Istati Membri kollha jinfurzaw l-età minima taż-żwieġ stabbilita mil-leġiżlazzjoni u jimmonitorjaw is-sitwazzjoni billi jiġbru data diżaggregata skont is-sessi, sabiex ikunu jistgħu jivvalutaw aħjar il-kobor tal-problema; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi bażi tad-data Ewropea, inkluża informazzjoni mill-pajjiżi terzi, sabiex timmonitorja ż-żwieġ furzat;
7. Jistieden lill-Unjoni Ewropea, fil-kuntest tal-politika barranija tagħha u tal-politika tagħha tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, toffri patt strateġiku lil sħabha u, għal dak l-għan, tirrikjedi li:
(a)
il-pajjiżi sħab tagħha kollha jipprojbixxu ż-żwiġijiet tat-tfal, prekoċi u furzati, filwaqt li jeliminaw kwalunkwe lakuni ġuridiċi u li jinfurzaw il-leġiżlazzjoni f'konformità mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi t-tneħħija ta' kwalunkwe dispożizzjoni li tista' tippermetti, tiġġustifika jew tagħti lok għal-żwieġ tat-tfal, bikri jew furzat, inklużi dawk li jippermettu lill-awturi ta' stupru, abbuż sesswali, sfruttament sesswali, ħtif, traffikar tal-bnedmin u suriet moderni ta' skjavitù jaħarbu mill-prosekuzzjoni u l-kastig jekk huma jiżżewġu lill-vittmi tagħhom, speċifikament billi jħassru jew jemendaw dik il-liġi;
(b)
din il-projbizzjoni hija rispettata u infurzata fil-livelli kollha ladarba l-liġi tkun daħlet fis-seħħ, u li jiġu stabbiliti strateġiji u programmi komprensivi u olistiċi li jinkludu miri progressivi li jistgħu jitkejlu sabiex jiġu pprevenuti u eradikati ż-żwiġijiet tat-tfal, prekoċi u furzati, u li dawn l-istrateġiji u programmi jiġu finanzjati u vvalutati b'mod adegwat, b'mod partikolari billi jiġi żgurat l-aċċess għall-mekkaniżmi u r-rimedji tal-ġustizzja u tal-obbligu ta' rendikont;
(c)
il-gvernijiet sħab juru tmexxija u rieda politika sostnuti sabiex jaqtgħu ż-żwieġ tat-tfal u jiżviluppaw oqfsa ġuridiċi u pjanijiet ta' azzjoni komprensivi b'punti ta' progress u kalendarji ċari li jintegraw miżuri ta' prevenzjoni taż-żwieġ tat-tfal b'mod trażversali f'setturi differenti, u li jitolbu ambjenti politiċi, ekonomiċi, soċjali, kulturali u ċivili li jipproteġu u jemanċipaw lin-nisa u lill-bniet u jappoġġaw l-ugwaljanza bejn is-sessi;
(d)
jiġu mobilizzati r-riżorsi meħtieġa biex dan l-objettiv jintlaħaq, filwaqt li jittieħed ħsieb li din il-kooperazzjoni tinfetaħ għall-atturi istituzzjonali kollha bħalma huma l-ġudikatura, il-professjonisti edukattivi u tas-saħħa, l-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi, il-mexxejja komunitarji u reliġjużi kif ukoll is-soċjetà ċivili fil-qasam tal-indirizzar determinat taż-żwiġijiet tat-tfal, prekoċi u furzati;
(e)
il-livell ta' allokazzjoni ta' għajnuna pubblika għall-iżvilupp lill-awtoritajiet tal-gvern isir jiddependi minn kemm il-pajjiż riċevitur huwa impenjat li jikkonforma, b'mod partikolari, mar-rekwiżiti rigward id-drittijiet tal-bniedem, inkluż fil-ġlieda kontra ż-żwiġijiet tat-tfal, prekoċi u furzati;
(f)
il-programm tal-UNFPA u tal-Fond tan-NU għat-Tfal (UNICEF) jiġi implimentat b'kooperazzjoni trijangolari li tinvolvi lil dawn l-organizzazzjonijiet, lill-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri tagħha u lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jaħdmu f'dan il-qasam u lill-pajjiżi sħab fil-ġlieda kontra ż-żwiġijiet tat-tfal, prekoċi u furzati permezz tal-implimentazzjoni ta' pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali bbaġitjati, fejn tingħata prijorità lill-programmi u lill-metodi li x'aktarx imorru lil hinn mill-hekk imsejħa prattiki kulturali, reliġjużi jew tribali li, fir-realtà, jikkostitwixxu l-agħar ksur tad-drittijiet tat-tfal u tad-dinjità tat-tfal; jitlob li din il-kooperazzjoni tindirizza wkoll il-kwistjonijiet assoċjati tal-vjolenza bbażata fuq l-unur;
(g)
l-implimentazzjoni ta' dawn il-programmi tkun mibnija fuq il-konvenzjonijiet u t-testi rilevanti, kif ukoll l-għanijiet u l-miri speċifiċi adottati mir-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tal-25 ta' Settembru 2015 fil-kuntest tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs), b'mod partikolari l-Għan Nru 3 ("Niżguraw li kulħadd jgħix ħajja b'saħħitha u nippromwovu l-benesseri ta' kulħadd fl-etajiet kollha"), l-Għan 4 ("Niżguraw edukazzjoni ta' kwalità inklużiva u ekwa u nippromwovu l-opportunitajiet ta' tagħlim tul il-ħajja għal kulħadd"), l-Għan 16 ("Nippromwovu soċjetajiet paċifiċi u inklużivi għall-iżvilupp sostenibbli, nipprovdu aċċess għall-ġustizzja għal kulħadd u nibnu istituzzjonijiet effettivi, bl-obbligu ta' rendikont u inklużivi fil-livelli kollha"), speċjalment "intemmu l-abbuż, l-isfruttament, it-traffikar u kull sura ta' vjolenza kontra t-tfal u kull sura ta' tortura tagħhom;
(h)
l-implimentazzjoni ta' dawn il-programmi għandha għandha tkun mibnija wkoll fuq l-Għan 5 tal-SDGs ("Niksbu l-ugwaljanza bejn is-sessi u nemanċipaw lin-nisa u lill-bniet kollha"), inkluż l-aċċess għall-ippjanar tal-familja u għall-firxa sħiħa tad-drittijiet pubbliċi u universali tas-saħħa sesswali u riproduttiva, b'mod partikolari l-kontraċezzjoni moderna u l-abort sikur u legali għall-bniet; Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, f'dan il-kuntest, biex jagħtu l-appoġġ tagħhom lill-moviment SheDecides (TiddeċiediHi) u jwiegħdu li jipprovdu finanzjament addizzjonali lill-għajnuna internazzjonali għas-servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttivi, inklużi l-aborti sikuri u l-informazzjoni dwar l-aborti, u b'hekk issir oppożizzjoni lir-Regola "Global Gag" li reġgħet iddaħħlet mill-gvern tal-Istati Uniti kmieni fl-2017;
(i)
fid-djalogu li għaddej bħalissa bejn ir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, Stavros Lambrinidis u pajjiżi terzi, jitqajmu l-kwistjonijiet relatati maż-żwiġijiet tat-tfal, prekoċi u furzati; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintegraw perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-programmi tagħhom tat-tiswir tal-paċi u tar-rikostruzzjoni ta' wara l-kunflitt, jiżviluppaw programmi għall-għajxien ekonomiku u l-edukazzjoni għall-bniet u n-nisa li huma vittmi ta' żwieġ tat-tfal, prekoċi u furzat, u jiffaċilitaw l-aċċess tagħhom għas-servizzi tas-saħħa u tas-saħħa riproduttiva fiż-żoni milquta minn kunflitt;
8. Iqis li huwa ta' importanti ewlenija li jinħoloq spazju għad-djalogu rispettuż mal-mexxejja komunitarji u li titqajjem kuxjenza fost il-pubbliku b'mod ġenerali u fost dawk li jinsabu f'riskju b'mod partikolari, abbażi tal-edukazzjoni u ta' kampanji ta' sensibilizzazzjoni u permezz tan-netwerks soċjali u l-midja ġodda bħala parti mill-ġlieda kontra ż-żwieġ tat-tfal, prekoċi u furzat; jitlob, għalhekk, li jiġu żviluppati azzjonijiet trażversali governattivi, ġuridiċi, soċjetali, u diplomatiċi immirati biex jipprevjenu tali prattiki; jemmen li huwa essenzjali li jsir impenn fil-komunitajiet lokali mal-partijiet ikkonċernati ewlenin bħalma huma l-istudenti maskili u femminili adolexxenti, l-għalliema, il-ġenituri, il-mexxejja reliġjużi u dawk komunitarji permezz ta' programmi bbażati fil-komunità jew programmi speċifiċi ta' sensibilizzazzjoni biex tinġibed l-attenzjoni lejn l-impatt negattiv taż-żwieġ tat-tfal fuq it-tfal, il-familji u l-komunitajiet, dwar il-liġi eżistenti rigward iż-żwieġ tat-tfal u disparità bejn is-sessi u dwar kif wieħed ikollu aċċess għall-finanzjament biex jindirizza din il-problema;
9. Iqis li l-emanċipazzjoni tan-nisa u l-bniet permezz tal-edukazzjoni, l-appoġġ soċjali u l-opportunitajiet ekonomiċi hija għodda kruċjali biex issir il-ġlieda kontra dawn il-prattiki; jirrakkomanda li l-UE tippromwovi u tipproteġi d-drittijiet indaqs għan-nisa u l-bniet fir-rigward tal-aċċess għall-edukazzjoni, filwaqt li tagħmel enfasi speċjali fuq l-edukazzjoni primarja u sekondarja ta' kwalità għolja mingħajr ħlas u tintegra l-edukazzjoni dwar is-saħħa sesswali u riproduttiva fil-kurrikuli tal-iskejjel filwaqt li l-familji tal-bniet jiġu pprovduti inċentivi u/jew għajnuna finanzjarji biex jinkitbu fl-iskola u jkompluha sal-aħħar; jisħaq fuq il-ħtieġa li t-tfal rifuġjati jiġu ggarantiti aċċess sħiħ għall-edukazzjoni u lil-integrazzjoni u l-inklużjoni tagħhom fl-edukazzjoni nazzjonali jiġu promossi; jirrikonoxxi li hemm il-ħtieġa ta' appoġġ u protezzjoni għal dawk li jinsabu fir-riskju taż-żwieġ tat-tfal, taż-żwieġ bikri, jew taż-żwieġ furzat, u għal dawk li diġà jinsabu f'xi żwieġ minn dawn f'dawk li huma edukazzjoni, appoġġ psikoloġiku u soċjali, abitazzjoni u servizzi soċjali oħra ta' kwalità għolja, kif ukoll servizzi tas-saħħa mentali, sesswali u riproduttivi u kura tas-saħħa;
10. Jitlob li l-Unjoni Ewropea tiżgura li jingħata taħriġ lill-uffiċjali tal-gvern, inkluż lill-persunal diplomatiku tiegħu, lill-assistenti soċjali, lill-mexxejja reliġjużi u komunitarji, lill-aġenziji kollha tal-infurzar tal-liġi, lis-sistemi ġudizzjarji ta' pajjiżi terzi, lill-għalliema u lill-edukaturi u persunal ieħor li jkollu kuntatt ma' vittmi potenzjali, ħalli jkunu kapaċi jirreaġixxu għall-każijiet ta' żwieġ tat-tfal u għall-vjolenza sessista, u jkunu kapaċi b'mod aħjar li jidentifikaw u jappoġġaw lill-bniet u s-subien li huma esposti għaż-żwieġ tat-tfal, furzat u prekoċi, għall-vjolenza domestika, għar-riskju ta' vjolenza sesswali u kwalunkwe prattika oħra li ddgħajjef id-drittijiet u d-dinjità tal-bniedem, u sabiex huma jkunu f'pożizzjoni aħjar biex jieħdu azzjoni effettiva ħalli jiżguraw li d-drittijiet u d-dinjità ta' dawn l-individwi jiġu rispettati;
11. Jitlob li l-Unjoni Ewropea tiżgura li jingħata taħriġ lill-aġenziji tal-infurzar tal-liġi sabiex dawn ikunu f'pożizzjoni aħjar li jiddefendu d-drittijiet tal-bniet li jkunu esposti għaż-żwieġ furzat u prekoċi, għall-vjolenza domestika, għar-riskju ta' stupru kif ukoll għal kwalunkwe prattika oħra li ddgħajjef id-dinjità tal-bniedem;
12. Jistieden lill-Istati Membri jiggarantixxu lin-nisa u l-bniet migranti permess ta' residenza awtonomu li ma jiddependix mill-istatus tal-konjuġi jew is-sieħeb tagħhom, b'mod partikolari għall-vittmi ta' vjolenza fiżika u psikoloġika, inklużi żwiġijiet furzati jew miftiehma, u li jiggarantixxu li jittieħdu l-miżuri amministrattivi kollha meħtieġa biex dawn in-nisa u l-bniet jiġu protetti, fosthom aċċess effettiv għall-mekkaniżmi ta' assistenza u protezzjoni;
13. Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri jqisu li jappoġġaw u jsaħħu l-miżuri ta' protezzjoni f'pajjiżi terzi, bħalma huma l-postijiet ta' kenn sikuri, u l-aċċess għal appoġġ legali, mediku, u, fejn ikun hemm bżonn, konsulari, għall-vittmi ta' żwiġijiet tat-tfal, prekoċi u furzati;
14. Jagħraf li l-Unjoni Ewropea, li hi impenjata biex tiddefendi d-drittijiet tal-bniedem u l-valuri fundamentali, inkluż ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, ma għandha jkollha assolutament xejn x'wieħed ilum fiha fil-livell tal-Istati Membri, u jistieden lill-Kummissjoni tagħti bidu għal kampanja wiesgħa ta' sensibilizzazzjoni u tiddedika sena Ewropea għall-ġlieda kontra ż-żwieġ tat-tfal, prekoċi u furzat;
15. Jappoġġa bis-saħħa l-ħidma tas-sħubija globali Girls Not Brides biex jinqata' ż-żwieġ tat-tfal u biex il-bniet ikunu jistgħu jilħqu l-potenzjal tagħhom;
16. Jilqa' l-kampanja li għaddejja bħalissa tal-Unjoni Afrikana biex jinqata' ż-żwieġ tat-tfal u jilqa' wkoll il-ħidma ta' organizzazzjonijiet bħalma huma r-Royal Commonwealth Society (is-Soċjetà Rjali tal-Commonwealth) biex jippromwovu azzjoni akbar biex jinqata' ż-żwieġ tat-tfal u tiġi indirizzata b'mod determinat id-disparità bejn is-sessi;
17. Jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti li l-irġiel u s-subien jiġu infurmati u edukati, u li dawn jiġu mmobilizzati biex jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tat-tfal u tan-nisa;
18. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lin-Nazzjonijiet Uniti.
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (SMEs)(1),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Frar 2011 intitolata "Reviżjoni tal-"Att dwar in-Negozji ż-Żgħar" għall-Ewropa" (COM(2011)0078), u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-12 ta' Mejju 2011 dwar dik il-komunikazzjoni(2),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2012 dwar "l-Intrapriżi Żgħar u ta' Daqs Medju (SMEs): kompetittività u opportunitajiet kummerċjali"(3),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Settembru 2015 dwar in-negozji tal-familja fl-Ewropa(4),
– wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-15 ta' Settembru 2016,
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Novembru 2016 intitolata ''Il-mexxejja li jmiss tal-Ewropa: l-Inizjattiva favur in-Negozji l-ġodda u n-Negozji li qed jespandu'' (COM(2016)0733),
– wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar id-definizzjoni ta' SMEs (O-000050/2018 – B8‑0031/2018),
– wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 128 u 123(2) sa (8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi t-23 miljun SMEs fl-UE, li jammontaw għal madwar 99 % tan-negozji kollha, jimpjegaw kwazi żewġ terzi tal-popolazzjoni Ewropea li taħdem u jipprovdu aktar minn 90 miljun impjieg filwaqt li jiġġeneraw madwar EUR 3,9 triljun f'valur miżjud; billi dawn jagħtu kontribut vitali għat-tkabbir ekonomiku, il-koeżjoni soċjali u l-ħolqien u ż-żamma ta' impjiegi sostenibbli u ta' kwalità għolja, u huma xpruni ewlenin fil-kuntest tat-tranżizzjoni tal-enerġija, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-kompetittività tal-UE dwar it-teknoloġija ekoloġika, kif ukoll sors ewlieni ta' innovazzjoni fl-UE;
B. billi 90 % tal-SMEs tal-UE u 93 % tal-kumpaniji kollha tal-UE fis-settur tan-negozju mhux finanzjarju huma ditti mikro, li jikkontribwixxu l-ikbar sehem tal-valur miżjud u tal-impjiegi fost l-SMEs peress li jimpjegaw madwar 30 % tal-forza tax-xogħol tal-UE, u għalhekk jeħtieġu attenzjoni speċjali;
C. billi, b'paragun ma' ditti akbar u irrispettivament mill-istruttura organizzattiva tagħhom, l-SMEs huma affettwati b'mod sproporzjonat minn piżijiet amministrattivi u ostakli finanzjarji li jxekklu l-kompetittività, l-esportazzjonijiet u l-ħolqien tal-impjiegi fil-konfront tagħhom; billi dawn jibbenefikaw fil-livell tal-UE, tal-Istati Membri, reġjonali u lokali minn appoġġ speċifiku, inklużi opportunitajiet ta' finanzjament u proċeduri simplifikati, iżda jistgħu jsiru aktar sforzi lil hinn mill-wegħdiet politiċi li diġà ngħataw biex jinħoloq ambjent aktar sempliċi favorevoli għall-SMEs;
D. billi d-definizzjoni tal-SMEs (minn hawn 'il quddiem "id-definizzjoni ta' SME") issir referenza għaliha f'madwar 100 att legali tal-UE, primarjament fl-oqsma tal-politika tal-kompetizzjoni, tal-leġiżlazzjoni tas-swieq finanzjarji u tal-fondi strutturali, għar-riċerka u għall-innovazzjoni, iżda anke fil-leġiżlazzjoni dwar ix-xogħol, l-ambjent, l-enerġija, il-protezzjoni tal-konsumaturi u dik dwar is-sigurtà soċjali, bħall-leġiżlazzjoni sekondarja ta' REACH u d-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika;
E. billi ambjent legali koerenti b'regoli ċari huwa vantaġġjuż għan-negozji kollha, u billi definizzjoni stretta ta' SME hija għodda li tista' ttaffi l-fallimenti tas-suq u l-problemi inerenti għall-kompetizzjoni bejn intrapriżi li jvarjaw fid-daqs, fil-volum tal-assi u l-mudelli ta' negozju;
F. billi l-Kummissjoni timmonitorja b'mod regolari l-implimentazzjoni tad-definizzjoni ta' SME tal-UE; billi twettqu evalwazzjonijiet f'għadd ta' okkażjonijiet (fl-2006, fl-2009 u l-iktar reċenti fl-2012) u dawn ikkonkludew li ma hemmx ħtieġa għal reviżjoni maġġuri tad-definizzjoni ta' SME tal-UE;
G. billi l-katina tal-valur transsettorjali għall-SMEs tagħmilha possibbli li jitnaqqsu l-ostakli istituzzjonali, tekniċi u burokratiċi, u billi hemm bżonn ta' politiki ta' appoġġ effettivi għall-ħolqien ta' netwerks bejn in-negozji;
H. billi definizzjoni ta' SME għandha tikkontribwixxi biex tiffaċilita l-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità, ittejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol u tas-sigurtà, u tillimita kwalunkwe abbuż għall-minimu assolut.
Id-definizzjoni ta' SME
Azzjonijiet mill-Kummissjoni
1. Jilqa' l-valutazzjoni tal-impatt inizjali tal-Kummissjoni, u jappoġġa l-konċentrazzjoni fuq intrapriżi li jeħtieġu appoġġ u regoli sempliċi bil-ħsieb li l-ippjanar u ċ-ċertezza tad-dritt jiġu ssimplifikati għall-SMEs; jilqa' f'dan il-kuntest il-konsultazzjoni pubblika mill-Kummissjoni;
2. Huwa tal-fehma li, minħabba n-natura ta' dan l-istrument strateġiku u l-ħafna differenzi bejn l-SMEs u l-Istati Membri, il-flessibbiltà mogħtija mir-rakkomandazzjoni tal-2003 għandha tinżamm; jinsab konvint li l-istruttura ġenerali tad-definizzjoni trid tiġi ppreservata u applikata bl-użu tal-kombinazzjoni korretta tal-kriterji li diġà ġew identifikati;
Evalwazzjoni mill-ġdid tad-definizzjoni ta' SME
3. Jistieden lill-Kummissjoni tipprevjeni l-possibbiltà li atturi ta' daqs akbar jiżviluppaw strutturi korporattivi artifiċjali biex jieħdu vantaġġ mid-definizzjoni ta' SME, li jwassal għal sistema li biha l-appoġġ disponibbli jiġi distribwit b'mod żbaljat u aktar mifrux, u b'hekk dan ma jkunx disponibbli għal dawk l-SMEs li jkunu jeħtiġuh; jenfasizza li aġġustament tad-definizzjoni ta' SME għandu dejjem isir għall-benefiċċju tal-SMEs u biex iħaffef l-aċċess tagħhom għall-appoġġ pubbliku;
4. Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra li taġġorna d-definizzjoni ta' SME filwaqt li tieħu wkoll kont tal-previżjonijiet ekonomiċi tal-Kummissjoni rigward l-inflazzjoni u l-produttività tax-xogħol, sabiex teskludi l-bżonn ta' kwalunkwe aġġustament rapidu matul is-snin li ġejjin; jemmen li kwalunkwe aġġustament futur fid-definizzjoni ta' SME għandu jsir b'mod li jiżgura l-istabbiltà tad-definizzjoni fuq terminu twil;
5. Jinnota li l-għadd tal-impjegati sar kriterju ġeneralment aċċettat u għandu jibqa' l-kriterju ewlieni; jirrikonoxxi li l-kriterju tal-għadd tal-impjegati għandu ċerti limitazzjonijiet f'termini ta' preċiżjoni għal tqabbil madwar l-UE, u jemmen għalhekk li t-total tal-fatturat u tal-karta tal-bilanċ huma kriterji importanti wkoll għad-definizzjoni; jenfasizza, barra minn hekk, l-importanza tar-rikonoxximent xieraq ta' negozji ġodda u ta' "intrapriżi mikro" u b'hekk tal-akronimu MSME;
6. Jenfasizza li hemm il-ħtieġa għal simplifikazzjoni tat-termini "intrapriża assoċjata" u "intrapriża msieħba" u l-istatus tal-SMEs fil-fużjonijiet; iqis li huwa essenzjali li l-proċeduri, il-burokrazija u r-regoli applikabbli jiġu ssimplifikati; jistieden lill-Kummissjoni biex, f'dan ir-rigward, tissimplifika r-regoli applikabbli; huwa tal-fehma li, jekk in-negozji l-ġodda jaħdmu flimkien ma' intrapriżi konġunti, l-intrapriżi li jkunu assoċjati mal-intrapriżi konġunti m'għandhomx jitqiesu meta jiġi vvalutat l-istatus ta' SME tan-negozju l-ġdid, sakemm dan ma jkunx kostruzzjoni artifiċjali u ma jkunx hemm aktar konnessjonijiet bejn in-negozju l-ġdid u l-intrapriżi assoċjati;
7. Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa l-aggregazzjoni ta' intrapriżi, b'mod partikolari r-raggruppamenti u n-netwerks tan-negozji, bil-għan li tippromwovi r-razzjonalizzazzjoni tal-ispejjeż u ttejjeb l-iskambju tal-għarfien u tal-kompetenzi, b'referenza partikolari għall-innovazzjoni marbuta kemm ma' prodotti/servizzi kif ukoll ma' proċessi.
Punti oħra marbuta mad-definizzjoni ta' SME
8. Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni favur in-negozji l-ġodda u n-negozji li qed jespandu; iqis il-promozzjoni tal-intraprenditorija bħala importanti għat-tkabbir ekonomiku fl-Unjoni; jilqa' l-perjodu tranżitorju ta' sentejn li matulu, pereżempju, kumpaniji b'rata għolja ta' tkabbir iżommu status ta' SME; jitlob li ssir evalwazzjoni tal-ħtieġa biex jiġi estiż il-perjodu tranżitorju; jistieden lill-Kummissjoni tkompli taħdem fuq l-assistenza tal-intraprendituri, in-negozji l-ġodda u l-SMEs rigward inizjattivi ta' ġbir ta' fondi, inklużi dawk ġodda bħall-crowdfunding;
9. Huwa tal-fehma li l-istrumenti tad-diplomazija ekonomika użati fil-livell tal-UE, bħall-Missjoni għat-Tkabbir, jistgħu jintużaw biex jindirizzaw l-isfidi ekonomiċi u jisfruttaw l-opportunitajiet ekonomiċi fil-livell dinji b'mod aktar effettiv; jistieden lill-Kummissjoni żżid l-isforzi tagħha f'dak il-qasam fil-qafas tal-istrateġija tal-politika industrijali tal-UE, mingħajr ma toħloq strutturi doppji; jitlob, f'dan ir-rigward, l-iżvilupp ta' indikatur ta' "potenzjal tal-esportazzjoni skont id-daqs tal-intrapriża", sabiex jittejbu l-informazzjoni u l-eżempji tal-aħjar prattika dwar opportunitajiet għall-internazzjonalizzazzjoni u l-kompetittività internazzjonali tal-SMEs, u li l-SMEs jingħataw appoġġ addizzjonali b'potenzjal għoli ta' esportazzjoni;
10. Jinsab imħasseb dwar il-fatt li, minkejja l-kontribut konsiderevoli li jagħtu għall-impjieg u t-tkabbir bis-saħħa tal-produttività tagħhom, il-MidCaps (l-intrapriżi li jmorru lil hinn mid-definizzjoni tal-SMEs iżda li għandhom strutturi tipiċi tal-intrapriżi ta' daqs medju) ma jirċevux attenzjoni xierqa minn dawk li jfasslu l-politika; jappella, għalhekk, lill-Kummissjoni tikkunsidra l-istabbiliment ta' definizzjoni separata għal dawn il-kumpaniji sabiex ikun hemm possibbiltà ta' miżuri mmirati għall-MidCaps filwaqt li jiġi evitat ir-riskju li d-definizzjoni tal-SME titwessa' sal-punt li tkun detrimentali għall-objettivi oriġinali tagħha;
11. Jinnota li, apparti l-SMEs, il-ħaddiema freelance u l-intrapriżi l-kbar, il-MidCaps jikkontribwixxu wkoll għall-impjiegi u t-tkabbir, speċjalment bis-saħħa tal-produttività tagħhom, u għalhekk jistħoqqilhom livell ġust ta' attenzjoni fil-politiki tal-UE;
12. Jistieden lill-Kummissjoni, biex, flimkien mal-miżuri prijoritarji għall-SMEs tal-UE, tistudja l-possibbiltà ta' inizjattiva mmirata lejn iffinanzjar, li tkopri l-aċċess għall-kollaborazzjoni fir-riċerka, l-istrateġiji tat-tranżizzjoni diġitali, l-iżvilupp ta' swieq tal-esportazzjoni;
Obbligi ta' Rappurtar, statistiki, studji u valutazzjonijiet tal-impatt
13. Jemmen li l-programmi COSME, FP9 u Fondi Strutturali futuri taħt il-QFP li jmiss għandhom ikomplu jallokaw ammonti suffiċjenti biex jappoġġaw lill-SMEs li jfittxu li jkunu innovattivi u jiġġeneraw l-impjiegi;
14. Jissottolinja l-importanza li tinżamm definizzjoni ċara u komuni tal-SMEs fil-kuntest tan-negozjati għaddejja dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea, peress li l-SMEs huma definiti fil-liġi tal-UE u ħafna drabi jingħatalhom status speċjali fil-ftehimiet kummerċjali tal-Unjoni;
15. Jistieden lill-Kummissjoni twettaq studju komprensiv tal-impatt possibbli tad-definizzjoni ta' SME fuq l-iżvilupp kummerċjali u l-effetti tal-"lock-in", jiġifieri meta intrapriżi deliberatament jagħżlu li ma jespandux sabiex jevitaw piżijiet burokratiċi u obbligi oħra li jirriżultaw mit-telf tal-istatus ta' SME tagħhom;
16. Jissottolinja li intrapriżi lokali żgħar li joffru servizzi pubbliċi u li jissodisfaw il-kriterji tal-SMEs iwettqu kompiti importanti għall-komunitajiet lokali għandhom għeruq fondi fl-ambjent tan-negozju lokali tagħhom u, inter alia, joħolqu l-prekundizzjonijiet ġusti għat-tkabbir tal-SMEs l-oħra kollha; jinnota li s-sjieda pubblika ma timplikax neċessarjament appoġġ finanzjarju jew regolatorju mill-entità pubblika bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, liġijiet dwar l-għajnuna mill-istat jew entitajiet pubbliċi dgħajfa mil-lat finanzjarju; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, għaldaqstant, twettaq studju dwar l-impatti tad-definizzjoni dwar intrapriżi pubbliċi li huma finanzjarjament indipendenti, organizzati fil-qafas tal-liġi privata jew li joperaw taħt kundizzjonijiet kompetittivi ma' kumpaniji privati;
17. Jistieden lill-Kummissjoni twettaq studju tal-fattibbiltà ta' definizzjonijiet ta' SME speċifiċi għas-settur, sabiex jiġi eżaminat bir-reqqa l-impatt ta' tali approċċ fuq dawn is-setturi tal-ekonomija u l-valur miżjud ġenerat;
18. Jitlob li t-test tal-impatt tal-SMEs li jimplimenta l-prinċipju "Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir" jiġi magħmul obbligatorju għall-proposti leġiżlattivi kollha tal-UE, lil hinn mill-inizjattivi tal-Kummissjoni stess; jenfasizza li r-riżultat ta' dan it-test għandu jiġi indikat b'mod ċar fil-valutazzjoni tal-impatt għall-proposti leġiżlattivi kollha; jistieden lill-Kummissjoni tassumi tali impenn fil-Ftehim Interistituzzjonali li jmiss dwar tfassil aħjar tal-liġijiet, u huwa tal-fehma li jista' jiġi kkunsidrat aġġornament tas-Small Business Act għall-Ewropa;
Għajnuna għall-SMEs fir-rigward tad-definizzjoni
19. Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jipprovdu għajnuna lill-intrapriżi dwar il-proċeduri użati fid-determinazzjoni tal-istatus tal-SMEs u l-informazzjoni dwar kwalunkwe bidla li tikkonċerna d-definizzjoni jew il-proċeduri tal-SMEs, fil-ħin u b'mod ottimali;
o o o
20. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2018 lill-Kunsill, il-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar il-Ftehim Komprensiv UE-Ażerbajġan (2017/2056(INI))
– wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3 u 8 u t-Titolu V, b'mod partikolari l-Artikoli 21, 22 u 36, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif ukoll il-Ħames Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
– wara li kkunsidra l-varar ta' negozjati bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ażerbajġan fis-7 ta' Frar 2017 dwar ftehim komprensiv ġdid li ser jieħu post il-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni tal-1999 bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Ażerbajġan, min-naħa l-oħra(1),
– wara li kkunsidra l-adozzjoni min-naħa tal-Kunsill, fis-7 ta' Novembru 2016, tad-direttivi ta' negozjati għal dan il-ftehim,
– wara li kkunsidra l-Memorandum ta' Qbil dwar Sħubija Strateġika bejn l-UE u l-Ażerbajġan fil-qasam tal-enerġija tas-7 ta' Novembru 2006,
– wara li kkunsidra r-riżultati ewlenin tal-15-il laqgħa tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ażerbajġan tad-9 ta' Frar 2018,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2017 dwar ir-relazzjonijiet UE-Ażerbajġan fi ħdan il-qafas tal-PEV riveduta (SWD(2017)0485),
– wara li kkunsidra l-messaġġ tal-Bureau tal-Assemblea Parlamentari Euronest lill-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern tat-30 ta' Ottubru 2017,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2017 lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) dwar is-Sħubija tal-Lvant, fit-tħejjija għas-Summit ta' Novembru 2017(2),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2017 dwar ir-rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-politika estera u ta' sigurtà komuni(3),
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet konġunti tas-summits tas-Sħubija tal-Lvant, inkluża dik tal-24 ta' Novembru 2017,
– wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni tal-Kummissjoni u tas-SEAE ta' Ġunju 2016 dwar "Strateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni Ewropea", u b'mod partikolari l-prinċipji ewlenin tagħha,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Ġunju 2017 dwar il-każ tal-ġurnalist Ażerbajġan Afgan Mukhtarli(4), u riżoluzzjonijiet oħra dwar l-Ażerbajġan, b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt,
– Wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-14 ta' Jannar 2018 tal-Kelliem għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà/Politika Ewropea tal-Viċinat u n-Negozjati ta' Tkabbir dwar il-kundanna tal-ġurnalist Afgan Mukhtarli fl-Ażerbajġan,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-11 ta' Ottubru 2017 tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-funzjonament tal-istituzzjonijiet demokratiċi fl-Ażerbajġan,
– wara li kkunsidra l-varar ta' proċeduri ta' ksur fil-5 ta' Diċembru 2017 mill-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa minħabba r-rifjut kontinwu tal-awtoritajiet tal-Ażerbajġan li jimplimentaw is-sentenza Ilgar Mammadov vs. Ażerbajġan tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE/ODIHR) dwar il-Missjoni ta' Valutazzjoni tal-Ħtiġijiet tat-2 ta' Marzu 2018 dwar l-elezzjoni presidenzjali bikrija fl-Ażerbajġan,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 108(4) u 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-pożizzjoni fil-forma ta' emendi tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0185/2018),
A. billi s-Sħubija tal-Lvant (SL) hija bbażata fuq impenn kondiviż bejn l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarussja, il-Georgia, il-Moldova, l-Ukrajna u l-Unjoni Ewropea għall-approfondiment tar-relazzjonijiet tagħhom u r-rispett tad-dritt internazzjonali u l-valuri fundamentali, inklużi d-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali; billi l-ftehim ġdid bejn l-UE u l-Ażerbajġan ser javvanza l-interessi tal-Unjoni fir-reġjun kif ukoll ser jippromwovi l-valuri tagħha;
B. billi l-Parlament huwa favur approfondiment tar-relazzjonijiet mal-membri kollha tas-Sħubija tal-Lvant dment li jirrispettaw dawn il-valuri fundamentali; billi, fi ħdan il-politika tas-SL, il-mudell "SL+" attraenti u fuq perjodu twil propost mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2017 dwar is-Sħubija tal-Lvant, li eventwalment jista' jwassal biex dawn jingħaqdu mal-unjonijiet doganali, tal-enerġija u dik diġitali u maż-żona Schengen, fost oħrajn, għandu wkoll ikun miftuħ għal pajjiżi li m'għandhomx ftehim ta' assoċjazzjoni mal-UE – bħall-Ażerbajġan – ladarba jkunu lesti għal tali impenji msaħħa u jkunu għamlu progress sinifikanti fl-implimentazzjoni tar-riformi li ntlaħaq ftehim reċiproku dwarhom;
C. billi r-relazzjonijiet UE-Ażerbajġan bħalissa huma rregolati mill-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni tal-1999; billi l-UE hija bil-wisq l-akbar sieħba kummerċjali tal-Ażerbajġan, kemm f'termini ta' importazzjonijiet kif ukoll ta' esportazzjonijiet, hekk li tirrappreżenta 48,6 % tal-kummerċ totali tal-Ażerbajġan u hija wkoll l-akbar sors ta' investiment dirett; billi l-Ażerbajġan huwa sieħeb strateġiku tal-enerġija għall-UE, li jippermetti li l-UE tiddiversifika s-sorsi ta' enerġija; billi, madankollu, l-ekonomija tal-Ażerbajġan tiddependi miż-żejt u l-gass għal madwar 90 % tal-esportazzjonijiet tagħha, u b'hekk hija vulnerabbli għax-xokkijiet u l-varjazzjonijiet esterni fil-prezzijiet globali taż-żejt; billi l-Ażerbajġan għadu mhuwiex membru tad-WTO, u billi dan iwassal għal ostakli tariffarji u mhux tariffarji kbar li jxekklu r-relazzjonijiet kummerċjali u professjonali mal-UE;
D. billi l-UE u l-Ażerbajġan fid-Dikjarazzjoni Konġunta tas-Summit tas-Sħubija tal-Lvant tal-24 ta' Novembru 2017 issottolinjaw li "b'mod differenzjat, l-UE ser tkompli tiddiskuti b'mod konġunt ma' kull wieħed mill-pajjiżi sħab, fosthom l-Armenja, l-Ażerbajġan u l-Belarussja, għażliet attraenti u realistiċi biex jissaħħaħ il-kummerċ reċiproku u jiġi mħeġġeġ l-investiment biex jiġu riflessi l-interessi komuni, il-politika riformata dwar l-investiment fir-rigward tal-protezzjoni tal-investiment, kif ukoll ir-regoli kummerċjali internazzjonali u l-istandards internazzjonali marbutin mal-kummerċ, inkluż fil-qasam tal-proprjetà intellettwali, u biex jingħata kontribut għall-modernizzazzjoni u d-diversifikazzjoni tal-ekonomiji";
E. billi l-ftehim ġdid huwa mistenni li jkollu impatt pożittiv fuq l-Ażerbajġan f'termini ta' promozzjoni ta' standards demokratiċi, tkabbir u żvilupp ekonomiku; billi dawn il-prospetti huma partikolarment importanti għaż-żgħażagħ tal-Ażerbajġan f'termini ta' trawwim ta' ġenerazzjoni ġdida ta' ċittadini tal-Ażerbajġan edukati, bil-ħsieb tar-rispett tal-valuri fundamentali tagħna u l-modernizzazzjoni tal-pajjiż; billi soċjetà ċivili li tiffunzjona b'mod tajjeb hija prekundizzjoni essenzjali għall-iżgurar tad-diversifikazzjoni ekonomika;
1. Jirrakkomanda dan li ġej lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà:
Prinċipji ġenerali, valuri fundamentali u impenn għar-riżoluzzjoni tal-kunflitti
(a)
jiġi żgurat li l-approfondiment tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Ażerbajġan isir bil-kundizzjoni li dan tal-aħħar iżomm u jirrispetta l-valuri u tal-prinċipji fundamentali tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, inklużi l-libertà ta' espressjoni u assoċjazzjoni, id-drittijiet tal-minoritajiet u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-interess taż-żewġ partijiet u b'mod partikolari taċ-ċittadini tagħhom;
(b)
l-awtoritajiet tal-Ażerbajġan jitfakkru dwar il-pożizzjoni tal-Parlament kif espressa fir-rakkomandazzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2017 dwar is-Sħubija tal-Lvant, li tappella lill-Ażerbajġan biex ikun konformi mal-impenji internazzjonali tiegħu u li mingħajr ambigwità tiddikjara li l-ebda ftehim komprensiv mhu ser jiġi ratifikat ma' pajjiż li ma jirrispettax il-valuri fundamentali u d-drittijiet tal-UE, b'mod partikolari fir-rigward tan-nuqqas ta' implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-QEDB u fir-rigward tal-fastidju, l-intimidazzjoni u l-persekuzzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, l-NGOs, il-membri tal-oppożizzjoni, l-avukati, il-ġurnalisti u l-attivisti ambjentali; jiġi żgurat li l-priġunieri politiċi u l-priġunieri minħabba twemmin kollha fl-Ażerbajġan jiġu rilaxxati – kif imħabbar mill-awtoritajiet tal-pajjiż – qabel kwalunkwe ftehim ġdid UE-Ażerbajġan; jiġi żgurat li fil-ftehim il-ġdid jiġi inkluż mekkaniżmu ta' sospensjoni speċifiku b'dispożizzjonijiet ċari dwar ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali;
(c)
l-awtoritajiet tal-Ażerbajġan jitfakkru dwar il-pożizzjoni tal-Parlament, espressa fl-istess rakkomandazzjoni, skont liema r-ratifika ta' ftehimiet ġodda bejn l-UE u kull waħda mill-partijiet fil-kunflitt tan-Nagorno-Karabakh għandha tkun kundizzjonali għal impenji sinifikanti u għal progress sostanzjali għal soluzzjoni paċifika tal-kunflitt, bħaż-żamma tal-waqfien mill-ġlied u l-appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Prinċipji Bażiċi 2009 tal-OSKE u għall-isforzi tal-Kopresidenti tal-Grupp ta' Minsk tal-OSKE; tittenna l-ħtieġa li kemm is-soċjetà ċivili tal-Armenja kif ukoll dik tal-Ażerbajġan jiġu involuti fi kwalunkwe proċess ta' negozjar;
(d)
jiġi żgurat li l-ftehim futur mal-Ażerbajġan ikun ambizzjuż, komprensiv u jħares 'il quddiem, kompatibbli mal-aspirazzjonijiet kemm tal-UE kif ukoll tal-Ażerbajġan abbażi tal-valuri u l-interessi kondiviżi u allinjati mal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, u li joffri benefiċċji tanġibbli u konkreti għaż-żewġ naħat, mhux biss għall-kumpaniji l-kbar iżda wkoll b'kunsiderazzjoni meħuda tal-karatteristiċi speċifiċi tal-SMEs u għaċ-ċittadini tal-UE u tal-Ażerbajġan;
(e)
jiġi żgurat progress rapidu u kostanti fin-negozjati, bl-objettiv li dan il-ftehim ġdid jiġi ffirmat qabel is-Summit li jmiss tas-Sħubija tal-Lvant fl-2019, dejjem jekk il-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq jiġu ssodisfati;
(f)
jiġu kkomunikati b'mod attiv u ċar l-għanijiet u l-kundizzjonalità tal-ftehim il-ġdid u tal-proċess ta' negozjar li għaddej sabiex tittejjeb it-trasparenza u s-sensibilizzazzjoni pubblika, kemm fl-Ażerbajġan kif ukoll fl-UE, u dwar l-opportunitajiet u l-benefiċċji li huma mistennija jirriżultaw mill-konklużjoni tiegħu, ukoll bħala oppożizzjoni għall-kampanji kollha ta' diżinformazzjoni;
Djalogu politiku u kooperazzjoni reġjonali
(g)
isir provvediment għal djalogu politiku regolari u profond sabiex jiġu inkoraġġuti riformi b'saħħithom maħsuba għat-tqawwija tal-istituzzjonijiet u t-tisħiħ tal-kondiviżjoni tal-poteri bejniethom, sabiex dawn isiru aktar demokratiċi u indipendenti, jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem u l-libertà tal-midja u biex jiżviluppaw ambjent regolatorju li fih is-soċjetà ċivili tista' topera mingħajr interferenza barra minn lokha, inkluż fil-proċess ta' riforma;
(h)
jiġu stabbiliti miżuri speċifiċi maħsuba għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-OSKE/ODHIR u tal-Kummissjoni ta' Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa bil-ħsieb li jiġi żgurat li jsir progress għal elezzjonijiet u referenda inklużivi, kompetittivi u trasparenti li jiggarantixxu espressjoni libera u ġusta tal-fehmiet u tal-aspirazzjonijiet taċ-ċittadini tal-Ażerbajġan;
(i)
jiġu appoġġjati bis-sħiħ il-konklużjonijiet preliminari tal-OSKE u tal-missjoni ta' osservazzjoni elettorali tal-Kunsill tal-Ewropa fir-rigward tal-elezzjonijiet presidenzjali bikrija fil-11 ta' April 2018 li skonthom "l-elezzjoni kienet nieqsa minn kompetizzjoni ġenwina" minħabba "l-ambjent politiku restrittiv", "qafas legali li jillimita d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali", "nuqqas ta' pluraliżmu, inkluż fil-midja", "in-nuqqas ta' rispett mifrux għall-proċeduri obbligatorji, in-nuqqas ta' trasparenza u l-għadd kbir ta' irregolaritajiet serji bħat-tfigħ ta' voti żejda";
(j)
jinkisbu dispożizzjonijiet li jsaħħu l-kooperazzjoni fil-promozzjoni tal-paċi u l-ġustizzja internazzjonali, u b'mod partikolari biex jiġi insistit li l-Ażerbajġan jaderixxi mal-obbligi internazzjonali tiegħu, inkluż li bħala membru tal-Kunsill tal-Ewropa jsegwi d-deċiżjonijiet tal-QEDB; l-Ażerbajġan jitħeġġeġ jirratifika l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (ICC); jitfittex li jinkisbu wkoll miżuri b'saħħithom ta' kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-proliferazzjoni ta' armi ta' qerda massiva, kif ukoll fl-indirizzar tal-kummerċ illeċitu ta' armi ħfief u ta' kalibru żgħir;
(k)
tiġi prevista kooperazzjoni aktar mill-qrib fi kwistjonijiet ta' politika barranija, difiża u sigurtà sabiex tiġi żgurata, kemm jista' jkun possibbli, konverġenza, b'mod partikolari fir-rigward tar-rispons għal theddid globali u sfidi, inkluż it-terroriżmu, il-prevenzjoni ta' kunflitti, il-ġestjoni ta' kriżijiet u l-kooperazzjoni reġjonali, filwaqt li titqies ukoll il-politika barranija diversifikata tal-Ażerbajġan; jiġi appoġġjat l-iffirmar ta' Ftehim Qafas ta' Parteċipazzjoni (FPA) bejn l-UE u l-Ażerbajġan bħala bażi legali u politika għal kooperazzjoni fil-missjonijiet u operazzjonijiet tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni (PSDK);
(l)
jiġi żgurat li tingħata prijorità għolja lid-djalogu bejn l-Ażerbajġan u l-Armenja u lil parteċipazzjoni msaħħa tal-UE fis-soluzzjoni paċifika tal-kunflitt tan-Nagorno-Karabakh skont il-Prinċipji Bażiċi 2009 tal-OSKE u b'mod partikolari bl-appoġġ tal-Kopresidenti tal-Grupp ta' Minsk tal-OSKE, li jippromwovu l-inizjattivi kollha li jwasslu għall-konsolidament tal-paċi bħal osservazzjoni tal-waqfien mill-ġlied min-naħat kollha, djalogu fil-livelli kollha, inklużi taħditiet ta' livell għoli, limitazzjoni tad-diskors ta' mibegħda, miżuri ġenwini għat-tisħiħ tal-fiduċja, żieda sostanzjali f'osservaturi internazzjonali tal-OSKE u skambji approfonditi bejn is-soċjetà ċivili tal-Armenja u dik tal-Ażerbajġan, inkluż bejn il-figuri reliġjużi u kulturali, sabiex is-soċjetajiet tal-Armenja u tal-Ażerbajġan jitħejjew għal koeżistenza paċifika; jiġi espress tħassib profond għaż-żieda fil-preżenza militari u l-infiq sproporzjonat għad-difiża fir-reġjun;
(m)
jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi li jappoġġjaw l-isforzi importanti tal-awtoritajiet biex jgħinu għadd kbir ta' rifuġjati u persuni spostati f'pajjiżhom, u biex jiġu appoġġjati l-persuni ċivili li jgħixu f'żoni ta' kunflitt fi ħdan il-fruntieri tal-Ażerbajġan li huma rikonoxxuti f'livell internazzjonali; jiġi insistit li d-drittijiet tal-persuni kollha li jgħixu fil-fruntieri tal-Ażerbajġan, b'mod temporanju jew permanenti, jiġu rrispettati; isir kontribut partikolari għar-rispett tad-dritt tagħhom li jerġgħu lura fid-djar u tintroddilhom lura l-proprjetà tagħhom u li jingħataw kumpens mill-partijiet kollha għall-kunflitt f'konformità mad-deċiżjonijiet tal-QEDB;
L-istat tad-dritt, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali
(n)
jingħata appoġġ għal riforma tal-ġudikatura maħsuba biex tiżgura l-imparzjalità u l-indipendenza tagħha mill-eżekuttiv u ssaħħaħ l-istat tad-dritt; b'mod partikolari, biex tiġi żgurata l-indipendenza tal-professjonisti legali billi titneħħa l-interferenza mhux dovuta għall-ħidma tal-avukati, l-avukati prattikanti indipendenti jitħallew jirrappreżentaw klijenti bis-saħħa ta' prokura notarili u jintemmu s-setgħat arbitrarji tal-Avokatura tal-Ażerbajġan li tħassar lil avukati mir-reġistru u tiċħad l-ammissjoni ta' membri ġodda;
(o)
jingħata wkoll appoġġ għall-iżvilupp ta' qafas b'saħħtu għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; tiġi ssottolinjata l-importanza tar-rappreżentanza tan-nisa fil-livelli kollha tal-gvern, inkluża l-parteċipazzjoni ugwali, sħiħa u attiva tagħhom fil-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti u biex l-Ażerbajġan jitħeġġeġ jiffirma l-Konvenzjoni ta' Istanbul dwar il-prevenzjoni tal-vjolenza fuq in-nisa u tal-vjolenza domestika u l-ġlieda kontra dawn it-tipi ta' vjolenza;
(p)
jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi bħala appoġġ lill-Ażerbajġan fil-ġlieda kontra l-kriminalità ekonomika, inklużi l-korruzzjoni, il-ħasil tal-flus u l-evażjoni tat-taxxa; tiġi promossa aktar trasparenza fir-rigward tas-sidien benefiċjarji ta' kumpaniji u trusts, kif ukoll dwar l-attivitajiet finanzjarji tal-kumpaniji kbar f'termini ta' profitti ġġenerati u taxxa mħallsa; jiġu appoġġjati l-investigazzjonijiet dwar l-iskemi ta' ħasil tal-flus, b'mod partikolari "l-każ Laundromat", u jiġu stabbiliti mekkaniżmi speċifiċi ta' superviżjoni u kontroll, bħal aċċess ristrett għas-sistema bankarja Ewropea għal dawk involuti fil-ħasil tal-flus u fi skemi ta' frodi;
(q)
jsir provvediment għal aktar kooperazzjoni u li l-Ażerbajġan jingħata appoġġ fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-kriminalità organizzata u ċ-ċiberkriminalità, u fil-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni u tal-kriminalità transkonfinali; issir ħidma konġunta, b'mod partikolari, fil-ġlieda kontra l-iskemi ta' reklutaġġ minn organizzazzjonijiet terroristiċi;
(r)
jiġu inklużi dispożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tad-dritt penali fl-Ażerbajġan relatati mal-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u li jkunu maħsuba għat-tmiem tal-prosekuzzjonijiet u s-sekwestri politiċi, il-projbizzjonijiet arbitrarji fuq vjaġġar, azzjonijiet kontra dissidenti politiċi, inkluż permezz ta' malafama, u kontra l-ġurnalisti indipendenti, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, ir-rappreżentanti ta' NGOs u l-membri l-aktar vulnerabbli tas-soċjetà, bħall-membri ta' ċerti gruppi ta' minoranza inkluża l-komunità LGBTQI; jiġi żgurat li referenzi speċifiċi għal dawn il-gruppi jiġu inklużi fil-ftehim; jiġi mtenni li dawn il-prattiki mhumiex aċċettabbli għal kwalunkwe pajjiż sieħeb potenzjali tal-UE; jiġi stabbilit forum imsaħħaħ għal djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem, li jkun effettiv u jagħti riżultati, bejn l-UE u l-Ażerbajġan b'konsultazzjoni mal-NGOs internazzjonali prinċipali u l-NGOs tal-Ażerbajġan li huma tassew indipendenti u kull sena ssir valutazzjoni dwar il-progress li jsir waqt id-djalogu meta mqabbel ma' parametri referenzjarji konkreti;
(s)
issir insistenza dwar l-adozzjoni tal-emendi rilevanti fil-liġi sabiex ikunu possibbli l-attivitajiet leġittimi tas-soċjetà ċivili, it-tneħħija ta' restrizzjonijiet żejda fuq ir-rekwiżiti ta' reġistrazzjoni l-operazzjonijiet u l-aċċess tagħhom għal reġistrazzjoni għal finanzjament u għotjiet barranin, u li jintemmu l-investigazzjonijiet kriminali żejda, ir-rapportar mhux meħtieġ lil diversi aġenziji tal-gvern, it-tiftix tal-uffiċċji, l-iffriżar tal-kontijiet, il-projbizzjonijiet fuq vjaġġar u l-persekuzzjoni ta' min imexxihom;
(t)
jiġi żgurat li, qabel il-konklużjoni tan-negozjati, l-Ażerbajġan jirrilaxxa l-priġunieri politiċi tiegħu u l-priġunieri tiegħu minħabba twemmin, inklużi, fost l-aktar każijiet emblematiċi, Ilgar Mammadov, Afgan Mukhtarli, Mehman Huseynov, Ilkin Rustamzada, Seymur Haziyev, Rashad Ramazanov, Elchin Ismayilli, Giyas Ibrahimov, Beyram Mammadov, Asif Yusifli u Fuad Gahramanli, ineħħi l-projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar ladarba rrilaxxati, inklużi dawk tal-ġurnalista Khadija Ismayilova u l-avukat Intigam Aliyev u li jimplimenta bis-sħiħ id-deċiżjonijiet tal-QEDB, b'mod partikolari fir-rigward ta' Ilgar Mammadov; jiġu żgurati l-ħelsien u t-titjib tas-sitwazzjoni ta' dawn l-individwi, inkluż ir-rinsedjament tagħhom u tal-familji tagħhom permezz tal-ġustizzja u tal-applikazzjoni tal-istat tad-dritt u l-protezzjoni tad-dissidenti Ażerbajġani fl-UE; jiġi kkundannat il-fatt li, għall-kuntrarju tal-avviżi tal-awtoritajiet tal-Ażerbajġan, l-ebda priġunier politiku elenkat hawn fuq ma ġie rrilaxxat, u aktar individwi ġew arrestati talli eżerċitaw b'mod paċifiku d-drittijiet kostituzzjonali tagħhom, inklużi membri tal-partiti tal-oppożizzjoni u l-avukat tad-drittijiet tal-bniedem Emin Aslan; jintalab il-ħelsien immedjat tal-avukat tad-drittijiet tal-bniedem Emin Aslan mid-detenzjoni amministrattiva tiegħu u li jkun kompletament ikklerjat minn akkużi dubjużi ta' ‘nuqqas ta' ubbidjenza lejn il-pulizija’; jiġi żgurat li l-Ażerbajġan itemm l-użu ta' detenzjonijiet amministrattivi sabiex isikket il-kritiċi tal-gvern;;
(u)
jiġi żgurat li l-Ażerbajġan jirrispetta d-dritt għal-libertà ta' għaqda paċifika, ma jkomplix jirrestrinġi dan id-dritt b'modi li mhumiex kompatibbli mal-obbligi tiegħu fl-ambitu tad-dritt internazzjonali, inklużi l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB) u li minnufih u b'mod effettiv jinvestiga l-każijiet kollha ta' użu eċċessiv tal-forza, arresti arbitrarji u detenzjoni inġusta ta' dimostranti paċifiċi, inkluż b'rabta mad-dimostrazzjonijiet tal-oppożizzjoni f'Settembru 2017 u Marzu 2018 li ġew sanzjonati, u li jressaq lil dawk ħatja quddiem il-ġustizzja;
(v)
jittieħed impenn, qabel il-konklużjoni tan-negozjati, minn naħa tal-awtoritajiet tal-Ażerbajġan sabiex japplikaw il-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra, u li dawn jinvestigaw b'mod ġenwin kull każ ta' maltrattament tal-priġunieri politiċi u l-priġunieri minħabba twemmin, b'mod partikolari l-każ tad-deċedut Mehman Galandarov, li miet waqt li kien detenut fl-Ażerbajġan, u l-membri tal-komunità LGBTQI li ġew iffastidjati u arrestati fi gruppi f'Settembru 2017;
(w)
issir enfasi rigward it-tħassib tal-UE dwar l-istat kurrenti tal-libertà tal-istampa fl-Ażerbajġan, ikklassifikata fil-163 post minn 180 pajjiż fl-Indiċi tal-Libertà tal-Istampa tal-2018 imfassal minn Reporters Mingħajr Fruntieri; tiġi ssottolinjata l-importanza ta' midja ħielsa u indipendenti, kemm offline kif ukoll online, u jiġi żgurat appoġġ imsaħħaħ għall-UE, kemm politiku kif ukoll finanzjarju, għal midja libera u pluralistika fl-Ażerbajġan, b'indipendenza editorjali minn gruppi politiċi u oligarkiċi gruppi dominanti u f'konformità mal-istandards tal-UE; l-awtoritajiet jintalbu jiżblokkaw l-aċċess għas-siti web ta' Azadliq, u ta' aġenziji tal-aħbarijiet li spiċċaw joperaw minn barra l-pajjiż: Radio Free Europe/Radio Liberty (RFE/RL) Azerbaijan Service, Meydan TV u Azerbaycan Saati;
Kooperazzjoni kummerċjali u ekonomika
(x)
jiġu inklużi dispożizzjonijiet kummerċjali u ta' investiment ġusti u ambizzjużi, kemm jista' jkun kompatibbli mal-istatus tal-Ażerbajġan bħala stat mhux membru tad-WTO, li jkunu kompletament konformi u ma jdgħajfux l-istandards tal-UE, b'mod partikolari dawk dwar is-sanità, il-fitosanità, l-ambjent, ix-xogħol, is-soċjetà, il-bilanċ bejn il-ġeneri u n-nondiskriminazzjoni, u jiġu żgurati r-rikonoxximent u l-ħarsien tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inklużi l-indikazzjonijiet ġeografiċi, b'mod partikolari l-inbejjed u l-ispirti; l-Ażerbajġan jiġi appoġġjat fil-proċess tiegħu ta' adeżjoni mad-WTO;
(y)
jiġu implimentati miżuri sodi li jiżguraw progress rapidu għat-titjib tal-klima kummerċjali u tal-investiment fl-Ażerbajġan, b'mod partikolari rigward it-tassazzjoni u l-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi u l-akkwist pubbliku – b'referenza għar-regoli stabbiliti fil-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi tad-WTO – sabiex jippermettu aktar trasparenza, governanza aħjar u obbligu ta' rendikont, aċċess ugwali u kompetizzjoni ġusta;
Enerġija u oqsma oħra ta' kooperazzjoni
(z)
isir provvediment għal aktar kooperazzjoni fis-settur tal-enerġija skont is-sħubija strateġika fl-enerġija tal-UE u tal-Ażerbajġan u l-prestazzjoni passata tal-Ażerbajġan bħala fornitur affidabbli tal-enerġija, filwaqt li madankollu jitqiesu s-sospensjoni u l-irtirar sussegwenti tal-Ażerbajġan mill-Inizjattiva għat-Trasparenza tal-Industriji Estrattivi (EITI) f'Marzu 2017 minħabba "l-bidliet fil-leġiżlatura tal-Ażerbajġan dwar l-NGOs" li ma kinux konformi mar-rekwiżiti tas-soċjetà ċivili tal-grupp; l-Ażerbajġan jitħeġġeġ jallinja ruħu mill-ġdid ma' dawn ir-rekwiżiti sabiex jissokta l-attivitajiet tiegħu fl-EITI;
(aa)
jiġu appoġġjati wkoll id-diversifikazzjoni tat-taħlita tal-enerġija tal-Ażerbajġan, il-promozzjoni tas-sorsi ta' enerġija bla karbonju u t-tħejjija għall-era ta' wara l-karbonju billi titnaqqas id-dipendenza fuq il-karburanti fossili u jiġi promoss l-użu tar-rinnovabbli, anke fl-interess tas-sigurtà tal-enerġija; tiġi appoġġjata t-tlestija tal-Kuritur tal-Gass tan-Nofsinhar wara li jiġi indirizzat it-tħassib importanti relatat mat-tibdil fil-klima u l-impatt fuq il-komunitajiet lokali fid-deċiżjoni tal-Bank Ewropew tal-Investiment dwar il-finanzjament tal-Pipeline tal-Gass Trans-Anatoljan (TANAP);
(ab)
jiġu implimentati dispożizzjonijiet ambizzjużi dwar il-ħarsien tal-ambjent u t-tibdil fil-klima bħala parti mill-ftehim il-ġdid, skont l-Aġenda tal-Unjoni dwar it-tibdil fil-klima u l-impenji taż-żewġ partijiet għall-ftehim ta' Pariġi, inkluż permezz tal-integrazzjoni ta' dawn il-politiki bħala parti minn politiki settorjali oħra;
(ac)
jiġu pprovduti prospetti ġodda għal kooperazzjoni msaħħa f'oqsma li mhumiex relatati mal-enerġija, b'mod partikolari fl-oqsma tal-edukazzjoni, is-saħħa, it-trasport, il-konnettività u t-turiżmu, sabiex jiddiversifikaw l-ekonomija tal-Ażerbajġan, jagħtu spinta lill-ħolqien tal-impjiegi, jimmodernizzaw setturi industrijali u tas-servizzi, u jistimulaw l-iżvilupp sostenibbli fi ħdan in-negozji u r-riċerka; jiġu organizzati aktar skambji bejn in-nies, kemm fil-livell Ewropew kif ukoll fl-iskambji reġjonali mal-NGOs tal-Armenja;
(ad)
tissaħħaħ il-kooperazzjoni rigward l-iskambji taż-żgħażagħ u tal-istudenti billi jissaħħu l-programmi eżistenti u ta' suċċess bħan-netwerk "Żgħażagħ tan-netwerk tal-Ġirien Ewropej" u billi jiġu żviluppati programmi ta' boroż ta' studju u korsijiet ta' taħriġ ġodda, kif ukoll billi tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni fi programmi fil-qasam ta' edukazzjoni ogħla, b'mod partikolari l-programm Erasmus+, li jippromwovu l-iżvilupp tal-ħiliet, inklużi l-ħiliet lingwistiċi, u jippermettu liċ-ċittadini tal-Ażerbajġan jiffamiljarizzaw ruħhom mal-UE u l-valuri tagħha;
(ae)
jiġi promoss ukoll it-tkabbir ekonomiku permezz tat-trasport u l-konnettività; jiġi estiż in-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T) lill-Ażerbajġan;
(af)
skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tas-Summit tas-Sħubija tal-Lvant tal-2017, jitqies "fi żmien xieraq, jekk il-kundizzjonijiet jippermettu, il-ftuħ ta' Djalogu dwar il-Liberalizzazzjoni tal-Viża mal-Armenja u l-Ażerbajġan rispettivament, dment li l-kundizzjonijiet għal mobbiltà ġestita tajjeb u sigura jkunu twettqu, inkluża l-implimentazzjoni effettiva ta' Ftehimiet ta' Faċilitazzjoni tal-Visa u ta' Riammissjoni bejn il-Partijiet";
Dispożizzjonijiet istituzzjonali
(ag)
jiġi żgurat li l-ftehim ikollu dimensjoni parlamentari b'saħħitha li ssaħħaħ id-dispożizzjonijiet attwali u l-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni sabiex ikunu possibbli li jiżdied il-kontribut u l-iskrutinju tal-implimentazzjoni tiegħu, b'mod partikolari permezz tal-istabbiliment ta' struttura interparlamentari aġġornata li tipprevedi djalogu regolari u kostruttiv bejn il-Parlament Ewropew u l-parlament tal-Ażerbajġan dwar l-aspetti kollha tar-relazzjonijiet tagħna, inkluża l-implimentazzjoni tal-ftehimiet;
(ah)
in-negozjati jitmexxew bl-akbar trasparenza possibbli; il-Parlament jiġi informat fl-istadji kollha tan-negozjati skont l-Artikolu 218(10) tat-TFUE, skont liema "Il-Parlament Ewropew għandu jinżamm informat immedjatament u kompletament fl-istadji kollha tal-proċedura"; jiġu pprovduti wkoll lill-Parlament it-testi ta' negozjati u l-minuti ta' kull ċiklu ta' negozjati; il-Kunsill jitfakkar li, minħabba l-ksur fil-passat tal-Artikolu 218(10) tat-TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea diġà annullat id-deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-konklużjoni ta' diversi ftehimiet; jitqies li fil-futur l-approvazzjoni tal-Parlament dwar ftehimiet ġodda tista' ma tingħatax sakemm il-Kunsill ma jkunx issodisfa l-obbligi ġuridiċi tiegħu;
(ai)
jiġi żgurat li l-ftehim ġdid ma jkunx soġġett għal applikazzjoni proviżorja sakemm il-Parlament ma jkunx ta l-kunsens tiegħu; jiġi enfasizzat li l-kunsens tal-Parlament dwar ftehimiet ġodda u ftehimiet futuri oħra jista' ma jingħatax jekk din il-kundizzjoni tiġi injorata;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jibgħat din ir-rakkomandazzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin kif ukoll lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika tal-Ażerbajġan.
Il-ftuħ ta' negozjati għal Ftehim UE-Ġordan dwar l-iskambju ta' data personali fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu
139k
54k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2018 dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati għal ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan dwar l-iskambju ta' data personali bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-awtoritajiet kompetenti tal-Ġordan fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu (COM(2017)0798 – 2018/2060(INI))
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati għal ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan dwar l-iskambju ta' data personali bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-awtoritajiet kompetenti tal-Ġordan fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu (COM(2017)0798),
– wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 7 u 8 tagħha,
– wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b'mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu, u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b'mod partikolari l-Artikoli 16 u 218 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI(1),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data)(2),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar ta' data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika)(3),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI tas-27 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni ta' data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali(4),
– wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI(5),
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Protezzjoni tad-Data (ETS Nru 108) u l-Protokoll Addizzjonali tat-8 ta' Novembru 2001 għall-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta' Data Personali f'dak li għandu x'jaqsam mal-awtoritajiet superviżorji u flussi ta' data transfruntiera (ETS Nru 181),
– wara li kkunsidra l-Opinjoni 2/2018 tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) dwar tmien mandati ta' negozjar sabiex jiġu konklużi ftehimiet internazzjonali li jippermettu l-iskambju ta' data bejn il-Europol u pajjiżi terzi,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Ottubru 2017 dwar il-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità(6),
– wara li kkunsidra l-ftehim li ntlaħaq mill-Parlament tal-UE u mill-Kunsill dwar l-proposta għal Regolament dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (COM(2017)0008), u b'mod partikolari l-Kapitolu dwar l-ipproċessar ta' data personali operazzjonali li japplika għall-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji tal-Unjoni meta jwettqu l-attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Kapitoli 4 u 5 tat-Titolu V tal-Parti Tlieta tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 108(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0232/2018),
A. billi r-Regolament (UE) 2016/794 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) jippermetti t-trasferiment ta' data personali lil awtorità ta' pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali, sa fejn tali trasferiment ikun neċessarju għat-twettiq tal-kompiti tal-Europol, abbażi ta' deċiżjoni ta' adegwatezza tal-Kummissjoni skont id-Direttiva (UE) 2016/680, ta' ftehim internazzjonali skont l-Artikolu 218 tat-TFUE li jipprevedi salvagwardji adegwati, jew ta' ftehimiet ta' kooperazzjoni li jippermettu l-iskambju ta' data personali konklużi qabel l-1 ta' Mejju 2017, u, f'sitwazzjonijiet eċċezzjonali, fuq bażi ta' każ b'każ taħt kundizzjonijiet stretti stabbiliti fl-Artikolu 25(5) tar-Regolament (UE) 2016/794 u dment li jkunu żgurati salvagwardji adegwati;
B. billi l-ftehimiet internazzjonali li jippermettu lill-Europol u lil pajjiżi terzi jikkooperaw u jiskambjaw data personali għandhom jirrispettaw l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-Artikolu 16 tat-TFUE, u b'hekk jirrispettaw il-prinċipju tal-limitazzjoni tal-iskop, id-dritt għal aċċess, id-dritt għal rettifika u jkunu soġġetti għal monitoraġġ minn awtorità indipendenti stipulata speċifikament mill-Karta, u jkunu meħtieġa u proporzjonati għat-twettiq tal-kompiti tal-Europol;
C. billi tali trasferiment għandu jkun ibbażat fuq ftehim internazzjonali konkluż bejn l-Unjoni u dak il-pajjiż terz skont l-Artikolu 218 tat-TFUE li jipprevedi garanziji adegwati fir-rigward tal-protezzjoni tal-privatezza u tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-individwi;
D. billi d-dokument ta' programmazzjoni tal-Europol 2018/2020(7) jirrileva r-rilevanza dejjem tikber ta' approċċ multidixxiplinari msaħħaħ, inkluża l-aggregazzjoni tal-għarfien espert u tal-informazzjoni meħtieġa minn firxa titwessa' ta' sħab, għat-twettiq tal-missjoni tal-Europol;
E. billi l-Parlament, fir-Riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Ottubru 2017 dwar il-Ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità, issottolinja li l-ftehimiet ta' kooperazzjoni strateġiċi u operazzjonali bejn il-Europol u pajjiżi terzi jiffaċilitaw kemm l-iskambju ta' informazzjoni kif ukoll kooperazzjoni prattika fil-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità;
F. billi l-Europol diġà stabbilixxa diversi ftehimiet dwar l-iskambju ta' data ma' pajjiżi terzi fil-passat, bħall-Albanija, l-Awstralja, il-Bożnija-Ħerżegovina, il-Kanada, il-Kolombja, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Georgia, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, il-Moldova, Monaco, il-Montenegro, in-Norveġja, is-Serbja, l-Iżvizzera, l-Ukrajna, l-Istati Uniti tal-Amerka;
G. billi l-KEPD ilu l-kontrollur tal-Europol sa mill-1 ta' Mejju 2017, u huwa wkoll il-konsulent tal-istituzzjonijiet tal-UE għal dak li jikkonċerna l-politiki u l-leġiżlazzjoni relatati mal-protezzjoni tad-data;
1. Iqis li n-neċessità tal-kooperazzjoni mar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan fil-qasam tal-infurzar tal-liġi għall-interessi tas-sigurtà tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll il-proporzjonalità tagħha, jeħtieġ li jiġu vvalutati sewwa; jitlob li l-Kummissjoni, f'dan il-kuntest, twettaq valutazzjoni tal-impatt eżawrjenti; jirrileva li hemm bżonn ta' kawtela xierqa fid-definizzjoni ta' mandat ta' negozjar għal ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan dwar l-iskambju ta' data personali bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-awtoritajiet kompetenti tal-Ġordan fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu;
2. Iqis li l-konsistenza sħiħa mal-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, kif ukoll ma' drittijiet u libertajiet fundamentali oħra protetti mill-Karta, għandha tkun żgurata fil-pajjiżi terzi riċeventi; jistieden lill-Kunsill, f'dan ir-rigward, jikkompleta l-linji gwida tan-negozjar proposti mill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati f'din ir-riżoluzzjoni;
3. Jieħu nota li, sal-lum, ma twettqet l-ebda valutazzjoni tal-impatt xierqa sabiex jiġu vvalutati fil-fond ir-riskji li jirriżultaw minn trasferimenti ta' data personali lir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan fir-rigward tad-drittijiet tal-individwi għall-privatezza u għall-protezzjoni tad-data, iżda wkoll għal drittijiet u libertajiet fundamentali oħra protetti mill-Karta; jitlob li l-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-impatt xierqa sabiex tiddefinixxi s-salvagwardji meħtieġa li għandhom jiġu integrati fil-ftehim;
4. Jinsisti li l-livell ta' protezzjoni li jirriżulta mill-ftehim għandu jkun essenzjalment ekwivalenti għal-livell ta' protezzjoni fid-dritt tal-UE; jenfasizza li, jekk tali livell ma jistax jiġi ggarantit, kemm fil-liġi u kemm fil-prattika, il-ftehim ma jistax jiġi konkluż;
5. Jitlob li, sabiex jirrispetta bis-sħiħ l-Artikolu 8 tal-Karta u l-Artikolu 16 tat-TFUE u sabiex tiġi evitata kwalunkwe responsabbiltà potenzjali tal-Europol rigward ksur tad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data li jirriżulta mit-trasferiment ta' data personali mingħajr is-salvagwardji meħtieġa u xierqa, il-ftehim jinkludi dispożizzjonijiet stretti u speċifiċi li jimponu r-rispett tal-prinċipju tal-limitazzjoni tal-iskop b'kundizzjonijiet ċari għall-ipproċessar tad-data personali trażmessa;
6. Jitlob li l-Linja Gwida B tiġi kkompletata biex tindika espressament il-qbil li l-Europol, skont l-Artikolu 19 tar-Regolament dwar il-Europol, għandu jirrispetta kwalunkwe restrizzjoni imposta fuq data personali trażmessa lill-Europol mill-Istati Membri jew minn fornituri oħra rigward l-użu u l-aċċess għad-data li għandha tiġi ttrasferita lir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan;
7. Jitlob li l-ftehim jipprevedi b'mod ċar li kwalunkwe pproċessar ulterjuri għandu dejjem jirrikjedi awtorizzazzjoni minn qabel u bil-miktub mill-Europol; jenfasizza li dawn l-awtorizzazzjonijiet għandhom jiġu ddokumentati mill-Europol u jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-KEPD fuq talba tiegħu; jitlob li l-ftehim ikun fih ukoll dispożizzjoni li tobbliga lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan jirrispettaw dawn ir-restrizzjonijiet u jispeċifikaw kif il-konformità ma' dawn ir-restrizzjonijiet imbagħad tiġi infurzata;
8. Jinsisti li l-ftehim jinkludi dispożizzjoni ċara u preċiża li tistipula l-perjodu taż-żamma tad-data għad-data personali li tkun ġiet ittrasferita u li tirrikjedi li d-data personali ttrasferita titħassar fi tmiem il-perjodu taż-żamma tad-data; jitlob li miżuri proċedurali jiġu stipulati fil-ftehim biex jiżguraw il-konformità; jinsisti li, f'każijiet eċċezzjonali, fejn ikun hemm raġunijiet debitament ġustifikati biex id-data tinħażen għal perjodu estiż, lil hinn mill-iskadenza tal-perjodu taż-żamma tad-data, dawn ir-raġunijiet u d-dokumentazzjoni ta' akkumpanjament jiġu kkomunikati lill-Europol u lill-KEPD;
9. Jistenna li l-kriterji inklużi fil-Premessa 71 tad-Direttiva (UE) 2016/680 jiġu applikati, jiġifieri t-trasferimenti ta' data personali għandhom ikunu suġġetti għall-obbligi ta' kunfidenzjalità mill-awtoritajiet kompetenti tal-Ġordan li jirċievu data personali mill-Europol, il-prinċipju tal-ispeċifiċità, u li d-data personali mhi se tintuża fl-ebda każ biex tintalab, tingħata jew tiġi eżegwita piena tal-mewt jew kwalunkwe għamla oħra ta' trattament krudili u inuman;
10. Iqis li l-kategoriji ta' reati li għalihom id-data personali se tiġi skambjata jeħtieġ li jkunu definiti b'mod ċar u mniżżla fil-ftehim internazzjonali stess, f'konformità mad-definizzjonijiet ta' reati kriminali tal-UE meta jkunu disponibbli; jenfasizza li din il-lista għandha tiddefinixxi b'mod ċar u preċiż l-attivitajiet koperti minn tali reati, u l-persuni, il-gruppi u l-organizzazzjonijiet li aktarx jiġu affettwati mit-trasferiment;
11. Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jiddefinixxu, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QtĠ-UE) u fit-tifsira tal-Artikolu 8(3) tal-Karta, mal-Gvern tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, liema awtorità superviżorja indipendenti għandha tkun responsabbli li tissorvelja l-implimentazzjoni tal-ftehim internazzjonali; iħeġġeġ li tali awtorità tkun identifikata u stabbilita qabel ma jidħol fis-seħħ il-ftehim internazzjonali; jinsisti li l-isem ta' din l-awtorità jiġi espressament inkluż f'anness mal-ftehim;
12. Iqis li għandu jkun possibbli għal kull parti kontraenti li tissospendi jew tirrevoka l-ftehim internazzjonali jekk ikun hemm ksur tiegħu, u li l-korp superviżorju indipendenti għandu jkollu wkoll is-setgħa li jissuġġerixxi li l-ftehim jiġi sospiż jew itterminat f'każ ta' ksur tiegħu; iqis li kwalunkwe data personali li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-ftehim u li tkun ġiet ittrasferita qabel is-sospensjoni jew it-terminazzjoni tagħha tista' tibqa' tiġi pproċessata f'konformità mal-ftehim; iqis li evalwazzjoni perjodika tal-ftehim għandha tkun stabbilita sabiex tevalwa l-konformità tas-sħab mal-ftehim;
13. Huwa tal-fehma li definizzjoni ċara tal-kunċett ta' każijiet individwali hija meħtieġa, minħabba li dan il-kunċett huwa neċessarju biex jiġu vvalutati n-neċessità u tal-proporzjonalità tat-trasferimenti tad-data; jirrileva li din id-definizzjoni għandha tirreferi għal investigazzjonijiet kriminali reali;
14. Huwa tal-fehma li l-kunċett ta' raġunijiet raġonevoli jeħtieġ li jiġi ddefinit għall-valutazzjoni tan-neċessità u tal-proporzjonalità tat-trasferimenti ta' data; jirrileva li din id-definizzjoni għandha tirreferi għal investigazzjonijiet kriminali reali;
15. Jenfasizza li d-data ttrasferita lil awtorità riċeventi qatt ma tista' tiġi pproċessata ulterjorment minn awtoritajiet oħra u li, għal dan il-għan, għandha titfassal lista eżawrjenti tal-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, li lilhom il-Europol jista' jittrasferixxi data, inkluża deskrizzjoni tal-kompetenzi tal-awtoritajiet; iqis li kwalunkwe modifika għal tali lista li tissostitwixxi jew iżżid awtorità kompetenti ġdida tkun tirrikjedi reviżjoni tal-ftehim internazzjonali;
16. Jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġi indikat espressament li trasferimenti ulterjuri ta' informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan lil awtoritajiet oħra fir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan jistgħu jitħallew isiru biss biex jissodisfaw l-iskop oriġinali tat-trasferiment mill-Europol, u għandhom dejjem jiġu kkomunikati lill-awtorità indipendenti, lill-KEPD u lill-Europol;
17. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi indikat espressament li t-trasferimenti ulterjuri ta' informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan lil pajjiżi oħra huma projbiti u jirriżultaw fit-terminazzjoni immedjata tal-ftehim internazzjonali;
18. Iqis li l-ftehim internazzjonali mar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan għandu jinkludi d-dritt tas-suġġetti tad-data għal informazzjoni, rettifika u tħassir kif previst f'leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data;
19. Jinnota li t-trasferiment ta' data personali li tiżvela l-oriġini razzjali jew etnika, l-opinjonijiet politiċi, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, is-sħubija fi trade union, id-data ġenetika jew data li tikkonċerna s-saħħa u l-ħajja sesswali ta' persuna huwa estremament sensittiv u jagħti lok għal preokkupazzjonijiet profondi fid-dawl tal-qafas legali, tal-karatteristiċi tas-soċjetà u tal-isfond kulturali differenti tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan meta mqabbel mal-Unjoni Ewropea; jirrileva l-fatt li atti kriminali huma definiti b'mod differenti fl-Unjoni u fir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan; huwa tal-fehma li tali trasferiment ta' data, għaldaqstant, għandu jseħħ biss f'każijiet eċċezzjonali ħafna u b'salvagwardji ċari għas-suġġett tad-data u għall-persuni marbuta mas-suġġett tad-data; iqis li jeħtieġ li jiġu ddefiniti salvagwardji speċifiċi li jkunu jridu jiġu rrispettati mir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan fir-rigward tad-drittijiet fundamentali, inkluż ir-rispett tal-libertà ta' espressjoni, tal-libertà ta' reliġjon u tad-dinjità tal-bniedem;
20. Jemmen li għandu jiġi inkluż fil-ftehim mekkaniżmu ta' monitoraġġ u li l-ftehim għandu jkun suġġett għal valutazzjonijiet perjodiċi biex jiġu evalwati l-funzjonament tiegħu bi rbit mal-ħtiġijiet operazzjonali tal-Europol kif ukoll il-konformità tiegħu mad-drittijiet u mal-prinċipji Ewropej dwar il-protezzjoni tad-data;
21. Jitlob li l-Kummissjoni tfittex il-parir tal-KEPD qabel il-finalizzazzjoni tal-ftehim internazzjonali bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 2016/794 u mar-Regolament (KE) Nru 45/2001;
22. Jenfasizza li l-kunsens tal-Parlament għall-konklużjoni tal-ftehim se jkun kondizzjonali fuq l-involviment sodisfaċenti tal-Parlament fl-istadji kollha tal-proċedura skont l-Artikolu 218 tat-TFUE;
23. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Gvern tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan.
Id-Dokument ta' Programmazzjoni tal-Europol 2018-2020 adottat mill-Bord ta' Amministrazzjoni tal-Europol fit-30 ta' Novembru 2017, EDOC# 856927v18.
Il-ftuħ ta' negozjati għal Ftehim UE-Turkija dwar l-iskambju ta' data personali fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu
146k
55k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2018 dwar ir-rakkomandazzjoni, tal-Kummissjoni, għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati għal ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar l-iskambju ta' data personali bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-awtoritajiet kompetenti tat-Turkija fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu (COM(2017)0799 – 2018/2061(INI))
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni, tal-Kummissjoni, għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati għal ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar l-iskambju ta' data personali bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-awtoritajiet kompetenti tat-Turkija fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu (COM(2017)0799),
– wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 7 u 8 tagħha,
– wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b'mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu, u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b'mod partikolari l-Artikoli 16 u 218 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI(1),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data)(2),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar ta' data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika)(3),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI tas-27 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni ta' data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali(4),
– wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI(5),
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Protezzjoni tad-Data (ETS Nru 108) u l-Protokoll Addizzjonali tat-8 ta' Novembru 2001 għall-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta' Data Personali f'dak li għandu x'jaqsam mal-awtoritajiet superviżorji u flussi ta' data bejn il-fruntieri (ETS Nru 181),
– wara li kkunsidra l-Opinjoni 2/2018 tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) dwar tmien mandati ta' negozjar sabiex jiġu konklużi ftehimiet internazzjonali li jippermettu l-iskambju ta' data bejn il-Europol u l-pajjiżi terzi,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Ottubru 2017 dwar il-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità(6),
– wara li kkunsidra l-ftehim li ntlaħaq mill-Parlament tal-UE u mill-Kunsill dwar l-proposta għal Regolament dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (COM(2017)0008), u b'mod partikolari l-Kapitolu dwar l-ipproċessar ta' data personali operazzjonali li japplika għall-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji tal-Unjoni meta jwettqu l-attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Kapitoli 4 u 5 tat-Titolu V tal-Parti Tlieta tat-TFUE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 108(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0233/2018),
A. billi r-Regolament (UE) 2016/794 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) jippermetti t-trasferiment ta' data personali lil awtorità ta' pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali, sa fejn tali trasferiment hu neċessarju għat-twettiq tal-kompiti tal-Europol, abbażi ta' deċiżjoni ta' adegwatezza tal-Kummissjoni skont id-Direttiva (UE) 2016/680, ftehim internazzjonali skont l-Artikolu 218 tat-TFUE li jipprevedi salvagwardji adegwati, jew ftehimiet ta' kooperazzjoni li jippermettu l-iskambju ta' data personali konklużi qabel l-1 ta' Mejju 2017, u, f'sitwazzjonijiet eċċezzjonali, fuq bażi ta' każ b'każ taħt kundizzjonijiet stretti stabbiliti fl-Artikolu 25(5) tar-Regolament (UE) 2016/794 u dment li jkunu żgurati salvagwardji adegwati;
B. billi l-ftehimiet internazzjonali li jippermettu lill-Europol u lil pajjiżi terzi jikkooperaw u jiskambjaw data personali jenħtieġ li jirrispettaw l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-Artikolu 16 tat-TFUE, u b'hekk jirrispettaw il-prinċipju tal-limitazzjoni tal-iskop, id-dritt għal aċċess, id-dritt għal rettifika u jkunu soġġetti għal monitoraġġ minn awtorità indipendenti stipulata speċifikament mill-Karta, u jkunu meħtieġa u proporzjonati għat-twettiq tal-kompiti tal-Europol;
C. billi tali trasferiment huwa bbażat fuq ftehim internazzjonali konkluż bejn l-Unjoni u dak il-pajjiż terz skont l-Artikolu 218 tat-TFUE li jipprevedi garanziji adegwati fir-rigward tal-protezzjoni tal-privatezza u d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-individwi;
D. billi f'dawn l-aħħar snin inkixfu bosta każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika tat-Turkija; billi, b'mod partikolari, in-nuqqas ta' qbil ġie mrażżan b'mod spjetat, u l-ġurnalisti, l-attivisti politiċi u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem kienu fost dawk fil-mira; billi każijiet ta' tortura baqgħu jiġu rrapportati, anki wara t-tentattiv ta' kolp ta' stat f'Lulju 2016; billi kwalunkwe investigazzjoni effikaċi tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem min-naħa tal-uffiċjali tal-istat ġiet impedita minn impunità pervażiva, u billi l-gruppi armati komplew bl-abbuż;
E. billi d-dokument ta' programmazzjoni tal-Europol 2018-2020(7) jenfasizza li r-rilevanza dejjem tikber ta' approċċ multidixxiplinari msaħħaħ, inkluża l-aggregazzjoni tal-għarfien espert u tal-informazzjoni meħtieġa minn firxa titwessa' ta' sħab, għat-twettiq tal-missjoni tal-Europol;
F. billi l-Parlament, fir-Riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Ottubru 2017 dwar il-Ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità, issottolinja li l-ftehimiet ta' kooperazzjoni strateġiċi u operazzjonali bejn il-Europol u pajjiżi terzi jiffaċilitaw kemm l-iskambju ta' informazzjoni kif ukoll kooperazzjoni prattika fil-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità;
G. billi l-Europol diġà stabbilixxa diversi ftehimiet dwar l-iskambju ta' data ma' pajjiżi terzi fil-passat; bħall-Albanija, l-Awstralja, il-Bożnija-Ħerżegovina, il-Kanada, il-Kolombja, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Georgia, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, il-Moldova, Monaco, il-Montenegro, in-Norveġja, is-Serbja, l-Iżvizzera, l-Ukrajna, l-Istati Uniti tal-Amerka;
H. billi l-KEPD ilu l-kontrollur tal-Europol mill-1 ta' Mejju 2017, u huwa wkoll il-konsulent tal-istituzzjonijiet tal-UE għal dak li jikkonċerna l-politiki u l-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data;
1. Iqis li n-neċessità tal-kooperazzjoni mar-Repubblika tat-Turkija fil-qasam tal-infurzar tal-liġi għall-interessi tas-sigurtà tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll il-proporzjonalità tagħha, jeħtieġ li jiġu vvalutati kif xieraq; jitlob li l-Kummissjoni, f'dan il-kuntest, twettaq valutazzjoni tal-impatt eżawrjenti; jissottolinja li hemm bżonn ta' kawtela xierqa fid-definizzjoni ta' mandat ta' negozjar għal ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar l-iskambju ta' data personali bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-awtoritajiet Torok kompetenti fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu;
2. Iqis li l-konsistenza sħiħa mal-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, kif ukoll ma' drittijiet u libertajiet fundamentali oħra protetti mill-Karta, għandha tiġi żgurata fil-pajjiżi terzi riċeventi; jistieden lill-Kunsill, f'dan ir-rigward, ilesti l-linji gwida tan-negozjar proposti mill-Kummissjoni bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'din ir-riżoluzzjoni;
3. Iqis li hemm tħassib kbir dwar ir-rispett tad-drittijiet fundamentali fir-Repubblika tat-Turkija, b'mod partikolari fir-rigward tal-libertà ta' espressjoni, il-libertà ta' reliġjon, u d-dritt li wieħed ma jkunx soġġett għal tortura jew trattament inuman, kif stipulat fil-Karta u fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;
4. Jenfasizza li prerekwiżit għat-tnedija tan-negozjati huwa li t-Turkija tissodisfa l-obbligu orizzontali tagħha ta' kooperazzjoni sħiħa, effettiva u mhux diskriminatorja mal-Istati Membri kollha dwar kwistjonijiet ta' ġustizzja u affarijiet interni, inkluż mar-Repubblika ta' Ċipru;
5. Jinnota li sal-lum ma twettqet l-ebda valutazzjoni tal-impatt xierqa sabiex jiġu vvalutati r-riskji li jirriżultaw mit-trasferimenti ta' data personali lejn ir-Repubblika tat-Turkija fir-rigward tad-drittijiet ta' individwi għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data, iżda wkoll fir-rigward tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali oħra protetti mill-Karta; jitlob lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-impatt xierqa sabiex tiddefinixxi s-salvagwardji meħtieġa li għandhom jiġu integrati fil-ftehim;
6. Jinsisti li l-livell ta' protezzjoni li jirriżulta mill-ftehim għandu jkun essenzjalment ekwivalenti għal-livell ta' protezzjoni fid-dritt tal-UE; jisħaq fuq il-punt li, jekk tali livell ma jistax jiġi ggarantit, kemm fil-liġi u kemm fil-prattika, il-ftehim ma jistax jiġi konkluż;
7. Jitlob li, biex jiġu osservati bis-sħiħ l-Artikolu 8 tal-Karta u l-Artikolu 16 tat-TFUE u biex tiġi evitata kwalunkwe responsabbiltà potenzjali mill-Europol fir-rigward ta' ksur tal-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data li tirriżulta minn trasferiment ta' data personali mingħajr is-salvagwardji meħtieġa u xierqa, il-ftehim jinkludi dispożizzjonijiet stretti u speċifiċi li jimponu l-osservanza tal-prinċipju tal-limitazzjoni tal-iskop b'kundizzjonijiet ċari għall-ipproċessar tad-data personali trażmessa;
8. Jitlob il-Linja Gwida B tiġi kkompletata biex tindika espressament il-ftehim li l-Europol, skont l-Artikolu 19 tar-Regolament dwar il-Europol, għandu jirrispetta kwalunkwe restrizzjoni imposta fuq data personali trażmessa lill-Europol mill-Istati Membri jew minn fornituri oħra fir-rigward tal-użu u l-aċċess għad-data li se tiġi ttrasferita lir-Repubblika tat-Turkija;
9. Jitlob li l-ftehim jipprevedi b'mod ċar li kwalunkwe pproċessar ulterjuri għandu dejjem jirrikjedi awtorizzazzjoni minn qabel u bil-miktub mill-Europol; jenfasizza li dawn l-awtorizzazzjonijiet għandhom jiġu dokumentati mill-Europol u jkunu disponibbli għall-KEPD fuq talba tiegħu; jitlob li l-ftehim ikun fih ukoll dispożizzjoni li tobbliga lill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tat-Turkija jirrispettaw dawn ir-restrizzjonijiet u jispeċifikaw kif il-konformità ma' dawn ir-restrizzjonijiet se tiġi infurzata;
10. Jinsisti li l-ftehim jinkludi dispożizzjoni ċara u preċiża li tistabbilixxi l-perjodu taż-żamma tad-data personali li ġiet trasferita u li timponi t-tħassir tad-data personali trasferita fi tmiem il-perjodu taż-żamma tad-data; jitlob li jiġu stipulati miżuri proċedurali fil-ftehim li biex tiġi żgurata l-konformità; jinsisti li, f'każijiet eċċezzjonali, fejn ikun hemm raġunijiet debitament ġustifikati għall-ħżin tad-data għal perjodu estiż, lil hinn mill-iskadenza tal-perjodu taż-żamma tad-data, dawn ir-raġunijiet u d-dokumentazzjoni ta' akkumpanjament jiġu kkomunikati lill-Europol u l-KEPD;
11. Jistenna li l-kriterji inklużi fil-Premessa 71 tad-Direttiva (UE) 2016/680 jiġu applikati, jiġifieri t-trasferimenti ta' data personali għandhom jitwettqu b'mod konformi mal-obbligi ta' kunfidenzjalità tal-awtoritajiet Torok kompetenti li jirċievu d-data personali mill-Europol kif ukoll mal-prinċipju tal-ispeċifiċità, u li d-data personali mhijiex se tintuża f'kwalunkwe każ biex tintalab, tingħata jew tiġi eżegwita l-piena tal-mewt jew kwalunkwe forma oħra ta' trattament krudili u inuman;
12. Iqis li l-kategoriji ta' reati li għalihom id-data personali se tiġi skambjata jeħtieġ li jkunu definiti b'mod ċar u mniżżla fil-ftehim internazzjonali stess, f'konformità mad-definizzjonijiet ta' reati kriminali tal-UE meta jkunu disponibbli; jisħaq fuq il-punt li din il-lista għandha tiddefinixxi b'mod ċar u preċiż l-attivitajiet koperti minn tali reati, u l-persuni, il-gruppi u l-organizzazzjonijiet li aktarx jiġu affettwati mit-trasferiment;
13. Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jiddefinixxu, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QtĠ-UE) u fis-sens tal-Artikolu 8(3) tal-Karta, mal-Gvern tat-Turkija, liema awtorità superviżorja indipendenti għandha tkun responsabbli biex tissorvelja l-implimentazzjoni tal-ftehim internazzjonali; iħeġġeġ li tali awtorità tiġi identifikata u stabbilita qabel ma jidħol fis-seħħ il-ftehim internazzjonali; jinsisti li l-isem ta' din l-awtorità jiġi espressament inkluż f'anness mal-ftehim;
14. Jemmen li l-Kummissjoni għandha tkun kawta dwar il-profondità tar-riskji maħluqa mit-trasferiment ta' data personali lit-Turkija, minħabba l-ilmenti frekwenti min-naħa taċ-ċittadini dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika tat-Turkija;
15. Iqis li għandu jkun possibbli għal kull parti kontraenti li tissospendi jew tirrevoka l-ftehim internazzjonali jekk ikun hemm ksur tiegħu, u li l-korp superviżorju indipendenti għandu jkollu wkoll is-setgħa li jissuġġerixxi li l-ftehim jiġi sospiż jew itterminat f'każ ta' ksur tiegħu; iqis li kwalunkwe data personali li tidħol fil-kamp ta' applikazzjoni tal-ftehim u li tkun ġiet trasferita qabel is-sospensjoni jew it-terminazzjoni tiegħu tista' tkompli tiġi pproċessata b'mod konformi mal-ftehim; iqis li evalwazzjoni perjodika tal-ftehim għandha tkun stabbilita sabiex tevalwa l-konformità tas-sħab mal-ftehim;
16. Huwa tal-fehma li definizzjoni ċara tal-kunċett ta' każijiet individwali hija meħtieġa, minħabba li dan il-kunċett huwa neċessarju biex jiġu vvalutati n-neċessità u l-proporzjonalità tat-trasferimenti tad-data; jissottolinja li din id-definizzjoni għandha tirreferi biss għall-investigazzjonijiet kriminali effettivi u mhux għall-operazzjonijiet ta' intelligence kriminali immirati lejn individwi kkunsidrati bħala suspettati;
17. Huwa tal-fehma li l-kunċett ta' raġunijiet raġonevoli jeħtieġ li jiġi ddefinit għall-valutazzjoni tan-neċessità u tal-proporzjonalità tat-trasferimenti ta' data; jenfasizza li din id-definizzjoni għandha tirreferi għal investigazzjonijiet kriminali reali;
18. Jisħaq fuq il-punt li d-data trasferita lil awtorità riċeventi qatt ma tista' tiġi pproċessata ulterjorment minn awtoritajiet oħrajn u li, għal dan il-għan, għandha titfassal lista eżawrjenti tal-awtoritajiet kompetenti fir-Repubblika tat-Turkija li lilhom l-Europol jista' jittrasferixxi d-data, inkluża deskrizzjoni tal-kompetenzi tal-awtoritajiet; iqis li kwalunkwe modifika għal tali lista li tissostitwixxi jew iżżid awtorità kompetenti ġdida tkun teħtieġ reviżjoni tal-ftehim internazzjonali;
19. Jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġi indikat espressament li t-trasferimenti suċċessivi ta' informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tat-Turkija lil awtoritajiet oħra fir-Repubblika tat-Turkija jistgħu biss jippermettu li jiġi ssodisfat l-għan oriġinali tat-trasferiment mill-Europol u dawn għandhom dejjem jiġu kkomunikati lill-awtorità indipendenti, il-KEPD u l-Europol;
20. Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi indikat espressament li t-trasferimenti suċċessivi ta' informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tat-Turkija lil pajjiżi oħra huma projbiti u jirriżultaw fit-terminazzjoni immedjata tal-ftehim internazzjonali;
21. Iqis li l-ftehim internazzjonali mar-Repubblika tat-Turkija għandu jinkludi d-dritt tas-suġġetti tad-data għal informazzjoni, rettifika u tħassir kif previst f'leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data;
22. Josserva li t-trasferiment ta' data personali li tiżvela l-oriġini razzjali jew etnika, l-opinjonijiet politiċi, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, is-sħubija fi trade union, id-data ġenetika jew id-data dwar is-saħħa u l-ħajja sesswali huwa estremament sensittiv u jagħti lok għal tħassib profond fid-dawl tal-qafas legali, il-karatteristiċi soċjetali u l-isfond kulturali differenti tat-Turkija meta mqabbla mal-Unjoni Ewropea; jenfasizza l-fatt li l-atti kriminali huma definiti b'mod differenti fl-Unjoni u fit-Turkija; huwa tal-fehma li tali trasferiment ta' data għandu jseħħ biss f'każijiet verament eċċezzjonali u b'salvagwardji ċari għas-suġġett tad-data u l-persuni marbuta mas-suġġett tad-data; iqis li jeħtieġ li jiġu ddefiniti salvagwardji speċifiċi li jkunu jridu jiġu rrispettati min-naħa tat-Turkija fir-rigward tad-drittijiet fundamentali, inkluż ir-rispett tal-libertà ta' espressjoni, tal-libertà ta' reliġjon u tad-dinjità tal-bniedem;
23. Jemmen li għandu jiġi inkluż fil-ftehim mekkaniżmu ta' monitoraġġ u li l-ftehim għandu jkun suġġett għal valutazzjonijiet perjodiċi biex jiġu evalwati l-funzjonament tiegħu bi rbit mal-ħtiġijiet operazzjonali tal-Europol kif ukoll il-konformità tiegħu mad-drittijiet u mal-prinċipji Ewropej dwar il-protezzjoni tad-data;
24. Jistieden lill-Kummissjoni tfittex il-parir tal-KEPD qabel il-finalizzazzjoni tal-ftehim internazzjonali bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 2016/794 u mar-Regolament (KE) Nru 45/2001;
25. Jisħaq fuq il-punt li l-kunsens tal-Parlament għall-konklużjoni tal-ftehim se jiddependi fuq l-involviment sodisfaċenti tal-Parlament fl-istadji kollha tal-proċedura skont l-Artikolu 218 tat-TFUE;
26. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Gvern tar-Repubblika tat-Turkija.
Id-Dokument ta' Programmazzjoni tal-Europol 2018-2020 adottat mill-Bord ta' Amministrazzjoni tal-Europol fit-30 ta' Novembru 2017, EDOC# 856927v18.
Ftuħ ta' negozjati għal ftehim UE-Iżrael dwar l-iskambju ta' data personali fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu
137k
55k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati għal ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat ta' Iżrael dwar l-iskambju ta' data personali bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-awtoritajiet kompetenti ta' Iżrael fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu (COM(2017)0806 – 2018/2062(INI))
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati għal ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat ta' Iżrael dwar l-iskambju ta' data personali bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-awtoritajiet kompetenti ta' Iżrael fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu (COM(2017)0806),
– wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 7 u 8 tagħha,
– wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu, u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b'mod partikolari l-Artikoli 16 u 218 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI(1),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data)(2),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar ta' data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjonijiet elettroniċi)(3),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI tas-27 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni ta' data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali(4),
– wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI(5),
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Protezzjoni tad-Data (ETS Nru 108) u l-Protokoll Addizzjonali tat-8 ta' Novembru 2001 għall-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta' Data Personali f'dak li għandu x'jaqsam mal-awtoritajiet superviżorji u flussi ta' data transfruntiera (ETS Nru 181),
– wara li kkunsidra l-Opinjoni 2/2018 tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) dwar tmien mandati ta' negozjar sabiex jiġu konklużi ftehimiet internazzjonali li jippermettu l-iskambju ta' data bejn il-Europol u pajjiżi terzi,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Ottubru 2017 dwar il-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità(6),
– wara li kkunsidra l-ftehim li ntlaħaq mill-Parlament tal-UE u mill-Kunsill dwar l-proposta għal Regolament dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (COM(2017)0008), u b'mod partikolari l-Kapitolu dwar l-ipproċessar ta' data personali operazzjonali li japplika għall-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji tal-Unjoni meta jwettqu l-attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Kapitoli 4 u 5 tat-Titolu V tal-Parti Tlieta tat-TFUE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 108(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0235/2018),
A. billi r-Regolament (UE) 2016/794 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) jippermetti t-trasferiment ta' data personali lil awtorità ta' pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali, sa fejn tali trasferiment ikun neċessarju għat-twettiq tal-kompiti tal-Europol, abbażi ta' deċiżjoni ta' adegwatezza tal-Kummissjoni skont id-Direttiva (UE) 2016/680, ta' ftehim internazzjonali skont l-Artikolu 218 tat-TFUE li jipprevedi salvagwardji adegwati, jew ta' ftehimiet ta' kooperazzjoni li jippermettu l-iskambju ta' data personali konklużi qabel l-1 ta' Mejju 2017, u, f'sitwazzjonijiet eċċezzjonali, fuq bażi ta' każ b'każ taħt kundizzjonijiet stretti stabbiliti fl-Artikolu 25(5) tar-Regolament (UE) 2016/794 u dment li jkunu żgurati salvagwardji adegwati;
B. billi l-ftehimiet internazzjonali li jippermettu lill-Europol u lil pajjiżi terzi jikkooperaw u jiskambjaw data personali għandhom jirrispettaw l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-Artikolu 16 tat-TFUE, u b'hekk jirrispettaw il-prinċipju tal-limitazzjoni tal-iskop, id-dritt għal aċċess, id-dritt għal rettifika u jkunu soġġetti għal monitoraġġ minn awtorità indipendenti stipulata speċifikament mill-Karta, u jkunu meħtieġa u proporzjonati għat-twettiq tal-kompiti tal-Europol;
C. billi tali trasferiment għandu jkun ibbażat fuq ftehim internazzjonali konkluż bejn l-Unjoni u dak il-pajjiż terz skont l-Artikolu 218 tat-TFUE li jipprevedi garanziji adegwati fir-rigward tal-protezzjoni tal-privatezza u tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-individwi;
D. billi d-dokument ta' programmazzjoni tal-Europol 2018/2020(7) jirrileva r-rilevanza dejjem tikber ta' approċċ multidixxiplinari msaħħaħ, inkluża l-aggregazzjoni tal-għarfien espert u tal-informazzjoni meħtieġa minn firxa titwessa' ta' sħab, għat-twettiq tal-missjoni tal-Europol;
E. billi l-Parlament, fir-Riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Ottubru 2017 dwar il-Ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità, issottolinja li l-ftehimiet ta' kooperazzjoni strateġiċi u operazzjonali bejn il-Europol u pajjiżi terzi jiffaċilitaw kemm l-iskambju ta' informazzjoni kif ukoll kooperazzjoni prattika fil-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità;
F. billi l-Europol diġà stabbilixxa diversi ftehimiet dwar l-iskambju ta' data ma' pajjiżi terzi fil-passat, bħall-Albanija, l-Awstralja, il-Bożnija-Ħerżegovina, il-Kanada, il-Kolombja, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Georgia, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, il-Moldova, Monaco, il-Montenegro, in-Norveġja, is-Serbja, l-Iżvizzera, l-Ukrajna, l-Istati Uniti tal-Amerka;
G. billi l-Istat ta' Iżrael kien inkluż fil-lista ta' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet li magħhom il-Europol għandu jikkonkludi ftehimiet stipulata fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/935/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009(8); billi negozjati dwar ftehim ta' kooperazzjoni operazzjonali nbdew fl-2010 iżda ma ġewx konklużi qabel ma daħal fis-seħħ ir-Regolament dwar il-Europol (Regolament UE) (2016/794) fl-1 ta' Mejju 2017;
H. billi l-KEPD ilu l-kontrollur tal-Europol mill-1 ta' Mejju 2017, u huwa wkoll il-konsulent tal-istituzzjonijiet tal-UE għal dak li jikkonċerna l-politiki u l-leġiżlazzjoni relatati mal-protezzjoni tad-data;
1. Iqis li n-neċessità tal-kooperazzjoni mal-Istat ta' Iżrael fil-qasam tal-infurzar tal-liġi għall-interessi tas-sigurtà tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll il-proporzjonalità tagħha, jeħtieġ li jiġu vvalutati sewwa; jitlob li l-Kummissjoni, f'dan il-kuntest, twettaq valutazzjoni tal-impatt eżawrjenti; jirrileva li hemm bżonn ta' kawtela xierqa fid-definizzjoni ta' mandat ta' negozjar għal ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat ta' Iżrael dwar l-iskambju ta' data personali bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-awtoritajiet kompetenti ta' Iżrael fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu;
2. Iqis li l-konsistenza sħiħa mal-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, kif ukoll ma' drittijiet u libertajiet fundamentali oħra protetti mill-Karta, għandha tkun żgurata fil-pajjiżi terzi riċeventi; jistieden lill-Kunsill, f'dan ir-rigward, jikkompleta l-linji gwida tan-negozjar proposti mill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati f'din ir-riżoluzzjoni;
3. Jieħu nota li, sal-lum, ma twettqet l-ebda valutazzjoni tal-impatt xierqa sabiex jiġu vvalutati fil-fond ir-riskji li jirriżultaw minn trasferimenti ta' data personali lill-Istat ta' Iżrael fir-rigward tad-drittijiet tal-individwi għall-privatezza u għall-protezzjoni tad-data, iżda wkoll għal drittijiet u libertajiet fundamentali oħra protetti mill-Karta; jitlob li l-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-impatt xierqa sabiex tiddefinixxi s-salvagwardji meħtieġa li għandhom jiġu integrati fil-ftehim;
4. Jinsisti li l-livell ta' protezzjoni li jirriżulta mill-ftehim għandu jkun essenzjalment ekwivalenti għal-livell ta' protezzjoni fid-dritt tal-UE; jenfasizza li, jekk tali livell ma jistax jiġi ggarantit, kemm fil-liġi u kemm fil-prattika, il-ftehim ma jistax jiġi konkluż; jilqa', f'dan il-kuntest, ir-rikonoxximent uffiċjali mill-Kummissjoni fl-2011 ta' Iżrael bħala pajjiż li jipprovdi livell adegwat ta' protezzjoni tad-data rigward l-ipproċessar awtomatiku tad-data personali skont id-Direttiva 95/46/KE;
5. Jitlob li, sabiex jirrispetta bis-sħiħ l-Artikolu 8 tal-Karta u l-Artikolu 16 tat-TFUE u sabiex tiġi evitata kwalunkwe responsabbiltà potenzjali tal-Europol rigward ksur tad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data li jirriżulta mit-trasferiment ta' data personali mingħajr is-salvagwardji meħtieġa u xierqa, il-ftehim jinkludi dispożizzjonijiet stretti u speċifiċi li jimponu r-rispett tal-prinċipju tal-limitazzjoni tal-iskop b'kundizzjonijiet ċari għall-ipproċessar tad-data personali trażmessa;
6. Jitlob li l-Linja Gwida B tiġi kkompletata biex tindika espressament il-qbil li l-Europol, skont l-Artikolu 19 tar-Regolament dwar il-Europol, għandu jirrispetta kwalunkwe restrizzjoni imposta fuq data personali trażmessa lill-Europol mill-Istati Membri jew minn fornituri oħra rigward l-użu u l-aċċess għad-data li għandha tiġi ttrasferita lill-Istat ta' Iżrael;
7. Jitlob li l-ftehim jipprevedi b'mod ċar li kwalunkwe pproċessar ulterjuri għandu dejjem jirrikjedi awtorizzazzjoni minn qabel u bil-miktub mill-Europol; jenfasizza li dawn l-awtorizzazzjonijiet għandhom jiġu ddokumentati mill-Europol u jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-KEPD fuq talba tiegħu; jitlob li l-ftehim ikun fih ukoll dispożizzjoni li tobbliga lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat ta' Iżrael jirrispettaw dawn ir-restrizzjonijiet u jispeċifikaw kif il-konformità ma' dawn ir-restrizzjonijiet imbagħad tiġi infurzata;
8. Jinsisti li l-ftehim jinkludi dispożizzjoni ċara u preċiża li tistipula l-perjodu taż-żamma tad-data għad-data personali li tkun ġiet ittrasferita u li tirrikjedi li d-data personali ttrasferita titħassar fi tmiem il-perjodu taż-żamma tad-data; jitlob li miżuri proċedurali jiġu stipulati fil-ftehim biex jiżguraw il-konformità; jinsisti li, f'każijiet eċċezzjonali, fejn ikun hemm raġunijiet debitament ġustifikati biex id-data tinħażen għal perjodu estiż, lil hinn mill-iskadenza tal-perjodu taż-żamma tad-data, dawn ir-raġunijiet u d-dokumentazzjoni ta' akkumpanjament jiġu kkomunikati lill-Europol u lill-KEPD;
9. Jistenna li l-kriterji inklużi fil-Premessa 71 tad-Direttiva (UE) 2016/680 jiġu applikati, jiġifieri t-trasferimenti ta' data personali għandhom ikunu suġġetti għall-obbligi ta' kunfidenzjalità mill-awtoritajiet kompetenti ta' Iżrael li jirċievu data personali mill-Europol, il-prinċipju tal-ispeċifiċità, u li d-data personali mhi se tintuża fl-ebda każ biex tintalab, tingħata jew tiġi eżegwita piena tal-mewt jew kwalunkwe għamla oħra ta' trattament krudili u inuman;
10. Iqis li l-kategoriji ta' reati li għalihom id-data personali se tiġi skambjata jeħtieġ li jkunu definiti b'mod ċar u mniżżla fil-ftehim internazzjonali stess, f'konformità mad-definizzjonijiet ta' reati kriminali tal-UE meta jkunu disponibbli; jenfasizza li din il-lista għandha tiddefinixxi b'mod ċar u preċiż l-attivitajiet koperti minn tali reati, u l-persuni, il-gruppi u l-organizzazzjonijiet li aktarx jiġu affettwati mit-trasferiment;
11. Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jiddefinixxu, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QtĠ-UE) u fit-tifsira tal-Artikolu 8(3) tal-Karta, mal-Gvern tal-Istat ta' Iżrael, liema awtorità superviżorja indipendenti għandha tkun responsabbli li tissorvelja l-implimentazzjoni tal-ftehim internazzjonali; iħeġġeġ li tali awtorità tkun identifikata u stabbilita qabel ma jidħol fis-seħħ il-ftehim internazzjonali; jinsisti li l-isem ta' din l-awtorità jiġi espressament inkluż f'anness mal-ftehim;
12. Iqis li għandu jkun possibbli għal kull parti kontraenti li tissospendi jew tirrevoka l-ftehim internazzjonali jekk ikun hemm ksur tiegħu, u li l-korp superviżorju indipendenti għandu jkollu wkoll is-setgħa li jissuġġerixxi li l-ftehim jiġi sospiż jew itterminat f'każ ta' ksur tiegħu; iqis li kwalunkwe data personali li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-ftehim u li tkun ġiet ittrasferita qabel is-sospensjoni jew it-terminazzjoni tagħha tista' tibqa' tiġi pproċessata f'konformità mal-ftehim; iqis li evalwazzjoni perjodika tal-ftehim għandha tkun stabbilita sabiex tevalwa l-konformità tas-sħab mal-ftehim;
13. Huwa tal-fehma li definizzjoni ċara tal-kunċett ta' każijiet individwali hija meħtieġa, minħabba li dan il-kunċett huwa neċessarju biex jiġu vvalutati n-neċessità u tal-proporzjonalità tat-trasferimenti tad-data; jirrileva li din id-definizzjoni għandha tirreferi għal investigazzjonijiet kriminali reali;
14. Huwa tal-fehma li l-kunċett ta' raġunijiet raġonevoli jeħtieġ li jiġi ddefinit għall-valutazzjoni tan-neċessità u tal-proporzjonalità tat-trasferimenti ta' data; jirrileva li din id-definizzjoni għandha tirreferi għal investigazzjonijiet kriminali reali;
15. Jenfasizza li d-data ttrasferita lil awtorità riċeventi qatt ma tista' tiġi pproċessata ulterjorment minn awtoritajiet oħra u li, għal dan il-għan, għandha titfassal lista eżawrjenti tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat ta' Iżrael, li lilhom il-Europol jista' jittrasferixxi data, inkluża deskrizzjoni tal-kompetenzi tal-awtoritajiet; iqis li kwalunkwe modifika għal tali lista li tissostitwixxi jew iżżid awtorità kompetenti ġdida tkun tirrikjedi reviżjoni tal-ftehim internazzjonali;
16. Jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġi indikat espressament li trasferimenti ulterjuri ta' informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat ta' Iżrael lil awtoritajiet oħra fl-Istat ta' Iżrael jistgħu jitħallew isiru biss biex jissodisfaw l-iskop oriġinali tat-trasferiment mill-Europol, u għandhom dejjem jiġu kkomunikati lill-awtorità indipendenti, lill-KEPD u lill-Europol;
17. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi indikat espressament li t-trasferimenti ulterjuri ta' informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat ta' Iżrael lil pajjiżi oħra huma projbiti u jirriżultaw fit-terminazzjoni immedjata tal-ftehim internazzjonali;
18. Iqis li l-ftehim internazzjonali mal-Istat ta' Iżrael għandu jinkludi d-dritt tas-suġġetti tad-data għal informazzjoni, rettifika u tħassir kif previst f'leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data;
19. Jinnota li t-trasferiment ta' data personali li tiżvela l-oriġini razzjali jew etnika, l-opinjonijiet politiċi, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, is-sħubija fi trade union, id-data ġenetika jew data li tikkonċerna s-saħħa u l-ħajja sesswali ta' persuna huwa estremament sensittiv u jagħti lok għal preokkupazzjonijiet profondi fid-dawl tal-qafas legali, tal-karatteristiċi tas-soċjetà u tal-isfond kulturali differenti tal-Istat ta' Iżrael meta mqabbel mal-Unjoni Ewropea; jirrileva l-fatt li atti kriminali huma definiti b'mod differenti fl-Unjoni u fl-Istat ta' Iżrael huwa tal-fehma li tali trasferiment ta' data, għaldaqstant, għandu jseħħ biss f'każijiet eċċezzjonali ħafna u b'salvagwardji ċari għas-suġġett tad-data u għall-persuni marbuta mas-suġġett tad-data; iqis li jeħtieġ li jiġu ddefiniti salvagwardji speċifiċi li jkunu jridu jiġu rrispettati mill-Istat ta' Iżrael fir-rigward tad-drittijiet fundamentali, inkluż ir-rispett tal-libertà ta' espressjoni, tal-libertà ta' reliġjon u tad-dinjità tal-bniedem;
20. Jemmen li għandu jiġi inkluż fil-ftehim mekkaniżmu ta' monitoraġġ u li l-ftehim għandu jkun suġġett għal valutazzjonijiet perjodiċi biex jiġu evalwati l-funzjonament tiegħu bi rbit mal-ħtiġijiet operazzjonali tal-Europol kif ukoll il-konformità tiegħu mad-drittijiet u mal-prinċipji Ewropej dwar il-protezzjoni tad-data;
21. Jistieden lill-Kummissjoni tfittex il-parir tal-KEPD qabel il-finalizzazzjoni tal-ftehim internazzjonali bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 2016/794 u mar-Regolament (KE) Nru 45/2001;
22. Jenfasizza li l-kunsens tal-Parlament għall-konklużjoni tal-ftehim se jkun kondizzjonali fuq l-involviment sodisfaċenti tal-Parlament fl-istadji kollha tal-proċedura skont l-Artikolu 218 tat-TFUE;
23. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Gvern tal-Istat ta' Iżrael.
Il-ftuħ ta' negozjati għal Ftehim UE-Tuneżija dwar l-iskambju ta' data personali fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu
144k
55k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2018 dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ tan-negozjar ta' ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tuneżija dwar l-iskambju ta' data personali bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-awtoritajiet kompetenti tat-Tuneżija fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu (COM(2017)0807 – 2018/2063(INI))
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati għal ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tuneżija dwar l-iskambju ta' data personali bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-awtoritajiet kompetenti tat-Tuneżija fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu (COM(2017)0807),
– wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 7 u 8 tagħha,
– wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu, u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b'mod partikolari l-Artikoli 16 u 218 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI(1),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data)(2),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika)(3),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI tas-27 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni ta' data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali(4),
– wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI(5),
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Protezzjoni tad-Data (ETS Nru 108) u l-Protokoll Addizzjonali tat-8 ta' Novembru 2001 għall-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Individwi fir-rigward tal-Proċessar Awtomatiku tad-Data Personali fir-rigward l-awtoritajiet superviżorji u l-flussi transfruntieri tad-data (ETS Nru 181),
– wara li kkunsidra l-Opinjoni 2/2018 tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) dwar tmien mandati ta' negozjar sabiex jiġu konklużi ftehimiet internazzjonali li jippermettu l-iskambju ta' data bejn il-Europol u l-pajjiżi terzi,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Ottubru 2017 dwar il-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità(6),
– wara li kkunsidra l-ftehim milħuq mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-adozzjoni ta’ proposta għal regolament dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (COM(2017)0008), u b'mod partikolari l-Kapitolu tiegħu dwar l-ipproċessar ta' data personali operazzjonali li japplika għall-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji tal-Unjoni meta jwettqu l-attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Kapitoli 4 u 5 tat-Titolu V tal-Parti Tlieta tat-TFUE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 108(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0237/2018),
A. billi r-Regolament (UE) 2016/794 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) jippermetti t-trasferiment ta' data personali lil awtorità ta' pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali, sa fejn tali trasferiment hu neċessarju għat-twettiq tal-kompiti tal-Europol, abbażi ta' deċiżjoni ta' adegwatezza tal-Kummissjoni skont id-Direttiva (UE) 2016/680, ftehim internazzjonali skont l-Artikolu 218 tat-TFUE li jipprevedi salvagwardji adegwati, jew ftehimiet ta' kooperazzjoni li jippermettu l-iskambju ta' data personali konklużi qabel l-1 ta' Mejju 2017, u, f'sitwazzjonijiet eċċezzjonali, fuq bażi ta' każ b'każ taħt kundizzjonijiet stretti stabbiliti fl-Artikolu 25(5) tar-Regolament (UE) 2016/794 u dment li jkunu żgurati salvagwardji adegwati;
B. billi l-ftehimiet internazzjonali li jippermettu lill-Europol u lil pajjiżi terzi jikkooperaw u jiskambjaw data personali għandhom jirrispettaw l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-Artikolu 16 tat-TFUE, u b'hekk jirrispettaw il-prinċipju tal-limitazzjoni tal-iskop, id-dritt għal aċċess, id-dritt għal rettifika u jkunu soġġetti għal monitoraġġ minn awtorità indipendenti stipulata speċifikament mill-Karta, u jkunu meħtieġa u proporzjonati għat-twettiq tal-kompiti tal-Europol;
C. billi tali trasferiment huwa bbażat fuq ftehim internazzjonali konkluż bejn l-Unjoni u dak il-pajjiż terz skont l-Artikolu 218 tat-TFUE li jipprevedi garanziji adegwati fir-rigward tal-protezzjoni tal-privatezza u d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-individwi;
D. billi d-dokument ta' programmazzjoni tal-Europol 2018/2020(7) jirrileva r-rilevanza dejjem tikber ta' approċċ multidixxiplinari msaħħaħ, inkluża l-aggregazzjoni tal-għarfien espert u tal-informazzjoni meħtieġa minn firxa titwessa' ta' sħab, għat-twettiq tal-missjoni tal-Europol;
E. billi l-Parlament, fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-2017 dwar il-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità, issottolinja li l-ftehimiet ta' kooperazzjoni strateġiċi u operazzjonali bejn il-Europol u pajjiżi terzi jiffaċilitaw kemm l-iskambju ta' informazzjoni kif ukoll kooperazzjoni prattika fil-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità;
F. billi l-Europol diġà stabbilixxa diversi ftehimiet dwar l-iskambju ta' data ma' pajjiżi terzi fil-passat, bħall-Albanija, l-Awstralja, il-Bożnija-Ħerżegovina, il-Kanada, il-Kolombja, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Georgia, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, il-Moldova, Monaco, il-Montenegro, in-Norveġja, is-Serbja, l-Iżvizzera, l-Ukrajna u l-Istati Uniti tal-Amerka;
G. billi l-KEPD ilu l-kontrollur tal-Europol mill-1 ta' Mejju 2017, u huwa wkoll il-konsulent tal-istituzzjonijiet tal-UE għal dak li jikkonċerna l-politiki u l-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data;
1. Iqis li n-neċessità tal-kooperazzjoni mat-Tuneżija fil-qasam tal-infurzar tal-liġi għall-interessi tas-sigurtà tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll il-proporzjonalità tagħha, jeħtieġ li jiġu vvalutati sewwa; jitlob lill-Kummissjoni, f'dan il-kuntest, twettaq valutazzjoni tal-impatt eżawrjenti; jirrileva li hemm bżonn ta' kawtela xierqa fid-definizzjoni ta' mandat ta' negozjar għal ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tuneżija dwar l-iskambju ta' data personali bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-awtoritajiet kompetenti tat-Tuneżija fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu;
2. Iqis li l-konsistenza sħiħa mal-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, kif ukoll ma' drittijiet u libertajiet fundamentali oħra protetti mill-Karta, għandha tkun żgurata fil-pajjiżi terzi riċeventi; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Kunsill ilesti l-linji gwida tan-negozjar proposti mill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati f'din ir-riżoluzzjoni;
3. Jinnota li sal-lum ma twettqet l-ebda valutazzjoni tal-impatt xierqa sabiex jiġu vvalutati r-riskji li jirriżultaw mit-trasferimenti ta' data personali lejn it-Tuneżija fir-rigward tad-drittijiet ta' individwi għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data, iżda wkoll fir-rigward tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali oħra protetti mill-Karta; jitlob lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-impatt xierqa sabiex tiddefinixxi s-salvagwardji meħtieġa li għandhom jiġu integrati fil-ftehim;
4. Jinsisti li l-livell ta' protezzjoni li jirriżulta mill-ftehim għandu jkun essenzjalment ekwivalenti għal-livell ta' protezzjoni fid-dritt tal-UE; jenfasizza li, jekk tali livell ma jistax jiġi ggarantit, kemm fil-liġi u kemm fil-prattika, il-ftehim ma jistax jiġi konkluż;
5. Jitlob li, sabiex jiġu osservati bis-sħiħ l-Artikolu 8 tal-Karta u l-Artikolu 16 tat-TFUE u biex tiġi evitata kwalunkwe responsabbiltà potenzjali mill-Europol fir-rigward ta' ksur tal-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data li tirriżulta minn trasferiment ta' data personali mingħajr is-salvagwardji meħtieġa u xierqa, il-ftehim jinkludi dispożizzjonijiet stretti u speċifiċi li jimponu l-osservanza tal-prinċipju tal-limitazzjoni tal-iskop b'kundizzjonijiet ċari għall-ipproċessar tad-data personali trażmessa;
6. Jitlob li l-Linja Gwida B tiġi kkompletata biex tindika espressament il-ftehim li l-Europol, skont l-Artikolu 19 tar-Regolament dwar il-Europol, għandu jirrispetta kwalunkwe restrizzjoni imposta fuq data personali trażmessa lill-Europol mill-Istati Membri jew minn fornituri oħra fir-rigward tal-użu u l-aċċess għad-data li se tiġi ttrasferita lit-Tuneżija;
7. Jitlob li l-ftehim jipprevedi b'mod ċar li kwalunkwe pproċessar ulterjuri għandu dejjem jirrikjedi awtorizzazzjoni minn qabel u bil-miktub mill-Europol; jenfasizza li dawn l-awtorizzazzjonijiet għandhom jiġu dokumentati mill-Europol u jkunu disponibbli għall-KEPD fuq talba tiegħu; jitlob li l-ftehim ikun fih ukoll dispożizzjoni li tobbliga lill-awtoritajiet kompetenti tat-Tuneżija jirrispettaw dawn ir-restrizzjonijiet u jispeċifikaw kif il-konformità ma' dawn ir-restrizzjonijiet se tiġi infurzata;
8. Jinsisti li l-ftehim jinkludi dispożizzjoni ċara u preċiża li tistabbilixxi l-perjodu taż-żamma tad-data personali li ġiet trasferita u li timponi t-tħassir tad-data personali trasferita fi tmiem il-perjodu taż-żamma tad-data; jitlob li jiġu stipulati miżuri proċedurali fil-ftehim biex tiġi żgurata l-konformità; jinsisti li, f'każijiet eċċezzjonali, fejn ikun hemm raġunijiet debitament ġustifikati għall-ħżin tad-data għal perjodu estiż, lil hinn mill-iskadenza tal-perjodu taż-żamma tad-data, dawn ir-raġunijiet u d-dokumentazzjoni ta' akkumpanjament jiġu kkomunikati lill-Europol u l-KEPD;
9. Jistenna li l-kriterji inklużi fil-Premessa 71 tad-Direttiva (UE) 2016/680 jiġu applikati, jiġifieri t-trasferimenti ta' data personali għandhom jitwettqu b'mod konformi mal-obbligi ta' kunfidenzjalità tal-awtoritajiet Tuneżini kompetenti li jirċievu d-data personali mill-Europol kif ukoll mal-prinċipju tal-ispeċifiċità, u li d-data personali mhijiex se tintuża fi kwalunkwe każ biex tintalab, tingħata jew tiġi eżegwita l-piena tal-mewt jew kwalunkwe forma oħra ta' trattament krudili u inuman;
10. Iqis li l-kategoriji ta' reati li għalihom id-data personali se tiġi skambjata jeħtieġ li jkunu definiti b'mod ċar u mniżżla fil-ftehim internazzjonali stess, f'konformità mad-definizzjonijiet ta' reati kriminali tal-UE meta jkunu disponibbli; jenfasizza li din il-lista għandha tiddefinixxi b'mod ċar u preċiż l-attivitajiet koperti minn tali reati, u l-persuni, il-gruppi u l-organizzazzjonijiet li aktarx jiġu affettwati mit-trasferiment;
11. Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jiddefinixxu, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QtĠ-UE) u fis-sens tal-Artikolu 8(3) tal-Karta, mal-Gvern tat-Tuneżija, liema awtorità superviżjorja indipendenti għandha tkun responsabbli biex tissorvelja l-implimentazzjoni tal-ftehim internazzjonali; iħeġġeġ li tali awtorità tkun identifikata u stabbilita qabel ma jidħol fis-seħħ il-ftehim internazzjonali; jinsisti li l-isem ta' din l-awtorità jiġi espressament inkluż f'anness mal-ftehim;
12. Iqis li għandu jkun possibbli għal kull parti kontraenti li tissospendi jew tirrevoka l-ftehim internazzjonali jekk ikun hemm ksur tiegħu, u li l-korp superviżorju indipendenti għandu jkollu wkoll is-setgħa li jissuġġerixxi li l-ftehim jiġi sospiż jew itterminat f'każ ta' ksur tiegħu; iqis li kwalunkwe data personali li tidħol fil-kamp ta' applikazzjoni tal-ftehim u li tkun ġiet trasferita qabel is-sospensjoni jew it-terminazzjoni tiegħu tista' tkompli tiġi pproċessata b'mod konformi mal-ftehim; iqis li evalwazzjoni perjodika tal-ftehim għandha tkun stabbilita sabiex tevalwa l-konformità tas-sħab mal-ftehim;
13. Huwa tal-fehma li hija meħtieġa definizzjoni ċara tal-kunċett ta' każijiet individwali minħabba li dan il-kunċett huwa meħtieġ għall-valutazzjoni tan-neċessità u l-proporzjonalità tat-trasferimenti ta' data; jirrileva li din id-definizzjoni għandha tirreferi għal investigazzjonijiet kriminali reali;
14. Huwa tal-fehma li l-kunċett ta' raġunijiet raġonevoli jeħtieġ li jiġi ddefinit għall-valutazzjoni tan-neċessità u tal-proporzjonalità tat-trasferimenti ta' data; jirrileva li din id-definizzjoni għandha tirreferi għal investigazzjonijiet kriminali reali;
15. Jenfasizza li d-data trasferita lil awtorità riċeventi qatt ma tista' tiġi pproċessata ulterjorment minn awtoritajiet oħrajn u li, għal dan il-għan, għandha titfassal lista eżawrjenti tal-awtoritajiet kompetenti fit-Tuneżija li lilhom l-Europol jista' jittrasferixxi d-data, inkluża deskrizzjoni tal-kompetenzi tal-awtoritajiet; iqis li kwalunkwe modifika għal tali lista li tissostitwixxi jew iżżid awtorità kompetenti ġdida tkun teħtieġ reviżjoni tal-ftehim internazzjonali;
16. Jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġi indikat espressament li t-trasferimenti suċċessivi ta' informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tat-Tuneżija lil awtoritajiet oħra fit-Tuneżija jistgħu jiġu permessi biss biex jiġi ssodisfat l-għan oriġinali tat-trasferiment mill-Europol u dawn għandhom dejjem jiġu kkomunikati lill-awtorità indipendenti, il-KEPD u l-Europol;
17. Jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġi indikat espressament li t-trasferimenti suċċessivi ta' informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tat-Tuneżija lil pajjiżi oħra huma projbiti u jirriżultaw fit-terminazzjoni immedjata tal-ftehim internazzjonali;
18. Iqis li l-ftehim internazzjonali mat-Tuneżija għandu jinkludi d-dritt tas-suġġetti tad-data għal informazzjoni, rettifika u tħassir kif previst f'leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data;
19. Jinnota li t-trasferiment ta' data personali li tiżvela l-oriġini razzjali jew etnika, l-opinjonijiet politiċi, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, is-sħubija fi trade union, id-data ġenetika jew id-data dwar is-saħħa u l-ħajja sesswali huwa estremament sensittiv u jagħti lok għal tħassib profond fid-dawl tal-qafas legali, il-karatteristiċi soċjetali u l-isfond kulturali differenti tat-Tuneżija meta mqabbla mal-Unjoni Ewropea; jissottolinja l-fatt li l-atti kriminali huma definiti b'mod differenti fl-Unjoni u fit-Tuneżija; huwa tal-fehma li tali trasferiment ta' data għandu jseħħ biss f'każijiet verament eċċezzjonali u b'salvagwardji ċari għas-suġġett tad-data u l-persuni marbuta mas-suġġett tad-data; iqis li jeħtieġ li jiġu definiti salvagwardji speċifiċi li jkunu jridu jiġu rrispettati min-naħa tat-Tuneżija fir-rigward tad-drittijiet fundamentali, inkluż ir-rispett tal-libertà ta' espressjoni, tal-libertà ta' reliġjon u tad-dinjità tal-bniedem;
20. Jemmen li fil-ftehim għandu jiġi inkluż mekkaniżmu ta' monitoraġġ u li l-ftehim għandu jkun suġġett għal valutazzjonijiet perjodiċi biex jiġu evalwati kemm il-funzjonament tiegħu b'rabta mal-ħtiġijiet operazzjonali tal-Europol kif ukoll il-konformità tiegħu mad-drittijiet u mal-prinċipji Ewropej dwar il-protezzjoni tad-data;
21. Jistieden lill-Kummissjoni tfittex il-parir tal-KEPD qabel il-finalizzazzjoni tal-ftehim internazzjonali bi qbil mar-Regolament (UE) Nru 2016/794 u mar-Regolament (KE) Nru 45/2001;
22. Jisħaq fuq il-punt li l-kunsens tal-Parlament għall-konklużjoni tal-ftehim se jkun kondizzjonali fuq l-involviment sodisfaċenti tal-Parlament fl-istadji kollha tal-proċedura skont l-Artikolu 218 tat-TFUE;
23. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-Gvern tat-Tuneżija.
Id-Dokument ta' Programmazzjoni tal-Europol 2018-2020 adottat mill-Bord Amministrattiv tal-Europol fit-30 ta' Novembru 2017, EDOC# 856927v18.
Il-ftuħ ta' negozjati għal Ftehim UE-Marokk dwar l-iskambju ta' data personali fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu
144k
55k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2018 dwar ir-rakkomandazzjoni, tal-Kummissjoni, għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati għal ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar l-iskambju ta' data personali bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-awtoritajiet kompetenti tal-Marokk fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu (COM(2017)0808 – 2018/2064(INI))
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni, mill-Kummissjoni, għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati għal ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar l-iskambju ta' data personali bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-awtoritajiet kompetenti tal-Marokk fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu (COM(2017)0808),
– wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 7 u 8 tagħha,
– wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b'mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu, u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b'mod partikolari l-Artikoli 16 u 218 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI(1),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data)(2),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar ta' data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika)(3),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI tas-27 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni ta' data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali(4),
– wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI(5),
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Protezzjoni tad-Data (ETS Nru 108) u l-Protokoll Addizzjonali tat-8 ta' Novembru 2001 għall-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta' Data Personali f'dak li għandu x'jaqsam mal-awtoritajiet superviżorji u flussi ta' data transfruntiera (ETS Nru 181),
– wara li kkunsidra l-Opinjoni 2/2018 tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) dwar tmien mandati ta' negozjar sabiex jiġu konklużi ftehimiet internazzjonali li jippermettu l-iskambju ta' data bejn il-Europol u pajjiżi terzi,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Ottubru 2017 dwar il-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità(6),
– wara li kkunsidra l-ftehim li ntlaħaq mill-Parlament tal-UE u mill-Kunsill dwar l-proposta għal Regolament dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (COM(2017)0008), u b'mod partikolari l-Kapitolu dwar l-ipproċessar ta' data personali operazzjonali li japplika għall-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji tal-Unjoni meta jwettqu l-attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Kapitoli 4 u 5 tat-Titolu V tal-Parti Tlieta tat-TFUE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 108(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0238/2018),
A. billi r-Regolament (UE) 2016/794 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) jippermetti t-trasferiment ta' data personali lil awtorità ta' pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali, sa fejn tali trasferiment ikun neċessarju għat-twettiq tal-kompiti tal-Europol, abbażi ta' deċiżjoni ta' adegwatezza tal-Kummissjoni skont id-Direttiva (UE) 2016/680, ta' ftehim internazzjonali skont l-Artikolu 218 tat-TFUE li jipprevedi salvagwardji adegwati, jew ta' ftehimiet ta' kooperazzjoni li jippermettu l-iskambju ta' data personali konklużi qabel l-1 ta' Mejju 2017, u, f'sitwazzjonijiet eċċezzjonali, fuq bażi ta' każ b'każ taħt kundizzjonijiet stretti stabbiliti fl-Artikolu 25(5) tar-Regolament (UE) 2016/794 u dment li jkunu żgurati salvagwardji adegwati;
B. billi l-ftehimiet internazzjonali li jippermettu lill-Europol u lil pajjiżi terzi jikkooperaw u jiskambjaw data personali għandhom jirrispettaw l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-Artikolu 16 tat-TFUE, u b'hekk jirrispettaw il-prinċipju tal-limitazzjoni tal-iskop, id-dritt għal aċċess, id-dritt għal rettifika u jkunu soġġetti għal monitoraġġ minn awtorità indipendenti stipulata speċifikament mill-Karta, u jkunu meħtieġa u proporzjonati għat-twettiq tal-kompiti tal-Europol;
C. billi tali trasferiment għandu jkun ibbażat fuq ftehim internazzjonali konkluż bejn l-Unjoni u dak il-pajjiż terz skont l-Artikolu 218 tat-TFUE li jipprevedi garanziji adegwati fir-rigward tal-protezzjoni tal-privatezza u tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-individwi;
D. billi d-dokument ta' programmazzjoni tal-Europol 2018/2020(7) jirrileva r-rilevanza dejjem tikber ta' approċċ multidixxiplinari msaħħaħ, inkluża l-aggregazzjoni tal-għarfien espert u tal-informazzjoni meħtieġa minn firxa titwessa' ta' sħab, għat-twettiq tal-missjoni tal-Europol;
E. billi l-Parlament, fir-Riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Ottubru 2017 dwar il-Ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità, issottolinja li l-ftehimiet ta' kooperazzjoni strateġiċi u operazzjonali bejn il-Europol u pajjiżi terzi jiffaċilitaw kemm l-iskambju ta' informazzjoni kif ukoll kooperazzjoni prattika fil-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità;
F. billi l-Europol diġà stabbilixxa diversi ftehimiet dwar l-iskambju ta' data ma' pajjiżi terzi fil-passat, bħall-Albanija, l-Awstralja, il-Bożnija-Ħerżegovina, il-Kanada, il-Kolombja, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Georgia, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, il-Moldova, Monaco, il-Montenegro, in-Norveġja, is-Serbja, l-Iżvizzera, l-Ukrajna, l-Istati Uniti tal-Amerka;
G. billi l-KEPD ilu l-kontrollur tal-Europol mill-1 ta' Mejju 2017, u huwa wkoll il-konsulent tal-istituzzjonijiet tal-UE għal dak li jikkonċerna l-politiki u l-leġiżlazzjoni relatati mal-protezzjoni tad-data;
1. Iqis li n-neċessità tal-kooperazzjoni mar-Renju tal-Marokk fil-qasam tal-infurzar tal-liġi għall-interessi tas-sigurtà tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll il-proporzjonalità tagħha, jeħtieġ li jiġu vvalutati sewwa; jitlob li l-Kummissjoni, f'dan il-kuntest, twettaq valutazzjoni tal-impatt eżawrjenti; jirrileva li hemm bżonn ta' kawtela xierqa fid-definizzjoni ta' mandat ta' negozjar għal ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar l-iskambju ta' data personali bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-awtoritajiet kompetenti tal-Marokk fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu;
2. Iqis li l-konsistenza sħiħa mal-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, kif ukoll ma' drittijiet u libertajiet fundamentali oħra protetti mill-Karta, għandha tkun żgurata fil-pajjiżi terzi riċeventi; jistieden lill-Kunsill, f'dan ir-rigward, jikkompleta l-linji gwida tan-negozjar proposti mill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati f'din ir-riżoluzzjoni;
3. Jieħu nota li, sal-lum, ma twettqet l-ebda valutazzjoni tal-impatt xierqa sabiex jiġu vvalutati fil-fond ir-riskji li jirriżultaw minn trasferimenti ta' data personali lir-Renju tal-Marokk fir-rigward tad-drittijiet tal-individwi għall-privatezza u għall-protezzjoni tad-data, iżda wkoll għal drittijiet u libertajiet fundamentali oħra protetti mill-Karta; jitlob li l-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-impatt xierqa sabiex tiddefinixxi s-salvagwardji meħtieġa li għandhom jiġu integrati fil-ftehim;
4. Jinsisti li l-livell ta' protezzjoni li jirriżulta mill-ftehim għandu jkun essenzjalment ekwivalenti għal-livell ta' protezzjoni fid-dritt tal-UE; jenfasizza li, jekk tali livell ma jistax jiġi ggarantit, kemm fil-liġi u kemm fil-prattika, il-ftehim ma jistax jiġi konkluż;
5. Jitlob li, sabiex jirrispetta bis-sħiħ l-Artikolu 8 tal-Karta u l-Artikolu 16 tat-TFUE u sabiex tiġi evitata kwalunkwe responsabbiltà potenzjali tal-Europol rigward ksur tad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data li jirriżulta mit-trasferiment ta' data personali mingħajr is-salvagwardji meħtieġa u xierqa, il-ftehim jinkludi dispożizzjonijiet stretti u speċifiċi li jimponu r-rispett tal-prinċipju tal-limitazzjoni tal-iskop b'kundizzjonijiet ċari għall-ipproċessar tad-data personali trażmessa;
6. Jitlob li l-Linja Gwida B tiġi kkompletata biex tindika espressament il-qbil li l-Europol, skont l-Artikolu 19 tar-Regolament dwar il-Europol, għandu jirrispetta kwalunkwe restrizzjoni imposta fuq data personali trażmessa lill-Europol mill-Istati Membri jew minn fornituri oħra rigward l-użu u l-aċċess għad-data li għandha tiġi ttrasferita lir-Renju tal-Marokk;
7. Jitlob li l-ftehim jipprevedi b'mod ċar li kwalunkwe pproċessar ulterjuri għandu dejjem jirrikjedi awtorizzazzjoni minn qabel u bil-miktub mill-Europol; jenfasizza li dawn l-awtorizzazzjonijiet għandhom jiġu ddokumentati mill-Europol u jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-KEPD fuq talba tiegħu; jitlob li l-ftehim ikun fih ukoll dispożizzjoni li tobbliga lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju tal-Marokk jirrispettaw dawn ir-restrizzjonijiet u jispeċifikaw kif il-konformità ma' dawn ir-restrizzjonijiet imbagħad tiġi infurzata;
8. Jinsisti li l-ftehim jinkludi dispożizzjoni ċara u preċiża li tistipula l-perjodu taż-żamma tad-data għad-data personali li tkun ġiet ittrasferita u li tirrikjedi li d-data personali ttrasferita titħassar fi tmiem il-perjodu taż-żamma tad-data; jitlob li miżuri proċedurali jiġu stipulati fil-ftehim biex jiżguraw il-konformità; jinsisti li, f'każijiet eċċezzjonali, fejn ikun hemm raġunijiet debitament ġustifikati biex id-data tinħażen għal perjodu estiż, lil hinn mill-iskadenza tal-perjodu taż-żamma tad-data, dawn ir-raġunijiet u d-dokumentazzjoni ta' akkumpanjament jiġu kkomunikati lill-Europol u lill-KEPD;
9. Jistenna li l-kriterji inklużi fil-Premessa 71 tad-Direttiva (UE) 2016/680 jiġu applikati, jiġifieri t-trasferimenti ta' data personali għandhom ikunu suġġetti għall-obbligi ta' kunfidenzjalità mill-awtoritajiet kompetenti tal-Marokk li jirċievu data personali mill-Europol, il-prinċipju tal-ispeċifiċità, u li d-data personali mhi se tintuża fl-ebda każ biex tintalab, tingħata jew tiġi eżegwita piena tal-mewt jew kwalunkwe għamla oħra ta' trattament krudili u inuman;
10. Iqis li l-kategoriji ta' reati li għalihom id-data personali se tiġi skambjata jeħtieġ li jkunu definiti b'mod ċar u mniżżla fil-ftehim internazzjonali stess, f'konformità mad-definizzjonijiet ta' reati kriminali tal-UE meta jkunu disponibbli; jenfasizza li din il-lista għandha tiddefinixxi b'mod ċar u preċiż l-attivitajiet koperti minn tali reati, u l-persuni, il-gruppi u l-organizzazzjonijiet li aktarx jiġu affettwati mit-trasferiment;
11. Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jiddefinixxu, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QtĠ-UE) u fit-tifsira tal-Artikolu 8(3) tal-Karta, mal-Gvern tar-Renju tal-Marokk, liema awtorità superviżorja indipendenti għandha tkun responsabbli li tissorvelja l-implimentazzjoni tal-ftehim internazzjonali; iħeġġeġ li tali awtorità tkun identifikata u stabbilita qabel ma jidħol fis-seħħ il-ftehim internazzjonali; jinsisti li l-isem ta' din l-awtorità jiġi espressament inkluż f'anness mal-ftehim;
12. Iqis li għandu jkun possibbli għal kull parti kontraenti li tissospendi jew tirrevoka l-ftehim internazzjonali jekk ikun hemm ksur tiegħu, u li l-korp superviżorju indipendenti għandu jkollu wkoll is-setgħa li jissuġġerixxi li l-ftehim jiġi sospiż jew itterminat f'każ ta' ksur tiegħu; iqis li kwalunkwe data personali li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-ftehim u li tkun ġiet ittrasferita qabel is-sospensjoni jew it-terminazzjoni tagħha tista' tibqa' tiġi pproċessata f'konformità mal-ftehim; iqis li evalwazzjoni perjodika tal-ftehim għandha tkun stabbilita sabiex tevalwa l-konformità tas-sħab mal-ftehim;
13. Huwa tal-fehma li definizzjoni ċara tal-kunċett ta' każijiet individwali hija meħtieġa, minħabba li dan il-kunċett huwa neċessarju biex jiġu vvalutati n-neċessità u tal-proporzjonalità tat-trasferimenti tad-data; jirrileva li din id-definizzjoni għandha tirreferi għal investigazzjonijiet kriminali reali;
14. Huwa tal-fehma li l-kunċett ta' raġunijiet raġonevoli jeħtieġ li jiġi ddefinit għall-valutazzjoni tan-neċessità u tal-proporzjonalità tat-trasferimenti ta' data; jirrileva li din id-definizzjoni għandha tirreferi għal investigazzjonijiet kriminali reali;
15. Jenfasizza li d-data ttrasferita lil awtorità riċeventi qatt ma tista' tiġi pproċessata ulterjorment minn awtoritajiet oħra u li, għal dan il-għan, għandha titfassal lista eżawrjenti tal-awtoritajiet kompetenti tar-Renju tal-Marokk, li lilhom il-Europol jista' jittrasferixxi data, inkluża deskrizzjoni tal-kompetenzi tal-awtoritajiet; iqis li kwalunkwe modifika għal tali lista li tissostitwixxi jew iżżid awtorità kompetenti ġdida tkun tirrikjedi reviżjoni tal-ftehim internazzjonali;
16. Jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġi indikat espressament li trasferimenti ulterjuri ta' informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju tal-Marokk lil awtoritajiet oħra fir-Renju tal-Marokk jistgħu jitħallew isiru biss biex jissodisfaw l-iskop oriġinali tat-trasferiment mill-Europol, u għandhom dejjem jiġu kkomunikati lill-awtorità indipendenti, lill-KEPD u lill-Europol;
17. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi indikat espressament li t-trasferimenti ulterjuri ta' informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju tal-Marokk lil pajjiżi oħra huma projbiti u jirriżultaw fit-terminazzjoni immedjata tal-ftehim internazzjonali;
18. Iqis li l-ftehim internazzjonali mar-Renju tal-Marokk għandu jinkludi d-dritt tas-suġġetti tad-data għal informazzjoni, rettifika u tħassir kif previst f'leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data;
19. Jinnota li t-trasferiment ta' data personali li tiżvela l-oriġini razzjali jew etnika, l-opinjonijiet politiċi, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, is-sħubija fi trade union, id-data ġenetika jew data li tikkonċerna s-saħħa u l-ħajja sesswali ta' persuna huwa estremament sensittiv u jagħti lok għal preokkupazzjonijiet profondi fid-dawl tal-qafas legali, tal-karatteristiċi tas-soċjetà u tal-isfond kulturali differenti tar-Renju tal-Marokk meta mqabbel mal-Unjoni Ewropea; jirrileva l-fatt li atti kriminali huma definiti b'mod differenti fl-Unjoni u fir-Renju tal-Marokk huwa tal-fehma li tali trasferiment ta' data, għaldaqstant, għandu jseħħ biss f'każijiet eċċezzjonali ħafna u b'salvagwardji ċari għas-suġġett tad-data u għall-persuni marbuta mas-suġġett tad-data; iqis li jeħtieġ li jiġu ddefiniti salvagwardji speċifiċi li jkunu jridu jiġu rrispettati mir-Renju tal-Marokk fir-rigward tad-drittijiet fundamentali, inkluż ir-rispett tal-libertà ta' espressjoni, tal-libertà ta' reliġjon u tad-dinjità tal-bniedem;
20. Jemmen li għandu jiġi inkluż fil-ftehim mekkaniżmu ta' monitoraġġ u li l-ftehim għandu jkun suġġett għal valutazzjonijiet perjodiċi biex jiġu evalwati l-funzjonament tiegħu bi rbit mal-ħtiġijiet operazzjonali tal-Europol kif ukoll il-konformità tiegħu mad-drittijiet u mal-prinċipji Ewropej dwar il-protezzjoni tad-data;
21. Jistieden lill-Kummissjoni tfittex il-parir tal-KEPD qabel il-finalizzazzjoni tal-ftehim internazzjonali bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 2016/794 u mar-Regolament (KE) Nru 45/2001;
22. Jenfasizza li l-kunsens tal-Parlament għall-konklużjoni tal-ftehim se jkun kondizzjonali fuq l-involviment sodisfaċenti tal-Parlament fl-istadji kollha tal-proċedura skont l-Artikolu 218 tat-TFUE;
23. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Gvern tar-Renju tal-Marokk.
Id-Dokument ta' Programmazzjoni tal-Europol 2018-2020 adottat mill-Bord Amministrattiv tal-Europol fit-30 ta' Novembru 2017, EDOC# 856927v18.
Il-ftuħ ta' negozjati għal Ftehim UE-Libanu dwar l-iskambju ta' data personali fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu
137k
54k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2018 dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati għal ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Libaniża dwar l-iskambju ta' data personali bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-awtoritajiet kompetenti tal-Libanu fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu (COM(2017)0805 – 2018/2065(INI))
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati għal ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Libaniża dwar l-iskambju ta' data personali bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-awtoritajiet kompetenti tal-Libanu fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu (COM(2017)0805),
– wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 7 u 8 tagħha,
– wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b'mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu, u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b'mod partikolari l-Artikoli 16 u 218 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI(1),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data)(2),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar ta' data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika)(3),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI tas-27 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni ta' data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali(4),
– wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI(5),
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Protezzjoni tad-Data (ETS Nru 108) u l-Protokoll Addizzjonali tat-8 ta' Novembru 2001 għall-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta' Data Personali f'dak li għandu x'jaqsam mal-awtoritajiet superviżorji u flussi ta' data transfruntiera (ETS Nru 181),
– wara li kkunsidra l-Opinjoni 2/2018 tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) dwar tmien mandati ta' negozjar sabiex jiġu konklużi ftehimiet internazzjonali li jippermettu l-iskambju ta' data bejn il-Europol u pajjiżi terzi,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Ottubru 2017 dwar il-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità(6),
– wara li kkunsidra l-ftehim li ntlaħaq mill-Parlament tal-UE u mill-Kunsill dwar l-proposta għal Regolament dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (COM(2017)0008), u b'mod partikolari l-Kapitolu dwar l-ipproċessar ta' data personali operazzjonali li japplika għall-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji tal-Unjoni meta jwettqu l-attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Kapitoli 4 u 5 tat-Titolu V tal-Parti Tlieta tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 108(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0234/2018),
A. billi r-Regolament (UE) 2016/794 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) jippermetti t-trasferiment ta' data personali lil awtorità ta' pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali, sa fejn tali trasferiment ikun neċessarju għat-twettiq tal-kompiti tal-Europol, abbażi ta' deċiżjoni ta' adegwatezza tal-Kummissjoni skont id-Direttiva (UE) 2016/680, ta' ftehim internazzjonali skont l-Artikolu 218 tat-TFUE li jipprevedi salvagwardji adegwati, jew ta' ftehimiet ta' kooperazzjoni li jippermettu l-iskambju ta' data personali konklużi qabel l-1 ta' Mejju 2017, u, f'sitwazzjonijiet eċċezzjonali, fuq bażi ta' każ b'każ taħt kundizzjonijiet stretti stabbiliti fl-Artikolu 25(5) tar-Regolament (UE) 2016/794 u dment li jkunu żgurati salvagwardji adegwati;
B. billi l-ftehimiet internazzjonali li jippermettu lill-Europol u lil pajjiżi terzi jikkooperaw u jiskambjaw data personali għandhom jirrispettaw l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-Artikolu 16 tat-TFUE, u b'hekk jirrispettaw il-prinċipju tal-limitazzjoni tal-iskop, id-dritt għal aċċess, id-dritt għal rettifika u jkunu soġġetti għal monitoraġġ minn awtorità indipendenti stipulata speċifikament mill-Karta, u jkunu meħtieġa u proporzjonati għat-twettiq tal-kompiti tal-Europol;
C. billi tali trasferiment għandu jkun ibbażat fuq ftehim internazzjonali konkluż bejn l-Unjoni u dak il-pajjiż terz skont l-Artikolu 218 tat-TFUE li jipprevedi garanziji adegwati fir-rigward tal-protezzjoni tal-privatezza u tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-individwi;
D. billi d-dokument ta' programmazzjoni tal-Europol 2018/2020(7) jirrileva r-rilevanza dejjem tikber ta' approċċ multidixxiplinari msaħħaħ, inkluża l-aggregazzjoni tal-għarfien espert u tal-informazzjoni meħtieġa minn firxa titwessa' ta' sħab, għat-twettiq tal-missjoni tal-Europol;
E. billi l-Parlament, fir-Riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Ottubru 2017 dwar il-Ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità, issottolinja li l-ftehimiet ta' kooperazzjoni strateġiċi u operazzjonali bejn il-Europol u pajjiżi terzi jiffaċilitaw kemm l-iskambju ta' informazzjoni kif ukoll kooperazzjoni prattika fil-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità;
F. billi l-Europol diġà stabbilixxa diversi ftehimiet dwar l-iskambju ta' data ma' pajjiżi terzi fil-passat, bħall-Albanija, l-Awstralja, il-Bożnija-Ħerżegovina, il-Kanada, il-Kolombja, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Georgia, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, il-Moldova, Monaco, il-Montenegro, in-Norveġja, is-Serbja, l-Iżvizzera, l-Ukrajna, l-Istati Uniti tal-Amerka;
G. billi l-KEPD ilu l-kontrollur tal-Europol mill-1 ta' Mejju 2017, u huwa wkoll il-konsulent tal-istituzzjonijiet tal-UE għal dak li jikkonċerna l-politiki u l-leġiżlazzjoni relatati mal-protezzjoni tad-data;
1. Iqis li n-neċessità tal-kooperazzjoni mar-Repubblika Libaniża fil-qasam tal-infurzar tal-liġi għall-interessi tas-sigurtà tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll il-proporzjonalità tagħha, jeħtieġ li jiġu vvalutati sewwa; jitlob li l-Kummissjoni, f'dan il-kuntest, twettaq valutazzjoni tal-impatt eżawrjenti; jirrileva li hemm bżonn ta' kawtela xierqa fid-definizzjoni ta' mandat ta' negozjar għal ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Libaniża dwar l-iskambju ta' data personali bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-awtoritajiet kompetenti tal-Libanu fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu;
2. Iqis li l-konsistenza sħiħa mal-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, kif ukoll ma' drittijiet u libertajiet fundamentali oħra protetti mill-Karta, għandha tkun żgurata fil-pajjiżi terzi riċeventi; jistieden lill-Kunsill, f'dan ir-rigward, jikkompleta l-linji gwida tan-negozjar proposti mill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati f'din ir-riżoluzzjoni;
3. Jieħu nota li, sal-lum, ma twettqet l-ebda valutazzjoni tal-impatt xierqa sabiex jiġu vvalutati fil-fond ir-riskji li jirriżultaw minn trasferimenti ta' data personali lir-Repubblika Libaniża fir-rigward tad-drittijiet tal-individwi għall-privatezza u għall-protezzjoni tad-data, iżda wkoll għal drittijiet u libertajiet fundamentali oħra protetti mill-Karta; jitlob li l-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-impatt xierqa sabiex tiddefinixxi s-salvagwardji meħtieġa li għandhom jiġu integrati fil-ftehim;
4. Jinsisti li l-livell ta' protezzjoni li jirriżulta mill-ftehim għandu jkun essenzjalment ekwivalenti għal-livell ta' protezzjoni fid-dritt tal-UE; jenfasizza li, jekk tali livell ma jistax jiġi ggarantit, kemm fil-liġi u kemm fil-prattika, il-ftehim ma jistax jiġi konkluż;
5. Jitlob li, sabiex jirrispetta bis-sħiħ l-Artikolu 8 tal-Karta u l-Artikolu 16 tat-TFUE u sabiex tiġi evitata kwalunkwe responsabbiltà potenzjali tal-Europol rigward ksur tad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data li jirriżulta mit-trasferiment ta' data personali mingħajr is-salvagwardji meħtieġa u xierqa, il-ftehim jinkludi dispożizzjonijiet stretti u speċifiċi li jimponu r-rispett tal-prinċipju tal-limitazzjoni tal-iskop b'kundizzjonijiet ċari għall-ipproċessar tad-data personali trażmessa;
6. Jitlob li l-Linja Gwida B tiġi kkompletata biex tindika espressament il-qbil li l-Europol, skont l-Artikolu 19 tar-Regolament dwar il-Europol, għandu jirrispetta kwalunkwe restrizzjoni imposta fuq data personali trażmessa lill-Europol mill-Istati Membri jew minn fornituri oħra rigward l-użu u l-aċċess għad-data li għandha tiġi ttrasferita lir-Repubblika Libaniża;
7. Jitlob li l-ftehim jipprevedi b'mod ċar li kwalunkwe pproċessar ulterjuri għandu dejjem jirrikjedi awtorizzazzjoni minn qabel u bil-miktub mill-Europol; jenfasizza li dawn l-awtorizzazzjonijiet għandhom jiġu ddokumentati mill-Europol u jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-KEPD fuq talba tiegħu; jitlob li l-ftehim ikun fih ukoll dispożizzjoni li tobbliga lill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Libaniża jirrispettaw dawn ir-restrizzjonijiet u jispeċifikaw kif il-konformità ma' dawn ir-restrizzjonijiet imbagħad tiġi infurzata;
8. Jinsisti li l-ftehim jinkludi dispożizzjoni ċara u preċiża li tistipula l-perjodu taż-żamma tad-data għad-data personali li tkun ġiet ittrasferita u li tirrikjedi li d-data personali ttrasferita titħassar fi tmiem il-perjodu taż-żamma tad-data; jitlob li miżuri proċedurali jiġu stipulati fil-ftehim biex jiżguraw il-konformità; jinsisti li, f'każijiet eċċezzjonali, fejn ikun hemm raġunijiet debitament ġustifikati biex id-data tinħażen għal perjodu estiż, lil hinn mill-iskadenza tal-perjodu taż-żamma tad-data, dawn ir-raġunijiet u d-dokumentazzjoni ta' akkumpanjament jiġu kkomunikati lill-Europol u lill-KEPD;
9. Jistenna li l-kriterji inklużi fil-Premessa 71 tad-Direttiva (UE) 2016/680 jiġu applikati, jiġifieri t-trasferimenti ta' data personali għandhom ikunu suġġetti għall-obbligi ta' kunfidenzjalità mill-awtoritajiet kompetenti tal-Libanu li jirċievu data personali mill-Europol, il-prinċipju tal-ispeċifiċità, u li d-data personali mhi se tintuża fl-ebda każ biex tintalab, tingħata jew tiġi eżegwita piena tal-mewt jew kwalunkwe għamla oħra ta' trattament krudili u inuman;
10. Iqis li l-kategoriji ta' reati li għalihom id-data personali se tiġi skambjata jeħtieġ li jkunu definiti b'mod ċar u mniżżla fil-ftehim internazzjonali stess, f'konformità mad-definizzjonijiet ta' reati kriminali tal-UE meta jkunu disponibbli; jenfasizza li din il-lista għandha tiddefinixxi b'mod ċar u preċiż l-attivitajiet koperti minn tali reati, u l-persuni, il-gruppi u l-organizzazzjonijiet li aktarx jiġu affettwati mit-trasferiment;
11. Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jiddefinixxu, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QtĠ-UE) u fit-tifsira tal-Artikolu 8(3) tal-Karta, mal-Gvern tar-Repubblika Libaniża, liema awtorità superviżorja indipendenti għandha tkun responsabbli li tissorvelja l-implimentazzjoni tal-ftehim internazzjonali; iħeġġeġ li tali awtorità tkun identifikata u stabbilita qabel ma jidħol fis-seħħ il-ftehim internazzjonali; jinsisti li l-isem ta' din l-awtorità jiġi espressament inkluż f'anness mal-ftehim;
12. Iqis li għandu jkun possibbli għal kull parti kontraenti li tissospendi jew tirrevoka l-ftehim internazzjonali jekk ikun hemm ksur tiegħu, u li l-korp superviżorju indipendenti għandu jkollu wkoll is-setgħa li jissuġġerixxi li l-ftehim jiġi sospiż jew itterminat f'każ ta' ksur tiegħu; iqis li kwalunkwe data personali li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-ftehim u li tkun ġiet ittrasferita qabel is-sospensjoni jew it-terminazzjoni tagħha tista' tibqa' tiġi pproċessata f'konformità mal-ftehim; iqis li evalwazzjoni perjodika tal-ftehim għandha tkun stabbilita sabiex tevalwa l-konformità tas-sħab mal-ftehim;
13. Huwa tal-fehma li definizzjoni ċara tal-kunċett ta' każijiet individwali hija meħtieġa, minħabba li dan il-kunċett huwa neċessarju biex jiġu vvalutati n-neċessità u tal-proporzjonalità tat-trasferimenti tad-data; jirrileva li din id-definizzjoni għandha tirreferi għal investigazzjonijiet kriminali reali;
14. Huwa tal-fehma li l-kunċett ta' raġunijiet raġonevoli jeħtieġ li jiġi ddefinit għall-valutazzjoni tan-neċessità u tal-proporzjonalità tat-trasferimenti ta' data; jirrileva li din id-definizzjoni għandha tirreferi għal investigazzjonijiet kriminali reali;
15. Jenfasizza li d-data ttrasferita lil awtorità riċeventi qatt ma tista' tiġi pproċessata ulterjorment minn awtoritajiet oħra u li, għal dan il-għan, għandha titfassal lista eżawrjenti tal-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Libaniża, li lilhom il-Europol jista' jittrasferixxi data, inkluża deskrizzjoni tal-kompetenzi tal-awtoritajiet; iqis li kwalunkwe modifika għal tali lista li tissostitwixxi jew iżżid awtorità kompetenti ġdida tkun tirrikjedi reviżjoni tal-ftehim internazzjonali;
16. Jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġi indikat espressament li trasferimenti ulterjuri ta' informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Libaniża lil awtoritajiet oħra fir-Repubblika Libaniża jistgħu jitħallew isiru biss biex jissodisfaw l-iskop oriġinali tat-trasferiment mill-Europol, u għandhom dejjem jiġu kkomunikati lill-awtorità indipendenti, lill-KEPD u lill-Europol;
17. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi indikat espressament li t-trasferimenti ulterjuri ta' informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Libaniża lil pajjiżi oħra huma projbiti u jirriżultaw fit-terminazzjoni immedjata tal-ftehim internazzjonali;
18. Iqis li l-ftehim internazzjonali mar-Repubblika Libaniża għandu jinkludi d-dritt tas-suġġetti tad-data għal informazzjoni, rettifika u tħassir kif previst f'leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data;
19. Jinnota li t-trasferiment ta' data personali li tiżvela l-oriġini razzjali jew etnika, l-opinjonijiet politiċi, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, is-sħubija fi trade union, id-data ġenetika jew data li tikkonċerna s-saħħa u l-ħajja sesswali ta' persuna huwa estremament sensittiv u jagħti lok għal preokkupazzjonijiet profondi fid-dawl tal-qafas legali, tal-karatteristiċi tas-soċjetà u tal-isfond kulturali differenti tar-Repubblika Libaniża meta mqabbel mal-Unjoni Ewropea; jirrileva l-fatt li atti kriminali huma definiti b'mod differenti fl-Unjoni u fir-Repubblika Libaniża huwa tal-fehma li tali trasferiment ta' data, għaldaqstant, għandu jseħħ biss f'każijiet eċċezzjonali ħafna u b'salvagwardji ċari għas-suġġett tad-data u għall-persuni marbuta mas-suġġett tad-data; iqis li jeħtieġ li jiġu ddefiniti salvagwardji speċifiċi li jkunu jridu jiġu rrispettati mir-Repubblika Libaniża fir-rigward tad-drittijiet fundamentali, inkluż ir-rispett tal-libertà ta' espressjoni, tal-libertà ta' reliġjon u tad-dinjità tal-bniedem;
20. Jemmen li għandu jiġi inkluż fil-ftehim mekkaniżmu ta' monitoraġġ u li l-ftehim għandu jkun suġġett għal valutazzjonijiet perjodiċi biex jiġu evalwati l-funzjonament tiegħu bi rbit mal-ħtiġijiet operazzjonali tal-Europol kif ukoll il-konformità tiegħu mad-drittijiet u mal-prinċipji Ewropej dwar il-protezzjoni tad-data;
21. Jistieden lill-Kummissjoni tfittex il-parir tal-KEPD qabel il-finalizzazzjoni tal-ftehim internazzjonali bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 2016/794 u mar-Regolament (KE) Nru 45/2001;
22. Jenfasizza li l-kunsens tal-Parlament għall-konklużjoni tal-ftehim se jkun kondizzjonali fuq l-involviment sodisfaċenti tal-Parlament fl-istadji kollha tal-proċedura skont l-Artikolu 218 tat-TFUE;
23. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Gvern tar-Repubblika Libaniża.
Id-Dokument ta' Programmazzjoni tal-Europol 2018-2020 adottat mill-Bord Amministrattiv tal-Europol fit-30 ta' Novembru 2017, EDOC# 856927v18.
Il-ftuħ ta' negozjati għal Ftehim UE-Eġittu dwar l-iskambju ta' data personali fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu
138k
55k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2018 dwar ir-rakkomandazzjoni, tal-Kummissjoni, għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati għal ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu dwar l-iskambju ta' data personali bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-awtoritajiet kompetenti Eġizzjani fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu (COM(2017)0809 – 2018/2066(INI))
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati għal ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu dwar l-iskambju ta' data personali bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-awtoritajiet kompetenti Eġizzjani fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu (COM(2017)0809),
– wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 7 u 8 tagħha,
– wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b'mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu, u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b'mod partikolari l-Artikoli 16 u 218 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI(1),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data)(2),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar ta' data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika)(3),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI tas-27 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni ta' data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali(4),
– wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI(5),
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Protezzjoni tad-Data (ETS Nru 108) u l-Protokoll Addizzjonali tat-8 ta' Novembru 2001 għall-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Individwi fir-rigward tal-Proċessar Awtomatiku tad-Data Personali fir-rigward l-awtoritajiet superviżorji u l-flussi transfruntieri tad-data (ETS Nru 181),
– wara li kkunsidra l-Opinjoni 2/2018 tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) dwar tmien mandati ta' negozjar sabiex jiġu konklużi ftehimiet internazzjonali li jippermettu l-iskambju ta' data bejn il-Europol u l-pajjiżi terzi,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Ottubru 2017 dwar il-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità(6),
– wara li kkunsidra l-ftehim milħuq mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-proposta għal regolament dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (COM(2017)0008), u b'mod partikolari l-Kapitolu dwar l-ipproċessar ta' data personali operazzjonali li japplika għall-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji tal-Unjoni meta jwettqu l-attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Kapitoli 4 u 5 tat-Titolu V tal-Parti Tlieta tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 108(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0236/2018),
A. billi r-Regolament (UE) 2016/794 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) jippermetti t-trasferiment ta' data personali lil awtorità ta' pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali, sa fejn tali trasferiment hu neċessarju għat-twettiq tal-kompiti tal-Europol, abbażi ta' deċiżjoni ta' adegwatezza tal-Kummissjoni skont id-Direttiva (UE) 2016/680, ftehim internazzjonali skont l-Artikolu 218 tat-TFUE li jipprevedi salvagwardji adegwati, jew ftehimiet ta' kooperazzjoni li jippermettu l-iskambju ta' data personali konklużi qabel l-1 ta' Mejju 2017, u, f'sitwazzjonijiet eċċezzjonali, fuq bażi ta' każ b'każ taħt kundizzjonijiet stretti stabbiliti fl-Artikolu 25(5) tar-Regolament (UE) 2016/794 u dment li jkunu żgurati salvagwardji adegwati;
B. billi l-ftehimiet internazzjonali li jippermettu lill-Europol u lil pajjiżi terzi jikkooperaw u jiskambjaw data personali għandhom jirrispettaw l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-Artikolu 16 tat-TFUE, u b'hekk jirrispettaw il-prinċipju tal-limitazzjoni tal-iskop, id-dritt għal aċċess, id-dritt għal rettifika u jkunu soġġetti għal monitoraġġ minn awtorità indipendenti stipulata speċifikament mill-Karta, u jkunu meħtieġa u proporzjonati għat-twettiq tal-kompiti tal-Europol;
C. billi tali trasferiment huwa bbażat fuq ftehim internazzjonali konkluż bejn l-Unjoni u dak il-pajjiż terz skont l-Artikolu 218 tat-TFUE li jipprevedi garanziji adegwati fir-rigward tal-protezzjoni tal-privatezza u d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-individwi;
D. billi f'dawn l-aħħar snin inkixfu bosta każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Għarbija tal-Eġittu; billi, b'mod partikolari, in-nuqqas ta' qbil ġie mrażżan b'mod qawwi, u l-ġurnalisti, l-attivisti politiċi u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem kienu fost dawk fil-mira; billi komplew jiġu rrappurtati każijiet ta' tortura; billi l-impunità ġenerali impediet kwalunkwe investigazzjoni effikaċi tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem min-naħa tal-uffiċjali tal-istat;
E. billi d-dokument ta' programmazzjoni tal-Europol 2018/2020(7) jirrileva r-rilevanza dejjem tikber ta' approċċ multidixxiplinari msaħħaħ, inkluża l-aggregazzjoni tal-għarfien espert u tal-informazzjoni meħtieġa minn firxa titwessa' ta' sħab, għat-twettiq tal-missjoni tal-Europol;
F. billi l-Parlament, fir-Riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Ottubru 2017 dwar il-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità, issottolinja li l-ftehimiet ta' kooperazzjoni strateġiċi u operazzjonali bejn il-Europol u pajjiżi terzi jiffaċilitaw kemm l-iskambju ta' informazzjoni kif ukoll kooperazzjoni prattika fil-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità;
G. billi l-Europol diġà stabbilixxa diversi ftehimiet dwar l-iskambju ta' data ma' pajjiżi terzi fil-passat, bħall-Albanija, l-Awstralja, il-Bożnija-Ħerżegovina, il-Kanada, il-Kolombja, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Georgia, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, il-Moldova, Monaco, il-Montenegro, in-Norveġja, is-Serbja, l-Iżvizzera, l-Ukrajna u l-Istati Uniti tal-Amerka;
H. billi l-KEPD ilu l-kontrollur tal-Europol mill-1 ta' Mejju 2017, u huwa wkoll il-konsulent tal-istituzzjonijiet tal-UE għal dak li jikkonċerna l-politiki u l-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data;
1. Iqis li n-neċessità tal-kooperazzjoni mar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu fil-qasam tal-infurzar tal-liġi għall-interessi tas-sigurtà tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll il-proporzjonalità tagħha, jeħtieġ li jiġu vvalutati kif xieraq; jitlob li l-Kummissjoni, f'dan il-kuntest, twettaq valutazzjoni tal-impatt eżawrjenti; jirrileva li hemm bżonn ta' kawtela xierqa fid-definizzjoni ta' mandat ta' negozjar għal ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu dwar l-iskambju ta' data personali bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-awtoritajiet kompetenti tal-Eġittu fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu;
2. Iqis li l-konsistenza sħiħa mal-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, kif ukoll ma' drittijiet u libertajiet fundamentali oħra protetti mill-Karta, għandha tkun żgurata fil-pajjiżi terzi riċeventi; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Kunsill biex jikkompleta l-linji gwida tan-negozjar proposti mill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati f'din ir-riżoluzzjoni;
3. Iqis li hemm tħassib kbir dwar ir-rispett tad-drittijiet fundamentali fir-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, b'mod partikolari fir-rigward tal-libertà tal-espressjoni, il-libertà tar-reliġjon u d-dritt li wieħed ma jkunx soġġett għal tortura jew trattament inuman, kif minqux fil-Karta u fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;
4. Jinnota li sal-lum ma twettqet l-ebda valutazzjoni tal-impatt xierqa sabiex jiġu vvalutati r-riskji li jirriżultaw mit-trasferimenti ta' data personali lir-Repubblika Għarbija tal-Eġittu fir-rigward tad-drittijiet ta' individwi għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data, iżda wkoll għal drittijiet u libertajiet fundamentali oħra protetti mill-Karta; jitlob lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-impatt xierqa sabiex tiddefinixxi s-salvagwardji meħtieġa li għandhom jiġu integrati fil-ftehim;
5. Jinsisti li l-livell ta' protezzjoni li jirriżulta mill-ftehim għandu jkun essenzjalment ekwivalenti għal-livell ta' protezzjoni fid-dritt tal-UE; jenfasizza li, jekk tali livell ma jistax jiġi ggarantit, kemm fil-liġi u kemm fil-prattika, il-ftehim ma jistax jiġi konkluż;
6. Jitlob li, sabiex jirrispetta bis-sħiħ l-Artikolu 8 tal-Karta u l-Artikolu 16 tat-TFUE u sabiex tiġi evitata kwalunkwe responsabbiltà potenzjali mill-Europol fir-rigward ta' ksur tal-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data li jirriżulta minn trasferiment ta' data personali mingħajr is-salvagwardji meħtieġa u xierqa, il-ftehim jinkludi dispożizzjonijiet stretti u speċifiċi li jimponu r-rispett tal-prinċipju tal-limitazzjoni tal-iskop b'kundizzjonijiet ċari għall-ipproċessar tad-data personali trażmessa;
7. Jitlob li l-Linja Gwida B tiġi kkompletata biex tindika espressament il-ftehim li l-Europol, skont l-Artikolu 19 tar-Regolament dwar il-Europol, għandu jirrispetta kwalunkwe restrizzjoni imposta fuq data personali trażmessa lill-Europol mill-Istati Membri jew minn fornituri oħra fir-rigward tal-użu u l-aċċess għad-data li se tiġi ttrasferita lir-Repubblika Għarbija tal-Eġittu;
8. Jitlob li l-ftehim jipprevedi b'mod ċar li kwalunkwe pproċessar ulterjuri għandu dejjem jirrikjedi awtorizzazzjoni minn qabel u bil-miktub mill-Europol; jenfasizza li dawn l-awtorizzazzjonijiet għandhom jiġu dokumentati mill-Europol u jkunu magħmula disponibbli lill-KEPD fuq talba tiegħu; jitlob li l-ftehim ikun fih ukoll dispożizzjoni li tobbliga lill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu jirrispettaw dawn ir-restrizzjonijiet u jispeċifikaw kif il-konformità ma' dawn ir-restrizzjonijiet se tiġi infurzata;
9. Jinsisti li l-ftehim jinkludi dispożizzjoni ċara u preċiża li tistipula l-perjodu taż-żamma tad-data għad-data personali li tkun ġiet trasferita u li tirrikjedi t-tħassir tad-data personali ttrasferita fi tmiem il-perjodu taż-żamma tad-data; jitlob li jiġu stipulati miżuri proċedurali fil-ftehim biex tiġi żgurata l-konformità; jinsisti li, f'każijiet eċċezzjonali, fejn ikun hemm raġunijiet debitament ġustifikati biex id-data tinħażen għal perjodu estiż, wara l-iskadenza tal-perjodu taż-żamma tad-data, dawn ir-raġunijiet u d-dokumentazzjoni ta' akkumpanjament jiġu kkomunikati lill-Europol u lill-KEPD;
10. Jistenna li l-kriterji inklużi fil-Premessa 71 tad-Direttiva (UE) 2016/680 jiġu applikati, jiġifieri t-trasferimenti ta' data personali għandhom ikunu suġġetti għall-obbligi ta' kunfidenzjalità mill-awtoritajiet kompetenti Eġizzjani li jirċievu data personali mill-Europol, il-prinċipju tal-ispeċifiċità, u li d-data personali mhi se tintuża f'ebda każ biex tintalab, tingħata jew tiġi eżegwita piena tal-mewt jew kwalunkwe għamla oħra ta' trattament krudili u inuman;
11. Iqis li l-kategoriji ta' reati li għalihom id-data personali se tiġi skambjata jeħtieġ li jkunu definiti b'mod ċar u mniżżla fil-ftehim internazzjonali stess, f'konformità mad-definizzjonijiet ta' reati kriminali tal-UE meta jkunu disponibbli; jenfasizza li din il-lista għandha tiddefinixxi b'mod ċar u preċiż l-attivitajiet koperti minn tali reati, u l-persuni, il-gruppi u l-organizzazzjonijiet li aktarx jiġu affettwati mit-trasferiment;
12. Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jiddefinixxu, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QtĠ-UE) u fis-sens tal-Artikolu 8(3) tal-Karta, mal-Gvern tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, liema awtorità superviżjorja indipendenti għandha tkun responsabbli biex tissorvelja l-implimentazzjoni tal-ftehim internazzjonali; iħeġġeġ li tali awtorità tkun identifikata u stabbilita qabel ma jidħol fis-seħħ il-ftehim internazzjonali; jinsisti li l-isem ta' din l-awtorità jiġi espressament inkluż f'anness mal-ftehim;
13. Iqis li għandu jkun possibbli għal kull parti kontraenti li tissospendi jew tirrevoka l-ftehim internazzjonali jekk ikun hemm ksur tiegħu, u li l-korp superviżorju indipendenti għandu jkollu wkoll is-setgħa li jissuġġerixxi li l-ftehim jiġi sospiż jew itterminat f'każ ta' ksur tiegħu; iqis li kwalunkwe data personali li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-ftehim li tkun ġiet ittrasferita qabel is-sospensjoni jew it-terminazzjoni tagħha tista' tkompli tiġi pproċessata f'konformità mal-ftehim; iqis li evalwazzjoni perjodika tal-ftehim għandha tkun stabbilita sabiex tevalwa l-konformità tas-sħab mal-ftehim;
14. Huwa tal-fehma li hija meħtieġa definizzjoni ċara tal-kunċett ta' każijiet individwali, minħabba li dan il-kunċett huwa neċessarju biex jiġu vvalutati n-neċessità u tal-proporzjonalità tat-trasferimenti tad-data; jirrileva li din id-definizzjoni għandha tirreferi għal investigazzjonijiet kriminali reali;
15. Huwa tal-fehma li l-kunċett ta' raġunijiet raġonevoli jeħtieġ li jiġi ddefinit għall-valutazzjoni tan-neċessità u tal-proporzjonalità tat-trasferimenti ta' data; jirrileva li din id-definizzjoni għandha tirreferi għal investigazzjonijiet kriminali reali;
16. Jenfasizza li d-data trasferita lil awtorità riċeventi qatt ma tista' tiġi pproċessata ulterjorment minn awtoritajiet oħra u li, għal dan il-għan, għandha titfassal lista eżawrjenti tal-awtoritajiet kompetenti fir-Repubblika Għarbija tal-Eġittu li lilhom il-Europol jista' jittrasferixxi d-data, inkluża deskrizzjoni tal-kompetenzi tal-awtoritajiet; iqis li kwalunkwe modifika għal tali lista li tissostitwixxi jew iżżid awtorità kompetenti ġdida tkun teħtieġ reviżjoni tal-ftehim internazzjonali;
17. Jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġi indikat espressament li t-trasferimenti suċċessivi ta' informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu lil awtoritajiet oħra fir-Repubblika Għarbija tal-Eġittu jistgħu jiġu permessi biss biex jiġi ssodisfat l-għan oriġinali tat-trasferiment mill-Europol u dawn għandhom dejjem jiġu kkomunikati lill-awtorità indipendenti, lill-KEPD u lill-Europol;
18. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi indikat espressament li t-trasferimenti suċċessivi ta' informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu lil pajjiżi oħra huma projbiti u jirriżultaw fit-terminazzjoni immedjata tal-ftehim internazzjonali;
19. Iqis li l-ftehim internazzjonali mar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu għandu jinkludi d-dritt tas-suġġetti tad-data għal informazzjoni, rettifika u tħassir kif previst f'leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data;
20. Jinnota li t-trasferiment ta' data personali li tiżvela l-oriġini razzjali jew etnika, l-opinjonijiet politiċi, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, is-sħubija fi trade union, id-data ġenetika jew id-data dwar is-saħħa u l-ħajja sesswali huwa estremament sensittiv u jagħti lok għal tħassib profond fid-dawl tal-qafas legali, il-karatteristiċi tas-soċjetà u l-isfond kulturali differenti tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu meta mqabbla mal-Unjoni Ewropea; jirreleva l-fatt li atti kriminali huma definiti b'mod differenti fl-Unjoni u fir-Repubblika Għarbija tal-Eġittu; huwa tal-fehma li tali trasferiment ta' data għandu, għalhekk, iseħħ biss f'każijiet verament eċċezzjonali u b'salvagwardji ċari għas-suġġett tad-data u l-persuni marbuta mas-suġġett tad-data; iqis li jeħtieġ li jiġu ddefiniti salvagwardji speċifiċi li jkunu jridu jiġu rrispettati mir-Repubblika Għarbija tal-Eġittu fir-rigward tad-drittijiet fundamentali, inkluż ir-rispett tal-libertà ta' espressjoni, tal-libertà ta' reliġjon u tad-dinjità tal-bniedem;
21. Jemmen li fil-ftehim għandu jiġi inkluż mekkaniżmu ta' monitoraġġ u li l-ftehim għandu jkun suġġett għal valutazzjonijiet perjodiċi biex jiġu evalwati kemm il-funzjonament tiegħu b'rabta mal-ħtiġijiet operazzjonali tal-Europol kif ukoll il-konformità tiegħu mad-drittijiet u mal-prinċipji Ewropej dwar il-protezzjoni tad-data;
22. Jistieden lill-Kummissjoni tfittex il-parir tal-KEPD qabel il-finalizzazzjoni tal-ftehim internazzjonali bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 2016/794 u mar-Regolament (KE) Nru 45/2001;
23. Jisħaq fuq il-punt li l-kunsens tal-Parlament għall-konklużjoni tal-ftehim se jkun kondizzjonali fuq l-involviment sodisfaċenti tal-Parlament fl-istadji kollha tal-proċedura skont l-Artikolu 218 tat-TFUE;
24. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-Gvern tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu.
Id-Dokument ta' Programmazzjoni tal-Europol 2018-2020 adottat mill-Bord Amministrattiv tal-Europol fit-30 ta' Novembru 2017, EDOC# 856927v18.
Il-ftuħ ta' negozjati għal Ftehim UE-Alġerija dwar l-iskambju ta' data personali fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu
144k
55k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2018 dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati għal ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija dwar l-iskambju ta' data personali bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-awtoritajiet kompetenti Alġerini fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu (COM(2017)0811 – 2018/2067(INI))
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati għal ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija dwar l-iskambju ta' data personali bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-awtoritajiet kompetenti Alġerini fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu (COM(2017)0811),
– wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 7 u 8 tagħha,
– wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b'mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu, u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b'mod partikolari l-Artikoli 16 u 218 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI(1),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data)(2),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar ta' data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika)(3),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI tas-27 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni ta' data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali(4),
– wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI(5),
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Protezzjoni tad-Data (ETS Nru 108) u l-Protokoll Addizzjonali tat-8 ta' Novembru 2001 għall-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta' Data Personali f'dak li għandu x'jaqsam mal-awtoritajiet superviżorji u flussi ta' data bejn il-fruntieri (ETS Nru 181),
– wara li kkunsidra l-Opinjoni 2/2018 tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) dwar tmien mandati ta' negozjar sabiex jiġu konklużi ftehimiet internazzjonali li jippermettu l-iskambju ta' data bejn il-Europol u l-pajjiżi terzi,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Ottubru 2017 dwar il-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità(6),
– wara li kkunsidra l-ftehim li ntlaħaq mill-Parlament tal-UE u mill-Kunsill dwar l-proposta għal Regolament dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (COM(2017)0008), u b'mod partikolari l-Kapitolu tiegħu dwar l-ipproċessar ta' data personali operazzjonali li japplika għall-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji tal-Unjoni meta jwettqu l-attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Kapitolu 4 u 5 tat-Titolu V tal-Parti Tlieta tat-TFUE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 108(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0239/2018),
A. billi r-Regolament (UE) 2016/794 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) jippermetti t-trasferiment ta' data personali lil awtorità ta' pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali, sa fejn tali trasferiment hu neċessarju għat-twettiq tal-kompiti tal-Europol, abbażi ta' deċiżjoni ta' adegwatezza tal-Kummissjoni skont id-Direttiva (UE) 2016/680, ftehim internazzjonali skont l-Artikolu 218 tat-TFUE li jipprevedi salvagwardji adegwati, jew ftehimiet ta' kooperazzjoni li jippermettu l-iskambju ta' data personali konklużi qabel l-1 ta' Mejju 2017, u, f'sitwazzjonijiet eċċezzjonali, fuq bażi ta' każ b'każ taħt kundizzjonijiet stretti stabbiliti fl-Artikolu 25(5) tar-Regolament (UE) 2016/794 u dment li jkunu żgurati salvagwardji adegwati;
B. billi l-ftehimiet internazzjonali li jippermettu lill-Europol u lil pajjiżi terzi jikkooperaw u jiskambjaw data personali jenħtieġ li jirrispettaw l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-Artikolu 16 tat-TFUE, u b'hekk jirrispettaw il-prinċipju tal-limitazzjoni tal-iskop, id-dritt għal aċċess, id-dritt għal rettifika u jkunu soġġetti għal monitoraġġ minn awtorità indipendenti stipulata speċifikament mill-Karta, u jkunu meħtieġa u proporzjonati għat-twettiq tal-kompiti tal-Europol;
C. billi tali trasferiment huwa bbażat fuq ftehim internazzjonali konkluż bejn l-Unjoni u dak il-pajjiż terz skont l-Artikolu 218 tat-TFUE li jipprevedi garanziji adegwati fir-rigward tal-protezzjoni tal-privatezza u d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-individwi;
D. billi d-dokument ta' programmazzjoni tal-Europol 2018/2020(7) jenfasizza ż-żieda fir-rilevanza ta' approċċ multidixxiplinari msaħħaħ, inkluża l-ġabra ta' għarfien espert u informazzjoni meħtieġa minn firxa wiesgħa ta' sħab, għat-twettiq tal-missjoni tal-Europol;
E. billi l-Parlament, fir-Riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Ottubru 2017 dwar il-Ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità, issottolinja li l-ftehimiet ta' kooperazzjoni strateġiċi u operazzjonali bejn il-Europol u pajjiżi terzi jiffaċilitaw kemm l-iskambju ta' informazzjoni kif ukoll kooperazzjoni prattika fil-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità;
F. billi l-Europol diġà stabbilixxa diversi ftehimiet dwar l-iskambju ta' data ma' pajjiżi terzi fil-passat, bħall-Albanija, l-Awstralja, il-Bożnija-Ħerżegovina, il-Kanada, il-Kolombja, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Georgia, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, il-Moldova, Monaco, il-Montenegro, in-Norveġja, is-Serbja, l-Iżvizzera, l-Ukrajna, l-Istati Uniti tal-Amerka;
G. billi l-KEPD ilu l-kontrollur tal-Europol mill-1 ta' Mejju 2017, u huwa wkoll il-konsulent tal-istituzzjonijiet tal-UE għal dak li jikkonċerna l-politiki u l-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data;
1. Iqis li n-neċessità tal-kooperazzjoni mar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija fil-qasam tal-infurzar tal-liġi għall-interessi tas-sigurtà tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll il-proporzjonalità tagħha, jeħtieġ li jiġu vvalutati kif xieraq; jitlob li l-Kummissjoni, f'dan il-kuntest, twettaq valutazzjoni tal-impatt eżawrjenti; jissottolinja li hemm bżonn ta' kawtela xierqa fid-definizzjoni ta' mandat ta' negozjar għal ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija dwar l-iskambju ta' data personali bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-awtoritajiet kompetenti Alġerini fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu;
2. Iqis li l-konsistenza sħiħa mal-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, kif ukoll ma' drittijiet u libertajiet fundamentali oħra protetti mill-Karta, għandha tiġi żgurata fil-pajjiżi terzi riċeventi; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Kunsill jikkompleta l-linji gwida tan-negozjar proposti mill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati f'din ir-riżoluzzjoni;
3. Jinnota li sal-lum ma twettqet l-ebda valutazzjoni tal-impatt xierqa sabiex jiġu vvalutati r-riskji li jirriżultaw mit-trasferimenti ta' data personali lir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija fir-rigward tad-drittijiet ta' individwi għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data, iżda wkoll fir-rigward tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali oħra protetti mill-Karta; jitlob lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-impatt xierqa sabiex tiddefinixxi s-salvagwardji meħtieġa li għandhom jiġu integrati fil-ftehim;
4. Jinsisti li l-livell ta' protezzjoni li jirriżulta mill-ftehim għandu jkun essenzjalment ekwivalenti għal-livell ta' protezzjoni fid-dritt tal-UE; jisħaq fuq il-punt li, jekk tali livell ma jistax jiġi ggarantit, kemm fil-liġi u kemm fil-prattika, il-ftehim ma jistax jiġi konkluż;
5. Jitlob li, sabiex jirrispetta bis-sħiħ l-Artikolu 8 tal-Karta u l-Artikolu 16 tat-TFUE u sabiex tiġi evitata kwalunkwe responsabbiltà potenzjali mill-Europol fir-rigward ta' ksur tal-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data li jirriżulta minn trasferiment ta' data personali mingħajr is-salvagwardji meħtieġa u xierqa, il-ftehim jinkludi dispożizzjonijiet stretti u speċifiċi li jimponu r-rispett tal-prinċipju tal-limitazzjoni tal-iskop b'kundizzjonijiet ċari għall-ipproċessar tad-data personali trażmessa;
6. Jitlob li l-Linja Gwida B tiġi kkompletata biex tindika espressament il-ftehim li l-Europol, skont l-Artikolu 19 tar-Regolament dwar il-Europol, għandu jirrispetta kwalunkwe restrizzjoni imposta fuq data personali trażmessa lill-Europol mill-Istati Membri jew minn fornituri oħra fir-rigward tal-użu u l-aċċess għad-data li se tiġi ttrasferita lir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija;
7. Jitlob li l-ftehim jipprevedi b'mod ċar li kwalunkwe pproċessar ulterjuri għandu dejjem jirrikjedi awtorizzazzjoni minn qabel u bil-miktub mill-Europol; jenfasizza li dawn l-awtorizzazzjonijiet għandhom jiġu dokumentati mill-Europol u jkunu magħmula disponibbli lill-KEPD fuq talba tiegħu; jitlob li l-ftehim ikun fih ukoll dispożizzjoni li tobbliga lill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija jirrispettaw dawn ir-restrizzjonijiet u jispeċifikaw kif il-konformità ma' dawn ir-restrizzjonijiet se tiġi infurzata;
8. Jinsisti li l-ftehim jinkludi dispożizzjoni ċara u preċiża li tistipula l-perjodu taż-żamma tad-data għad-data personali li tkun ġiet trasferita u li tirrikjedi t-tħassir tad-data personali ttrasferita fi tmiem il-perjodu taż-żamma tad-data; jitlob li fil-ftehim jiġu stipulati miżuri proċedurali biex tiġi żgurata l-konformità; jinsisti li, f'każijiet eċċezzjonali, fejn ikun hemm raġunijiet debitament ġustifikati biex id-data tinħażen għal perjodu estiż, wara l-iskadenza tal-perjodu taż-żamma tad-data, dawn ir-raġunijiet u d-dokumentazzjoni ta' akkumpanjament jiġu kkomunikati lill-Europol u lill-KEPD;
9. Jistenna li l-kriterji inklużi fil-Premessa 71 tad-Direttiva (UE) 2016/680 jiġu applikati, jiġifieri t-trasferimenti ta' data personali għandhom ikunu suġġetti għall-obbligi ta' kunfidenzjalità mill-awtoritajiet kompetenti Alġerini li jirċievu data personali mill-Europol, il-prinċipju tal-ispeċifiċità, u li d-data personali mhi se tintuża f'ebda każ biex tintalab, tingħata jew tiġi eżegwita piena tal-mewt jew kwalunkwe għamla oħra ta' trattament krudili u inuman;
10. Iqis li l-kategoriji ta' reati li għalihom id-data personali għandha tiġi skambjata jeħtieġ li jkunu definiti b'mod ċar u mniżżla fil-ftehim internazzjonali stess, f'konformità mad-definizzjonijiet ta' reati kriminali tal-UE meta jkunu disponibbli; din il-lista għandha tiddefinixxi b'mod ċar u preċiż l-attivitajiet koperti minn tali reati, u l-persuni, il-gruppi u l-organizzazzjonijiet li x'aktarx se jkunu milquta mit-trasferiment;
11. Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jiddefinixxu, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QtĠ-UE) u fis-sens tal-Artikolu 8(3) tal-Karta, mal-Gvern tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija, liema awtorità superviżjorja indipendenti għandha tkun responsabbli biex tissorvelja l-implimentazzjoni tal-ftehim internazzjonali; iħeġġeġ li tali awtorità tkun identifikata u stabbilita qabel ma jidħol fis-seħħ il-ftehim internazzjonali; jinsisti li l-isem ta' din l-awtorità jiġi espressament inkluż f'anness mal-ftehim;
12. Iqis li għandu jkun possibbli għal kull parti kontraenti li tissospendi jew tirrevoka l-ftehim internazzjonali jekk ikun hemm ksur tiegħu, u li l-korp superviżorju indipendenti għandu jkollu wkoll is-setgħa li jissuġġerixxi li l-ftehim jiġi sospiż jew itterminat f'każ ta' ksur tiegħu; iqis li kwalunkwe data personali li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-ftehim li tkun ġiet ittrasferita qabel is-sospensjoni jew it-terminazzjoni tagħha tista' tkompli tiġi pproċessata f'konformità mal-ftehim; iqis li evalwazzjoni perjodika tal-ftehim għandha tkun stabbilita sabiex tevalwa l-konformità tas-sħab mal-ftehim;
13. Huwa tal-fehma li definizzjoni ċara tal-kunċett ta' każijiet individwali hija meħtieġa minħabba li dan il-kunċett huwa neċessarju biex jiġu vvalutati n-neċessità u l-proporzjonalità tat-trasferimenti tad-data; jenfasizza li din id-definizzjoni għandha tirreferi għal investigazzjonijiet kriminali reali;
14. Huwa tal-fehma li l-kunċett ta' raġunijiet raġonevoli jeħtieġ li jiġi ddefinit għall-valutazzjoni tan-neċessità u tal-proporzjonalità tat-trasferimenti ta' data; jenfasizza li din id-definizzjoni għandha tirreferi għal investigazzjonijiet kriminali reali;
15. Jenfasizza li d-data trasferita lil awtorità riċeventi qatt ma tista' tiġi pproċessata ulterjorment minn awtoritajiet oħrajn u li, għal dan il-għan, għandha tiġi stabbilita lista eżawrjenti tal-awtoritajiet kompetenti fir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija li lilhom l-Europol jista' jittrasferixxi d-data, inkluża deskrizzjoni tal-kompetenzi tal-awtoritajiet; iqis li kwalunkwe modifika għal tali lista li tissostitwixxi jew iżżid awtorità kompetenti ġdida tkun teħtieġ reviżjoni tal-ftehim internazzjonali;
16. Jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġi indikat espressament li t-trasferimenti suċċessivi ta' informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija lil awtoritajiet oħra fir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija jistgħu biss ikunu permessi biex jiġi ssodisfat l-għan oriġinali tat-trasferiment mill-Europol u dawn għandhom dejjem jiġu kkomunikati lill-awtorità indipendenti, lill-KEPD u lill-Europol;
17. Jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġi indikat espressament li t-trasferimenti suċċessivi ta' informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija lil pajjiżi oħra huma projbiti u jirriżultaw fit-terminazzjoni immedjata tal-ftehim internazzjonali;
18. Iqis li l-ftehim internazzjonali mar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija għandu jinkludi d-dritt tas-suġġetti tad-data għal informazzjoni, rettifika u tħassir kif previst f'leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data;
19. Jinnota li t-trasferiment ta' data personali li tiżvela l-oriġini razzjali jew etnika, l-opinjonijiet politiċi, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, is-sħubija fi trade union, id-data ġenetika jew id-data dwar is-saħħa u l-ħajja sesswali huwa estremament sensittiv u jagħti lok għal tħassib profond fid-dawl tal-qafas legali, il-karatteristiċi tas-soċjetà u l-isfond kulturali differenti tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija meta mqabbla mal-Unjoni Ewropea; jirrileva l-fatt li l-atti kriminali huma definiti b'mod differenti fl-Unjoni u fir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija; huwa tal-fehma li tali trasferiment ta' data għandu, għalhekk, iseħħ biss f'każijiet verament eċċezzjonali u b'salvagwardji ċari għas-suġġett tad-data u l-persuni marbuta mas-suġġett tad-data; iqis li jeħtieġ li jiġu ddefiniti salvagwardji speċifiċi li jkunu jridu jiġu rrispettati mir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija fir-rigward tad-drittijiet fundamentali, inkluż ir-rispett tal-libertà ta' espressjoni, tal-libertà ta' reliġjon u tad-dinjità tal-bniedem;
20. Jemmen li għandu jiġi inkluż fil-ftehim mekkaniżmu ta' monitoraġġ u li l-ftehim għandu jkun suġġett għal valutazzjonijiet perjodiċi biex jiġu evalwati l-funzjonament tiegħu bi rbit mal-ħtiġijiet operazzjonali tal-Europol kif ukoll il-konformità tiegħu mad-drittijiet u mal-prinċipji Ewropej dwar il-protezzjoni tad-data;
21. Jistieden lill-Kummissjoni tfittex il-parir tal-KEPD qabel il-finalizzazzjoni tal-ftehim internazzjonali skont ir-Regolament (KE) Nru 2016/794 u r-Regolament (KE) Nru 45/2001;
22. Jenfasizza li l-kunsens tal-Parlament għall-konklużjoni tal-ftehim se jkun kondizzjonali fuq l-involviment sodisfaċenti tal-Parlament fl-istadji kollha tal-proċedura skont l-Artikolu 218 tat-TFUE;
23. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Gvern tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija.