Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 110/2008 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kwantitajiet nominali għat-tqegħid fis-suq tal-Unjoni tal-ispirtu ddistillat darba biss imsejjaħ "shochu", li jsir fil-Ġappun b'lampik tat-tip "pot still" u li jiġi bbottiljat f'dan il-pajjiż (COM(2018)0199 – C8-0156/2018 – 2018/0097(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0199),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0156/2018),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta’ Lulju 2018(1),
– wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-10 ta' Lulju 2018, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0255/2018),
1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari, kif imsejjħa minn hawn 'il quddiem;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Settembru 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 110/2008 fir-rigward ta' kwantitajiet nominali għat-tqegħid fis-suq tal-Unjoni ta' “shochu”, spirtu ddistillat darba biss, li jsir b’lampik tat-tip “pot still” u bbottiljat fil-Ġappun
Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
Emenda għall-Memorandum ta' Kooperazzjoni bejn l-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea (mobilizzazzjoni tassistemi tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru) ***
116k
47k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Emenda 1 għall-Memorandum ta' Kooperazzjoni NAT-I-9406 bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Unjoni Ewropea (05800/2018 – C8-0122/2018 – 2018/0009(NLE))
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (05800/2018),
– wara li kkunsidra l-Emenda 1 għall-Memorandum ta' Kooperazzjoni NAT-I-9406 bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Unjoni Ewropea (14031/2017),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 100(2), l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8–0122/2018),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0214/2018),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Istati Uniti tal-Amerka.
Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Kanada u l-UE (l-adeżjoni tal-Kroazja)***
118k
47k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Kanada u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (12256/2014 – C8-0080/2017 – 2014/0023(NLE))
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12256/2014),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Kanada u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (12255/2014),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 100(2) u l-Artikolu 218(6) it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0080/2017),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0256/2018),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Kanada.
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-12 ta’ Settembru 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-awtur fis-Suq Uniku Diġitali (COM(2016)0593 – C8-0383/2016 – 2016/0280(COD))(1)
(2) Id-direttivi tal-Unjoni li ġew adottati fil-qasam tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati jipprovdu livell għoli ta' ħarsien għad-detenturi tad-drittijiet u joħolqu qafas li fih jista' jsir dan l-isfruttament ta' xogħlijiet u materji oħra. Dan il-qafas legali armonizzat jikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern; jistimula l-innovazzjoni, il-kreattività, l-investiment u l-produzzjoni ta' kontenut ġdid, anki fl-ambjent diġitali. Il-protezzjoni mogħtija minn dan il-qafas legali tikkontribwixxi wkoll għall-għanijiet tal-Unjoni ta' rispett u promozzjoni tad-diversità kulturali, filwaqt li fl-istess ħin tressaq il-wirt kulturali komuni Ewropew fuq quddiem nett. L-Artikolu 167(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jirrikjedi li l-Unjoni tikkunsidra l-aspetti kulturali fl-azzjoni tagħha.
(2) Id-direttivi tal-Unjoni li ġew adottati fil-qasam tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati jikkontribwixxu għall-funzjonament tas-suq intern, jipprovdu livell għoli ta' ħarsien għad-detenturi tad-drittijiet, jiffaċilitaw l-ikklerjar tad-drittijiet u joħolqu qafas li fih jista' jsir dan l-isfruttament ta' xogħlijiet u materji protetti oħra. Dan il-qafas legali armonizzat jikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb ta' suq intern tassew integrat; jistimula l-innovazzjoni, il-kreattività, l-investiment u l-produzzjoni ta' kontenut ġdid, anki fl-ambjent diġitali, bil-ħsieb li tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suq intern. Il-protezzjoni mogħtija minn dan il-qafas legali tikkontribwixxi wkoll għall-għanijiet tal-Unjoni ta' rispett u promozzjoni tad-diversità kulturali, filwaqt li fl-istess ħin tressaq il-wirt kulturali komuni Ewropew fuq quddiem nett. L-Artikolu 167(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jirrikjedi li l-Unjoni tikkunsidra l-aspetti kulturali fl-azzjoni tagħha.
Emenda 2 Proposta għal direttiva Premessa 3
(3) L-evoluzzjoni mgħaġġla tat-teknoloġiji diġitali biddlet il-mod kif ix-xogħlijiet u materjal protett ieħor jinħolqu, jiġu prodotti, distribwiti u użati. Mudelli kummerċjali ġodda u atturi ġodda li qed jinħolqu. L-għanijiet u l-prinċipji stabbiliti mill-Unjoni fil-qafas tad-drittijiet tal-awtur jibqgħu sodi. Madankollu, għad hemm inċertezza legali, għad-detenturi tad-drittijiet u l-utenti, fir-rigward ta' ċerti użi, inkluż l-użu transfruntier ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor fl-ambjent diġitali. Kif stipulat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Lejn qafas tad-drittijiet tal-awtur aktar modern u Ewropew"26, f'xi oqsma huwa meħtieġ li l-qafas tad-drittijiet tal-awtur attwali tal-Unjoni jiġi addattat u supplimentat. Din id-Direttiva tistipula regoli biex jiġu adattati ċerti eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet għall-ambjenti diġitali u transfruntiera kif ukoll miżuri biex jiġu faċilitati ċerti prattiki ta' liċenzjar fir-rigward tat-tixrid tax-xogħlijiet li mhumiex fis-suq u d-disponibbiltà online ta' xogħlijiet awdjoviżivi fuq pjattaformi li joffru video-on-demand bil-ħsieb li jiġi żgurat aċċess aktar wiesgħa għall-kontenut. Sabiex jinkiseb il-funzjonament tajjeb tas-suq għad-drittijiet tal-awtur, għandu jkun hemm ukoll regoli dwar id-drittijiet f'pubblikazzjonijiet, dwar l-użu ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor mill-fornituri tal-ħzin tas-servizzi online u l-għoti ta' aċċess għal kontenut mtella' tal-utent u dwar it-trasparenza ta' kuntratti tal-awturi u tal-artisti.
(3) L-evoluzzjoni mgħaġġla tat-teknoloġiji diġitali biddlet il-mod kif ix-xogħlijiet u materjal protett ieħor jinħolqu, jiġu prodotti, distribwiti u użati, u l-leġiżlazzjoni rilevanti trid tħejji ruħha għall-futur sabiex ma tirrestrinġix l-iżvilupp teknoloġiku. Mudelli kummerċjali ġodda u atturi ġodda li qed jinħolqu. L-għanijiet u l-prinċipji stabbiliti mill-Unjoni fil-qafas tad-drittijiet tal-awtur jibqgħu sodi. Madankollu, għad hemm inċertezza legali, għad-detenturi tad-drittijiet u l-utenti, fir-rigward ta' ċerti użi, inkluż l-użu transfruntier ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor fl-ambjent diġitali. Kif stipulat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Lejn qafas tad-drittijiet tal-awtur aktar modern u Ewropew"26, f'xi oqsma huwa meħtieġ li l-qafas tad-drittijiet tal-awtur attwali tal-Unjoni jiġi addattat u supplimentat. Din id-Direttiva tistipula regoli biex jiġu adattati ċerti eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet għall-ambjenti diġitali u transfruntiera kif ukoll miżuri biex jiġu faċilitati ċerti prattiki ta' liċenzjar fir-rigward tat-tixrid tax-xogħlijiet li mhumiex fis-suq u d-disponibbiltà online ta' xogħlijiet awdjoviżivi fuq pjattaformi li joffru video-on-demand bil-ħsieb li jiġi żgurat aċċess aktar wiesgħa għall-kontenut. Sabiex jinkiseb il-funzjonament tajjeb u ġust tas-suq għad-drittijiet tal-awtur, jenħtieġ li jkun hemm ukoll regoli dwar l-eżerċizzju u l-infurzar tal-użu ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor fuq il-pjattaformi tal-fornituri tas-servizzi online u dwar it-trasparenza tal-kuntratti tal-awturi u tal-artisti u tal-kontabbiltà li għandha rabta mal-isfruttament ta' xogħlijiet protetti skont dawk il-kuntratti.
(4) Din id-Direttiva hija bbażata fuq, u tikkumplimenta, ir-regoli stabbiliti fid-Direttivi li bħalissa huma fis-seħħ f'dan il-qasam, b'mod partikolari d-Direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill27, id-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewsropew u tal-Kunsill28, id-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill29, id-Direttiva 2009/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill30, id-Direttiva 2012/28/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill31 u d-Direttiva 2014/26/UE o tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill32.
(4) Din id-Direttiva hija bbażata fuq, u tikkomplementa, ir-regoli stabbiliti fid-Direttivi li bħalissa huma fis-seħħ f'dan il-qasam, b'mod partikolari d-Direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill27, id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill27a, id-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill28, id-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill29, id-Direttiva 2009/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill30, id-Direttiva 2012/28/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill31 u d-Direttiva 2014/26/UE o tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill32.
_________________
_________________
27 Id-Direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 1996 dwar il-protezzjoni legali ta' databases (ĠU L 77, 27.3.1996, p. 20–28).
27 Id-Direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 1996 dwar il-protezzjoni legali ta' databases (ĠU L 77, 27.3.1996, p. 20).
27a Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern ("Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku") (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1).
28 Id-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta' drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU L 167, 22.6.2001, p. 10–19).
28 Id-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta' drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU L 167, 22.6.2001, p. 10).
29 Id-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar dritt ta' kiri u dritt ta' self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 28–35).
29 Id-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar dritt ta' kiri u dritt ta' self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 28).
30 Id-Direttiva 2009/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-protezzjoni legali ta' programmi tal-kompjuter (ĠU L 111, 5.5.2009, p. 16–22).
30 Id-Direttiva 2009/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-protezzjoni legali ta' programmi tal-kompjuter (ĠU L 111, 5.5.2009, p. 16).
31 Id-Direttiva 2012/28/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ċerti użi permessi ta' xogħlijiet orfni (ĠU L 299, 27.10.2012, p. 5–12).
31 Id-Direttiva 2012/28/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ċerti użi permessi ta' xogħlijiet orfni (ĠU L 299, 27.10.2012, p. 5).
32 Id-Direttiva 2014/26/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u ħruġ ta' liċenzji multiterritorjali ta' drittijiet f'xogħlijiet mużikali għall-użu onlajn fis-suq intern (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 72–98).
32 Id-Direttiva 2014/26/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u ħruġ ta' liċenzji multiterritorjali ta' drittijiet f'xogħlijiet mużikali għall-użu onlajn fis-suq intern (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 72).
Emenda 4 Proposta għal direttiva Premessa 5
(5) Fl-oqsma tar-riċerka, l-edukazzjoni u l-preservazzjoni tal-wirt kulturali, it-teknoloġiji diġitali jippermettu tipi ta' użi ġodda li mhumiex koperti b'mod ċar mir-regoli attwali tal-Unjoni dwar l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet. Barra minn hekk, in-natura fakultattiva tal-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet previsti fid-Direttivi 2001/29/KE, 96/9/KE u 2009/24/KE f'dawn l-oqsma jista' jkollhom impatt negattiv fuq il-funzjonament tas-suq intern. Dan huwa partikolarment rilevanti fir-rigward ta' użi transfruntieri, li qed isiru dejjem aktar importanti fl-ambjent diġitali. Għalhekk, eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet eżistenti fil-liġi tal-Unjoni li huma relevanti għar-riċerka xjentifika, l-edukazzjoni u l-preservazzjoni tal-wirt kulturali għandhom jiġu vvalutati mill-ġdid fid-dawl ta' dawn l-użi l-ġodda. Eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet mandatorji għall-użu ta' teknoloġiji tal-estrazzjoni tat-test u tad-dejta fil-qasam tar-riċerka xjentifika, illustrazzjoni għal tagħlim fl-ambjent diġitali u l-preservazzjoni tal-wirt kulturali għandhom jiġu introdotti. Għal użi li ma jkunux koperti minn eċċezzjoni jew limitazzjoni prevista f'din id-Direttiva, l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet fil-liġi tal-Unjoni eżistenti għandhom jibqgħu japplikaw. Id-Direttivi 96/9/KE u 2001/29/KE għandhom jiġu adattati.
(5) Fl-oqsma tar-riċerka, l-innovazzjoni, l-edukazzjoni u l-preservazzjoni tal-wirt kulturali, it-teknoloġiji diġitali jippermettu tipi ta' użi ġodda li mhumiex koperti b'mod ċar mir-regoli attwali tal-Unjoni dwar l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet. Barra minn hekk, in-natura fakultattiva tal-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet previsti fid-Direttivi 2001/29/KE, 96/9/KE u 2009/24/KE f'dawn l-oqsma jista' jkollhom impatt negattiv fuq il-funzjonament tas-suq intern. Dan huwa partikolarment rilevanti fir-rigward ta' użi transfruntieri, li qed isiru dejjem aktar importanti fl-ambjent diġitali. Għalhekk, eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet eżistenti fil-liġi tal-Unjoni li huma relevanti għall-innovazzjoni, ir-riċerka xjentifika, l-edukazzjoni u l-preservazzjoni tal-wirt kulturali għandhom jiġu vvalutati mill-ġdid fid-dawl ta' dawn l-użi l-ġodda. Eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet mandatorji għall-użu ta' teknoloġiji tal-estrazzjoni ta' testi u ta' dejta fil-qasam tal-innovazzjoni u r-riċerka xjentifika, illustrazzjoni għal tagħlim fl-ambjent diġitali u l-preservazzjoni tal-wirt kulturali għandhom jiġu introdotti. Għal użi li ma jkunux koperti minn eċċezzjoni jew limitazzjoni prevista minn din id-Direttiva, l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet fil-liġi tal-Unjoni eżistenti għandhom jibqgħu japplikaw. Għalhekk, jenħtieġ li l-eċċezzjonijiet eżistenti li jiffunzjonaw tajjeb f'dawn l-oqsma jitħallew ikomplu jkunu disponibbli fl-Istati Membri, sakemm ma jirrestrinġux il-kamp ta' applikazzjoni tal-eċċezzjonijiet jew tal-limitazzjonijiet previsti minn din id-Direttiva. Id-Direttivi 96/9/KE u 2001/29/KE jenħtieġ li jiġu adattati.
Emenda 5 Proposta għal direttiva Premessa 6
(6) Dawn l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva għandhom l-gġan li jiksbu bilanċ ġust bejn id-drittijiet u l-interessi tal-awturi u detenturi oħra tad-drittijiet, minn naħa, u dawk tal-utenti min-naħa l-oħra. Dawn jistgħu jiġu applikati biss f'ċerti każijiet speċjali li ma jkunux konfliġġenti mal-isfruttar normali tax-xogħol jew tal-materjal protett ieħor u li ma jippreġudikawx l-interessi leġittimi tad-detentur tad-drittijiet b'mod li ma jkunx raġonevoli.
(6) Dawn l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva għandhom l-għan li jiksbu bilanċ ġust bejn id-drittijiet u l-interessi tal-awturi u detenturi oħra tad-drittijiet, minn naħa, u dawk tal-utenti min-naħa l-oħra. Dawn jistgħu jiġu applikati biss f'ċerti każijiet speċjali li ma jkunux konfliġġenti mal-isfruttar normali tax-xogħol jew tal-materjal protett ieħor u li ma jippreġudikawx l-interessi leġittimi tad-detentur tad-drittijiet b'mod li ma jkunx raġonevoli.
Emenda 6 Proposta għal direttiva Premessa 8
(8) Teknoloġiji ġodda jippermettu l-analiżi komputazzjonali awtomatizzata ta' informazzjoni f'forma diġitali, bħat-test, il-ħsejjes, l-immaġni jew id-dejta, ġeneralment magħruf bħala l-estrazzjoni ta' testi u ta' dejta. Dawn it-teknoloġiji jippermettu lir-riċerkaturi li jipproċessaw ammonti kbar ta' informazzjoni biex jiksbu għarfien ġdid u jiskopru xejriet ġodda. Filwaqt li t-teknoloġiji tal-estrazzjoni tat-test u tad-dejta huma prevalenti fl-ekonomija diġitali, hemm rikonoxximent mifrux li l-estrazzjoni tat-test u ta' dejta b'mod partikolari tista' tibbenefika lill-komunità tar-riċerka u b'hekk tinkoraġġixxi l-innovazzjoni. Madankollu, fl-Unjoni, organizzazzjonijiet ta' riċerka bħall-universitajiet u l-istituti ta' riċerka qed iħabbtu wiċċhom ma' inċertezza legali dwar sa fejn ikunu jistgħu jwettqu estrazzjoni tat-test u tad-dejta tal-kontenut. F'ċerti każijiet, l-estrazzjoni tat-test u tad-dejta tista' tinvolvi atti protetti bid-drittijiet tal-awtur u/jew bid-dritt tal-bażi tad-dejta sui generis, b'mod partikolari r-riproduzzjoni ta' xogħlijiet jew materji oħra u/jew l-estrazzjoni tal-kontenut minn bażi tad-dejta. Fejn ma hemm l-ebda eċċezzjoni jew limitazzjoni li tapplika, awtorizzazzjoni biex jitiwettqu tali atti tkun meħtieġa mid-detenturi tad-drittijiet. L-estrazzjoni tat-test u tad-dejta tista' titwettaq ukoll b'rabta ma' fatti jew dejta sempliċi li mhumiex protetti bid-drittijiet tal-awtur u f'dawn il-każijiet l-ebda awtorizzazzjoni ma tkun meħtieġa.
(8) Teknoloġiji ġodda jippermettu l-analiżi komputazzjonali awtomatizzata ta' informazzjoni f'forma diġitali, bħat-test, il-ħsejjes, l-immaġni jew id-dejta, ġeneralment magħruf bħala l-estrazzjoni ta' testi u ta' dejta. L-estrazzjoni ta' testi u ta' dejta tippermetti l-qari u l-analiżi ta' ammonti kbar ta' informazzjoni maħżuna b'mod diġitali biex jinkiseb għarfien ġdid u jiġu skoperti xejriet ġodda. Filwaqt li t-teknoloġiji tal-estrazzjoni ta' testi u ta' dejta huma prevalenti fl-ekonomija diġitali, hemm rikonoxximent mifrux li l-estrazzjoni ta' testi u ta' dejta b'mod partikolari tista' tibbenefika lill-komunità tar-riċerka u b'hekk tinkoraġġixxi l-innovazzjoni. Madankollu, fl-Unjoni, organizzazzjonijiet ta' riċerka bħall-universitajiet u l-istituti ta' riċerka qed iħabbtu wiċċhom ma' inċertezza legali dwar sa fejn ikunu jistgħu jwettqu estrazzjoni ta' testi u ta' dejta tal-kontenut. F'ċerti każijiet, l-estrazzjoni ta' testi u ta' dejta tista' tinvolvi atti protetti bid-drittijiet tal-awtur u/jew bid-dritt tal-bażi tad-dejta sui generis, b'mod partikolari r-riproduzzjoni ta' xogħlijiet jew materji oħra u/jew l-estrazzjoni tal-kontenut minn bażi tad-dejta. Fejn ma hemm l-ebda eċċezzjoni jew limitazzjoni li tapplika, awtorizzazzjoni biex jitiwettqu tali atti tkun meħtieġa mid-detenturi tad-drittijiet. L-estrazzjoni ta' testi u ta' dejta tista' titwettaq ukoll b'rabta ma' fatti jew dejta sempliċi li mhumiex protetti bid-drittijiet tal-awtur u f'dawn il-każijiet l-ebda awtorizzazzjoni ma tkun meħtieġa.
Emenda 7 Proposta għal direttiva Premessa 8a (ġdida)
(8a) Biex isseħħ l-estrazzjoni ta' testi u ta' dejta, fil-biċċa l-kbira huwa neċessarju l-ewwel nett li dak li jkun ikollu aċċess għall-informazzjoni u mbagħad li jirriproduċiha. B'mod ġenerali, huwa biss wara li dik l-informazzjoni tiġi normalizzata li din tkun tista' tiġi pproċessata permezz tal-estrazzjoni ta' testi u ta' dejta. Ladarba jkun hemm aċċess legali għall-informazzjoni, huwa meta dik l-informazzjoni tkun qed tiġi normalizzata li l-użu protett bid-drittijiet tal-awtur iseħħ, peress li dan iwassal għal riproduzzjoni billi jinbidel il-format tal-informazzjoni jew billi l-informazzjoni tiġi estratta minn bażi tad-dejta għal ġo format li jista' jiġi soġġett għall-estrazzjoni ta' testi u ta' dejta. Il-proċessi rilevanti għad-drittijiet tal-awtur fl-użu tat-teknoloġija tal-estrazzjoni ta' testi u ta' dejta, konsegwentement, mhumiex il-proċess tal-estrazzjoni ta' testi u ta' dejta nnifisu li jikkonsisti fil-qari u l-analiżi ta' informazzjoni normalizzata maħżuna b'mod diġitali, iżda huma l-proċess tal-aċċessar u l-proċess li bih l-informazzjoni tiġi normalizzata sabiex tippermetti l-analiżi komputazzjonali awtomatizzata tagħha, sa fejn dan il-proċess ikun jinvolvi l-estrazzjoni minn bażi tad-dejta jew riproduzzjonijiet. L-eċċezzjonijiet għall-finijiet ta' estrazzjoni ta' testi u ta' dejta li għalihom tiddisponi din id-Direttiva jenħtieġ li jiġu mifhuma li qed jirreferu għal tali proċessi rilevanti għad-drittijiet tal-awtur li huma neċessarji biex tkun tista' ssir l-estrazzjoni ta' testi u ta' dejta. Fejn il-liġi eżistenti dwar id-drittijiet tal-awtur kienet inapplikabbli għall-użi tal-estrazzjoni ta' testi u ta' dejta, tali użi jenħtieġ li jibqgħu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.
Emenda 8 Proposta għal direttiva Premessa 10
(10) Din l-inċertezza legali għandha tiġi indirizzata billi tkun prevista eċċezzjoni obbligatorja għad-dritt ta' riproduzzjoni kif ukoll id-dritt li ma titħalliex issir estrazzjoni minn bażi tad-dejta. L-eċċezzjoni l-ġdida għandha tkun bla ħsara għall-eċċezzjoni obbligatorja eżistenti dwar atti temporanji ta' riproduzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/29, li għandhom ikomplu japplikaw għal tekniki tal-estrazzjoni tat-test u tad-dejta li ma jinvolvux it-teħid ta' kopji li jmorru lil hinn mill-ambitu ta' din l-eċċezzjoni. L-organizzazzjonijiet ta' riċerka għandhom jibbenefikaw ukoll mill-eżenzjoni meta jkunu involuti fis-sħubijiet pubbliċi-privati.
(10) Din l-inċertezza legali jenħtieġ li tiġi indirizzata billi tkun prevista eċċezzjoni obbligatorja għall-organizzazzjonijiet ta' riċerka għad-dritt ta' riproduzzjoni kif ukoll għad-dritt li ma titħalliex issir estrazzjoni minn bażi tad-dejta. L-eċċezzjoni l-ġdida għandha tkun bla ħsara għall-eċċezzjoni obbligatorja eżistenti dwar atti temporanji ta' riproduzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/29/KE, li għandhom ikomplu japplikaw għal tekniki tal-estrazzjoni ta' testita'dejta li ma jinvolvux it-teħid ta' kopji li jmorru lil hinn mill-ambitu ta' din l-eċċezzjoni. Jenħtieġ li l-istabbilimenti edukattivi u l-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali li jmexxu riċerka xjentifika wkoll ikunu koperti mill-eċċezzjoni dwar l-estrazzjoni ta' testi u ta' dejta sakemm ir-riżultati tar-riċerka ma jkunux għall-benefiċċju ta' xi impriża li teżerċita influwenza deċiżiva fuq tali organizzazzjonijiet b'mod partikolari. F'każ li r-riċerka titwettaq fil-qafas ta' sħubija pubblika-privata, jenħtieġ li l-impriża li tkun qed tipparteċipa fis-sħubija pubblika-privata wkoll ikollha l-aċċess leġittimu għax-xogħlijiet u materjal tematiku ieħor. Ir-riproduzzjonijiet u l-estrazzjonijiet li jsiru għall-finijiet ta' estrazzjoni ta' testi u ta' dejta jenħtieġ li jiġu maħżuna b'mod sikur u b'tali mod li jiżgura li l-kopji jintużaw biss għall-iskop ta' riċerka xjentifika.
Emenda 9 Proposta għal direttiva Premessa 13a (ġdida)
(13a) Sabiex jinkoraġġixxu l-innovazzjoni wkoll fis-settur privat, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jiddisponu għal eċċezzjoni li tmur lil hinn mill-eċċezzjoni obbligatorja, kemm-il darba l-użu tax-xogħlijiet u materjal tematiku ieħor imsemmija fiha ma jkunux ġew espressament riservati mid-detenturi tad-drittijiet tagħhom inkluż permezz ta' mezzi li jistgħu jinqraw mill-magni.
Emenda 10 Proposta għal direttiva Premessa 15
(15) Filwaqt li programmi ta' edukazzjoni u ta' tagħlim mill-bogħod transfruntier ħafna drabi huma żviluppati f'livell ogħla ta' edukazzjoni, l-għodod u r-riżorsi diġitali qed jintużaw dejjem aktar fil-livelli edukattivi kollha, b'mod partikolari biex itejbu u jsaħħu l-esperjenza tat-tagħlim. L-eċċezzjoni jew limitazzjoni prevista f'din id-Direttiva għandhom għalhekk jibbenefikaw lill-istabbilimenti edukattivi kollha fl-edukazzjoni primarja, sekondarja, vokazzjonali u l-edukazzjoni għolja sa fejn huma jwettqu attivitajiet edukattivi għal skop mhux kummerċjali. L-istruttura organizzattiva u l-mezzi ta' ffinanzjar ta' stabbiliment edukattivi mhumiex il-fatturi deċiżivi biex jiddeterminaw in-natura mhux kummerċjali tal-attività.
(15) Filwaqt li programmi ta' edukazzjoni u ta' tagħlim mill-bogħod transfruntier ħafna drabi huma żviluppati f'livell ogħla ta' edukazzjoni, l-għodod u r-riżorsi diġitali qed jintużaw dejjem aktar fil-livelli edukattivi kollha, b'mod partikolari biex itejbu u jsaħħu l-esperjenza tat-tagħlim. L-eċċezzjoni jew limitazzjoni prevista minn din id-Direttiva għandhom għalhekk jibbenefikaw lill-istabbilimenti edukattivi kollha fl-edukazzjoni primarja, sekondarja, vokazzjonali u l-edukazzjoni għolja sa fejn huma jwettqu attivitajiet edukattivi għal skop mhux kummerċjali. L-istruttura organizzattiva u l-mezzi ta' ffinanzjar ta' stabbiliment edukattivi mhumiex il-fatturi deċiżivi biex jiddeterminaw in-natura mhux kummerċjali tal-attività. Fejn l-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali ikunu qed jaħdmu biex jilħqu objettiv edukattiv u jkunu involuti f'attivitajiet ta' tagħlim, għandu jkun possibbli li l-Istati Membri jqisu lil dawk l-istituzzjonijiet bħala stabbiliment edukattiv skont din l-eċċezzjoni safejn għandhom x'jaqsmu l-attivitajiet tagħhom ta' tagħlim.
Emenda 11 Proposta għal direttiva Premessa 16
(16) L-eċċezzjoni jew limitazzjoni għandha tkopri l-użi diġitali ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor, bħal pereżempju l-użu ta' partijiet jew siltiet ta' xogħlijiet biex isostnu, isaħħu jew jikkumplimentaw it-tagħlim, inklużi attivitajiet ta' tagħlim relatati. L-użu tax-xogħlijiet jew suġġett ieħor skont l-eċċezzjoni jew limitazzjoni għandhom ikunu biss fil-kuntest ta' attivitajiet ta' taħriġ u tagħlim imwettqa taħt ir-responsabbiltà ta' stabbilimenti edukattivi, inkluż matul l-eżamijiet, u jkunu limitati għal dak li huwa meħtieġ għall-iskop ta' dawn l-attivitajiet. L-eċċezzjoni jew limitazzjoni għandha tkopri ż-żewġ użi permezz ta' mezzi diġitali fil-klassi u użi online permezz ta' netwerk elettroniku sigur tal-istabbiliment edukattiv, li l-aċċess għalihom għandhom ikunu protetti, b'mod partikolari permezz ta' proċeduri ta' awtentikazzjoni. L-eċċezzjoni jew limitazzjoni għandha tinftiehem bħala li tkopri l-ħtiġijiet speċifiċi ta' aċċessibbiltà għall-persuni b'diżabilità fil-kuntest ta' illustrazzjoni għat-tagħlim.
(16) L-eċċezzjoni jew limitazzjoni għandha tkopri l-użi diġitali ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor biex isostnu, isaħħu jew jikkomplementaw it-tagħlim, inklużi attivitajiet ta' tagħlim relatati.L-eċċezzjoni jew limitazzjoni ta' użu jenħtieġ li jingħataw kemm-il darba x-xogħol jew suġġett tematiku ieħor użat jindika s-sors, inkluż l-isem tal-awtur, sakemm ma jirriżultax li dan ma jkunx possibbli għal raġunijiet ta' prattikabbiltà. L-użu tax-xogħlijiet jew suġġett ieħor skont l-eċċezzjoni jew limitazzjoni għandhom ikunu biss fil-kuntest ta' attivitajiet ta' taħriġ u tagħlim imwettqa taħt ir-responsabbiltà ta' stabbilimenti edukattivi, inkluż matul l-eżamijiet, u jkunu limitati għal dak li huwa meħtieġ għall-iskop ta' dawn l-attivitajiet. L-eċċezzjoni jew limitazzjoni għandha tkopri ż-żewġ użi permezz ta' mezzi diġitali fejn l-attività tat-tagħlim tiġi pprovduta b'mod fiżiku, inkluż meta din issir barra mill-bini tal-istabbiliment edukattiv, permezz fil-libreriji jew fl-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali, kemm-il darba l-użu jsir taħt ir-responsabbiltá tal-istabbiliment edukattiv, u użi online permezz tal-ambjent elettroniku sigur tal-istabbiliment edukattiv, li l-aċċess għalihom jenħtieġ li jkun protett, b'mod partikolari permezz ta' proċeduri ta' awtentikazzjoni. L-eċċezzjoni jew limitazzjoni għandha tinftiehem bħala li tkopri l-ħtiġijiet speċifiċi ta' aċċessibbiltà għall-persuni b'diżabbiltà fil-kuntest ta' illustrazzjoni għat-tagħlim.
Emenda 12 Proposta għal direttiva Premessa 16a (ġdida)
(16a) B'ambjent elettroniku sikur jenħtieġ li dak li jkun jifhem ambjent diġitali ta' għoti u teħid ta' tagħlim, li l-aċċess għalih huwa limitat permezz ta' proċedura ta' awtentikazzjoni xierqa għall-persunal tat-tagħlim tal-istabbiliment tat-tagħlim u għat-tfal tal-iskola jew l-istudenti li jkunu rreġistrati fi programm ta' studju.
Emenda 13 Proposta għal direttiva Premessa 17
(17) Arranġamenti differenti, ibbażati fuq l-implimentazzjoni tal-eċċezzjoni prevista fid-Direttiva 2001/29/KE jew fuq ftehimiet ta' liċenzjar li jkopru aktar użi, huma fis-seħħ f'għadd ta' Stati Membri sabiex jiġi ffaċilitat l-użu edukattiv ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor. Arranġamenti bħal dawn normalment ikunu ġew żviluppati wara li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-istituzzjonijiet edukattivi u livelli differenti ta' edukazzjoni. Billi huwa essenzjali li jiġu armonizzati l-ambitu obbligatorju ta' eċċezzjoni jew limitazzjoni fir-rigward ta' użi u attivitajiet ta' tagħlim diġitali transfruntier, il-modalitajiet ta' implimentazzjoni jistgħu jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor, sakemm dawn ma jfixklux l-applikazzjoni effettiva tal-eċċezzjoni jew limitazzjoni jew użi transfruntieri. Dan għandu jippermetti lill-Istati Membri li jibnu fuq l-arranġamenti eżistenti konklużi fil-livell nazzjonali. B'mod partikolari, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jissuġġettaw l-applikazzjoni ta' eċċezzjoni jew limitazzjoni, b'mod sħiħ jew parzjalment, id-disponibbiltà ta' liċenzji adegwati, li tkopri mill-inqas l-istess użu bħal dawk permessi taħt din l-eċċezzjoni. Dan il-mekkaniżmu jista', pereżempju, jippermetti li tingħata preċedenza għal liċenzji għal materjali li huma primarjament maħsuba għas-suq edukattiv. Sabiex jiġi evitat li tali mekkaniżmu jirriżulta f'inċertezza legali jew piż amministrattiv għall-istabbilimenti edukattivi, l-Istati Membri li jadottaw dan l-approċċ għandhom jieħu miżuri konkreti biex jiżguraw li skemi ta' liċenzjar li jippermettu użi diġitali ta' xogħlijiet jew materji oħra għall-fini ta' illustrazzjoni għat-tagħlim ikunu faċilment disponibbli u li l-istituzzjonijiet edukattivi jkunu konxji mill-eżistenza ta' tali skemi ta' liċenzjar.
(17) Arranġamenti differenti, ibbażati fuq l-implimentazzjoni tal-eċċezzjoni prevista fid-Direttiva 2001/29/KE jew fuq ftehimiet ta' liċenzjar li jkopru aktar użi, huma fis-seħħ f'għadd ta' Stati Membri sabiex jiġi ffaċilitat l-użu edukattiv ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor. Arranġamenti bħal dawn normalment ikunu ġew żviluppati wara li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-istituzzjonijiet edukattivi u livelli differenti ta' edukazzjoni. Billi huwa essenzjali li jiġu armonizzati l-ambitu obbligatorju ta' eċċezzjoni jew limitazzjoni fir-rigward ta' użi u attivitajiet ta' tagħlim diġitali transfruntier, il-modalitajiet ta' implimentazzjoni jistgħu jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor, sakemm dawn ma jfixklux l-applikazzjoni effettiva tal-eċċezzjoni jew limitazzjoni jew użi transfruntieri. Dan għandu jippermetti lill-Istati Membri li jibnu fuq l-arranġamenti eżistenti konklużi fil-livell nazzjonali. B'mod partikolari, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jissuġġettaw l-applikazzjoni ta' eċċezzjoni jew limitazzjoni, b'mod sħiħ jew parzjalment, għad-disponibbiltà ta' liċenzji adegwati. Tali liċenzji jistgħu jieħdu s-sura ta' ftehimiet ta' liċenzjar kollettiv, ftehimiet ta' liċenzjar kollettiv estiż u liċenzji li jiġu nnegozjati b'mod kollettiv bħalma huma l-"liċenzji ġenerali", ħalli jiġi evitat li l-istabbilimenti edukattivi jkollhom jinnegozjaw individwalment mad-detenturi tad-drittijiet. Liċenzji bħal dawn jenħtieġ li jkunu affordabbli u jkopru mill-inqas l-istess użu bħal dawk permessi taħt din l-eċċezzjoni. Dan il-mekkaniżmu, pereżempju, jkun jippermetti li tingħata preċedenza lil-liċenzji għal materjali li huma primarjament maħsuba għas-suq edukattiv, jew għat-tagħlim fl-istabbilimenti edukattivi jew għall-partituri. Sabiex jiġi evitat li tali mekkaniżmu jirriżulta f'inċertezza legali jew piż amministrattiv għall-istabbilimenti edukattivi, l-Istati Membri li jadottaw dan l-approċċ għandhom jieħu miżuri konkreti biex jiżguraw li tali skemi ta' liċenzjar li jippermettu użi diġitali ta' xogħlijiet jew materji oħra għall-fini ta' illustrazzjoni għat-tagħlim ikunu faċilment disponibbli u li l-istituzzjonijiet edukattivi jkunu konxji mill-eżistenza ta' tali skemi ta' liċenzjar. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jiddisponu għal sistemi biex jiżguraw li jkun hemm kumpens ġust għad-detenturi tad-drittijiet għall-użi skont dawk l-eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiġu mħeġġa jużaw sistemi li ma joħolqux piż amministrattiv, bħalma huma s-sistemi li jipprevedu pagamenti li jsiru darba.
Emenda 14 Proposta għal direttiva Premessa 17a (ġdida)
(17a) Sabiex tiġi garantita ċertezza legali meta Stat Membru jiddeċiedi li jagħmel l-applikazzjoni tal-eċċezzjoni soġġetta għad-disponibbiltà ta' liċenzji adegwati, huwa meħtieġ li jiġi speċifikat taħt liema kundizzjonijiet stabbiliment edukattiv jista' juża xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor protetti taħt dik l-eċċezzjoni, u, min-naħa l-oħra, meta dan jenħtieġ li jaġixxi taħt skema ta' liċenzjar.
Emenda 15 Proposta għal direttiva Premessa 18
(18) Att ta' preservazzjoni jista' jirrikjedi riproduzzjoni ta' xogħol jew materja oħra fil-kollezzjoni ta' istituzzjoni tal-wirt kulturali u b'hekk l-awtorizzazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet rilevanti. L-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali huma involuti fil-preservazzjoni tal-kollezzjonijiet tagħhom għall-ġenerazzjonijiet futuri. It-teknoloġiji diġitali joffru modi ġodda biex jiġi ppreservat il-wirt kulturali li jinsab f'dawk il-kollezzjonijiet, iżda dawn joħolqu wkoll sfidi ġodda. Minħabba dawn l-isfidi l-ġodda, jenħtieġ li l-qafas legali kurrenti jiġi addattat billi tkun prevista eċċezzjoni obbligatorja għad-dritt ta' riproduzzjoni sabiex ikunu permessi dawk l-atti ta' preservazzjoni.
(18) Att ta' preservazzjoni ta' biċċa xogħol jew ta' materjal tematiku ieħor fil-kollezzjoni ta' istituzzjoni tal-wirt kulturali tista' tirrikjedi riproduzzjoni u konsegwentement tirrikjedi l-awtorizzazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet rilevanti. L-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali huma involuti fil-preservazzjoni tal-kollezzjonijiet tagħhom għall-ġenerazzjonijiet futuri. It-teknoloġiji diġitali joffru modi ġodda biex jiġi ppreservat il-wirt kulturali li jinsab f'dawk il-kollezzjonijiet, iżda dawn joħolqu wkoll sfidi ġodda. Minħabba dawn l-isfidi l-ġodda, jenħtieġ li l-qafas legali kurrenti jiġi addattat billi tkun prevista eċċezzjoni obbligatorja għad-dritt tar-riproduzzjoni sabiex ikunu permessi dawk l-atti ta' preservazzjoni minn tali istituzzjonijiet.
Emenda 16 Proposta għal direttiva Premessa 19
(19) Approċċi differenti fl-Istati Membri għal atti ta' preservazzjoni minn istituzzjonijiet tal-wirt kulturali jfixklu l-kooperazzjoni transfruntiera u l-kondiviżjoni tal-mezzi ta' preservazzjoni minn istituzzjonijiet għall-wirt kulturali fis-suq intern, li jwasslu għal użu mhux effiċjenti tar-riżorsi.
(19) Approċċi differenti fl-Istati Membri għall-atti ta' riproduzzjoni għall-preservazzjoni jfixklu l-kooperazzjoni transfruntiera, il-mezzi ta' preservazzjoni u l-istabbiliment ta' netwerks ta' preservazzjoni transfruntiera fl-organizzazzjonijiet tas-suq intern li huma impenjati fil-preservazzjoni, sitwazzjoni li twassal għall-użu mhux effiċjenti tar-riżorsi. Dan jista' jkollu impatt negattiv fuq il-preservazzjoni tal-wirt kulturali.
Emenda 17 Proposta għal direttiva Premessa 20
(20) Għalhekk, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jipprevedu eċċezzjoni li tippermetti li l-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali jirriproduċu xogħlijiet u materjal tematiku ieħor permanentement fil-kollezzjonijiet tagħhom għal skopijiet ta' preservazzjoni, pereżempju biex tiġi indirizzata l-obsolexxenza teknoloġika jew id-degradazzjoni ta' sostenni oriġinali. Eċċezzjoni bħal din għandha tippermetti li jsiru kopji bl-għodod, mezzi jew teknoloġija ta' preservazzjoni xierqa, fl-għadd meħtieġ u fi kwalunkwe punt fil-ħajja tax-xogħol jew materja oħra sa kemm ikun meħtieġ biex tkun prodotta kopja għal finijiet ta' preservazzjoni biss.
(20) Għalhekk, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jipprevedu eċċezzjoni li tippermetti li l-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali jirriproduċu xogħlijiet u materjal tematiku ieħor permanentement fil-kollezzjonijiet tagħhom għal skopijiet ta' preservazzjoni, biex tiġi indirizzata l-obsolexxenza teknoloġika jew id-degradazzjoni ta' sostenni oriġinali jew biex jiġu assigurati x-xogħlijiet. Eċċezzjoni bħal din għandha tippermetti li jsiru kopji bl-għodod, mezzi jew teknoloġija ta' preservazzjoni xierqa, bi kwalunkwe format jew mezz, fl-għadd meħtieġ, fi kwalunkwe punt fil-ħajja ta' biċċa xogħol jew materjal tematiku ieħor u sakemm ikun meħtieġ biex tkun prodotta kopja għall-finijiet ta' preservazzjoni biss. L-arkivji tal-organizzazzjonijiet tar-riċerka jew tal-organizzazzjonijiet tas-servizz pubbliku tax-xandir jenħtieġ li jitqiesu bħala istituzzjonijiet tal-wirt kulturali u għalhekk benefiċjarji ta' din l-eċċezzjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri, għall-fini ta' din l-eċċezzjoni, ikunu jistgħu jżommu dispożizzjonijiet biex jittrattaw il-galleriji aċċessibbli għall-pubbliku bħala mużewijiet.
Emenda 18 Proposta għal direttiva Premessa 21
(21) Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, xogħlijiet jew materji oħra għandhom jitqiesu li jkunu permanentement fil-kollezzjoni ta' istituzzjoni tal-wirt kulturali meta kopji huma proprjetà ta' jew miżmuma b'mod permanenti fl-istituzzjoni tal-wirt kulturali, pereżempju bħala riżultat ta' trasferiment tas-sjieda jew ftehimiet ta' liċenzjar.
(21) Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, xogħlijiet jew materji oħra jenħtieġ li jitqiesu li jkunu permanentement fil-kollezzjoni ta' istituzzjoni tal-wirt kulturali jew ta' librerija meta kopji ta' tali xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor huma proprjetà ta' jew miżmuma b'mod permanenti minn dawk l-organizzazzjonijiet, pereżempju bħala riżultat ta' trasferiment tas-sjieda, ftehimiet ta' liċenzjar, depożitu legali jew selfa fit-tul.Ix-xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor li l-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali jaċċessaw b'mod temporanju permezz ta' server ta' parti terza ma jitqisux bħala li huma permanentement fil-kollezzjonijiet tagħhom.
Emenda 19 Proposta għal direttiva Premessa 21a (ġdida)
(21a) B'segwitu għall-iżviluppi teknoloġiċi, ħarġu servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jippermettu lill-utenti tagħhom itellgħu jew iqiegħdu għad-dispożizzjoni kontenut f'forom differenti u għal finijiet differenti bħall-illustrazzjoni ta' idea, il-kritika, il-parodija jew saħansitra l-pastiċċ. Dan il-kontenut jista' jinkludi siltiet qosra ta' xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor protetti diġà eżistenti li tali utenti jistgħu jkunu mmodifikaw, ikkombinaw jew b'xi mod ieħor ittrasformaw.
Emenda 20 Proposta għal direttiva Premessa 21b (ġdida)
(21b) Minkejja ċerta sovrappożizzjoni mal-eċċezzjonijiet jew il-limitazzjonijiet eżistenti, bħalma huma dawk għall-kwotazzjoni u l-parodija, il-kontenut imtella' jew imqiegħed għad-dispożizzjoni minn utent li jinkludi b'mod raġonevoli siltiet ta' xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor protetti, mhuwiex kollu kopert mill-Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/29/KE. Tali sitwazzjoni toħloq inċertezza legali kemm għall-utenti kif ukoll għall-pretendenti. Għalhekk hemm bżonn li tiġi pprovduta eċċezzjoni speċifika ġdida li tippermetti l-użi leġittimi ta' siltiet ta' xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor protetti diġà eżistenti fil-kontenut li jittella' jew li jitqiegħed għad-dispożizzjoni mill-utenti. Meta l-kontenut iġġenerat jew imqiegħed għad-dispożizzjoni minn utent jinvolvi l-użu qasir u proporzjonat ta' kwotazzjoni jew ta' silta ta' xogħol jew materjal tematiku ieħor protetti għal skop leġittimu, jenħtieġ li tali użu jkun protett mill-eċċezzjoni prevista minn din id-Direttiva. Jenħtieġ li din l-eċċezzjoni tapplika biss f'ċerti każijiet speċjali li ma jkunux konfliġġenti mal-isfruttament normali tax-xogħol jew ta' materjal tematiku ieħor protett kkonċernat u li ma jippreġudikawx b'mod mhux raġonevoli l-interessi leġittimi tad-detentur tad-drittijiet. Għall-fini tal-valutazzjoni ta' tali preġudizzju, huwa essenzjali li jiġu eżaminati l-grad ta' oriġinalità tal-kontenut ikkonċernat, it-tul jew il-firxa tal-kwotazzjoni jew tas-silta użata, in-natura professjonali tal-kontenut ikkonċernat jew il-grad ta' ħsara ekonomika, jekk ikun il-każ, filwaqt li ma tiġix prekluża t-tgawdija leġittima tal-eċċezzjoni. Jenħtieġ li din l-eċċezzjoni tkun bla preġudizzju għad-drittijiet morali tal-awturi tax-xogħol jew materjal tematiku ieħor protett.
Emenda 21 Proposta għal direttiva Premessa 21c (ġdida)
(21c) Jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 13 ta' din id-Direttiva ma jkunux jistgħu jinvokaw għall-benefiċċju tagħhom l-eċċezzjoni prevista minn din id-Direttiva għall-użu ta' kwotazzjonijiet jew siltiet minn xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor protetti fil-kontenut li jittella' jew li jitqiegħed għad-dispożizzjoni mill-utenti fuq dawk is-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni, sabiex titnaqqas il-portata tal-obbligi tagħhom taħt l-Artikolu 13 ta' din id-Direttiva.
Emenda 22 Proposta għal direttiva Premessa 22
(22) L-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali għandhom jibbenefikaw minn qafas ċar għad-diġitalizzazzjoni u t-tixrid, inkluż bejn il-fruntieri, ta' xogħlijiet li mhumiex fil-kummerċ jew materja oħra. Madankollu, il-karatteristiċi partikolari tal-kollezzjonijiet ta' xogħlijiet li mhumiex fis-suq ifissru li l-kisba ta' kunsens minn qabel mid-detenturi tad-drittijiet individwali tista' tkun diffiċli ħafna. Dan jista' jkun minħabba, pereżempju, l-età tax-xogħlijiet jew materji oħra, il-valur kummerċjali limitat tagħhom u l-fatt li dawn qatt ma kienu maħsuba għall-użu kummerċjali. Għaldaqstant hu meħtieġ li jiġu previsti miżuri biex ikun iffaċilitat il-liċenzjar ta' drittijiet f'xogħlijiet li mhumiex fis-suq li jinsabu f'kollezzjonijiet ta' istituzzjonijiet tal-wirt kulturali u b'hekk jippermettu l-konklużjoni ta' ftehimiet b'effett transfruntier fis-suq intern.
(22) L-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali għandhom jibbenefikaw minn qafas ċar għad-diġitalizzazzjoni u t-tixrid, inkluż bejn il-fruntieri, ta' xogħlijiet li mhumiex fil-kummerċ jew materja oħra. Madankollu, il-karatteristiċi partikolari tal-kollezzjonijiet ta' xogħlijiet li mhumiex fis-suq ifissru li l-kisba ta' kunsens minn qabel mid-detenturi tad-drittijiet individwali tista' tkun diffiċli ħafna. Dan jista' jkun minħabba, pereżempju, l-età tax-xogħlijiet jew materji oħra, il-valur kummerċjali limitat tagħhom jew il-fatt li dawn qatt ma kienu maħsuba għall-użu kummerċjali jew qatt ma kienu fil-kummerċ. Għaldaqstant hu meħtieġ li jiġu previsti miżuri biex ikun iffaċilitat l-użu ta' xogħlijiet li mhumiex fis-suq li jinsabu f'kollezzjonijiet ta' istituzzjonijiet tal-wirt kulturali u b'hekk jippermettu l-konklużjoni ta' ftehimiet b'effett transfruntier fis-suq intern.
Emenda 23 Proposta għal direttiva Premessa 22a (ġdida)
(22a) Diversi Stati Membri diġà adottaw skemi ta' liċenzjar kollettiv, mandati legali jew preżunzjonijiet legali estiżi li jiffaċilitaw il-liċenzjar ta' xogħlijiet li mhumiex fis-suq. Madankollu, meta titqies il-varjetà tax-xogħol u ta' materjal tematiku ieħor fil-kollezzjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali u l-varjanza bejn il-prattiki ta' mmaniġġjar kollettiv fl-Istati Membri kollha u fis-setturi tal-produzzjoni kulturali, tali miżuri jistgħu ma jipprovdux soluzzjoni fil-każijiet kollha, pereżempju, għax ma jkun hemm l-ebda prattika ta' mmaniġġjar kollettiv għal ċertu tip ta' xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor. F'każijiet partikolari bħal dawn, huwa għalhekk meħtieġ li l-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali jitħallew jagħmlu x-xogħlijiet li mhumiex fis-suq li huma miżmuma fil-kollezzjoni permanenti tagħhom disponibbli online taħt eċċezzjoni għad-dritt tal-awtur u drittijiet relatati. Filwaqt li huwa essenzjali li l-kamp ta' applikazzjoni tal-eċċezzjoni obbligatorja l-ġdida jiġi armonizzat sabiex ikunu jistgħu jsiru użi transfruntiera ta' xogħlijiet li mhumiex fis-suq, jenħtieġ madankollu li l-Istati Membri jitħallew jużaw jew ikomplu jużaw l-arranġamenti ta' liċenzjar kollettiv estiż konklużi mal-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali. Jenħtieġ li n-nuqqas ta' qbil dwar il-kundizzjonijiet tal-liċenzja ma jiġix interpretat bħala nuqqas ta' disponibbiltà ta' soluzzjonijiet ibbażati fuq il-liċenzjar. Jenħtieġ li kwalunkwe użu li jsir taħt din l-eċċezzjoni jkun soġġett għall-istess rekwiżiti ta' nonparteċipazzjoni u pubbliċità bħall-użi awtorizzati permezz ta' mekkaniżmu tal-liċenzjar. Sabiex jiġi żgurat li l-eċċezzjoni tapplika biss meta jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet u sabiex tingħata ċertezza legali, jenħtieġ li l-Istati Membri jiddeterminaw, b'konsultazzjoni mad-detenturi tad-drittijiet, l-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv u l-organizzazzjonijiet tal-wirt kulturali, u f'intervalli xierqa ta' żmien, għal liema setturi u għal liema tipi ta' xogħlijiet mhumiex disponibbli soluzzjonijiet xierqa bbażati fuq il-liċenzja, f'liema każ jenħtieġ li tapplika l-eċċezzjoni.
Emenda 24 Proposta għal direttiva Premessa 23
(23) L-Istati Membri għandhom, fil-qafas stipulat f'din id-Direttiva, ikollhom il-flessibbiltà li jagħżlu t-tip speċifiku ta' mekkaniżmu li jippermetti l-liċenzjar għal xogħlijiet li mhumiex fis-suq biex jestendu għad-drittijiet tad-detenturi tad-drittijiet li mhumiex rappreżentati mill-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv, b'konformità mat-tradizzjonijiet legali, prattiċi jew ċirkustanzi tagħhom. Tali mekkaniżmi jistgħu jinkludu l-liċenzjar kollettiv estiż u preżunzjonijiet ta' rappreżentazzjoni.
(23) L-Istati Membri għandhom, fil-qafas stipulat f'din id-Direttiva, ikollhom il-flessibbiltà li jagħżlu t-tip speċifiku ta' mekkaniżmu li jippermetti l-liċenzjar għal xogħlijiet li mhumiex fis-suq biex jestendu għad-drittijiet tad-detenturi tad-drittijiet li mhumiex rappreżentati mill-organizzazzjoni rilevanti ta' mmaniġġjar kollettiv, b'konformità mat-tradizzjonijiet legali, il-prattiki jew iċ-ċirkustanzi tagħhom. Tali mekkaniżmi jistgħu jinkludu l-liċenzjar kollettiv estiż u preżunzjonijiet ta' rappreżentazzjoni.
Emenda 25 Proposta għal direttiva Premessa 24
(24) Għall-finijiet ta' dawk il-mekkaniżmi ta' liċenzjar, hija importanti sistema ta' mmaniġjar kollettiv li taħdem sew. Din is-sistema tinkludi b'mod partikolari regoli ta' governanza tajba, trasparenza u rappurtar, kif ukoll it-tqassim u l-pagamenti regolari, diliġenti u preċiżi ta' ammonti dovuti lil detenturi tad-drittijiet individwali, kif previst fid-Direttiva 2014/26/UE. Salvagwardji xierqa addizzjonali għandhom ikunu disponibbli għad-detenturi kollha tad-drittijiet, li għandhom jingħataw l-opportunità li jeskludu l-applikazzjoni ta' mekkaniżmi bħal dawn fir-rigward tax-xogħlijiet tagħhom jew ta' materji oħra protetti. Kundizzjonijiet mehmuża ma' dawn il-mekkaniżmi ma għandhomx jaffettwaw r-rilevanza prattika tagħhom għall-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali.
(24) Għall-finijiet ta' dawk il-mekkaniżmi ta' liċenzjar, hija importanti sistema ta' mmaniġjar kollettiv li taħdem sew u jenħtieġ li tiġi mħeġġa mill-Istati Membri. Din is-sistema tinkludi b'mod partikolari regoli ta' governanza tajba, trasparenza u rappurtar, kif ukoll it-tqassim u l-pagamenti regolari, diliġenti u preċiżi ta' ammonti dovuti lil detenturi tad-drittijiet individwali, kif previst fid-Direttiva 2014/26/UE. Salvagwardji xierqa addizzjonali għandhom ikunu disponibbli għad-detenturi kollha tad-drittijiet, li għandhom jingħataw l-opportunità li jeskludu l-applikazzjoni ta' mekkaniżmi ta' liċenzjar bħal dawn jew ta' tali eċċezzjonijiet fir-rigward tax-xogħlijiet tagħhom jew ta' materjal tematiku ieħor protetti. Kundizzjonijiet mehmuża ma' dawn il-mekkaniżmi ma għandhomx jaffettwaw r-rilevanza prattika tagħhom għall-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali.
Emenda 26 Proposta għal direttiva Premessa 25
(25) Wara li qieset il-varjetà ta' xogħlijiet u materja oħra f'kollezzjonijiet ta' istituzzjonijiet tal-wirt kulturali, huwa importanti li l-mekkaniżmi ta' liċenzjar introdotti b'din id-Direttiva jkunu disponibbli u jistgħu jintużaw fil-prattika għal tipi differenti ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor, inklużi ritratti, reġistrazzjonijiet awdjo u xogħlijiet awdjoviżivi. Sabiex jiġu riflessi l-ispeċifiċitajiet tal-kategoriji differenti ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor fir-rigward ta' mezzi ta' pubblikazzjoni u distribuzzjoni u biex ikun faċilitat l-użu ta' dawn il-mekkaniżmi, rekwiżiti u proċeduri speċifiċi għandhom mnejn jiġu stabbiliti mill-Istati Membri għall-applikazzjoni prattika ta' dawk il-mekkaniżmi ta' liċenzjar. Huwa xieraq li l-Istati Membri jikkonsultataw lid-detenturi tad-drittijiet, lill-utenti u lill-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv meta jagħmlu dan.
(25) Wara li qieset il-varjetà ta' xogħlijiet u materja oħra f'kollezzjonijiet ta' istituzzjonijiet tal-wirt kulturali, huwa importanti li l-mekkaniżmi ta' liċenzjar introdotti b'din id-Direttiva jkunu disponibbli u jistgħu jintużaw fil-prattika għal tipi differenti ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor, inklużi ritratti, reġistrazzjonijiet awdjo u xogħlijiet awdjoviżivi. Sabiex jiġu riflessi l-ispeċifiċitajiet tal-kategoriji differenti ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor fir-rigward ta' modi ta' pubblikazzjoni u distribuzzjoni u biex ikun faċilitat kemm jistgħu jintużaw is-soluzzjonijiet dwar l-użu tax-xogħlijiet li mhumiex fis-suq li huma introdotti minn din id-Direttiva, jista' jkun li rekwiżiti u proċeduri speċifiċi jkollhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri għall-applikazzjoni prattika ta' dawk il-mekkaniżmi ta' liċenzjar. Huwa xieraq li l-Istati Membri jikkonsultataw lid-detenturi tad-drittijiet, lill-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali u lill-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv meta jkunu qed jagħmlu dan.
Emenda 27 Proposta għal direttiva Premessa 26
(26) Għal raġunijiet ta' kortesija internazzjonali, il-mekkaniżmi ta' liċenzjar għad-diġitizzazzjoni u t-tixrid ta' xogħlijiet li mhumiex fis-suq previsti f'din id-Direttiva ma għandhomx japplikaw għal xogħlijiet jew materji oħra li ġew ippubblikati għall-ewwel darba jew, fin-nuqqas ta' pubblikazzjoni, ixxandru għall-ewwel darba f'pajjiż terz jew, fil-każ ta' xogħlijiet ċinematografiċi jew awdjoviżivi, għal xogħlijiet li l-produttur tagħhom ikollu l-kwartieri ġenerali jew ir-residenza abitwali tiegħu f'pajjiż terz. Dawk il-mekkaniżmi ukoll ma għandhomx japplikaw għal xogħlijiet jew materji oħra ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi ħlief meta jkunu ġew ippubblikati għall-ewwel darba jew, fin-nuqqas ta' pubblikazzjoni, ixxandru għall-ewwel darba fit-territorju ta' Stat Membru jew, fil-każ ta' xogħlijiet ċinematografiċi jew awdjoviżivi, għal xogħlijiet li l-kwartieri ġenerali jew ir-residenza abitwali tal-produttur tagħhom hija fi Stat Membru.
(26) Għal raġunijiet ta' kortesija internazzjonali, il-mekkaniżmi ta' liċenzjar u l-eċċezzjoni għad-diġitizzazzjoni u t-tixrid ta' xogħlijiet li mhumiex fis-suq previsti f'din id-Direttiva ma għandhomx japplikaw għal xogħlijiet jew materji oħra li ġew ippubblikati għall-ewwel darba jew, fin-nuqqas ta' pubblikazzjoni, ixxandru għall-ewwel darba f'pajjiż terz jew, fil-każ ta' xogħlijiet ċinematografiċi jew awdjoviżivi, għal xogħlijiet li l-produttur tagħhom ikollu l-kwartieri ġenerali jew ir-residenza abitwali tiegħu f'pajjiż terz. Dawk il-mekkaniżmi ukoll ma għandhomx japplikaw għal xogħlijiet jew materji oħra ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi ħlief meta jkunu ġew ippubblikati għall-ewwel darba jew, fin-nuqqas ta' pubblikazzjoni, ixxandru għall-ewwel darba fit-territorju ta' Stat Membru jew, fil-każ ta' xogħlijiet ċinematografiċi jew awdjoviżivi, għal xogħlijiet li l-kwartieri ġenerali jew ir-residenza abitwali tal-produttur tagħhom hija fi Stat Membru.
Emenda 28 Proposta għal direttiva Premessa 27
(27) Peress li l-proġetti ta' diġitazzjoni tal-massa jistgħu jinvolvu investimenti sinifikanti min-naħa tal-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali, kull liċenzja mogħtija skont il-mekkaniżmi previsti f'din id-Direttiva ma għandhomx iwaqqfuhom milli jiġġeneraw dħul raġonevoli sabiex ikopri l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż tad-diġitizzazzjoni u t-tixrid ta' xogħlijiet u materja oħra koperti mil-liċenzja.
(27) Peress li l-proġetti ta' diġitazzjoni tal-massa jistgħu jinvolvu investimenti sinifikanti min-naħa tal-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali, kull liċenzja mogħtija skont il-mekkaniżmi previsti f'din id-Direttiva ma għandhomx iwaqqfuhom milli jkopru l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż tad-diġitizzazzjoni u t-tixrid ta' xogħlijiet u materja oħra koperti mil-liċenzja.
Emenda 29 Proposta għal direttiva Premessa 28
(28) Informazzjoni dwar l-użu attwali u futur ta' xogħlijiet li mhumiex fis-suq u materja oħra min-naħa tal-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali abbażi tal-mekkaniżmi ta' liċenzjar previsti f'din id-Direttiva u l-arranġamenti fis-seħħ għad-detenturi tad-drittijiet kollha, biex tkun eskluża l-applikazzjoni ta' liċenzji għal xogħlijiet tagħhom jew materja oħra għandha tingħata pubbliċità xierqa. Dan huwa partikolarment importanti meta l-użu jsir bejn il-fruntieri fis-suq intern. Għaldaqstant huwa f'loku li jsir provvediment għall-ħolqien ta' portal online waħdani li jkun aċċessibbli pubblikament biex l-Unjoni tagħmel din l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku għal perjodu raġonevoli ta' żmien qabel ma jseħħ l-użu transfruntier. Skont ir-Regolament (UE) Nru 386/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea huwa fdat b'ċerti kompiti u attivitajiet, iffinanzjati bl-użu tal-mezzi baġitarji proprji tiegħu, bil-għan li jiffaċilita u jappoġġa l-attivitajiet ta' awtoritajiet nazzjonali, tas-settur privat u tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni fil-ġlieda kontra, inkluż il-prevenzjoni ta', ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Huwa għalhekk xieraq li jiġi invokat dak l-Uffiċċju biex jiġi stabbilit u mmaniġjat il-portal Ewropew li jagħmel tali informazzjoni disponibbli.
(28) Informazzjoni dwar l-użu attwali u futur ta' xogħlijiet li mhumiex fis-suq u materja oħra min-naħa tal-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali abbażi tal-mekkaniżmi ta' liċenzjar jew tal-eċċezzjoni previsti f'din id-Direttiva u l-arranġamenti fis-seħħ għad-detenturi tad-drittijiet kollha, biex tkun eskluża l-applikazzjoni ta' liċenzji jew tal-eċċezzjoni għax-xogħlijiet tagħhom jew materja oħra jenħtieġ li tingħata pubbliċità xierqa. Dan huwa partikolarment importanti meta l-użu jsir bejn il-fruntieri fis-suq intern. Għaldaqstant huwa f'loku li jsir provvediment għall-ħolqien ta' portal online waħdani li jkun aċċessibbli pubblikament biex l-Unjoni tagħmel din l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku għal perjodu raġonevoli ta' żmien qabel ma jseħħ l-użu transfruntier. Skont ir-Regolament (UE) Nru 386/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea huwa fdat b'ċerti kompiti u attivitajiet, iffinanzjati bl-użu tal-mezzi baġitarji proprji tiegħu, bil-għan li jiffaċilita u jappoġġa l-attivitajiet ta' awtoritajiet nazzjonali, tas-settur privat u tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni fil-ġlieda kontra, inkluż il-prevenzjoni ta', ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Huwa għalhekk xieraq li jiġi invokat dak l-Uffiċċju biex jiġi stabbilit u mmaniġjat il-portal Ewropew li jagħmel tali informazzjoni disponibbli.
Emenda 30 Proposta għal direttiva Premessa 28a (ġdida)
(28a) Sabiex jiġi żgurat li l-mekkaniżmi ta' liċenzjar stabbiliti għal xogħlijiet li mhumiex fis-suq ikunu rilevanti u jiffunzjonaw kif suppost, li d-detenturi tad-drittijiet jiġu protetti b'mod adegwat skont dawk il-mekkaniżmi, li l-liċenzji jiġu ppubbliċizzati kif xieraq u li tiġi żgurata ċ-ċarezza legali fir-rigward tar-rappreżentanza tal-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv u l-kategorizzazzjoni tax-xogħlijiet, jenħtieġ li l-Istati Membri jrawmu djalogu speċifiku għas-settur bejn il-partijiet ikkonċernati.
Emenda 31 Proposta għal direttiva Premessa 30
(30) Sabiex ikun iffaċilitat il-liċenzjar ta' drittijiet f'xogħlijiet awdjoviżivi għal pjattaformi video-on-demand, din id-Direttiva tirrikkjedi li l-Istati Membri jwaqqfu mekkaniżmu ta' negozjar li jippermetti lill-partijiet interessati li jixtiequ jikkonkludu ftehim sabiex iserrħu fuq l-għajnuna ta' korp imparzjali. Il-korp għandu jiltaqa' mal-partijiet u jgħin fin-negozjati billi jagħti pariri professjonali u esterni. F'dan il-kuntest, l-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar il-kundizzjonijiet tal-funzjonament tal-mekkaniżmu ta' negozjar, inkluż iż-żmien u d-durata tal-għajnuna għan-negozjati u tal-ġarr tal-ispejjeż. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-piżijiet amministrattivi u finanzjarji jibqgħu proporzjonati biex jiggarantixxu l-effiċjenza tal-forum tan-negozjati.
(30) Sabiex ikun iffaċilitat il-liċenzjar ta' drittijiet f'xogħlijiet awdjoviżivi għal pjattaformi video-on-demand, jenħtieġ li l-Istati Membri jwaqqfu mekkaniżmu ta' negozjar, immaniġġjat minn korp nazzjonali eżistenti jew li għadu kif ġie stabbilit, li jippermetti lill-partijiet li jixtiequ jikkonkludu ftehim iserrħu fuq l-għajnuna ta' korp imparzjali. Il-parteċipazzjoni f'dan il-mekkaniżmu ta' negozjar u l-konklużjoni sussegwenti ta' ftehimiet jenħtieġ li jkunu volontarji. Meta n-negozjar jinvolvi partijiet minn Stati Membri differenti, dawk il-partijiet jenħtieġ li jaqblu bejniethom minn qabel dwar l-Istat Membru kompetenti, jekk jiġu li jiddeċiedu li jserrħu fuq il-mekkaniżmu ta' negozjar. Il-korp jenħtieġ li jiltaqa' mal-partijiet u jgħin fin-negozjati billi jagħti pariri professjonali, imparzjali u esterni. F'dan il-kuntest, l-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar il-kundizzjonijiet tal-funzjonament tal-mekkaniżmu ta' negozjar, inklużi ż-żmien u d-durata tal-għajnuna għan-negozjati u l-qsim ta' kwalunkwe spejjeż li jirriżultaw, u l-kompożizzjoni ta' tali korpi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-piżijiet amministrattivi u finanzjarji jibqgħu proporzjonati biex jiggarantixxu l-effiċjenza tal-forum tan-negozjati.
Emenda 32 Proposta għal direttiva Premessa 30a (ġdida)
(30a) Il-preservazzjoni tal-wirt tal-Unjoni hija tal-akbar importanza u għandha tissaħħaħ għall-benefiċċju tal-ġenerazzjonijiet futuri. Jenħtieġ li dan jiġi realizzat b'mod partikolari permezz tal-protezzjoni tal-wirt ippubblikat. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jinħoloq depożitu legali tal-Unjoni sabiex jiġi żgurat li l-pubblikazzjonijiet li jirrigwardaw l-Unjoni, bħalma huma d-dritt tal-Unjoni, l-istorja u l-integrazzjoni tal-Unjoni, il-politiki tal-Unjoni u d-demokrazija tal-Unjoni, l-affarijiet istituzzjonali u parlamentari, u l-politika tal-Unjoni, u, permezz ta' hekk, ir-rekord intellettwali u l-wirt ippubblikat futur tal-Unjoni, jinġabru b'mod sistematiku. Wirt bħal dan jenħtieġ li mhux biss jiġi ppreservat permezz tal-ħolqien ta' arkivju tal-Unjoni għall-pubblikazzjonijiet li jittrattaw materji relatati mal-Unjoni, iżda jenħtieġ ukoll jitqiegħed għad-dispożizzjoni taċ-ċittadini u l-ġenerazzjonijiet futuri tal-Unjoni. Il-Librerija tal-Parlament Ewropew, bħala l-Librerija tal-unika istituzzjoni tal-Unjoni li tirrappreżenta b'mod dirett liċ-ċittadini tal-Unjoni, jenħtieġ li tintgħażel bħala l-librerija depożitarja tal-Unjoni. Sabiex ma jinħoloqx piż eċċessiv fuq il-pubblikaturi, l-istampaturi u l-importaturi, huma biss il-pubblikazzjonijiet elettroniċi, bħalma huma l-kotba elettroniċi, il-ġurnali elettroniċi u r-rivisti elettroniċi li jenħtieġ li jiġu ddepożitati fil-Librerija tal-Parlament Ewropew, li min-naħa tagħha għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-qarrejja l-pubblikazzjonijiet koperti mid-depożitu legali tal-Unjoni fil-Librerija tal-Parlament Ewropew għall-fini tar-riċerka jew tal-istudju u taħt il-kontroll tal-Librerija tal-Parlament Ewropew. Jenħtieġ li pubblikazzjonijiet bħal dawn ma jsirux disponibbli online esternament.
Emendi 33 u 137 Proposta għal direttiva Premessa 31
(31) Stampa libera u pluralista hija essenzjali biex ikun żgurat ġurnaliżmu ta' kwalità u l-aċċess taċ-ċittadini għall-informazzjoni. Din tagħti kontribut fundamentali għal dibattitu pubbliku u għall-funzjonament tajjeb ta' soċjetà demokratika. Fit-tranżizzjoni mill-istampar għar-realtà diġitali, il-pubblikaturi ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa qed jaffaċċjaw problemi fil-liċenzjar għall-użu online tal-pubblikazzjonijiet tagħhom u b'hekk jirkupraw l-investimenti tagħhom. Fin-nuqqas ta' rikonoxximent ta' pubblikaturi tal-istampa pubblikazzjonijiet bħala detenturi tad-drittijiet, il-liċenzjar u l-infurzar fl-ambjent diġitali huma ta' spiss kumplessi u ineffiċjenti.
(31) Stampa libera u pluralista hija essenzjali biex ikun żgurat ġurnaliżmu ta' kwalità u l-aċċess taċ-ċittadini għall-informazzjoni. Din tagħti kontribut fundamentali għal dibattitu pubbliku u għall-funzjonament tajjeb ta' soċjetà demokratika. L-iżbilanċ li kulma jmur qed jikber bejn il-pjattaformi li għandhom is-saħħa u l-pubblikaturi tal-istampa, li jistgħu jkunu wkoll aġenziji tal-aħbarijiet, diġà wassal għal rigressjoni notevoli tal-pajsaġġ tal-midja fuq livell reġjonali. Fit-tranżizzjoni mill-istampar għar-realtà diġitali, il-pubblikaturi u l-aġenziji tal-aħbarijiet ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa qed jiffaċċjaw problemi fil-liċenzjar tal-użu online tal-pubblikazzjonijiet tagħhom u biex jirkupraw l-investimenti tagħhom. Fin-nuqqas ta' rikonoxximent ta' pubblikaturi tal-istampa pubblikazzjonijiet bħala detenturi tad-drittijiet, il-liċenzjar u l-infurzar fl-ambjent diġitali huma ta' spiss kumplessi u ineffiċjenti.
Emendi 34 u 138 Proposta għal direttiva Premessa 32
(32) Il-kontribuzzjoni finanzjarja u organizzattiva tal-pubblikaturi fil-produzzjoni ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa jeħtieġ li tiġi rikonoxxuta u inkoraġġita aktar biex tkun żgurata s-sostenibilità tal-industrija tal-pubblikazzjoni. Għalhekk huwa meħtieġ li tiġi pprovduta, fil-livell tal-Unjoni, protezzjoni legali armonizzata għall-pubblikazzjonijiet tal-istampa fir-rigward ta' użi diġitali. Protezzjoni bħal din għandha tkun garantita b'mod effettiv permezz tal-introduzzjoni, fid-dritt tal-Unjoni, ta' drittijiet marbutin mad-drittijiet tal-awtur għar-riproduzzjoni u d-disponibbiltà għall-pubbliku ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa fir-rigward tal-użi diġitali tagħhom.
(32) Il-kontribuzzjoni finanzjarja u organizzattiva tal-pubblikaturi fil-produzzjoni ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa jeħtieġ li tiġi rikonoxxuta u inkoraġġita aktar biex tkun żgurata s-sostenibbiltà tal-industrija tal-pubblikazzjoni u b'hekk biex tiġi ggarantita d-disponibbiltà ta' informazzjoni affidabbli. Għalhekk hemm il-ħtieġa li l-Istati Membri jipprovdu, fil-livell tal-Unjoni, protezzjoni legali għall-pubblikazzjonijiet tal-istampa fl-Unjoni għall-użi diġitali. Protezzjoni bħal din għandha tkun garantita b'mod effettiv permezz tal-introduzzjoni, fid-dritt tal-Unjoni, ta' drittijiet marbutin mad-drittijiet tal-awtur għar-riproduzzjoni u d-disponibbiltà għall-pubbliku ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa fir-rigward tal-użi diġitali sabiex tinkiseb remunerazzjoni ġusta u proporzjonata għal tali użi.L-użi privati jenħtieġ li jiġu esklużi minn din ir-referenza. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-elenkar f'magna tat-tiftix ma jitqiesx bħala remunerazzjoni ġusta u proporzjonata.
Emenda 139 Proposta għal direttiva Premessa 33
(33) Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, huwa meħtieġ li jiġi definit il-kunċett ta' pubblikazzjoni tal-istampa b'mod li tħaddan biss pubblikazzjonijiet ġurnalistiċi, ippubblikat minn fornitur ta' servizz, perjodikament jew regolarment aġġornati fi kwalunkwe mezz tax-xandir, għall-finijiet ta' informazzjoni jew divertiment. Dawn il-pubblikazzjonijiet jistgħu jinkludu, pereżempju, gazzetti ta' kuljum, rivisti ta' kull ġimgħa jew ta' kull xahar jew siti tal-internet ta' interess speċjali jew tal-aħbarijiet. Pubblikazzjonijiet perjodiċi li huma ppubblikati għal skopijiet xjentifiċi jew akkademiċi, bħal ġurnali xjentifiċi, ma għandhomx ikunu koperti mill-protezzjoni mogħtija lil pubblikazzjonijiet tal-istampa skont din id-Direttiva. Din il-protezzjoni ma testendix għall-atti ta' hyperlinking li ma jikkostitwux komunikazzjoni lill-pubbliku.
(33) Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, huwa meħtieġ li jiġi definit il-kunċett ta' pubblikazzjoni tal-istampa b'mod li tħaddan biss pubblikazzjonijiet ġurnalistiċi, ippubblikat minn fornitur ta' servizz, perjodikament jew regolarment aġġornati fi kwalunkwe mezz tax-xandir, għall-finijiet ta' informazzjoni jew divertiment. Dawn il-pubblikazzjonijiet jistgħu jinkludu, pereżempju, gazzetti ta' kuljum, rivisti ta' kull ġimgħa jew ta' kull xahar ta' interess ġenerali jew speċjali u siti web tal-aħbarijiet. Pubblikazzjonijiet perjodiċi li huma ppubblikati għal skopijiet xjentifiċi jew akkademiċi, bħal ġurnali xjentifiċi, jenħtieġ li ma jkunux koperti mill-protezzjoni mogħtija lil pubblikazzjonijiet tal-istampa skont din id-Direttiva. Din il-protezzjoni ma testendix għall-atti ta' hyperlinking. Barra minn hekk, il-protezzjoni ma għandhiex testendi għal informazzjoni fattwali li tiġi rrappurtata f'artikli ġurnalistiċi minn pubblikazzjoni tal-istampa u għalhekk ma tipprevjeni lil ħadd milli jirrapporta tali informazzjoni fattwali.
Emendi 36 u 140 Proposta għal direttiva Premessa 34
(34) Id-drittijiet mogħtija lill-edituri ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa skont din id-Direttiva għandhom ikollhom l-istess kamp ta' applikazzjoni bħad-drittijiet ta' riproduzzjoni u t-tqegħid għad-dipożizzjoni tal-pubbliku previsti fid-Direttiva 2001/29/KE, sa fejn għandhom x'jaqsmu l-użi diġitali. Dawn għandhom ukoll ikunu soġġetti għall-istess dispożizzjonijiet dwar l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet bħal dawk applikabbli għad-drittijiet previsti fid-Direttiva 2001/29/KE inkluża l-eċċezzjoni għall-kwotazzjoni, magħmula pereżempju għal skopijiet ta' kritika jew ta' rieżami stabbiliti fl-Artikolu 5(3)(d) ta' din id-Direttiva.
(34) Id-drittijiet mogħtija lill-edituri ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa skont din id-Direttiva għandhom ikollhom l-istess kamp ta' applikazzjoni bħad-drittijiet ta' riproduzzjoni u t-tqegħid għad-dipożizzjoni tal-pubbliku previsti fid-Direttiva 2001/29/KE, sa fejn għandhom x'jaqsmu l-użi diġitali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jissoġġettaw lil dawk id-drittijiet għall-istess dispożizzjonijiet dwar l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet bħal dawk applikabbli għad-drittijiet previsti fid-Direttiva2001/29/KE inkluża l-eċċezzjoni għall-kwotazzjoni li ssir għal skopijiet pereżempju ta' kritika jew ta' rieżami stabbiliti fl-Artikolu5(3)(d) ta' dik id-Direttiva.
Emenda 37 Proposta għal direttiva Premessa 35
(35) Il-protezzjoni mogħtija lill-pubblikaturi ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa b'din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa d-drittijiet tal-awturi u detenturi oħra tad-drittijiet fix-xogħlijiet u materji oħra inkorporati hemmhekk, inkluż fir-rigward sa fejn l-awturi u d-detenturi tad-drittijiet oħra jistgħu jisfruttaw is-xogħlijiet jew materji oħra tagħhom indipendentement mill-pubblikazzjoni tal-istampa, li fihom huma inkorporati. Għaldaqstant, il-pubblikaturi ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa ma għandhomx ikun jistgħu jinvokaw il-ħarsien li ngħataw kontra l-awturi u detenturi oħra tad-drittijiet. Dan huwa mingħajr preġudizzju għal arranġamenti kuntrattwali konklużi bejn il-pubblikaturi ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa, fuq naħa, u l-awturi u detenturi oħra tad-drittijiet, fuq in-naħa l-oħra.
(35) Il-protezzjoni mogħtija lill-pubblikaturi ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa b'din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa d-drittijiet tal-awturi u detenturi oħra tad-drittijiet fix-xogħlijiet u materji oħra inkorporati hemmhekk, inkluż fir-rigward sa fejn l-awturi u d-detenturi tad-drittijiet oħra jistgħu jisfruttaw is-xogħlijiet jew materji oħra tagħhom indipendentement mill-pubblikazzjoni tal-istampa, li fihom huma inkorporati. Għaldaqstant, il-pubblikaturi ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa ma għandhomx ikun jistgħu jinvokaw il-ħarsien li ngħataw kontra l-awturi u detenturi oħra tad-drittijiet. Dan huwa mingħajr preġudizzju għal arranġamenti kuntrattwali konklużi bejn il-pubblikaturi ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa, fuq naħa, u l-awturi u detenturi oħra tad-drittijiet, fuq in-naħa l-oħra. Minkejja l-fatt li l-awturi tax-xogħlijiet inkorporati f'pubblikazzjoni tal-istampa jirċievu kumpens xieraq tal-użu li jsir mix-xogħlijiet tagħhom abbażi tat-termini għal-liċenzjar tax-xogħol tagħhom stess lill-pubblikatur tal-istampa, l-awturi li x-xogħol tagħhom huwa inkorporat f'pubblikazzjoni tal-istampa jenħtieġ li jkunu intitolati għal sehem xieraq tal-introjti addizzjonali ġodda li l-pubblikaturi tal-istampa jirċievu għal ċerti tipi ta' użu sekondarju tal-pubblikazzjonijiet tagħhom tal-istampa li jsir mill-fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni fir-rigward tad-drittijiet previsti fl-Artikolu 11(1) ta' din id-Direttiva. L-ammont ta' kumpens attribwit lill-awturi jenħtieġ li jqis l-istandards speċifiċi tal-industrija f'dak li hu liċenzjar fir-rigward ta' xogħlijiet inkorporati f'pubblikazzjoni tal-istampa li huma aċċettati bħala xierqa fl-Istat Membru rispettiv; u jenħtieġ li l-kumpens attribwit lill-awturi ma jaffettwax it-termini tal-liċenzjar li dwarhom ikunu qablu bejniethom l-awtur u l-pubblikatur tal-istampa għall-użu tal-artikolu tal-awtur mill-pubblikatur tal-istampa.
Emenda 38 Proposta għal direttiva Premessa 36
(36) Il-pubblikaturi, inklużi dawk ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa, kotba jew pubblikazzjonijiet xjentifiċi, ta' spiss joperaw fuq il-bażi tat-trasferiment tad-drittijiet tal-awtur permezz ta' ftehim kuntrattwali jew dispożizzjonijiet statutorji. F'dan il-kuntest, il-pubblikaturi jagħmlu investiment bl-għan li jisfruttaw ix-xogħlijiet li jinsabu fil-pubblikazzjonijiet tagħhom u jistgħu f'ċerti każijiet jiġu mċaħħda mid-dħul meta tali xogħlijiet jintużaw skont l-eċċezzjonijiet jew il-limitazzjonijiet bħal dawk għall-ikkuppjar privat u r-reprografija. F'għadd ta' Stati Membri l-kumpens għall-użu taħt dawn l-eċċezzjonijiet jinqasam bejn l-awturi u l-pubblikaturi. Sabiex titqies din is-sitwazzjoni u tittejjeb iċ-ċertezza legali għal dawk kollha kkonċernati, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu li, meta l-awtur jkun trasferixxa jew illiċenzja d-drittijiet tiegħu lil pubblikatur jew li b'xi mod ieħor ikkontribwixxa b'xogħlijiet tiegħu għal pubblikazzjoni u jkun hemm fis-seħħ sistemi għall-kumpens għall-ħsara kkawżata minn eċċezzjoni jew limitazzjoni, il-pubblikaturi huma intitolati jitolbu sehem ta' kumpens bħal dan, billi l-piż fuq il-pubblikatur biex jissostanzja t-talba tiegħu ma għandux jeċċedi dak li hu meħtieġ skont is-sistema fis-seħħ.
(36) Il-pubblikaturi, inklużi dawk ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa, kotba, pubblikazzjonijiet xjentifiċi u pubblikazzjonijiet mużikali, joperaw fuq il-bażi ta' ftehim kuntrattwali mal-awturi. F'dan il-kuntest, il-pubblikaturi jagħmlu investiment u jakkwistaw drittijiet, f'xi oqsma inklużi drittijiet li jippretendu sehem mill-kumpens fi ħdan organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv konġunt ta' awturi u pubblikaturi, bl-għan li jisfruttaw ix-xogħlijiet u jistgħu għalhekk isibu ruħhom imċaħħda mid-dħul meta tali xogħlijiet jintużaw skont l-eċċezzjonijiet jew il-limitazzjonijiet bħal dawk għall-ikkuppjar privat u r-reprografija. F'għadd kbir ta' Stati Membri l-kumpens għall-użi taħt dawn l-eċċezzjonijiet jinqasam bejn l-awturi u l-pubblikaturi. Sabiex titqies din is-sitwazzjoni u sabiex tittejjeb iċ-ċertezza legali għall-partijiet kollha kkonċernati, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu permessi li jipprovdu sistema ekwivalenti ta' qsim tal-kumpens jekk kien hemm sistema bħal din li kienet operattiva f'dak l-Istat Membru qabel it-12 ta' Novembru 2015. Is-sehem bejn l-awturi u l-pubblikaturi ta' tali kumpens jista' jiġi ffissat fir-regoli interni tad-distribuzzjoni tal-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv li tkun qed taġixxi b'mod konġunt f'isem l-awturi u l-pubblikaturi, jew iffissat mill-Istati Membri fil-liġi jew fir-regolamentazzjoni, skont is-sistema ekwivalenti li kienet operattiva f'dak l-istat Membru qabel it-12 ta' Novembru 2015. Din id-dispożizzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti fl-Istati Membri li jirrigwardaw id-drittijiet ta' tislif pubbliku, il-ġestjoni tad-drittijiet li mhumiex ibbażati fuq eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet għad-drittijiet tal-awtur, bħalma huma l-iskemi ta' liċenzjar kollettiv estiż, jew li jirrigwardaw id-drittijiet ta' remunerazzjoni abbażi tad-dritt nazzjonali.
Emenda 39 Proposta għal direttiva Premessa 36a (ġdida)
(36a) L-industriji kulturali u kreattivi (CCIs) għandhom rwol essenzjali fir-reindustrijalizzazzjoni tal-Ewropa, huma xprun għat-tkabbir u huma f'pożizzjoni strateġika biex jiskattaw effetti sekondarji innovattivi f'setturi industrijali oħra. Barra minn hekk, is-CCIs huma xprun għall-innovazzjoni u l-iżvilupp tal-ICT fl-Ewropa. L-industriji kulturali u kreattivi fl-Ewropa jipprovdu aktar minn 12-il miljun impjieg full-time, li jirrappreżentaw 7,5 % tal-forza tax-xogħol tal-Unjoni, u b'hekk joħolqu madwar EUR 509 biljun f'valur miżjud għall-PDG (5,3 % tal-GVA totali tal-UE). Il-protezzjoni tad-dritt tal-awtur u d-drittijiet relatati hija ċentrali għad-dħul tas-CCIs.
Emendi 40 u 215 rev Proposta għal direttiva Premessa 37
(37) Matul dawn l-aħħar snin, il-funzjonament tas-suq tal-kontenut online sar iktar kumpless. Is-servizzi online li jipprovdu aċċess għall-kontenut protett bid-drittijiet tal-awtur mtella' mill-utenti tagħhom mingħajr l-involviment tad-detenturi tad-drittijiet mxew 'il quddiem u saru sors ewlenin ta' aċċess għall-kontenut online. Dan jaffettwa l-possibbiltajiet tad-detenturi tad-drittijiet li jiddeterminaw jekk, u taħt liema kundizzjonijiet, ix-xogħol tagħhom u materjaa oħra jintużawx kif ukoll il-possibbiltajiet tagħhom li jirċievu rimunerazzjoni xierqa għalih.
(37) Matul dawn l-aħħar snin, il-funzjonament tas-suq tal-kontenut online sar iktar kumpless. Is-servizzi online li jipprovdu aċċess għall-kontenut protett bid-drittijiet tal-awtur mtella' mill-utenti tagħhom mingħajr l-involviment tad-detenturi tad-drittijiet mxew 'il quddiem u saru sors ewlenin ta' aċċess għall-kontenut online li hu protett bid-drittijiet tal-awtur.Is-servizzi online huma mezz kif jingħata aċċess usa' għal xogħlijiet kulturali u kreattivi u jiġu offruti opportunitajiet kbar biex l-industriji kulturali u kreattivi jiżviluppaw mudelli kummerċjali ġodda;Madankollu, għalkemm jippermettu d-diversità u l-faċilità tal-aċċess għall-kontenut, huma jiġġeneraw ukoll jiġġeneraw sfidi meta l-kontenut protett bid-drittijiet tal-awtur jittella' mingħajr l-awtorizzazzjoni minn qabel tad-detenturi tad-drittijiet. Dan jaffettwa l-possibbiltajiet tad-detenturi tad-drittijiet li jiddeterminaw jekk, ix-xogħol tagħhom u materjal tematiku ieħor jintużawx, u taħt liema kundizzjonijiet jintużaw, kif ukoll il-possibbiltajiet tagħhom li jirċievu remunerazzjoni xierqa għalihom, peress li xi servizzi tal-kontenut imtella' mill-utenti ma jidħlux fi ftehimiet ta' liċenzjar fuq il-bażi li huma jallegaw li huma koperti mill-eżenzjoni ta' "sfera ta' protezzjoni" spjegata fid-Direttiva 2000/31/KE.
Emenda 143 Proposta għal direttiva Premessa 37a (ġdida)
(37a) Ċerti servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni, bħala parti mill-użu normali tagħhom, huma mfassla biex jagħtu aċċess lill-pubbliku għal kontenut jew materja oħra protetti bid-drittijiet tal-awtur imtella' mill-utenti tagħhom. Id-definizzjoni ta' fornitur ta' servizzi ta' kondiviżjoni tal-kontenut online taħt din id-Direttiva għandha tkopri l-fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li wieħed mill-għanijiet prinċipali tagħhom huwa li jaħżnu u jagħtu aċċess lill-pubbliku għal kontenut protett bid-drittijiet tal-awtur li jkun ittella' / sar disponibbli mill-utenti tiegħu jew li jxandru tali kontenut permezz tal-istreaming u li jottimizzawh, inkluż, fost ħwejjeġ oħra, billi jippromwovu l-viżwalizzazzjoni, l-ittaggjar, l-għażla mmirata, is-sekwenzjar tax-xogħlijiet jew materja oħra li jkunu ttellgħu, ikun x'ikun il-mezz użat biex ittellgħu, u għalhekk jaġixxu b'mod attiv. Konsegwentement, ma jistgħux jibbenefikaw mill-eżenzjoni mir-responsabbiltà prevista mill-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE. Id-definizzjoni ta' fornituri ta' servizzi ta' kondiviżjoni tal-kontenut online taħt din id-Direttiva ma tkoprix mikrointrapriżi u intrapriżi żgħar skont it-tifsira tat-Titolu I tal-Anness għar-Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni 2003/361/KE u l-fornituri tas-servizzi li jaġixxu f'kapaċità mhux għal fini kummerċjali, bħalma huma l-enċiklopediji online, u l-fornituri ta' servizzi online fejn il-kontenut jittella' bl-awtorizzazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet ikkonċernati kollha, bħalma huma r-repożitorji edukattivi jew xjentifiċi. Il-fornituri ta' servizzi tal-cloud għall-użu individwali li ma jipprovdux aċċess dirett lill-pubbliku, il-pjattaformi tal-iżvilupp ta' software b'sors miftuħ, u s-swieq online li l-attività ewlenija tagħhom hija l-bejgħ bl-imnut online ta' oġġetti fiżiċi, jenħtieġ li ma jitqisux bħala fornituri ta' servizzi ta' kondiviżjoni tal-kontenut online skont it-tifsira ta' din id-Direttiva.
Emenda 144, 145 u 146 Proposta għal direttiva Premessa 38
(38) Fejn fornituri ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni jaħżnu u jipprovdu aċċess pubbliku għal xogħlijiet jew materja oħra protetta bid-drittijiet tal-awtur mtella’ mill-utenti tagħhom, u għalhekk imorru lil hinn mis-sempliċi provvista ta’ faċilitajiet fiżiċi u t-twettiq ta' att ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku, huma obbligati li jikkonkludu kuntratti ta’ liċenzja flimkien ma’ detenturi tad-drittijiet, sakemm dawn ma jkunux eliġibbli għall-eżenzjoni mir-responsabbiltà pprovduta fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill34 .
(38) Fornituri ta' servizzi ta' kondiviżjoni tal-kontenut online iwettqu att ta' komunikazzjoni lill-pubbliku u għalhekk huma responsabbli għall-kontenut u għalhekk jenħtieġ li jikkonkludu ftehimiet ta' liċenzjar ġusti u xierqa mad-detenturi tad-drittijiet. Meta jiġu konklużi ftehimiet għall-ħruġ ta' liċenzji, dawn jenħtieġ li jkopru wkoll, sal-istess punt u kamp ta' applikazzjoni, ir-responsabbiltà tal-utenti meta jkunu qed jaġixxu f'kapaċità mhux kummerċjali. F'konformità mal-Artikolu 11 (2a), ir-responsabbiltà tal-fornituri tal-kondiviżjoni tal-kontenut online skont l-Artikolu 13 ma testendix għal atti ta' hyperlinking fir-rigward tal-pubblikazzjonijiet tal-istampa. Id-djalogu bejn il-partijiet ikkonċernati huwa essenzjali fid-dinja diġitali. Dawn jenħtieġ li jiddefinixxu l-aħjar prattiki u jiżguraw il-funzjonament ta' ftehimiet ta' liċenzjar u kooperazzjoni bejn il-fornituri tal-kondiviżjoni tal-kontenut online u d-detenturi tad-drittijiet. Dawk l-aħjar prattiki jenħtieġ li jqisu l-punt sa fejn jasal il-kontenut li jikser id-drittijiet tad-detentur fuq is-servizz.
Fir-rigward tal-Artikolu 14, għandu jiġi vverifikat jekk il-fornitur tas-servizz għandux rwol attiv, inkluż bit-titjib tal-preżentazzjoni ta’ dawn ix-xogħlijiet jew suġġetti jew il-promozzjoni tagħhom, tkun xi tkun in-natura tal-mezzi użati għal dan.
Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament ta’ kwalunkwe ftehim ta’ liċenzjar, il-fornituri ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jaħżnu u li jagħtu aċċess lill-pubbliku għal ammonti kbar ta’ xogħlijiet protetti mid-drittijiet tal-awtur jew materji oħra mtellgħa mill-utenti tagħhom għandhom jieħdu miżuri xierqa u proporzjonati biex jiżguraw il-protezzjoni ta’ xogħlijiet jew materja oħra, bħall-implimentazzjoni ta' teknoloġiji effettivi. Dan l-obbligu għandu japplika wkoll meta l-fornituri ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni jkunu eliġibbli għall-eżenzjoni mir-responsabbiltà prevista fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE.
_______________
34 Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1-16).
Emenda 147 Proposta għal direttiva Premessa 39
(39) Kollaborazzjoni bejn il-fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jaħżnu u jipprovdu l-aċċess lill-pubbliku għal ammonti kbar ta' xogħlijiet jew materja oħra protetti bid-drittijiet tal-awtur imtellgħa mill-utenti u d-detenturi tad-drittijiet tagħhom hija essenzjali għall-funzjonament tat-teknoloġiji, bħal teknoloġiji tal-għarfien tal-kontenut. F'każijiet bħal dawn, id-detenturi tad-drittijiet għandhom jipprovdu d-dejta neċessarja biex jippermettu li s-servizzi jidentifika l-kontenut tagħhom u s-servizzi għandhom ikunu trasparenti lejn id-detenturi tad-drittijiet fir-rigward tat-teknoloġiji użati, biex jippermettu l-valutazzjoni ta' kemm dawn ikunu xierqa. Is-servizzi għandhom b'mod partikolari jipprovdu lid-detenturi tad-drittijiet b'informazzjoni dwar it-tip ta' teknoloġiji użati, il-mod li fih jitħaddmu kif ukoll ir-rata ta' suċċess tagħhom għar-rikonoxximent ta' kontenut tad-detenturi tad-drittijiet. Dawk it-teknoloġiji għandhom jippermettu wkoll lid-detenturi tad-drittijiet li jiksbu l-informazzjoni mill-fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni dwar l-użu tal-kontenut tagħhom kopert minn ftehim.
(39) L-Istati Membri jenħtieġ li jipprevedu li fejn id-detenturi tad-drittijiet ma jkunux jixtiequ jikkonkludu ftehimiet ta' liċenzjar, il-fornituri ta' servizzi ta' kondiviżjoni tal-kontenut online u d-detenturi tad-drittijiet jenħtieġ li jikkooperaw b'intenzjonijiet tajbin sabiex jiżguraw li xogħlijiet protetti mhux awtorizzati jew materjal tematiku ieħor, ma jkunux disponibbli fis-servizzi tagħhom. Il-kooperazzjoni bejn il-fornituri ta' servizzi tal-kontenut online u d-detenturi tad-drittijiet jenħtieġ li ma twassalx għall-prevenzjoni tad-disponibilità ta' xogħlijiet li ma jiksrux id-drittijiet jew materjal tematiku protett ieħor, inkluż dawk koperti b'eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-drittijiet tal-awtur.
Emenda 148 Proposta għal direttiva Premessa 39a (ġdida)
(39a) L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li fornituri ta' servizzi ta' kondiviżjoni tal-kontenut online imsemmija fil-paragrafu 1 jistabbilixxu mekkaniżmi ta' lmenti u rimedju mħaffa li jkunu disponibbli għall-utenti fil-każ li l-kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 2a twassal għal tneħħija mhux iġġustifikata tal-kontenut tagħhom. Kull ilment imressaq taħt tali mekkaniżmi jenħtieġ li jiġi pproċessat mingħajr dewmien żejjed. Id-detenturi tad-drittijiet jenħtieġ li jiġġustifikaw b'mod raġonevoli d-deċiżjonijiet tagħhom biex jiġi evitat ir-rifjut arbitrarju tal-ilmenti. Barra minn hekk, skont id-Direttiva 95/46/KE, id-Direttiva 2002/58/KE u r-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, il-kooperazzjoni jenħtieġ li ma twassalx għal xi identifikazzjoni ta' utenti individwali jew għall-ipproċessar tad-data personali tagħhom. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw ukoll li l-utenti jkollhom aċċess għal qorti indipendenti għar-riżoluzzjoni ta' tilwim kif ukoll għal qorti jew awtorità ġudizzjarja rilevanti oħra biex isostnu l-użu ta' eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-drittijiet tal-awtur.
Emenda 149 Proposta għal direttiva Premessa 39b (ġdida)
(39b) Kemm jista' jkun malajr u wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jorganizzaw djalogi bejn il-partijiet interessati biex jarmonizzaw u jiddefinixxu l-aħjar prattiki. Huma jenħtieġ li joħorġu gwida li tiżgura l-funzjonament tal-ftehimiet ta' liċenzjar u dwar il-kooperazzjoni bejn il-fornituri ta' servizz ta' kondiviżjoni tal-kontenut online u d-detenturi tad-drittijiet għall-użu tax-xogħlijiet tagħhom jew materjal tematiku ieħor fl-ambitu tat-tifsira ta' din id-Direttiva. Meta jiġu definiti l-aħjar prattiki, jenħtieġ li jitqiesu b'mod speċjali d-drittijiet fundamentali, l-użu ta' eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet. Għandha tingħata attenzjoni speċjali wkoll biex jiġi żgurat li l-piż fuq l-SMEs jibqa' xieraq u li jiġi evitat l-imblukkar awtomatizzat tal-kontenut.
Emendi 44 u 219 Proposta għal direttiva Premessa 39c (ġdida)
(39c) L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li jeżisti mekkaniżmu intermedju li jippermetti lill-fornituri tas-servizzi u lid-detenturi tad-drittijiet ifittxu soluzzjoni amikevoli għal kull tilwima li tinħoloq mit-termini tal-ftehimiet ta' kooperazzjoni tagħhom. Għal dan l-għan, l-Istati Membri jenħtieġ li jaħtru korp imparzjali li jkollu l-kompetenza u l-esperjenza rilevanti kollha meħtieġa sabiex jgħin lill-partijiet fir-riżoluzzjoni tat-tilwima tagħhom.
Emenda 46 Proposta għal direttiva Premessa 39d (ġdida)
(39d) Bħala prinċipju, id-detenturi tad-drittijiet jenħtieġ li dejjem jirċievu remunerazzjoni ġusta u xierqa. L-awturi u l-artisti li jkunu kkonkludew kuntratti ma' intermedjarji, bħalma huma tikketti u produtturi, jenħtieġ li jirċievu remunerazzjoni ġusta u xierqa mingħandhom, jew permezz ta' ftehimiet individwali u/jew ftehimiet ta' negozjar kollettiv, ftehimiet ta' mmaniġġjar kollettiv jew regoli li għandhom effett simili, bħal pereżempju regoli komuni dwar ir-remunerazzjoni. Din ir-remunerazzjoni jenħtieġ li tissemma b'mod espliċitu fil-kuntratti skont kull mod ta' sfruttament, inkluż l-isfruttament online. L-Istati Membri jenħtieġ li jeżaminaw l-ispeċifiċitajiet ta' kull settur u jenħtieġ li jitħallew jipprevedu li dik ir-remunerazzjoni hija meqjusa ġusta u xierqa jekk tiġi ddeterminata skont il-ftehim ta' negozjar kollettiv jew il-ftehim komuni dwar ir-remunerazzjoni.
Emenda 47 Proposta għal direttiva Premessa 40
(40) Ċerti detenturi tad-drittijiet bħal awturi u artisti jeħtieġu informazzjoni sabiex jivvalutaw il-valur ekonomiku tad-drittijiet tagħhom li huma armonizzati skont il-liġi tal-Unjoni. Dan huwa speċjalment il-każ fejn dawn id-detenturi tad-drittijiet jagħtu liċenzja jew trasferiment ta' drittijiet għal remunerazzjoni. Peress li l-awturi u l-artisti aktarx li jkunu f'pożizzjoni kuntrattwali aktar dgħajfa huma jagħtu liċenzji jew jitrasferixxu d-drittijiet tagħhom, huma jkollhom bżonn informazzjoni biex jivvalutaw il-valur ekonomiku kontinwu tad-drittijiet tagħhom, meta mqabbla mar-remunerazzjoni li jirċievu għal-liċenzja tagħhom jew għat-trasferiment, iżda ħafna drabi jaffaċċjaw nuqqas ta' trasparenza. Għaldaqstant, l-iskambju ta' informazzjoni adegwata mill-kontropartijiet kuntrattwali tagħhom jew is-suċċessuri tagħhom fit-titolu huwa importanti għat-trasparenza u l-bilanċ tas-sistema li biha titmexxa r-remunerazzjoni tal-awturi u l-artisti.
(40) Ċerti detenturi tad-drittijiet bħal awturi u artisti jeħtieġu informazzjoni sabiex jivvalutaw il-valur ekonomiku tad-drittijiet tagħhom li huma armonizzati skont il-liġi tal-Unjoni. Dan huwa speċjalment il-każ fejn dawn id-detenturi tad-drittijiet jagħtu liċenzja jew trasferiment ta' drittijiet għal remunerazzjoni. Peress li l-awturi u l-artisti aktarx li jkunu f'pożizzjoni kuntrattwali aktar dgħajfa huma jagħtu liċenzji jew jitrasferixxu d-drittijiet tagħhom, huma jkollhom bżonn informazzjoni biex jivvalutaw il-valur ekonomiku kontinwu tad-drittijiet tagħhom, meta mqabbla mar-remunerazzjoni li jirċievu għal-liċenzja tagħhom jew għat-trasferiment, iżda ħafna drabi jaffaċċjaw nuqqas ta' trasparenza. Għaldaqstant, il-kondiviżjoni ta' informazzjoni komprensiva u rilevanti mill-kontropartijiet kuntrattwali tagħhom jew is-suċċessuri tagħhom fit-titolu huwa importanti għat-trasparenza u l-bilanċ tas-sistema li biha titmexxa r-remunerazzjoni tal-awturi u l-artisti. L-informazzjoni li l-awturi u l-artisti huma intitolati li jistennew jenħtieġ li tkun proporzjonata u tkopri l-modi kollha ta' sfruttament, id-dħul dirett u indirett iġġenerat, inkluż id-dħul mill-merchandising, u r-remunerazzjoni dovuta. L-informazzjoni dwar l-isfruttament jenħtieġ li tinkludi wkoll informazzjoni dwar l-identità ta' kwalunkwe subdetentur ta' liċenzja jew subċessjonarju. L-obbligu tat-trasparenza jenħtieġ li madankollu japplika biss fejn għandhom x'jaqsmu d-drittijiet rilevanti tad-drittijiet tal-awtur.
Emenda 48 Proposta għal direttiva Premessa 42
(42) Ċerti kuntratti għall-isfruttament tad-drittijiet armonizzati fil-livell tal-Unjoni għandhom durata twila, li joffru ftit possibilitajiet għal awturi u artisti biex jinnegozjawhom mill-ġdid mal-kontropartijiet tagħhom jew mas-suċċessuri tagħhom fit-titolu. Għalhekk, mingħajr preġudizzju għal-liġi applikabbli għall-kuntratti fl-Istati Membri, għandu jkun hemm mekkaniżmu ta' aġġustament tar-remunerazzjoni għal każijiet meta l-ħlas kien oriġinarjament miftiehem taħt liċenzja jew trasferiment ta' drittijiet huwa sproporzjonament baxx meta mqabbel mal-ammont tad-dħul rilevanti u l-benefiċċji li ġejjin mill-isfruttament tax-xogħol jew l-iffissar tal-prestazzjoni, inkluż fid-dawl li tiġi żgurata t-trasparenza permezz ta' din id-Direttiva. L-istudju tas-sitwazzjoni għandu jqis iċ-ċirkostanzi speċifiċi ta' kull każ kif ukoll l-ispeċifiċitajiet u l-prattiki tas-setturi ta' kontenut differeni. Meta l-partijiet ma jaqblux dwar l-aġġustament tar-remunerazzjoni, l-awtur jew l-artist għandhom jkollhom id-dritt li jressqu talba quddiem qorti jew awtorità kompetenti oħra.
(42) Ċerti kuntratti għall-isfruttament tad-drittijiet armonizzati fil-livell tal-Unjoni għandhom durata twila, li joffru ftit possibilitajiet għal awturi u artisti biex jinnegozjawhom mill-ġdid mal-kontropartijiet tagħhom jew mas-suċċessuri tagħhom fit-titolu. Għalhekk, mingħajr preġudizzju għal-liġi applikabbli għall-kuntratti fl-Istati Membri, għandu jkun hemm mekkaniżmu ta' aġġustament tar-remunerazzjoni għal każijiet meta r-remunerazzjoni oriġinarjament miftiehma taħt liċenzja jew trasferiment ta' drittijiet tkun sproporzjonament baxxa meta mqabbla mal-ammont tad-dħul dirett u indirett rilevanti u l-benefiċċji li ġejjin mill-isfruttament tax-xogħol jew l-iffissar tal-prestazzjoni, inkluż fid-dawl li tiġi żgurata t-trasparenza permezz ta' din id-Direttiva. L-istudju tas-sitwazzjoni jenħtieġ li jqis iċ-ċirkostanzi speċifiċi ta' kull każ, l-ispeċifiċitajiet u l-prattiki tas-setturi ta' kontenut differenti kif ukoll in-natura u l-kontribut għax-xogħol tal-awtur jew l-artist. Tali talba ta' aġġustament tal-kuntratt tista' ssir ukoll mill-organizzazzjoni li tirrappreżenta lill-awtur jew artist f'isimhom, sakemm it-talba ma tkunx ta' detriment għall-interessi tal-awtur jew l-artist. Meta l-partijiet ma jaqblux dwar l-aġġustament tar-remunerazzjoni, l-awtur jew l-artist jew organizzazzjoni rappreżentattiva maħtura minnhom jenħtieġ li, fuq talba tal-awtur jew l-artist, ikunu intitolati li jressqu talba quddiem qorti jew awtorità kompetenti oħra.
Emenda 49 Proposta għal direttiva Premessa 43
(43) L-awturi u l-artisti ta' spiss isibuha bi tqila biex jinfurzaw id-drittijiet tagħhom kontra l-imsieħba kuntrattwali tagħhom quddiem qorti jew tribunal. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jipprovdu għal proċedura alternattiva għar-riżoluzzjoni tat-tilwim li tindirizza talbiet relatati ma' obbligi tat-trasparenza u l-mekkaniżmu ta' aġġustament tal-kuntratti.
(43) L-awturi u l-artisti ta' spiss isibuha bi tqila biex jinfurzaw id-drittijiet tagħhom kontra l-imsieħba kuntrattwali tagħhom quddiem qorti jew tribunal. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu għal proċedura alternattiva għar-riżoluzzjoni tat-tilwim li tindirizza talbiet relatati ma' obbligi tat-trasparenza u l-mekkaniżmu ta' aġġustament tal-kuntratti. L-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-awturi u l-artisti, inklużi l-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv u t-trejdjunjins, jenħtieġ li jkunu jistgħu jibdew tali proċeduri fuq talba tal-awturi u l-artisti. Id-dettalji dwar min ikun beda l-proċedura jenħtieġ li jibqgħu mhux żvelati.
Emenda 50 Proposta għal direttiva Premessa 43a (ġdida)
(43a) Meta l-awturi u l-artisti jilliċenzjaw jew jittrasferixxu d-drittijiet tagħhom, huma jistennew li xogħolhom jew il-prestazzjoni tagħhom jiġu sfruttati. Madankollu, ġieli jiġri li xogħlijiet jew prestazzjonijiet li jkunu ġew illiċenzjati jew trasferiti ma jiġu sfruttati xejn. Meta dawn id-drittijiet ikunu ġew trasferiti fuq bażi esklużiva, l-awturi u l-artisti ma jistgħux jirrikorru għand sieħeb ieħor biex jisfrutta x-xogħol tagħhom. F'każ bħal dan, u wara li jkun għadda perjodu ta' żmien raġonevoli, l-awturi u l-artisti jenħtieġ li jkollhom id-dritt tar-revoka li tippermettilhom jittrasferixxu jew jilliċenzjaw id-dritt tagħhom lil persuna oħra. Ir-revoka jenħtieġ li tkun possibbli wkoll meta d-destinatarju tat-trasferiment jew tal-liċenzja ma jkunx irrispetta l-obbligu tiegħu ta' rappurtar/trasparenza previst fl-Artikolu 14 ta' din id-Direttiva. Ir-revoka jenħtieġ li tiġi kkunsidrata biss wara li jkunu ttieħdu l-passi kollha ta' riżoluzzjoni alternattiva tat-tilwim, partikolarment fir-rigward tar-rappurtar. Billi l-isfruttament tax-xogħlijiet jista' jvarja skont is-setturi, -jistgħu jittieħdu dispożizzjonijiet speċifiċi fil-livell nazzjonali sabiex jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tas-setturi, bħal pereżempju s-settur awdjoviżiv, jew tax-xogħlijiet u l-perjodi ta' sfruttament antiċipati, u b'mod partikolari jiġu previsti limiti ta' żmien għad-dritt tar-revoka. Sabiex jiġu prevenuti l-abbużi u jitqies li hu meħtieġ ċertu ammont ta' żmien qabel ma xogħol jiġi fil-fatt sfruttat, l-awturi u l-artisti jenħtieġ li jkunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tar-revoka biss wara ċertu perjodu ta' żmien wara l-konklużjoni tal-ftehim ta' liċenzjar jew tal-ftehim ta' trasferiment. Id-dritt nazzjonali jenħtieġ li jirregola l-eżerċizzju tad-dritt tar-revoka fil-każ ta' xogħlijiet li jinvolvu pluralità ta' awturi jew artisti, filwaqt li jqis l-importanza relattiva tal-kontributi individwali.
Emenda 51 Proposta għal direttiva Premessa 43b (ġdida)
(43b) Sabiex tappoġġja l-applikazzjoni effettiva, fl-Istati Membri kollha, tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tinkoraġġixxi l-iskambju tal-aħjar prattiki u tippromwovi d-djalogu fil-livell tal-Unjoni.
Emenda 52 Proposta għal direttiva Premessa 46
(46) Kwalunkwe pproċessar tad-dejta personali skont dan ir-Regolament għandu jirrispetta d-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u għall-ħajja tal-familja u d-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali skont l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u għandhom ikunu b'konformità mad-Direttivi 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsillu d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(46) Kwalunkwe pproċessar tad-dejta personali skont dan ir-Regolament għandu jirrispetta d-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u għall-ħajja tal-familja u d-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali skont l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u għandhom ikunu b'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE.Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, inkluż id-"dritt li tkun minsi", jenħtieġ li jiġu rrispettati.
Emenda 53 Proposta għal direttiva Premessa 46a (ġdida)
(46a) Huwa importanti li tiġi enfasizzata l-importanza tal-anonimità meta d-dejta personali tkun qed tiġi ttrattata għal finijiet kummerċjali. Flimkien ma' dan, jenħtieġ li tiġi promossa l-għażla "prestabbilita" ("by default") li ma tiġix kondiviża informazzjoni ma' oħrajn fir-rigward tad-data personali meta jkunu qed jintużaw interfaċċi ta' pjattaformi online.
Emendi 54 u 238 Proposta għal direttiva Artikolu 1
Artikolu 1
Artikolu 1
Is-suġġett u l-kamp ta' applikazzjoni
Is-suġġett u l-kamp ta' applikazzjoni
1. Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli li għandhom l-għan li jkomplu jarmonizzaw il-liġi tal-Unjoni applikabbli għad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fil-qafas tas-suq intern, filwaqt li jitqiesu b'mod partikolari l-użi diġitali u transfruntieri tal-kontenut protett. Id-Direttiva tistabbilixxi wkoll regoli dwar l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet, dwar il-faċilitazzjoni tal-liċenzji kif ukoll regoli li għandhom l-għan li jiżguraw il-funzjonament tajjeb tas-suq għall-isfruttament tad-drittijiet u materji oħra.
1. Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli li għandhom l-għan li jkomplu jarmonizzaw il-liġi tal-Unjoni applikabbli għad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fil-qafas tas-suq intern, filwaqt li jitqiesu b'mod partikolari l-użi diġitali u transfruntieri tal-kontenut protett. Id-Direttiva tistabbilixxi wkoll regoli dwar l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet, dwar il-faċilitazzjoni tal-liċenzji kif ukoll regoli li għandhom l-għan li jiżguraw il-funzjonament tajjeb tas-suq għall-isfruttament tad-drittijiet u materji oħra.
2. Ħlief għall-każi msemmija fl-Artikolu 6, din id-Direttiva għandha tħalli kif inhuma u ma għandha bl-ebda mod taffettwa r-regoli eżistenti stabbiliti fid-Direttivi li bħalissa huma fis-seħħ f'dan il-qasam, b'mod partikolari d-Direttivi 96/9/KE, 2001/29/EC, 2006/115/EC, 2009/24/EC, 2012/28/EU u 2014/26/EU.
2. Ħlief għall-każi msemmija fl-Artikolu 6, din id-Direttiva għandha tħalli kif inhuma u ma għandha bl-ebda mod taffettwa r-regoli eżistenti stabbiliti fid-Direttivi li bħalissa huma fis-seħħ f'dan il-qasam, b'mod partikolari d-Direttivi 96/9/KE, 2000/31/KE, 2001/29/KE, 2006/115/KE, 2009/24/KE, 2012/28/UE u 2014/26/UE.
Emenda 55 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1 – parti introduttorja
(1) "organizzazzjoni ta' riċerka" tfisser università, istitut tar-riċerka jew kwalunkwe organizzazzjoni oħra li l-għan primarju tagħha huwa li twettaq riċerka xjentifika jew li twettaq riċerka xjentifika u toffri servizzi edukattivi:
(1) "organizzazzjoni ta' riċerka" tfisser università, inklużi l-libreriji tagħha, istitut tar-riċerka jew kwalunkwe organizzazzjoni oħra li l-għan primarju tagħha huwa li twettaq riċerka xjentifika jew li twettaq riċerka xjentifika u toffri servizzi edukattivi:
Emenda 57 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1 – subparagrafu 2
b'tali mod li l-aċċess għar-riżultati ġġenerati mir-riċerka xjentifika ma jistgħux jitgawdew fuq bażi preferenzjali minn impriża li teżerċita influwenza deċiżiva fuq din l-organizzazzjoni;
b'tali mod li l-aċċess għar-riżultati ġġenerati mir-riċerka xjentifika ma jistgħux jitgawdew fuq bażi preferenzjali minn impriża li teżerċita influwenza sinifikanti fuq din l-organizzazzjoni;
Emenda 58 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2
(2) "l-estrazzjoni tat-test u tad-dejta" tfisser kwalunkwe tekniki analitiċi awtomatizzati għat-test u għad-dejta f'forma diġitali biex tkun ġenerata informazzjoni bħall-mudelli, ix-xejriet u l-korrelazzjonijiet;
(2) "l-estrazzjoni tat-test u tad-dejta" tfisser kwalunkwe teknika analitika awtomatizzata li tanalizza x-xogħlijiet u materji oħra f'forma diġitali biex tkun ġenerata informazzjoni, fosthom, imma mhux limitat għalihom, il-mudelli, ix-xejriet u l-korrelazzjonijiet;
Emenda 59 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4
(4) "pubblikazzjoni tal-istampa" tfisser l-iffissar ta' kollezzjoni ta' xogħlijiet letterarji ta' natura ġurnalistika, li tista' tinkludi wkoll ix-xogħlijiet jew materji oħra u tikkostitwixxi komponent individwali f'perjodiku jew f'pubblikazzjoni aġġornata regolarment taħt titlu wieħed, bħal f'gazzetta jew f'rivista ta' interess ġenerali jew speċjali, li għandhom jagħtu informazzjoni b'rabta ma' aħbarijiet jew suġġetti oħra u ppubblikati fi kwalunkwe mezz tax-xandir taħt l-inizjattiva, responsabbiltà editorjali u kontroll ta' fornitur ta' servizz.
(4) "pubblikazzjoni tal-istampa" tfisser l-iffissar, mill-pubblikaturi jew l-aġenziji tal-aħbarijiet, ta' kollezzjoni ta' xogħlijiet letterarji ta' natura ġurnalistika, li tista' tinkludi wkoll ix-xogħlijiet jew materji oħra u tikkostitwixxi komponent individwali f'perjodiku jew f'pubblikazzjoni aġġornata regolarment taħt titlu wieħed, bħal f'gazzetta jew f'rivista ta' interess ġenerali jew speċjali, li għandhom jagħtu informazzjoni b'rabta ma' aħbarijiet jew suġġetti oħra u ppubblikati fi kwalunkwe mezz tax-xandir taħt l-inizjattiva, responsabbiltà editorjali u kontroll ta' fornitur ta' servizz. Pubblikazzjonijiet perjodiċi li huma ppubblikati għal skopijiet xjentifiċi jew akkademiċi, bħal ġurnali xjentifiċi, ma għandhomx ikunu koperti minn din id-definizzjoni;
Emenda 60 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)
(4a) "xogħlijiet li mhumiex fis-suq" tfisser:
(a) xogħol sħiħ jew materjal tematiku ieħor fi kwalunkwe verżjoni jew manifestazzjoni li m'għadux disponibbli għall-pubbliku fi Stat Membru permezz tal-mezzi ta' kummerċ tas-soltu;
(b) xogħol jew materjal tematiku ieħor li qatt ma kien fis-suq fi Stat Membru, sakemm, miċ-ċirkustanzi ta' dak il-każ, ma jirriżultax li l-awtur tiegħu jkun oġġezzjona li x-xogħol jew materjal tematiku ieħor jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku;
Emenda 150 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu1 – punt 4b (ġdid)
(4b) "fornitur ta' servizz ta' kondiviżjoni tal-kontenut online" tfisser fornitur ta' servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni li wieħed mill-iskopijiet prinċipali tiegħu huwa li jaħżen u jagħti aċċess lill-pubbliku għal ammont sinifikanti ta' xogħlijiet protetti mid-drittijiet tal-awtur jew materji tematiċi protetti oħra mtellgħin mill-utenti tiegħu, li s-servizz jottimizza u jippromwovi għal skopijiet ta' qligħ. Mikrointrapriżi u intrapriżi ta' daqs żgħir fl-ambitu tat-tifsira tat-Titolu 1 tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE u servizzi li jitwettqu għal skop mhux kummerċjali, bħall-enċiklopediji online, u l-fornituri ta' servizzi online fejn il-kontenut jittella' bl-awtorizzazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet kollha kkonċernati, bħalma huma r-repożitorji edukattivi jew xjentifiċi, m'għandhomx jitqiesu bħala fornituri ta' servizzi ta' kondiviżjoni tal-kontenut online fl-ambitu tat-tifsira ta' din id-Direttiva. Il-fornituri tas-servizzi tal-cloud għall-użu individwali li ma jipprovdux aċċess dirett għall-pubbliku, pjattaformi tal-iżvilupp ta' softwer b'sors miftuħ, u postijiet għas-swieq online li l-attività ewlenija tagħhom hija l-bejgħ bl-imnut online ta' oġġetti fiżiċi, m'għandhomx jitqiesu bħala fornituri ta' servizzi ta' kondiviżjoni tal-kontenut online fl-ambitu tat-tifsira ta' din id-Direttiva;
Emenda 62 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4c (ġdid)
(4c) "servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni" tfisser servizz kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a;
___________
1aId-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).
Emenda 63 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4d (ġdid)
(4d) "servizz ta' referenzjar awtomatizzat tal-immaġnijiet" tfisser kwalunkwe servizz online li jirriproduċi jew ipoġġi għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, għal finijiet ta' indiċjar jew referenzjar, xogħlijiet grafiċi jew xogħlijiet tal-arti jew xogħlijiet fotografiċi miġbura b'mezzi awtomatizzati permezz ta' servizz online ta' parti terza.
Emenda 64 Proposta għal direttiva Artikolu 3
Artikolu 3
Artikolu 3
Estrazzjoni ta' test u ta' dejta
Estrazzjoni ta' testi u ta' dejta
1. L-Istati Membri għandhom jistipulaw eċċezzjoni għad-drittijiet previsti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/29/KE, l-Artikoli 5(a) u 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE u l-Artikolu 11(1) ta' din id-Direttiva għar-riproduzzjonijiet u estrazzjonijiet magħmula minn organizzazzjonijiet ta' riċerka sabiex iwettqu estrazzjoni tat-test u tad-dejta ta' xogħlijiet jew materji oħra li għalih għandhom aċċess legali għall-fini tar-riċerka xjentifika.
1. L-Istati Membri għandhom jistipulaw eċċezzjoni għad-drittijiet previsti fl-Artikolu2 tad-Direttiva 2001/29/KE, l-Artikoli 5(a) u 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE u l-Artikolu 11(1) ta' din id-Direttiva għar-riproduzzjonijiet u l-estrazzjonijiet ta' xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor li għalihom l-organizzazzjonijiet ta' riċerka għandhom aċċess legali u li jsiru sabiex titwettaq l-estrazzjoni ta' testi u ta' dejta għall-fini tar-riċerka xjentifika minn tali organizzazzjonijiet.
L-Istati Membri għandhom jiddisponu għall-istabbilimenti edukattivi u l-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali li jwettqu riċerka xjentifika skont it-tifsira tal-punt (1)(a) jew (1)(b) tal-Artikolu 2, b'tali mod li l-aċċess għar-riżultati ġġenerati mir-riċerka xjentifika ma jistax jitgawda fuq bażi preferenzjali minn impriża li teżerċita influwenza deċiżiva fuq tali organizzazzjonijiet, biex tkun tista' tibbenefika wkoll mill-eċċezzjoni prevista f'dan l-Artikolu.
1a. Ir-riproduzzjonijiet u l-estrazzjonijiet li jsiru għall-finijiet tal-estrazzjoni ta' testi u ta' dejta għandhom jinħażnu b'mod sikur, pereżempju minn korpi fdati maħtura għal dan il-għan.
2. Kull dispożizzjoni kuntrattwali kuntrarja għall-eċċezzjoni prevista fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun infurzabbli.
2. Kull dispożizzjoni kuntrattwali kuntrarja għall-eċċezzjoni prevista fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun infurzabbli.
3. Id-detenturi tad-drittijiet għandhom jitħallew japplikaw miżuri biex tkun żgurata s-sigurtà u l-integrità tan-netwerks u l-bażijiet tad-dejta fejn huma ospitati ix-xogħlijiet jew materji oħra . Dawn il-miżuri ma għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan.
3. Id-detenturi tad-drittijiet għandhom jitħallew japplikaw miżuri biex tkun żgurata s-sigurtà u l-integrità tan-netwerks u l-bażijiet tad-data fejn huma ospitati ix-xogħlijiet jew materji oħra. Dawn il-miżuri ma għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan.
4. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lid-detenturi tad-drittijiet u lill-organizzazzjonijiet ta' riċerka li jiddefinixxi l-aqwa prassi miftiehma dwar l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 3.
4. L-Istati Membri jistgħu jkomplu jipprovdu eċċezzjonijiet għall-estrazzjoni ta' testi u ta' dejta skont il-punt (a) tal-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2001/29/KE.
Emenda 65 Proposta għal direttiva Artikolu 3a (ġdid)
Artikolu 3a
Eċċezzjoni jew limitazzjoni fakultattivi għall-estrazzjoni ta' testi u ta' dejta
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3 ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jiddisponu għal eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-drittijiet previsti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/29/KE, l-Artikoli 5(a) u 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE u l-Artikolu 11(1) ta' din id-Direttiva għar-riproduzzjonijiet u l-estrazzjonijiet ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor aċċessibbli legalment li jiffurmaw parti mill-proċess tal-estrazzjoni ta' testi u ta' data, sakemm l-użu tax-xogħlijiet u materjal tematiku ieħor imsemmija fih ma ġiex espressament riżervat mid-detenturi tad-drittijiet tagħhom, fosthom l-użu b'mezz li jista' jinqara minn magna.
2. Ir-riproduzzjonijiet u l-estrazzjonijiet li jsiru skont il-paragrafu1 m'għandhomx jintużaw għal skopijiet oħra għajr għall-estrazzjoni ta' testi u ta' dejta.
3. L-Istati Membri jistgħu jkomplu jipprovdu eċċezzjonijiet għall-estrazzjoni ta' testi u ta' dejta f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2001/29/KE.
Emenda 66 Proposta għal direttiva Artikolu 4
Artikolu 4
Artikolu 4
L-użu ta' xogħlijiet u materji oħra f'attivitajiet ta' tagħlim diġitali u transfruntier
L-użu ta' xogħlijiet u materji oħra f'attivitajiet ta' tagħlim diġitali u transfruntier
1. L-Istati Membri għandhom jistipulaw eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-drittijiet previsti fl-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva 2001/29/KE, skont l-Artikoli 5(a) u 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE, l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2009/24/KE u l-Artikolu 11(1) ta' din id-Direttiva sabiex jippermettu l-użu diġitali ta' xogħlijiet u materji oħra għall-iskop uniku ta' illustrazzjoni għat-tagħlim, sa fejn ikun ġustifikat li jintlaħaq mill-iskop mhux kummerċjali, dment li l-użu:
1. L-Istati Membri għandhom jistipulaw eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-drittijiet previsti fl-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva 2001/29/KE, skont l-Artikoli 5(a) u 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE, l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2009/24/KE u l-Artikolu 11(1) ta' din id-Direttiva sabiex jippermettu l-użu diġitali ta' xogħlijiet u materji oħra għall-iskop uniku ta' illustrazzjoni għat-tagħlim, sa fejn ikun ġustifikat li jintlaħaq mill-iskop mhux kummerċjali, dment li l-użu:
(a) isir fi stabbiliment edukattiv jew permezz ta' netwerk elettroniku sigur, aċċessibbli biss mill-istabbilimenti edukattivi tal-istudenti u l-għalliema;
(a) isir fi stabbiliment edukattiv, jew fi kwalunkwe post ieħor li fih issir l-attività tat-tagħlim taħt ir-responsabbiltà tal-istabbiliment edukattiv, jew permezz ta' ambjent elettroniku sigur, aċċessibbli biss mit-tfal tal-iskola jewmill-istudenti u l-persunal tat-tagħlim tal-istabbiliment edukattiv;
(b) ikun akkumpanjat bl-indikazzjonis-sors, inkluż l-isem tal-awtur, sakemm dan ma jkunx sar impossibbli.
(b) ikun akkumpanjat minnindikazzjonitas-sors, inkluż l-isem tal-awtur, sakemm dan ma jkunx impossibbli għal raġunijiet ta' prattiċità.
2. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-eċċezzjoni adottata skont il-paragrafu 1 ma tapplikax b'mod ġenerali jew fir-rigward ta' tipi speċifiċi ta' xogħlijiet jew materji ieħor, sal-punt li liċenzji adegwati li jawtorizzaw l-atti deskritti fil-paragrafu 1 ikunu disponibbli faċilment fis-suq.
2. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-eċċezzjoni adottata skont il-paragrafu 1 ma tapplikax b'mod ġenerali jew fir-rigward ta' tipi speċifiċi ta' xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor, bħalma hu l-materjal intenzjonat primarjament għas-suq edukattiv jew partituri, sal-punt li ftehimiet ta' liċenzjar adegwati li jawtorizzaw l-atti deskritti fil-paragrafu 1 u li huma mfassla apposta għall-ħtiġijiet u l-ispeċifiċitajiet tal-istabbilimenti edukattivi jkunu disponibbli faċilment fis-suq.
L-Istati Membri li jagħmlu użu minn din id-dispożizzjoni tal-ewwel subparagrafu għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw id-disponibbiltà u l-viżibbiltà ta' liċenzji li jawtorizzaw l-atti deskritti fil-paragrafu 1 għall-istabbilimenti edukattivi.
L-Istati Membri li jagħmlu użu minn din id-dispożizzjoni tal-ewwel subparagrafu għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw id-disponibbiltà u l-viżibbiltà ta' liċenzji li jawtorizzaw l-atti deskritti fil-paragrafu 1 għall-istabbilimenti edukattivi.
3. L-użu ta' xogħlijiet u materji oħra għall-iskop uniku ta' illustrazzjoni għat-tagħlim permezz ta' netwerks elettroniċi sikuri li jkunu ttieħdu f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali adottati skont dan l-Artikolu għandhom jitqiesu bħala li jseħħu biss fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit l-istabbiliment edukattiv.
3. L-użu ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor għall-iskop uniku ta' illustrazzjoni għat-tagħlim permezz ta' ambjenti elettroniċi sikuri li jsir f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali adottati skont dan l-Artikolu għandujitqies bħala li jseħħ biss fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit l-istabbiliment edukattiv.
4. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu kumpens ġust għad-dannu mġarrab mid-detenturi tad-drittijiet minħabba l-użu tax-xogħlijiet tagħhom jew ta' materjal ieħor protett skont il-paragrafu 1.
4. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu kumpens ġust għad-dannu mġarrab mid-detenturi tad-drittijiet minħabba l-użu tax-xogħlijiet jew ta' materjal tematiku ieħor tagħhom skont il-paragrafu 1.
4a. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, kwalunkwe dispożizzjoni kuntrattwali kuntrarja għall-eċċezzjoni jew għal-limitazzjoni adottata skont il-paragrafu 1 m'għandhiex tkun infurzabbli. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-detenturi tad-drittijiet ikollhom id-dritt li jagħtu liċenzji mingħajr royalties li jawtorizzaw l-atti deskritti fil-paragrafu 1, b'mod ġenerali jew fir-rigward ta' tipi speċifiċi ta' xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor li huma jistgħu jagħżlu.
Emenda 67 Proposta għal direttiva Artikolu 5
Artikolu 5
Artikolu 5
Il-preservazzjoni tal-wirt kulturali
Il-preservazzjoni tal-wirt kulturali
L-Istati Membri għandhom jipprevedu eċċezzjoni għad-drittijiet previsti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/29/KE, l-Artikoli 5(a) u 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE, l-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2009/24/KE u l-Artikolu 11(1) ta' din id-Direttiva, li jippermettu li l-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali jagħmlu kopji ta' kwalunkwe xogħol jew materjaoħra li huma permanentement fil-kollezzjonijiet tagħhom, f'kull forma jew mezz, għall-iskop waħdieni tal-preservazzjoni ta' xogħlijiet bħal dawn jew materji oħra u sa fejn meħtieġ għal tali preservazzjoni.
1. L-Istati Membri għandhom jipprevedu eċċezzjoni għad-drittijiet previsti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/29/KE, l-Artikoli 5(a) u 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE, l-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2009/24/KE u l-Artikolu 11(1) ta' din id-Direttiva, li jippermettu li l-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali jagħmlu kopji ta' kwalunkwe xogħol jew materjaoħra li huma permanentement fil-kollezzjonijiet tagħhom, f'kull forma jew mezz, għall-finijiet tal-preservazzjoni ta' xogħlijiet bħal dawn jew materji oħra u sa fejn meħtieġ għal tali preservazzjoni.
1a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe materjal li jirriżulta minn att ta' riproduzzjoni ta' materjal fid-dominju pubbliku m'għandux ikun soġġett għad-drittijiet tal-awtur jew għad-drittijiet relatati, sakemm din ir-riproduzzjoni hija riproduzzjoni fidila għall-finijiet ta' preservazzjoni tal-materjal oriġinali.
1b. Kwalunkwe dispożizzjoni kuntrattwali kuntrarja għall-eċċezzjoni prevista fil-paragrafu 1 m'għandhiex tkun infurzabbli.
Emenda 68 Proposta għal direttiva Artikolu 6
Artikolu 6
Artikolu 6
Dispożizzjonijiet komuni
Dispożizzjonijiet komuni
L-Artikolu 5(5) u l-ewwel, it-tielet u l-ħames subparagrafi tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2001/29/KE għandhom japplikaw l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet previsti taħt dan it-Titolu.
1. L-aċċess għall-kontenut kopert minn eċċezzjoni prevista f'din id-Direttiva ma għandux jagħti lill-utenti xi intitolament li jużuwh skont eċċezzjoni oħra.
2. L-Artikolu 5(5) u l-ewwel, it-tielet, ir-raba' u l-ħames subparagrafi tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2001/29/KE għandhom japplikaw għall-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet previsti taħt dan it-Titolu.
Emenda 69 Proposta għal direttiva Artikolu 7
Artikolu 7
Artikolu 7
L-użu ta' xogħlijiet li mhumiex fis-suq minn istituzzjonijiet tal-wirt kulturali
L-użu ta' xogħlijiet li mhumiex fis-suq minn istituzzjonijiet tal-wirt kulturali
1. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li meta organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv, f'isem il-membri tagħha, tikkonkludi liċenzja mhux esklussiva għal skopijiet mhux kummerċjalima' istituzzjoni tal-wirt kulturali għad-diġitizzazzjoni, id-distribuzzjoni, il-komunikazzjoni lill-pubbliku u t-tqegħid għad-disponibbiltà ta' xogħlijiet li mhumiex fis-suq jew materji oħra li jkunu permanentament fil-kollezzjoni tal-istituzzjoni, tali liċenzja mhux esklussiva tista' tiġi estiża jew preżunta li tapplika għal detenturi tad-drittijiet tal-istess kategorija bħal dawk koperti mil-liċenzja li mhumiex rappreżentati mill-organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv, sakemm:
1. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li meta organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv, f'isem il-membri tagħha, tikkonkludi liċenzja mhux esklussiva għal skopijiet mhux kummerċjalima' istituzzjoni tal-wirt kulturali għad-diġitizzazzjoni, id-distribuzzjoni, il-komunikazzjoni lill-pubbliku u t-tqegħid għad-disponibbiltà ta' xogħlijiet li mhumiex fis-suq jew materji oħra li jkunu permanentament fil-kollezzjoni tal-istituzzjoni, tali liċenzja mhux esklussiva tista' tiġi estiża jew preżunta li tapplika għal detenturi tad-drittijiet tal-istess kategorija bħal dawk koperti mil-liċenzja li mhumiex rappreżentati mill-organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv, sakemm:
(a) l-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv għandha, abbażi ta' mandati mid-detenturi tad-drittijiet, li jirrappreżentaw b'mod mifrux lid-detenturi tad-drittijiet fil-kategorija tax-xogħlijiet jew materji oħra u tad-drittijiet li huma s-suġġett tal-liċenzja:
(a) l-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv għandha, abbażi ta' mandati mid-detenturi tad-drittijiet, li jirrappreżentaw b'mod mifrux lid-detenturi tad-drittijiet fil-kategorija tax-xogħlijiet jew materji oħra u tad-drittijiet li huma s-suġġett tal-liċenzja:
(b) huwa garantit trattament ugwali lid-detenturi tad-drittijiet kollha f'dak li għandu x'jaqsam mat-termini tal-liċenzja;
(b) huwa garantit trattament ugwali lid-detenturi tad-drittijiet kollha f'dak li għandu x'jaqsam mat-termini tal-liċenzja;
(c) id-detenturi tad-drittijiet kollha jistgħu f'kull ħin joġġezzjona li xogħlijiet jew materji oħra tagħhom jitqiesu bħala li mhumiex fis-suq u jeskludu l-applikazzjoni tal-liċenzja għax-xogħlijiet jew materji oħra tagħom.
(c) id-detenturi tad-drittijiet kollha jistgħu f'kull ħin joġġezzjona li xogħlijiet jew materji oħra tagħhom jitqiesu bħala li mhumiex fis-suq u jeskludu l-applikazzjoni tal-liċenzja għax-xogħlijiet jew materji oħra tagħom.
1a. L-Istati Membri għandhom jipprevedu eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-drittijiet previsti fl-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva 2001/29/KE, l-Artikoli 5(a) u 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE, l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2009/24/KE u l-Artikolu 11(1) ta' din id-Direttiva, li tippermetti lill-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali jagħmlu disponibbli online kopji ta' xogħlijiet li mhumiex fis-suq li jinsabu fil-kollezzjonijiet tagħhom b'mod permanenti, għal finijiet mhux għall-profitt, sakemm:
(a) jiġi indikat l-isem tal-awtur jew kwalunkwe detentur tad-drittijiet identifikabbli ieħor, sakemm dan ma jirriżultax li jkun impossibbli;
(b) id-detenturi kollha tad-drittijiet ikunu jistgħu fi kwalunkwe ħin joġġezzjonaw li x-xogħol jew materjal tematiku ieħor tagħhom jitqiesu bħala li mhumiex fis-suq u jeskludu l-applikazzjoni tal-eċċezzjoni għax-xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor tagħhom.
1b. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-eċċezzjoni adottata skont il-paragrafu 1a ma tapplikax f'setturi jew għal tipi ta' xogħlijiet fejn huma disponibbli soluzzjonijiet xierqa bbażati fuq il-liċenzjar, inklużi iżda mhux biss, is-soluzzjonijiet previsti fil-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom, b'konsultazzjoni mal-awturi, detenturi oħra tad-drittijiet, l-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv u l-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali, jiddeterminaw id-disponibbiltà ta' soluzzjonijiet ibbażati fuq il-liċenzjar kollettiv estiż għal setturi jew tipi ta' xogħlijiet speċifiċi.
2. Xogħol jew materji oħra għandhom jitqiesu li mhumiex fis-suq meta x-xogħol jew materja oħra kollha, fit-traduzzjonijiet, verżjonijiet u manifestazzjonijiet kollha tagħhom, ma jkunux disponibbli għall-pubbliku permezz tal-mezzi tas-soltu tal-kummerċ u ma jistgħux jiġu mistennija li jkunu.
2. L-Istati Membri jistgħu jagħtu data limitu fir-rigward ta' sa meta jkun irid jiġi determinat jekk xogħol li kien preċedentement ikkummerċjalizzat hux meqjus bħala li mhuwiex fis-suq.
L-Istati Membri għandhom, b'konsultazzjoni mad-detenturi tad-drittijiet, l-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv u l-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali, jiżguraw li r-rekwiżiti użati biex jiġi ddeterminat jekk xogħlijiet u materji oħra jistgħux jiġu awtorizzati b'konformità mal-paragrafu 1 ma jmorrux lil hinn minn dak meħtieġ u raġonevoli u ma jipprekludix il-possibbiltà li jiddeterminaw l-istatus mhux kummerċjali ta' kollezzjoni bħala entità sħiħa, meta jista' jiġi preżunt li x-xogħlijiet jew il-materji l-oħra fil-kollezzjoni mhumiex fis-suq.
L-Istati Membri għandhom, b'konsultazzjoni mad-detenturi tad-drittijiet, l-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv u l-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali, jiżguraw li r-rekwiżiti użati biex jiġi ddeterminat jekk xogħlijiet u materji oħra jistgħux jiġu awtorizzati b'konformità mal-paragrafu 1 jew użati skont il-paragrafu 1a imorrux lil hinn minn dak meħtieġ u raġonevoli u ma jipprekludix il-possibbiltà li jiddeterminaw l-istatus mhux kummerċjali ta' kollezzjoni bħala entità sħiħa, meta jista' jiġi preżunt li x-xogħlijiet jew il-materji l-oħra fil-kollezzjoni mhumiex fis-suq.
3. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li jittieħdu miżuri xierqa ta' reklamar dwar:
3. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li jittieħdu miżuri xierqa ta' reklamar dwar:
(a) il-proċess li bih xogħolijiet jew materji oħra jitqiesu bħala li mhumiex fis-suq;
(a) il-proċess li bih xogħolijiet jew materji oħra jitqiesu bħala li mhumiex fis-suq;
(b) il-liċenzja, u b'mod partikolari l-applikazzjoni tagħha għal detenturi tad-drittijiet mhux rappreżentati;
(b) kwalunkwe liċenzja, u b'mod partikolari l-applikazzjoni tagħha għal detenturi tad-drittijiet mhux rappreżentati;
(c) il-possibbiltà għad-detenturi tad-drittijiet li joġġezzjonaw, imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1 u fil-punt (b) tal-paragrafu 1a;
inkluż matul perjodu raġonevoli ta' żmien qabel ma xogħlijiet jew materji oħra, distribwiti jkunu diġitizzati, distribwiti, ikkomunikata lill-pubbliku jew magħmula disponibbli.
inkluż matul perjodu ta' mill-inqas sitt xhur qabel ma xogħlijiet jew materji oħra, distribwiti jkunu diġitizzati, distribwiti, ikkomunikati lill-pubbliku jew magħmula disponibbli.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 huma mfittxija minn organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv li hija rappreżentattiv tal-Istat Membru fejn:
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 huma mfittxija minn organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv li hija rappreżentattiv tal-Istat Membru fejn:
(a) ix-xogħlijiet u l-fonogrammi li ġew ippubblikati għall-ewwel darba jew, fin-nuqqas ta' pubblikazzjoni, li xxandar għall-ewwel darba, ħlief għal xogħlijiet ċinematografiċi u awdjoviżivi;
(a) ix-xogħlijiet u l-fonogrammi li ġew ippubblikati għall-ewwel darba jew, fin-nuqqas ta' pubblikazzjoni, li xxandar għall-ewwel darba, ħlief għal xogħlijiet ċinematografiċi u awdjoviżivi;
(b) il-produtturi tax-xogħlijiet għandhom il-kwartieri ġenerali tagħhom jew ir-residenza abitwali tagħhom, fil-każ ta' xogħlijiet ċinematografiċi u awdjoviżivi; or
(b) il-produtturi tax-xogħlijiet għandhom il-kwartieri ġenerali tagħhom jew ir-residenza abitwali tagħhom, fil-każ ta' xogħlijiet ċinematografiċi u awdjoviżivi; or
(c) l-istituzzjoni tal-wirt kulturalitkun stabbilita, meta Stat Membru jew pajjiż terz ma jistax jiġi determinat, wara sforzi raġonevoli, skont il-punti (a) u (b).
(c) l-istituzzjoni tal-wirt kulturalitkun stabbilita, meta Stat Membru jew pajjiż terz ma jistax jiġi determinat, wara sforzi raġonevoli, skont il-punti (a) u (b).
5. Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għal xogħlijiet jew materji oħra ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi ħlief fejn japplikaw il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 4.
5. Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għal xogħlijiet jew materji oħra ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi ħlief fejn japplikaw il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 4.
Emenda 70 Proposta għal direttiva Artikolu 8
Artikolu 8
Artikolu 8
Użi transfruntieri
Użi transfruntieri
1. Ix-xogħlijiet jew materji oħra koperti b'liċenzja mogħtija b'konformità mal-Artikolu 7 tista' tintuża fl-istituzzjoni tal-wirt kulturali b'konformità mat-termini tal-liċenzja fl-Istati Membri kollha.
1. Ix-xogħlijiet li mhumiex fis-suq jew materjal tematiku ieħor koperti bl-Artikolu 7 jistgħu jintużaw mill-istituzzjoni tal-wirt kulturali b'konformità ma' dak l-Artikolu fl-Istati Membri kollha.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tax-xogħlijiet jew materji oħra koperti b'liċenzja mogħtija b'konformità mal-Artikolu 7 u l-informazzjoni dwar il-possibbiltà li d-detenturi tad-drittijiet joġġezzjonaw msemmija fl-Artikolu 7(1)(c) għandhom ikunupubblikament aċċessibbli f'portal online wieħed għal tal-anqas sitt xhur qabel ma jiġu diġitizzati, distribwiti, ikkomunikata lill-pubbliku jew magħmula disponibbli fi Stati Membri oħra minbarra dak fejn tkun ingħatat il-liċenzja, u għat-tul ta' żmien kollu tal-liċenzja.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tax-xogħlijiet jew materji oħra koperti mill-Artikolu 7 u l-informazzjoni dwar il-possibbiltà li d-detenturi tad-drittijiet joġġezzjonaw imsemmija fl-Artikolu 7(1)(c) u fl-Artikolu 7(1a)(b) isiruaċċessibbli b'mod permanenti, faċli u effettiv f'portal online pubbliku wieħed għal tal-anqas sitt xhur qabel ma x-xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor jiġu diġitizzati, distribwiti, ikkomunikati lill-pubbliku jew magħmula disponibbli fi Stati Membri oħra minbarra dak fejn tkun ingħatat il-liċenzja, jew fil-każijiet koperti mill-Artikolu 7(1a) fejn l-istituzzjoni tal-wirt kulturali tkun stabbilita u għat-tul ta' żmien kollu tal-liċenzja.
3. Il-portal msemmi fil-paragrafu 2 għandu jiġi stabbilit u amministrat mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea skont ir-Regolament (UE) Nru 386/2012.
3. Il-portal msemmi fil-paragrafu 2 għandu jiġi stabbilit u amministrat mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea skont ir-Regolament (UE) Nru 386/2012.
Emenda 71 Proposta għal direttiva Artikolu 9 – paragrafu 1
L-Istati Membri għandhom jiżguraw djalogu regolari bejn l-utenti rappreżentattivi u l-organizzazzjonijiet tad-detenturi tad-drittijiet, u kull parti interessata rilevanti oħra, li fuq bażi settorjali jrawmu r-rilevanza u l-utilità tal-mekkaniżmi ta' liċenzjar imsemmija fl-Artikolu 7(1), jiżguraw l-effettività tas-salvagwardji għad-detenturi tad-drittijiet imsemmija f'dan il-Kapitolu, notevolment fir-rigward tal-miżuri ta' pubbliċità, u, jekk ikun il-każ jassistu fl-istabbiliment tar-rekwiżiti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(2).
L-Istati Membri għandhom jiżguraw djalogu regolari bejn l-utenti rappreżentattivi u l-organizzazzjonijiet tad-detenturi tad-drittijiet, u kull parti interessata rilevanti oħra, li fuq bażi settorjali jrawmu r-rilevanza u l-utilità tal-mekkaniżmi ta' liċenzjar imsemmija fl-Artikolu 7(1) u l-eċċezzjoni msemmija fl-Artikolu 7(1a), jiżguraw l-effettività tas-salvagwardji għad-detenturi tad-drittijiet imsemmija f'dan il-Kapitolu, notevolment fir-rigward tal-miżuri ta' pubbliċità, u, jekk ikun il-każ jassistu fl-istabbiliment tar-rekwiżiti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(2).
Emenda 72 Proposta għal direttiva Artikolu 10
Artikolu 10
Artikolu 10
Mekkaniżmi ta' negozjar
Mekkaniżmu ta' negozjar
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn il-partijiet li jixtiequ jikkonkludu ftehim bl-iskop li jagħmlu disponibbli xogħlijiet awdjoviżivi fuq pjattaformi li joffru video-on-demand jiffaċċjaw diffikultajiet li jirrigwardaw il-ħruġ ta' liċenzji ta' drittijiet, jistgħu jiddependu fuq l-assistenza ta' korp imparzjali b'esperjenza rilevanti. Dak il-korp għandu jipprovdi assistenza fin-negozjati u biex jintlaħaq ftehim.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn il-partijiet li jixtiequ jikkonkludu ftehim bl-iskop li jagħmlu disponibbli xogħlijiet awdjoviżivi fuq pjattaformi li joffru video-on-demand jiffaċċjaw diffikultajiet li jirrigwardaw il-ħruġ ta' liċenzji ta' drittijiet awdjoviżivi, jistgħu jiddependu fuq l-assistenza ta' korp imparzjali b'esperjenza rilevanti. Il-korp imparzjali maħluq jew maħtur mill-Istat Membru għall-finijiet ta' dan l-Artikolu għandu jipprovdi assistenza lill-partijiet fin-negozjati u jgħinhom jilħqu ftehim.
Sa mhux aktar tard minn [id-data msemmija fl-Artikolu 21(1)] l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-entità msemmija fil-paragrafu 1.
Sa mhux aktar tard minn [id-data msemmija fl-Artikolu21(1)], l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar il-korp li joħolqu jew jaħtru skont l-ewwel paragrafu.
Sabiex tiġi inkoraġġita d-disponibbiltà tax-xogħlijiet awdjoviżivi fuq il-pjattaformi ta' video-on-demand, l-Istati Membri għandhom irawmu d-djalogu bejn l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-awturi, il-produtturi, il-pjattaformi ta' video-on-demand u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra.
Emenda 73 Proposta għal direttiva Titolu III – Kapitolu 2a (ġdid) – Artikolu 10a (ġdid)
KAPITOLU 2a
Aċċess għall-pubblikazzjonijiet tal-Unjoni
Artikolu 10a
Depożitu Legali tal-Unjoni
1. Kwalunkwe pubblikazzjoni elettronika li tittratta kwistjonijiet relatati mal-Unjoni bħalma huma d-dritt tal-Unjoni, l-istorja u l-integrazzjoni tal-Unjoni, il-politiki tal-Unjoni u d-demokrazija tal-Unjoni, l-affarijiet istituzzjonali u parlamentari, u l-politika, li titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fl-Unjoni għandha tkun soġġetta għal Depożitu Legali tal-Unjoni.
2. Il-Librerija tal-Parlament Ewropew għandha tkun intitolata li tiġi kkonsenjata, mingħajr ħlas, kopja waħda ta' kull pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.
3. L-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 għandu japplika għall-pubblikaturi, l-istampaturi u l-importaturi tal-pubblikazzjonijiet għax-xogħlijiet li huma jippubblikaw, jistampaw jew jimportaw fl-Unjoni.
4. Mill-jum tal-konsenja lil-Librerija tal-Parlament Ewropew, il-pubblikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru parti mill-kollezzjoni permanenti tal-Librerija tal-Parlament Ewropew. Huma għandhom jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-utenti fil-bini tal-Librerija tal-Parlament Ewropew esklussivament għall-fini ta' riċerka jew studju minn riċerkaturi akkreditati u taħt il-kontroll tal-Librerija tal-Parlament Ewropew.
5. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti biex tispeċifika l-modalitajiet relatati mal-konsenja lil-Librerija tal-Parlament Ewropew tal-pubblikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.
Emenda 151, 152, 153, 154 u 155 Proposta għal direttiva Artikolu 11
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-pubblikaturi ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa bid-drittijiet previsti fl-Artikolu 2 u l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/29/KE dwar l-użu diġitali tal-pubblikazzjonijiet stampati tagħhom.
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-pubblikaturi ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa bid-drittijiet previsti fl-Artikolu 2 u l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/29/KE sabiex ikunu jistgħu jiksbu remunerazzjoni ġusta u proporzjonata dwar l-użu diġitali tal-pubblikazzjonijiet stampati tagħhom mill-fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni.
1a. Id-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 m'għandhomx jimpedixxu l-użu leġittimu privat u mhux kummerċjali ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa minn utenti individwali.
2. Id-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom iħallu kif inhuma u ma għandhom bl-ebda mod jaffettwaw kwalunkwe dritt previst fid-dritt tal-Unjoni lill-awturi u lil detenturi oħra tad-drittijiet, fir-rigward ta' xogħolhom u materji oħra inklużi f'pubblikazzjoni tal-istampa. Dawn id-drittijiet ma jistgħux jiġu invokati kontra dawn l-awturi u detenturi tad-drittijiet oħra u, b'mod partikolari, ma jistgħux jiġu miċħuda mid-dritt tagħhom li jisfruttaw ix-xogħlijiet tagħhom u materji oħra indipendentement mill-pubblikazzjoni tal-istampa, li jkunu jinstabu fihom.
2. Id-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom iħallu kif inhuma u ma għandhom bl-ebda mod jaffettwaw kwalunkwe dritt previst fid-dritt tal-Unjoni lill-awturi u lil detenturi oħra tad-drittijiet, fir-rigward ta' xogħolhom u materji oħra inklużi f'pubblikazzjoni tal-istampa. Dawn id-drittijiet ma jistgħux jiġu invokati kontra dawn l-awturi u detenturi tad-drittijiet oħra u, b'mod partikolari, ma jistgħux jiġu miċħuda mid-dritt tagħhom li jisfruttaw ix-xogħlijiet tagħhom u materji oħra indipendentement mill-pubblikazzjoni tal-istampa, li jkunu jinstabu fihom.
2a. Id-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 m'għandhomx jestendu għal sempliċi hyperlinks li jkunu akkumpanjati minn kliem individwali.
3. L-Artikoli 5 sa 8 tad-Direttiva 2001/29/KE u d-Direttiva 2012/28/UE għandhom japplikaw mutatis mutandis fir-rigward tad-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1.
3. L-Artikoli 5 sa 8 tad-Direttiva 2001/29/KE u d-Direttiva 2012/28/UE għandhom japplikaw mutatis mutandis fir-rigward tad-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1.
4. Id-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiskadu 20 sena wara l-pubblikazzjoni tal-pubblikazzjoni tal-istampa. Dan it-terminu għandu jiġi kkalkulat mill-ewwel jum ta' Jannar tas-sena ta' wara d-data tal-pubblikazzjoni.
4. Id-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiskadu 5 snin wara l-pubblikazzjoni tal-pubblikazzjoni tal-istampa. Dan it-terminu għandu jiġi kkalkulat mill-ewwel jum ta' Jannar tas-sena ta' wara d-data tal-pubblikazzjoni. Id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 m'għandux japplika b'effett retroattiv.
4a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awturi jirċievu sehem xieraq mid-dħul addizzjonali li l-pubblikaturi tal-istampa jirċievu għall-użu ta' pubblikazzjoni tal-istampa minn fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni.
Emenda 75 Proposta għal direttiva Artikolu 12
Artikolu 12
Artikolu 12
Talbiet għal kumpens ġust
Talbiet għal kumpens ġust
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li meta l-awtur ikun ittrasferixxa jew illiċenzja d-dritt lil pubblikatur, tali trasferiment jew liċenzja jikkostitwixxu bażi ġuridika suffiċjenti biex il-pubblikatur jitlob sehem mill-kumpens għall-użi tax-xogħlijiet li saru skont eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-dritt trasferit jew liċenzjat.
L-Istati Membri b'sistemi ta' kondiviżjoni tal-kumpens bejn l-awturi ul-pubblikaturi għall-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet jistgħu jipprevedu li meta l-awtur ikun ittrasferixxa jew illiċenzja d-dritt lil pubblikatur, tali trasferiment jew liċenzja jikkostitwixxu bażi ġuridika suffiċjenti biex il-pubblikatur jitlob sehem mill-kumpens għall-użi tax-xogħlijiet li saru skont eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-dritt trasferit jew liċenzjat, sakemm sistema ekwivalenti ta' kondiviżjoni tal-kumpens kienet qed topera f'dak l-Istat Membru qabel it-12 ta' Novembru 2015.
L-ewwel paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti fl-Istati Membri li jirrigwardaw id-drittijiet ta' tislif pubbliku, il-ġestjoni ta' drittijiet mhumiex ibbażati fuq eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet għad-drittijiet tal-awtur, bħalma huma l-iskemi ta' liċenzjar kollettiv estiż, jew li jirrigwardaw id-drittijiet ta' remunerazzjoni abbażi tad-dritt nazzjonali.
Emenda 76 Proposta għal direttiva Titolu IV - Kapitolu 1a (ġdid) – Artikolu 12a (ġdid)
KAPITOLU 1a
Protezzjoni tal-organizzaturi ta' avvenimenti sportivi
Artikolu 12a
Protezzjoni tal-organizzaturi ta' avvenimenti sportivi
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-organizzaturi ta' avvenimenti sportivi d-drittijiet previsti fl-Artikolu 2 u fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/29/KE u fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2006/115/KE.
Emendi 156, 157, 158, 159, 160 u 161 Proposta għal direttiva Artikolu 13 – titolu
Artikolu 13
Artikolu 13
L-użu ta' kontenut protett minn fornituri ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jaħżnu u jagħtu aċċess għal ammonti kbar ta' xogħlijiet u materji oħra mtella' mill-utenti tagħhom
L-użu ta' kontenut protett minn fornituri ta' servizzi ta' kondiviżjoni tal-kontenut online li jaħżnu u jagħtu aċċess għal ammonti kbar ta' xogħlijiet u materji oħra mtella' mill-utenti tagħhom
1. Fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jaħżnu u jipprovdu aċċess pubbliku għal ammonti kbar ta' xogħlijiet jew materji oħra mtella' mill-utenti tagħhom għandhom, b'kooperazzjoni mad-detenturi tad-drittijiet, jieħdu miżuri biex jiżguraw il-funzjonament ta' ftehimiet konklużi ma' detenturi tad-drittijiet għall-użu tax-xogħlijiet tagħhom jew ta' materji oħra jew biex jipprevjenu d-disponibbiltà fuq is-servizzi tagħhom ta' xogħlijiet jew materji oħra identifikati mid-detenturi tad-drittijiet permezz ta' kooperazzjoni mal-fornituri tas-servizz. Dawk il-miżuri, bħall-użu ta' teknoloġiji tal-għarfien tal-kontenut effettivi, għandhom ikunu xierqa u proporzjonati. Il-fornituri tas-servizz għandhom jipprovdu lid-detenturi tad-drittijiet b'informazzjoni xierqa dwar l-iskjerament u l-implimentazzjoni tal-miżuri, kif ukoll, fejn rilevanti, rappurtar adegwat dwar ir-rikonoxximent u l-użu ta' xogħlijiet u materji oħra.
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3(1) u (2) tad-Direttiva 2001/29/KE, il-fornituri tas-servizz ta' kondiviżjoni tal-kontenut online iwettqu att ta' komunikazzjoni lill-pubbliku. Għalhekk huma għandhom jikkonkludu ftehimiet ta' liċenzjar ġusti u xierqa mad-detenturi tad-drittijiet.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi msemmija fil-paragrafu 1 ipoġġu fis-seħħ mekkaniżmi ta' ilmenti u rimedji li huma disponibbli għall-utenti f'każ ta' tilwim dwar l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1.
2. Ftehimiet ta' liċenzjar li jiġu konklużi minn fornituri ta' servizz ta' kondiviżjoni tal-kontenut online ma' detenturi tad-drittijiet għall-atti msemmija fil-paragrafu1, għandhom ikopru r-responsabbiltà għal xogħlijiet imtella' mill-utenti ta' tali servizzi ta' kondiviżjoni tal-kontenut online f'konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim ta' liċenzjar, dment li tali utenti ma jaġixxux għal finijiet kummerċjali.
2 a. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li fejn id-detenturi tad-drittijiet ma jkunux jixtiequ jikkonkludu ftehimiet ta' liċenzjar, il-fornituri tas-servizz ta' kondiviżjoni tal-kontenut online u d-detenturi tad-drittijiet għandhom jikkooperaw in bona fede sabiex jiżguraw li xogħlijiet protetti mhux awtorizzati jew materjal tematiku ieħor ma jkunux disponibbli fuq is-servizzi tagħhom. Il-kooperazzjoni bejn il-fornituri tas-servizzi tal-kontenut online u d-detenturi tad-drittijiet m'għandhiex twassal għall-prevenzjoni tad-disponibbiltà ta' xogħlijiet mhux kontraventorji jew ta' materjal tematiku protett ieħor, inklużi dawk koperti b'eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-drittijiet tal-awtur.
2b. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi ta' kondiviżjoni tal-kontenut online imsemmija fil-paragrafu 1 ipoġġu fis-seħħ mekkaniżmi ta' lmenti u rimedji effettivi u veloċi li huma disponibbli għall-utenti f'każ li l-kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 2a twassal għal tneħħija mhux ġustifikata tal-kontenut tagħhom. Kull ilment imressaq taħt mekkaniżmi tali għandu jiġi pproċessat mingħajr dewmien żejjed u għandu jkun soġġett għal reviżjoni mill-bniedem. Id-detenturi tad-drittijiet għandhom jiġġustifikaw raġonevolment id-deċiżjonijiet tagħhom biex jiġi evitat ir-rifjut arbitrarju tal-ilmenti. Barra minn hekk, skont id-Direttiva 95/46/KE, id-Direttiva 2002/58/KE u r-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, il-kooperazzjoni m'għandhiex twassal għal xi identifikazzjoni ta' utenti individwali u lanqas għall-ipproċessar tad-data personali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-utenti jkollhom aċċess għal korp indipendenti għas-soluzzjoni tat-tilwim kif ukoll għal qorti jew awtorità ġudizzjarja rilevanti oħra biex isostnu l-użu ta' eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-drittijiet tal-awtur.
3. L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw, meta jkun jixraq, il-kooperazzjoni bejn il-fornituri tas-servizzi u d-detenturi tad-drittijiet tas-soċjetà tal-informazzjoni permezz ta' djalogu mal-partijiet interessati biex jiddefinixxu l-aħjar prassi, bħal teknoloġiji għall-għarfien tal-kontenut xierqa u proporzjonati, filwaqt li titqies, fost l-oħrajn, in-natura tas-servizzi, id-disponibbiltà tat-tekonoloġiji u l-effettività tagħhom fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi.
3. Sa minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-direttiva], il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jorganizzaw djalogi bejn il-partijiet interessati biex jarmonizzaw u jiddefinixxu l-aħjar prattiki u joħorġu gwida sabiex jiżguraw il-funzjonament tal-ftehimiet ta' liċenzjar u dwar il-kooperazzjoni bejn il-fornituri tas-servizz ta' kondiviżjoni tal-kontenut online u d-detenturi tad-drittijiet għall-użu tax-xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor tagħhom skont it-tifsira ta' din id-Direttiva. Meta jiġu definiti l-aħjar prattiki, għandu jittieħed kont speċjali tad-drittijiet fundamentali, l-użu ta' eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet kif ukoll jiġi żgurat li l-piż fuq l-SMEs jibqa' xieraq u li jiġi evitat l-imblukkar awtomatizzat tal-kontenut.
Emendi 78 u 252 Proposta għal direttiva Artikolu 13a (ġdid)
Artikolu 13a
L-Istati Membri għandhom jipprevedu li t-tilwimiet bejn is-suċċessuri fit-titolu u s-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni f'dak li jikkonċerna l-applikazzjoni tal-Artikolu 13(1) ikunu jistgħu jiġu soġġetti għal sistema alternattiva ta' soluzzjoni tat-tilwim.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu jew jinnominaw korp imparzjali bl-għarfien espert meħtieġ, bil-għan li jgħinu lill-partijiet isolvu t-tilwimiet tagħhom taħt din is-sistema.
L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bl-istabbiliment ta' dan il-korp mhux aktar tard minn (id-data msemmija fl-Artikolu 21(1)).
Emenda 79 Proposta għal direttiva Artikolu 13b (ġdid)
Artikolu 13b
L-użu ta' kontenut protett minn fornituri ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jipprovdu referenzjar ta' immaġni awtomatizzat
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li awtomatikament jirriproduċu jew jirreferu għal ammonti sinifikanti ta' xogħlijiet viżivi protetti bid-drittijiet tal-awtur u jagħmluhom disponibbli għall-pubbliku għall-finijiet ta' indiċjar u ta' referenzjar jikkonkludu ftehimiet ta' liċenzjar ġusti u bbilanċjati ma' kwalunkwe detentur tad-drittijiet li jitlob dan sabiex jiżguraw ir-remunerazzjoni ġusta tad-detentur tad-drittijiet. Tali remunerazzjoni tista' tiġi ġestita mill-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv tad-detenturi tad-drittijiet ikkonċernati.
Emenda 80 Proposta għal direttiva Kapitolu 3 –Artikolu -14 (ġdid)
Artikolu -14
Il-prinċipju ta' remunerazzjoni ġusta u proporzjonata
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awturi u l-artisti jirċievu remunerazzjoni ġusta u proporzjonata għall-isfruttament tax-xogħlijiet u materjal tematiku ieħor tagħhom, fosthom għall-isfruttament online tagħhom. Dan il-ħsieb jista' jintlaħaq f'kull settur permezz ta' taħlita ta' ftehimiet, inklużi ftehimiet ta' negozjar kollettiv, u mekkaniżmi ta' remunerazzjoni statutorja.
2. Il-paragrafu 1 m'għandux japplika fejn awtur jew artist jagħti d-dritt ta' użu mhux esklussiv għall-benefiċċju tal-utenti kollha mingħajr ħlas.
3. L-Istati Membri għandhom iqisu l-ispeċifiċitajiet ta' kull settur fl-inkoraġġiment tar-remunerazzjoni proporzjonata għad-drittijiet mogħtija mill-awturi u l-artisti.
4. Il-kuntratti għandhom jispeċifikaw ir-remunerazzjoni applikabbli għal kull mod ta' sfruttament.
Emenda 81 Proposta għal direttiva Artikolu 14
Artikolu 14
Artikolu 14
Obbligu tat-trasparenza
L-obbligu tat-trasparenza
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awturi u l-artisti jirċievu fuq bażi regolari u meta jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta' kull settur, informazzjoni f'waqtha, adegwata u suffiċjenti dwar l-isfruttar tax-xogħlijiet u l-wirjiet tagħhom minn dawk li lilhom ikunu llliċenzjaw jew trasferew id-drittijiet tagħhom, b'mod partikolari fir-rigward tal-modi ta' sfruttament, id-dħul iġġenerat u l-ħlas dovut.
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awturi u l-artisti jirċievu fuq bażi regolari u mhux anqas minn darba fis-sena, u filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta' kull settur u l-importanza relattiva ta' kull kontribut individwali, informazzjoni f'waqtha, preċiża, rilevanti u komprensiva dwar l-isfruttar tax-xogħlijiet u tal-prestazzjonijiet tagħhom mingħand dawk li lilhom ikunu lliċenzjaw jew trasferew id-drittijiet tagħhom, b'mod partikolari fir-rigward tal-modi ta' sfruttament, id-dħul dirett u indirett iġġenerat, u r-remunerazzjoni dovuta.
1a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn id-detentur ta' liċenzja jew ċessjonarju tad-drittijiet tal-awturi u tal-artisti sussegwentement jilliċenzjaw dawk id-drittijiet lil parti oħra, tali parti għandha tikkondividi l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 1 mad-detentur ta' liċenzja jew ċessjonarju.
Id-detentur ewlieni ta' liċenzja jew ċessjonarju għandhom jgħaddu l-informazzjoni kollha msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-awtur jew artist. Dik l-informazzjoni għandha tkun mingħajr tibdil, ħlief fil-każ ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva kif definita mid-dritt tal-Unjoni jew dak nazzjonali, li, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 15 u 16a, tista' tkun soġġetta għal ftehim ta' nonżvelar, bil-għan li tiġi ppreservata l-kompetizzjoni ġusta. Fejn id-detentur ewlieni ta' liċenzja jew ċessjonarju ma jipprovdux l-informazzjoni kif imsemmi f'dan is-subparagrafu b'mod f'waqtu, l-awtur jew artist għandu jkun intitolat li jitlob dik l-informazzjoni direttament mingħand is-subdetentur tal-liċenzja.
2. L-obbligu fil-paragrafu 1 għandu jkun proporzjonat u effettiv u għandu jiżgura livell xieraq ta' trasparenza f'kull settur. Madankollu, f'dawk il-każijiet fejn il-piż amministrattiv li jirriżulta mill-obbligu jkun sproporzjonat fid-dawl tad-dħul iġġenerat mill-isfruttament tax-xogħol jew il-prestazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jaġġustaw l-obbligu fil-paragrafu 1, dment li dak l-obbligu jibqa' l-istess u li jiżgura livell xieraq ta' trasparenza.
2. L-obbligu fil-paragrafu 1 għandu jkun proporzjonat u effettiv u għandu jiżgura livell għoli ta' trasparenza f'kull settur. Madankollu, f'dawk il-każijiet fejn il-piż amministrattiv li jirriżulta mill-obbligu jkun sproporzjonat fid-dawl tad-dħul iġġenerat mill-isfruttament tax-xogħol jew il-prestazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jaġġustaw l-obbligu fil-paragrafu 1, dment li dak l-obbligu jibqa' l-istess u li jiżgura livell għoli ta' trasparenza.
3. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-obbligu fil-paragrafu 1 ma għandux japplika meta l-kontribuzzjoni ta' awtur jew artist ma tkunx sinifikanti fil-kuntest tal-ħidma globali jew il-prestazzjoni.
4. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal entitajiet soġġetti għall-obbligi tat-trasparenza stabbilita bid-Direttiva 2014/26/UE.
4. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal entitajiet soġġetti għall-obbligi tat-trasparenza stabbiliti bid-Direttiva 2014/26/UE jew għal ftehimiet ta' negozjar kollettiv, fejn dawk l-obbligi jew ftehimiet jipprevedu rekwiżiti tat-trasparenza komparabbli għal dawk imsemmija fil-paragrafu 2.
Emenda 82 Proposta għal direttiva Artikolu 15 – paragrafu 1
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awturi u l-artisti huma intitolati li jitolbu aktar, remunerazzjoni xierqa mill-parti li magħha jkunu daħlu f'kuntratt għall-isfruttament tad-drittijiet meta r-remunerazzjoni miftiehma oriġinarjament tkun sproporzjonatament baxxa meta mqabbla mad-dħul u l-benefiċċji rilevanti sussegwenti miksuba mill-isfruttament tax-xogħlijiet jew il-prestazzjonijiet.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw, fl-assenza ta' ftehimiet ta' negozjar kollettiv li jipprevedu mekkaniżmu komparabbli, li l-awturi u l-artisti jew kwalunkwe organizzazzjoni rappreżentattiva li taġixxi f'isimhom ikunu intitolatijippretendu remunerazzjoni addizzjonali, xierqa u ġusta mill-parti li magħha jkunu daħlu f'kuntratt għall-isfruttament tad-drittijiet meta r-remunerazzjoni miftiehma oriġinarjament tkun sproporzjonatament baxxa meta mqabbla mad-dħul dirett jew indirett u l-benefiċċji rilevanti sussegwenti derivati mill-isfruttament tax-xogħlijiet jew tal-prestazzjonijiet.
Emenda 83 Proposta għal direttiva Artikolu 16 – paragrafu 1
L-Istati Membri għandhom jipprevedu li kull tilwim dwar l-obbligu tat-trasparenza skont l-Artikolu 14 u l-mekkaniżmu ta' aġġustament tal-kuntratt skont l-Artikolu 15 jistgħu jitressqu għal proċedura volontarja u alternattiva għar-riżulozzjoni tat-tilwim.
L-Istati Membri għandhom jipprevedu li kull tilwim dwar l-obbligu tat-trasparenza skont l-Artikolu 14 u l-mekkaniżmu ta' aġġustament tal-kuntratt skont l-Artikolu 15 jistgħu jitressqu għal proċedura volontarja u alternattiva għar-riżulozzjoni tat-tilwim. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-awturi u l-artisti jkunu jistgħu jagħtu bidu għal proċeduri tali fuq talba ta' awtur jew artist wieħed jew aktar.
Emenda 84 Proposta għal direttiva Artikolu 16a (ġdid)
Artikolu 16a
Dritt tar-revoka
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta awtur jew artist ikunu lliċenzjaw jew trasferew id-drittijiet tagħhom fir-rigward ta' xogħol jew materjal tematiku ieħor protetti fuq bażi esklussiva, l-awtur jew l-artist għandhom id-dritt tar-revoka fil-każ ta' nuqqas totali ta' sfruttament tax-xogħol jew materjal tematiku ieħor protetti jew fejn ikun hemm nuqqas kontinwu ta' rappurtar regolari skont l-Artikolu 14. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu dispożizzjonijiet speċifiċi li jqisu l-ispeċifiċitajiet ta' setturi u xogħlijiet differenti u l-perjodu ta' sfruttament antiċipat, u b'mod partikolari jipprevedu limiti ta' żmien għad-dritt tar-revoka.
2. Id-dritt tar-revoka previst fil-paragrafu 1 jista' jiġi eżerċitat unikament wara żmien raġonevoli mill-konklużjoni tal-ftehim ta' liċenzjar jew ta' trasferiment, u unikament b'notifika bil-miktub li tistabbilixxi skadenza xierqa sa meta għandu jsir l-isfruttament tad-drittijiet liċenzjati jew trasferiti. Wara li tgħaddi dik l-iskadenza, l-awtur jew l-artist jistgħu jagħżlu li jtemmu l-esklussività tal-kuntratt minflok ma jirrevokaw id-drittijiet. Fejn xogħol jew materjal tematiku ieħor jinkludu l-kontribut ta' diversi awturi jew artisti, l-eżerċizzju tad-dritt individwali tar-revoka ta' tali awturi jew artisti għandu jkun irregolat mid-dritt nazzjonali, li jistabbilixxi r-regoli dwar id-dritt tar-revoka għax-xogħlijiet kollettivi, filwaqt li jqis l-importanza relattiva tal-kontributi individwali.
3. Il-paragrafi 1 u 2 m'għandhomx japplikaw jekk in-noneżerċizzju tad-drittijiet huwa fil-biċċa l-kbira dovut għal ċirkustanzi li l-awtur jew l-artist jistgħu jkunu raġonevolment mistennija li jirrimedjaw.
4. Arranġamenti kuntrattwali jew arranġamenti oħra li jidderogaw mid-dritt tar-revoka għandhom ikunu legali unikament jekk ikunu konklużi permezz ta' ftehim li jkun ibbażat fuq ftehim ta' negozjar kollettiv.
Emenda 85 Proposta għal direttiva Artikolu 17a (ġdid)
Artikolu 17a
L-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu fis-seħħ dispożizzjonijiet usa', kompatibbli mal-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet li jeżistu fid-dritt tal-Unjoni, għall-użi koperti mill-eċċezzjonijiet jew il-limitazzjoni previsti f'din id-Direttiva.
Emenda 86 Proposta għal direttiva Artikolu 18 – paragrafu 2
2. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11 għandhom japplikaw ukoll għal pubblikazzjonijiet tal-istampa ppubblikati qabel [id-data msemmija fl-Artikolu 21(1)].
Il-kwistjoni ġiet riferuta lura għal negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli, skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’ subparagrafu (A8-0245/2018).
Kontrolli fir-rigward tal-flus deħlin u ħerġin mill-Unjoni ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2018 dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-flus deħlin jew ħerġin mill-Unjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1889/2005 (COM(2016)0825 – C8-0001/2017 – 2016/0413(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0825),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 33 u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0001/2017),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-kontributi ppreżentati mil-Kamra tad-Deputati Ċeka, u mill-Qrati Ġenerali Spanjoli dwar l-abbozz ta' att leġiżlattiv,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew tas-27 ta' April 2017(1),
– wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,
– wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitati responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-27 ta' Ġunju 2018, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari, skont l-Artikolu 294(4)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra d-deliberazzjonijet konġunti tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji kif ukoll tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Eknomiċi u Monetarji u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0394/2017),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sostanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sostanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Settembru 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kontrolli fir-rigward ta' flus kontanti deħlin fl-Unjoni jew ħerġin mill-Unjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1889/2005
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus permezz tal-liġi kriminali (COM(2016)0826 – C8-0534/2016 – 2016/0414(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0826),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 83(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0534/2016),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-kontributi ppreżentati mill-Kamra tad-Deputati Ċeka, mis-Senat Ċek u mill-Parlament Spanjol dwar l-abbozz ta' att leġiżlattiv,
– wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-7 ta’ Ġunju 2018 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji kif ukoll il-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0405/2017),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Settembru 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2018/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus permezz tal-liġi kriminali
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2018 dwar proposta li titlob lill-Kunsill jiddetermina, skont l-Artikolu 7(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-eżistenza ta' riskju ċar ta' ksur serju mill-Ungerija tal-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni (2017/2131(INL))
– wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 2 u l-Artikolu 7(1) tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali u l-Protokolli tagħha,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,
– wara li kkunsidra t-trattati internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-Kunsill tal-Ewropa, bħalma huma l-Karta Soċjali Ewropea u l-Konvenzjoni dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Mejju 2017 dwar is-sitwazzjoni fl-Ungerija(1),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2015(2) u tal-10 ta' Ġunju 2015(3) dwar is-sitwazzjoni fl-Ungerija,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Lulju 2013 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali: standards u prattiki fl-Ungerija (skont ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2012)(4),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-16 ta' Frar 2012 dwar l-iżviluppi politiċi reċenti fl-Ungerija(5) u tal-10 ta' Marzu 2011 dwar il-liġi tal-media fl-Ungerija(6),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2016 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali(7),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tal-20 ta' April 2004 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea: Ir-rispett u l-promozzjoni tal-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni(8),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-15 ta' Ottubru 2003 mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea - Ir-rispett u l-promozzjoni tal-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni(9),
– wara li kkunsidra r-rapporti annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) u l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 45, 52 u 83 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0250/2018),
A. billi l-Unjoni hija msejsa fuq il-valuri tar-rispett tad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jappartjenu lil minoranzi, kif stabbilit fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u kif rifless fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u inkorporati fit-trattati internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, u billi dawk il-valuri, li huma komuni għall-Istati Membri u li għalihom l-Istati Membri kollha ssottoskrivew liberament, jikkostitwixxu l-pedament tad-drittijiet li jgawdu dawk li jgħixu fl-Unjoni;
B. billi kwalunkwe riskju ċar ta' ksur serju min-naħa ta' Stat Membru tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2 tat-TUE ma jikkonċernax biss lill-Istat Membru individwali fejn jimmaterjalizza r-riskju iżda għandu impatt fuq l-Istati Membri l-oħra, fuq il-fiduċja reċiproka ta' bejniethom, u fuq in-natura proprja tal-Unjoni u d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tagħha taħt id-dritt tal-Unjoni;
C. Billi, kif indikat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea mhuwiex limitat għall-obbligi taħt it-Trattati, bħal fl-Artikolu 258 tat-Trattat dwar l-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u billi l-Unjoni tista' tivvaluta l-eżistenza ta' riskju ċar ta' ksur serju tal-valuri komuni f'oqsma li jaqgħu taħt il-kompetenzi tal-Istati Membri;
D. billi l-Artikolu 7(1) tat-TUE jikkostitwixxi fażi preventiva li tagħti lill-Unjoni l-kapaċità li tintervjeni fil-każ ta' riskju ċar ta' ksur serju tal-valuri komuni; billi azzjoni preventiva tali tipprevedi djalogu mal-Istat Membru kkonċernat u għandha l-għan li tevita s-sanzjonijiet possibbli;
E. billi, filwaqt li l-awtoritajiet Ungeriżi kienu konsistentement lesti li jiddiskutu l-legalità ta' kwalunkwe miżura speċifika, is-sitwazzjoni ma ġietx indirizzata u għad hemm ħafna tħassib. Dan għandu impatt negattiv fuq l-immaġni tal-Unjoni, kif ukoll l-effikaċja u l-kredibilità tagħha fid-difiża tad-drittijiet fundamentali, id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija globalment, u juri l-ħtieġa li dan it-tħassib jiġi indirizzat permezz ta' azzjoni miftiehma tal-Unjoni;
1. Jiddikjara li t-tħassib tal-Parlament jirrigwarda l-kwistjonijiet li ġejjin:
–
il-funzjonament tas-sistema kostituzzjonali u elettorali;
–
l-indipendenza tal-ġudikatura u ta' istituzzjonijiet oħra u d-drittijiet tal-imħallfin;
–
il-korruzzjoni u l-kunflitti ta' interess;
–
il-privatezza u l-protezzjoni tad-data;
–
il-libertà tal-espressjoni;
–
il-libertà akkademika;
–
il-libertà tar-reliġjon;
–
il-libertà ta' assoċjazzjoni;
–
id-dritt għal trattament ugwali;
–
id-drittijiet ta' persuni li jappartjenu għal minoranzi, inklużi r-Rom u l-Lhud, u l-protezzjoni kontra dikjarazzjonijiet ta' mibegħda kontra minoranzi tali;
–
id-drittijiet fundamentali tal-migranti, il-persuni li jfittxu asil u r-rifuġjati;
–
id-drittijiet ekonomiċi u soċjali.
2. Jemmen li l-fatti u x-xejriet imsemmija fl-Anness għal din ir-riżoluzzjoni meħuda flimkien jirrappreżentaw theddida sistemika kontra l-valuri tal-Artikolu 2 tat-TUE u jikkostitwixxu riskju ċar ta' ksur serju tagħhom;
3. Jinnota l-eżitu tal-elezzjonijiet parlamentari fl-Ungerija, li saru fit-8 ta' April 2018; jenfasizza l-fatt li kwalunkwe gvern Ungeriż huwa responsabbli għall-eliminazzjoni tar-riskju ta' ksur serju tal-valuri tal-Artikolu 2 tat-TUE, anki jekk dan ir-riskju huwa konsegwenza dejjiema tad-deċiżjonijiet tal-politika ssuġġeriti jew approvati minn gvernijiet preċedenti;
4. Jippreżenta, għalhekk, skont l-Artikolu 7(1) tat-TUE, il-proposta motivata annessa lill-Kunsill, filwaqt li jistieden lill-Kunsill biex jiddetermina jekk hemmx riskju ċar ta' ksur serju mill-Ungerija tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2 tat-TUE u biex jindirizza r-rakkomandazzjonijiet xierqa lill-Ungerija f'dan ir-rigward;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u l-proposta motivata għal deċiżjoni tal-Kunsill annessa hawnhekk, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
ANNESS GĦAL RIŻOLUZZJONI
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tiddetermina, skont l-Artikolu 7(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-eżistenza ta' riskju ċar ta' ksur serju mill-Ungerija tal-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta motivata mill-Parlament Ewropew,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) L-Unjoni hija msejsa fuq il-valuri msemmija fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), li huma komuni għall-Istati Membri u li jinkludu r-rispett għad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem. Skont l-Artikolu 49 tat-TUE, l-adeżjoni mal-Unjoni tirrikjedi r-rispett u l-promozzjoni tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2 tat-TUE.
(2) L-adeżjoni tal-Ungerija kienet att volontarju bbażat fuq deċiżjoni sovrana, b'kunsens wiesa' fl-ispettru politiku kollu tal-Ungerija.
(3) Fil-proposta motivata tiegħu, il-Parlament Ewropew ippreżenta t-tħassib tiegħu rigward is-sitwazzjoni fl-Ungerija. B'mod partikolari, it-tħassib prinċipali jirrigwarda l-funzjonament tas-sistema kostituzzjonali u elettorali, l-indipendenza tal-ġudikatura u ta' istituzzjonijiet oħra, id-drittijiet tal-imħallfin, il-korruzzjoni u l-kunflitti ta' interess, il-privatezza u l-protezzjoni tad-data, il-libertà tal-espressjoni, il-libertà akkademika, il-libertà tar-reliġjon, il-libertà ta' assoċjazzjoni, id-dritt għal trattament ugwali, id-drittijiet ta' persuni li jappartjenu għal minoranzi, inklużi r-Rom u l-Lhud, u l-protezzjoni kontra dikjarazzjonijiet ta' mibegħda kontra minoranzi tali, id-drittijiet fundamentali tal-migranti, ta' dawk li jfittxu l-asil u tar-rifuġjati, u d-drittijiet ekonomiċi u soċjali.
(4) Il-Parlament Ewropew innota wkoll li l-awtoritajiet Ungeriżi kienu lesti konsistentement li jiddiskutu l-legalità ta' kwalunkwe miżura iżda naqsu milli jieħdu l-azzjonijiet kollha rakkomandati fir-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu.
(5) Fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Mejju 2017 dwar is-sitwazzjoni fl-Ungerija, il-Parlament Ewropew iddikjara li s-sitwazzjoni attwali fl-Ungerija tirrappreżenta riskju ċar ta' ksur serju tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2 tat-TUE u tiġġustifika li tinbeda l-proċedura tal-Artikolu 7(1) tat-TUE.
(6) Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-2003 dwar l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni enumerat bosta sorsi ta' informazzjoni li għandhom jiġu kkunsidrati meta jiġi mmonitorjat ir-rispett u l-promozzjoni tal-valuri komuni, bħar-rapporti ta' organizzazzjonijiet internazzjonali, rapporti ta' NGOs u d-deċiżjonijiet tal-qrati reġjonali u internazzjonali. Firxa wiesgħa ta' atturi fil-livell nazzjonali, Ewropew u internazzjonali esprimew it-tħassib serju tagħhom dwar is-sitwazzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fl-Ungerija, inklużi l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, il-Kunsill tal-Ewropa, l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE), in-Nazzjonijiet Uniti (NU), kif ukoll diversi organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, iżda dawn għandhom jitqiesu bħala opinjonijiet li mhumiex vinkolanti legalment, peress li hija biss il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li tista' tinterpreta d-dispożizzjonijiet tat-Trattati.
Il-funzjonament tas-sistema kostituzzjonali u elettorali
(7) Il-Kummissjoni ta' Venezja esprimiet it-tħassib tagħha dwar il-proċess tat-tfassil tal-kostituzzjoni fl-Ungerija f'bosta okkażjonijiet, kemm fir-rigward tal-Liġi Fundamentali kif ukoll fir-rigward tal-emendi għaliha. Il-Kummissjoni ta' Venezja laqgħet il-fatt li l-Liġi Fundamentali tistabbilixxi ordni kostituzzjonali bbażat fuq id-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali bħala prinċipji sottostanti, u rrikonoxxiet l-isforzi biex jiġi stabbilit ordni kostituzzjonali konformi mal-valuri u l-istandards demokratiċi Ewropej komuni u biex id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali jiġu regolati f'konformità ma' strumenti internazzjonali vinkolanti. Il-kritika ffukat fuq in-nuqqas ta' trasparenza tal-proċess, l-involviment inadegwat tas-soċjetà ċivili, in-nuqqas ta' konsultazzjoni sinċiera, l-ipperikolar tas-separazzjoni tas-setgħat u l-fatt li s-sistema nazzjonali ta' kontrokontrolli kienet iddgħajfet.
(8) Il-kompetenzi tal-Qorti Kostituzzjonali Ungeriża kienu ristretti bħala riżultat tar-riforma kostituzzjonali, fosthom fir-rigward ta' kwistjonijiet baġitarji, l-abolizzjoni tal-actio popularis, il-possibilità għall-Qorti li tirreferi għall-ġurisprudenza tagħha ta' qabel l-1 ta' Jannar 2012 u l-limitazzjoni fuq il-kapaċità tal-Qorti li tagħmel rieżami tal-kostituzzjonalità ta' kwalunkwe tibdil għal-Liġi Fundamentali bl-eċċezzjoni ta' tibdil ta' natura proċedurali. Il-Kummissjoni ta' Venezja esprimiet tħassib serju dwar dawk il-limitazzjonijiet u dwar il-proċedura għall-ħatra tal-imħallfin, u għamlet rakkomandazzjonijiet lill-awtoritajiet Ungeriżi biex ikunu żgurati l-kontrokontrolli neċessarji fl-Opinjoni tagħha dwar l-Att CLI tal-2011 dwar il-Qorti Kostituzzjonali tal-Ungerija adottata fid-19 ta' Ġunju 2012 u fl-Opinjoni tagħha dwar ir-Raba' Emenda għal-Liġi Fundamentali tal-Ungerija adottata fis-17 ta' Ġunju 2013. Fl-opinjonijiet tagħha, il-Kummissjoni ta' Venezja identifikat ukoll għadd ta' elementi pożittivi fir-riformi, bħad-dispożizzjonijiet dwar il-garanziji baġitarji, id-deċiżjoni kontra l-elezzjoni mill-ġdid tal-imħallfin u l-għoti tad-dritt lill-Kummissarju għad-Drittijiet Fundamentali li jibda proċedimenti għal rieżami ex post.
(9) Fl-osservazzjonijiet konklużivi tal-5 ta' April 2018, il-Kumitat tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU esprima tħassib li l-proċedura attwali tal-ilmenti kostituzzjonali tippermetti aċċess aktar limitat għall-Qorti Kostituzzjonali, ma tipprevedix limitu ta' żmien għall-eżerċizzju ta' rieżami kostituzzjonali u m'għandhiex effett sospensiv fuq leġiżlazzjoni kkontestata. Semma wkoll li d-dispożizzjonijiet tal-Att tal-Qorti Kostituzzjonali l-ġdid idgħajfu s-sigurtà taż-żamma tal-imħallfin fil-kariga u jżidu l-influwenza tal-gvern fuq il-kompożizzjoni u l-operat tal-Qorti Kostituzzjonali billi jibdlu l-proċedura għall-ħatriet tal-ġudikatura, l-għadd ta' mħallfin fil-Qorti u l-età tal-irtirar tagħhom. Il-Kumitat kien imħasseb ukoll dwar il-limitazzjoni tal-kompetenza u tas-setgħat tal-Qorti Kostituzzjonali biex jagħmlu rieżami ta' leġiżlazzjoni li tolqot kwistjonijiet baġitarji.
(10) Fir-rapport tagħha adottat fis-27 ta' Ġunju 2018, il-missjoni limitata ta' osservazzjoni tal-elezzjoni mwettqa mill-Uffiċċju tal-OSKE għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem qalet li l-amministrazzjoni teknika tal-elezzjonijiet kienet professjonali u trasparenti, id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ġew rispettati b'mod ġenerali, iżda ġew eżerċitati fi klima negattiva. L-amministrazzjoni tal-elezzjoni wettqet il-mandat tagħha b'mod professjonali u trasparenti, gawdiet fiduċja ġenerali fost il-partijiet ikkonċernati u b'mod ġenerali tqies li kienet imparzjali. Il-kampanja kienet animata iżda r-retorika ostili u intimidanti tal-kampanja llimitat l-ispazju għal dibattitu sustantiv u naqqset il-ħila tal-votanti li jagħmlu għażla infurmata. Il-finanzjament tal-kampanji pubbliċi u l-limiti massimi tan-nefqa kellhom l-għan li jiżguraw opportunitajiet indaqs għall-kandidati kollha. Madankollu, il-ħila tal-kandidati li jikkompetu fuq bażi ugwali kienet kompromessa b'mod sinifikanti mill-infiq eċċessiv tal-gvern fuq riklami ta' informazzjoni pubbliċi li amplifikaw il-messaġġ tal-kampanja tal-koalizzjoni fil-gvern. Minħabba li mhemmx rekwiżiti ta' rappurtar għajr għal wara l-elezzjonijiet, il-votanti fil-verità kienu mċaħħda mill-informazzjoni dwar il-finanzjament tal-kampanja, li hija kruċjali biex issir għażla infurmata. Il-missjoni esprimiet ukoll tħassib dwar id-delinjazzjoni ta' kostitwenzi b'membru wieħed. Tħassib simili ġie espress fl-Opinjoni Konġunta tat-18 ta' Ġunju 2012 rigward l-Att dwar l-Elezzjonijiet tal-Membri tal-Parlament tal-Ungerija adottata mill-Kummissjoni ta' Venezja u l-Kunsill għal Elezzjonijiet Demokratiċi, li fiha ntqal li d-delimitazzjoni tal-kostitwenzi jrid isir b'mod trasparenti u professjonali permezz ta' proċess imparzjali u mhux partiġġjan, jiġifieri billi jiġu evitati objettivi politiċi għal żmien qasir.
(11) Fis-snin reċenti, il-Gvern Ungeriż uża l-konsultazzjonijiet nazzjonali b'mod estensiv, u espanda d-demokrazija diretta fil-livell nazzjonali. Fis-27 ta' April 2017, il-Kummissjoni indikat li l-konsultazzjoni nazzjonali "Let's stop Brussels" kien fiha bosta dikjarazzjonijiet u allegazzjonijiet li kienu fattwalment żbaljati jew qarrieqa ħafna. Il-Gvern Ungeriż wettaq ukoll konsultazzjonijiet intitolati "Il-migrazzjoni u t-terroriżmu" f'Mejju 2015, u kontra l-hekk imsejjaħ "Pjan Soros", f'Ottubru 2017. Dawn il-konsultazzjonijiet ħolqu paralleli bejn it-terroriżmu u l-migrazzjoni, u b'hekk wasslu għal mibegħda lejn il-migranti u kienu mmirati b'mod partikolari kontra l-Unjoni u kontra l-persuna ta' George Soros.
L-indipendenza tal-ġudikatura u ta' istituzzjonijiet oħra u d-drittijiet tal-imħallfin
(12) Bħala riżultat tat-tibdiliet estensivi fil-qafas legali ppromulgat fl-2011, ingħataw setgħat estensivi lill-president tal-Uffiċċju Ġudizzjarju Nazzjonali, li kien għadu kemm ġie stabbilit. Il-Kummissjoni ta' Venezja kkritikat dawk is-setgħat estensivi fl-Opinjoni tagħha, adottata fid-19 ta' Marzu 2012, dwar l-Att CLXII tal-2011 dwar l-Istatus Legali u r-Remunerazzjoni tal-Imħallfin u l-Att CLXI tal-2011 dwar l-Organizzazzjoni u l-Amministrazzjoni tal-Qrati tal-Ungerija, u fl-Opinjoni tagħha dwar l-Atti Kardinali dwar il-Ġudikatura, adottata fil-15 ta' Ottubru 2012. Fid-29 ta' Frar 2012 u fit-3 ta' Lulju 2013 tqajjem tħassib simili mir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar l-indipendenza tal-imħallfin u tal-avukati, kif ukoll mill-Grupp ta' Stati kontra l-Korruzzjoni (GRECO), fir-rapport tiegħu adottat fis-27 ta' Marzu 2015. Dawk l-atturi kollha enfasizzaw il-ħtieġa li jissaħħaħ ir-rwol tal-korp kollettiv, il-Kunsill Ġudizzjarju Nazzjonali (NJC), bħala istanza ta' sorveljanza, għaliex il-president tal-NJO, li jiġi elett mill-Parlament Ungeriż, ma jistax jitqies bħala organu ta' awtogovernanza ġudizzjarja. Wara r-rakkomandazzjonijiet internazzjonali, l-istatus tal-president tal-NJO inbidel u s-setgħat tal-president ġew ristretti sabiex jiżguraw bilanċ aħjar bejn il-president u l-NJC.
(13) L-Ungerija ilha mill-2012 tieħu passi pożittivi biex tittrasferixxi ċerti funzjonijiet mill-president tal-NJO għall-NJC infisha, sabiex toħloq bilanċ aħjar bejn dawn iż-żewġ organi. Madankollu, għad hemm il-ħtieġa għal aktar progress. Il-GRECO, fir-rapport tiegħu adottat fis-27 ta' Marzu 2015, talab għall-minimizzazzjoni tar-riskji potenzjali ta' deċiżjonijiet diskrezzjonarji min-naħa tal-president tal-NJO. Il-president tal-NJO jista', fost l-oħrajn, jittrasferixxi u jassenja l-imħallfin, u għandu rwol fid-dixxiplina ġudizzjarja. Barra minn hekk, il-president tal-NJO jagħmel rakkomandazzjoni lill-President tal-Ungerija dwar il-ħatra u t-tneħħija tal-kapijiet ta' tal-qrati, inklużi l-presidenti u l-viċi presidenti tal-Qorti tal-Appell. Il-GRECO laqa' l-Kodiċi ta' Etika għall-Imħallfin li ġie adottat reċentement, iżda jqis li dan jista' jsir aktar espliċitu u jkun akkumpanjat minn taħriġ waqt is-servizz. Ir-rapport GRECO rrikonoxxa wkoll l-emendi li saru fir-regoli dwar ir-reklutaġġ ġudizzjarju u l-proċeduri tal-għażla bejn l-2012 u l-2014 fl-Ungerija, li permezz tagħhom l-NJC ingħata funzjoni superviżorja aktar b'saħħitha fil-proċess ta' selezzjoni; Fit-2 ta' Mejju 2018, l-NJC organizza sessjoni li fiha adotta b'mod unanimu deċiżjonijiet dwar il-prattika tal-president tal-NJO li jiċħad sejħiet għal applikazzjonijiet għal pożizzjonijiet ġudizzjarji u pożizzjonijiet għolja. Id-deċiżjonijiet sabu li l-prattika tal-president kienet illegali.
(14) Fid-29 ta' Mejju 2018, il-Gvern Ungeriż ippreżenta abbozz tas-Seba' Emenda għal-Liġi Fundamentali (T/332), li ġie adottat fl-20 ta' Ġunju 2018. L-emenda introduċiet sistema ġdida ta' qrati amministrattivi.
(15) Wara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (il-"Qorti tal-Ġustizzja") tas-6 ta' Novembru 2012 fil-Kawża C-286/12, il-Kummissjoni vs l-Ungerija(10), li ddeċidiet li meta adottat skema nazzjonali li tirrikjedi l-irtirar obbligatorju tal-imħallfin, prosekuturi u nutara meta jagħlqu 62 sena, l-Ungerija naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont id-dritt tal-Unjoni, il-Parlament Ungeriż adotta l-Att XX tal-2013 li ppreveda li l-età tal-irtirar ġudizzjarja kellha tonqos gradwalment għal 65 sena fuq perjodu ta' għaxar snin u stabbilixxa l-kriterji għal ingaġġ mill-ġdid jew kumpens. Skont l-Att, kien hemm possibilità għall-imħallfin irtirati li jirritornaw fil-karigi li okkupaw fl-istess qorti bl-istess kundizzjonijiet li kien hemm qabel ma ħarġu r-regolamenti dwar l-irtirar, jew jekk ma xtaqux jirritornaw, kellhom jirċievu somma ta' 12-il xahar bħala kumpens għar-remunerazzjoni mitlufa u setgħu japplikaw quddiem il-qorti għal kumpens ulterjuri, iżda d-dħul lura f'karigi amministrattivi ewlenin ma kinitx garantita. Madankollu, il-Kummissjoni rrikonoxxiet il-miżuri tal-Ungerija biex tagħmel il-liġi tal-irtirar tagħha kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni. Fir-rapport tiegħu ta' Ottubru 2015, l-Istitut tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kamra tal-Avukati Internazzjonali ddikjara li l-maġġoranza tal-imħallfin imneħħija ma marrux lura għall-karigi oriġinali tagħhom, parzjalment għax il-pożizzjonijiet preċedenti tagħhom kienu ġew okkupati diġà. L-Istitut qal ukoll li l-indipendenza u l-imparzjalità tal-ġudikatura Ungeriża ma jistgħux ikunu garantiti u li l-istat tad-dritt għadu mdgħajjef.
(16) Fis-sentenza tagħha tas-16 ta' Lulju 2015, Gaszó vs l-Ungerija, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB) iddeċidiet li kien hemm ksur tad-dritt ta' proċess ġust u tad-dritt għal rimedju effettiv. Il-QEDB waslet għall-konklużjoni li l-ksur oriġina fi prattika li permezz tagħha l-Ungerija naqset b'mod rikorrenti li tiżgura li l-proċedimenti li jiddeterminaw id-drittijiet u l-obbligi ċivili jitlestew fi żmien raġonevoli u li tieħu miżuri li jippermettu lill-applikanti jitolbu rimedju għal proċedimenti ċivili eċċessivament twal fuq livell domestiku. L-eżekuzzjoni ta' dik is-sentenza għadha pendenti. Kodiċi ta' Proċedura Ċivili ġdid, adottat fl-2016, jipprevedi l-aċċelerazzjoni tal-proċedimenti ċivili bl-introduzzjoni ta' proċedura ta' fażi doppja. L-Ungerija infurmat lill-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa li l-liġi l-ġdida li toħloq rimedju effettiv għal proċeduri estiżi se tiġi adottata sa Ottubru 2018.
(17) Fis-sentenza tagħha tat-23 ta' Ġunju 2016, Baka vs l-Ungerija, il-QEDB iddeċidiet li kien hemm ksur tad-dritt tal-aċċess għal qorti u tal-libertà tal-espressjoni ta' András Baka, li kien ġie elett bħala President tal-Qorti Suprema għal terminu ta' sitt snin f'Ġunju 2009, iżda waqaf jokkupa din il-kariga skont id-dispożizzjonijiet tranżitorji fil-Liġi Fundamentali, li jipprevedu li l-Curia kellha tkun is-suċċessur legali għall-Qorti Suprema. L-eżekuzzjoni ta' dik is-sentenza għadha pendenti. Fl-10 ta' Marzu 2017, il-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa talab li jittieħdu miżuri għall-prevenzjoni ta' aktar tneħħijiet prematuri ta' mħallfin għal raġunijiet simili, biex b'hekk ikun hemm salvagwardja kontra kwalunkwe abbuż f'dan ir-rigward. Il-Gvern Ungeriż innota li dawk il-miżuri mhumiex relatati mal-implimentazzjoni tas-sentenza.
(18) Fid-29 ta' Settembru 2008, is-Sur András Jóri inħatar Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data għal perjodu ta' sitt snin. Madankollu, b'effett mill-1 ta' Jannar 2012, il-Parlament Ungeriż iddeċieda li jirriforma s-sistema tal-protezzjoni tad-data u jissostitwixxi lill-Kummissarju b'awtorità nazzjonali għall-protezzjoni tad-data u l-libertà tal-informazzjoni. Is-Sur Jóri kellu jħalli l-kariga qabel kien skada t-terminu sħiħ tiegħu. Fit-8 ta' April 2014, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-indipendenza tal-awtoritajiet superviżorji neċessarjament tinkludi l-obbligu li jitħallew iservu l-mandat sħiħ tagħhom u li l-Ungerija naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11). L-Ungerija emendat ir-regoli dwar il-ħatra tal-Kummissarju, ippreżentat apoloġija u ħallset is-somma tal-kumpens miftiehma.
(19) Il-Kummissjoni ta' Venezja identifikat bosta nuqqasijiet fl-Opinjoni tagħha dwar l-Att CLXIII tal-2011 dwar is-Servizz ta' Prosekuzzjoni u l-Att CLXIV tal-2011 dwar l-Istatus tal-Prosekutur Ġenerali, il-Prosekuturi u Impjegati oħra tal-Prosekuzzjoni u l-Karriera tal-Prosekuzzjoni fl-Ungerija, adottata fid-19 ta' Ġunju 2012. Fir-rapport tiegħu adottat fis-27 ta' Marzu 2015, il-GRECO ħeġġeġ lill-awtoritajiet Ungeriżi jieħdu passi addizzjonali biex jevitaw l-abbuż u jżidu l-indipendenza tas-servizz tal-prosekuzzjoni billi, fost l-oħrajn, ineħħu l-possibilità li l-Prosekutur Ġenerali jiġi elett mill-ġdid. Barra minn hekk, il-GRECO talab biex il-proċedimenti dixxiplinari kontra prosekuturi ordinarji jsiru aktar trasparenti u biex id-deċiżjonijiet biex kawża titmexxa mingħand prosekutur wieħed għal għand ieħor ikunu ggwidati minn kriterji u ġustifikazzjonijiet legali stretti. Skont il-Gvern Ungeriż, ir-Rapport ta' Konformità tal-GRECO tal-2017 irrikonoxxa l-progress li sar mill-Ungerija fir-rigward tal-prosekuturi (il-pubblikazzjoni għadha mhix awtorizzata mill-awtoritajiet Ungeriżi, minkejja l-appelli mil-Laqgħat Plenari tal-GRECO). It-Tieni Rapport ta' Konformità għadu pendenti.
Il-korruzzjoni u l-kunflitti ta' interess
(20) Fir-rapport tiegħu adottat fis-27 ta' Marzu 2015, il-GRECO talab li jiġu stabbiliti kodiċijiet ta' kondotta għall-membri tal-Parlament Ungeriż (MP) dwar gwida f'każijiet ta' kunflitti ta' interess. Barra minn hekk, il-MP għandhom ikollhom l-obbligu jirrapportaw kunflitti ta' interess li jinqalgħu b'mod ad hoc, u dan għandu jkun akkumpanjat b'obbligu aktar robust li jiġu sottomessi dikjarazzjonijiet tal-assi. Dan għandu jkun ukoll akkumpanjat b'dispożizzjonijiet li jippermettu sanzjonijiet għas-sottomissjoni ta' dikjarazzjonijiet tal-assi mhux preċiżi. Barra minn hekk, id-dikjarazzjoni tal-assi għandha tiġi ppubblikata online għal sorveljanza popolari vera. Għandha tiġi stabbilita bażi ta' data elettronika standard biex ikun possibbli li d-dikjarazzjonijiet u l-modifiki kollha tagħhom ikunu aċċessibbli b'mod trasparenti.
(21) Fir-rapport tagħha adottat fis-27 ta' Ġunju 2018, il-missjoni limitata ta' osservazzjoni elettorali tal-Uffiċċju tal-OSKE għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem ikkonkludiet li l-monitoraġġ limitat tal-infiq fuq il-kampanji u n-nuqqas ta' rapportar bir-reqqa dwar is-sorsi tal-fondi tal-kampanji sa wara l-elezzjonijiet jimminaw it-trasparenza tal-finanzjament tal-kampanji u l-kapaċità tal-votanti li jagħmlu għażla informata, kuntrarjament għall-obbligi internazzjonali u l-prattika tajba. Il-leġiżlazzjoni fis-seħħ tagħżel mekkaniżmu ta' monitoraġġ u verifika ex post. L-Uffiċju tal-Awditjar tal-Istat għandu l-kompetenza li jimmonitorja u jivverifika jekk ir-rekwiżiti legali jkunux ġew issodisfati. Ir-rapport ma kienx jinkludir-rapport ta' awditjar uffiċjali tal-Uffiċċju tal-Awditjar tal-Istat dwar l-elezzjonijiet parlamentari tal-2018, għax sa dak iż-żmien kien għadu ma ġiex ippubblikat.
(22) Fis-7 ta' Diċembru 2016, il-Kumitat ta' Tmexxija tas-Sħubija ta' Gvern Miftuħ (OGP) irċieva ittra mingħand il-Gvern Ungeriż li fiha ħabbar l-irtirar immedjat tiegħu mis-sħubija, li tiġbor fiha, b'mod volontarju, 75 pajjiż u mijiet ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Il-Gvern tal-Ungerija kien ilu minn Lulju 2015 jiġi analizzat mill-OGP minħabba tħassib imqajjem mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, b'mod partikolari rigward l-ispazju tagħhom biex joperaw fil-pajjiż. L-Istati Membri tal-UE mhux kollha huma membri tal-OGP.
(23) L-Ungerija tibbenefika minn finanzjament tal-Unjoni li jammonta għal 4,4 % tal-PDG tagħha jew aktar minn nofs l-investiment pubbliku. Is-sehem tal-kuntratti mogħtija wara proċeduri ta' akkwist pubbliku li rċevew offerta waħda biss għadu għoli, b'perċentwal ta' 36 % fl-2016. L-Ungerija għandha l-ogħla perċentwal fl-Unjoni ta' rakkomandazzjonijiet finanzjarji mill-OLAF rigward il-Fondi Strutturali u l-Agrikoltura għall-perjodu 2013-2017. Fl-2016, l-OLAF ikkonkluda investigazzjoni dwar proġett tat-trasport ta' EUR 1,7 biljun fl-Ungerija, li fih l-atturi ewlenin kienu bosta kumpaniji internazzjonali speċjalizzati tal-kostruzzjoni. L-investigazzjoni żvelat irregolaritajiet serji ħafna, kif ukoll il-possibilità ta' frodi u korruzzjoni fl-implimentazzjoni tal-proġetti. Fl-2017, l-OLAF sab "irregolaritajiet serji" u "kunflitti ta' interess" matul l-investigazzjoni tiegħu f'35 kuntratti ta' dwal tat-toroq mogħtija lill-kumpanija li dak iż-żmien kienet ikkontrollata mir-raġel ta' bint il-Prim Ministru Ungeriż. L-OLAF bagħat ir-rapport finali tiegħu b'rakkomandazzjonijiet finanzjarji lid-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana tal-Kummissjoni li tirkupra EUR 43,7 miljun u rakkomandazzjonijiet ġudizzjarji lill-Prosekutur Ġenerali tal-Ungerija. Investigazzjoni transfruntiera konkluża mill-OLAF fl-2017 kienet tinvolvi allegazzjonijiet relatati mal-potenzjal ta' użu ħażin tal-fondi tal-Unjoni f'31 proġett ta' Riċerka u Żvilupp. L-investigazzjoni, li saret fl-Ungerija, il-Latvja u s-Serbja, skopriet skema ta' subkuntrattar użata biex iżżid l-ispejjeż tal-proġett b'mod artifiċjali u taħbi l-fatt li l-fornituri aħħara kienu kumpaniji marbuta ma' xulxin. L-OLAF għalhekk ikkonkluda l-investigazzjoni b'rakkomandazzjoni finanzjarja lill-Kummissjoni biex tirkupra EUR 28,3 miljun u rakkomandazzjoni ġudizzjarja lill-awtoritajiet ġudizzjarji Ungeriżi. L-Ungerija ddeċidiet li ma tipparteċipax fit-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew responsabbli għall-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u t-tressiq quddiem il-ġustizzja tal-awturi u tal-kompliċi f'reati kriminali li jolqtu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.
(24) Skont is-Seba' Rapport dwar il-Koeżjoni Ekonomika, Soċjali u Territorjali, l-effikaċja governattiva fl-Ungerija naqset mill-1996, u l-Ungerija hija wieħed mill-Istati Membri bl-aktar livell baxx ta' effikaċja governattiva fl-Unjoni. Ir-reġjuni kollha tal-Ungerija huma ferm taħt il-medja tal-Unjoni f'termini ta' kwalità governattiva. Skont ir-Rapport kontra l-Korruzzjoni ppubblikat mill-Kummissjoni Ewropea fl-2014, il-korruzzjoni hija meqjusa li hi mifruxa (89 %) fl-Ungerija. Skont ir-Rapport dwar il-Kompetittività Globali 2017-2018 ippubblikat mill-Forum Ekonomiku Dinji, il-livell għoli ta' korruzzjoni kien wieħed mill-aktar fatturi problematiċi għan-negozju fl-Ungerija.
Il-privatezza u l-protezzjoni tad-data
(25) Fis-sentenza tagħha tat-12 ta' Jannar 2016, Szabó uVissy vs l-Ungerija, il-QEDB sabet li d-dritt tar-rispett tal-ħajja privata nkiser minħabba l-garanziji legali insuffiċjenti kontra l-possibilità ta' sorveljanza sigrieta illegali għal finijiet ta' sigurtà nazzjonali, inkluż b'rabta mal-użu tat-telekomunikazzjonijiet. L-applikanti ma allegawx li kienu suġġetti għal xi miżura ta' sorveljanza sigrieta, u għalhekk deher li ma kinux meħtieġa miżuri individwali oħra. L-emenda tal-leġiżlazzjoni rilevanti hija meħtieġa bħala miżura ġenerali. Il-proposti għal emenda tal-Att dwar is-Servizzi tas-Sigurtà Nazzjonali qed jiġu diskussi attwalment mill-esperti tal-ministeri kompetenti tal-Ungerija. L-eżekuzzjoni ta' din is-sentenza għadha, għalhekk, pendenti.
(26) Fl-osservazzjonijiet konklużivi tal-5 ta' April 2018, il-Kumitat tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU esprima tħassib li l-qafas legali tal-Ungerija dwar is-sorveljanza sigrieta għall-finijiet tas-sigurtà nazzjonali jippermetti l-interċettazzjoni tal-massa ta' komunikazzjonijiet u ma fihx biżżejjed salvagwardji kontra l-interferenza arbitrarja fid-dritt għall-privatezza. Kien imħasseb ukoll dwar in-nuqqas ta' dispożizzjonijiet li jiżguraw rimedji effettivi f'każijiet ta' abbuż, u notifika lill-persuna kkonċernata mill-aktar fis possibbli, mingħajr ma jiġi pperikolat l-iskop tar-restrizzjoni, wara t-terminazzjoni tal-miżura ta' sorveljanza.
Il-libertà tal-espressjoni
(27) Fit-22 ta' Ġunju 2015, il-Kummissjoni ta' Venezja adottat l-Opinjoni tagħha dwar il-Leġiżlazzjoni tal-Media (l-Att CLXXXV dwar is-Servizzi tal-Media u dwar il-Media tal-Massa, l-Att CIV dwar il-Libertà tal-Istampa, u l-Leġiżlazzjoni dwar it-Tassazzjoni tad-Dħul mir-Reklamar tal-Media tal-Massa) tal-Ungerija li talbet li jsiru diversi tibdiliet fl-Att dwar l-Istampa u fl-Att dwar il-Media, b'mod partikolari fir-rigward tad-definizzjoni ta' "kontenut illegali tal-media", l-iżvelar ta' sorsi ġurnalistiċi u s-sanzjonijiet fuq l-entitajiet tal-media. Tħassib simili kien ġie espress fl-analiżi kkummissjonata mill-Uffiċċju tar-Rappreżentant tal-OSKE dwar il-Libertà tal-Media fi Frar 2011, mill-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem preċedenti tal-Kunsill tal-Ewropa fl-opinjoni tiegħu dwar il-leġiżlazzjoni tal-media Ungeriża fid-dawl tal-istandards tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-libertà tal-media tal-25 ta' Frar 2011, kif ukoll mill-esperti tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-leġiżlazzjoni tal-media Ungeriża fl-għarfien espert tagħhom tal-11 ta' Mejju 2012. Fl-istqarrija tiegħu tad-29 ta' Jannar 2013, is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa laqa' l-fatt li d-diskussjonijiet fil-qasam tal-media wasslu għal diversi bidliet importanti. Madankollu, it-tħassib pendenti ġie mtenni wkoll mill-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa fir-rapport ta' wara ż-żjara tiegħu fl-Ungerija, li ġie ppubblikat fis-16 ta' Diċembru 2014. Il-Kummissarju semma wkoll il-kwistjonijiet tal-konċentrazzjoni tas-sjieda tal-media u tal-awtoċensura u indika li l-qafas legali li jikkriminalizza d-diffamazzjoni għandu jiġi revokat.
(28) Fl-Opinjoni tagħha tat-22 ta' Ġunju 2015 dwar il-Leġiżlazzjoni tal-Media, il-Kummissjoni ta' Venezja rrikonoxxiet l-isforzi tal-gvern Ungeriż, matul is-snin, biex itejjeb it-test oriġinali tal-Atti dwar il-Media, f'konformità mal-kummenti minn diversi osservaturi inkluż il-Kunsill tal-Ewropa, u nnotat b'mod pożittiv ir-rieda tal-awtoritajiet Ungeriżi li jkomplu d-djalogu. Madankollu, il-Kummissjoni ta' Venezja insistiet dwar il-ħtieġa li jinbidlu r-regoli li jirregolaw l-elezzjoni tal-membri tal-Kunsill tal-Media biex tiġi żgurata rappreżentazzjoni ġusta ta' gruppi politiċi u gruppi oħra soċjalment sinifikanti u li l-metodu tal-ħatra u l-pożizzjoni tal-President tal-Kunsill tal-Media jew tal-President tal-Awtorità tal-Media għandhom jiġu rieżaminati sabiex tonqos il-konċentrazzjoni tas-setgħat u tiġi żgurata n-newtralità politika; il-Bord tat-Trustees ukoll għandu jiġi riformat fuq dawk il-linji. Il-Kummissjoni ta' Venezja rrakkomandat ukoll id-deċentralizzazzjoni tal-governanza tal-fornituri tal-media tas-servizz pubbliku u li l-Aġenzija Nazzjonali tal-Aħbarijiet ma tkunx il-fornitur esklużiv tal-aħbarijiet għall-fornituri tal-media tas-servizz pubbliku. Tħassib simili kien ġie espress fl-analiżi kkummissjonata mill-Uffiċċju tar-Rappreżentant tal-OSKE dwar il-Libertà tal-Media fi Frar 2011, mill-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem preċedenti tal-Kunsill tal-Ewropa fl-opinjoni tiegħu dwar il-leġiżlazzjoni tal-media Ungeriża fid-dawl tal-istandards tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-libertà tal-media tal-25 ta' Frar 2011, kif ukoll mill-esperti tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-leġiżlazzjoni tal-media Ungeriża fl-għarfien espert tagħhom tal-11 ta' Mejju 2012. Fl-istqarrija tiegħu tad-29 ta' Jannar 2013, is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa laqa' l-fatt li d-diskussjonijiet fil-qasam tal-media wasslu għal diversi bidliet importanti. Madankollu, it-tħassib pendenti ġie mtenni wkoll mill-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa fir-rapport ta' wara ż-żjara tiegħu fl-Ungerija, li ġie ppubblikat fis-16 ta' Diċembru 2014.
(29) Fit-18 ta' Ottubru 2012, il-Kummissjoni ta' Venezja adottat l-Opinjoni tagħha dwar l-Att CXII tal-2011 dwar il-Privatezza tal-Informazzjoni u dwar il-Libertà tal-Informazzjoni tal-Ungerija. Minkejja l-valutazzjoni pożittiva ġenerali, il-Kummissjoni ta' Venezja identifikat il-ħtieġa għal aktar titjib. Madankollu, wara emendi sussegwenti għal dik il-liġi, id-dritt tal-aċċess għal informazzjoni governattiva ġie ristrett aktar, b'mod sinifikanti. Dawk l-emendi ġew ikkritikati fl-analiżi kkummissjonata mill-Uffiċċju tar-Rappreżentant tal-OSKE dwar il-Libertà tal-Media f'Marzu 2016. L-analiżi indikat li l-ammonti li għandhom jitħallsu għall-ispejjeż diretti jidhru li huma kompletament raġonevoli, iżda l-ħlas għall-ħin tal-uffiċjali pubbliċi biex iwieġbu t-talbiet huwa inaċċettabbli. Kif ġie rikonoxxut mir-rapport tal-pajjiż tal-2018 tal-Kummissjoni, il-Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Data u l-qrati, inkluża l-Qorti Kostituzzjonali, ħadu pożizzjoni progressiva f'każijiet relatati mat-trasparenza.
(30) Fir-rapport tagħha adottat fis-27 ta' Ġunju 2018, il-missjoni limitata ta' osservazzjoni elettorali tal-Uffiċċju tal-OSKE għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem li segwiet l-elezzjonijiet parlamentari Ungeriżi tal-2018 ikkonkludiet li l-aċċess għall-informazzjoni kif ukoll il-libertajiet tal-media u ta' assoċjazzjoni ġew ristretti, inkluż permezz ta' tibdiliet legali reċenti u li l-kopertura tal-media tal-kampanja kienet estensiva, iżda polarizzata ferm u nieqsa mill-analiżi kritika minħabba l-politiċizzazzjoni tas-sjieda tal-media u l-influss tal-kampanji ta' pubbliċità tal-gvern. Ix-xandâr pubbliku wettaq il-mandat tiegħu li jipprovdi ħin ta' xandir b'xejn lill-kandidati, iżda l-aħbarijiet u l-kontributi editorjali tiegħu ffavorew b'mod ċar lill-koalizzjoni fil-gvern, kuntrarjament għall-istandards internazzjonali. Ħafna mix-xandara kummerċjali kienu partiġġjani fix-xandir tagħhom, u żammew jew mal-partit fil-gvern jew inkella ma' dawk tal-oppożizzjoni. Il-media online pprovdiet pjattaforma għal dibattitu politiku pluralistiku u orjentat fuq il-kwistjonijiet. Innotat ukoll li l-politiċizzazzjoni tas-sjieda, flimkien ma' qafas legali restrittiv u l-assenza ta' korp regolatorju indipendenti tal-media, kellhom effett negattiv fuq il-libertà editorjali, u dan fixkel l-aċċess tal-votanti għall-informazzjoni pluralistika. Semmiet ukoll li l-emendi introduċew restrizzjonijiet indebiti fuq l-aċċess għal informazzjoni billi wessgħu d-definizzjoni ta' informazzjoni mhux suġġetta għal żvelar u billi żiedu t-tariffa għat-trattament ta' talbiet għal informazzjoni.
(31) Fl-osservazzjonijiet konklużivi tal-5 ta' April 2018, il-Kumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU esprima tħassib dwar il-liġijiet u l-prattiki tal-media Ungeriżi li jillimitaw il-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni. Il-Kumitat kien imħasseb li, wara tibdiliet suċċessivi fil-liġi, il-qafas leġiżlattiv attwali ma jiżgurax għalkollox stampa mhux iċċensurata u mhux imfixkla. Innota bi tħassib li l-Kunsill tal-Media u l-Awtorità tal-Media m'għandhomx indipendenza biżżejjed biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom u għandhom setgħat regolatorji u ta' sanzjonar wiesgħa żżejjed.
(32) Fit-13 ta' April 2018, ir-Rappreżentant tal-OSKE dwar il-Libertà tal-Media kkundanna b'mod qawwi l-pubblikazzjoni ta' lista ta' aktar minn 200 persuna minn entità tal-media Ungeriża li ddikjarat li aktar minn 2 000 persuna, fosthom dawk elenkati, allegatament kienu qed jaħdmu biex "iwaqqgħu l-gvern". Il-lista ġiet ippubblikata mir-rivista Ungeriża Figyelő fil-11 ta' April, u tinkludi ħafna ġurnalisti u ċittadini oħra. Fis-7 ta' Mejju 2018, ir-Rappreżentant tal-OSKE dwar il-Libertà tal-media esprima tħassib kbir dwar iċ-ċaħda ta' akkreditament lil diversi ġurnalisti indipendenti, li waqqfithom milli jirrapportaw mil-laqgħa inawgurali tal-parlament il-ġdid tal-Ungerija. Ġie nnotat ukoll li avveniment bħal dan m'għandux jintuża bħala għodda biex jitrażżan il-kontenut tar-rapportar kritiku u li din il-prattika tistabbilixxi preċedent ħażin għall-mandat il-ġdid tal-parlament Ungeriż.
Il-libertà akkademika
(33) Fis-6 ta' Ottubru 2017, il-Kummissjoni ta' Venezja adottat l-Opinjoni tagħha dwar l-Att XXV tal-4 ta' April 2017 dwar l-Emenda tal-Att CCIV tal-2011 dwar l-Edukazzjoni Terzjarja Nazzjonali. Hija kkonkludiet li l-introduzzjoni ta' regoli aktar stretti mingħajr raġunijiet b'saħħithom ħafna, flimkien ma' skadenzi stretti u konsegwenzi legali serji, għal universitajiet barranin li huma diġà stabbiliti fl-Ungerija u li ilhom joperaw legalment f'dan il-pajjiż għal ħafna snin, tidher estremament problematika mill-perspettiva tal-istat tad-dritt u minn dik tal-prinċipji u l-garanziji tad-drittijiet fundamentali. Dawk l-universitajiet u l-istudenti tagħhom huma protetti mir-regoli domestiċi u internazzjonali dwar il-libertà akkademika, il-libertà tal-espressjoni u tal-għaqda u d-dritt u l-libertà tal-edukazzjoni. Il-Kummissjoni ta' Venezja rrakkomandat li l-awtoritajiet Ungeriżi, b'mod partikolari, jiżguraw li r-regoli l-ġodda dwar ir-rekwiżit li wieħed ikollu permess tax-xogħol ma jaffettwawx b'mod sproporzjonat il-libertà akkademika u jiġu applikati b'mod nondiskriminatorju u flessibbli, mingħajr ma tiġi pperikolata l-kwalità u l-karattru internazzjonali tal-edukazzjoni diġà pprovduti mill-universitajiet eżistenti. It-tħassib dwar l-Emenda tal-Att CCIV tal-2011 dwar l-Edukazzjoni Terzjarja Nazzjonali kien kondiviż ukoll mir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni, ir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-drittijiet għal-libertà tal-għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni u r-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-drittijiet kulturali, fid-dikjarazzjoni tagħhom tal-11 ta' April 2017. Fl-osservazzjonijiet konklużivi tal-5 ta' April 2018, il-Kumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU nnota n-nuqqas ta' ġustifikazzjoni suffiċjenti għall-impożizzjoni ta' dawn ir-restrizzjonijiet fuq il-libertà tal-ħsieb, tal-espressjoni u ta' assoċjazzjoni, kif ukoll fuq il-libertà akkademika.
(34) Fis-17 ta' Ottubru 2017, il-Parlament Ungeriż estenda l-iskadenza għall-universitajiet barranin li joperaw fil-pajjiż biex jilħqu l-kriterji l-ġodda sal-1 ta' Jannar 2019 fuq it-talba tal-istituzzjonijiet ikkonċernati u wara r-rakkomandazzjoni tal-Presidenza tal-Konferenza tar-Retturi Ungeriżi. Il-Kummissjoni ta' Venezja laqgħet din l-estensjoni. In-negozjati bejn il-Gvern Ungeriż u l-istituzzjonijiet barranin ta' edukazzjoni għolja milquta, b'mod partikolari l-Università tal-Ewropa Ċentrali, għadhom għaddejjin, filwaqt li l-limbu legali għall-universitajiet barranin jibqa', minkejja li l-Università tal-Ewropa Ċentrali kkonformat mar-rekwiżiti l-ġodda.
(35) Fis-7 ta' Diċembru 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ttella' lill-Ungerija quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għar-raġuni li l-Emenda tal-Att CCIV tal-2011 dwar l-Edukazzjoni Terzjarja Nazzjonali tillimita b'mod sproporzjonat lill-universitajiet tal-Unjoni u dawk li mhumiex fl-operazzjonijiet tagħhom u li l-Att jeħtieġ li jerġa' jiġi allinjat mad-dritt tal-Unjoni. Il-Kummissjoni sabet li l-leġiżlazzjoni l-ġdida tmur kontra d-dritt għal-libertà akkademika, id-dritt għall-edukazzjoni u l-libertà ta' intrapriża kif previsti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-"Karta") u l-obbligi legali tal-Unjoni skont il-liġi kummerċjali internazzjonali.
(36) Fit-9 ta' Awwissu 2018, sar magħruf pubblikament li l-gvern Ungeriż biħsiebu jirtira l-programm ta' Masters fl-Istudji tal-Ġeneri fl-Università pubblika ta' Eötvös Loránd (ELTE) u jirrifjuta r-rikonoxximent tal-Masters fl-Istudji tal-Ġeneri mill-Università Ewropea Ċentrali, li hi privata. Il-Parlament jindika li interpretazzjoni ħażina tal-kunċett ta' ġeneru ddominat id-diskussjoni pubbika fl-Ungerija u jiddeplora din l-interpretazzjoni ħażina intenzjonata tat-termini "ġeneru" u "ugwaljanza bejn il-ġeneri". Il-Parlament Ewropew jikkundanna l-attakki fuq it-tagħlim u r-riċerka liberi, b'mod partikolari fir-rigward tal-istudji tal-ġeneri li għandhom l-għan li janalizzaw ir-relazzjonijiet ta' poter, id-diskriminazzjoni u r-relazzjonijiet bejn il-ġeneri fis-soċjetà u jsibu soluzzjonijiet għall-forom ta' inugwaljanza, u li saru l-mira ta' kampanji ta' diffamazzjoni. Il-Parlament jitlob li l-prinċipju demokratiku fundamentali tal-libertà tal-edukazzjoni jerġa' jiġi stabbilit u salvagwardat għalkollox.
Il-libertà tar-reliġjon
(37) Fit-30 ta' Diċembru 2011, il-Parlament Ungeriż adotta l-Att CCVI tal-2011 dwar id-Dritt għal-Libertà ta' Kuxjenza u Reliġjon u l-Istatus Legali tal-Knejjes, Denominazzjonijiet u Komunitajiet Reliġjużi tal-Ungerija, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2012. L-Att għamel rieżami tal-personalità ġuridika ta' diversi organizzazzjonijiet reliġjużi u naqqas għal 14 l-għadd ta' knejjes rikonoxxuti legalment fl-Ungerija. Fis-16 ta' Diċembru 2011, il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa kkondivida t-tħassib tiegħu dwar dan l-Att f'ittra mibgħuta lill-awtoritajiet Ungeriżi. Fi Frar 2012, b'reazzjoni għall-pressjoni internazzjonali, il-Parlament Ungeriż żied l-għadd ta' knejjes rikonoxxuti għal 31. Fid-19 ta' Marzu 2012, il-Kummissjoni ta' Venezja adottat l-Opinjoni tagħha dwar l-Att CCVI tal-2011 dwar id-Dritt għal-Libertà tal-Kuxjenza u tar-Reliġjon u dwar l-Istatus Legali tal-Knejjes, Denominazzjonijiet u Komunitajiet Reliġjużi tal-Ungerija, fejn indikat li l-Att jistabbilixxi firxa ta' rekwiżiti li huma eċċessivi u bbażati fuq kriterji arbitrarji fir-rigward tar-rikonoxximent ta' knisja. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ta' Venezja indikat li l-Att wassal għal proċess ta' dereġistrazzjoni ta' mijiet ta' knejjes li qabel kienu rikonoxxuti legalment u li l-Att iwassal, sa ċertu punt, għal trattament mhux ugwali u anke diskriminatorju ta' twemmin u komunitajiet reliġjużi differenti, skont jekk humiex rikonoxxuti jew le.
(38) Fi Frar 2013, il-Qorti Kostituzzjonali tal-Ungerija ddeċidiet li d-dereġistrazzjoni tal-knejjes rikonoxxuti ma kinitx kostituzzjonali. B'reazzjoni għad-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali, il-Parlament Ungeriż emenda l-Liġi Fundamentali f'Marzu 2013. F'Ġunju u f'Settembru 2013, il-Parlament Ungeriż emenda l-Att CCVI tal-2011, biex joħloq klassifikazzjoni b'żewġ livelli li tikkonsisti minn "komunitajiet reliġjużi" u "knejjes inkorporati". F'Settembru 2013, il-Parlament Ungeriż emenda wkoll il-Liġi Fundamentali b'mod espliċitu biex jagħti lilu nnifsu l-awtorità li jagħżel komunitajiet reliġjużi għal "kooperazzjoni" mal-istat fis-servizz ta' "attivitajiet ta' interess pubbliku", u fil-prattika jagħti lilu nnifsu setgħa diskrezzjonali biex jirrikonoxxi organizzazzjoni reliġjuża b'vot ta' żewġ terzi.
(39) Fis-sentenza tagħha tat-8 ta' April 2014, Magyar Keresztény Mennonita Egyház u Oħrajn vs l-Ungerija, il-QEDB iddeċidiet li l-Ungerija kienet kisret il-libertà tal-assoċjazzjoni, fid-dawl tal-libertà tal-kuxjenza u tar-reliġjon. Il-Qorti Kostituzzjonali tal-Ungerija sabet li ċerti regoli li jirregolaw il-kundizzjonijiet tar-rikonoxximent bħala knisja ma kinux kostituzzjonali u ordnat lil-leġiżlatura biex tagħmel ir-regoli rilevanti konformi mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem. Għaldaqstant, l-Att rilevanti ġie ppreżentat lill-Parlament Ungeriż f'Diċembru 2015 iżda ma kisibx il-maġġoranza meħtieġa. L-eżekuzzjoni ta' dik is-sentenza għadha pendenti.
Il-libertà tal-assoċjazzjoni
(40) Fid-9 ta' Lulju 2014, il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa indika fl-ittra tiegħu lill-awtoritajiet Ungeriżi li kien imħasseb dwar ir-retorika stigmatizzanti użata mill-politiċi li tpoġġi f'dubju l-leġittimità tax-xogħol tal-NGOs fil-kuntest tal-awditi li twettqu mill-Uffiċċju tal-Kontroll tal-Gvern Ungeriż fir-rigward ta' NGOs li kienu operaturi u benefiċjarji tal-Fond għall-NGOs taż-ŻEE/Għotjiet tan-Norveġja. Il-Gvern Ungeriż iffirma ftehim mal-Fond u, b'riżultat ta' dan, il-pagamenti tal-għotjiet għadhom għaddejjin. Bejn it-8 u s-16 ta' Frar 2016, ir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem żar l-Ungerija u indika fir-rapport tiegħu li jeżistu sfidi sinifikanti minħabba l-qafas legali eżistenti li jirregola l-eżerċizzju ta' libertajiet fundamentali, bħad-drittijiet għal-libertajiet tal-opinjoni u tal-espressjoni, u tal-għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni, u li l-leġiżlazzjoni li tirrigwarda s-sigurtà nazzjonali u l-migrazzjoni jista' wkoll ikollha impatt restrittiv fuq l-ambjent tas-soċjetà ċivili.
(41) F'April 2017 ġie introdott abbozz ta' liġi mill-Parlament Ungeriż dwar it-Trasparenza tal-Organizzazzjonijiet li Jirċievu Appoġġ minn Barra l-Pajjiż, bl-iskop iddikjarat li jiġu introdotti rekwiżiti relatati mal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tat-terroriżmu. Il-Kummissjoni ta' Venezja rrikonoxxiet fl-2013 li jista' jkun hemm diversi raġunijiet għalfejn stat jillimita l-finanzjament barrani, inkluż il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, iżda dawn l-għanijiet leġittimi m'għandhomx jintużaw bħala skuża biex l-NGOs jiġu kkontrollati jew biex tiġi ristretta l-ħila tagħhom li jwettqu l-ħidma leġittima tagħhom, b'mod partikolari d-difiża tad-drittijiet tal-bniedem. Fis-26 ta' April 2017, il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa indirizza ittra lill-President tal-Assemblea Nazzjonali Ungeriża li fiha nnota li l-abbozz ta' liġi ġie introdott fl-isfond ta' retorika antagonistika kontinwa minn ċerti membri tal-koalizzjoni fil-gvern, li b'mod pubbliku ttimbraw lil xi NGOs bħala "aġenti barranin" abbażi tas-sors tal-finanzjament tagħhom, u poġġew f'dubju l-leġittimità tagħhom. it-terminu "aġenti barranin", madankollu, ma kienx preżenti fl-abbozz. Tħassib simili kien ġie espress fid-dikjarazzjoni tas-7 ta' Marzu 2017 tal-President tal-Konferenza tal-INGOs tal-Kunsill tal-Ewropa u tal-President tal-Kunsill tal-Esperti dwar il-Liġi tal-NGOs, kif ukoll fl-Opinjoni tal-24 ta' April 2017 imħejjija mill-Kunsill Espert dwar il-Liġi tal-NGOs, u fid-dikjarazzjoni tal-15 ta' Mejju 2017 mir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-dritt għal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni.
(42) Fit-13 ta' Ġunju 2017, il-Parlament Ungeriż adotta l-abbozz ta' liġi b'bosta emendi. Fl-Opinjoni tagħha tal-20 ta' Ġunju 2017, il-Kummissjoni ta' Venezja rrikonoxxiet li t-terminu "organizzazzjoni li tirċievi appoġġ minn barra l-pajjiż" hu newtrali u deskrittiv, u li wħud minn dawk l-emendi kienu jirrappreżentaw titjib importanti iżda fl-istess ħin xi tħassib ieħor ma ġiex indirizzat u l-emendi ma kinux biżżejjed biex itaffu t-tħassib li l-liġi kienet se tikkawża interferenza sproporzjonata u mhux meħtieġa fil-libertajiet tal-assoċjazzjoni u tal-espressjoni, fid-dritt għall-privatezza, u fil-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni. Fl-osservazzjonijiet konklużivi tiegħu tal-5 ta' April 2018, il-Kumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU nnota n-nuqqas ta' ġustifikazzjoni suffiċjenti għall-impożizzjoni ta' dawk ir-rekwiżiti, li dehru li kienu parti minn tentattiv biex jiġu skreditati ċerti NGOs, inklużi NGOs iddedikati għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ungerija.
(43) Fis-7 ta' Diċembru 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda proċedimenti legali kontra l-Ungerija talli naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-moviment liberu tal-kapital, minħabba dispożizzjonijiet fil-Liġi tal-NGOs li, fl-opinjoni tal-Kummissjoni, indirettament jiddiskriminaw u jillimitaw b'mod sproporzjonat id-donazzjonijiet lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili minn barra l-pajjiż . Barra minn hekk, il-Kummissjoni allegat li l-Ungerija kienet kisret id-dritt tal-libertà tal-assoċjazzjoni u d-drittijiet għall-protezzjoni tal-ħajja privata u tad-data personali minquxa fil-Karta, ikkunsidrati flimkien mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-moviment liberu tal-kapital, definit fl-Artikoli 26(2) u l-Artikoli 56 u 63 tat-TFUE.
(44) Fi Frar 2018, pakkett leġiżlattiv magħmul minn tliet abbozzi ta' liġijiet (T/19776, T/19775, T/19774), ġie ppreżentat mill-Gvern Ungeriż. Fl-14 ta' Frar 2018, il-President tal-Konferenza tal-INGOs tal-Kunsill tal-Ewropa u l-President tal-Kunsill Espert dwar il-Liġi tal-NGOs għamlu dikjarazzjoni li tindika li l-pakkett ma jikkonformax mal-libertà tal-assoċjazzjoni, b'mod partikolari għall-NGOs li jkollhom x'jaqsmu mal-migranti. Fil-15 ta' Frar 2018, il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa esprima tħassib simili. Fit-8 ta' Marzu 2018, ir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-promozzjoni u l-ħarsien tad-dritt għal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni, ir-Rapporteur Speċjali dwar is-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, l-Espert Indipendenti dwar id-drittijiet tal-bniedem u s-solidarjetà internazzjonali, ir-Rapporteur Speċjali dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-migranti, u r-Rapporteur Speċjali dwar il-forom kontemporanji ta' razziżmu, diskriminazzjoni razzjali, ksenofobija u intolleranza relatata wissew li l-abbozz ta' liġi kien se jwassal għal restrizzjonijiet żejda fuq il-libertà tal-assoċjazzjoni u l-libertà ta' espressjoni fl-Ungerija. Fl-osservazzjonijiet konklużivi tiegħu tal-5 ta' April 2018, il-Kumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU esprima tħassib dwar il-fatt li permezz tar-referenzi għas-"sopravivenza tan-nazzjon" u l-protezzjoni taċ-ċittadini u tal-kultura, u billi jorbot ix-xogħol tal-NGOs ma' konfoffa internazzjonali allegata, il-pakkett leġiżlattiv kien se jistigmatizza lill-NGOs u jrażżan il-kapaċità tagħhom li jwettqu l-attivitajiet importanti tagħhom ta' appoġġ għad-drittijiet tal-bniedem u, b'mod partikolari, id-drittijiet tar-rifuġjati, ta' dawk li jfittxu l-asil u tal-migranti. Kien imħasseb ukoll li l-impożizzjoni ta' restrizzjonijiet fuq il-finanzjament barrani li jirċievu l-NGOs setgħet tintuża biex tiġi applikata pressjoni illeġittima fuqhom u biex ikun hemm indħil mhux ġustifikat fl-attivitajiet tagħhom. Wieħed mill-abbozzi ta' liġijiet kellu l-għan li jintaxxa kwalunkwe flus li l-NGO jirċievu minn barra l-Ungerija, inkluż il-finanzjament tal-Unjoni, b'rata ta' 25 %; barra minn hekk, il-pakkett leġiżlattiv kien se jċaħħad lill-NGOs minn rimedju legali biex jappellaw kontra deċiżjonijiet arbitrarji. Fit-22 ta' Marzu 2018, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali u d-Drittijiet tal-Bniedem tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa talab opinjoni mingħand il-Kummissjoni ta' Venezja dwar l-abbozz ta' pakkett leġiżlattiv.
(45) Fid-29 ta' Mejju 2018, il-Gvern Ungeriż ippreżenta abbozz ta' liġi li temenda ċerti liġijiet fir-rigward ta' miżuri kontra l-immigrazzjoni illegali (T/333). L-abbozz huwa verżjoni riveduta tal-pakkett leġiżlattiv preċedenti u jipproponi penali kriminali għall-"faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni illegali". Fl-istess jum, l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati talab li l-proposta tiġi rtirata u esprima t-tħassib tiegħu li l-proposti, jekk jgħaddu, se jżommu lin-nies li jiġu mġiegħla jaħarbu minn djarhom milli jingħataw għajnuna u servizzi kritiċi, u se jkomplu jkebbsu d-diskors pubbliku mimli tensjoni u l-attitudnijiet ksenofobiċi li qed jiżdiedu. Fl-1 ta' Ġunju 2018, il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa esprima tħassib simili. Fil-31 ta' Mejju 2018, il-President tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u d-Drittijiet tal-Bniedem tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa kkonferma t-talba għal opinjoni tal-Kummissjoni ta' Venezja dwar il-proposta l-ġdida. L-abbozz ġie adottat fl-20 ta' Ġunju 2018 qabel il-ħruġ tal-opinjoni tal-Kummissjoni ta' Venezja. Fil-21 ta' Ġunju 2018, il-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem ikkundanna d-deċiżjoni tal-Parlament Ungeriż. Fit-22 ta' Ġunju 2018, il-Kummissjoni ta' Venezja u l-Uffiċċju tal-OSKE għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem indikaw li d-dispożizzjoni dwar ir-responsabilità kriminali tista' twaqqaf l-attività organizzativa u espressiva protetti u tikkostitwixxi ksur tad-dritt għal-libertà ta' assoċjazzjoni u ta' espressjoni u għandha, għalhekk, tiġi mħassra. Fid-19 ta' Lulju 2018, il-Kummissjoni bagħtet ittra ta' intimazzjonilill-awtoritajiet Ungeriżi rigward leġiżlazzjoni ġdida li tikkriminalizza attivitajiet li jappoġġjaw l-applikazzjonijiet għal asil u residenza u jillimitaw aktar id-dritt li jintalab asil.
Id-dritt għal trattament ugwali
(46) Bejn is-17 u s-27 ta' Mejju 2016, il-Grupp ta' Ħidma tan-NU dwar id-diskriminazzjoni kontra n-nisa fil-liġi u fil-prattika żar l-Ungerija. Fir-rapport tiegħu, il-Grupp ta' Ħidma indika li m'għandux ikun hemm żbilanċ bejn forma konservattiva tal-familja, li l-protezzjoni tagħha hija garantita għax hi essenzjali għas-sopravivenza nazzjonali, u d-drittijiet politiċi, ekonomiċi u soċjali tan-nisa u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa. Il-Grupp ta' Ħidma qal ukoll li d-dritt ta' mara għall-ugwaljanza ma jistax jitqies biss fid-dawl tal-protezzjoni ta' gruppi vulnerabbli flimkien mat-tfal, l-anzjani u l-persuni b'diżabilità, għaliex huma jagħmlu parti integrali minn dawn il-gruppi kollha. Il-kotba tal-iskola l-ġodda xorta għad fihom l-isterjotipi tas-sessi, juru n-nisa primarjament fir-rwol tagħhom ta' ommijiet u nisa miżżewġin, u f'xi każijiet, juru lill-ommijiet bħala inqas intelliġenti mill-missirijiet. Mill-banda l-oħra, il-Grupp ta' Ħidma rrikonoxxa l-isforzi tal-Gvern Ungeriż fit-tisħiħ tar-rikonċiljazzjoni bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-familja billi introduċa dispożizzjonijiet ġenerużi fis-sistema tal-appoġġ tal-familja u fir-rigward tal-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal. Fir-rapport tagħha adottat fis-27 ta' Ġunju 2018, il-missjoni limitata ta' osservazzjoni tal-elezzjoni mwettqa mill-Uffiċċju tal-OSKE għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem għall-elezzjonijiet parlamentari tal-2018 fl-Ungerija qalet li n-nisa huma sottorappreżentati fil-ħajja politika u li ma jeżistux rekwiżiti legali għall-promozzjoni tal-ugwaljanza tas-sessi fl-elezzjonijiet. Għalkemm partit ewlieni wieħed poġġa mara fil-quċċata tal-lista nazzjonali u xi partijiet indirizzaw il-kwistjonijiet relatati mas-sessi fil-programmi tagħhom, l-emanċipazzjoni tan-nisa ma tantx ingħatat attenzjoni bħala kwistjoni fil-kampanja, inkluż fil-mezzi tax-xandir.
(47) Fl-osservazzjonijiet konklużivi tiegħu tal-5 ta' April 2018, il-Kumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU laqa' l-iffirmar tal-Konvenzjoni ta' Istanbul iżda esprima dispjaċir dwar il-fatt li l-attitudnijiet sterjotipiċi patrijarkali għadhom prevalenti fl-Ungerija fir-rigward tal-pożizzjoni tan-nisa fis-soċjetà, u nnota bi tħassib il-kummenti diskriminatorji magħmula minn esponenti politiċi kontra n-nisa. Innota wkoll li l-Kodiċi Kriminali Ungeriż ma jipproteġix għalkollox il-vittmi nisa tal-vjolenza domestika. Esprima wkoll it-tħassib li n-nisa mhumiex rappreżentati biżżejjed fil-pożizzjonijiet tat-teħid ta' deċiżjonijiet fis-settur pubbliku, partikolarment fil-ministeri tal-Gvern u fil-Parlament Ungeriż. Il-Konvenzjoni ta' Istanbul għadha ma ġietx ratifikata.
(48) Il-Liġi Fundamentali tal-Ungerija tistipula dispożizzjonijiet obbligatorji għall-protezzjoni tal-postijiet tax-xogħol tal-ġenituri u għall-osservanza tal-prinċipju ta' trattament ugwali; konsegwentement, jeżistu regoli speċjali fil-liġi tax-xogħol għan-nisa u għall-ommijiet u l-missirijiet li qed irabbu t-tfal. Fis-27 ta' April 2017, il-Kummissjoni ħarġet opinjoni motivata li fiha talbet lill-Ungerija timplimenta b'mod korrett id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), billi l-liġi Ungeriża tipprovdi eċċezzjoni għall-projbizzjoni ta' diskriminazzjoni għal raġunjiet ta' sess li hija ferm usa' mill-eċċezzjoni prevista minn dik id-Direttiva. Fl-istess data, il-Kummissjoni ħarġet opinjoni motivata lill-Ungerija dwar in-nuqqas ta' konformità mad-Direttiva 92/85/KEE tal-Kunsill(13) li tgħid li min iħaddem għandu dmir li jadatta l-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-ħaddiema tqal jew li qed ireddgħu biex jiġi evitat riskju għas-saħħa u s-sikurezza tagħhom. Il-Gvern Ungeriż impenja ruħu li jemenda d-dispożizzjonijiet meħtieġa tal-Att CXXV tal-2003 dwar it-Trattament Ugwali u l-Promozzjoni ta' Opportunitajiet Ugwali, kif ukoll l-Att I tal-2012 dwar il-Kodiċi tax-Xogħol. Konsegwentement, fis-7 ta' Ġunju 2018 il-kawża ngħalqet.
(49) Fl-osservazzjonijiet konklużivi tiegħu tal-5 ta' April 2018, il-Kumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU esprima tħassib li l-projbizzjoni kostituzzjonali fuq id-diskriminazzjoni ma tinkludix b'mod espliċitu l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru mar-raġunijiet ta' diskriminazzjoni u li d-definizzjoni restrittiva tagħha ta' familja tista' twassal għal diskriminazzjoni għaliex ma tinkludix ċerti tipi ta' arranġamenti ta' familja, fosthom il-koppji tal-istess sess. Il-Kumitat kien imħasseb ukoll dwar atti ta' vjolenza u l-prevalenza ta' sterjotipi negattivi u preġudizzju kontra persuni leżbjani, omosesswali, bisesswali u transġeneru, b'mod partikolari fil-qasam tal-impjieg u tal-edukazzjoni.
(50) Fl-osservazzjonijiet konklużivi tiegħu tal-5 ta' April 2018, il-Kumitat tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU semma wkoll it-tqegħid furzat f'istituzzjonijiet mediċi, l-iżolament u t-trattament furzat ta' għadd kbir ta' persuni b'diżabilità mentali, intellettwali u psikosoċjali, kif ukoll ir-rapporti ta' vjolenza u trattament krudili, inuman u degradanti u l-allegazzjonijiet ta' għadd kbir ta' mwiet mhux investigati f'istituzzjonijiet magħluqa.
Id-drittijiet ta' persuni li jappartjenu għal minoranzi, inklużi r-Rom u l-Lhud, u l-protezzjoni kontra dikjarazzjonijiet ta' mibegħda kontra minoranzi tali
(51) Fir-rapport tiegħu wara ż-żjara tiegħu fl-Ungerija, li ġie ppubblikat fis-16 ta' Diċembru 2014, il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa qal li kien imħasseb dwar id-deterjorament tas-sitwazzjoni fir-rigward tar-razziżmu u l-intolleranza fl-Ungerija, li d-diskriminazzjoni kontra ż-żingari hi l-aktar forma sfaċċata ta' intolleranza, kif muri mill-vjolenza ħarxa b'mod distintiv immirata lejn il-persuni Rom u l-parati u r-rondi paramilitari fil-villaġġi fejn il-popolazzjoni hija Rom. Huwa indika wkoll li, minkejja l-pożizzjonijiet li ħadu l-awtoritajiet Ungeriżi biex jikkundannaw id-diskors anti-Semitiku, l-anti-Semitiżmu huwa problema rikorrenti, li toħroġ fid-dieher permezz ta' diskors ta' mibegħda u każijiet ta' vjolenza kontra persuni Lhud jew il-proprjetà tagħhom. Barra minn hekk, huwa semma r-rekrudexxenza tal-ksenofobija mmirata kontra l-migranti, inkluż dawk li jfittxu l-asil u r-rifuġjati, u tal-intolleranza li tolqot gruppi soċjali oħra bħall-persuni LGBTI, il-fqar u l-persuni bla dar. Il-Kummissjoni Ewropea kontra r-Razziżmu u l-Ksenofobija (ECRI) semmiet tħassib simili fir-rapport tagħha dwar l-Ungerija ppubblikat fid-9 ta' Ġunju 2015.
(52) Fir-Raba' Opinjoni tiegħu dwar l-Ungerija adottata fil-25 ta' Frar 2016, il-Kumitat Konsultattiv dwar il-Konvenzjoni Qafas għall-Protezzjoni tal-Minoranzi Nazzjonali nnota li r-Rom qed ikomplu jsofru minn diskriminazzjoni u inugwaljanza sistemiċi fl-oqsma kollha tal-ħajja, inklużi l-abitazzjoni, ix-xogħol, l-edukazzjoni, l-aċċess għas-saħħa u l-parteċipazzjoni fil-ħajja soċjali u politika. Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Lulju 2017, il-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa rrakkomanda lill-awtoritajiet Ungeriżi biex jagħmlu sforzi sostnuti u effettivi biex jipprevjenu, jiġġieldu u jissanzjonaw l-inugwaljanza u d-diskriminazzjoni li jsofru r-Rom, biex itejbu, f'konsultazzjoni mill-qrib mar-rappreżentanti tar-Rom, il-kundizzjonijiet tal-għajxien, l-aċċess għas-servizzi tas-saħħa u l-impjieg tar-Rom, biex jieħdu miżuri effettivi biex iwaqqfu l-prattiki li jwasslu għas-segregazzjoni kontinwa tat-tfal Rom fl-iskola u jirduppjaw l-isforzi biex jirrimedjaw in-nuqqasijiet li jħabbtu wiċċhom magħhom it-tfal Rom fil-qasam tal-edukazzjoni, biex jiżguraw li t-tfal Rom ikollhom opportunitajiet indaqs ta' aċċess għal-livelli kollha ta' edukazzjoni ta' kwalità, u biex ikomplu jieħdu miżuri biex jipprevjenu li t-tfal jitqiegħdu b'mod żbaljat fi skejjel u klassijiet speċjali. Il-Gvern Ungeriż ħa diversi miżuri sostanzjali biex irawwem l-inklużjoni tar-Rom. Fl-4 ta' Lulju 2012 adotta l-Pjan ta' Azzjoni għall-Protezzjoni tal-Impjiegi biex jipproteġi l-impjieg ta' impjegati żvantaġġati u jrawwem l-impjieg ta' persuni li jkun ilhom qiegħda. Adotta wkoll l-Istrateġija Settorjali tal-Kura tas-Saħħa "Healthy Hungary (Ungerija b'Saħħitha) 2014-2020" biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa. Fl-2014 adotta strateġija għall-perjodu 2014-2020 biex jindirizza l-abitazzjoni ta' standard inaċċettabli fil-kwartieri segregati. Madankollu, skont ir-Rapport dwar id-Drittijiet Fundamentali 2018 tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, il-perċentwal ta' żgħażagħ Rom li bħalissa jinsabu barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs) żdied minn 38 % fl-2011 għal 51 % fl-2016.
(53) Fis-sentenza tagħha tad-29 ta' Jannar 2013, Horváth u Kiss vs l-Ungerija, il-QEDB sabet li l-leġiżlazzjoni rilevanti Ungeriża kif applikata fil-prattika kienet nieqsa minn salvagwardji adegwati u rriżultat fir-rappreżentazzjoni żejda u s-segregazzjoni tat-tfal Rom fi skejjel speċjali minħabba dijanjożi ħażina sistematika ta' diżabilità mentali, li kienet tammonta għal ksur tad-dritt għall-edukazzjoni ħielsa mid-diskriminazzjoni. L-eżekuzzjoni ta' dik is-sentenza għadha pendenti.
(54) Fis-26 ta' Mejju 2016, il-Kummissjoni bagħtet ittra ta' intimazzjoni lill-awtoritajiet Ungeriżi fir-rigward tal-leġiżlazzjoni u tal-prattiki amministrattivi Ungeriżi li jirriżultaw fir-rappreżentazzjoni żejda b'mod sproporzjonat tat-tfal Rom fi skejjel speċjali għal tfal b'diżabilità mentali u suġġetti għal livell konsiderevoli ta' edukazzjoni segregata fl-iskejjel regolari, b'mod li jostakola l-inklużjoni soċjali tagħhom. Il-Gvern Ungeriż involva ruħu b'mod attiv fi djalogu mal-Kummissjoni. L-Istrateġija tal-Inklużjoni Ungeriża tiffoka fuq il-promozzjoni ta' edukazzjoni inklużiva, it-tnaqqis tas-segregazzjoni, il-ksur tat-trażmissjoni interġenerazzjonali tal-iżvantaġġi u l-istabbiliment ta' ambjent tal-iskola inklużiv. Barra minn hekk, l-Att dwar l-Edukazzjoni Pubblika Nazzjonali ġie estiż b'garanziji addizzjonali f'Jannar 2017, u l-Gvern Ungeriż beda awditi uffiċjali bejn l-2011 u l-2015, segwiti minn azzjonijiet minn uffiċċji tal-gvern.
(55) Fis-sentenza tagħha tal-20 ta' Ottubru 2015, Balázs vs l-Ungerija, il-QEDB iddeċidiet li kien hemm ksur tal-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni fil-kuntest ta' nuqqas li jitqies l-allegat motiv anti-Rom ta' attakk. Fis-sentenza tagħha tat-12 ta' April 2016, R.B. vs l-Ungerija, u fis-sentenza tagħha tas-17 ta' Jannar 2017, Király u Dömötör vs l-Ungerija, il-QEDB iddeċidiet li kien hemm ksur tad-dritt għar-rispett tal-ħajja privata minħabba investigazzjonijiet inadegwati tal-allegazzjonijiet ta' abbuż b'motivi razzjali. Fis-sentenza tagħha tal-31 ta' Ottubru 2017, M.F. vs l-Ungerija, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem iddeċidiet li kien hemm ksur tal-projbizzjoni ta' diskriminazzjoni flimkien mal-projbizzjoni ta' trattament inuman jew degradanti għax l-awtoritajiet naqsu milli jinvestigaw motivi possibilment razzisti fir-rigward tal-inċident konċernat. L-eżekuzzjoni ta' dawk is-sentenzi għadha pendenti. Wara s-sentenza Balázs vs l-Ungerija u R.B. vs l-Ungerija, madankollu, il-modifika tat-tendenza tal-fatti tad-delitt ta' "tixwix tal-vjolenza jew mibegħda kontra l-komunità" fil-Kodiċi Penali daħlet fis-seħħ fit-28 ta' Ottubru 2016 bil-għan li tiġi implimentata d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/ĠAI(14) Fl-2011, il-Kodiċi Penali kien ġie emendat sabiex jipprevjeni kampanji ta' gruppi paramilitari tal-lemin estrem, billi ġie introdott dak li hu magħruf bħala "delitt bl-uniformi", li jikkastiga bi tliet snin priġunerija kwalunkwe mġiba antisoċjali provokattiva li toħloq il-biża' f'membru ta' komunità nazzjonali, etnika jew reliġjuża.
(56) Bejn id-29 ta' Ġunju u l-1 ta' Lulju 2015, l-Uffiċċju tal-OSKE għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem għamel żjara ta' valutazzjoni fil-post fl-Ungerija, wara rapporti dwar l-azzjonijiet meħuda mill-gvern lokali tal-belt ta' Miskolc li jikkonċernaw l-evizzjonijiet furzati ta' persuni Rom. L-awtoritajiet lokali adottaw mudell ta' miżuri kontra r-Rom, anke qabel il-bidla tad-digriet lokali tal-2014, u l-figuri pubbliċi fil-belt spiss għamlu dikjarazzjonijiet kontra r-Rom. Ġie rrapportat li fi Frar 2013, is-Sindku ta' Miskolc qal li ried inaddaf il-belt minn "persuni Rom antisoċjali u pervertiti" li allegatament ibbenefikaw b'mod illegali mill-programm Nest (il-programm Fészekrakó) għal benefiċċji tal-abitazzjoni u minn persuni li jgħixu f'appartamenti soċjali b'tariffi tal-kera u tal-manutenzjoni. Il-kliem tiegħu ta bidu għal sensiela ta' evizzjonijiet, u matul dak ix-xahar, tneħħew ħamsin appartament mill-273 appartament fil-kategorija xierqa – anke biex l-art titnaddaf għar-rinnovazzjoni ta' stadium. Abbażi tal-appell tal-uffiċċju governattiv inkarigat, il-Qorti Suprema annullat id-dispożizzjonijiet rilevanti fid-deċiżjoni tagħha tat-28 ta' April 2015. Il-Kummissarju għad-Drittijiet Fundamentali u d-Deputat Kummissarju għad-Drittijiet tal-Minoranzi Nazzjonali ħarġu opinjoni konġunta fil-5 ta' Ġunju 2015 dwar il-ksur tad-drittijiet fundamentali konta r-Rom f'Miskolc, li l-gvern lokali naqas li jadotta r-rakkomandazzjonijiet tagħha. L-Awtorità għat-Trattament Ugwali tal-Ungerija wettqet ukoll investigazzjoni u tat deċiżjoni f'Lulju 2015, li fiha talbet lill-gvern lokali jwaqqaf l-evizzjonijiet kollha u jiżviluppa pjan ta' azzjoni dwar kif kellha tiġi offruta abitazzjoni konformi mad-dinjità tal-bniedem. Fis-26 ta' Jannar 2016, il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa bagħat ittri lill-gvernijiet tal-Albanija, il-Bulgarija, Franza, l-Ungerija, l-Italja, is-Serbja u l-Iżvezja dwar evizzjonijiet furzati tar-Rom. L-ittra indirizzata lill-awtoritajiet Ungeriżi esprimiet tħassib dwar it-trattament tar-Rom f'Miskolc. Il-pjan ta' azzjoni ġie adottat fil-21 ta' April 2016 u sadanittant ġiet stabbilita wkoll aġenzija tal-abitazzjoni soċjali. Fid-deċiżjoni tagħha tal-14 ta' Ottubru 2016, l-Awtorità għat-Trattament Ugwali sabet li l-muniċipalità wettqet l-obbligi tagħha. Madankollu, l-Kummissjoni Ewropea kontra r-Razziżmu u l-Intolleranza semmiet fil-konklużjonijiet tagħha dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet fir-rigward tal-Ungerija ppubblikati fil-15 ta' Mejju 2018 li, minkejja xi żviluppi pożittivi għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-akkomodazzjoni tar-Rom, ir-rakkomandazzjoni tagħha ma kinitx ġiet implimentata.
(57) Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Lulju 2017, il-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa rrakkomanda li l-awtoritajiet Ungeriżi jkomplu jtejbu d-djalogu mal-komunità Lhudija, biex jagħmluh sostenibbli, u biex jagħtu l-ogħla prijorità lill-ġlieda kontra l-anti-Semitiżmu fi spazji pubbliċi, biex jagħmlu sforzi sostnuti biex jipprevjenu, jidentifikaw, jinvestigaw, iressqu quddiem il-ġustizzja u jissanzjonaw b'mod effettiv l-atti kollha b'motivi razzjali, etniċi jew anti-Semitiċi, inklużi l-atti ta' vandaliżmu u d-diskors ta' mibegħda, u biex jikkunsidraw li jemendaw il-liġi sabiex tiġi żgurata l-aktar protezzjoni legali wiesgħa possibbli kontra delitti razzisti.
(58) Il-Gvern Ungeriż attwali ordna li l-vitalizju tas-superstiti tal-Olokawst għandu jiżdied b'50 % fl-2012, stabbilixxa, fl-2013, il-Kumitat ta' Tifkira tal-Olokawst Ungeriż, iddikjara s-sena 2014 bħala s-Sena ta' Tifkira tal-Olokawst, introduċa programmi ta' rinnovazzjoni u restawr għal diversi sinagogi Ungeriżi u ċimiterji Lhud u attwalment qed iħejji għal-Logħob Ewropew ta' Maccabi tal-2019 li se jiġi organizzat f'Budapest. Id-dispożizzjonijiet ġuridiċi Ungeriżi jidentifikaw diversi reati relatati mal-mibegħda jew l-inċitar tal-mibegħda, fosthom l-atti anti-Semitiċi jew l-atti li jinnegaw jew iżebilħu l-Olokawst: L-Ungerija ngħatat il-presidenza tal-Alleanza Internazzjonali ta' Tifkira tal-Olokawst (IHRA) fl-2015-2016. Madankollu, f'diskors li sar fit-15 ta' Marzu 2018 f'Budapest, il-Prim Ministru tal-Ungerija uża attakki polemiċi inklużi sterjotipi anti-Semitiċi ċari kontra George Soros, li setgħu jitqiesu bħala punibbli.
(59) Fl-osservazzjonijiet konklużivi tiegħu tal-5 ta' April 2018, il-Kumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU esprima tħassib dwar rapporti li l-komunità Rom qed tkompli ssofri diskriminazzjoni u esklużjoni mifruxa, qgħad, u segregazzjoni fl-abitazzjoni u fl-edukazzjoni. Jinsab imħasseb b'mod partikolari li, minkejja l-Att dwar l-Edukazzjoni Pubblika, is-segregazzjoni fl-iskejjel, b'mod speċjali fl-iskejjel tal-knisja u l-iskejjel privati, għadha prevalenti, u l-għadd ta' tfal Rom li jitpoġġew fi skejjel għal tfal b'diżabilità ħafifa għadu kbir b'mod sproporzjonat. Issemma wkoll it-tħassib dwar il-prevalenza ta' delitti ta' mibegħda u dwar diskors ta' mibegħda immirat lejn il-minoranzi fid-diskors politiku, fil-media u fuq l-internet, b'mod partikolari lejn ir-Rom, il-Musulmani, il-migranti u r-rifuġjati, fosthom fil-kuntest ta' kampanji sponsorjati mill-gvern. Il-Kumitat esprima t-tħassib tiegħu dwar il-prevalenza ta' sterjotipi anti-Semitiċi. Il-Kumitat innota wkoll bi tħassib l-allegazzjonijiet li l-għadd ta' delitti ta' mibegħda rreġistrati huwa estremament baxx għaliex il-pulizija spiss jonqsu milli jinvestigaw u jressqu quddiem il-ġustizzja l-każijiet kredibbli ta' delitti ta' mibegħda u ta' diskors ta' mibegħda kriminali. Finalment, il-Kumitat kien imħasseb dwar rapporti tal-prattika persistenti ta' tfassil ta' profil razzjali tar-Rom mill-pulizija.
(60) F'każ li jirrigwarda r-raħal ta' Gyöngyöspata, fejn il-pulizija lokali kienet qed timponi l-multi esklussivament lir-Rom għal reati minuri tat-traffiku, is-sentenza tal-qorti tal-ewwel istanza sabet li l-prattika kienet tikkostitwixxi fastidju u diskriminazzjoni diretta kontra r-Rom, anki jekk il-miżuri individwali kienu legali. Il-qorti tat-tieni istanza u l-Qorti Suprema ddeċidew li l-Unjoni tal-Libertajiet Ċivili Ungeriża (HCLU), li kienet ippreżentat actio popularis, ma setgħetx tissostanzja diskriminazzjoni. Il-kawża tressqet quddiem il-QEDB.
(61) Skont ir-Raba' Emenda tal-Liġi Fundamentali, "il-libertà ta' espressjoni ma tistax tiġi eżerċitata bil-għan li tmur kontra d-dinjità tan-nazzjon Ungeriż jew ta' kwalunkwe komunità nazzjonali, etnika, razzjali jew reliġjuża". Il-Kodiċi Penali Ungeriż jikkastiga l-inċitament għall-vjolenza jew mibegħda kontra membru ta' komunità. Il-Gvern stabbilixxa Grupp ta' Ħidma Kontra d-Delitti ta' Mibegħda li jipprovdi taħriġ għall-uffiċjali tal-pulizija u jgħin lill-vittmi jikkooperaw mal-pulizija u jirrapportaw l-inċidenti.
Id-drittijiet fundamentali tal-migranti, il-persuni li jfittxu asil u r-rifuġjati
(62) Fit-3 ta' Lulju 2015, il-Kummissarju Għoli tan-NU għar-Rifuġjati esprima tħassib dwar il-proċedura rapida għall-emendi fil-liġi tal-asil. Fis-17 ta' Settembru 2015, il-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem esprima l-opinjoni tiegħu li l-Ungerija kisret id-dritt internazzjonali bil-mod kif trattat lir-rifuġjati u lill-migranti. Fis-27 ta' Novembru 2015, il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa għamel dikjarazzjoni li r-reazzjoni tal-Ungerija għall-isfida tar-rifuġjati tmur kontra d-drittijiet tal-bniedem. Fil-21 ta' Diċembru 2015, il-Kummissarju Għoli tan-NU għar-Rifuġjati, il-Kunsill tal-Ewropa u l-Uffiċċju tal-OSKE għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem ħeġġew lill-Ungerija toqgħod lura minn politiki u prattiki li jippromwovu l-intolleranza u l-biża' u jkebbsu l-ksenofobija kontra r-rifuġjati u l-migranti. Fis-6 ta' Ġunju 2016, il-Kummissarju Għoli tan-NU għar-Rifuġjati esprima tħassib dwar in-numru dejjem jiżdied ta' allegazzjonijiet ta' abbuż, fl-Ungerija, min-naħa tal-awtoritajiet tal-fruntiera kontra l-persuni li jfittxu asil u l-migranti, u l-miżuri restrittivi usa' tal-fruntiera u leġiżlattivi, inkluż l-aċċess għall-proċeduri ta' asil. Fl-10 ta' April 2017, l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għar-Rifuġjati talab sospensjoni immedjata tat-trasferimenti ta' Dublin lejn l-Ungerija. Fl-2017, minn 3 397 applikazzjoni għall-għoti ta' protezzjoni internazzjonali magħmula fl-Ungerija, 2 880 applikazzjoni ġew miċħuda, jiġifieri rata ta' ċaħda ta' 69,1 %. Fl-2015, minn 480 appell ġudizzjarju relatati ma' applikazzjonijiet għall-għoti ta' protezzjoni internazzjonali, kien hemm 40 deċiżjoni pożittiva, jiġifieri 9 %. Fl-2016, minn 775 appell, 5 rriżultaw f'deċiżjoni pożittiva, jiġifieri 1 %, filwaqt li fl-2017 ma kien hemm ebda appell.
(63) L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta żar l-Ungerija f'Ottubru 2016 u f'Marzu 2017, minħabba t-tħassib tal-Uffiċjal li l-Aġenzija setgħet kienet qed topera taħt kundizzjonijiet li ma jimpenjawx ruħhom għar-rispett, il-protezzjoni u t-twettiq tad-drittijiet tal-persuni li jaqsmu l-fruntiera bejn l-Ungerija u s-Serbja, li jista' jpoġġi lill-Aġenzija f'sitwazzjonijiet li de facto jikkostitwixxu ksur tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali f'Marzu 2017 ikkonkluda li r-riskju ta' responsabilità kondiviża tal-Aġenzija fil-ksur tad-drittijiet fundamentali skont l-Artikolu 34 tar-Regolament Ewropew dwar il-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għadu għoli ħafna.
(64) Fit-3 ta' Lulju 2014, il-Grupp ta' Ħidma tan-NU dwar id-Detenzjoni Arbitrarja indika li s-sitwazzjoni ta' dawk li jfittxu l-asil u tal-migranti f'sitwazzjonijiet irregolari teħtieġ titjib robust u attenzjoni għall-iżgurar kontra l-privazzjoni arbitrarja tal-libertà. Tħassib simili dwar id-detenzjoni, b'mod partikolari tal-minorenni mhux akkumpanjati, kien kondiviż mill-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa fir-rapport li segwa ż-żjara tiegħu fl-Ungerija, li ġie ppubblikat fis-16 ta' Diċembru 2014. Bejn il-21 u s-27 ta' Ottubru 2015, il-Kumitat Ewropew għall-Prevenzjoni tat-Tortura u ta' Trattament jew Kastig Inuman jew Degradanti (CPT) żar l-Ungerija u fir-rapport tiegħu indika numru konsiderevoli ta' allegazzjonijiet minn ċittadini barranin (inklużi minorenni mhux akkumpanjati) li kienu suġġetti għal maltrattament fiżiku min-naħa ta' uffiċjali tal-pulizija u gwardji armati li jaħdmu fil-faċilitajiet ta' detenzjoni tal-immigrazzjoni u ta' dawk li jfittxu asil. Fis-7 ta' Marzu 2017, il-Kummissarju Għoli tan-NU għar-Rifuġjati esprima t-tħassib tiegħu dwar liġi ġdida li vvota fuqha l-Parlament Ungeriż li tipprevedi d-detenzjoni obbligatorja ta' dawk kollha li jfittxu l-asil, inkluż it-tfal, għat-tul kollu tal-proċedura ta' asil. Fit-8 ta' Marzu 2017, il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa ħareġ dikjarazzjoni li b'mod simili tesprimi t-tħassib tiegħu dwar dik il-liġi. Fil-31 ta' Marzu 2017, is-Sottokumitat tan-NU dwar il-Prevenzjoni tat-Tortura ħeġġeġ lill-Ungerija tindirizza immedjatament l-użu eċċessiv tad-detenzjoni u tesplora l-alternattivi.
(65) Fis-sentenza tagħha tal-5 ta' Lulju 2016, O.M. vs l-Ungerija, il-QEDB sabet li kien hemm ksur tad-dritt għal-libertà u għas-sigurtà fil-forma ta' detenzjoni li kienet prattikament arbitrarja. B'mod partikolari, l-awtoritajiet naqsu milli jeżerċitaw l-attenzjoni meta ordnaw id-detenzjoni tal-applikant, mingħajr ma qiesu sa liema punt l-individwi vulnerabbli – pereżempju persuni LGBT bħall-applikant – kienu sikuri jew mhux sikuri fil-kustodja fost persuni detenuti oħra, li ħafna minnhom kienu ġew minn pajjiżi bi preġudizzju kulturali jew reliġjuż mifrux kontra tali persuni. L-eżekuzzjoni ta' dik is-sentenza għadha pendenti.
(66) Bejn it-12 u s-16 ta' Ġunju 2017, ir-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-migrazzjoni u r-rifuġjati żar is-Serbja u żewġ żoni ta' tranżitu fl-Ungerija. Fir-rapport tiegħu, ir-Rappreżentant Speċjali ddikjara li l-pushbacks vjolenti ta' migranti u rifuġjati mill-Ungerija lejn is-Serbja jqajmu tħassib taħt l-Artikolu 2 (id-dritt għall-ħajja) u 3 (projbizzjoni tat-tortura) tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem. Ir-Rappreżentant Speċjali nnota wkoll li l-prattiki restrittivi tal-ammissjoni ta' persuni li jfittxlu l-asil fiż-żoni ta' tranżitu ta' Röszke u Tompa sikwit iġiegħlu lil dawk li jfittxlu l-asil ifittxu modi illegali kif jaqsmu l-fruntiera, u jirrikorru għand il-kuntrabandisti u t-traffikanti, bir-riskji kollha li dan jinvolvi. Huwa indika li l-proċeduri ta' asil, li jitwettqu fiż-żoni ta' transitu, m'għandhomx salvagwardji adegwati sabiex jipproteġu lill-persuni li jfittxu asil kontra r-refoulement lejn pajjiżi fejn jissograw li jkunu suġġetti għal trattament li jmur kontra l-Artikoli 2 u 3 tal-KEDB. Ir-Rappreżentant Speċjali kkonkluda li huwa meħtieġ li l-leġiżlazzjoni u l-prattiki Ungeriżi jinġiebu f'konformità mar-rekwiżiti tal-KEDB. Ir-Rappreżentant Speċjali għamel bosta rakkomandazzjonijiet, inkluża talba lill-awtoritajiet Ungeriżi biex jieħdu l-miżuri meħtieġa, fosthom billi jirrevedu l-qafas leġiżlattiv rilevanti u jibdlu l-prattiki rilevanti, biex jiżguraw li ċ-ċittadini barranin kollha li jaslu fil-fruntiera jew li jkunu fuq territorju Ungeriż ma jiġux skoraġġuti milli jagħmlu applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali. Bejn il-5 u s-7 ta' Lulju 2017, delegazzjoni tal-Kumitat ta' Lanzarote tal-Kunsill tal-Ewropa (il-Kumitat tal-Partijiet għall-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-protezzjoni tat-tfal kontra l-isfruttament u l-abbuż sesswali) żaret ukoll żewġ żoni ta' tranżitu u għamlet għadd ta' rakkomandazzjonijiet, inkluża talba biex il-persuni kollha taħt l-età ta' 18-il sena jiġu ttrattati bħala tfal mingħajr diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-età tagħhom, biex jiġi żgurat li t-tfal kollha taħt il-ġuriżdizzjoni Ungeriża jkunu protetti mill-isfruttament u l-abbuż sesswali, u biex b'mod sistematiku jitpoġġew fl-istituzzjonijiet regolari għall-protezzjoni tat-tfal sabiex jiġi prevenut l-isfruttament u l-abbuż sesswali possibbli kontrihom min-naħa tal-adulti u tal-adolexxenti fiż-żoni ta' tranżitu. Bejn it-18 u l-20 ta' Diċembru 2017, delegazzjoni tal-Grupp ta' Esperti tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-Azzjoni kontra t-Traffikar tal-Bnedmin (GRETA) żaret l-Ungerija, inklużi żewġ żoni ta' tranżitu, u kkonkludiet li żona ta' tranżitu, li effettivament hi post ta' ċaħda tal-libertà, ma tistax titqies bħala akkomodazzjoni xierqa u sikura għall-vittmi tat-traffikar. Hi talbet lill-awtoritajiet Ungeriżi biex jadottaw qafas legali għall-identifikazzjoni ta' vittmi tat-traffikar tal-bnedmin fost ċittadini ta' pajjiżi terzi li ma kinux residenti legalment u biex iżidu l-proċeduri għall-identifikazzjoni ta' vittmi ta' dan it-traffikar fost dawk li jfittxu asil u l-migranti irregolari. Mill-1 ta' Jannar 2018 ġew introdotti regolamenti addizzjonali li jiffavorixxu l-minorenni b'mod ġenerali u l-minorenni mhux akkumpanjati b'mod speċifiku; fost l-oħrajn, ġie żviluppat kurrikulu speċifiku għall-minorenni li jfittxu asil. L-ECRI semmiet fil-konklużjonijiet tagħha dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet fir-rigward tal-Ungerija, ippubblikati fil-15 ta' Mejju 2018, li filwaqt li tirrikonoxxi li l-Ungerija ħabbtet wiċċha ma' sfidi enormi wara l-wasliet massivi ta' migranti u rifuġjati, tħossha xxukkjata dwar il-miżuri li ttieħdu b'reazzjoni għal dan, u d-deterjorament serju fis-sitwazzjoni mill-ħames rapport tagħha. L-awtoritajiet għandhom, bħala kwistjoni ta' urġenza, itemmu d-detenzjoni fiż-żoni ta' tranżitu, partikolarment għall-familji bit-tfal u għall-minorenni mhux akkumpanjati kollha.
(67) F'nofs Awwissu 2018, l-awtoritajiet tal-immigrazzjoni ma baqgħux jagħtu l-ikel lil persuni li jfittxu asil adulti li kienu qed jikkontestaw id-deċiżjonijiet inammissibilità fil-qorti. Diversi persuni li jfittxu asil kellhom ifittxu miżuri interim mill-QEDB biex jibdew jirċievu l-ikel. Il-QEDB tat miżuri interim f’żewġ każijiet fl-10 ta' Awwissu 2018 u f'każ ieħor fis-16 ta' Awwissu 2018 u ordnat il-forniment tal-ikel lill-applikanti. L-awtoritajiet Ungeriżi kkonformaw mas-sentenzi.
(68) Fis-sentenza tagħha tal-14 ta' Marzu 2017, Ilias u Ahmed vs l-Ungerija, il-QEDB sabet li kien hemm ksur tad-dritt tal-applikanti għal-libertà u għas-sigurtà. Il-QEDB sabet ukoll li kien hemm ksur tal-projbizzjoni tat-trattament inuman jew degradanti fir-rigward tal-espulsjoni tal-applikanti lejn is-Serbja, kif ukoll ksur tad-dritt għal rimedju effettiv fir-rigward tal-kundizzjonijiet tad-detenzjoni fiż-żona ta' tranżitu ta' Röszke. Il-kawża attwalment tinsab pendenti quddiem l-Awla Manja tal-QEDB.
(69) Fl-14 ta' Marzu 2018, Ahmed H., Sirjan residenti f'Ċipru li kien ipprova jgħin lill-membri tal-familja tiegħu jaħarbu mis-Sirja u jaqsmu l-fruntiera bejn is-Serbja u l-Ungerija f'Settembru 2015, ġie kkundannat minn qorti Ungeriża għal 7 snin ħabs u 10 snin espulsjoni mill-pajjiż fuq akkużi ta' "atti terroristiċi", u dan iqajjem il-kwistjoni ta' implimentazzjoni xierqa tal-liġijiet kontra t-terroriżmu fl-Ungerija, kif ukoll tad-dritt għal proċess ġust;
(70) Fis-sentenza tagħha tas-6 ta' Settembru 2017 fil-Kawżi C-643/15 u C-647/15, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ċaħdet fl-intier tagħhom l-azzjonijiet imressqa mis-Slovakkja u l-Ungerija kontra l-mekkaniżmu proviżorju għar-rilokazzjoni obbligatorja tal-persuni li jfittxu l-asil skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1601. Madankollu, minn meta ngħatat dik is-sentenza, l-Ungerija ma kkonformatx mad-Deċiżjoni. Fis-7 ta' Diċembru 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li tressaq lir-Repubblika Ċeka, lill-Ungerija u lill-Polonja quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea minħabba n-nuqqas ta' konformità tagħhom mal-obbligi legali tagħhom fir-rigward tar-rilokazzjoni.
(71) Fis-7 ta' Diċembru 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li tmexxi bil-proċedura ta' ksur kontra l-Ungerija fir-rigward tal-leġiżlazzjoni tagħha dwar l-asil billi tibgħat opinjoni motivata. Il-Kummissjoni tqis li l-leġiżlazzjoni Ungeriża ma tikkonformax mad-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari mad-Direttivi 2013/32/UE(15), 2008/115/KE(16) u 2013/33/UE(17) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u bosta dispożizzjonijiet tal-Karta. Fid-19 ta' Lulju 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li tirreferi l-Ungerija quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja għal nuqqas ta' konformità tal-leġiżlazzjoni tagħha dwar l-asil u r-ritorn mad-dritt tal-Unjoni.
(72) Fl-osservazzjonijiet konklużivi tiegħu tal-5 ta' April 2018, il-Kumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU esprima tħassib li l-liġi Ungeriża adottata f'Marzu 2017, li tippermetti t-trasferiment awtomatiku lejn żoni ta' tranżitu tal-applikanti kollha għal asil matul il-perjodu tal-proċedura ta' asil tagħhom, bl-eċċezzjoni ta' tfal mhux akkumpanjati identifikati li jkunu taħt l-età ta' 14-il sena, ma tissodisfax l-istandards legali b'riżultat tal-perjodu twil u indefinit ta' reklużjoni permess, in-nuqqas ta' kwalunkwe rekwiżit legali biex jiġu analizzati b'ħeffa l-kundizzjonijiet speċifiċi ta' kull persuna milquta, u n-nuqqas ta' salvagwardji proċedurali biex jiġi kkontestat b'mod sinifikattiv it-trasferiment lejn iż-żoni ta' tranżitu. Il-Kumitat kien partikolarment imħasseb dwar ir-rapporti tal-użu estensiv ta' detenzjoni awtomatika tal-immigranti fil-faċilitajiet ta' akkoljenza fl-Ungerija u kien imħasseb li r-restrizzjonijiet fuq il-libertà personali ntużaw bħala deterrent ġenerali kontra d-dħul illegali, aktar milli bħala reazzjoni għad-determinazzjoni individwalizzata tar-riskju. Barra minn hekk, il-Kumitat kien imħasseb dwar l-allegazzjonijiet ta' kundizzjonijiet ħżiena f'xi faċilitajiet tad-detenzjoni. Innota bi tħassib il-liġi tal-push-back, li ġiet introdotta l-ewwel darba f'Ġunju 2016, li tippermetti l-espulsjoni sommarja mill-pulizija ta' kull min jaqsam il-fruntiera b'mod irregolari u jkun ġie detenut fit-territorju Ungeriż f'distanza ta' mhux aktar minn 8 kilometri mill-fruntiera, li sussegwentement ġiet estiża għat-territorju kollu tal-Ungerija, u d-digriet 191/2015 li jiddeżinja lis-Serbja bħala "pajjiż terz sikur" u b'hekk jippermetti l-push-backs fil-fruntiera tal-Ungerija mas-Serbja. Il-Kumitat innota bi tħassib ir-rapporti li l-push-backs ġew applikati b'mod indiskriminat u li l-persuni suġġetti għal din il-miżura għandhom opportunità limitata ħafna biex jissottomettu applikazzjoni għal asil jew dritt ta' appell. Innota wkoll, bi tħassib, rapporti ta' espulsjonijiet kollettivi u vjolenti, inklużi allegazzjonijiet ta' swat qawwi, attakki mill-klieb tal-pulizija u sparar bil-balal tal-lasktu, li wasslu għal ferimenti serji u, mill-inqas f'każ wieħed, fit-telf tal-ħajja ta' persuna li kienet qed tfittex asil. Kien imħasseb ukoll dwar rapporti li l-valutazzjoni tal-età tat-tfal li jfittxu asil u tal-minorenni mhux akkumpanjati mwettqa fiż-żoni ta' tranżitu mhijiex adegwata u tiddependi ħafna fuq l-eżami viżiv minn espert u mhix preċiża, u dwar rapporti li jallegaw in-nuqqas ta' aċċess adegwat minn dawn il-persuni li jfittxu asil għall-edukazzjoni, għas-servizzi soċjali u psikoloġiċi u għall-għajnuna legali. Skont il-proposta l-ġdida għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi proċedura komuni għall-protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni u li jħassar id-Direttiva 2013/32/UE, il-valutazzjoni medika tal-età medika se tkun miżura tal-aħħar għażla.
Id-drittijiet ekonomiċi u soċjali
(73) Fil-15 ta' Frar 2012 u l-11 ta' Diċembru 2012, ir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-faqar estrem u d-drittijiet tal-bniedem u r-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-dritt għal abitazzjoni xierqa stiednu lill-Ungerija terġa' tikkunsidra l-leġiżlazzjoni li tippermetti lill-awtoritajiet lokali jippenalizzaw il-kundizzjoni ta' persuna mingħajr dar u tirrispetta d-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali li ddekriminalizzat il-kundizzjoni ta' persuna mingħajr dar. Fir-rapport tiegħu wara ż-żjara tiegħu fl-Ungerija, li ġie ppubblikat fis-16 ta' Diċembru 2014, il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa indika t-tħassib tiegħu dwar miżuri meħuda biex jipprojbixxu l-irqad fit-toroq u l-kostruzzjoni ta' griebeċ, li ġew deskritti b'mod wiesa' bħala l-kriminalizzazzjoni tal-kundizzjoni ta' persuna mingħajr dar fil-prattika. Il-Kummissarju ħeġġeġ lill-awtoritajiet Ungeriżi jinvestigaw il-każijiet irrapportati ta' evizzjonijiet furzati mingħajr soluzzjonijiet alternattivi u ta' tfal meħuda minn mal-familji tagħhom għal raġunijiet ta' kundizzjonijiet soċjoekonomiċi ħżiena. Fl-osservazzjonijiet konklużivi tiegħu tal-5 ta' April 2018, il-Kumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU esprima tħassib dwar il-leġiżlazzjoni tal-istat u lokali, ibbażata fuq ir-Raba' Emenda għal-Liġi Fundamentali, li tiddeżinja l-projbizzjoni tal-irqad barra f'ħafna żoni pubbliċi, u għaldaqstant fir-realtà tikkastiga l-kundizzjoni ta' persuni mingħajr dar. Fl-20 ta' Ġunju 2018, il-Parlament Ungeriż adotta s-Seba' emenda għal-liġi Fundamentali li tipprojbixxi r-residenza abitwali fi spazju pubbliku. Fl-istess jum, ir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar abitazzjoni xierqa ddikjarat li l-mossa tal-Ungerija biex tikkriminalizza l-kundizzjoni ta' persuni bla dar kienet krudili u inkompatibbli mad-dritt internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem.
(74) Il-Konklużjonijiet tal-2017 tal-Kumitat Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jiddikjaraw li l-Ungerija mhix konformi mal-Karta Soċjali Ewropea għar-raġuni li dawk li jaħdmu għal rashom u l-ħaddiema domestiċi, kif ukoll kategoriji oħra ta' ħaddiema, mhumiex protetti mir-regolamenti dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali, li l-miżuri meħuda biex inaqqsu l-mortalità materna ma kinux biżżejjed, li l-ammont minimu tal-pensjoni tax-xjuħija huwa inadegwat, li l-ammont minimu tal-benefiċċji għall-persuni li qed ifittxu impjieg huwa inadegwat, li l-perjodu massimu ta' ħlas tal-benefiċċji lill-persuni li qed ifittxu impjieg huwa qasir wisq u li l-ammont minimu ta' benefiċċji għar-riabilitazzjoni u l-invalidità, f'ċerti każijiet, huwa inadegwat. Il-Kumitat ikkonkluda wkoll li l-Ungerija mhijiex konformi mal-Karta Soċjali Ewropea għax il-livell ta' assistenza soċjali mħallsa lil persuna waħedha mingħajr riżorsi, inklużi l-persuni anzjani, mhuwiex adegwat, l-aċċess ugwali għas-servizzi soċjali mhux garantit għaċ-ċittadini residenti legalment tal-Istati Parti kollha u għax ma ġiex stabbilit li hemm provvista adegwata ta' abitazzjoni għall-familji vulnerabbli. Fir-rigward tad-drittijiet tat-trade unions, il-Kumitat iddikjara li d-dritt tal-ħaddiema għal-liv imħallas mhuwiex iggarantit biżżejjed, li ma ttieħdet l-ebda miżura ta' promozzjoni favur il-konklużjoni ta' ftehimiet kollettivi, waqt li l-protezzjoni tal-ħaddiema bi ftehimiet kollettivi tali hija dgħajfa fl-Ungerija, u li fis-servizz pubbliku d-dritt li wieħed isejjaħ strajk huwa riżervat għat-trade unions li huma parti mill-ftehim konkluż mal-Gvern; il-kriterji wżati biex jiġu ddefiniti l-impjegati pubbliċi li huma mċaħħda mid-dritt tal-istrajk imorru lil hinn mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Karta; it-trade unions tas-servizz pubbliku jistgħu jsejħu strajk biss jekk tapprovah il-maġġoranza tal-persunal ikkonċernat.
(75) L-istrajkijiet fl-Ungerija kienu magħmula illegali fil-prinċipju, sa minn Diċembru 2010, meta l-gvern ta' Victor Orban għadda emenda għall-hekk imsejjaħ Att dwar l-istrajkijiet. It-tibdil ifisser li l-istrajkijiet, fil-prinċipju, se jkunu permessi f'kumpaniji assoċjati mal-amministrazzjoni tal-gvern permezz tal-kuntratti tas-servizz pubbliku. L-emenda ma tapplikax għal gruppi professjonali li sempliċement m'għandhomx dritt tali, bħas-sewwieqa tal-ferroviji, l-uffiċjali tal-pulizija, persunal mediku u l-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru. Il-problema qiegħda band'oħra, prinċipalment fil-perċentwal tal-impjegati li jeħtiġilhom jieħdu sehem fir-referendum tal-istrajk, biex isir importanti – sa 70 %. Imbagħad id-deċiżjoni dwar il-legalità tal-istrajk se tittieħed minn tribunal industrijali li huwa kompletament sottomess għall-istat. Fl-2011, ġew ippreżentati disa' applikazzjonijiet għal permessi ta' strajkijiet. F'seba' każijiet, dawn l-applikazzjonijiet ġew miċħuda mingħajr raġuni; tnejn minnhom ġew ipproċessati, iżda kien impossibbli li tinħareġ deċiżjoni.
(76) Ir-rapport tal-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal dwar "Concluding observations on the combined third, fourth and fifth periodic reports of Hungary" (Osservazzjonijiet konklużivi dwar it-tielet, ir-raba' u l-ħames rapporti perjodiċi kombinati tal-Ungerija), ippubblikat fl-14 ta' Ottubru 2014, esprima tħassib rigward għadd dejjem jiżdied ta' każijiet fejn it-tfal qed jittieħdu mill-familja tagħhom minħabba kundizzjoni soċjoekonomika ħażina. Il-ġenituri jistgħu jitilfu t-tifel jew tifla tagħhom minħabba l-qgħad, nuqqas ta' abitazzjoni soċjali, u nuqqas ta' spazju fl-istituzzjonijiet ta' abitazzjoni temporanja. Abbażi ta' studju miċ-Ċentru Ewropew għad-Drittijiet tar-Rom, din il-prattika tolqot b'mod sproporzjonat lill-familji u t-tfal Rom.
(77) Fir-Rakkomandazzjoni tagħha tat-23 ta' Mejju 2018 għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Riforma Nazzjonali tal-Ungerija 2018 u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Konverġenza tal-Ungerija 2018, il-Kummissjoni indikat li l-proporzjon ta' persuni f'riskju ta' faqar u ta’ esklużjoni soċjali fl-2016 naqas għal 26,3 %, iżda xorta għadu ogħla mill-medja tal-Unjoni; it-tfal b'mod ġenerali huma iktar esposti għall-faqar minn gruppi ta' età oħrajn. Il-livell ta' benefiċċji tal-introjtu minimu huwa anqas minn 50 % tas-soll tal-faqar għal unità domestika b'membru wieħed, li jagħmlu fost l-iktar baxx fl-Unjoni. L-adegwatezza tal-benefiċċji tal-qgħad hija baxxa ħafna: id-durata massima ta' 3 xhur hija l-iqsar waħda fl-Unjoni u tirrappreżenta biss madwar kwart tal-ħin medju meħtieġ biex persuna ssib impjieg. Barra minn hekk, il-livelli ta' pagament huma fost l-iktar baxxi fl-UE. Il-Kummissjoni rrakkomandat li l-adegwatezza u l-kopertura tal-assistenza soċjali u l-benefiċċji tal-qgħad jittejbu.
(78) Fi [...] 2018, il-Kunsill sema' lill-Ungerija skont l-Artikolu 7(1) tat-TUE.
(79) Għal dawk ir-raġunijiet, għandu jiġi determinat, skont l-Artikolu 7(1) tat-TUE, li jeżisti riskju ċar ta' ksur serju, min-naħa tal-Ungerija, tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2 tat-TUE,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Jeżisti riskju ċar ta' ksur serju min-naħa tal-Ungerija tal-valuri li fuqhom hija msejsa l-Unjoni.
Artikolu 2
Il-Kunsill jirrakkomanda li l-Ungerija tieħu l-azzjonijiet li ġejjin fi żmien tliet xhur minn notifika ta' din id-Deċiżjoni: [...]
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi [...] jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
Id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23).
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (l-għaxar Direttiva partikolari fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 348, 28.11.1992, p. 1).
Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/ĠAI tat-28 ta' Novembru 2008 dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta' razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 328, 6.12.2008, p. 55).
Id-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 60).
Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98).
Id-Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 96).
Sistemi ta' armi awtonomi
126k
51k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2018 dwar sistemi ta' armi awtonomi (2018/2752(RSP))
– wara li kkunsidra t-Titolu V, l-Artikoli 21 u 21(2)(c) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra "l-klawsola Martens" inkluża fil-Protokoll 1 tal-1977 addizzjonali għall-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra,
– wara li kkunsidra l-Parti IV tal-Aġenda 2018 tan-NU għad-Diżarm, intitolata "Securing Our Common Future" (Niżguraw il-Futur Komuni Tagħna),
– wara li kkunsidra l-istudju tiegħu tat-3 ta' Mejju 2013 dwar l-implikazzjonijiet għad-drittijiet tal-bniedem mill-użu ta' drones u ta' robots awtonomi fil-gwerer,
– wara li kkunsidra d-diversi pożizzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u riżoluzzjonijiet tiegħu li jagħmlu sejħa għall-projbizzjoni ta' sistemi ta' armi awtonomi letali (LAWS), bħar-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2018 dwar it-73 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti(1), il-mandat biex jinbdew negozjati adottat fil-plenarja fit-13 ta' Marzu 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm Ewropew għall-Iżvilupp Industrijali fil-Qasam tad-Difiża, ir-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2017 dwar ir-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja 2016 u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni(2), ir-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2016 dwar il-71 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti(3), u r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Frar 2014 dwar drones armati(4),
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar l-eżekuzzjonijiet extraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, Christof Heyns, tad-9 ta' April 2013 (A/HRC/23/47),
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-UE dwar is-Sistemi ta' Armi Awtonomi Letali (LAWS) li saru lill-Grupp ta' Esperti Governattivi tal-partijiet fil-Konvenzjoni dwar Ċerti Armi Konvenzjonali f'Ġinevra, fil-laqgħat tiegħu tat-13 sas-17 ta' Novembru 2017, tad-9 sat-13 ta' April 2018 u tas-27 sal-31 ta' Awwissu 2018,
– wara li kkunsidra l-kontributi li saru minn Stati differenti, inkluż mill-Istati Membri tal-UE, qabel il-laqgħat tal-2017 u tal-2018 tal-Grupp ta' Esperti Governattivi,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-31 ta' Mejju 2017 li ssejjaħ għal approċċ "bniedem fil-kmand" għall-intelliġenza artifiċjali u għal projbizzjoni ta' sistemi ta' armi awtonomi letali,
– wara li kkunsidra s-sejħa mis-Santa Sede għal projbizzjoni ta' armi awtonomi letali,
– wara li kkunsidra l-ittra miftuħa ta' Lulju 2015 iffirmata minn aktar minn 3 000 riċerkatur tal-intelliġenza artifiċjali u tar-robotika u dik tal-21 ta' Awwissu 2017 iffirmata minn 116-il fundatur ta' kumpaniji ewlenin tar-robotika u tal-intelliġenza artifiċjali li jwissu dwar sistemi ta' armi awtonomi letali, u l-ittra minn 240 organizzazzjoni tat-teknoloġija u 3 089 individwu li jimpenjaw ruħhom li qatt ma jiżviluppaw, jipproduċu jew jużaw sistemi ta' armi awtonomi letali,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar u l-inizjattivi tas-soċjetà ċivili, bħall-Kampanja għal Tmiem tar-Robots Letali, li tirrappreżenta 70 organizzazzjoni, fosthom Human Rights Watch, Article 36, PAX u Amnesty International, minn 30 pajjiż,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-politiki u l-azzjonijiet tal-UE huma ggwidati mill-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem u mir-rispett tad-dinjità tal-bniedem, mill-prinċipji tal-Karta tan-NU u mid-dritt internazzjonali; billi dawn il-prinċipji għandhom jiġu applikati sabiex titħares il-paċi, jiġu evitati l-kunflitti u tissaħħaħ is-sigurtà internazzjonali;
B. billi t-terminu "sistemi ta' armi awtonomi letali" jirreferi għal sistemi ta' armi bla kontroll sinifikanti mill-bniedem fuq il-funzjonijiet kritiċi tal-għażla tal-objettivi individwali u tal-attakk fuqhom;
C. billi huwa rrappurtat li għadd mhux magħruf ta' pajjiżi, industriji b'finanzjament pubbliku u industriji privati qed jirriċerkaw u jiżviluppaw sistemi ta' armi awtonomi letali, minn missili li kapaċi jagħżlu objettivi selettivament sa magni li jitgħallmu mogħnija b'ħiliet konjittivi biex jiddeċiedu kontra min, meta u fejn jiġġieldu;
D. billi sistemi mhux awtonomi bħal sistemi awtomatizzati, dawk imħaddma mill-bogħod u dawk teleoperati ma għandhomx jitqiesu bħala sistemi ta' armi awtonomi letali;
E. billi s-sistemi ta' armi awtonomi letali għandhom il-potenzjal li jibdlu l-gwerer b'mod fundamentali billi jagħtu lok għal tellieqa tal-armi mingħajr preċedent u mingħajr kontroll;
F. billi l-użu ta' sistemi ta' armi awtonomi letali jqajjem mistoqsijiet etiċi u legali fundamentali dwar il-kontroll mill-bniedem, b'mod partikolari rigward funzjonijiet ta' importanza kritika, bħall-għażla tal-objettivi individwali u l-attakk fuqhom; billi l-magni u r-robots ma jistgħux jieħdu deċiżjonijiet bħal dawk li jieħdu l-bnedmin, li jinvolvu l-prinċipji legali ta' distinzjoni, proporzjonalità u prekawzjoni;
G. billi l-involviment tal-bniedem u s-superviżjoni umana huma fundamentali għat-teħid ta' deċiżjonijiet letali, peress li huma l-bnedmin li jibqgħu responsabbli għad-deċiżjonijiet fuq il-ħajja u l-mewt;
H. billi d-dritt internazzjonali, inklużi d-dritt umanitarju internazzjonali u dak dwar id-drittijiet tal-bniedem, japplika bis-sħiħ għas-sistemi ta' armi kollha u għall-operaturi tagħhom, u billi l-konformità mad-dritt internazzjonali hija rekwiżit fundamentali li l-istati jeħtiġilhom jissodisfaw, b'mod partikolari rigward ir-rispett ta' prinċipji bħall-protezzjoni tal-popolazzjoni ċivili jew it-teħid ta' prekawzjonijiet fl-attakki;
I. billi l-użu ta' sistemi ta' armi awtonomi letali jqajjem mistoqsijiet ċentrali dwar l-applikabbiltà tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, tad-dritt umanitarju internazzjonali u tan-normi u tal-valuri Ewropej fir-rigward ta' azzjonijiet militari futuri;
J. billi, f'Awwissu 2017, 116-il fundatur ta' kumpaniji internazzjonali ewlenin tar-robotika u tal-intelliġenza artifiċjali bagħtu ittra miftuħa lin-NU, li fiha talbu li l-gvernijiet "jipprevjenu t-tellieqa tal-armi f'dawn l-armamenti" u "jevitaw l-effetti destabilizzanti ta' dawn it-teknoloġiji";
K. billi kwalunkwe sistema ta' armi awtonomi letali tista' taħdem ħażin minħabba żball fil-programm jew minħabba attakk ċibernetiku mwettaq minn stat għadu jew minn attur mhux statali;
L. billi l-Parlament Ewropew ripetutament talab li tiġi żviluppata u adottata b'urġenza pożizzjoni komuni dwar is-sistemi ta' armi awtonomi letali, għal projbizzjoni internazzjonali tal-iżvilupp, il-produzzjoni u l-użu ta' sistemi ta' armi awtonomi letali li jippermettu li jitwettqu attakki mingħajr kontroll sinifikanti mill-bniedem, kif ukoll li jinbdew negozjati effettivi għall-projbizzjoni tagħhom;
1. Ifakkar fl-ambizzjoni tal-UE li tkun attur globali għall-paċi, u jitlob li r-rwol tagħha fl-isforzi globali ta' diżarm u nonproliferazzjoni jitwessa', u li l-azzjonijiet u l-politiki tagħha jaħdmu favur iż-żamma tal-paċi u tas-sigurtà internazzjonali, filwaqt li jiżguraw ir-rispett tad-dritt umanitarju internazzjonali u tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll il-protezzjoni taċ-ċivili u tal-infrastruttura ċivili;
2. Jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ), lill-Istati Membri u lill-Kunsill Ewropew biex jiżviluppaw u jadottaw, b'urġenza u qabel il-laqgħa ta' Novembru 2018 tal-Partijiet Kontraenti Għolja għall-Konvenzjoni dwar Ċerti Armi Konvenzjonali, pożizzjoni komuni dwar is-sistemi ta' armi awtonomi letali li tiżgura kontroll sinifikanti mill-bniedem fuq il-funzjonijiet kritiċi tas-sistemi tal-armi, inkluż waqt l-iskjerament, u jitlobhom jitkellmu b'leħen wieħed fil-fora rilevanti u jaġixxu skont dan; jistieden f'dan il-kuntest, lill-VP/RGħ, lill-Istati Membri u lill-Kunsill biex jaqsmu l-aħjar prattiki u jiksbu kontributi mingħand esperti, akkademiċi u s-soċjetà ċivili;
3. Iħeġġeġ lill-VP/RGħ, lill-Istati membri u lill-Kunsill biex jaħdmu favur il-ftuħ ta' negozjati internazzjonali dwar strument vinkolanti li jipprojbixxi sistemi ta' armi awtonomi letali;
4. Jenfasizza, fid-dawl ta' dan, l-importanza fundamentali li ma jitħallewx isiru żvilupp u produzzjoni ta' kwalunkwe sistema ta' armi awtonomi letali li ma jkollhiex kontroll mill-bniedem fuq funzjonijiet kritiċi bħall-għażla tal-objettivi individwali u l-attakk fuqhom;
5. Ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2018 rigward ir-Regolament dwar l-Iżvilupp Industrijali Ewropew tad-Difiża, b'mod partikolari l-paragrafu 4 tal-Artikolu 6 (azzjonijiet eliġibbli), u jenfasizza r-rieda tiegħu li jadotta pożizzjoni simili fil-kuntest tal-programm ta' riċerka tad-difiża li ġej, il-programm ta' żvilupp fl-industrija tad-difiża u karatteristiċi rilevanti oħra tal-Fond Ewropew għad-Difiża ta' wara l-2020;
6. Jissottolinja l-fatt li l-ebda arma jew sistema ta' armi mħaddma bħalissa mill-forzi tal-UE mhija sistema ta' armi awtonomi letali; ifakkar li l-armi u s-sistemi ta' armi ddisinjati speċifikament biex jiddefendu pjattaformi, forzi u popolazzjonijiet proprji kontra theddidiet dinamiċi ħafna bħal missili, munizzjonijiet u inġenji tal-ajru ostili ma jitqisux bħala sistemi ta' armi awtonomi letali; jenfasizza li deċiżjonijiet ta' attakk fuq inġenji tal-ajru bi bnedmin abbord għandhom jittieħdu minn operaturi umani;
7. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lin-Nazzjonijiet Uniti u lis-Segretarju Ġenerali tan-NATO.
– wara li kkunsidra d-dokument bit-titlu "Shared Vision, Common Action: A Stronger Europe – A Global Strategy for the European Union's Foreign and Security Policy" (Viżjoni Kondiviża, Azzjoni Komuni: Ewropa Aktar b'Saħħitha – Strateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni Ewropea), ippreżentat mill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika Soċjali (VP/RGħ) fit-28 ta' Ġunju 2016 u l-Komunikazzjoni Konġunta tal-Kummissjoni u tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) tas-7 ta' Ġunju 2017 dwar Approċċ Strateġiku għar-Reżiljenza fl-azzjoni esterna tal-UE (JOIN(2017)0021),
– wara li kkunsidra l-eżiti tas-Summits UE-Stati Uniti li saru fit-28 ta' Novembru 2011 f'Washington, D.C., u fis-26 ta' Marzu 2014 fi Brussell,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet konġunti tad-79 Laqgħa Interparlamentari tad-Djalogu Trans-Atlantiku bejn il-Leġiżlaturi (TLD) li saret fit-28 u fid-29 ta' Novembru 2016 f'Washington, D.C., tat-80 TLD li saret fit-2 u fit-3 ta' Ġunju 2017 fil-Belt Valletta, tal-81 TLD li saret fil-5 ta' Diċembru 2017 f'Washington, D.C., u tat-82 TLD li saret fit-30 ta' Ġunju 2018 f'Sofija, il-Bulgarija,
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummisssjoni tat-28 ta' April 2015 bit-titolu "L-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà" (COM(2015)0185),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tas-6 ta' April 2016 bit-titolu ''Qafas konġunt biex jiġi miġġieled it-theddid ibridu: reazzjoni tal-Unjoni Ewropea" (JOIN(2016)0018),
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Presidenti tal-Kunsill Ewropew u tal-Kummissjoni u tas-Segretarju Ġenerali tan-NATO tat-8 ta' Lulju 2016 dwar il-ġabra komuni ta' proposti approvati mill-Kunsill tal-UE u mill-Kunsill tan-NATO fil-5 u fis-6 ta' Diċembru 2016, u r-rapporti ta' progress dwar l-implimentazzjoni tagħhom fl-14 ta' Ġunju 2017 u fil-5 ta' Diċembru 2017,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni konġunta tal-UE u tan-NATO tal-2016,
– wara li kkunsidra l-Istrateġija ta' Sigurtà Nazzjonali tal-Istati Uniti tat-18 ta' Diċembru 2017 u l-Istrateġija ta' Difiża Nazzjonali tal-Istati Uniti tad-19 ta' Jannar 2018,
– wara li kkunsidra l-European Reassurance Initiative,
– wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni għad-Diplomazija tal-UE dwar il-Klima adottat fl-2015 mill-Kunsill Affarijiet Barranin,
– wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Pariġi, Deċiżjoni 1/CP.21, il-21 Konferenza tal-Partijiet (COP21) tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), kif ukoll il-11-il Konferenza tal-Partijiet li serviet bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kyoto (CMP11) li saret f'Pariġi mit-30 ta' Novembru sal-11 ta' Diċembru 2015,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2271/96 tat-22 ta' Novembru 1996 li jipproteġi kontra l-effetti tal-applikazzjoni estraterritorjali tal-leġiżlazzjoni adottata minn pajjiż terz, u l-azzjonijiet ibbażati fuqha jew li jirriżultaw minnha(1),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2018 dwar ir-rwol tar-reġjuni u l-bliet tal-UE fl-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi tas-COP 21 dwar it-tibdil fil-klima, b'mod partikolari l-paragrafu 13(2) tagħha,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-relazzjonijiet trans-Atlantiċi, b'mod partikolari r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Ġunju 2006 dwar it-titjib tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Istati Uniti fil-qafas ta' Ftehim ta' Sħubija Trans-Atlantika(3), ir-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Marzu 2009 dwar l-istat tar-relazzjonijiet Trans-Atlantiċi wara l-elezzjonijiet fl-Istati Uniti(4), ir-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Novembru 2011 dwar is-Summit bejn l-UE u l-USA tat-28 ta' Novembru 2011(5), u r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rwol tal-UE fil-promozzjoni ta' Sħubija Trans-Atlantika usa'(6),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Novembru 2016 dwar l-Unjoni Ewropea tad-Difiża(7),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2017 dwar l-implimentazzjoni tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK)(8),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2017 dwar l-implimentazzjoni tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK)(9),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Frar 2018 dwar is-sitwazzjoni tal-UNRWA(10),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0251/2018),
A. billi s-sħubija bejn l-UE u l-Istati Uniti hija bbażata fuq rabtiet politiċi, kulturali, ekonomiċi u storiċi b'saħħithom, fuq valuri komuni bħal-libertà, id-demokrazija, il-promozzjoni tal-paċi u l-istabbiltà, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, u fuq għanijiet komuni, bħall-prosperità, is-sigurtà, l-ekonomiji miftuħa u integrati, il-progress soċjali u l-inklużività, l-iżvilupp sostenibbli u s-soluzzjoni paċifika tal-kunflitti, u billi kemm l-Istati Uniti kif ukoll l-UE huma demokraziji mibnija fuq l-istat tad-dritt b'sistemi ta' ekwilibriju ta' setgħat li jiffunzjonaw; billi din is-sħubija qiegħda taffaċċja għadd importanti ta' sfidi u tfixkil fit-terminu qasir, iżda li l-prinċipji fundamentali fit-tul għadhom b'saħħithom u l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti, bħala sħab tal-istess fehma, għadha kruċjali;
B. billi l-UE u l-Istati Uniti, filwaqt li jibnu fuq il-bażi soda tal-valuri komuni u l-prinċipji kondiviżi tagħhom, għandhom jesploraw modi alternattivi biex isaħħu r-relazzjoni trans-Atlantika u jirrispondu b'mod effikaċi għall-isfidi importanti li qed naffaċċjaw billi jużaw il-kanali ta' komunikazzjoni disponibbli kollha; billi bħala leġiżlaturi, il-Kungress tal-Istati Uniti u l-Parlament Ewropew għandhom rwol importanti u influwenti fid-demokraziji tagħna u għandhom jużaw il-potenzjal sħiħ tal-kooperazzjoni tagħhom biex jippreservaw l-ordni demokratiku, liberali u multilaterali u jippromwovu l-istabbiltà u l-kontinwità fil-kontinent tagħna u fid-dinja;
C. billi f'dinja globali, kumplessa u dejjem aktar multipolari, l-UE u l-Istati Uniti jrid ikollhom rwoli ta' protagonisti, li jkunu essenzjali u kostruttivi billi jsaħħu u jirrispettaw id-dritt internazzjonali, jippromwovu u jipproteġu d-drittijiet u l-prinċipji fundamentali, u jindirizzaw b'mod konġunt il-kunflitti reġjonali u l-isfidi globali;
D. billi l-UE u l-Istati Uniti qegħdin jaffaċċjaw żmien ta' tibdil ġeopolitiku u jridu jsibu tarf theddidiet kumplessi, kemm konvenzjonali kif ukoll ibridi, minn atturi statali u mhux statali li ġejjin min-Nofsinhar u mil-Lvant; billi l-attakki ċibernetiċi qegħdin isiru dejjem aktar komuni u sofistikati, u l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti permezz tan-NATO tista' tikkomplementa l-isforzi taż-żewġ partijiet u tipproteġi l-istrutturi governattivi tad-difiża u strutturi ta' informazzjoni oħra; billi dawn it-theddidiet jirrikjedu kooperazzjoni internazzjonali biex jiġu indirizzati;
E. billi l-UE tirrikonoxxi l-appoġġ militari kontinwu tal-Istati Uniti biex jiżgura s-sigurtà u d-difiża tal-UE, u billi l-UE hija grata lejn l-Amerikani kollha li ssagrifikaw ħajjithom biex jiggarantixxu s-sigurtà fl-Ewropa fil-kunflitti fil-Kosovo u l-Bożnija; billi l-UE bħalissa qiegħda tfittex li tiggarantixxi s-sigurtà tagħha stess billi tibni awtonomija strateġika akbar;
F. billi l-Istati Uniti ddeċidiet li tnaqqas il-baġit tagħha għaż-żamma tal-paċi fi ħdan in-NU b'USD 600 miljun;
G. billi politika barranija aktar imprevedibbli tal-Istati Uniti qiegħda toħloq inċertezza akbar fir-relazzjonijiet internazzjonali u tista' tħalli lok biex atturi oħra jsiru aktar influwenti fix-xena globali, bħaċ-Ċina, li l-influwenza politika u ekonomika tagħha qiegħda tikber mad-dinja kollha; billi bosta pajjiżi ewlenin fl-Asja, li qabel kienu qrib tal-Istati Uniti, illum qegħdin idawru ħarsithom lejn iċ-Ċina;
H. billi l-UE tibqa' impenjata bis-sħiħ favur il-multilateraliżmu u l-promozzjoni tal-valuri kondiviżi, inkluż id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem; billi ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli huwa ta' benefiċċju kemm għall-Istati Uniti kif ukoll għall-UE; billi, f'dan ir-rigward, huwa ta' importanza fundamentali li l-UE u l-Istati Uniti jaġixxu flimkien u f'sinerġija b'appoġġ għal ordni bbażat fuq ir-regoli li jkun iggarantit minn organizzazzjonijiet sovranazzjonali u istituzzjonijiet internazzjonali b'saħħithom, kredibbli u effikaċi;
I. billi s-sħubija bejn l-Istati Uniti u l-Ewropa kienet essenzjali għall-ordni globali fl-oqsma tal-ekonomija, tal-politika u tas-sigurtà għal aktar minn seba' deċennji; billi r-relazzjoni trans-Atlantika qiegħda taffaċċja ħafna sfidi u mill-elezzjoni tal-President Trump qiegħda tkun dejjem aktar taħt pressjoni fuq diversi kwistjonijiet;
J. billi, bħala parti mill-Istrateġija Globali tal-UE, il-politika dwar it-tibdil fil-klima ġiet integrata fil-politika estera u ta' sigurtà, u ssaħħu r-rabtiet bejn l-enerġija u l-klima, is-sigurtà, l-għanijiet tal-iżvilupp, u l-migrazzjoni, kif ukoll il-kummerċ ġust u liberu;
K. billi l-UE tibqa' impenjata bis-sħiħ favur sistema kummerċjali multilaterali bbażata fuq ir-regoli, miftuħa u mhux diskriminatorja; billi d-WTO hija fil-qalba tas-sistema tal-kummerċ globali bħala l-unika istituzzjoni li tista' tiżgura kundizzjonijiet ekwi ġenwini;
L. billi kemm l-Istati Uniti kif ukoll l-UE għandhom jappoġġaw l-aspirazzjonijiet tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent biex jingħaqdu mal-komunità trans-Atlantika; billi flimkien mal-impenn imsaħħaħ tal-UE, l-impenn kontinwu tal-Istati Uniti huwa kruċjali f'dan ir-rigward;
M. billi l-UE għandha responsabbiltà dejjem akbar biex tagħti kont ta' għemilha fil-qasam tas-sigurtà tagħha, f'ambjent strateġiku li mar drastikament għall-agħar b'mod f'dawn l-aħħar snin;
N. billi s-sigurtà Ewropea hija bbażata fuq l-ambizzjoni ta' awtonomija strateġika komuni, kif rikonoxxuta f'Ġunju 2016 mit-28 Kap ta' Stat u Gvern fl-Istrateġija Globali tal-Unjoni Ewropea;
Qafas ġenerali bbażat fuq il-valuri kondiviżi
1. Ifakkar u jinsisti li s-sħubija u l-alleanza li għandhom minn żmien ilu l-UE u l-Istati Uniti hija bbażata, u għandha tkun ibbażata, fuq il-kondiviżjoni u l-promozzjoni b'mod konġunt ta' valuri komuni inklużi l-libertà, l-istat tad-dritt, il-paċi, id-demokrazija, l-ugwaljanza, il-multilateraliżmu bbażat fuq ir-regoli, l-ekonomija tas-suq, il-ġustizzja soċjali, l-iżvilupp sostenibbli u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tal-minoranzi, kif ukoll is-sigurtà kollettiva, bir-riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitti bħala prijorità; jenfasizza l-importanza tat-tisħiħ tar-relazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti, li hija waħda mill-assi ewlenin ta' kooperazzjoni f'dinja globalizzata, sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet;
2. Jilqa' l-laqgħa bejn il-President tal-Kummissjoni Juncker u l-President tal-Istati Uniti Trump li saret f'Washington fil-25 ta' Lulju 2018 bħala sinjal ta' titjib fir-relazzjonijiet bilaterali; jieħu nota tad-dikjarazzjoni tagħhom u tar-rieda tagħhom li jaħdmu biex inaqqsu t-tensjonijiet trans-Atlantiċi fil-qasam tal-kummerċ; ifakkar, f'dan ir-rigward, l-impatt qerriedi tat-tariffi punittivi; itenni fl-istess ħin l-appoġġ tiegħu għal approċċ wiesa’ u komprensiv rigward il-ftehimiet kummerċjali u l-multilateraliżmu;
3. Jenfasizza li r-relazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti hija l-garanti fundamentali għall-istabbiltà globali u ilha l-bażi tal-isforzi tagħna biex niżguraw paċi, prosperità u stabbiltà għas-soċjetajiet tagħna sa mit-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija, kif ukoll biex nibnu sistema multilaterali ta' kooperazzjoni u kummerċ, ta' natura ekonomika u politika, li tkun ibbażata fuq ir-regoli u l-valuri; jafferma mill-ġdid li r-relazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti hija strateġika u ġenwina, u li rabta trans-Atlantika b'saħħitha hija fl-interess taż-żewġ partijiet u tad-dinja; jemmen li l-politika unilaterali ta' bħalissa "America First" tippreġudika l-interessi kemm tal-UE kif ukoll tal-Istati Uniti, timmina l-fiduċja reċiproka u jista' jkollha wkoll implikazzjonijiet usa' għall-istabbiltà u l-prosperità globali; ifakkar l-interess tal-UE li tibni sħubijiet fit-tul u ta' benefiċċju reċiproku li jkunu bbażati fuq valuri u prinċipji kondiviżi li jkollhom preċedenza fuq il-qligħ tranżazzjonali fuq medda qasira ta' żmien;
4. Jissottolinja li s-sħubija tmur ferm lil hinn minn politika barranija u kwistjonijiet kummerċjali stricto sensu, u tinkludi wkoll suġġetti oħra bħas-sigurtà (ċibernetika), kwistjonijiet ekonomiċi, diġitali u finanzjarji, it-tibdil fil-klima, l-enerġija, il-kultura kif ukoll ix-xjenza u t-teknoloġija; jenfasizza li dawn il-kwistjonijiet huma marbuta mill-qrib u għandhom jitqiesu taħt l-istess qafas ġenerali;
5. Jinsab imħasseb dwar l-approċċi li ttieħdu mill-Istati Uniti biex jiġu indirizzati kwistjonijiet globali u kunflitti reġjonali sa mill-elezzjoni tal-President Trump; jenfasizza l-importanza, għall-UE, tar-relazzjonijiet trans-Atlantiċi u tad-djalogu kontinwu li jenfasizza s-sinifikat tal-kwistjonijiet li jgħaqqdu flimkien lill-UE u lill-Istati Uniti; ifittex li jikkjarifika jekk ir-relazzjoni trans-Atlantika tagħna, li ssawret matul bosta deċennji, għadx għandha l-istess rilevanza llum il-ġurnata għas-sħab Amerikani tagħna; jenfasizza li l-qafas ġenerali bbażat fuq il-valuri tas-sħubija tagħna huwa essenzjali sabiex tiġi żgurata u msaħħa ulterjorament l-istruttura tal-ekonomija u s-sigurtà globali; jissottolinja li l-kwistjonijiet li jgħaqqdu flimkien lill-Istati Uniti u lill-UE, fl-aħħar mill-aħħar, għandu jkollhom aktar rilevanza minn dawk li jifirduhom;
6. Jenfasizza li, f'sistema internazzjonali kkaratterizzata b'mod permanenti mill-instabbiltà u mill-inċertezza, l-Ewropa għandha r-responsabbiltà li tibni l-awtonomija strateġika tagħha biex taffaċċja l-għadd li qiegħed jikber ta' sfidi komuni; jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa għall-pajjiżi Ewropej li jżommu l-kapaċità tagħhom li jiddeċiedu u jaġixxu waħedhom biex jiddefendu l-interessi tagħhom; ifakkar li l-awtonomija strateġika hija kemm ambizzjoni leġittima għall-Ewropa kif ukoll objettiv prijoritarju li jrid ikun artikolat fl-oqsma industrijali u operattivi u f'termini ta' kapaċità;
Tisħiħ tas-sħubija
7. Ifakkar il-potenzjal kbir u l-interess strateġiku ta' din is-sħubija kemm għall-Istati Uniti kif ukoll għall-UE, fl-għan tagħha li tikseb prosperità u sigurtà fuq bażi reċiproka u li ssaħħaħ ordni globali bbażat fuq ir-regoli u l-valuri sabiex tappoġġa l-istituzzjonijiet internazzjonali u tipprovdilhom il-mezzi biex titjieb il-governanza globali; jappella biex jitrawwem id-djalogu u l-impenn tagħna fuq l-elementi kollha ta' din is-sħubija u fil-livelli kollha ta' kooperazzjoni, inkluż mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; jenfasizza li d-deċiżjonijiet u l-azzjonijiet tagħna għandhom impatt fuq l-istruttura tal-ekonomija u s-sigurtà globali, u għalhekk, għandhom imexxu bl-eżempju u jkunu għall-interessi taż-żewġ sħab;
8. Jissottolinja r-responsabbiltajiet tal-Istati Uniti bħala setgħa globali, u jistieden lill-amministrazzjoni tal-Istati Uniti tħaddan il-valuri fundamentali kondiviżi li huma s-sisien tar-relazzjonijiet trans-Atlantiċi, u tiżgura, fi kwalunkwe ċirkostanza, ir-rispett għad-dritt internazzjonali, għad-demokrazija, għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, f'konformità mal-Karta tan-NU u ma' strumenti internazzjonali oħra ffirmati jew ratifikati mill-Istati Uniti;
9. Jissottolinja li l-UE u l-Istati Uniti huma l-aktar sħab importanti ta' xulxin f'dinja multipolari, u li ċaqliq unilaterali jservi biss biex idgħajjef is-sħubija trans-Atlantika, li trid tkun sħubija bejn partijiet ugwali li hija bbażata fuq id-djalogu u li għandha l-għan li tistabbilixxi mill-ġdid il-fiduċja reċiproka;
10. Jiddispjaċih għad-dewmien twil biex jinħatar Ambaxxatur tal-Istati Uniti għall-Unjoni Ewropea, madankollu, jilqa' l-fatt tan-nomina tal-Ambaxxatur il-ġdid u l-konferma sussegwenti mis-Senat tal-Istati Uniti fid-29 ta' Ġunju 2018;
11. Jikkritika bil-qawwa d-dikjarazzjonijiet tal-Ambaxxatur tal-Istati Uniti għall-Ġermanja l-ġdid, li ddikjara l-ambizzjoni tiegħu li jagħti s-setgħa lill-populisti nazzjonalisti madwar l-Ewropa, u jfakkar li r-rwol tad-diplomatiċi mhuwiex li jappoġġaw forzi politiċi individwali, iżda li jmexxu 'l quddiem il-fehim reċiproku u s-sħubija; barra minn hekk, iqis bħala ostili u inkompatibbli mal-ispirtu tas-sħubija trans-Atlantika d-dikjarazzjonijiet minn uffiċjali tal-amministrazzjoni ta' Trump li jesprimu disprezz fil-konfront tal-UE u sostenn għal forzi ksenofobiċi u populisti li jridu jeqirdu l-proġett Ewropew;
12. Jistieden lill-VP/RGħ, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-kooperazzjoni, il-koordinament, il-konsistenza u l-effikaċja tal-politika tal-UE fir-rigward tal-Istati Uniti, sabiex jippreżentaw lill-UE bħala attur internazzjonali maqgħud u effikaċi b'messaġġ koerenti;
13. Ifakkar li l-Istati Uniti hija sieħba ewlieni minħabba l-konverġenza tal-interessi tad-difiża u tas-sigurtà u r-relazzjonijiet bilaterali b'saħħithom; jitlob biex jiġi organizzat summit bejn l-UE u l-Istati Uniti mill-aktar fis possibbli bl-għan li jingħelbu l-isfidi attwali u titkompla l-ħidma fuq kwistjonijiet globali u reġjonali ta' tħassib reċiproku;
14. Iqis li l-preżenza tal-forzi militari tal-Istati Uniti hija importanti fil-pajjiżi Ewropej, fejn meħtieġ u f'konformità tat-twettiq kontinwu tal-impenji miftiehma;
15. Jinsisti fuq il-fatt li djalogu strutturat u strateġiku dwar politika barranija fil-livell trans-Atlantiku, li jinvolvi wkoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kungress tal-Istati Uniti, huwa essenzjali għat-tisħiħ tal-istruttura trans-Atlantika, inkluż il-kooperazzjoni fil-qasam tas-sigurtà, u jitlob biex jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni tal-politika barranija tad-djalogu bejn l-UE u l-Istati Uniti;
16. Ifakkar fis-suġġeriment tiegħu sabiex jinħoloq Kunsill Politiku Trans-Atlantiku (TPC) għal konsultazzjoni u koordinament sistematiċi dwar il-politika barranija u tas-sigurtà, li jkun immexxi mill-VP/RGħ u mis-Segretarju tal-Istat tal-Istati Uniti u li jkun sostnut b'kuntatti regolari bejn id-diretturi politiċi;
17. Jilqa' l-ħidma kontinwa u mingħajr interruzzjoni tat-TLD fit-trawwim tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Istati Uniti permezz ta' djalogu parlamentari u koordinament dwar kwistjonijiet ta' interess komuni; itenni l-importanza tal-kuntatt interpersonali u tad-djalogu fit-tisħiħ tar-relazzjonijiet Trans-Atlantiċi; jappella, għalhekk, biex ikun hemm involviment intensifikat kemm tas-Senat kif ukoll tal-Kamra tar-Rappreżentanti u tal-Parlament Ewropew; jilqa' t-tnedija mill-ġdid tal-Caucus bipartiġġjan tal-Kungress tal-UE għall-115-il Laqgħa tal-Kungress, u jitlob lill-Uffiċċju ta' Kollegament tal-Parlament Ewropew (EPLO) u lid-delegazzjoni tal-UE f'Washington biex jikkollaboraw aktar mill-qrib magħhom;
18. Ifakkar li, kemm fl-UE kif ukoll fl-Istati Uniti, is-soċjetajiet tagħna huma b'saħħithom, ankrati fid-demokrazija liberali u fl-istat tad-dritt, u mibnija fuq pluralità ta' atturi, inklużi fost oħrajn il-gvernijiet, il-parlamenti, il-korpi u l-atturi deċentralizzati, id-diversi istituzzjonijiet politiċi, in-negozji u t-trade unions, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, il-gruppi tal-media liberi u indipendenti, il-gruppi reliġjużi u l-komunitajiet akkademiċi u ta' riċerka tagħna; jenfasizza li għandna nrawmu rabtiet trans-Atlantiċi biex nippromwovu l-merti u l-importanza tas-sħubija trans-Atlantika tagħna, inkluż billi nallokaw finanzjament xieraq, f'livelli differenti u madwar l-UE u l-Istati Uniti, mhux niffukaw biss fuq il-Kosti tal-Lvant u tal-Punent; jitlob li jkun hemm programmi mtejba u ddedikati b'finanzjament adatt għal dan il-għan;
19. Jilqa' t-tisħiħ tar-rwol tar-relazzjonijiet bejn l-istituzzjonijiet Ewropej u l-istati federali u ż-żoni metropolitani tal-Istati Uniti fi ħdan ir-relazzjoni trans-Atlantika globali, b'mod partikolari fil-każ tar-relazzjonijiet ta' ġemellaġġ; jenfasizza, f'dan il-kuntest, il-kooperazzjoni li teżisti abbażi tal-Memorandum ta' Qbil Under2; jistieden lill-istati federali jsaħħu l-kuntatti tagħhom mal-istituzzjonijiet tal-UE;
20. Jisħaq fuq il-fatt li l-iskambji kulturali permezz ta' programmi edukattivi huma fundamentali għall-promozzjoni u l-iżvilupp ta' valuri komuni u għall-bini ta' pontijiet bejn is-sħab trans-Atlantiċi; jappella, għalhekk, biex tissaħħaħ u tiżdied il-faċilitazzjoni tal-aċċess għall-programmi ta' mobilità għall-istudenti bejn l-Istati Uniti u l-UE fl-ambitu ta' Erasmus+;
21. Jesprimi ammirazzjoni partikolari għall-mod kif l-istudenti Amerikani wieġbu għall-ħafna traġedji li jinvolvu l-użu ta' armi tan-nar fl-iskejjel billi appellaw għal liġijiet aktar rigorużi dwar l-armi tan-nar u għal miżuri li jnaqqsu l-influwenza li għandha n-National Rifle Association fuq il-proċess leġiżlattiv;
Naffaċċjaw l-isfidi globali flimkien
22. Jinsisti fuq il-fatt li l-UE u l-Istati Uniti għandhom jibqgħu jaqdu rwoli kostruttivi essenzjali billi jindirizzaw b'mod konġunt il-kunflitti reġjonali u l-isfidi globali abbażi tal-prinċipji tad-dritt internazzjonali; jisħaq fuq il-fatt li l-multilateraliżmu, li miegħu l-Ewropa hija tant marbuta , qiegħed jiġi kkontestat mill-attitudnijiet tal-Istati Uniti u ta' potenzi dinjija oħra; ifakkar fl-importanza tal-multilateraliżmu biex jinżammu l-paċi u l-istabbiltà, bħala mezz biex jiġu promossi l-valuri tal-istat tad-dritt u biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet globali, u jinsisti li dawn għandhom jiġu indirizzati fil-fora internazzjonali rilevanti; jinsab għalhekk imħasseb li d-deċiżjonijiet unilaterali reċenti tal-Istati Uniti – id-diżimpenn minn ftehimiet internazzjonali ewlenin, ir-revoka ta' ċerti impenji, id-dgħajfin tar-regoli internazzjonali, l-irtirar minn fora internazzjonali u l-instigazzjoni ta' tensjonijiet diplomatiċi u kummerċjali – jistgħu jbiegħdu minn dawn il-valuri komuni u joħolqu pressjoni fuq ir-relazzjoni u fl-istess ħin jippreġudikawha; jistieden lill-UE turi għaqda, ċertezza u proporzjonalità fir-reazzjonijiet tagħha għal tali deċiżjonijiet; jistieden lill-Istati Membri, għalhekk, biex jevitaw kwalunkwe azzjoni jew mossa intiża li tikseb vantaġġi bilaterali għad-detriment ta' approċċ Ewropew komuni u koerenti;
23. Jinnota li potenzi dinjija oħra, bħar-Russja u Ċ-Ċina, għandhom strateġiji politiċi u ekonomiċi robusti, li ħafna minnhom jistgħu jmorru kontra l-valuri kondiviżi, l-impenji internazzjonali, u s-sħubija trans-Atlantika tagħna, kif ukoll ipoġġuhom f'riskju; ifakkar li tali żviluppi jagħmlu l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti ferm aktar essenzjali sabiex inkunu nistgħu nkomplu nħaddnu soċjetajiet miftuħa u nippromwovu u nipproteġu d-drittijiet, il-prinċipji u l-valuri komuni tagħna, inkluż il-konformità mad-dritt internazzjonali; jappella, f'dan ir-rigward, għal żieda fil-koordinament bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar l-allinjament u l-istabbiliment ta' politika ta' sanzjonijiet konġunta sabiex tiżdied l-effikaċja tagħha;
24. Huwa tal-fehma li tenħtieġ risposta trans-Atlantika konġunta li tindirizza t-tentattivi tar-Russja li teżerċita pressjoni, tinfluwenza, tiddestabbilizza u tisfrutta d-dgħufijiet u l-għażliet demokratiċi tas-soċjetajiet tal-Punent; jemmen, għalhekk, li l-Istati Uniti u l-UE għandhom jagħtu prijorità lil azzjonijiet koordinati fir-rigward tar-Russja, bl-involviment tan-NATO fejn xieraq; jinnota bi tħassib, f'dan ir-rigward, id-dikjarazzjonijiet mill-Presidenti tal-Istati Uniti u tar-Russja fil-kuntest tal-laqgħa bejniethom fis-16 ta' Lulju 2018 f'Helsinki; ifakkar fil-periklu ċar għad-demokraziji tagħna li joħqolu l-aħbarijiet foloz, id-diżinformazzjoni u b'mod partikolari s-sorsi ta' ndħil malizzjużi; jappella għat-tnedija ta' djalogu politiku u soċjetali li jibbilanċja l-anonimat u r-responsabbiltà fil-midja soċjali;
25. Jissottolinja li s-sigurtà hija multidimensjonali u minsuġa u li d-definizzjoni tagħha ma tkoprix biss aspetti militari iżda anke aspetti f'termini ambjentali, enerġetiċi, kummerċjali, ċibernetiċi, tal-komunikazzjonijiet, tas-saħħa, tal-iżvilupp, tar-responsabbiltà, umanitarji, eċċ.; jinsisti fuq il-fatt li l-kwistjonijiet tas-sigurtà għandhom jiġu indirizzati permezz ta' approċċ wiesa'; jiddispjaċih, f'dan il-kuntest, dwar it-tnaqqis sostanzjali propost fil-baġit, pereżempju t-tnaqqis mill-Istati Uniti għall-bini tal-istat fl-Afganistan, għall-għajnuna għall-iżvilupp fl-Afrika, għall-għajnuna umanitarja u għall-kontribuzzjonijiet għall-programmi, operazzjonijiet u aġenziji tan-NU;
26. Jissottolinja li ftehim ta' kummerċ trans-Atlantiku, li jkun ibbilanċjat u ta' benefiċċju reċiproku, ikollu impatt li jmur lil hinn mill-aspetti kummerċjali u ekonomiċi;
27. Isostni li n-NATO għadha l-garanti ewlieni għad-difiża kollettiva tal-Ewropa; jilqa' l-affermazzjoni mill-ġdid tal-impenn tal-Istati Uniti favur in-NATO u s-sigurtà Ewropea, u jissottolinja li l-approfondiment tal-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO jsaħħaħ ukoll is-sħubija trans-Atlantika;
28. Jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni, il-koordinament u l-effetti ta' sinerġija fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża; jissottolinja l-importanza ta' nfiq aħjar fuq id-difiża, u jinsisti, f'dan ir-rigward, li l-qsim tal-piżijiet ma għandux ikun iffukat biss fuq l-inputs (il-mira li jintefqu 2 % tal-PDG fuq id-difiża), iżda wkoll fuq l-outputs (il-kapaċitajiet imkejla fuq il-forzi li jistgħu jiġu skjerati, lesti u sostenibbli); ifakkar li dan l-input ikkwantifikat bħala objettiv, madankollu, jirrifletti sens li qiegħed jikber ta' responsabbiltà tal-Ewropej għas-sigurtà tagħhom stess, li qiegħed isir indispensabbli minħabba d-deterjorament tal-ambjent strateġiku tagħhom; jilqa' l-fatt li d-difiża qiegħda ssir qasam ta' prijorità ogħla għall-UE u għall-Istati Membri tagħha, li qiegħda tiġġenera aktar effiċjenzi militari għall-benefiċċju kemm tal-UE kif ukoll tan-NATO, u jilqa', f'dan il-kuntest, il-preżenza ta' truppi Amerikani fit-territorju tal-UE; isostni li n-NATO hija kruċjali għad-difiża kollettiva tal-Ewropa u tal-alleati tagħha (Artikolu 5 tat-Trattat ta' Washington); jenfasizza li l-kapaċità tan-NATO li twettaq il-kompiti tagħha għadha tiddependi mill-qrib mis-saħħa tar-relazzjoni trans-Atlantika;
29. Jistieden lill-UE ssaħħaħ l-Unjoni tad-Difiża Ewropea bl-għan li tibni kapaċitajiet li jiżguraw ir-rilevanza strateġika tal-UE fid-difiża u s-sigurtà, bħal pereżempju fil-ħolqien ta' aktar sinerġiji u effiċjenzi fl-infiq għad-difiża, ir-riċerka, l-iżvilupp, l-akkwist pubbliku, il-manutenzjoni u t-taħriġ bejn l-Istati Membri; jinsisti li aktar kooperazzjoni fil-qasam tad-difiża fil-livell tal-UE ssaħħaħ il-kontribut Ewropew għall-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà fil-livelli reġjonali u internazzjonali, u b'hekk javvanzaw ukoll l-objettivi tal-alleanza tan-NATO u tissaħħaħ ir-rabta trans-Atlantika tagħna; jappoġġa, għalhekk, l-isforzi reċenti sabiex tissaħħaħ l-istruttura Ewropea tad-difiża, inklużi l-Fond Ewropew għad-Difiża u l-Kooperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO) li għadha kif ġiet stabbilita;
30. Jilqa' t-tnedija tal-PESCO u jappoġġa l-ewwel proġetti tiegħu, bħall-mobilità militari; jenfasizza li l-PESCO huwa ta' interess komuni kemm għall-UE kif ukoll għan-NATO u għandu jkun ta' xprun għal kooperazzjoni ulterjuri bejn iż-żewġ organizzazzjonijiet f'termini tal-iżvilupp tal-kapaċità u l-konsolidament tal-pilastru tal-UE fin-NATO, fi ħdan il-kuntest tal-kostituzzjoni nazzjonali ta' kull wieħed minnhom;
31. Itenni l-ħtieġa għall-UE u għall-Istati Uniti li jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom fil-qasam taċ-ċibersigurtà u taċ-ċiberdifiża, jiġifieri permezz tal-aġenziji u task forces speċjalizzati, bħall-ENISA, Europol, Interpol, strutturi futuri tal-PESCO u EDF, speċjalment biex jiġġieldu kontra l-attakki informatiċi u flimkien imexxu 'l quddiem l-isforzi biex jiġi żviluppat qafas internazzjonali komprensiv u trasparenti li jistabbilixxi standards minimi għall-politiki taċ-ċibersigurtà, filwaqt li jiġu rispettati l-libertajiet fundamentali; iqis li huwa essenzjali li l-UE u n-NATO jintensifikaw il-kondiviżjoni tal-intelligence sabiex jippermettu l-attribuzzjoni formali taċ-ċiberattakki u konsengwentement jippermettu l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet restrittivi fuq dawk responsabbli għaċ-ċiberattakki; jissottolinja l-importanza u l-kontribut pożittiv li l-Inizjattiva European Reassurance tal-Istati Uniti kellha fuq is-sigurtà tal-Istati Membri tal-UE;
32. Jissottolinja li s-sinifikat li qiegħed jikber tal-Intelliġenza Artifiċjali u tat-tagħlim awtomatiku jeħtieġ kooperazzjoni msaħħa bejn l-UE u l-Istati Uniti, u għandhom jittieħdu miżuri biex tavvanza l-kooperazzjoni bejn il-kumpaniji tat-teknoloġija Amerikani u Ewropej sabiex jiġi żgurat l-użu ottimali tas-sħubiji fil-qasam tal-iżvilupp u l-applikazzjoni;
33. Jistieden lill-Kungress Amerikan jinkludi lill-Parlament Ewropew fil-programm tiegħu tal-kondiviżjoni ta' informazzjoni dwar it-theddid ċibernetiku mal-parlamenti tal-Awstralja, il-Kanada, New Zealand u r-Renju Unit;
34. Jissottolinja l-ħtieġa ta' approċċ komuni li jirregola l-pjattaformi diġitali u biex tiżdied ir-responsabbiltà tagħhom sabiex jiġu diskussi l-kwistjonijiet taċ-ċensura tal-internet, id-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet tad-detenturi, id-data personali u l-kunċett tan-newtralità tal-internet; itenni li jeħtieġ li naħdmu flimkien biex nippromwovu internet miftuħ, interoperabbli u sikur, irregolat minn mudell b'partijiet ikkonċernati multipli li jippromwovi d-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-libertà tal-espressjoni, u jrawwem il-prosperità ekonomika u l-innovazzjoni, filwaqt li jirrispetta l-privatezza u jħares kontra l-qerq, il-frodi u s-serq; jappella biex jiġu mobilizzati sforzi konġunti biex jiġu żviluppati normi u regolamenti u biex jippromwovu l-applikabbiltà tad-dritt internazzjonali fiċ-ċiberspazju;
35. Itenni li n-newtralità tal-internet hija mnaqqxa fid-dritt tal-UE; jiddispjaċih dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunikazzjoni Federali li jħassar ir-regoli dwar in-newtralità tal-internet; jilqa' l-vot reċenti tas-Senat tal-Istati Uniti biex titreġġa' lura din id-deċiżjoni; jistieden lill-Kungress tal-Istati Uniti jsegwi d-deċiżjoni tas-Senat sabiex jinżamm internet miftuħ, sigur u sikur li ma jippermettix trattament diskriminatorju tal-kontenut tal-internet;
36. Jenfasizza l-ħtieġa ta' negozjati xierqa fir-rigward tal-istandardizzazzjoni, speċjalment fil-kuntest tal-iżvilupp dejjem aktar rapidu tat-teknoloġija, b'mod partikolari fil-qasam tal-IT;
37. Jenfasizza li parti importanti tat-tisħiħ tal-isforzi tal-UE u tal-Istati Uniti fil-ġlieda kontra t-terroriżmu tinkludi l-protezzjoni ta' infrastruttura kritika, inkluż billi jiġu avvanzati l-istandards komuni u stimolati l-kompatibbiltà u l-interoperabbiltà, kif ukoll approċċ komprensiv għall-ġlieda kontra t-terroriżmu, anke permezz ta' koordinament f'fora reġjonali, mulilaterali u globali u kooperazzjoni fi skambji ta' data rigward l-attivitajiet terroristiċi; itenni l-ħtieġa li jiġu appoġġati mekkaniżmi bħas-Sistema tal-UE ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u sforzi konġunti oħra li jistgħu jikkontribwixxu b'mod sinifikanti u jagħmlu d-differenza fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-estremiżmu; ifakkar liż-żewġ partijiet li l-ġlieda kontra t-terroriżmu trid tkun konformi mad-dritt internazzjonali u mal-valuri demokratiċi, tirrispetta bis-sħiħ il-libertajiet ċivili u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem;
38. Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-ħatra reċenti ta' Gina Haspel bħala direttriċi tal-Aġenzija Ċentrali tal-Intelligence (CIA), minħabba r-riżultati fjakki tagħha fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż il-kompliċità tagħha fil-programm ta' trasferiment u detenzjoni sigrieta tas-CIA;
39. Jinsab imħasseb bil-kbir dwar it-tneħħija rrapportata ta' restrizzjonijiet limitati għall-programm tad-droni mill-amministrazzjoni tal-Istati Uniti, li se żżid ir-riskji ta' diżgrazzji ċivili u qtil illegali, kif ukoll dwar in-nuqqas ta' trasparenza fir-rigward tal-programm tad-droni tal-Istati Uniti u tal-għajnuna li qiegħda tingħata minn xi Stati Membri tal-UE; jistieden lill-Istati Uniti u lill-Istati Membri tal-UE jiżguraw li l-użu ta' droni armati jkun konformi mal-obbligi tagħhom skont id-dritt internazzjonali, inkluż id-dritt internazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali, u li jiġu stabbiliti standards vinkolanti robusti sabiex jirregolaw l-għoti ta' kwalunkwe forma ta' għajnuna għal operazzjonijiet letali bid-droni;
40. Jissottolinja li jeħtieġ li l-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea jiġġieldu kontra l-evażjoni tat-taxxa u reati finanzjarji oħra u jiżguraw it-trasparenza;
41. Iħeġġeġ aktar kooperazzjoni msaħħa fir-rigward tal-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa, l-evitar tat-taxxa, il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, b'mod partikolari fil-qafas tal-ftehim TFTP-UE-Stati Uniti (Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu), li għandu jissaħħaħ sabiex jinkludi data dwar il-flussi finanzjarji assoċjati mal-indħil barrani jew mal-operazzjonijiet ta' intelligence illegali; jistieden, barra minn hekk, lill-UE u lill-Istati Uniti jikkooperaw fi ħdan l-OECD fil-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa billi jistabbilixxu regoli u normi internazzjonali biex jindirizzaw din il-problema globali; jenfasizza li t-tkomplija tal-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi hija kruċjali għat-tisħiħ tas-sigurtà komuni tagħna, u jistieden lill-Istati Uniti tiżgura kooperazzjoni bilaterali u multilaterali f'dan il-qasam; jiddeplora r-revoka parzjali ta' Dodd-Frank Act, li rriżultat fi tnaqqis sinifikanti tas-superviżjoni tal-banek Amerikani;
42. Jenfasizza d-dgħufijiet persistenti tat-Tarka tal-Privatezza fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet fundamentali tas-suġġetti tad-data; jilqa' u jappoġġa l-appelli lil-leġiżlatur tal-Istati Uniti sabiex jagħmel progress lejn att omnibus dwar il-privatezza u l-protezzjoni tad-data; jirrimarka li fl-Ewropa l-protezzjoni tad-data personali hija dritt fundamentali u li l-Istati Uniti ma għandhiex regoli komparabbli mar-Regolament Ġenerali l-ġdid dwar l-Ipproċessar tad-Data (GDPR);
43. Ifakkar fis-solidarjetà trans-Atlantika wiesgħa b'reazzjoni għall-ivvalenar ta' Skripal f'Salisbury, li rriżultat fit-tkeċċija ta' diplomatiċi Russi minn 20 Stat Membru tal-UE, kif ukoll mill-Kanada, l-Istati Uniti, in-Norveġja u minn 5 pajjiżi li jaspiraw li jkunu Stati Membri tal-UE;
44. Itenni t-tħassib tiegħu dwar ir-rifjut tal-Kungress f'Marzu 2017 għar-regola mressqa mill-Kummissjoni Federali tal-Komunikazzjonijiet dwar il-"Protezzjoni tal-Privatezza tal-Klijenti tal-Broadband u ta' Servizzi Oħra tat-Telekomunikazzjoni", li fil-prattika telimina r-regoli tal-privatezza tal-broadband li kienu jesiġu li l-fornituri tas-servizz tal-Internet jiksbu l-kunsens espliċitu tal-konsumaturi qabel ma jbigħu jew jikkondividu d-data tal-ibbrawżjar tal-web u informazzjoni oħra privata ma' dawk li jirreklamaw u ma' kumpaniji oħra; iqis li din hija theddida oħra għas-salvagwardji tal-privatezza fl-Istati Uniti;
45. Ifakkar li l-Istati Uniti tibqa' l-uniku pajjiż mhux tal-UE li qiegħed fuq il-lista tal-UE ta' eżenzjoni mill-obbligu ta' viża u li ma jagħtix aċċess mingħajr viża għaċ-ċittadini tal-Istati Membri kollha tal-UE; iħeġġeġ lill-Istati Uniti ddaħħal il-ħames Stati Membri kkonċernati (il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, il-Polonja u r-Rumanija) fil-Programm għall-Eżenzjoni mill-Viża tal-Istati Uniti mill-aktar fis possibbli; ifakkar li l-Kummissjoni hija ġuridikament obbligata tadotta att delegat – biex tissospendi temporanjament l-eżenzjoni mill-obbligu tal-viża għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li ma jkunux neħħew l-obbligu ta' viża għaċ-ċittadini ta' ċerti Stati Membri tal-UE – fi żmien 24 xahar mid-data tal-pubblikazzjoni tan-notifiki f'dan ir-rigward, liema skadenza ntemmet fit-12 ta' April 2016; jistieden lill-Kummissjoni tadotta l-att delegat meħtieġ abbażi tal-Artikolu 265 tat-TFUE;
46. Jisħaq fuq il-fatt li l-UE hija impenjata biex issaħħaħ id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt, il-prosperità, l-istabbiltà, ir-reżiljenza u s-sigurtà tal-ġirien tagħha b'mod dirett permezz ta' mezzi mhux militari, b'mod partikolari permezz tal-implimentazzjoni ta' ftehimiet ta' assoċjazzjoni; jistieden lill-UE u lill-Istati Uniti jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom u jikkoordinaw aħjar l-azzjonijiet, il-proġetti u l-pożizzjonijiet tagħhom fil-viċinat tal-UE, kemm tal-Lvant kif ukoll tan-Nofsinhar; ifakkar li l-politiki tal-iżvilupp u umanitarji tal-UE madwar id-dinja jikkontribwixxu wkoll għas-sigurtà globali;
47. Ifaħħar l-enfasi strateġika u l-ftuħ tal-Istati Uniti fil-konfront tar-reġjun, u jfakkar li l-Balkani jirrappreżentaw sfida għall-Ewropa u għas-sigurtà tal-kontinent kollu; jistieden, għalhekk, lill-Istati Uniti biex tkun involuta fi sforzi konġunti ulterjuri fil-Balkani tal-Punent, b'mod partikolari fit-tisħiħ tal-istat tad-dritt, tad-demokrazija, tal-libertà tal-espressjoni u fil-kooperazzjoni tas-sigurtà; jirrakkomanda aktar azzjonijiet komuni, bħal mekkaniżmi kontra l-korruzzjoni u l-bini tal-istituzzjonijiet, sabiex jipprovdu aktar sigurtà, stabbiltà, reżiljenza u prosperità ekonomika fil-pajjiżi tar-reġjun kif ukoll jibnu rwol fis-soluzzjoni ta' kwistjonijiet li ilhom pendenti; huwa tal-fehma li l-UE u l-Istati Uniti għandhom jibdew djalogu ġdid ta' livell għoli dwar il-Balkani tal-Punent sabiex jiżguraw li l-għanijiet tal-politika u l-programmi ta' assistenza jkunu allinjati, u, barra minn hekk, jieħdu l-miżuri rilevanti;
48. Jistieden lill-UE u lill-Istati Uniti jkollhom rwol aktar attiv u effettiv fir-riżoluzzjoni tal-kunflitt fit-territorju tal-Ukrajna, u jappoġġaw l-isforzi kollha biex tinstab soluzzjoni paċifika dejjiema li tirrispetta l-unità, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna u li tipprevedi r-ritorn tal-Peniżola tal-Krimea lill-Ukrajna, u jħeġġu u jappoġġaw il-proċessi ta' riforma u l-iżvilupp ekonomiku fl-Ukrajna, li jeħtieġ li jkunu kompletament f'konformità mal-impenji tal-Ukrajna u mar-rakkomandazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet internazzjonali; jesprimi d-diżappunt kbir tiegħu dwar in-nuqqas ta' progress ulterjuri fl-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta' Minsk u dwar id-deterjorament tas-sitwazzjoni umanitarja u tas-sigurtà fil-Lvant tal-Ukrajna; isostni, għalhekk, li s-sanzjonijiet kontra r-Russja għadhom meħtieġa u li l-Istati Uniti għandha tikkoordina l-isforzi tagħha mal-UE; jappella għal kooperazzjoni aktar mill-qrib dwar din il-kwistjoni bejn il-VP/RGħ u r-Rappreżentant Speċjali tal-Istati Uniti għall-Ukrajna;
49. Ifakkar ukoll fl-importanza għall-UE u għall-Istati Uniti li tinstab soluzzjoni għall-kunflitti "ffriżati" fil-Georgia u fil-Moldova;
50. Ifakkar li l-ordni internazzjonali huwa bbażat fuq ir-rispett ta' ftehimiet internazzjonali; jiddispjaċih, f'dan il-kuntest, bid-deċiżjoni tal-Istati Uniti li ma tapprovax il-konklużjonijiet tas-Summit tal-G7 fil-Kanada; itenni l-impenn tiegħu favur id-dritt internazzjonali u l-valuri universali, u b'mod partikolari l-obbligu ta' rendikont, in-nonproliferazzjoni nukleari u r-riżoluzzjoni paċifika tat-tilwim; jissottolinja li l-konsistenza tal-istrateġija tagħna dwar in-nonproliferazzjoni nukleari hija essenzjali għall-kredibbiltà tagħna bħala attur u negozjatur globali ewlieni; jistieden lill-UE u lill-Istati Uniti jikkooperaw biex jiffaċilitaw id-diżarm nukleari u l-miżuri effikaċi għat-tnaqqis tar-riskju nukleari;
51. Jenfasizza li l-Pjan ta' Azzjoni Komprensiv Konġunt (PAKK) mal-Iran huwa ftehim multilaterali sinifikanti u kisba diplomatika notevoli għad-diplomazija multilaterali u għad-diplomazija tal-UE għall-promozzjoni tal-istabbiltà fir-reġjun; ifakkar li l-UE hija determinata li tagħmel l-almu tagħha biex iżżomm il-PAKK mal-Iran bħala pilastru ewlieni tal-istruttura tan-nonproliferazzjoni internazzjonali, b'rilevanza wkoll għall-kwistjoni tal-Korea ta' Fuq, u bħala element kruċjali għas-sigurtà u l-istabbiltà tar-reġjun; itenni l-ħtieġa li jiġu indirizzati b'mod aktar kritiku l-attivitajiet Iranjani relatati mal-missili ballistiċi u l-istabbiltà reġjonali, b'mod speċjali l-involviment tal-Iran fid-diversi kunflitti fir-reġjun, u s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tad-drittijiet tal-minoranzi fl-Iran, li huma separati mill-PAKK, fil-formati u l-fora rilevanti; jisħaq fuq il-fatt li l-kooperazzjoni trans-Atlantika fl-indirizzar ta' dawn il-kwistjonijiet hija essenzjali; jissottolinja li, skont il-bosta rapporti tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA), l-Iran qiegħed jissodisfa l-impenji tiegħu skont il-PAKK; jikkritika bil-qawwa d-deċiżjoni tal-President Trump li joħroġ mill-PAKK b'mod unilaterali u li jimponi miżuri extraterritorjali fuq il-kumpaniji tal-UE li joperaw fl-Iran; jenfasizza li l-UE hija determinata li tipproteġi l-interessi tagħha u tal-kumpaniji u l-investituri tagħha fid-dawl tal-effett extraterritorjali tas-sanzjonijiet tal-Istati Uniti; jilqa', f'dan il-kuntest, id-deċiżjoni li jiġi attivat ir-"regolament tal-imblukkar" li għandu l-għan li jipproteġi l-interessi kummerċjali tal-UE fl-Iran mill-impatt tas-sanzjonijiet extraterritorjali tal-Istati Uniti, u jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jieħdu kwalunkwe miżura oħra xierqa biex jiġi salvagwardjat il-PAKK;
52. Jinsab imħasseb dwar il-politika tas-sigurtà u tal-kummerċ tal-Istati Uniti fil-Lvant u x-Xlokk tal-Asja, inkluż il-vojt politiku li jirriżulta mill-irtirar tal-Istati Uniti mis-Sħubija Trans-Paċifika (TPP); itenni l-importanza tal-impenn kostruttiv min-naħa tal-UE fil-Lvant u x-Xlokk tal-Asja u fir-reġjun tal-Paċifiku, u jilqa' f'dak il-kuntest, il-politika kummerċjali attiva tal-UE f'dik il-parti tad-dinja u l-inizjattivi tal-UE relatati mas-sigurtà, b'mod partikolari kif imsemmija fil-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-approfondiment tal-kooperazzjoni tal-UE fil-qasam tas-sigurtà fl-Asja u mal-Asja, anke għal raġunijiet ta' bilanċ politiku u ekonomiku;
53. Jilqa' l-ftuħ ta' djalogi ġodda ta' livell għoli mal-Korea ta' Fuq (RDPK) u s-summit reċenti f'Singapore tat-12 ta' Ġunju 2018; ifakkar li dawn it-taħditiet, li għad iridu juru xi riżultati tanġibbli u verifikabbli, għandhom bħala għan ir-riżoluzzjoni paċifika tat-tensjonijiet u b'hekk il-promozzjoni tal-paċi, tas-sigurtà u tal-istabbiltà reġjonali u globali; jissottolinja li, fl-istess ħin, il-komunità internazzjonali, inklużi l-UE u l-Istati Uniti, jeħtiġilha tkompli tagħmel pressjoni fuq il-Korea ta' Fuq sakemm hija ma tiddenuklearizzax b'mod kredibbli billi tirratifika t-Trattat dwar il-Projbizzjoni Totali ta' Provi Nukleari (CTBT) u tħalli lill-Kummissjoni Preparatorja tal-Organizzazzjoni tat-Trattat dwar il-Projbizzjoni Totali ta' Provi Nukleari (CTBTO) u lill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA) jiddokumentaw id-denuklearizzazzjoni tagħha; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-progress insuffiċjenti li r-RDPK għamlet lejn id-denuklearizzazzjoni, li wassal biex, fl-24 ta' Awwissu 2018, il-President Trump ħassar it-taħditiet li kellhom isiru fir-RDPK mas-Segretarju tal-Istat Mike Pompeo;
54. Ifakkar lill-Istati Uniti li hija għadha ma rratifikatx it-Trattat dwar il-Projbizzjoni Totali ta' Provi Nukleari, minkejja li hija Stat li jinsab fl-Anness II fejn il-firma tiegħu hija meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat; jirrepeti l-appell tal-VP/RGħ li fiha ħeġġet lill-mexxejja dinjija jirratifikaw it-Trattat; jinkoraġġixxi lill-Istati Uniti tirratifika t-Trattat dwar il-Projbizzjoni Totali ta' Provi Nukleari mill-aktar fis possibbli u biex tappoġġa ulterjorment lil CTBTO billi tipperswadi lill-Istati li jinsabu fl-Anness II sabiex huma wkoll jirratifikaw it-Trattat;
55. Jinsisti fuq ir-rispett tad-dritt marittimu internazzjonali, inkluż fil-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Istati Uniti tirratifika l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Dritt tal-Baħar (UNCLOS);
56. Jitlob kooperazzjoni msaħħa bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar ir-riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitti reġjonali u tal-gwerra bi prokura fis-Sirja, peress li n-nuqqas ta' strateġija komuni jimmina r-riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitti, u jistieden lill-partijiet kollha u lill-atturi reġjonali involuti fil-kunflitt sabiex iżommu lura milli jirrikorru għall-vjolenza u kwalunkwe azzjoni oħra li tista' tiggrava s-sitwazzjoni; jafferma mill-ġdid il-preminenza tal-proċess ta' Ġinevra mmexxi min-NU fir-riżoluzzjoni tal-kunflitt Sirjan, f'konformità mar-riżoluzzjoni 2254 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, innegozjat mill-partijiet għall-kunflitt u b'appoġġ ta' atturi internazzjonali u reġjonali ewlenin; jappella biex ir-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, li qed jinkisru mill-pajjiżi tan-negozjati ta' Astana, jiġu implimentati u rrispettati bis-sħiħ; jappella għal sforzi konġunti li jiggarantixxu aċċess umanitarju sħiħ lil dawk fil-bżonn, u biex ikun hemm investigazzjoni u prosekuzzjoni indipendenti, imparzjali, bir-reqqa u kredibbli ta' dawk responsabbli; jappella wkoll għall-appoġġ, inter alia, tal-ħidma tal-Mekkaniżmu Internazzjonali, Imparzjali u Indipendenti (MIII) dwar id-delitti internazzjonali kommessi fir-Repubblika Għarbija Sirjana sa minn Marzu 2012;
57. Ifakkar li l-UE tappoġġa l-kontinwazzjoni tal-Proċess ta' Paċi sinifikanti fil-Lvant Nofsani favur soluzzjoni ta' żewġ stati, abbażi tal-fruntieri tal-1967, bi stat Palestinjan indipendenti, demokratiku, fattibbli u kontigwu f'koeżistenza paċifika u sigura mal-Istat ta' Iżrael sigur u l-pajjiżi ġirien l-oħra, u jinsisti li trid tiġi evitata kwalunkwe azzjoni li timmina dawn l-isforzi; jiddispjaċih profondament, f'dan ir-rigward, id-deċiżjoni unilaterali tal-gvern tal-Istati Uniti li ċċaqlaq l-ambaxxata tagħha minn Tel Aviv għal Ġerusalemm u li tirrikonoxxi formalment l-belt bħala l-kapitali ta' Iżrael; jissottolinja li l-kwistjoni ta' Ġerusalemm trid tkun parti minn ftehim ta' paċi finali bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani; jenfasizza li l-pjan direzzjonali konġunt għandu jissaħħaħ, u jenfasizza l-ħtieġa li l-Istati Uniti tikkoordina mas-sħab Ewropej tagħha fl-isforzi tagħha għal paċi fil-Lvant Nofsani;
58. Ifaħħar lill-UNRWA u lill-persunal iddedikat tagħha għall-ħidma umanitarja u ta' żvilupp, notevoli u indispensabbli tagħhom, imwettqa favur ir-rifuġjati Palestinjani (fix-Xatt tal-Punent inkluż f'Ġerusalemm tal-Lvant, fl-Istrixxa ta' Gaża, fil-Ġordan, fil-Libanu u fis-Sirja), li hija essenzjali għas-sigurtà u għall-istabbiltà tar-reġjun; jiddispjaċih bil-kbir bid-deċiżjoni tal-amministrazzjoni tal-Istati Uniti li tnaqqas il-finanzjament tagħha lill-UNRWA u jitlob lill-Istati Uniti jerġgħu jikkunsidraw din id-deċiżjoni; jissottolinja s-sostenn konsistenti tal-Parlament Ewropew u tal-Unjoni Ewropea lill-Aġenzija u jinkoraġġixxi lill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jfornu finanzjament addizzjonali biex jiggarantixxu s-sostenibbiltà tal-attivitajiet tal-UNRWA fit-tul;
59. Jinkoraġġixxi kooperazzjoni ulterjuri bejn il-programmi globali tal-UE u tal-Istati Uniti li jippromwovu d-demokrazija, il-libertajiet tal-media, l-elezzjonijiet ħielsa u ġusti u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-drittijiet tar-rifuġjati u l-migranti, tan-nisa u tal-minoranzi razzjali u reliġjużi; jenfasizza l-importanza tal-valuri ta' governanza tajba, tal-obbligu ta' rendikont, tat-trasparenza u tal-istat tad-dritt li huma l-bażi tad-difiża tad-drittijiet tal-bniedem; itenni l-pożizzjoni b'saħħitha u ta' prinċipju tal-UE kontra l-piena tal-mewt u favur moratorju universali fuq il-piena kapitali bl-għan li tiġi abolita fuq livell dinji; jissottolinja l-ħtieġa għal kooperazzjoni fil-prevenzjoni tal-kriżi u fil-konsolidament tal-paċi, kif ukoll fir-risposta għall-emerġenzi umanitarji;
60. Itenni li l-UE u l-Istati Uniti għandhom interessi komuni fl-Afrika, fejn it-tnejn li huma jeħtiġilhom jikkoordinaw u jintensifikaw l-appoġġ tagħhom fil-livelli lokali, reġjonali u multinazzjonali għall-governanza tajba, għad-drittijiet tal-bniedem, għall-iżvilupp soċjali sostenibbli, għall-protezzjoni ambjentali, għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, għall-governanza ekonomika u kwistjonijiet ta' sigurtà, kif ukoll għar-riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitti reġjonali, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, it-tranżazzjonijiet finanzjarji illegali, il-vjolenza u t-terroriżmu; huwa tal-fehma li koordinament aħjar bejn l-UE u l-Istati Uniti, anki permezz ta' djalogu politiku msaħħaħ u tfassil ta' strateġiji konġunti dwar l-Afrika filwaqt li jitqiesu l-fehmiet tal-organizzazzjonijiet reġjonali u l-gruppi subreġjonali, jistgħu jwasslu għal azzjoni aktar effikaċi u l-użu tar-riżorsi;
61. Jenfasizza l-importanza tal-interessi politiċi, ekonomiċi u tas-sigurtà komuni tal-UE u tal-Istati Uniti, fir-rigward tal-politiki ekonomiċi ta' pajjiżi bħaċ-Ċina u r-Russja, u jfakkar li l-isforzi konġunti, inkluż fil-livell tad-WTO, jistgħu jkunu ta' għajnuna biex jiġu indirizzati kwistjonijiet bħall-iżbilanċi attwali fil-kummerċ globali u s-sitwazzjoni fl-Ukrajna; jistieden lill-amministrazzjoni tal-Istati Uniti biex ma tkomplix timblokka n-nomini tal-imħallfin għall-Korp tal-Appell tad-WTO; jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm kooperazzjoni aktar mill-qrib fir-rigward tal-istrateġija taċ-Ċina "One Belt One Road", inkluż permezz tal-iżvilupp ta' kooperazzjoni f'dan ir-rigward bejn l-UE u d-Djalogu Kwadrilaterali dwar is-Sigurtà (QUAD) bejn l-Istati Uniti, l-Indja, il-Ġappun u l-Awstralja;
62. Jindika l-ħtieġa għal kooperazzjoni aħjar dwar il-politika dwar l-Artiku, b'mod partikolari fil-kuntest tal-Kunsill tal-Artiku, speċjalment peress li bit-tibdil fil-klima jistgħu jinfetħu rotot ta' navigazzjoni ġodda u riżorsi naturali jistgħu jsiru disponibbli;
63. Jinsisti li l-migrazzjoni hija fenomenu globali u għalhekk għandha tiġi indirizzata permezz ta' kooperazzjoni, sħubija u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tas-sigurtà,iżda anke billi jiġu ġestiti r-rotot migratorji u jiġi segwit approċċ globali fil-livell tan-NU bbażat fuq ir-rispett tad-dritt internazzjonali, b'mod partikolari l-Konvenzjoni ta' Ġinevra tal-1951 u l-Protokoll tagħha tal-1967; jilqa' l-isforzi li saru s'issa fin-NU sabiex jintlaħaq patt globali għal migrazzjoni sikura, ordnata u regolari kif ukoll patt globali dwar ir-refuġjati, u jiddispjaċih dwar id-deċiżjoni tal-Istati Uniti ta' Diċembru 2017 li tirtira mid-diskussjonijiet; jitlob li jkun hemm politika konġunta biex jiġu miġġielda l-kawżi profondi tal-migrazzjoni;
64. Jappoġġa l-kooperazzjoni mtejba bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar kwistjonijiet tal-enerġija, inkluż l-enerġija rinnovabbli, li tibni fuq il-qafas tal-Kunsill tal-Enerġija bejn l-UE u l-Istati Uniti; għalhekk, iġedded l-appell tiegħu sabiex jitkomplew il-laqgħat; jappella, barra minn hekk, għal aktar kooperazzjoni dwar ir-riċerka fil-qasam tal-enerġija u tat-teknoloġiji ġodda, kif ukoll għal kooperazzjoni biex jiġu protetti infrastrutturi tal-enerġija kontra ċ-ċiberattakki; jinsisti dwar il-ħtieġa li naħdmu flimkien fuq il-provvisti tal-enerġija, u jenfasizza li tenħtieġ kjarifika ulterjuri dwar kif se jissokta r-rwol ta' tranżitu tal-Ukrajna;
65. Jenfasizza t-tħassib tiegħu dwar il-Pipeline Nord Stream 2 u r-rwol potenzjalment diviżiv tiegħu fir-rigward tas-sigurtà tal-enerġija u s-solidità tal-Istati Membri, u jilqa' l-appoġġ tal-Istati Uniti biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-enerġija fl-Ewropa;
66. Jiddispjaċih bl-irtirar tal-Istati Uniti mill-Ftehim ta' Pariġi, madankollu jfaħħar l-isforzi kontinwi ta' individwi, kumpaniji, bliet u stati fl-Istati Uniti li għadhom jaħdmu għat-twettiq tal-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi u għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, u jenfasizza l-ħtieġa ta' involviment akbar tal-UE ma' dawn l-atturi; jieħu nota li t-tibdil fil-klima ma għadux parti mill-Istrateġija dwar is-Sigurtà Nazzjonali tal-Istati Uniti; jafferma mill-ġdid l-impenn tal-UE għall-Ftehim ta' Pariġi u għall-Aġenda 2030 tan-NU, u jenfasizza l-ħtieġa li dawn jiġu implimentati sabiex jiggarantixxu sigurtà globali u żvilupp ta' ekonomija u soċjetà aktar sostenibbli, u jfakkar li l-bidla lejn ekonomija ekoloġika tinvolvi ħafna opportunitajiet għall-impjiegi u għat-tkabbir;
67. Jinkoraġġixxi kooperazzjoni ulterjuri fl-oqsma tal-innovazzjoni, xjenza u t-teknoloġija, u jappella għat-tiġdid tal-Ftehim dwar ix-Xjenza u t-Teknoloġija bejn l-UE u l-Istati Uniti;
Niddefendu ordni kummerċjali bbażat fuq ir-regoli fi żminijiet diffiċli
68. Jinnota li fl-2017 l-Istati Uniti kienet l-akbar suq għall-esportazzjonijiet tal-UE u t-tieni l-akbar sors ta' importazzjonijiet tal-UE; jinnota li hemm differenzi fid-defiċits u fl-eċċessi kummerċjali bejn l-UE u l-Istati Uniti fir-rigward ta' kummerċ fi prodotti, kummerċ f'servizzi, kummerċ diġitali u f'investiment barrani dirett; jenfasizza li r-relazzjoni kummerċjali u ta' investiment UE-Stati Uniti – li hija l-akbar fid-dinja u waħda li kienet dejjem ibbażata fuq valuri komuni – hija waħda mill-aktar muturi importanti tat-tkabbir ekonomiku, tal-kummerċ u tal-prosperità fil-livell globali; jinnota, barra minn hekk, li l-UE għandha bilanċ eċċessiv li jammonta għal USD 147 biljun fi prodotti flimkien mal-Istati Uniti; jinnota li l-impriżi tal-UE jimpjegaw 4,3 miljun ħaddiem fl-Istati Uniti;
69. Jenfasizza li l-UE u l-Istati Uniti huma żewġ protagonisti f'dinja globalizzata li qed tevolvi b'mod rapidu u b'intensità mingħajr preċedent, u b'kunsiderazzjoni tal-isfidi komuni, l-UE u l-Istati Uniti għandhom interess komuni biex jikkollaboraw u jikkoordinaw dwar kwistjonijiet tal-politika kummerċjali, bil-għan li jsawru s-sistema kummerċjali multilaterali fil-ġejjieni u l-istandards globali;
70. Jindika li r-rwol ewlieni tad-WTO fi ħdan is-sistema multilaterali huwa l-aħjar għażla biex tiġi garantita sistema miftuħa, ġusta u msejsa fuq ir-regoli, li tikkunsidra u tibbilanċja l-bosta interessi differenti tal-membri tagħha; itenni l-appoġġ tiegħu biex is-sistema kummerċjali multilaterali tkompli tissaħħaħ; jappoġġa l-ħidma mwettqa mill-Kummissjoni sabiex flimkien mal-Istati Uniti tkompli taħdem biex tinstab risposta pożittiva komuni għall-isfidi istituzzjonali u sistemiċi attwali;
71. Jenfasizza r-rwol tad-WTO biex tinstab soluzzjoni għat-tilwim relatat mal-kummerċ; jappella lill-membri kollha tad-WTO jiżguraw il-funzjonament tajjeb tas-sistema tad-WTO għar-riżoluzzjoni ta' tilwim; jiddispjaċih f'dan ir-rigward bl-imblukkar min-naħa tal-Istati Uniti ta' nomini ġodda biex jimtlew il-karigi battala fil-Korp tal-Appell, li qed thedded il-funzjonament stess tad-WTO f'dik li hi r-riżoluzzjoni ta' tilwim; jistieden lill-Kummissjoni u lill-membri kollha tad-WTO jesploraw modi biex jegħlbu dan l-imblokk rigward it-tiġdid tal-imħallfin fil-Korp tal-Appell tad-WTO u, jekk ikun meħtieġ, billi jirriformaw is-sistema ta' riżoluzzjoni tat-tilwim; iqis li dawn ir-riformi jista' jkollhom l-għan li jiżguraw l-ogħla livell possibbli ta' effiċjenza u indipendenza tas-sistema filwaqt li jibqgħu konsistenti mal-valuri u mal-approċċ ġenerali li l-UE ddefendiet b'mod kostanti sa mill-ħolqien tad-WTO, partikolarment, il-promozzjoni tal-kummerċ ħieles u ġust fuq bażi globali, skont l-istat tad-dritt, u l-ħtieġa li l-membri kollha tad-WTO jikkonformaw mal-obbligi kollha tad-WTO;
72. Jilqa' bi pjaċir – minkejja li jiddispjaċih bin-nuqqas ta' riżultati miksuba waqt il-Ħdax-il Konferenza Ministerjali tad-WTO (MC11) – l-iffirmar tad-dikjarazzjoni konġunta dwar it-tneħħija ta' distorsjonijiet tas-suq inġusti u ta' prattiki protezzjonistiċi, mill-Istati Uniti, mill-UE u mill-Ġappun, li ġiet enfasizzata wkoll fl-istqarrija tal-G20 f'Lulju 2017; jitlob li jkun hemm aktar kooperazzjoni mal-Istati Uniti u mal-Ġappun dwar din il-kwistjoni biex jiġu indirizzati l-prattiki kummerċjali inġusti bħad-diskriminazzjoni, l-aċċess limitat għas-suq, id-dumping u s-sussidji;
73. Jistieden lill-Kummissjoni biex flimkien mal-Istati Uniti u ma' membri oħra tad-WTO, tistabbilixxi pjan ta' ħidma dwar it-tneħħija ta' sussidji ta' distorsjoni fis-setturi tal-qoton u tas-sajd (partikolarment fir-rigward tas-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU)); jappella għal kooperazzjoni biex isir progress fl-aġenda multilaterali dwar kwistjonijiet ġodda bħall-kummerċ elettroniku, il-kummerċ diġitali, inkluż l-iżvilupp diġitali, il-faċilitazzjoni tal-investiment, il-kummerċ u l-ambjent, u l-kummerċ u l-ugwaljanza bejn is-sessi, u wkoll biex jiġu promossi politiki speċifiċi li jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni ta' impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (MSMEs) fl-ekonomija globali;
74. Jistieden lill-UE u lill-Istati Uniti jippromwovu l-kooperazzjoni fil-livell internazzjonali sabiex jissaħħu l-ftehimiet internazzjonali fil-qasam tal-akkwist pubbliku, partikolarment il-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi;
75. Jistieden lill-Kummissjoni tidħol fi djalogu mal-Istati Uniti bil-ħsieb li jitkomplew in-negozjati għall-Ftehimiet plurilaterali dwar il-Beni Ambjentali (EGA)u għal-Ftehim dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (TiSA);
76. Jistieden lill-UE u lill-Istati Uniti jakkomunaw ir-riżorsi biex jiġġieldu kontra l-politiki u l-prattiki kummerċjali inġusti, filwaqt li jirrispettaw ir-regoli multilaterali u l-proċess tad-WTO għar-riżoluzzjoni tat-tilwim, u jevitaw azzjonijiet unilaterali, peress li dawn huma ta' ħsara għall-ktajjen ta' valur globali li fihom joperaw il-kumpaniji tal-UE u tal-Istati Uniti; jiddispjaċih ferm bl-inċertezza fis-sistema kummerċjali internazzjonali li nħolqot minħabba l-użu mill-Istati Uniti ta' strumenti u għodod ta' politika (pereżempju t-Taqsima 232 mill-1962 u t-Taqsima 301 mill-1974) li kienu stabbiliti qabel il-ħolqien tad-WTO u tas-sistema għar-riżoluzzjoni tat-tilwim tagħha; jinnota f'dan ir-rigward li d-deċiżjoni tal-Istati Uniti li timponi dazji fuq l-azzar u tal-aluminju skont it-Taqsima 232 ma tistax tiġi ġġustifikata fuq il-bażi ta' sigurtà nazzjonali, u jistieden lill-Istati Uniti tagħti lill-UE u lill-alleati l-oħra eżenzjoni sħiħa u permanenti mill-miżuri; jistieden lill-Kummissjoni tirreaġixxi bis-sod jekk dawn it-tariffi jintużaw bħala mezz biex jitrażżnu l-esportazzjonijiet tal-UE; jisħaq ukoll fuq l-illeġitimità ta' kwalunkwe sanzjoni li tista' tittieħed mill-Istati Uniti bħala kontromiżura fuq il-beni Ewropej wara l-pubblikazzjoni tar-rapport tal-Korp tal-Appell għall-Konformità fil-qafas tal-ilment mill-Istati Uniti kontra l-UE dwar miżuri li jaffettwaw il-kummerċ f'ajruplani ċivili kbar, peress li 204 mill-218-il talba mressqa mill-Istati Uniti ġew rifjutati mid-WTO u għad baqa' rapport ulterjuri pendenti dwar il-każ relatat kontra s-sussidji illegali tal-Istati Uniti;
77. Jieħu nota tal-fatt li l-kooperazzjoni bilaterali bejn l-UE u l-Istati Uniti baqgħet għaddejja fuq firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet regolatorji, kif evidenzjat permezz tal-ftehim bilaterali li ġie konkluż dan l-aħħar dwar miżuri prudenzjali fir-rigward tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jew dwar il-ftehim ta' rikonoxximent reċiproku dwar ir-rikonoxximent ta' spezzjonijiet ta' produtturi tal-mediċini; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jirrispettaw bis-sħiħ ir-rwol tal-Parlament Ewropew f'dan il-proċess;
78. Jisħaq fuq l-importanza kruċjali tal-proprjetà intellettwali għall-ekonomiji tal-UE u tal-Istati Uniti; jappella liż-żewġ partijiet jappoġġaw ir-riċerka u l-innovazzjoni fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku, jiggarantixxu livelli għoljin ta' protezzjoni tal-proprjetà intellettwali, u jiżguraw li dawk li joħolqu prodotti innovattivi ta' kwalità għolja jkunu jistgħu jkomplu jagħmlu dan;
79. Jistieden lill-UE u lill-Istati Uniti jtejbu l-aċċess għas-suq tal-SMEs li jesportaw lejn l-Istati Uniti u lejn l-UE, permezz ta' żieda fit-trasparenza dwar ir-regoli eżistenti u dwar il-ftuħ tas-suq fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku, pereżempju permezz ta' portal għall-SMEs;
80. Jenfasizza l-importanza tas-suq tal-Istati Uniti għall-SMEs tal-UE; jistieden lill-UE u lill-Istati Uniti jindirizzaw l-effett sproporzjonat li t-tariffi, l-ostakli nontariffarji u l-ostakli tekniċi għall-kummerċ għandhom fuq l-SMEs fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku, li jkopru mhux biss it-tnaqqis fit-tariffi iżda wkoll semplifikazzjoni tal-proċeduri doganali u potenzjalment mekkaniżmi ġodda li għandhom l-għan li jgħinu lill-SMEs jiskambjaw l-esperjenzi u l-aħjar prattiki fix-xiri u l-bejgħ fis-swieq tal-UE u tal-Istati Uniti;
81. Jistieden lill-UE u lill-Istati Uniti, fil-qafas tal-kooperazzjoni bilaterali tagħhom, iżommu lura minn kompetizzjoni fiskali ma' xulxin, peress li din twassal biss għal tnaqqis fl-investiment fiż-żewġ ekonomiji;
82. Jistieden lill-UE u lill-Istati Uniti jaqblu dwar qafas għal kummerċ diġitali li jirrispetta l-oqfsa ġuridiċi eżistenti u l-ftehimiet dwar il-protezzjoni tad-data u r-regoli tal-privatezza tad-data taż-żewġ naħat, li huma partikolarment rilevanti għas-settur tas-servizzi; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li l-UE u l-Istati Uniti għandhom jaħdmu flimkien biex iħeġġu lil pajjiżi terzi jadottaw standards għoljin ta' protezzjoni tad-data;
83. Jappella lill-UE u lill-Istati Uniti biex iqawwu l-kooperazzjoni dwar it-tibdil fil-klima; jistieden lill-UE u lill-Istati Uniti jużaw negozjati kummerċjali attwali u futuri, fil-livelli kollha, biex jiżguraw l-applikazzjoni ta' standards miftiehma fuq livell internazzjonali bħalma huma l-Ftehim ta' Pariġi, biex jippromwovu l-kummerċ fi prodotti li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, inkluża t-teknoloġija, u sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni globali tal-enerġija, b'aġenda kummerċjali internazzjonali ċara u koordinata, kemm biex jiġi protett l-ambjent kif ukoll biex jinħolqu opportunitajiet għall-impjiegi u t-tkabbir;
84. Jemmen li ftehim potenzjali ġdid dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali u ta' investiment bejn l-UE u l-Istati Uniti, la jista' jiġi negozjat taħt pressjoni u lanqas taħt theddid, u huwa biss ftehim wiesa', ambizzjuż, bilanċjat u komprensiv li jkopri l-oqsma kummerċjali kollha li jista' jkun ta' interess għall-UE; jinnota, f'dan ir-rigward, li tista' tkun ta' vantaġġ il-possibbiltà li jinħoloq mekkaniżmu speċifiku u permanenti ta' kooperazzjoni regolatorja u konsultattiva; jistieden lill-Kummissjoni tissokta n-negozjati mal-Istati Uniti fiċ-ċirkostanzi t-tajba;
85. Jenfasizza li l-flussi kummerċjali jirrikjedu dejjem aktar modi ġodda, aktar rapidi u aktar siguri biex jiġu trasferiti prodotti u servizzi bejn il-fruntieri; jistieden lill-UE u lill-Istati Uniti, bħala sħab kummerċjali ewlenin, u bl-għan li jiffaċilitaw il-kummerċ, jikkollaboraw fuq soluzzjonijiet ta' teknoloġija diġitali relatati mal-kummerċ;
86. Ifakkar fl-importanza tad-djalogu u l-kooperazzjoni eżistenti bejn l-UE u l-Istati Uniti fl-oqsma tax-xjenza u tat-teknoloġija; jirrikonoxxi r-rwol tal-isforzi bejn l-UE u l-Istati Uniti fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni bħala l-muturi ewlenin tal-għarfien u t-tkabbir ekonomiku, u jappoġġa t-tkomplija u l-espansjoni tal-Ftehim dwar ix-Xjenza u t-Teknoloġija bejn l-UE u l-Istati Uniti wara l-2018, bl-għan li jitrawmu r-riċerka, l-innovazzjoni u t-teknoloġiji ġodda emerġenti, il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, u l-ħolqien ta' aktar impjiegi u impjiegi aħjar, il-kummerċ sostenibbli u t-tkabbir inklużiv;
87. Jikkondividi t-tħassib tal-Istati Uniti dwar il-kapaċità żejda fil-qasam tal-azzar globali; jiddispjaċih, fl-istess ħin, li l-miżuri unilaterali u mhux kompatibbli mad-WTO għandhom l-iskop biss li jdgħajfu l-integrità ta' ordni ta' negozjar ibbażat fuq ir-regoli; jissottolinja li anke jekk l-UE jkollha eżenzjoni permanenti mit-tariffi tal-Istati Uniti dan ma jilleġittimax din il-linja ta' azzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tikkoopera mal-Istati Uniti biex issaħħaħ l-isforzi ħalli tiġi miġġielda l-kapaċità żejda fil-qasam tal-azzar fi ħdan il-qafas tal-Forum Globali tal-G20, sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal enormi tal-azzjoni multilaterali; itenni l-konvinzjoni tiegħu li l-azzjonijiet konġunti u miftiehma fi ħdan is-sistemi kummerċjali bbażati fuq ir-regoli huma l-aħjar mod biex jissolvew dawn il-problemi globali;
88. Jafferma mill-ġdid l-importanza li l-UE u l-Istati Uniti jindirizzaw, b'mod ikkoordinat u kostruttiv, il-modernizzazzjoni meħtieġa tad-WTO, bil-għan li din issir aktar effikaċi, trasparenti u responsabbli, kif ukoll biex jiżguraw li, fil-proċess ta' tfassil ta' regoli u politiki kummerċjali internazzjonali, jiġu integrati b'mod xieraq id-dimensjonijiet tal-ugwaljanza bejn is-sessi, dawk soċjali, ambjentali u tad-drittijiet tal-bniedem;
89. Jindika li l-UE tissimbolizza ekonomija tas-suq mingħajr distorsjoni, kif ukoll valuri miftuħa u msejsa fuq ir-regoli kif ukoll il-kummerċ ġust; itenni l-appoġġ tiegħu għall-istrateġija tal-Kummissjoni b'risposta għall-politika kummerċjali attwali tal-Istati Uniti, filwaqt li tikkonforma mar-regoli tas-sistema kummerċjali multilaterali; jappella għall-għaqda fost l-Istati Membri kollha tal-UE, u jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa approċċ komuni biex tindirizza din is-sitwazzjoni; jisħaq fuq l-importanza li tiġi ppreservata l-unità tal-Istati Membri tal-UE f'dan ir-rigward, peress li l-azzjonijiet konġunti tal-UE fil-qafas tal-politika kummerċjali komuni u l-unjoni doganali tal-UE fil-livell internazzjonali, kif ukoll fil-livell bilaterali mal-Istati Uniti, urew li huma ferm aktar effikaċi minn kwalunkwe inizjattiva meħuda minn Stati Membri individwali; itenni li l-UE tinsab lesta biex taħdem mal-Istati Uniti dwar kwistjonijiet ta' interess reċiproku relatati mal-kummerċ fi ħdan ir-regoli tas-sistema kummerċjali multilaterali;
90. Jiddispjaċih bid-deċiżjoni tal-President Trump li joħroġ lill-Istati Uniti mill-PAKK u l-effett li din id-deċiżjoni se jkollha fuq il-kumpaniji tal-UE li jinnegozjaw fl-Iran; jappoġġa l-isforzi kollha tal-UE mmirati biex tissalvagwardja l-interessi ta' kumpaniji tal-UE li jinvestu fl-Iran, b'mod partikolari d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tattiva l-Istatut ta' Imblukkar, li jixhed l-impenn tal-UE fir-rigward tal-PAKK; jemmen li l-istess statut jista' jintuża kull fejn huwa xieraq;
91. Jistieden lill-UE u lill-Istati Uniti jsaħħu l-kooperazzjoni u l-isforzi biex jimplimentaw u jespandu skemi ta' diliġenza dovuta għall-impriżi sabiex isaħħu l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fuq livell internazzjonali, inkluż fil-qasam tal-kummerċ ta' minerali u metalli li joriġinaw minn żoni milquta minn kunflitti;
92. Jiddeplora d-diżimpenn tal-Istati Uniti mill-protezzjoni tal-ambjent; jiddispjaċih, f'dan ir-rigward, dwar id-deċiżjoni tal-President Trump – meta l-Istati Uniti hija l-akbar importatur ta' trofej tal-kaċċa tal-iljunfanti – li jneħħi l-projbizzjoni fuq l-importazzjoni ta' trofej bħal dawn minn ċerti pajjiżi Afrikani, inkluż iż-Żimbabwe u ż-Żambja;
93. Jistieden lill-UE u lill-Istati Uniti jkomplu u jsaħħu l-kooperazzjoni parlamentari trans-Atlantika, li għandha twassal għal qafas politiku usa' u msaħħaħ biex jittejbu r-rabtiet kummerċjali u ta' investiment bejn l-UE u l-Istati Uniti;
94. Jesprimi t-tħassib tiegħu li l-Istati Uniti u ċ-Ċina jistgħu jilħqu ftehim li ma jkunx kompletament kompatibbli mad-WTO, li jista' wkoll jimmina l-interessi tagħna u jixħet dell ikrah fuq ir-relazzjonijiet trans-Atlantiċi kummerċjali; jenfasizza, għalhekk, il-bżonn ta' ftehim aktar globali mas-sħab kummerċjali prinċipali tagħna, b'kunsiderazzjoni tal-interessi komuni tagħna madwar id-dinja.
o o o
95. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lis-SEAE u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-pajjiżi ta' adeżjoni u dawk kandidati, lill-President tal-Istati Uniti u lis-Senat u lill-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Istati Uniti.
– wara li kkunsidra l-fatt li r-relazzjonijiet diplomatiċi bejn l-UE u ċ-Ċina ilhom stabbiliti mis-6 ta' Mejju 1975,
– wara li kkunsidra s-Sħubija Strateġika bejn l-UE u ċ-Ċina varata fl-2003,
– wara li kkunsidra l-qafas legali prinċipali għar-relazzjonijiet maċ-Ċina, jiġifieri l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni Ekonomika bejn il-KEE u ċ-Ċina(1), iffirmat f'Mejju 1985, li jkopri r-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali u l-programm ta' kooperazzjoni bejn l-UE u ċ-Ċina,
– wara li kkunsidra l-Aġenda Strateġika għall-Kooperazzjoni UE-Ċina 2020 li ntlaħaq qbil dwarha fil-21 ta' Novembru 2013,
– wara li kkunsidra d-djalogu politiku strutturat bejn l-UE u ċ-Ċina li ġie formalment stabbilit fl-1994 u d-Djalogu Strateġiku ta' Livell Għoli dwar kwistjonijiet strateġiċi u fil-qasam tal-politika barranija li ġie stabbilit fl-2010, b'mod partikolari l-Ħames u s-Seba' Djalogi Strateġiċi ta' Livell Għoli bejn l-UE u ċ-Ċina li saru f'Beijing fis-6 ta' Mejju 2015 u fid-19 ta' april 2017 rispettivament,
– wara li kkunsidra n-negozjati għal Ftehim ġdid ta' Sħubija u Kooperazzjoni, li bdew fl-2007,
– wara li kkunsidra n-negozjati għal Ftehim Bilaterali ta' Investiment li bdew f'Jannar 2014,
– wara li kkunsidra d-Dsatax-il Summit UE-Ċina, li sar fi Brussell fl-1 u t-2 ta' Ġunju 2017;
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta mill-Kummissjoni u mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tat-22 ta' Ġunju 2016 intitolata "Elementi għal strateġija ġdida tal-UE dwar iċ-Ċina" (JOIN(2016)0030),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2016 dwar strateġija tal-UE dwar iċ-Ċina,
– wara li kkunsidra r-rapport konġunt mill-Kummissjoni u mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tal-24 ta' April 2018 intitolat "Ir-Reġjun Amministrattiv Speċjali ta' Hong Kong: Rapport Annwali tal-2017" (JOIN(2018)0007),
– wara li kkunsidra l-linji gwida tal-Kunsill tal-15 ta' Ġunju 2012 dwar il-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-UE fl-Asja tal-Lvant,
– wara li kkunsidra l-adozzjoni tal-liġi dwar is-sigurtà nazzjonali l-ġdida mill-Kumitat Permanenti tal-Kungress Popolari Nazzjonali Ċiniż fl-1 ta' Lulju 2015,
– wara li kkunsidra l-White Paper dwar l-istrateġija militari taċ-Ċina tas-26 ta' Mejju 2015,
– wara li kkunsidra d-djalogu UE-Ċina dwar id-drittijiet tal-bniedem, varat fl-1995, u l-35 sessjoni tiegħu, li saret fi Brussell fit-22 u fit-23 ta' Ġunju 2017,
– wara li kkunsidra aktar minn 60 djalogu settorjali bejn l-UE u ċ-Ċina,
– wara li kkunsidra l-fatt li, fi Frar 2012, ġie stabbilit id-Djalogu Interpersonali ta' Livell Għoli bejn l-UE u ċ-Ċina, li jakkomoda l-inizjattivi konġunti kollha bejn l-UE u ċ-Ċina f'dan il-qasam,
– wara li kkunsidra l-ftehim ta' kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u ċ-Ċina, li daħal fis-seħħ fis-sena 2000(2), u l-Ftehim ta' Sħubija Xjentifika u Teknoloġika li ġie ffirmat fl-20 ta' Mejju 2009,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) u l-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima, li daħal fis-seħħ fl-4 ta' Novembru 2016,
– wara li kkunsidra d-Djalogu dwar l-Enerġija bejn il-Komunità Ewropea u ċ-Ċina,
– wara li kkunsidra r-Round Tables UE-Ċina,
– wara li kkunsidra d-Dsatax-il Kungress Nazzjonali tal-Partit Komunista taċ-Ċina, li sar bejn it-18 u l-24 ta' Novembru 2017,
– wara li kkunsidra l-"Liġi tat-Taxxa dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent" ippromulgata mill-Kungress Popolari Nazzjonali f'Diċembru 2016, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2018,
– wara li kkunsidra l-fatt li l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni ddikjarat li l-fatturi ambjentali għandhom impatt fuq il-flussi ta' migrazzjoni nazzjonali u internazzjonali, meta n-nies jitilqu minn postijiet b'kundizzjonijiet ħarxa jew li qed jiddeterjoraw minħabba tibdil fil-klima aċċelerat(3),
– wara li kkunsidra s-Sena tat-Turiżmu UE-Ċina 2018 (ECTY), varata f'Venezja fid-19 ta' Jannar 2018,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Klabb tal-Korrispondenti taċ-Ċina (FCCC) dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol, maħruġ fit-30 ta' Jannar 2018 u intitolat "Access Denied – Surveillance, harassment and intimidation as reporting conditions in China deteriorate" (Aċċess Irrifjutat – Sorveljanza, fastidju u intimidazzjoni hekk kif qegħdin jiddetterjoraw il-kundizzjonijiet tar-rappurtar fiċ-Ċina),
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-UE - Punt 4, maħruġa waqt is-37 sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fit-13 ta' Marzu 2018 intitolata "Is-sitwazzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem li tirrikjedi l-attenzjoni tal-Kunsill",
– wara li kkunsidra l-41 laqgħa interparlamentari PE-Ċina, li saret f'Beijing f'Mejju 2018,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar iċ-Ċina, b'mod partikolari dawk tat-2 ta' Frar 2012 dwar il-politika barranija tal-UE rigward il-BRICS u setgħat emerġenti oħra: objettivi u strateġiji(4), u tat-23 ta' Mejju 2012 dwar l-UE u ċ-Ċina: kummerċ żbilanċjat?(5), tal-14 ta' Marzu 2013 dwar it-theddidiet nukleari u d-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea(6), tal-5 ta' Frar 2014 dwar qafas tal-2030 għal politiki tal-klima u tal-enerġija(7), tas-17 ta' April 2014 dwar is-sitwazzjoni fil-Korea ta' Fuq(8), tal-21 ta' Jannar 2016 dwar il-Korea ta' Fuq(9), u tat-13 ta' Diċembru 2017 dwar ir-Rapport Annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK)(10),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-7 ta' Settembru 2006 dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u ċ-Ċina(11), tal-5 ta' Frar 2009 dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi maċ-Ċina(12), tal-14 ta' Marzu 2013 dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u ċ-Ċina(13), tad-9 ta' Ottubru 2013 dwar in-negozjati UE-Ċina għal ftehim ta' investiment bilaterali(14) u dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u t-Tajwan(15), tas-16 ta' Diċembru 2015 dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u ċ-Ċina(16), u r-rakkomandazzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2017 lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar Hong Kong, 20 snin wara t-trasferiment(17),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem tas-27 ta' Ottubru 2011 dwar it-Tibet, b'mod partikolari r-reliġjużi nisa u rġiel li jaħarqu lilhom infushom(18), tal-14 ta' Ġunju 2012 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fit-Tibet(19), tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar it-tneħħija tal-organi fiċ-Ċina(20), u tal-15 ta' Diċembru 2016 dwar il-każijiet tal-Akkademja Buddista Tibetana Larung Gar u ta' Ilham Tohti(21), tas-16 ta' Marzu 2017 dwar il-prijoritajiet tal-UE għas-sessjonijiet tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fl-2017(22), tas-6 ta' Lulju 2017 dwar każijiet tal-lawreat Nobel Liu Xiabo u Lee Ming-che(23) u tat-18 ta' Jannar 2018 dwar każijiet ta' attivisti tad-drittijiet tal-bniedem Wu Gan Xie Yang, Lee Ming-che u Tashi Wangchuk, u l-patri Tibetan Choekyi(24),
– wara li kkunsidra l-embargo fuq l-armi tal-UE introdott wara r-repressjoni ta' Tiananmen ta' Ġunju 1989, kif appoġġjat mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' Frar 2006 dwar ir-rapport annwali mill-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar l-aspetti prinċipali u l-għażliet bażiċi tal-PESK(25),
– wara li kkunsidra d-disa' ċikli ta' taħditiet li saru bejn l-2002 u l-2010 bejn rappreżentanti ta' livell għoli tal-gvern Ċiniż u d-Dalai Lama, dwar il-White Paper taċ-Ċina dwar it-Tibet, intitolata "Tibet's Path of Development Is Driven by an Irresistible Historical Tide" (Il-Passaġġ tat-Tibet lejn l-Iżvilupp hu Xprunat minn Marea Storika Irreżistibbli), li ġiet ippubblikata mill-Uffiċċju ta' Informazzjoni tal-Kunsill tal-Istat Ċiniż fil-15 ta' April 2015, u l-Memorandum tal-2008 u n-Nota tal-2009 dwar l-Awtonomija Ġenwina, it-tnejn li huma ppreżentati mir-Rappreżentanti tal-14-il Dalai Lama;
– wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0252/2018),
A. billi d-Dsatax-il Summit UE-Ċina fl-2017 mexxa' 'l quddiem sħubija strateġika bilaterali, li għandha impatt globali, u li enfasizzat impenji konġunti biex jiġu indirizzati l-isfidi globali, it-theddidiet komuni ta' sigurtà u l-promozzjoni tal-multilateraliżmu; billi hemm ħafna oqsma fejn il-kooperazzjoni kostruttiva tista' twassal għal benefiċċji reċiproċi, inkluż f'fora internazzjonali bħan-NU u l-G20; billi l-UE u ċ-Ċina kkonfermaw l-intenzjoni tagħhom li jtejbu l-kooperazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 rigward il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, it-tnaqqis fl-użu tal-karburanti fossili, il-promozzjoni ta' enerġija nadifa u t-tnaqqis tat-tniġġis; billi hemm bżonn aktar kooperazzjoni u koordinazzjoni bejn iż-żewġ naħat f'dan is-settur, inkluż fil-qasam tar-riċerka u fl-iskambju tal-aħjar prattiki; billi ċ-Ċina adottat skema għan-negozjar ta' emissjonijiet tal-karbonju bbażata fuq l-EU ETS; billi l-viżjoni tal-UE għal governanza multilaterali hija waħda ta' ordni abbażi tar-regoli u fuq valuri universali, bħad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt, it-trasparenza u r-responsabbiltà; filwaqt li fil-kuntest ġeopolitiku attwali huwa aktar importanti minn qatt qabel li jiġu promossi l-multilateraliżmu u sistema bbażata fuq ir-regoli; billi l-UE tistenna li r-relazzjoni tagħha maċ-Ċina tkun waħda ta' benefiċċju reċiproku, kemm f'termini politiċi kif ukoll ekonomiċi; billi l-UE tistenna li ċ-Ċina tonora r-responsabbiltajiet tagħha b'konformità mal-impatt globali tagħha u li tappoġġja l-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli li minnu tgawdi hija wkoll;
B. billi l-kooperazzjoni bejn l-UE u ċ-Ċina dwar il-politika barranija, is-sigurtà u d-difiża, u fil-ġlieda kontra t-terroriżmu hija importanti immens; billi l-kooperazzjoni bejn iż-żewġ naħat kienet essenzjali biex jiġi żgurat il-ftehim nukleari mal-Iran; billi l-pożizzjoni taċ-Ċina wettqet rwol ewlieni fil-ħolqien ta' spazju għal negozjati waqt il-kriżi tal-Korea ta' Fuq;
C. billi, fi proċess li fil-parti l-kbira baqa' injorat fl-Ewropa, it-tmexxija Ċiniża qawwiet l-isforzi tagħha b'mod gradwali u sistematiku biex issarraf il-piż ekonomiku tagħha f'influwenza politika, partikolarment permezz ta' investimenti strateġiċi infrastrutturali u konnessjonijiet tat-trasport ġodda, kif ukoll b'komunikazzjoni strateġika li għandha l-għan li tinfluwenza lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-qasam politiku u ekonomiku Ewropew, il-midja, l-universitajiet u l-pubblikaturi akkademiċi u l-pubbliku inġenerali, sabiex issawwar il-perċezzjonijiet tagħhom dwar iċ-Ċina u toffri stampa pożittiva tal-pajjiż, billi tibni "netwerks" ta' organizzazzjonijiet Ewropej u ta' individwi madwar is-soċjetajiet li jagħtuha appoġġ; billi s-sorveljanza min-naħa taċ-Ċina tal-għadd kbir ta' studenti Ċiniżi li issa qegħdin jistudjaw madwar l-Ewropa hija kawża ta' tħassib, bħalma huma l-isforzi tagħha biex tikkontrolla lil dawk in-nies fl-Ewropa li ħarbu miċ-Ċina;
D. billi l-format 16+1 bejn iċ-Ċina fuq naħa waħda, u 11-il Pajjiż tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant (CEEs) u ħames pajjiżi Balkani fuq l-oħra, ġie stabbilit fl-2012 fid-dawl tal-kriżi finanzjarja u bħala parti mid-diplomazija subreġjonali Ċiniża intiża biex tiżviluppa proġetti ta' infrastruttura fuq skala kbira u ssaħħaħ il-kooperazzjoni ekonomika u kummerċjali; billi l-investiment u l-finanzjament Ċiniż previst f'dawn il-pajjiżi huwa sostanzjali, iżda mhux importanti daqs l-investiment u l-parteċipazzjoni tal-UE; billi l-pajjiżi Ewropej li qegħdin jipparteċipaw f'dan il-format għandhom jikkunsidraw li jagħtu aktar importanza lill-kunċett ta' vuċi waħda għall-UE fir-relazzjonijiet tagħha maċ-Ċina;
E. billi ċ-Ċina hija s-suq li qed jikber bl-aktar rata mgħaġġla għall-prodotti tal-ikel mill-UE;
F. billi l-Inizjattiva "Belt and Road" (BRI) taċ-Ċina, flimkien mal-Politika dwar l-Artiku tagħha, hija l-aktar inizjattiva ta' politika barranija ambizzjuża li qatt ġiet adottata mill-pajjiż, u tinkludi dimensjonijiet ġeopolitiċi u b'rabta mas-sigurtà u għalhekk tmur lil hinn mill-iskop iddikjarat ta' politika ekonomika u kummerċjali; billi l-BRI kompliet tiġi msaħħa bl-istabbiliment tal-Bank Asjatiku tal-Investiment fl-Infrastruttura (AIIB) fl-2015; billi l-UE tinsisti fuq struttura ta' governanza multilaterali u fuq implimentazzjoni mhux diskriminatorja tal-BRI; billi l-parti Ewropea tixtieq tiggarantixxi li kull proġett ta' konnettività fil-qafas tal-BRI jonora l-obbligi li joħorġu mill-ftehim ta' Pariġi, kif ukoll li tiżgura li jinżammu kemm l-istandards ambjentali, tax-xogħol u soċjali internazzjonali oħrajn, kif ukoll id-drittijiet tal-popli indiġeni; billi l-proġetti ta' infrastruttura Ċiniżi se joħolqu djun kbar għall-gvernijiet Ewropej mal-banek tal-Istat taċ-Ċina li joffru self skont termini mhux trasparenti u li ftit jiġġeneraw impjiegi fl-Ewropa; billi xi proġetti infrastrutturali relatati mal-BRI diġà poġġew lil gvernijiet ta' pajjiżi terzi f'pożizzjoni ta' dejn żejjed; billi s'issa l-biċċa l-kbira tal-kuntratti relatati mal-BRI ngħataw lil kumpaniji Ċiniżi; billi ċ-Ċina, b'mod diskriminatorju, qiegħda tapplika wħud mill-istandards industrijali tagħha fi proġetti relatati mal-BRI; billi l-proġetti relatati mal-BRI ma jridux jingħataw permezz ta' proċess ta' sejħa għall-offerti mhux trasparenti; billi, fi ħdan il-BRI, iċ-Ċina qed tuża multipliċità ta' kanali; billi 27 ambaxxatur nazzjonali tal-UE f'Beijing dan l-aħħar ikkumpilaw rapport li jikkritika bl-aħrax il-proġett BRI, u kkundannawh bħala proġett imfassal biex ixekkel il-kummerċ ħieles u biex jagħti vantaġġ lill-kumpaniji Ċiniżi; billi, sfortunatament, il-BRI huwa nieqes minn kull tip ta' salvagwardja tad-drittijiet tal-bniedem;
G. billi, jidher li d-diplomazija Ċiniża ħarġet mid-Dsatax-il Kungress tal-Partit u mill-Kungress Nazzjonali tal-Poplu ta' din is-sena bħala l-parteċipant l-aktar qawwi, b'minn tal-inqas ħames uffiċjali għolja jkunu responsabbli għall-politika barranija tal-pajjiż u bi spinta konsiderevoli għall-baġit tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin; billi l-Aġenzija ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp Internazzjonali tal-Istat il-ġdida se tkun responsabbli mill-koordinazzjoni tal-baġit dejjem akbar taċ-Ċina għall-għajnuna barranija;
H. billi, fis-snin tmenin, iċ-Ċina introduċiet limitu għat-terminu massimu ta' mandat b'reazzjoni għall-eċċessi tar-Rivoluzzjoni Kulturali; billi, fil-11 ta' Marzu 2018, il-Kungress Nazzjonali tal-Poplu ivvota kważi b'mod unanimu favur li l-abrogazzjoni tal-limitu ta' żewġ mandati konsekuttivi għall-karigi ta' President u ta' Viċi President tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina ;
I. billi t-tmexxija għolja taċ-Ċina, filwaqt li tiddikjara li ma tindaħalx fl-affarijiet interni ta' pajjiżi oħrajn, b'mod regolari timmina s-sistema politika tal-pajjiżi tal-Punent fil-komunikazzjonijiet uffiċjali tagħha;
J. billi fil-11 ta' Marzu 2018 l-Kungress Nazzjonali tal-Poplu approva l-istabbiliment ta' Kummissjoni Superviżorja Nazzjonali, korp ġdid taħt il-kontroll tal-partit imfassal bil-għan li jistituzzjonalizza u jespandi l-kontroll fuq il-ħaddiema kollha taċ-ċivil taċ-Ċina, u elenka din il-Kummissjoni bħala korp statali fi ħdan il-Kostituzzjoni Ċiniża;
K. billi fl-2014, il-Kunsill tal-Istat taċ-Ċina ħabbar pjanijiet dettaljati biex tinħoloq Sistema Soċjali ta' Kreditu bil-għan li tippremja dik l-imġiba li l-partit jikkunsidra finanzjarjament, ekonomikament u socjopolitikament responsabbli, filwaqt li tissanzjona n-nuqqas ta' konformità mal-politiki tiegħu; billi l-proġett ta' evalwazzjoni tal-kreditu soċjali x'aktarx li jkollu wkoll impatt fuq il-barranin li jgħixu u jaħdmu fiċ-Ċina, inklużi ċittadini tal-UE, u se jwassal għal konsegwenzi għal kumpaniji tal-UE u għal kumpaniji barranin oħrajn li joperaw fil-pajjiż;
L. billi huwa ċar li f'ċerti reġjuni taċ-Ċina, l-għajxien tal-popolazzjoni rurali se jmur għall-agħar minħabba l-varjazzjonijiet fit-temperatura u fil-preċipitazzjoni u kaġun ta' avvenimenti klimatiċi estremi oħrajn; billi l-ippjanar tar-rilokazzjoni sar opzjoni effettiva ta' politika ta' adattament biex jitnaqqsu l-vulnerabbiltà u l-faqar kaġun tal-klima(26);
M. billi s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina kompliet tmur għall-agħar peress li l-gvern iħarrax l-ostilità tiegħu fil-konfront tal-kontestazzjoni paċifika, il-libertà tal-espressjoni u tar-reliġjon, u l-istat tad-dritt; billi l-attivisti tas-soċjetà ċivili u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem qed jiġu miżmuma, imħarrka u kkundannati abbażi ta' akkużi vagi bħas-"sovversjoni tal-poter tal-Istat" u "illitikar u istigar ta' inkwiet", u spiss jinżammu mingħajr l-ebda kuntatt estern u f'postijiet mhux magħrufa, mingħajr aċċess għal kura medika jew għal rappreżentanza legali; billi xi kultant id-difensuri u l-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem detenuti jinżammu taħt "sorveljanza residenzjali f'post apposta", metodu li jintuża biex id-detenuti ma jkollhom kuntatt ma' ħadd, u li spiss jagħti lok għal rapporti ta' tortura u ta' maltrattament; billi ċ-Ċina tkompli tiċħad il-libertà tal-kelma u l-libertà li wieħed jinforma, u billi għadd kbir ta' ġurnalisti, bloggers u vuċijiet indipendenti ntbagħtu l-ħabs; billi, fil-qafas strateġiku dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, l-UE wegħdet li se tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija, u l-istat tad-dritt "fl-oqsma kollha tal-azzjoni esterna tagħha, mingħajr eċċezzjoni" u li l-UE se "tqiegħed id-drittijiet tal-bniedem fil-qalba tar-relazzjonijiet tagħha mal-pajjiżi terzi kollha, inklużi s-sħab strateġiċi tagħha"; billi s-summits UE-Ċina għandhom jintużaw biex iwasslu għal riżultati konkreti fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, partikolarment ir-rilaxx tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, tal-avukati u tal-attivisti li jinsabu l-ħabs;
N. billi l-awtoritajiet Ċiniżi xi drabi waqqfu lid-diplomatiċi tal-UE milli josservaw proċessi jew milli jżuru difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, li hija ħidma li tikkonforma mal-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem;
O. billi ċ-Ċina ħolqot arkitettura statali mifruxa ta' sorveljanza diġitali, li tvarja minn kontroll preventiv sal-ġbir arbitrarju ta' data bijometrika f'ambjent li huwa nieqes minn kull dritt ta' privatezza;
P. billi l-Gvern Ċiniż għadda kwantità kbira ta' liġijiet ġodda, b'mod partikolari l-Liġi dwar is-Sigurtà tal-Istat, li għaddiet fl-1 ta' Lulju 2015, il-Liġi dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu, il-Liġi dwar iċ-Ċibersigurtà u l-Liġi dwar il-Ġestjoni tal-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi Barranin (liġi ONGO), li jqisu l-attiviżmu pubbliku u l-kritika paċifika fil-konfront tal-gvern bħala theddid għas-sigurtà tal-Istat, isaħħu ċ-ċensura, is-sorveljanza u l-kontroll tal-individwi u tal-gruppi soċjali u jiskoraġġixxu lill-individwi milli jagħmlu kampanji favur id-drittijiet tal-bniedem;
Q. billi l-Liġi ONGO, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2017, hija waħda mill-akbar sfidi għall-NGOs internazzjonali (INGOs) minħabba li din il-liġi tirregola l-attivitajiet kollha fiċ-Ċina ffinanzjati mill-INGOs, u l-uffiċjali tas-sigurtà provinċjali huma primarjament responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Liġi ONGO;
R. billi r-regolamenti l-ġodda dwar il-kwistjonijiet reliġjużi li daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Frar 2018, huma aktar restrittivi fil-konfront ta' gruppi u attivitajiet reliġjużi u jġegħluhom jaderixxu aktar mill-qrib mal-politiki tal-partit; billi r-regoli l-ġodda jheddu l-persuni assoċjati ma' komunitajiet reliġjużi li m'għandhomx status legali fil-pajjiż, bl-impożizzjoni ta' multi meta huma jivvjaġġaw barra mill-pajjiż għal raġunijiet ta' edukazzjoni reliġjuża, fis-sens wiesa', u saħansitra aktar minn hekk għall-pellegrinaġġi, li huma soġġetti għal multi li jammontaw għal diversi drabi l-aktar salarju baxx; billi l-libertà reliġjuża u l-libertà tal-kuxjenza laħqu livell baxx ġdid minn mindu bdew ir-riformi ekonomiċi u mill-ftuħ taċ-Ċina lejn l-aħħar tas-sebgħinijiet; billi l-komunitajiet reliġjużi ilhom jiffaċċjaw repressjoni fiċ-Ċina, bl-Insara, kemm dawk fi knejjes illegali u dawk fi knejjes approvati mill-Istat, jispiċċaw fil-mira permezz tal-intimidazzjoni u d-detenzjoni ta' fidili, it-twaqqigħ ta' knejjes u t-trażżin ta' ġemgħat ta' Nsara;
S. billi s-sitwazzjoni f'Xinjiang, fejn jgħixu 10 miljun Musulman Uyghur u Każakistani etniku, iddeterjorat b'mod rapidu, partikolarment sa mill-ħatra fil-poter tal-President Xi, peress li l-kontroll assolut ta' Xinjiang tqiegħed bħala prijorità ewlenija, b'konsegwenza tal-attakki terroristiċi perjodiċi fi Xinjiang jew li huma allegatment konnessi ma' Xinjiang u mwettqa mill-Uyghurs, kif ukoll minħabba l-pożizzjoni strateġika tar-Reġjun Awtonomu Uyghur ta' Xinjiang għall-BRI; billi ġie stabbilit programm ta' detenzjoni extraġudizzjarja għaż-żamma ta' għaxriet ta' eluf ta' nies li huma mġiegħla jgħaddu minn proċess ta' riedukazzjoni politika, kif ukoll ġie żviluppat netwerk sofistikat ta' sorveljanza diġitali invażiva, inklużi t-teknoloġija tar-rikonoxximent tal-wiċċ u l-ġbir tad-data, l-użu massiv tal-pulizija, u restrizzjonijiet stretti fuq il-prattiki reliġjużi u fuq il-lingwa u t-tradizzjonijiet tal-Uyghur;
T. billi minkejja t-tkabbir ekonomiku u l-iżvilupp infrastrutturali tul dawn l-aħħar snin, is-sitwazzjoni fit-Tibet marret għall-agħar, bil-Gvern Ċiniż irażżan firxa wiesgħa ta' drittijiet tal-bniedem bl-iskuża tas-sigurtà u l-istabbiltà, u bl-involviment tiegħu f'attakki bla waqfien kontra l-identità u l-kultura Tibetana; billi miżuri ta' sorveljanza u kontroll ilhom jiżdiedu tul dawn l-aħħar ftit snin, bħad-detenzjonijiet arbitrarji, l-atti ta' tortura u ta' maltrattament; billi l-Gvern Ċiniż ħoloq fit-Tibet ambjent fejn ma hemm l-ebda limitu għal awtorità statali, fejn hemm klima ta' biża' pervażiv, u fejn kull aspett tal-ħajja pubblika u privata huwa kkontrollat u rregolat b'mod strett; billi fit-Tibet, kull att ta' kontestazzjoni jew ta' kritika tal-politiki tal-istat fil-konfront tal-minoranzi etniċi jew reliġjużi jista' jitqies bħala "separatista" u għalhekk jista' jiġi kriminalizzat; billi l-aċċess għar-Reġjun Awtonomu tat-Tibet illum huwa aktar ristrett minn qatt qabel għal persuni barranin, inklużi ċittadini tal-UE, b'mod partikolari għall-ġurnalisti, diplomatiċi u osservaturi indipendenti oħra, u hu saħansitra aktar diffiċli għal dawk iċ-ċittadini tal-UE li għandhom konnessjoni Tibetana; billi f'dawn l-aħħar ftit snin ma sar l-ebda progress biex tinstab soluzzjoni għall-kriżi Tibetana, peress li l-aħħar sessjoni ta' taħditiet favur il-paċi saret fl-2010; billi d-deterjorament tas-sitwazzjoni umanitarja fit-Tibet wassal għal żieda ta' każijiet ta' persuni li taw in-nar lilhom infushom, hekk li n-numru totali tela' għal 156 sa mill-2009;
U. billi l-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina ppubblika white paper dwar il-prattika tal-politika ta' "pajjiż wieħed, żewġ sistemi" f'Hong Kong fl-10 ta' Ġunju 2014, li tenfasizza li l-awtonomija tar-Reġjun Amministrattiv Speċjali ta' Hong Kong (SAR) hija fl-aħħar mill-aħħar soġġetta għall-awtorizzazzjoni tal-gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina; billi matul is-snin in-nies ta' Hong Kong raw dimostrazzjonijiet tal-massa favur id-demokrazija, il-libertà tal-midja, u l-implimentazzjoni sħiħa tal-Liġi Bażika; billi s-soċjetà tradizzjonalment miftuħa ta' Hong Kong wittiet it-triq għall-iżvilupp ta' soċjetà ċivili ġenwina u indipendenti li b'mod attiv u kostruttiv tipparteċipa fil-ħajja pubblika tar-Reġjun Amministrattiv Speċjali;
V. billi l-iżviluppi politiċi kontrastanti tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina (RPĊ) u t-Tajwan, b'reġim ta' partit tal-istat dejjem aktar awtoritarju u nazzjonalistiku fuq naħa waħda u b'demokrazija b'diversi partiti, fuq l-oħra, iqajmu l-periklu li r-relazzjonijiet bejn naħa u oħra tal-istrett jeskalaw; billi l-UE taderixxi mal-politika ta' "Ċina waħda" fir-rigward tat-Tajwan, u tappoġġja l-prinċipju ta' "pajjiż wieħed, żewġ sistemi" fir-rigward ta' Hong Kong;
W. billi, wara aktar minn tliet snin ta' taħditiet, iċ-Ċina u l-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN) f'Awwissu 2017 qablu dwar qafas ta' referenza ta' paġna waħda bħala l-bażi għal diskussjonijiet futuri dwar Kodiċi ta' Kondotta (KtK) għall-partijiet kollha fil-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar; billi r-reklamazzjoni kkontesta tal-art miċ-Ċina fil-Gżejjer Spratly fil-parti l-kbira tagħha tlestiet, iżda baqgħet għaddejja s-sena li għaddiet fil-Gżejjer Parakel, aktar lejn it-Tramuntana;
X. billi anke ċ-Ċina qed issir attur estern aktar attiv u importanti fil-Lvant Nofsani minħabba l-interessi ekonomiċi, ta' sigurtà u ġeopolitiċi evidenti tagħha;
Y. billi ċ-Ċina qiegħda tipprovdi dejjem aktar Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) u qed tfeġġ bħala attur ewlieni fil-politika tal-iżvilupp, billi tipprovdi stimulu tant meħtieġ għall-politika tal-iżvilupp iżda fl-istess ħin qed tqajjem tħassib dwar is-sjieda lokali ta' proġetti;
Z. billi l-preżenza taċ-Ċina u l-investimenti tagħha fl-Afrika qegħdin jiżdiedu ħafna, u billi dan wassal għall-isfruttar ta' riżorsi naturali, spiss mingħajr l-ebda konsultazzjoni mal-popolazzjonijiet lokali;
1. Itenni li s-Sħubija Strateġika Komprensiva bejn l-UE u ċ-Ċina hija waħda mill-aktar sħubijiet importanti għall-UE u din ir-relazzjoni għad fadlilha ħafna aktar potenzjal ta' żvilupp fil-fond u ta' aktar kooperazzjoni fix-xena internazzjonali; jenfasizza l-importanza li jissaħħu l-kooperazzjoni u l-koordinament fil-qasam tal-governanza globali u l-istituzzjonijiet internazzjonali, b'mod partikolari fil-livell tan-NU u tal-G20; jenfasizza li, f'kuntest ta' dinja kumplessa, globalizzata u multipolari fejn iċ-Ċina saret attur ekonomiku u politiku sinifikanti, l-UE trid isostni l-opportunitajiet għal djalogu u kooperazzjoni kostruttivi u tippromwovi r-riformi kollha meħtieġa fl-oqsma ta' interess komuni; ifakkar liċ-Ċina dwar l-obbligi u r-responsabilitajiet internazzjonali tagħha bħala membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, f'termini tal-kontribuzzjoni tagħha favur il-paċi u s-sigurtà globali;
2. Ifakkar li s-Sħubija Strateġika Komprensiva bejn l-UE u ċ-Ċina hija bbażata fuq impenn kondiviż favur il-ftuħ u l-ħidma komuni bħala parti minn sistema internazzjonali bbażata fuq ir-regoli; jenfasizza li ż-żewġ naħat impenjaw ruħhom li jistabbilixxu sistema trasparenti, ġusta u ekwa ta' governanza globali, b'kondiviżjoni ta' responsabbiltà għall-promozzjoni tal-paċi, il-prosperità u l-iżvilupp sostenibbli; ifakkar li l-impenn tal-UE maċ-Ċina għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipji, ikun prattiku u prammatiku, b'lealtà sħiħa mal-interessi u l-valuri tal-UE; jinsab imħasseb dwar il-fatt li, matul dawn l-aħħar għaxar snin, iż-żieda fis-saħħa ekonomika u politika globali taċ-Ċina ikkawżat pressjoni fuq l-impenji kondiviżi li jinsabu fil-qalba tar-relazzjonijiet bejn l-UE u ċ-Ċina; jissottolinja r-responsabbiltajiet taċ-Ċina bħala setgħa globali u jappella lill-awtoritajiet biex f'kull ċirkostanza jiżguraw ir-rispett tad-dritt internazzjonali, id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, bi qbil mal-Karta tan-NU u mad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u ma' strumenti internazzjonali oħra ffirmati jew irratifikati miċ-Ċina; jistieden lill-Kunsill, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u lill-Kummissjoni jiżguraw li l-kooperazzjoni bejn l-UE u ċ-Ċina tissejjes fuq l-istat tad-dritt, l-universalità tad-drittijiet tal-bniedem, l-impenji internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem imwettqa miż-żewġ naħat u l-impenn favur il-progress lejn il-ksib tal-ogħla standard ta' protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza li għandhom jissaħħu r-reċiproċità, l-ambjent ekwu u l-kompetizzjoni ġusta fost l-oqsma kollha ta' kooperazzjoni;
3. Jenfasizza li l-indirizzar tal-isfidi globali u reġjonali, bħas-sigurtà, id-diżarm, in-nonproliferazzjoni, il-ġlieda kontra t-terroriżmu u ċ-ċiberspazju, il-kooperazzjoni dwar il-paċi, it-tibdil fil-klima, l-enerġija, l-oċeani u l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, id-deforestazzjoni, it-traffikar tal-organiżmi selvaġġi, il-migrazzjoni, is-saħħa globali, l-iżvilupp u l-ġlieda kontra l-qerda ta' siti ta' wirt kulturali u s-serq u t-traffikar ta' antikitajiet illegali, kollha jeħtieġu sħubija ġenwina bejn l-UE u ċ-Ċina; iħeġġeġ lill-UE tikkapitalizza fuq l-impenn taċ-Ċina biex tindirizza l-problemi globali bħat-tibdil fil-klima, u biex tkompli testendi l-kooperazzjoni b'suċċess maċ-Ċina favur iż-żamma tal-paċi, bħala waħda mill-akbar kontributuri għall-baġit tan-NU u bħala kontributur dejjem akbar ta' truppi fl-operazzjonijiet ta' żamma tal-paċi tan-NU, kif ukoll lejn oqsma oħra ta' interess konġunt, filwaqt li tippromwovi l-multilateraliżmu u l-governanza globali bbażata fuq ir-rispett għad-dritt internazzjonali, inkluż id-dritt internazzjonali umanitarju u dritt dwar id-drittijiet tal-bniedem; jilqa' f'dan ir-rigward il-kooperazzjoni b'suċċess kontra l-piraterija sa mill-2011 fil-Golf ta' Aden; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jippromwovu b'mod proattiv l-interessi ekonomiċi u politiċi tal-UE u jiddefendu l-valuri u l-prinċipji tal-UE; jenfasizza li l-multilateraliżmu huwa wieħed mill-valuri ewlenin tal-UE fir-rigward tal-governanza globali u li għandu jiġi salvagwardjat b'mod attiv fir-relazzjonijiet maċ-Ċina;
4. Jinnota li l-Komunikazzjoni Konġunta tar-Rappreżentant Għoli u tal-Kummissjoni, intitolata "Elementi għal strateġija ġdida tal-UE dwar iċ-Ċina" flimkien mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2016, jipprovdu l-qafas politiku għall-parteċipazjoni tal-UE maċ-Ċina għas-snin li ġejjin.
5. Jissottolinja li l-Kunsill ikkonkluda li fl-eżerċizzju tar-relazzjonijiet tagħhom maċ-Ċina, l-Istati Membri, ir-Rappreżentant Għoli u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw biex jiżguraw konsistenza mal-liġi, ir-regoli u l-politiki tal-UE, u biex ir-riżultat kumplessiv ikun ta' benefiċċju għall-UE kollha kemm hi;
6. Ifakkar li hekk kif iċ-Ċina qed tkompli tikber u tintegra fl-ekonomija globali permezz tal-politika ta' "Going out" (globalizzazzjoni) kif imħabbra fl-2001, iċ-Ċina qed tfittex li tkabbar l-aċċess tagħha għas-suq Ewropew għall-prodotti u s-servizzi Ċiniżi u għat-teknoloġija u l-għarfien sabiex tappoġġja pjanijiet bħall-"Made in China 2025" u biex tqawwi l-influwenza politika u diplomatika tagħha fl-Ewropa; jenfasizza li dawn l-ambizzjonijiet ġew intensifikati partikolarment fil-perjodu ta' wara l-kriżi finanzjarja globali tal-2008, u ħolqu dinamiki ġodda fir-relazzjonijiet bejn l-UE u ċ-Ċina;
7. Jistieden lil dawk l-Istati Membri li qed jipparteċipaw fil-format 16+1 jiżguraw li l-parteċipazzjoni tagħhom f'dan il-format tippermetti li l-UE jkollha vuċi waħda fir-relazzjoni tagħha maċ-Ċina; jappella lill-istess Stati Membri jwettqu analiżi u skrutinju sodi tal-proġetti infrastrutturali ssuġġeriti bil-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati kollha u jiżguraw li ma jiġux kompromessi l-interessi nazzjonali u Ewropej għal appoġġ finanzjarju fuq tul qasir ta' żmien u għal impenji fit-tul rigward il-parteċipazzjoni Ċiniża fi proġetti ta' infrastrutturali u l-potenzjal ta' influwenza politika aktar qawwija, li timmina l-pożizzjonijiet komuni tal-UE dwar iċ-Ċina; huwa konxju mill-influwenza dejjem akbar taċ-Ċina fuq l-infrastruttura u fuq is-swieq tal-pajjiżi kandidati tal-UE; jissottolinja l-bżonn ta' trasparenza tal-format billi jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE għal-laqgħat tiegħu u jżommhom infurmati b'mod sħiħ dwar l-attivitajiet tiegħu sabiex jiżgura li l-aspetti rilevanti kollha jkunu koerenti mal-politika u mal-leġiżlazzjoni tal-UE, u biex joffri lill-partijiet kollha l-istess benefiċċji u opportunitajiet;
8. Jinnota l-interess taċ-Ċina f'investimenti infrastrutturali strateġiċi fl-Ewropa; jikkonkludi li l-Gvern Ċiniż qiegħed juża l-BRI bħala qafas ta' narrattiva effikaċi għal ċerti elementi tal-politika barranija tiegħu, u li fid-dawl ta' dan l-iżvilupp, hemm bżonn li l-UE ssaħħaħ l-isforzi tagħha fil-politika barranija kif ukoll fid-diplomazija pubblika; jappoġġja t-talba biex iċ-Ċina taderixxi mal-prinċipji ta' trasparenza fl-akkwist pubbliku, kif ukoll mal-istandards ambjentali u soċjali; jistieden lill-Istati Membri kollha jappoġġjaw ir-risposti tad-diplomazija pubblika tal-UE; jissuġġerixxi li d-data kollha dwar l-investimenti fl-infrastruttura Ċiniża fl-Istati Membri tal-UE u f'dawk il-pajjiżi li għaddejjin minn proċess ta' negozjati ta' adeżjoni mal-UE tiġi kondiviża mal-istituzzjonijiet tal-UE u ma' Stati Membri oħra; ifakkar li dawn l-investimenti huma parti minn strateġija ġenerali biex il-kumpaniji Ċiniżi kkontrollati mill-Istat, jew iffinanzjati minnu, jikkontrollaw is-settur bankarju u dak tal-enerġija, kif ukoll il-ktajjen ta' provvista oħrajn; jissottolinja sitt sfidi ġenerali tal-BRI: approċċ multilaterali għall-governanza tal-BRI; impjieg minimu ta' ħaddiema lokali, parteċipazzjoni limitata immens ta' kuntratturi mill-pajjiż riċeventi jew minn pajjiż terz (madwar 86 % tal-proġetti BRI jinvolvu kuntratturi Ċiniżi), materjali ta' kostruzzjoni u tagħmir importat miċ-Ċina, nuqqas ta' trasparenza fis-sejħiet għall-offerti, u l-użu potenzjali ta' standards Ċiniżi minflok ta' standards internazzjonali; jinsisti li l-BRI jrid jinkludi salvagwardji dwar id-drittijiet tal-bniedem, u jemmen li huwa ta' importanza assoluta li jiġu żviluppati sinerġiji u proġetti bi trasparenza sħiħa u bl-involviment tal-partijiet interessati kollha u f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE, filwaqt li jiġu kkomplementati l-politiki u l-proġetti tal-UE sabiex jitwasslu benefiċċji għall-pajjiżi skont ir-rotot ippjanati; jilqa' l-ħolqien ta' Pjattaforma ta' Konnessjonijiet bejn l-UE u ċ-Ċina, li tippromwovi l-kooperazzjoni fl-infrastruttura tat-trasport madwar il-kontinent Ewro-Asjatiku; jinnota b'sodisfazzjon li ġew identifikati bosta proġetti ta' infrastruttura, u jissottolinja li l-proġetti għandhom jiġu implimentati abbażi ta' prinċipji ewlenin bħall-promozzjoni ta' proġetti ekonomikament, soċjalment u ambjentalment sostenibbli, tal-bilanċ ġeografiku, u skont kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni fost l-investituri u l-promoturi ta' proġetti, kif ukoll it-trasparenza;
9. Jinnota bi pjaċir li l-politika tal-UE dwar iċ-Ċina tifforma parti minn approċċ politiku globali lejn ir-reġjun Asjatiku-Paċifiku, li jikseb vantaġġ sħiħ li jikkunsidra bis-sħiħ ir-relazzjonijiet mill-qrib tal-UE ma' sħab bħall-Istati Uniti, il-Ġappun, il-Korea t'Isfel, il-pajjiżi tal-ASEAN, l-Awstralja u n-New Zealand;
10. Jenfasizza li l-kooperazzjoni bejn l-UE u ċ-Ċina għandha tkun orjentata aktar lejn in-nies u għandha toffri aktar benefiċċji reali liċ-ċittadini sabiex jinbnew il-fiduċja u l-fehim reċiproku; jappella lill-UE u liċ-Ċina jonoraw il-wegħdiet magħmula fl-okkażjoni tar-Raba' Djalogu Interpersonali ta' Livell Għoli bejn l-UE u ċ-Ċina fl-2017, u jippromwovu aktar interazzjonijiet fost il-persuni, pereżempju billi jintensifikaw il-kooperazzjoni kulturali fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-ugwaljanza bejn is-sessi u inizjattivi konġunti fil-qasam tal-iskambju interpersonali;
11. Jiġbed l-attenzjoni għall-bżonn ta' aktar appoġġ għall-istudenti u l-akkademiċi miċ-Ċina li jinsabu fl-Ewropa, ħalli jkunu anqas vulnerabbli għal pressjoni mill-awtoritajiet Ċiniżi biex jissorveljaw lil xulxin u jsiru għodod tal-Istat Ċiniż, kif ukoll għall-importanza li l-finanzjament kontinentali sostanzjali mogħti lill-istituzzjonijiet akkademiċi madwar l-Ewropa jiġi eżaminat bir-reqqa;
12. Jilqa' l-eżitu tar-Raba' Djalogu Interpersonali ta' Livell Għoli bejn l-UE u ċ-Ċina li seħħ fit-13 u fl-14 ta' Novembru 2017 f'Shanghai; jenfasizza li d-Djalogu Interpersonali ta' Livell Għoli bejn l-UE u ċ-Ċina għandu jgħin fil-bini ta' fiduċja reċiproka u biex jiġi kkonsolidat il-fehim interkulturali bejn l-UE u ċ-Ċina;
13. Jilqa' s-Sena tat-Turiżmu UE-Ċina (ECTY) għall-2018; jenfasizza li, minbarra s-sinifikat ekonomiku tagħha, din hija eżempju tajjeb ta' diplomazija kulturali tal-UE fil-qafas tas-sħubija strateġika bejn l-UE u ċ-Ċina, kif ukoll bħala mezz biex jiġi żviluppat fehim aħjar bejn il-popli tal-Ewropa u taċ-Ċina; jenfasizza li s-Sena tat-Turiżmu bejn l-UE u ċ-Ċina għall-2018 tikkoinċidi mas-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali u li għadd dejjem akbar ta' turisti Ċiniżi japprezzaw ir-rikkezza kulturali tal-Ewropa;
14. Jistieden lill-Istati Membri tal-UE biex b'mod urġenti u deċiżiv jintensifikaw il-kollaborazzjoni u l-unità tagħhom rigward il-politiki dwar iċ-Ċina, inkluż fil-fora tan-NU, dan fid-dawl ta' falliment tal-UE għall-ewwel darba fl-istorja tagħha, li tippreżenta dikjarazzjoni konġunta dwar ir-rekords tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina waqt il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU f'Ġinevra f'Ġunju 2017; jissuġġerixxi bil-qawwa li jittieħed vantaġġ mis-setgħa ta' negozjar kollettiv ħafna akbar tal-Ewropa fil-konfront taċ-Ċina, kif ukoll li l-Ewropa tiddefendi d-demokraziji ħielsa tagħha sabiex tkun tista' tiffaċċja aħjar l-isforzi sistematiċi miċ-Ċina biex tinfluwenza l-politiċi u s-soċjetà ċivili Ewropea, bil-għan li ssawwar opinjoni aktar favorevoli għall-interessi strateġiċi taċ-Ċina; f'dak ir-rigward, jappella lill-akbar Stati Membri biex jużaw il-piż politiku u ekonomiku tagħhom fil-konfront taċ-Ċina ħalli jippromwovu l-interessi tal-UE; jinsab mħasseb li ċ-Ċina qed tipprova tinfluwenza wkoll lill-istituzzjonijiet edukattivi u akkademiċi, kif ukoll il-kurrikuli tagħhom; jipproponi li l-UE u l-Istati Membri jrawmu gruppi ta' riflessjoni Ewropej ta' kwalità għolja dwar iċ-Ċina sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta' konsulenza esperta indipendenti għal orjentazzjonijiet strateġiċi u għat-teħid tad-deċiżjonijiet;
15. Jissottolinja li l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt ser ikomplu jkunu parti ċentrali tal-involviment tal-UE maċ-Ċina. jikkundanna bis-sħiħ il-fastidju, l-arrest u l-prosekuzzjoni arbitrarja kontinwa ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, avukati, ġurnalisti, bloggers, akkademiċi u difensuri tad-drittijiet tax-xogħol u l-familji tagħhom mingħajr proċess xieraq, inklużi ċittadini barranin kemm fiċ-Ċina kif ukoll barra miċ-Ċina; jissottolinja li soċjetà ċivili vibranti u l-ħidma tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem huma kruċjali għal soċjetà miftuħa u prospera; jenfasizza l-importanza li l-UE taġixxi bis-saħħa biex tippromwovi r-rispett sħiħ tad-drittijiet tal-bniedem fil-kuntest tar-relazzjoni tagħha maċ-Ċina, billi tiffoka kemm fuq ir-riżultati immedjati, bħat-tmiem tar-ripressjoni tal-gvern kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, l-atturi tas-soċjetà ċivili u d-dissidenti, u t-tmiem tal-fastidju ġudizzjarju u l-intimidazzjoni kontrihom, u biex b'mod immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tirrilaxxa l-priġunieri politiċi kollha, inklużi ċ-ċittadini tal-UE u taħdem fuq l-għanijiet fuq il-perjodu medju u fit-tul ta' żmien bħar-riformi legali u ta' politika bi qbil mad-drittijiet tal-bniedem internazzjonali, u biex tiżviluppa, timplimenta u tkompli tadotta strateġija ta' żamma tal-viżibbiltà tal-azzjoni tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina, inkluż dwar strateġija dwar il-komunikazzjonijiet pubbliċi; jinsisti li jeħtieġ li d-diplomatiċi tal-UE u tal-Istati Membri ma jiġux miżmuma jew ostakolati milli jimplimentaw il-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem; jimpenja ruħu li l-UE trid tagħti prijorità lill-għoti ta' protezzjoni u appoġġ għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jinsabu f'riskju;
16. jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jsegwu approċċ politiku aktar ambizzjuż, magħqud u trasparenti fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina u jikkonsultaw u jipparteċipaw b'mod sostanzjali flimkien mas-soċjetà ċivili, b'mod partikolari qabel il-laqgħat ta' livell għoli u d-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem; jissottolinja li l-UE, fil-35 sessjoni ta' Djalogu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem bejn l-UE u ċ-Ċina, enfasizzat is-sitwazzjoni ta' deterjorament tad-drittijiet ċivili u politiċi fiċ-Ċina, inklużi r-restrizzjonijiet fuq il-libertà tal-espressjoni; jistieden liċ-Ċina taġixxi fuq il-kwistjonijiet imqajma mid-Djalogu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, biex tonora l-obbligi internazzjonali tagħha u tirrispetta s-salvagwardji kostituzzjonali tagħha stess għar-rispett tal-istat tad-dritt; jinsisti li jinżamm djalogu regolari, ta' livell għoli u orjentat lejn ir-riżultati dwar id-drittijiet tal-bniedem; jinsab imħasseb li l-evalwazzjoni tad-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem maċ-Ċina qatt ma kienet pubblika u qatt ma ġiet miftuħa għal gruppi indipendenti miċ-Ċina; jistieden lill-UE tistabbilixxi punti ta' referenza ċari għall-kejl tal-progress, tiżgura trasparenza akbar u tinvolvi vuċijiet Ċiniżi indipendenti fid-diskussjoni; jistieden lill-UE u l-Istati Membri tagħha jiżvelaw, jiġbru u jindirizzaw il-forom kollha ta' fastidju dwar il-viża (dewmien jew rifjut tal-ħruġ/aċċess għall-viża mingħajr ebda raġuni u l-pressjoni applikata mill-awtoritajiet Ċiniżi matul il-proċess ta' applikazzjoni permezz ta' "intervisti" ma' interlokuturi Ċiniżi li ma jkunux lesti li jidentifikaw lilhom infushom) fil-konfront ta' akkademiċi, ġurnalisti jew membri ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;
17. Jinsab imħasseb serjament dwar is-sejbiet tar-rapport tal-FCCC għall-2017 li jindika li l-Gvern Ċiniż intensifika l-isforzi tiegħu biex jiċħad jew jillimita l-aċċess ta' ġurnalisti barranin għal partijiet kbar tal-pajjiż filwaqt li jżid l-użu tal-proċess ta' tiġdid tal-viża sabiex jixħet pressjoni fuq ġurnalisti u organizzazzjonijiet tal-aħbarijiet mhux mixtieqa; iħeġġeġ lill-UE u l-Istati Membri tagħha biex jitolbu lill-awtoritajiet Ċiniżi jirreċiprokaw il-libertà tal-istampa u jwissi kontra l-pressjoni li l-korrispondenti barranin qed jesperjenzaw f'pajjiżhom wara li diplomatiċi Ċiniżi jikkuntattjaw lill-kwartieri ġenerali tal-kumpaniji tal-midja sabiex jikkritikaw il-ħidma tal-ġurnalisti f'dan il-qasam;
18. Jinnota li r-RPĊ hija t-tieni l-akbar sieħba kummerċjali tal-UE u li l-UE hija l-akbar sieħba kummerċjali tar-RPĊ; jisħaq fuq it-tkabbir kostanti fil-kummerċ bejn iż-żewġ partijiet iżda jqis li l-bilanċ tal-kummerċ ta' oġġetti huwa żbilanċjat għall-benefiċċju tar-RPĊ; jitlob approċċ kooperattiv u attitudni kostruttiva sabiex jiġu indirizzati b'mod effikaċi kwistjonijiet ta' tħassib u jiġi sfruttat il-potenzjal kbir tal-kummerċ bejn l-UE u r-RPĊ; jistieden lill-Kummissjoni tintensifika l-kooperazzjoni u d-djalogu mar-RPĊ;
19. Jinnota s-sejbiet ta' investigazzjonijiet riċenti li mill-2008 'l hawn, iċ-Ċina akkwistat assi fl-Ewropa b'valur ta' USD 318-il biljun; jinnota li din iċ-ċifra ma tinkludix diversi fużjonijiet, investimenti u impriżi konġunti;
20. Jinnota li r-RPĊ hija attur ewlieni fil-kummerċ globali, u li s-suq kbir tal-pajjiż jista', fil-prinċipju u b'mod partikolari fil-kuntest ta' kummerċ globali attwali, jirrappreżenta opportunità tajba għall-UE u għan-negozji Ewropej; ifakkar li l-kumpaniji Ċiniżi, inklużi l-intrapriżi tal-istat, qed jibbenefikaw minn swieq miftuħa beraħ fl-UE; jirrikonoxxi r-riżultati notevoli tar-RPĊ li ħarġet mijiet ta' miljuni ta' ċittadini mill-faqar matul dawn l-aħħar erba' deċennji;
21. Jinnota li l-investiment dirett barrani (IDB) endoġenu tal-UE fir-RPĊ naqas b'mod stabbli mill-2012, b'mod partikolari fis-settur tradizzjonali tal-manifattura, b'żieda parallela fl-investiment f'servizzi ta' teknoloġija avvanzata, utilitajiet u servizzi agrikoli u ta' kostruzzjoni, filwaqt li l-investiment tar-RPĊ fl-UE kiber b'mod esponenzjali matul dawn l-aħħar ftit snin; jirrikonoxxi li, mill-2016, ir-RPĊ saret investitur nett fl-UE; jieħu nota tal-fatt li fl-2017, 68 % tal-investimenti Ċiniżi fl-Ewropa ġew minn intrapriżi tal-istat; jinsab imħasseb dwar l-akkwisti orkestrati mill-istat li jistgħu jfixklu l-interessi strateġiċi Ewropej, l-objettivi tas-sigurtà pubblika, il-kompetittività u l-impjiegi;
22. Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni dwar il-mekkaniżmu ta' skrinjar tal-IDB fl-oqsma tas-sigurtà u l-ordni pubbliku, li tirrappreżenta waħda mill-isforzi tal-UE biex tadatta ruħha għal ambjent dinji li jinbidel, mingħajr ma speċifikament tpoġġi fil-mira kwalunkwe wieħed mis-sħab kummerċjali internazzjonali tal-UE; iwissi li l-mekkaniżmu ma għandux iwassal għal protezzjoniżmu moħbi; madankollu, jitlob l-adozzjoni rapida tiegħu;
23. Jilqa' l-impenji mill-President Xi Jinping li s-suq Ċiniż jinfetaħ aktar għall-investituri barranin u jitjieb l-ambjent tal-investimenti, titlesta r-reviżjoni tal-lista negattiva dwar l-investiment barrani u jitneħħew ir-restrizzjonijiet għall-kumpaniji Ewropej filwaqt li tissaħħaħ il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u jiġu assigurati kundizzjonijiet ekwi billi jkun hemm aktar trasparenza u regolamentazzjoni aħjar tas-suq tar-RPĊ; jappella li dawn l-impenji jitwettqu;
24. Itenni l-importanza li jieqfu l-prattiki diskriminatorji kollha kontra l-investituri barranin; ifakkar, f'dan ir-rigward, li dawn ir-riformi se jkunu ta' benefiċċju kemm għan-negozji Ċiniżi u kemm għal dawk Ewropej, speċjalment l-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (MSMEs);
25. Jistlob lill-Kummissjoni tippromwovi r-Regolament Ġenerali ġdid tal-Unjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR) bħala standard indipensabbli fir-relazzjonijiet kummerċjali tagħha maċ-Ċina; jirrimarka l-ħtieġa ta' djalogu sistematiku maċ-Ċina u ma' sħab oħra tad-WTO dwar ir-rekwiżiti regolatorji relatati mad-diġitalizzazzjoni tal-ekonomiji tagħna u l-impatt tagħha b'diversi aspetti fuq: il-kummerċ, il-ktajjen ta' produzzjoni, is-servizzi diġitali transfruntiera, l-istampar 3D, ix-xejriet tal-konsum, il-pagamenti, it-taxxi, il-protezzjoni tad-data personali, il-kwistjonijiet tad-drittijiet ta' proprjetà, l-għoti u l-protezzjoni ta' servizzi awdjoviżivi, il-midja u l-kuntatti bejn il-persuni;
26. Jistieden lir-RPĊ tħaffef il-proċess ta' adeżjoni mal-Ftehim tad-WTO dwar l-Akkwisti Pubbliċi u tippreżenta offerta ta' adeżjoni sabiex tagħti lill-kumpaniji Ewropej aċċess għas-suq tagħha fuq bażi ekwivalenti tal-aċċess li l-kumpaniji Ċiniżi diġà jgawdu fl-UE; jiddispjaċih dwar il-fatt li s-suq tal-akkwist pubbliku Ċiniż għadu fil-biċċa l-kbira tiegħu magħluq għal fornituri barranin, filwaqt li n-negozji Ewropej isofru minn diskriminazzjoni u minn nuqqas ta' aċċess għas-suq Ċiniż; jistieden lir-RPĊ tippermetti aċċess nondiskriminatorju lin-negozji Ewropej u lill-ħaddiema dwar l-akkwist pubbliku; jistieden lill-Kunsill jadotta malajr l-Istrument ta' Akkwist Internazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni toqgħod attenta għal kuntratti mogħtija lil intrapriżi barranin suspettati li jipprattikaw dumping u tieħu azzjoni, fejn meħtieġ;
27. Jappella għal kooperazzjoni koordinata mar-RPĊ dwar l-Inizjattiva "Belt and Road" abbażi ta' reċiproċità, żvilupp sostenibbli, governanza tajba, u regoli miftuħa u trasparenti, b'mod partikolari rigward l-akkwist pubbliku; jiddispjaċih, f'dan ir-rigward, dwar il-fatt li l-Memorandum ta' Qbil iffirmat mill-Fond Ewropew tal-Investiment u mis-"Silk Road Fund" tar-RPĊ u dak iffirmat mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), mill-Bank Asjatiku tal-Iżvilupp, mill-Bank Asjatiku tal-Investiment fl-Infrastruttura, mill-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, mill-Bank il-Ġdid għall-Iżvilupp u mill-Bank Dinji għadhom ma tejbux l-ambjent tan-negozju għall-intrapriżi u għall-ħaddiema Ewropej; jiddispjaċih għan-nuqqas ta' valutazzjonijiet tal-impatt professjonali u sostenibbli f'diversi proġetti li għandhom x'jaqsmu mal-"Belt and Road" u jissottolinja l-importanza tal-kwalità tal-investiment, b'mod partikolari fir-rigward tal-effetti pożittivi fuq l-impjiegi, id-drittijiet tal-ħaddiema, il-produzzjoni li tirrispetta l-ambjent, u l-mitigazzjoni tal-bidla fil-klima, skont governanza multilaterali u standards internazzjonali;
28. Jappoġġja n-negozjati li għaddejjin dwar Ftehim ta' Investiment komprensiv bejn l-UE u r-RPĊ, li tvaraw fl-2013, u jistieden lir-RPĊ tinvolvi ruħha aktar f'dan il-proċess; jistieden liż-żewġ partijiet iġeddu l-isforzi tagħhom biex jagħmlu progress fin-negozjati, immirati biex jiksbu kundizzjonijiet ekwi ġenwini għan-negozji u għall-ħaddiema Ewropej, u jiżguraw reċiproċità fl-aċċess għas-suq, filwaqt li jfittxu li jiksbu dispożizzjonijiet speċifiċi għall-SMEs u l-akkwist pubbliku; jistieden liż-żewġ partijiet, barra minn hekk, jaħtfu l-opportunità mogħtija mill-ftehim ta' investiment sabiex iżidu l-kooperazzjoni tagħhom fil-qasam tad-drittijiet ambjentali u tax-xogħol u jinkludu kapitlu dwar l-iżvilupp sostenibbli fit-test;
29. Ifakkar li l-kumpaniji tal-UE jiffaċċjaw għadd dejjem akbar ta' miżuri restrittivi ta' aċċess għas-suq fir-RPĊ minħabba obbligi ta' inizjattivi bi sħab f'diversi setturi tal-industrija u rekwiżiti tekniċi diskriminatorji ulterjuri, li jinkludu lokalizzazzjoni furzata tad-data, u żvelar tal-kodiċi tas-sors, u regoli regolatorji tan-negozju barrani; jilqa', f'dan ir-rigward, l-Avviż dwar Diversi Miżuri rigward il-Promozzjoni ta' Aktar Trasparenza u Użu Attiv tal-Investiment Barrani, maħruġ mill-Kunsill tal-Istat tar-RPĊ fl-2017, iżda jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' skeda ta' żmien biex jintlaħqu l-għanijiet tagħha; jistieden, għalhekk, lill-awtoritajiet Ċiniżi biex iwettqu malajr dawn l-impenji;
30. lill-UE u lill-Istati Membri tagħha flimkien maċ-Ċina biex jintensifikaw il-kooperazzjoni ħalli jibnu ekonomiji ċirkolari, peress li din il-ħtieġa urġenti saret aktar viżibbli wara d-deċiżjoni leġittima taċ-Ċina li tipprojbixxi importazzjonijiet ta' skart tal-plastik mill-Ewropa; jistieden liż-żewġ sħab jintensifikaw il-kooperazzjoni ekonomika u teknoloġika sabiex jiġi evitat li l-ktajjen ta' produzzjoni globali, il-kummerċ u t-trasport, u s-servizzi turistiċi jikkawżaw akkumulazzjoni inaċċettabbli ta' skart tal-plastik fl-oċeani tagħna;
31. Jistieden lir-RPĊ tistinka biex ikollha rwol responsabbli fix-xena globali, b'għarfien komplet tar-responsabbiltajiet li jirriżultaw mill-preżenza ekonomika tagħha u mill-prestazzjoni tagħha f'pajjiżi terzi u fis-swieq globali, inkluż billi tagħti l-appoġġ attiv tagħha lis-sistema ta' kummerċ multilaterali bbażata fuq ir-regoli u lid-WTO; jemmen, f'dan il-kuntest ta' ktajjen ta' valur globali, li tensjonijiet kummerċjali internazzjonali li qed jiżdiedu għandhom jiġu solvuti permezz ta' negozjati, filwaqt li tenna l-ħtieġa li jinstabu soluzzjonijiet multilaterali; jappella, f'dan ir-rigward, għat-twettiq tal-obbligi stipulati fil-Protokoll tal-Adeżjoni tar-RPĊ mad-WTO u għall-protezzjoni tal-mekkanizmi operazzjonali tagħha; jissottolinja l-obbligi ta' notifika u trasparenza li jirriżultaw minn ftehimiet tad-WTO fir-rigward ta' sussidji u jesprimi tħassib dwar il-prattika attwali ta' sussidjar dirett jew indirett ta' kumpaniji Ċiniżi; jitlob li l-azzjonijiet u l-isforzi jsiru b'koordinazzjoni ma' sħab kummerċjali ewlenin tal-UE sabiex jiġu indirizzati u eliminati d-distorsjonijiet fis-suq maħluqa mill-istat li jaffettwaw il-kummerċ globali;
32. Jiddispjaċih għall-fatt li r-RPĊ, minkejja li lestiet il-proċedura għar-riforma tal-metodoloġija Ewropea tal-kalkolu tad-dazji antidumping, għadha ma rtiratx il-każ tagħha kontra l-UE mill-korp tal-appell tad-WTO;
33. Jesprimi tħassib dwar il-miżuri tariffarji li qed jeskalaw u li qed jittieħdu miċ-Ċina u mill-Istati Uniti;
34. Jesprimi tħassib dwar l-għadd ta' restrizzjonijiet li l-kumpaniji Ewropej, u l-MSMEs b'mod partikolari, ikomplu jiffaċċjaw fir-RPĊ, inkluż fil-Katalogu tal-Investiment Barrani tal-2017 u fil-Lista Negattiva tal-2017 dwar iż-Żoni ta' Kummerċ Ħieles, kif ukoll f'setturi li jaqgħu taħt il-pjan "Made in China 2025"; jitlob li jkun hemm tnaqqis rapidu ta' dawn ir-restrizzjonijiet sabiex jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal ta' kooperazzjoni u s-sinerġiji bejn l-iskemi tal-Industrija 4.0 fl-Ewropa u l-istrateġija "Made in China 2025", fid-dawl tal-ħtieġa li jiġu ristrutturati s-setturi produttivi tagħna lejn sistemi ta' manifattura intelliġenti, inkluża l-kooperazzjoni fl-iżvilupp u d-definizzjoni ta' standards industrijali rispettivi f'fora multilaterali; ifakkar fl-importanza li jitnaqqsu s-sussidji tal-gvern tar-RPĊ;
35. Jistieden lir-RPĊ tieqaf tagħmel l-aċċess għas-suq dejjem aktar kondizzjonali fuq it-trasferimenti furzati tat-teknoloġija, kif iddikjarat fid-dokument ta' pożizzjoni tal-2017 tal-Kamra tal-Kummerċ tal-Ujoni Ewropea dwar iċ-Ċina;
36. Jappella għat-tkomplija tan-negozjati dwar il-Ftehim dwar il-Beni Ambjentali (EGA), abbażi tal-kooperazzjoni produttiva bejn l-UE u r-RPĊ fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-impenn konġunt qawwi lejn l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi; jisħaq fuq il-potenzjal kummerċjali tal-kooperazzjoni teknoloġika dwar teknoloġiji nodfa;
37. Jinnota bi tħassib il-konklużjonijiet tar-rapport tal-Kummissjoni dwar il-protezzjoni u l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali f'pajjiżi terzi, li jsemmi lir-RPĊ bħala t-tħassib ewlieni; itenni l-ħtieġa li tiġi żgurata protezzjoni għal ekonomija Ewropea bbażata fuq l-għarfien; jistieden lir-RPĊ tiġġieled kontra l-użu illeċitu ta' liċenzji Ewropej minn kumpaniji Ċiniżi;
38. Jistieden lill-Kummissjoni tipprevedi l-preżenza tal-Unjoni Ewropea fl-Expo Internazzjonali taċ-Ċina dwar l-Importazzjonijiet li se ssir f'Shanghai f'Novembru 2018, u tipprovdi lill-SMEs, b'mod partikolari, l-opportunità li jesponu ħidmiethom; jistieden lill-Kummissjoni tikkuntattja lill-kmamar tal-kummerċ, b'mod partikolari fl-Istati Membri li bħalissa jinsabu inqas involuti fil-kummerċ maċ-Ċina, sabiex tippromwovi din l-opportunità;
39. Jesprimi tħassib dwar il-miżuri tal-Istat tar-RPĊ li kkawżaw distorsjonijiet kummerċjali, inkluża l-kapaċità żejda industrijali fis-setturi tal-materja prima, bħal dawk tal-azzar u tal-aluminju, fost oħrajn; ifakkar fl-impenji li saru waqt l-ewwel laqgħa ministerjali tal-Forum Globali dwar il-Kapaċità Eċċessiva tal-Azzar fl-2017 sabiex jitwaqqaf l-għoti ta' sussidji li joħolqu distorsjoni fis-suq, iżda jiddispjaċih li d-delegazzjoni Ċiniża ma tatx data dwar il-kapaċità; jistieden lir-RPĊ biex, tissodisfa l-impenn tagħha li tidentifika u tiżvela data dwar is-sussidji u l-miżuri ta' appoġġ tagħha għall-industriji tal-azzar u tal-aluminju; jirrikonoxxi r-rabta bejn il-kapaċità żejda industrijali globali u ż-żieda f'miżuri kummerċjali protezzjonisti u jkompli jħeġġeġ il-kooperazzjoni multilaterali sabiex jiġi indirizzat it-tħassib strutturali dwar il-kapaċità eċċessiva; jilqa' l-azzjoni tripartitika proposta mill-Istati Uniti, mill-Ġappun u mill-UE fil-livell tad-WTO;
40. Jenfasizza l-importanza ta' ftehim ambizzjuż bejn l-UE u r-RPĊ dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi (GIs), abbażi tal-ogħla standards internazzjonali, u jilqa' l-aħbar konġunta tal-2017 bejn l-UE u r-RPĊ dwar il-lista ta' 200 indikazzjoni ġeografiċi Ċiniżi u Ewropej, li l-protezzjoni għalihom se tkun is-suġġett ta' negozjati; iqis, madankollu, li peress li n-negozjati tnedew fl-2010, il-lista hija riżultat modest ħafna, u jiddispjaċih għan-nuqqas ta' progress f'dan ir-rigward; jitlob li jkun hemm konklużjoni bikrija tan-negozjati u jħeġġeġ liż-żewġ partijiet jikkunsidraw l-opportunità li jmiss tas-Summit bejn l-UE u r-RPĊ bħala okkażjoni tajba biex jinkiseb progress effettiv għal dan il-għan; itenni l-ħtieġa għal aktar kooperazzjoni fil-qasam tal-miżuri sanitarji u fitosanitarji (SPS) biex jitnaqqsu l-piżijiet fuq l-esportaturi tal-UE;
41. Jilqa' d-deċiżjoni taċ-Ċina li tittardja b'sena l-implimentazzjoni ta' ċertifikazzjonijiet ġodda għal ikel u xorb importat, li kienu jnaqqsu b'mod drammatiku l-importazzjonijiet tal-ikel mill-UE; jilqa', barra minn hekk, id-dewmien fl-implimentazzjoni ta' standards ġodda għal vetturi elettriċi u jappella għal djalogu sostantiv u aktar koordinazzjoni dwar inizjattivi bħal dawn;
42. Jirrakkomanda li l-Unjoni u l-Gvern Ċiniż ivaraw inizjattiva konġunta fi ħdan il-G20 sabiex jistabbilixxu Forum Globali dwar il-Kapaċità Eċċessiva tal-Aluminju, b'mandat biex jindirizzaw il-katina sħiħa tal-valur tal-industrija tal-boksajt, tal-alumina u tal-aluminju, inklużi l-prezzijiet tal-materja prima u l-aspetti ambjentali;
43. Jistieden lill-Kummissjoni biex b'mod attiv timmonitorja l-miżuri ta' distorsjoni tal-kummerċ Ċiniż, li qed jaffettwaw il-pożizzjonijiet tal-kumpaniji tal-UE fis-swieq globali, u biex tieħu azzjoni xierqa fi ħdan id-WTO u f'fora oħrajn, inkluż permezz ta' soluzzjoni tat-tilwim;
44. Jinnota li liġi ġdida Ċiniża dwar l-investiment barrani tinsab fil-proċess li tiġi abbozzata; iħeġġeġ lill-partijiet ikkonċernati Ċiniżi jirsistu għal trasparenza, obbligu ta' rendikont, prevedibbiltà u ċertezza legali, u jqisu l-proposti u l-istennijiet tad-djalogu attwali bejn l-UE u ċ-Ċina dwar ir-relazzjoni kummerċjali u ta' investiment;
45. Jesprimi tħassib dwar il-liġi ġdida dwar iċ-ċibersigurtà, li tinkludi, inter alia, ostakli regolatorji ġodda għall-kumpaniji barranin li jbigħu tagħmir u servizzi tal-IT u tat-telekomunikazzjoni; jiddispjaċih dwar il-fatt li dawn il-miżuri adottati reċentement, flimkien mal-istabbiliment ta' gruppi tal-Partit Komunista Ċiniż fi ħdan kumpaniji privati, inklużi kumpaniji barranin, u miżuri bħalma huma l-liġi dwar l-NGOs, jagħmlu l-ambjent ġenerali tan-negozju fir-RPĊ aktar ostili għal operaturi ekonomiċi barranin u privati;
46. Jinnota li fl-2016 is-sistema bankarja tar-RPĊ qabżet dik taż-żona tal-euro bħala l-akbar fid-dinja; jistieden lir-RPĊ tippermetti lill-intrapriżi bankarji barranin jikkompetu fuq l-istess livell ma' istituzzjonijiet domestiċi u tikkoopera mal-UE fil-qasam tar-regolamentazzjoni finanzjarja; jilqa' d-deċiżjoni tar-RPĊ li tnaqqas it-tariffi fuq 187 prodott tal-konsumatur u li tneħħi l-livelli limitu ta' sjieda barranija għall-banek;
47. Ifakkar fir-rapport tiegħu tal-2015, dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u r-RPĊ, li fiha appella għat-tnedija ta' negozjati għal ftehim bilaterali ta' investiment mat-Tajwan; jirrimarka li l-Kummissjoni diversi drabi ħabbret il-varar ta' negozjati dwar l-investiment ma' Hong Kong u t-Tajwan, iżda jiddispjaċih li fil-fatt għadu ma ġie varat l-ebda negozjar bħal dan; itenni l-appoġġ tiegħu għal ftehim bilaterali ta' investiment mat-Tajwan u Hong Kong; jirrikonoxxi li ż-żewġ sħab jistgħu jaġixxu wkoll bħala punt ta' spinta għan-negozji tal-UE fiċ-Ċina kontinentali;
48. Jistieden lill-Kummissjoni tikkoordina mal-Istati Membri, u b'konsultazzjoni tal-Parlament Ewropew, tifformula pożizzjoni Ewropea unika u strateġija ekonomika komuni fir-rigward tar-RPĊ; jistieden lill-Istati Membri kollha jaderixxu b'mod konsistenti ma' din l-istrateġija;
49. Jissottolinja l-konsegwenzi potenzjali tas-sistema proposta ta' kreditu soċjali għall-ambjent tan-negozju, u jappella biex tiġi implimentata b'mod trasparenti, ġust u ekwu;
50. Jilqa' l-progress leġiżlattiv fl-UE dwar ir-Regolament (UE) 2017/821 li jistabbilixxi obbligi tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista għall-importaturi tal-Unjoni ta' landa, tantalu u tungstenu, il-minerali tagħhom, u deheb li joriġinaw minn żoni affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli, u leġiżlazzjoni simili dwar il-minerali ta' kunflitt fiċ-Ċina bil-għan li tiżgura li l-kummerċ ta' dawn il-minerali ma jiffinanzjax kunflitti armati; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi evitat li l-minerali ta' kunflitt jiġu proċessati fil-mowbajls, fil-karozzi u fil-ġojjellerija tagħna; jistieden kemm lill-Kummissjoni u kemm lill-Gvern Ċiniż jistabbilixxu kooperazzjoni strutturata biex jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni l-ġdida u biex jipprevjenu b'mod effikaċi lill-funderiji u lir-raffineriji Ċiniżi u tal-UE milli jużaw minerali ta' kunflitt, jipproteġu lill-ħaddiema tal-minjieri, inklużi t-tfal, milli jiġu abbużati, u jesiġu li l-kumpaniji tal-UE u dawk Ċiniżi jiżguraw li jimportaw dawn il-minerali u l-metalli minn sorsi responsabbli biss.
51. jinnota li waqt id-Dsatax-il Kungress tal-Partit li nżamm f'Ottubru 2017 u matul l-aħħar sessjoni tal-NPC, is-Segretarju Ġenerali u l-President Xi Jinping, saħħaħ il-pożizzjoni ta' poter tiegħu fi ħdan il-partit, u witta t-triq għall-estensjoni mingħajr limitu tal-mandat tiegħu, u saħħaħ il-kontroll tal-organi tal-partit tal-ħalq fuq l-apparat tal-istat u l-ekonomija, inkluż bil-ħolqien ta' ċelloli tal-partit f'intrapriżi barranin; jinnota li r-riforma radikali korrispondenti tas-sistema politika tar-RPĊ hija akkumpanjata minn bidla ulterjuri fl-enfasi politika lejn politika bbażata fuq sorveljanza mill-qrib fl-oqsma kollha;
52. Jenfasizza li l-ħolqien tal-Kummissjoni Nazzjonali ta' Sorveljanza, li l-istatus legali tagħha huwa ekwivalenti għal dak tal-qrati u tal-prosekutur pubbliku, jirrappreżenta pass drastiku lejn l-amalgamazzjoni tal-funzjonijiet tal-partijiet u tal-istat, peress li tistabbilixxi korp superviżorju tal-Istat li jirċievi l-ordnijiet tiegħu mill-Kummissjoni Ċentrali għall-Ispezzjoni tad-Dixxiplina (CCDI) li magħha jikkondividi l-uffiċċji u l-persunal; jinsab imħasseb dwar il-konsegwenzi profondi ta' din l-estensjoni tas-sorveljanza tal-partit fuq numru kbir ta' persuni, peress li dan ifisser li l-kampanja kontra l-korruzzjoni tista' tiġi estiża biex jitħarrku mhux biss il-membri tal-partit iżda wkoll l-uffiċjali taċ-ċivil, ibda mill-maniġers tal-kumpaniji tal-istat, sa professuri universitarji u diretturi tal-iskejjel tar-raħal;
53. Josserva li, filwaqt li għadha qed tinbena s-Sistema Soċjali ta' Kreditu, listi suwed ta' individwi li ma jikkonformawx u entitajiet legali, kif ukoll listi ħomor għal individwi u kumpaniji eċċellenti, jiffurmaw il-qalba tal-istadju ta' implimentazzjoni kurrenti, fejn l-attenzjoni ewlenija hija fuq l-ikkastigar tat-trasgressuri fuq listi suwed u l-premjazzjoni ta' dawk fuq listi ħomor; jinnota li fil-bidu tal-2017 il-Qorti Suprema tal-Poplu taċ-Ċina ddikjarat li aktar minn sitt miljun ċittadin Ċiniż kienu ġew ipprojbiti milli jtiru minħabba atti soċjali ħżiena; jiċħad bil-qawwa x-xandir u ċ-ċanfir pubbliku ta' persuni fuq il-lista s-sewda bħala parti integrali tas-Sistema Soċjali ta' Kreditu; jissottolinja l-importanza u l-ħtieġa ta' djalogu bejn l-istituzzjonijiet tal-UE u l-kontrapartijiet Ċiniżi tagħhom dwar il-konsegwenzi soċjali serji kollha ta' dan l-ippjanar ċentrali kif ukoll dwar l-esperimenti lokali tas-Sistema Soċjali ta' Kreditu;
54. Jesprimi tħassib enormi dwar is-sistemi massivi ta' sorveljanza taċ-ċiberspazju taċ-Ċina, u jitlob l-adozzjoni ta' regolament dwar id-drittijiet ta' privatezza infurzabbli; jikkundanna r-repressjoni kontinwa fuq il-libertà tal-internet mill-awtoritajiet Ċiniżi, b'mod partikolari l-libertà ta' aċċess għal siti web barranin, u jiddispjaċih għall-politika ta' awtoċensura li ġiet adottata minn xi kumpaniji tal-Punent li joperaw fiċ-Ċina; ifakkar li tmienja minn fost l-aktar 25 sit web popolari fid-dinja huma bblukkati fiċ-Ċina, inklużi siti web ta' kumpaniji ewlenin tal-IT;
55. Jirrimarka li d-dikjarazzjoni ta' Xi dwar l-importanza ewlenija ta' "stabbiltà fit-tul" għas-suċċess tal-BRI f'Xinjiang wasslet biex jiġu intensifikati l-istrateġiji ta' kontroll li ilhom għaddejjin u li ssaħħew b'firxa ta' innovazzjonijiet teknoloġiċi u b'żieda rapida fin-nefqa dwar is-sigurtà domestika, u l-użu ta' miżuri kontra t-terroriżmu biex jiġu kkriminalizzati l-kontestazzjoni u l-individwi dissidenti bl-użu tal-applikazzjoni ta' definizzjoni wiesgħa ta' terroriżmu; jinsab imħasseb dwar l-implimentazzjoni mill-Istat ta' miżuri li jiżguraw "is-superviżjoni komprensiva" tar-reġjun permezz tal-installazzjoni tas-sorveljanza elettronika Ċiniża "Skynet" f'żoni urbani ewlenin, l-installazzjonijiet ta' trackers tal-GPS fil-vetturi bil-mutur kollha, l-użu ta' scanners ta' rikonoxximent tal-wiċċ fil-punti ta' kontroll u fl-istazzjonijiet tal-ferrovija u fil-pompi tal-petrol, u l-isforz ta' ġbir tad-demm mill-pulizija ta' Xinjiang biex tkompli tiġi estiża d-databażi tad-DNA taċ-Ċina; jesprimi l-preokkupazzjoni kbira tiegħu dwar il-bgħit ta' eluf ta' Uyghurs u ta' Każakistani etniċi f' "kampijiet ta' riedukazzjoni" politika, skont analiżi tad-data miġbura permezz ta' sistema ta' "pulizija preventiva", anke għas-sempliċi l-fatt li wieħed ikun ivvjaġġa barra mill-pajjiż jew inkella jekk jitqies li huwa devot wisq; jiġġudika li l-proklamazzjoni ta' Xi tgħid li BRI se "tibbenefika lil persuni madwar id-dinja kollha" peress li se tkun ibbażata fuq "l-ispirtu tat-Triq tal-Ħarir" jiġifieri dak ta' "paċi u kooperazzjoni, ftuħ u inklużività", s'issa għadha 'l bogħod mir-realtà ffaċċjata mill-Uyghurs u mill-Każakistani etniċi f'Xinjiang; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Ċiniżi jilliberaw lil dawk li allegatament ġew detenuti minħabba t-twemmin tagħhom jew minħabba l-prattiki kulturali u l-identitajiet tagħhom;
56. Jisħaq li t-tisħiħ istituzzjonali u finanzjarju tad-diplomazija Ċiniża jirrifletti l-prijorità għolja mogħtija minn Xi Jimping lill-politika barranija bħala parti mill-viżjoni tiegħu biex iċ-Ċina tinbidel f'setgħa globali sal-2049; jinnota li ċ-ċaqliq tar-responsabbiltà għall-affarijiet barranin, li sar matul l-aħħar sessjoni tal-NPC, jixhed ir-rwol dejjem akbar tal-politika barranija fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Partit; jissottolinja l-fatt li l-istabbiliment tal-Aġenzija ta' Kooperazzjoni Internazzjonali għall-Iżvilupp tal-Istat huwa turija tal-importanza qawwija li t-tmexxija ta' Xi tattribwixxi għat-tisħiħ tal-interessi globali ta' sigurtà tagħha permezz ta' mezzi ekonomiċi, pereżmpju bi BRI "bi skop aħjar"; jikkonkludi, għalhekk, li matul il-ħames snin li jmiss, iċ-Ċina se tkun aktar preżenti u aktar parteċipi barra minn xtutha, permezz ta' inizjattivi diplomatiċi u ekonomiċi li għalihom l-UE u l-Istati Membri jridu jsibu risposti u strateġiji komuni;
57. Jenfasizza l-importanza li jiġu żgurati l-paċi u s-sigurtà fl-Ibħra tan-Nofsinhar u tal-Lvant taċ-Ċina għall-istabbiltà fir-reġjun; jissottolinja l-importanza li tiġi żgurata l-libertà u s-sikurezza tat-tbaħħir fir-reġjun għal ħafna stati Asjatiċi u Ewropej; jinnota li l-istrutturi li tlestew matul l-aħħar sena fuq artijiet kemm fil-gżejjer Spraatlys kif ukoll fil-gżejjer Parakels fil-Baħar tan-Nofsinhar taċ-Ċina jinkludu ħangars kbar tul runways twal 3 km, xelters rinfurzati għal pjattaformi ta' missili, żoni kbar ta' ħżin taħt l-art, ħafna bini amministrattiv, tagħmir ta' imblukkar radjufoniku militari, netwerks kbar ta' radar bi frekwenza għolja u radaru sensuri li jkopru lil hinn mill-orizzont, u li dan kollu jindika fażi ta' konsolidament u ta' tisħiħ ulterjuri ta' kapaċitajiet ta' sorveljanza fit-tul u militari, filwaqt li l-militarizzazzjoni ulterjuri tal-gżejjer permezz ta' kollokament ta' pjattaformi militari saħansitra aktar avvanzati jistgħu jservu għal skopijiet ta' ritaljazzjoni potenzjali għal azzjonijiet legali ġodda jew għal preżenza navali internazzjonali estiża; jistieden liċ-Ċina u l-ASEAN iħaffu l-konsultazzjonijiet dwar il-Kodiċi ta' Kondotta għas-soluzzjoni paċifika ta' tilwim u l-kontroversji f'dan il-qasam; jinsisti li l-kwistjoni għandha tiġi solvuta skont il-liġi internazzjonali taħt il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar (UNCLOS); jenfasizza li l-UE u l-Istati Membri tagħha, bħala partijiet kontraenti għall-UNCLOS, jirrikonoxxu d-deċiżjoni tat-Tribunal tal-Arbitraġġ; itenni l-appell tiegħu liċ-Ċina biex taċċetta d-deċiżjoni tat-Tribunal; jissottolinja li l-UE tixtieq iżżomm l-ordni internazzjonali abbażi tal-istat tad-dritt;
58. Huwa mħasseb ħafna dwar it-tnaqqis tal-ispazju ta' manuvrar għas-soċjetà ċivili minn meta Xi Jinping tela' fil-poter fl-2012, b'mod partikolari fid-dawl tal-Liġi dwar il-Ġestjoni tal-NGOs Barranin li daħlet fis-seħħ fit-1 ta' Jannar 2017, li tqiegħed lill-NGOs barranin kollha, inklużi t-think tanks u istituzzjonijiet akkademiċi, taħt piż amministrattiv u pressjoni ekonomika aktar qawwija u taħt il-kontroll strett tal-Unità ta' Sorveljanza affiljata mal-Ministeru tas-Sigurtà Pubblika, dan b'impatt negattiv qawwi fuq l-operat u l-finanzjament tagħhom; jistenna li l-NGOs Ewropej fiċ-Ċina jgawdu mill-istess libertajiet li jgawdu l-NGOs taċ-Ċina fl-UE; jitlob lill-awtoritajiet Ċiniżi li jirrevokaw il-leġiżlazzjoni restrittiva bħal-Liġi dwar l-NGOs Barranin, li hija inkonsistenti mad-dritt ta' libertà ta' assoċjazzjoni, ta' opinjoni u ta' espressjoni;
59. jinsisti li l-awtoritajiet Ċiniżi jridu jiggarantixxu li dawk kollha li jinsabu f'detenzjoni jiġu ttrattati f'konformità mar-regoli internazzjonali u li għandhom jiġu pprovduti b'aċċess għal konsulent legali u għal trattament mediku, f'konformità mal-Korp ta' Prinċipji tan-NU għall-Protezzjoni tal-Persuni Kollha taħt Kull Formola ta' Detenzjoni jew Priġunerija;
60. Iħeġġeġ liċ-Ċina hekk kif qed joqrob l-20 anniversarju tal-firma tagħha tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, biex tirratifikah u tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa tiegħu, anke billi ttemm kull prattika abbużiva u tadotta l-leġiżlazzjoni tiegħu kif meħtieġ;
61. Jikkundanna l-użu tal-piena tal-mewt, u jfakkar li ċ-Ċina eżegwit sentenzi tal-mewt fuq aktar persuni mill-pajjiżi l-oħrajn kollha flimkien u fl-2016 eżegwiet aktar minn 2 000 sentenza tal-mewt; iħeġġeġ liċ-Ċina tixħet dawl dwar l-iskala tal-eżekuzzjonijiet fil-pajjiż u tiżgura transparenza ġudizzjarja; jistieden lill-UE tqawwi l-isforzi diplomatiċi tagħha u tesiġi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt;
62. Huwa mħasseb ħafna għall-fatt li l-kontenut ewlieni tar-regolamenti reliġjużi l-ġodda se jwassal biex ir-reliġjonijiet u l-assoċjazzjonijiet etiċi mhux reliġjużi kollha, irrispettivament minn jekk humiex awtorizzati jew le, jiġu ttimbrati mill-Gvern Ċiniż; jissottolinja l-fatt li hemm ħafna kongregazzjonijiet ta' knejjes fid-djar fiċ-Ċina li jirrifjutaw, għal raġunijiet teoloġiċi, li jingħaqdu fil-Moviment Patrijottiku Protestant u fil-Kunsill Nisrani sanzjonati mill-istat u mill-partit; jappella lill-Gvern Ċiniż jippermetti lil bosta knejjes fid-djar li huma lesti li jirreġistraw sabiex jagħmlu dan direttament tad-Dipartiment għall-Affarijiet Ċivili tal-gvern, sabiex jiġu protetti d-drittijiet u l-interessi tagħhom bħala organizzazzjonijiet soċjali;
63. Iħeġġeġ liċ-Ċina tirrevedi l-politiki tagħha fit-Tibet; jappella liċ-Ċina tirrevedi u temenda l-liġijiet, ir-regolamenti u l-miżuri li għaddew f'dawn l-aħħar snin li jxekklu bil-qawwa l-eżerċizzju tad-drittijiet ċivili u politiċi tat-Tibetani, inkluża l-libertà tal-espressjoni u l-libertà reliġjuża tagħhom; iħeġġeġ lill-mexxejja taċ-Ċina jkomplu jfasslu politiki ta' żvilupp u ambjentali li jirrispettaw id-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali tat-Tibetani u li jinkludu l-popolazzjonijiet lokali, bi qbil mal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti; jappella lill-gvern taċ-Ċina jinvestiga l-każijiet kontinwi ta' għajbien infurzat, tortura u trattament ħażin ta' Tibetani u jirrispetta d-drittijiet tagħhom għal-libertà ta' assoċjazzjoni, għal-liberta ta' għaqda paċifika u għal-libertà tar-reliġjon u tat-twemmin, b'konformità mal-istandards internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza li d-degradazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fit-Tibet għandha titqajjem sistematikament f'kull Summit UE-Ċina; jitlob li jitkompla d-djalogu kostruttiv bejn l-awtoritajiet tal-Gvern Ċiniż u r-rappreżentanti tal-poplu Tibetan; iħeġġeġ liċ-Ċina tagħti lid-diplomatiċi, lill-ġurnalisti u liċ-ċittadini tal-UE aċċess mingħajr xkiel għat-Tibet b'sens ta' reċiproċità għall-aċċess ħieles u miftuħ għall-vjaġġaturi Ċiniżi fit-territorji kollha tal-Istati Membri tal-UE; jappella lill-awtoritajiet Ċiniżi jippermettu lit-Tibetani fit-Tibet jivvjaġġaw b'mod ħieles u biex jirrispettaw id-dritt ta' dawn tal-aħħar għal-libertà ta' moviment; Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Ċiniżi jħallu lill-osservaturi indipendenti, inkluż lill-Kummissarja Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem jkollhom aċċess għat-Tibet; iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE jikkunsidraw serjament il-kwistjoni ta' aċċess għat-Tibet fid-diskussjonijiet dwar ftehim ta' faċilitazzjoni tal-viża UE-Ċina;
64. Jinnota li r-Rapport Annwali għall-2017 dwar ir-Reġjun Amministrattiv Speċjali ta' Hong Kong (SAR) mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea jikkonkludi li minkejja xi sfidi, ġeneralment il-prinċipju ta' "pajjiż wieħed, żewġ sistemi" ħadem tajjeb, li l-istat tad-dritt huwa sovran u l-liberta tal-informazzjoni hija ġeneralment irrispettata, iżda dan ir-rapport jesprimi tħassib ukoll dwar it-tħassir gradwali tal-prinċipju ta' "pajjiż wieħed, żewġ sistemi", li jwassal għal mistoqsijiet leġittimi dwar l-implimentazzjoni tiegħu u dwar il-grad għoli ta' awtonomija ta' Hong Kong fit-tul; jissottolinja lir-Rapport Annwali josserva li saru aktar prominenti żewġ tendenzi negattivi rigward il-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-informazzjoni, partikolarment l-awtoċensura fir-rapportar dwar l-iżviluppi ta' politika domestika u barranija u l-pressjoni fuq il-ġurnalisti; jappoġġja bis-sħiħ is-sostenn tal-UE lill-awtoritajiet tal-Hong Kong SAR u tal-Gvern Ċentrali biex terġa' tibda r-riforma elettorali bi qbil mal-Liġi Bażika u biex jintlaħaq ftehim dwar sistema elettorali li tkun demokratika, ġusta, miftuħa u trasparenti; jissottolinja li l-poplu ta' Hong Kong għandu d-dritt leġittimu li jkompli jafda fuq ġudikatura li hija fdata, fejn l-istat tad-dritt hu sovran u fejn hemm livelli baxxi ta' korruzzjoni, trasparenza, drittijiet tal-bniedem, libertà ta' opinjoni, u standards għoljin ta' saħħa u sikurezza pubblika; jissottolinja li r-rispett sħiħ tal-awtonomija ta' Hong Kong jista' jipprovdi mudell għal proċess ta' riformi politiċi demokratiċi profondi fiċ-Ċina u għal-liberalizzazzjoni gradwali u l-ftuħ tas-soċjetà Ċiniża;
65. Jistieden lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri tagħha biex jagħmlu ħilithom biex iħeġġu lir-RPĊ biex iżżomm lura minn aktar provokazzjoni militari fil-konfront tat-Tajwan u milli tipperikola l-paċi u l-istabbiltà fl-Istrett tat-Tajwan; jenfasizza li t-tilwim kollu bejn naħa u oħra tal-Istrett għandu jiġi riżolt b'mezzi paċifiċi abbażi tad-dritt internazzjonali; Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar id-deċiżjoni unilaterali min-naħa taċ-Ċina biex tibda tuża rotot ġodda ta' titjiriet fuq l-Istrett ta' Taiwan; jinkoraġġixxi t-tkomplija ta' djalogi uffiċjali bejn Beijing u Tajpej; itenni l-appoġġ konsistenti tiegħu għall-parteċipazzjoni sinifikanti tat-Tajwan f'organizzazzjonijiet internazzjonali, bħall-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) u l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO), fejn l-esklużjoni kontinwi tat-Tajwan mhijiex konformi mal-interessi tal-UE;
66. Ifakkar li bħala l-akbar sieħba kummerċjali tal-Korea ta' Fuq u s-sors ewlieni tal-ikel u tal-enerġija, iċ-Ċina għadha qed taqdi rwol ewlieni biex flimkien mal-komunità internazzjonali, tindirizza l-provokazzjonijiet ta' theddid globali tal-Korea ta' Fuq; Jilqa' għalhekk l-inklinazzjoni reċenti murija miċ-Ċina biex tinforza uħud mis-sanzjonijiet internazzjonali kontra Pyongyang, inkluża s-sospensjoni tal-importazzjonijiet tal-faħam mill-Korea ta' Fuq u r-restrizzjoni ta' attivitajiet finanzjarji ta' individwi u negozji mill-Korea ta' Fuq kif ukoll restrizzjonijiet kummerċjali fuq it-tessuti u l-frott tal-baħar; jilqa' wkoll l-isforzi ta' Beijing biex jiġi stabbilit djalogu ma' Pyongyang; Iħeġġeġ lill-UE titkellem b'unità maċ-Ċina sabiex taqdi rwol kostruttiv biex jingħata appoġġ għas-summit inter-Korean li jmiss, kif ukoll għas-summit bejn il-Korea ta' Fuq u l-Istati Uniti, bil-għan li tassisti b'mod attiv fid-denuklearizzazzjoni verifikabbli tal-Korea ta' Fuq u fl-istabbiliment ta' paċi permanenti fuq il-peniżola Koreana;
67. Ifaħħar liċ-Ċina talli nfurzat s-sanzjonijiet kontra l-Korea ta' Fuq; jappella liċ-Ċina sabiex b'mod kostruttiv tikkontribwixxi biex tinstab soluzzjoni fil-peniżola Koreana u tkompli tapplika s-sanzjonijiet kontra l-Korea ta' Fuq sakemm din twettaq progress sinifikanti biex tirrinunzja għall-armi nukleari tagħha, tibdel ir-retorika tagħha fil-konfront tal-Korea t'Isfel u l-Ġappun u tibda tirrispetta d-drittijiet tal-bniedem;
68. Jissottolinja l-importanza tal-isforzi taċ-Ċina biex tikseb il-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà fil-Peniżola Koreana;
69. Jilqa' l-impenn taċ-Ċina għall-isforzi ta' żamma tal-paċi tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-Unjoni Afrikana; jirrimarka li l-UE għandha l-għan li ssaħħaħ l-impenn tagħha maċ-Ċina dwar il-politika barranija u l-kwistjonijiet ta' sigurtà billi tħeġġeġ liċ-Ċina timmobilizza r-riżorsi diplomatiċi tagħha u riżorsi oħra biex tappoġġja s-sigurtà internazzjonali, u tikkontribwixxi għall-paċi u s-sigurtà fil-viċinat tal-UE abbażi tad-dritt internazzjonali; jinnota li l-kooperazzjoni maċ-Ċina fil-qasam tal-kontroll tal-esportazzjoni, id-diżarm, il-kwistjonijiet tan-nonproliferazzjoni u d-denuklearizzazzjoni tal-peniżola Koreana hija essenzjali biex tiġi żgurata l-istabbiltà fir-reġjun tal-Asja tal-Lvant;
70. Jilqa' l-għan taċ-Ċina li tiżviluppa f'ekonomija sostenibbli; Jenfasizza li l-UE tista' tappoġġja l-programm ta' riforma ekonomika taċ-Ċina bl-għarfien tagħha; Jissottolinja li ċ-Ċina hija sieħba ewlenija għall-UE fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-isfidi ambjentali globali; għandu l-ħsieb li jaħdem flimkien maċ-Ċina biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima;
71. Jilqa' r-riformi mwettqa miċ-Ċina mit-tnedija tagħha tal-approċċ favur "ċivilizzazzjoni ekoloġika"; iqis l-istatus speċjali mogħti lill-NGOs ambjentali fil-qrati, il-verifiki tal-impatt ambjentali tal-ħidma tal-uffiċjali u l-investiment kbir fl-elettromobbiltà u fl-enerġija nadifa bħala riformi fid-direzzjoni t-tajba;
72. Jilqa' l-pjan ta' azzjoni tal-2016 taċ-Ċina biex tindirizza r-reżistenza antimikrobika; jenfasizza l-importanza ta' kooperazzjoni bejn iċ-Ċina, li tammonta għal nofs il-konsum dinji annwali tal-mediċina antimikrobika, u l-UE, f'li tiġi indirizzata din it-theddida globali; jinsisti li d-dispożizzjonijiet dwar il-benessri tal-annimali għandhom jiġu inklużi fi ftehimiet kummerċjali bilaterali bejn l-UE u ċ-Ċina;
73. Jieħu nota tad-deċiżjoni taċ-Ċina li tipprojbixxi l-importazzjoni ta' skart solidu, li tenfasizza l-importanza tal-proċess tat-tfassil, il-produzzjoni, it-tiswija, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-prodotti, b'enfasi partikolari fuq il-produzzjoni u l-użu tal-plastik; ifakkar fit-tentattiv riċenti min-naħa taċ-Ċina biex tipprojbixxi l-esportazzjoni ta' elementi terrestri rari u jitlob lill-Kummissjoni tqis l-interdipendenza tal-ekonomiji globali meta tipprijoritizza l-politiki tal-UE;
74. Jemmen li jista' jkun hemm skop, interess u ħtieġa għall-UE u l-ASEAN sabiex jaħdmu flimkien sabiex jiżviluppaw strateġija b'ekonomija ċirkolari konġunta; jemmen li ċ-Ċina jista' jkollha rwol ewlieni fit-teħid 'il quddiem ta' din l-inizjattiva fl-ASEAN;
75. Jargumenta li ċ-Ċina u l-Unjoni Ewropea se jibbenefikaw mill-promozzjoni tas-sostenibbiltà fl-ekonomiji tagħhom u mill-iżvilupp ta' bijoekonomija ċirkolari, sostenibbli u multisettorjali;
76. Jilqa' b'sodisfazzjon il-ftehim biex tiżdied il-kooperazzjoni dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni f'inizjattivi ewlenin bħal dawk dwar l-ikel, l-agrikoltura u l-bijoteknoloġiji, l-ambjent u l-urbanizzazzjoni sostenibbli, it-trasport fuq l-art, l-avjazzjoni aktar sikura u aktar ekoloġika, u l-bijoteknoloġiji għall-ambjent u s-saħħa tal-bniedem li ntlaħaq qbil dwarhom matul it-tielet Djalogu dwar il-Kooperazzjoni fl-Innovazzjoni bejn l-UE u ċ-Ċina f'Ġunju 2017 u l-Pjan Direzzjonali korrispondenti għall-kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika UE-Ċina ta' Ottubru 2017; jistieden lill-UE u liċ-Ċina jkomplu dawn l-isforzi u jpoġġu fil-prattika r-riżultati tal-proġetti ta' riċerka u ta' żvilupp;
77. Jirrimarka li l-UE u ċ-Ċina huma dipendenti ħafna fuq il-fjuwils fossili u flimkien jammontaw għal madwar terz tat-total tal-konsum globali, li jpoġġi liċ-Ċina fuq nett fil-klassifikazzjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) f'dak li jirrigwardja t-tniġġis fatali tal-arja ta' barra; jenfasizza li żieda fil-kummerċ ta' prodotti tal-bijoekonomija magħmula minn materjali rinnovabbli tista' tgħin fit-tnaqqis tad-dipendenza fuq il-fossili tal-ekonomiji taċ-Ċina u tal-Unjoni; jitlob lill-UE u liċ-Ċina jsaħħu r-relazzjonijiet tagħhom f'oqsma oħra ta' mitigazzjoni tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra bħall-mobbiltà elettrika, l-enerġiji rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika, biex ikomplu u jwessgħu l-Pjan direzzjonali dwar il-kooperazzjoni fl-enerġija bejn l-UE u ċ-Ċina lil hinn mill-2020 u biex jintensifikaw l-isforzi konġunti dwar l-iżvilupp ta' strumenti għal finanzi ekoloġiċi, b'mod speċjali l-finanzjament għall-klima; jitlob liċ-Ċina u lill-UE biex jesploraw u jippromwovu l-ippjanar minn qabel u l-iżvilupp ta' linji ta' trażmissjoni tal-elettriku transkonfinali bl-użu ta' teknoloġija b'kurrent dirett b'vultaġġ għoli sabiex jagħmlu s-sorsi tal-enerġija rinnovabbli aktar aċċessibbli;
78. Iħeġġeġ lill-UE u liċ-Ċina jkomplu bis-sħubija tagħhom dwar l-urbanizzazzjoni sostenibbli inkluż f'oqsma bħat-trasport nadif, it-titjib fil-kwalità tal-arja, l-ekonomija ċirkolari u l-ekodisinn; jenfasizza l-ħtieġa ta' miżuri ulterjuri għall-protezzjoni ambjentali, filwaqt li jitqies li aktar minn 90 % tal-bliet ma jikkonformawx mal-istandard nazzjonali ta' tniġġis tal-arja ta' PM 2.5, u li fiċ-Ċina, aktar minn miljun ruħ imutu kull sena minħabba mard relatat mat-tniġġis tal-arja;
79. Jissottolinja l-interess reċiproku tal-UE u ċ-Ċina fil-promozzjoni ta' żvilupp b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju u fl-indirizzar tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fi swieq tal-enerġija trasparenti, pubbliċi u rregolati tajjeb; jemmen fil-valur ta' sħubijiet strateġiċi bejn l-UE u ċ-Ċina bħala neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi u għal ġlieda effettiva kontra t-tibdil fil-klima; jistieden lill-UE u liċ-Ċina jużaw il-piż politiku tagħhom biex jippromwovu l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi kif ukoll l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) u jħeġġeġ approċċ kooperattiv waqt il-Konferenza tal-Partijiet tal-UNFCCC kif ukoll il-Forum Politiku Għoli tan-NU; jistieden liż-żewġ naħat jadottaw dikjarazzjoni konġunta dwar it-tibdil fil-klima biex jintwera l-impenn komuni tagħhom għal implimentazzjoni b'saħħitha tal-Ftehim ta' Pariġi u parteċipazzjoni attiva fid-Djalogu ta' Talanoa 2018 kif ukoll fil-COP24; iħeġġeġ liż-żewġ naħat jaqdu rwol responsabbli fin-negozjati internazzjonali billi jikkontribwixxu għall-għan li jiġi limitat it-tisħin globali permezz tal-politiki dwar il-klima interni rispettivi tagħhom kif ukoll billi l-kontribuzzjonijiet finanzjarji jilħqu l-mira ta' USD 100 biljun kull sena sal-2020 għall-mitigazzjoni u l-adattament;
80. Jilqa' l-varar ta' skema nazzjonali għan-negozjar tal-emissjonijiet fiċ-Ċina f'Diċembru 2017; jieħu nota tal-kooperazzjoni b'suċċess matul il-fażi ta' tħejjija bejn iċ-Ċina u l-UE li għamlet dan il-varar possibbli; jirrikonoxxi r-rieda tat-tmexxija Ċiniża li tnaqqas l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra u jistenna b'interess ir-riżultati tal-ħidma kontinwa fuq il-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika, li hija essenzjali għall-funzjonament tajjeb tas-sistema; jenfasizza l-importanza tal-azzjoni mal-ekonomija kollha dwar it-tibdil fil-klima, u jilqa' l-għan li tespandi l-kopertura tagħha biex tinkludi setturi industrijali u ttejjeb l-arranġamenti kummerċjali tas-sistema; jistieden lill-UE u liċ-Ċina jkomplu s-sħubija tagħhom fi ħdan il-proġett ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp tas-suq tal-karbonju taċ-Ċina biex dan isir strument effettiv li joħloq inċentivi sinifikanti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u biex jallinja ruħu aktar mas-sistema tal-UE għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet; jistieden liż-żewġ naħat ikomplu jippromwovu mekkaniżmi tal-ipprezzar tal-karbonju f'pajjiżi u reġjuni oħrajn billi jużaw l-esperjenzi proprji u l-għarfien espert tagħhom u billi jiskambjaw l-aħjar prattika kif ukoll billi jinvolvu ruħhom fi sforzi għall-bini ta' kooperazzjoni bejn swieq tal-karbonju eżistenti sabiex jaħdmu lejn kundizzjonijiet ekwi fil-livell globali;
81. Jittama li ċ-Ċina se tirfed it-tkabbir ekonomiku mid-degradazzjoni ekoloġika, billi tinkorpora l-protezzjoni tal-bijodiversità fl-istrateġiji globali tagħha li għaddejjin bħalissa, tiffaċilita l-kisba tal-Aġenda 2030 tan-NU għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-SDGs, u timplimenta l-projbizzjoni tal-kummerċ fl-avorju b'mod effikaċi; jirrikonoxxi l-ħidma li saret mill-Mekkaniżmu ta' Koordinazzjoni Bilaterali bejn l-UE u ċ-Ċina (BCM) dwar l-Infurzar tal-Liġi tal-Foresti u l-Governanza (FLEG) biex jiġi miġġieled globalment il-qtugħ illegali tas-siġar; iħeġġeġ liċ-Ċina, madankollu, tinvestiga l-kummerċ sinifikanti mhux dokumentat fl-injam bejn l-Istati firmatarji tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja FLEGT u ċ-Ċina;
82. Jirrakkomanda l-adozzjoni ta' linji gwida ta' politika Ċiniżi obbligatorji dwar investimenti responsabbli tal-forestrija barranin li għandhom jiġu implimentati b'mod konġunt mal-pajjiżi fornituri, bl-involviment ta' kumpaniji Ċiniżi fl-indirizzar tal-kummerċ illegali tal-injam.
83. Jilqa' l-fatt li ċ-Ċina u l-UE ffirmaw Memorandum ta' Qbil (MtQ) fuq il-politika dwar l-ilma, bil-għan li jsaħħu d-djalogu dwar l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni għall-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma; jappoġġja bil-qawwa d-Dikjarazzjoni ta' Turku ta' Settembru 2017 iffirmata mill-UE u miċ-Ċina, li enfasizzat li l-governanza tajba tal-ilma għandha tagħti prijorità lill-ekoloġija u lill-iżvilupp ekoloġiku, tpoġġi l-konservazzjoni tal-ilma f'pożizzjoni prominenti, u tirrestawra l-ekosistemi tal-ilma; u jissottolinja li l-MtQ dwar l-istabbiliment ta' Djalogu bejn l-UE u ċ-Ċina dwar il-Politika dwar l-Ilma mhux biss jarrikkixxi l-kontenut ta' sħubija strateġika bejn iċ-Ċina u l-UE, iżda jispeċifika wkoll id-direzzjoni, il-kamp ta' applikazzjoni, il-metodoloġija u l-arranġamenti finanzjarji għall-kooperazzjoni;
84. Jirrikonoxxi r-rwol ewlieni tal-proġett ta' kooperazzjoni ffinanzjat mill-Kummissjoni bejn l-organizzazzjonijiet Ewropej u Ċiniżi, implimentat fl-2014-2017 taħt l-awspiċi tal-Istrument għall-Kooperazzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari (INSC), fil-valutazzjoni tal-istandards u tal-arranġamenti tal-ġestjoni ta' emerġenza radjoloġika u nukleari fiċ-Ċina u fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-Istitut ta' Riċerka dwar it-Teknoloġija tal-Enerġija Nukleari Ċiniż fl-oqsma ta' linji gwida għall-ġestjoni f'każ ta' inċidenti serji;
85. Iħeġġeġ lill-investituri Ċiniżi u Ewropej jadottaw standards globali aħjar ta' responsabbiltà soċjali u ambjentali u sabiex itejbu l-istandards ta' sikurezza tal-industriji tagħhom ta' estrazzjoni madwar id-dinja; itenni li, fir-rigward tan-negozjati dwar Ftehim Komprensiv dwar l-Investiment (CAI) maċ-Ċina, l-Unjoni Ewropea jeħtiġilha tappoġġja inizjattivi ta' żvilupp sostenibbli billi tinkoraġġixxi l-investiment responsabbli u tippromwovi standards ambjentali u tax-xogħol fundamentali; jitlob lill-awtoritajiet Ċiniżi u Ewropej joħolqu inċentivi li jinkoraġġixxu lill-kumpaniji tal-estrazzjoni Ċiniżi u Ewropej iwettqu l-attivitajiet tagħhom f'pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp f'konformità mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u sabiex jinkoraġġixxu l-investiment fil-bini tal-kapaċità għal trasferiment ta' għarfien, it-trasferiment tat-teknoloġija u tar-reklutaġġ lokali;
86. Jilqa' t-tħabbira min-naħa taċ-Ċina fil-kuntest tal-One Planet Summit f'Diċembru 2017 li kienet se tagħmel aktar trasparenti l-impatti ambjentali tal-kumpaniji fiċ-Ċina u tal-investimenti Ċiniżi barra mill-pajjiż; jinsab imħasseb dwar il-fatt li proġetti ta' infrastruttura bħall-Inizjattiva "One Belt One Road (OBOR)" miċ-Ċina jista' jkollhom impatt negattiv fuq l-ambjent u l-klima, u jistgħu jwasslu għal użu akbar ta' fjuwils fossili f'pajjiżi oħra involuti jew milquta mill-iżvilupp tal-infrastruttura; jitlob lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jwettqu valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali u jinkludu klawżoli ta' sostenibbiltà f'kull proġett ta' kooperazzjoni fi ħdan il-qafas OBOR; jinsisti fuq it-twaqqif ta' kumitat konġunt, magħmul minn rappreżentanti tal-pajjiżi involuti u tal-partijiet terzi, biex jissorvelja l-impatt fuq l-ambjent u l-klima; jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kummissjoni u tas-SEAE biex ifasslu strateġija ta' konnettività UE-Asja fl-ewwel nofs tal-2018; jinsisti li din l-istrateġija għandha tinkludi impenji qawwija favur is-sostenibbiltà, il-protezzjoni ambjentali u l-azzjoni dwar il-klima;
87. Jilqa' b'sodisfazzjon il-progress taċ-Ċina fit-titjib tal-istandards tas-sikurezza tal-ikel, li huwa element ewlieni għall-protezzjoni tal-konsumaturi Ċiniżi u l-prevenzjoni tal-frodi alimentari; jenfasizza li t-titjib fl-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi huwa pass importanti fiż-żieda ta' kultura tal-konsumatur fiċ-Ċina;
88. Iħeġġeġ lill-pulizija u lis-servizzi tal-infurzar tal-liġi Ċiniżi u Ewropej jieħdu azzjoni komuni biex tiġi jikkontrollaw l-esportazzjoni ta' drogi illegali u sabiex jikkondividu l-intelligence dwar it-traffikar tad-droga permezz tal-iskambju ta' informazzjoni sabiex jiġu identifikati individwi u netwerks kriminali; jinnota li, skont l-istudju intitolat "European Drug Report 2017: Trends and Developments" (Rapport Ewropew dwar id-Droga – Xejriet u Żviluppi) ippubblikat miċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA), ħafna mill-provvista ta' sustanzi psikoattivi ġodda għall-Ewropa toriġina miċ-Ċina, flimkien ma' sustanzi ġodda jiġu prodotti fi kwantità minn kumpaniji kimiċi u farmaċewtiċi fiċ-Ċina, minn fejn jintbagħtu lejn l-Ewropa, fejn jiġu pproċessati fi prodotti, ippakkjati u jinbigħu;
89. Jirrikonoxxi li l-familji u l-individwi emigraw b'reazzjoni għan-nixfa u diżastri naturali oħrajn, u li, bħala rispons, l-awtoritajiet Ċiniżi ppjanaw proġetti ta' rilokazzjoni fuq skala kbira; jinsab imħasseb dwar rapporti mir-reġjun ta' Ningxia li jindikaw bosta problemi fil-bliet il-ġodda, u rappreżalji kontra n-nies li rrifjutaw li jiċċaqilqu; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li d-difensuri ambjentali qed jiġu detenuti, jiġu soġġetti għal proċeduri kriminali u jiġu kkundannati, u li l-NGOs ambjentali domestiċi rreġistrati qed jiffaċċjaw skrutinju akbar mill-awtoritajiet superviżorji Ċiniżi;
90. Jitlob liċ-Ċina testendi aktar l-isforzi tagħha tal-infurzar tal-liġi biex twaqqaf is-sajd illegali, peress li d-dgħajjes tas-sajd Ċiniżi qed ikomplu jistadu illegalment f'ilmijiet barranin inkluż fil-Baħar tal-Punent tal-Korea, fil-Baħar tal-Lvant taċ-Ċina, fil-Baħar tan-Nofsinhar taċ-Ċina, fl-Oċean Indjan, u anke fl-Amerika t'Isfel;
91. Jitlob lill-esportaturi Ċiniżi u lill-importaturi Ewropej inaqqsu r-residwi tossiċi fi ħwejjeġ immanifatturati ċ-Ċina billi jiġu stabbiliti regolamenti ta' ġestjoni kimika adegwati u billi jiġi eliminat gradwalment l-użu taċ-ċomb, tal-etossilati tan-nonilfenol (NPEs), tal-ftalati, tas-sustanzi kimiċi perfluworurati (PFCs), tal-formaldeid u ta' prodotti tossiċi oħrajn misjuba fit-tessuti.
92. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u l-pajjiżi applikanti u dawk kandidati għas-sħubija, lill-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, lill-Kungress Nazzjonali tal-Poplu Ċiniż, lill-Gvern Tajwaniż u lill-Yuan Leġiżlattiv Tajwaniż.
Y. Zhen, J. Pan, X. Zhang, "Relocation as a policy response to climate change vulnerability in Northern China" (Ir-rilokazzjoni bħala rispons politiku għall-vulnerabbiltà tat-tibdil fil-klima fit-Tramuntana taċ-Ċina), ISSC u UNESCO 2013, World Social Science Report 2013, Changing Global Environments (Rapport tax-Xjenza Soċjali tad-Dinja 2013, Nibdlu l-Ambjenti Globali), pp. 234-241.