Indiċi 
Testi adottati
It-Tlieta, 23 ta' Ottubru 2018 - Strasburgu
Konsultazzjoni dwar l-privileġġi u l-immunitajiet ta' Alfonso Luigi Marra
 Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Manolis Kefalogiannis
 Il-pubblikazzjoni elettronika ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ***
 Ftehim UE-Bahamas dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir ***
 Ftehim UE-Mauritius dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir ***
 Ftehim UE-Antigua u Barbuda dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir ***
 Ftehim UE-Federazzjoni ta’ St Kitts u Nevis dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir ***
 Ftehim UE-Barbados dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir ***
 Ftehim UE-Repubblika tas-Seychelles dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir ***
 Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni mill-Portugall – EGF/2018/002 PT/Norte – Centro - Lisboa wearing apparel
 Ħatra tad-Direttur Amministrattiv tal-FEIS
 Ħatra tal-Viċi Direttur Amministrattiv tal-FEIS
 Il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem ***I
 Ir-riżorsi għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u r-riżorsi għall-investiment għat-tkabbir u l-impjiegi ***I
 L-allinjament tal-obbligi ta' rapportar fil-qasam tal-politika ambjentali ***I
 Ir-rwol tal-parteċipazzjoni finanzjarja tal-impjegati fil-ħolqien tal-impjiegi u fir-riattivazzjoni tal-persuni qiegħda

Konsultazzjoni dwar l-privileġġi u l-immunitajiet ta' Alfonso Luigi Marra
PDF 131kWORD 51k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar it-talba għal konsultazzjoni dwar il-privileġġi u l-immunitajiet ta' Alfonso Luigi Marra (2018/2058(IMM))
P8_TA(2018)0385A8-0325/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-talba għal konsultazzjoni dwar il-privileġġi u l-immunitajiet ta' Alfonso Luigi Marra, imressqa fis-7 ta' Marzu 2018 mill-Qorti tal-Appell (Corte d'Appello) ta' Napli (l-Italja) b'rabta mal-proċedimenti ġudizzjarji kontrih (bir-referenza Nri 4831/2015 RG u 4832/2015 RG rispettivament), u mħabbra fis-seduta plenarja fis-17 ta' April 2018,

–  wara li sema' lil Alfonso Luigi Marra skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta' Settembru 1976,

–  wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fit-12 ta' Mejju 1964, fl-10 ta' Lulju 1986, fil-15 u l-21 ta' Ottubru 2008, fid-19 ta' Marzu 2010, fis-6 ta' Settembru 2011 u fis-17 ta' Jannar 2013(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Ġunju 2002 dwar l-immunità tal-Membri Taljani u l-prattiki tal-awtoritajiet Taljani rigward is-suġġett(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2) u 9(14) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0325/2018),

A.  billi Alfonso Luigi Marra serva bħala Membru tal-Parlament Ewropew mill-21 ta' Lulju 1994 sad-19 ta' Lulju 1999;

B.  billi żewġ settijiet ta' proċedimenti ġudizzjarji ġew istitwiti kontra s-Sur Marra b'rabta ma' dikjarazzjonijiet allegatament diffamatorji li kien għamel f'fuljett tad-19 ta' Settembru 1996, jiġifieri meta kien Membru tal-Parlament Ewropew; billi s-Sur Marra ġie ordnat iħallas kumpens lill-partijiet li ġarrbu d-dannu kemm mill-qorti tal-prim'istanza (sentenzi tas-17 u tat-22 ta' Frar 2000) kif ukoll mill-qorti tat-tieni istanza (sentenzi tas-6 ta' Marzu 2002); billi fuq talba tas-Sur Marra, b'deċiżjonijiet tal-20 ta' Frar 2007, il-Qorti Suprema Taljana (Corte di Cassazione) irreferiet il-kwistjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja għal deċiżjonijiet preliminari dwar l-interpretazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar l-immunità tal-Membri tal-Parlament Ewropew;

C.  billi, sadanittant, il-Parlament kien adotta r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Ġunju 2002 dwar l-immunità tal-Membri Taljani fl-Italja u l-prattiki tal-awtoritajiet Taljani rigward is-suġġett; billi f'dik l-okkażjoni l-Parlament qies li l-każ ta' Alfonso Luigi Marra jikkostitwixxi każ prima facie ta' immunità assoluta, il-qrati kompetenti għandhom jiġu mistiedna jittrażmettu lill-Parlament id-dokumentazzjoni meħtieġa sabiex jiġi stabbilit jekk il-każijiet inkwistjoni jaqgħux taħt l-ipoteżi tal-immunità assoluta prevista fl-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 u li l-qrati kompetenti għandhom jiġu mistiedna jissospendu l-proċedimenti pendenti sad-deċiżjoni finali tal-Parlament; billi kien evidenti mid-deċiżjonijiet tar-rinviju lill-Qorti tal-Ġustizzja li din ir-riżoluzzjoni ma kenitx twasslet lill-qrati Taljani;

D.  billi, fil-kuntest tar-rinviju msemmi hawn fuq għad-deċiżjonijiet preliminari, il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li meta tkun tressqet azzjoni kontra Membru tal-Parlament Ewropew quddiem qorti nazzjonali u dik il-qorti tkun infurmata li tkun inbdiet proċedura għad-difiża tal-privileġġi u tal-immunitajiet ta' dak il-Membru, kif previst fir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament, dik il-qorti trid tissospendi l-proċedimenti ġudizzjarji u titlob lill-Parlament biex jagħti l-opinjoni tiegħu malajr kemm jista' jkun(3);

E.  billi, wara d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, permezz tas-sentenzi tal-10 ta' Diċembru 2009, il-Qorti Suprema Taljana rreferiet il-kwistjoni lura lill-Qorti tal-Appell ta' Napli sabiex tieħu deċiżjoni dwar il-każ tas-Sur Marra fid-dawl kemm tar-riżoluzzjoni tal-11 ta' Ġunju 2002 kif ukoll tal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja; billi, permezz tas-sentenzi tal-5 ta' Diċembru 2012, il-Qorti tal-Appell, mingħajr ma ssospendiet il-proċedimenti u mingħajr ma talbet l-opinjoni tal-Parlament, ikkonfermat is-sentenzi preċedenti tagħha, li permezz tagħhom is-Sur Marra kien ġie ordnat iħallas kumpens lill-partijiet li ġarrbu dannu; billi, permezz tas-sentenzi tat-30 ta' April 2015, il-Qorti Suprema Taljana annullat id-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Appell u rreferiet il-każ lura lilha sabiex tkun tista' tissospendi l-proċedimenti u titlob l-opinjoni tal-Parlament; billi l-Qorti tal-Appell ta' Napli effettivament iddeċidiet li tissospendi l-proċedimenti u, permezz ta' ittra tas-27 ta' Jannar 2018, li tikkonsulta l-Parlament Ewropew dwar il-privileġġi u l-immunitajiet ta' Alfonso Luigi Marra;

F.  billi l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jeskludu lil xulxin(4); billi l-każ inkwistjoni jikkonċerna biss l-opinjonijiet allegatament diskriminatorji espressi minn Membru tal-Parlament Ewropew; billi, għalhekk, huwa suffiċjenti li jiġi applikat biss l-Artikolu 8;

G.  billi skont l-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7, il-Membri tal-Parlament Ewropew ma jistgħu jkunu soġġetti għal ebda forma ta' investigazzjoni, detenzjoni jew proċedimenti ġudizzjarji fir-rigward ta' opinjonijiet espressi jew voti mitfugħa minnhom fil-qadi ta' dmirijiethom; Immunità bħal din trid tiġi kkunsidrata, sa fejn hija intiża sabiex tipproteġi l-espressjoni libera u l-indipendenza tal-Membri tal-Parlament Ewropew, bħala immunità assoluta li ma tippermettix li jitressqu proċeduri ġudizzjarji kontrihom minħabba opinjoni espressa jew vot mitfugħ fil-qadi ta' dmirijiethom bħala Membri Parlamentari(5);

H.  billi l-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li, sabiex wieħed igawdi mill-immunità, opinjoni għandha tkun espressa minn Membru tal-Parlament Ewropew fil-qadi ta' dmirijietu, u dan jimplika r-rekwiżit ta' rabta bejn l-opinjoni espressa u d-dmirijiet parlamentari; billi tali rabta għandha tkun diretta u ovvja(6); billi għalkemm id-dikjarazzjonijiet allegatament diffamatorji saru bejn l-1996 u l-2001 qabel is-sentenza tal-2011 fil-Kawża Patriciello, jibqa' l-fatt li l-qrati Taljani fittxew l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali fl-2018, jiġifieri wara li ġiet stabbilita l-ġurisprudenza rispettiva;

I.  billi l-fatti tal-każ, kif stabbiliti fid-dokumenti pprovduti lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali u fis-smigħ quddiemu, jindikaw li d-dikjarazzjonijiet tas-Sur Marra m'għandhomx konnessjoni diretta u ovvja mad-dmirijiet parlamentari tiegħu;

J.  billi Alfonso Luigi Marra ma jistax għalhekk jitqies li kien qed jaqdi dmirijietu bħala Membru tal-Parlament Ewropew fir-rigward tal-opinjonijiet espressi minnu fil-każ inkwistjoni;

1.  Iqis li l-opinjonijiet espressi minn Alfonso Luigi Marra mhumiex koperti mill-immunità parlamentari fis-sens tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika Taljana u lil Alfonso Luigi Marra.

(1) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Mejju 1964, Wagner vs Fohrmann u Krier, 101/63, ECLI:EU:C:1964:28; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1986, Wybot vs Faure et., 149/85, ECLI:EU:C:1986:310; sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Ottubru 2008, Mote vs il-Parlament, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C-163/10, ECLI: EU:C:2011:543; sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23.
(2) ĠU C 261E, 30.10.2003, p. 102.
(3) Kawżi magħquda C-200/07 u C-201/07, Marra, iċċitati aktar 'il fuq, paragrafu 43.
(4) Kawżi magħquda C-200/07 u C-201/07, Marra, iċċitati aktar 'il fuq, paragrafu 45.
(5) Kawżi magħquda C-200/07 u C-201/07, Marra, iċċitati aktar 'il fuq, paragrafu 27.
(6) Kawża C-163/10 Patriciello, imsemmija hawn fuq, paragrafi 33 u 35.


Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Manolis Kefalogiannis
PDF 126kWORD 50k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Manolis Kefalogiannis (2017/2133(IMM))
P8_TA(2018)0386A8-0333/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Manolis Kefalogiannis, imressqa fil-31 ta' Mejju 2017 mill-Prosekutur Pubbliku tal-Qorti Suprema tar-Repubblika Ellenika b'rabta mal-proċediment Nru ABM:EOE 20/2017, u mħabbra fis-seduta plenarja fit-3 ta' Lulju 2017,

–  wara li sema' lil Manolis Kefalogiannis skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li sema' wkoll lil Kristian Knudsen, aġent Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għall-Persunal tal-Parlament Ewropew,

–  wara li pproċeda għal skambju ta' fehmiet mal-Prosekutur Pubbliku tal-Qorti Suprema tar-Repubblika Ellenika,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett,

–  wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fit-12 ta' Mejju 1964, fl-10 ta' Lulju 1986, fil-15 u l-21 ta' Ottubru 2008, fid-19 ta' Marzu 2010, fis-6 ta' Settembru 2011 u fis-17 ta' Jannar 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Ellenika,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2) u 6(1) u 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0333/2018),

A.  billi d-Deputat Prosekutur tal-Qorti Suprema tar-Repubblika Ellenika talab it-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Membru tal-Parlament Ewropew, Manolis Kefalogiannis, sabiex jibda proċedimenti kriminali fil-konfront tiegħu għal żewġ reati allegati;

B.  billi l-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, jiddikjara li l-Membri tal-Parlament Ewropew m'għandhom ikunu suġġetti għal ebda forma ta' investigazzjoni, detenzjoni jew proċeduri legali, fir-rigward ta' opinjonijiet espressi jew voti mogħtija minnhom fil-qadi ta' dmirijiethom;

C.  billi, skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, il-Membri tal-Parlament Ewropew igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet rikonoxxuti lid-deputati tal-parlament nazzjonali tagħhom;

D.  billi, skont l-Artikolu 62 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Ellenika, l-ebda Membru ma jista', matul il-kariga tiegħu, jiġi mħarrek, arrestat, mibgħut il-ħabs jew soġġett għal miżuri ta' kustodja oħra mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Kamra;

E.  billi t-talba tad-Deputat Prosekutur tal-Qorti Suprema tar-Repubblika Ellenika tirrigwarda proċedimenti li jikkonċernaw reati allegati fis-sens tal-Artikolu 385(1)(b) tal-Kodiċi Penali Grieg u l-Artikolu 4 tal-Liġi Nru 2803/2000, relatati rispettivament mal-estorsjoni b'theddid u l-frodi;

F.  billi Manolis Kefalogiannis qed jiġi akkużat b'tentattiv ta' frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea b'dannu konsegwenti ta' aktar minn EUR 73 000 wara li pprova jwettaq miżapproprjazzjoni ta' parti mis-salarju tal-assistent tiegħu li ammontat għas-somma ta' EUR 4 240 fix-xahar bejn Lulju 2014 u tmiem l-2016;

G.  billi, skont l-Artikolu 9(8) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali fl-ebda ċirkustanza m'għandu jippronunzja ruħu dwar il-ħtija jew l-innoċenza tal-Membru, u lanqas dwar jekk l-opinjonijiet u l-atti attribwiti lilu jiġġustifikawx jew le l-prosekuzzjoni tiegħu, anke jekk, waqt li jkun qed jikkunsidra t-talba, jikseb tagħrif dettaljat tal-fatti tal-każ.

H.  billi, barra minn hekk, mhuwiex il-kompitu tal-Parlament Ewropew li jieħu pożizzjoni dwar il-ħtija jew le tal-Membru jew dwar jekk l-atti attribwiti lill-Membru jiġġustifikawx il-ftuħ ta' proċedimenti kriminali, u lanqas li jippronunzja ruħu fuq il-merti relattivi tal-ordinamenti ġuridiċi u ġudizzjarji nazzjonali;

I.  billi skont l-Artikolu 5(2) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew, l-immunità parlamentari mhijiex privileġġ personali ta' Membru iżda hija garanzija tal-indipendenza tal-Parlament kollu kemm hu u tal-Membri tiegħu;

J.  billi l-iskop tal-immunità parlamentari huwa li l-Parlament u l-Membri tiegħu jiġu protetti minn proċedimenti ġudizzjarji fir-rigward tal-attivitajiet imwettqa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari u li ma jistgħux jiġu separati minn dawk id-dmirijiet;

K.  billi, fejn il-proċedura inkwistjoni ma tikkonċernax opinjonijiet jew voti espressi minn Membru fis-sens tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, l-immunità għandha titneħħa, ħlief fejn ikun jidher li l-intenzjoni sottostanti tal-proċeduri ġudizzjarji tista' tkun li ddgħajjef l-attività politika tal-Membru jew ir-reputazzjoni tiegħu u, b'hekk, l-indipendenza tal-Parlament (fumus persecutionis);

L.  billi, madankollu, kwalunkwe konklużjoni għandha ssir abbażi tal-informazzjoni u l-ispjegazzjonijiet mogħtija f'dan il-każ, inklużi t-tweġibiet mogħtija mill-Viċi Prosekutur Pubbliku tal-Qorti Suprema tar-Repubblika Ellenika matul l-iskambju ta' fehmiet miżmuma miegħu, u fid-dawl taċ-ċirkostanzi li fihom il-każ kontra Manolis Kefalogiannis kien ittrattat mill-awtoritajiet involuti, l-inċertezzi fir-rigward tal-elementi li fuqhom hija bbażata t-talba għat-tneħħija tal-immunità u d-dubji serji li jimpinġu fuq il-proċedimenti, inkluża l-motivazzjoni li fuqha hija bbażata t-talba għat-tneħħija tal-immunità;

M.  billi qed jidher li dan huwa każ li fih wieħed jista' jassumi każ ta' fumus persecutionis;

N.  billi l-immunità ta' Manolis Kefalogiannis m'għandhiex titneħħa;

1.  Jiddeċiedi li ma jneħħix l-immunità ta' Manolis Kefalogiannis;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-Prosekutur Pubbliku tal-Qorti Suprema tar-Repubblika Ellenika u lil Manolis Kefalogiannis.

(1) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Mejju 1964, Wagner vs Fohrmann u Krier, 101/63, ECLI:EU:C:1964:28; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1986, Wybot vs Faure et., 149/85, ECLI:EU:C:1986:310; sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Ottubru 2008, Mote vs il-Parlament, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C-163/10, ECLI:EU:C:2011:543; sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23.


Il-pubblikazzjoni elettronika ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ***
PDF 114kWORD 47k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 216/2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (14463/2017 – C8-0412/2018 – 2017/0039(APP))
P8_TA(2018)0387A8-0323/2018

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill (14463/2017),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill b'konformità mal-Artikolu 352 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0412/2018),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 39 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0323/2018),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' regolament tal-Kunsill;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


Ftehim UE-Bahamas dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir ***
PDF 118kWORD 47k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Commonwealth tal-Bahamas li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Commonwealth tal-Bahamas dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (12389/2017 – C8-0173/2018 – 2017/0169(NLE))
P8_TA(2018)0388A8-0304/2018

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12389/2017),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Commonwealth tal-Bahamas li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Commonwealth tal-Bahamas dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (12388/2017),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 77(2), punt (a), u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8‑0173/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0304/2018),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Commonwealth tal-Bahamas.


Ftehim UE-Mauritius dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir ***
PDF 118kWORD 47k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Mauritius li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Mauritius dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (12396/2017 – C8-0177/2018 – 2017/0167(NLE))
P8_TA(2018)0389A8-0303/2018

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12396/2017),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Mauritius li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Mauritius dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (12395/2017),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 77(2), punt (a), u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0177/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0303/2018),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika ta' Mauritius.


Ftehim UE-Antigua u Barbuda dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir ***
PDF 118kWORD 47k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Antigua u Barbuda li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u Antigua u Barbuda dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (12383/2017 – C8-0174/2018 – 2017/0171(NLE))
P8_TA(2018)0390A8-0305/2018

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12383/2017),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Antigua u Barbuda li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u Antigua u Barbuda dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (12382/2017),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 77(2), punt (a), u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0174/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0305/2018),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u ta' Antigua u Barbuda.


Ftehim UE-Federazzjoni ta’ St Kitts u Nevis dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir ***
PDF 119kWORD 47k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni ta’ St Kitts u Nevis li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni ta’ Saint Kitts u Nevis dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (12393/2017 – C8-0176/2018 – 2017/0176(NLE))
P8_TA(2018)0391A8-0306/2018

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12393/2017),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni ta' St Kitts u Nevis li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni ta' St Kitts u Nevis dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (12391/2017),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 77(2), punt (a), u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8‑0176/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0306/2018),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Federazzjoni ta' St Kitts u Nevis.


Ftehim UE-Barbados dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir ***
PDF 119kWORD 47k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Barbados li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u Barbados dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (12386/2017– C8-0175/2018 – 2017/0179(NLE))
P8_TA(2018)0392A8-0301/2018

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12386/2017),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Barbados li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u Barbados dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (12385/2017),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 77(2), punt (a), u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0175/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0301/2018),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u ta’ Barbados.


Ftehim UE-Repubblika tas-Seychelles dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir ***
PDF 119kWORD 47k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (12399/2017 – C8-0172/2018 – 2017/0168(NLE))
P8_TA(2018)0393A8-0302/2018

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12399/2017),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (12398/2017),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 77(2), punt (a), u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0172/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0302/2018),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tas-Seychelles.


Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni mill-Portugall – EGF/2018/002 PT/Norte – Centro - Lisboa wearing apparel
PDF 140kWORD 54k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni ppreżentata mill-Portugall – EGF/2018/002 PT/Norte – Centro – Lisboa wearing apparel) (COM(2018)0621 – C8-0399/2018 – 2018/2223(BUD))
P8_TA(2018)0394A8-0311/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0621 – C8-0399/2018),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006(1) (ir-Regolament dwar il-FEG),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(3) (il-FII tat-2 ta' Diċembru 2013), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu prevista fil-punt 13 tal-FII tat-2 ta' Diċembru 2013,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0311/2018),

A.  billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex jagħtu appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li jkunu qegħdin ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji jew tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, u biex jassistuhom fir-reintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol;

B.  billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u disponibbli b'mod kemm jista' jkun effiċjenti u rapidu;

C.  billi l-Portugall ippreżenta l-applikazzjoni EGF/2018/002 PT/Norte – Centro – Lisboa tal-ilbies għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, b'segwitu għall-1 161 sensja fis-settur ekonomiku kklassifikat taħt id-Diviżjoni 14 ta' NACE Reviżjoni 2 (Manifattura tal-ilbies) fir-reġjuni tal-livell NUTS 2 ta' Norte (PT11), ta' Centro (PT16) u ta' Lisboa (PT17) fil-Portugall;

D.  billi l-l-applikazzjoni hija bbażata fuq il-kriterji ta' intervent tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament dwar il-FEG, li jeħtieġ li mill-inqas 500 ħaddiem ikunu ngħataw is-sensja tul perjodu referenzjarju ta' disa' xhur f'intrapriżi li joperaw fl-istess settur ekonomiku ddefinit fil-livell ta' diviżjoni tan-NACE Reviżjoni 2, u li jkunu jinsabu f'reġjun wieħed jew f'żewġ reġjuni kontigwi, jew f'iktar minn żewġ reġjuni kontigwi ddefiniti fil-livell NUTS 2, dment li jkun hemm iktar minn 500 ħaddiem milquta fi tnejn mir-reġjuni kollha flimkien fi Stat Membru;

1.  Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament dwar il-FEG huma sodisfatti u li, għalhekk, il-Portugall għandu dritt għal kontribuzzjoni finanzjarja ta' EUR 4 655 883 skont dan ir-Regolament, ammont li jirrappreżenta 60 % tal-ispiża totali ta' EUR 7 759 806;

2.  Jinnota li l-awtoritajiet Portugiżi ppreżentaw l-applikazzjoni fl-24 ta' April 2018, u li, wara li l-Portugall ta informazzjoni addizzjonali, il-Kummissjoni ffinalizzat il-valutazzjoni tagħha fl-10 ta' Settembru 2018 u nnotifikat lill-Parlament fl-istess ġurnata;

3.  Josserva li l-Portugall sostna li s-sensji kienu marbutin mal-bidliet strutturali kbar fl-andament tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni, b'mod aktar partikolari l-liberalizzazzjoni tal-kummerċ fit-tessuti u l-ħwejjeġ wara li l-Ftehim dwar il-Multifibri tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ skada fi tmiem l-2004 li wasslet għal bidliet radikali fl-istruttura tal-kummerċ dinji fis-settur tat-tessuti u tal-ilbies;

4.  Jinnota li r-rata tal-qgħad fis-settur tal-ilbies fid-distretti fejn is-sensji seħħew hija ogħla minn dik fir-reġjuni Norte, Centro u Lisboa fejn jinsabu tali distretti, u li l-prospettivi għal riallokazzjoni huma baxxi peress li l-ħaddiema li ngħataw is-sensja huma l-aktar nisa b'livell baxx ta' ħiliet;

5.  Ifakkar li s-sensji li ngħataw f'żewġ intrapriżi li joperaw fis-settur tal-ilbies Portugiż huma mistennija jpoġġu pressjoni negattiva konsiderevoli fuq l-ekonomija lokali, u li l-impatt tas-sensji huwa marbut mad-diffikultajiet ta' riallokazzjoni minħabba l-iskarsezza ta' impjiegi, il-livell baxx ta' edukazzjoni tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja, u l-għadd kbir ta' dawk li qed ifittxu impjieg;

6.  Jirrakkomanda l-applikazzjoni tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment, u b'mod partikolari l-Fond Soċjali Ewropew, bil-għan li jitjiebu l-kwalifiki tal-ħaddiema Portugiżi biex jonqos il-qgħad, u speċjalment dawk fost iż-żgħażagħ u dak fit-tul;

7.  Jinnota li l-applikazzjoni tirrigwarda 1 161 ħaddiem li ngħataw is-sensja, u li minnhom 730 se jintlaqtu mill-miżuri proposti; jindika l-fatt li l-maġġoranza tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja huma nisa (88,63 %); jinnota wkoll li 20,55 % tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandhom aktar minn 55 sena; jirrikonoxxi, fid-dawl ta' dan, l-importanza tal-miżuri attivi tas-suq tax-xogħol kofinanzjati mill-FEG biex jitjiebu l-possibbiltajiet ta' reintegrazzjoni ta' dawn il-gruppi vulnerabbli fis-suq tax-xogħol;

8.  Jilqa' l-fatt li s-servizzi personalizzati kofinanzjati mill-FEG se jiġu wkoll ipprovduti għal massimu ta' 730 żagħżugħ(a) taħt l-età ta' 30 sena barra mill-impjieg, edukazzjoni jew taħriġ (NEETs);

9.  Jinnota li l-Portugall qiegħed jippjana tliet tipi ta' azzjonijiet għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja u li huma koperti minn din l-applikazzjoni: (i) taħriġ u taħriġ mill-ġdid, (ii) promozzjoni tal-intraprenditorija, (iii) allokazzjonijiet;

10.  Jenfasizza li t-taħriġ u t-taħriġ mill-ġdid għandhom joħolqu alternattivi reali għar-reintegrazzjoni fir-reġjun fil-qies tas-setturi li għandhom domanda dejjem tikber għall-ħaddiema;

11.  Jinnota li l-allowances finanzjarji, inklużi dawk għat-taħriġ, għall-mobbiltà u għall-ikel, ma jaqbżux il-massimu ta' 35 % tal-ispejjeż totali stabbilit fir-Regolament dwar il-FEG, u li dawk l-azzjonijiet huma bil-kundizzjoni li l-benefiċjarji fil-mira jieħdu sehem attiv fl-attivitajiet ta' tiftix ta' impjieg jew ta' taħriġ;

12.  Jirrikonoxxi li l-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati tfassal b'konsultazzjoni ma' grupp ta' ħidma, li kien jinkludi s-Servizz Pubbliku tal-Impjiegi, ir-rappreżentanti tat-trade unions, l-Istitut tas-Sigurtà Soċjali u l-Awtorità għall-Kundizzjonijiet tax-Xogħol;

13.  Jenfasizza li l-awtoritajiet Portugiżi kkonfermaw li l-azzjonijiet eleġibbli ma jirċevux assistenza minn fondi jew strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni u taw assigurazzjonijiet li mhu se jitħalla jsir l-ebda finanzjament doppju u li l-azzjonijiet proposti se jkunu komplementari ma' dawk iffinanzjati mill-Fondi Strutturali;

14.  Itenni li l-assistenza mill-FEG ma tridx tissostitwixxi azzjonijiet li jkunu r-responsabbiltà tal-kumpaniji, bis-saħħa tad-dritt nazzjonali jew ta' ftehimiet kollettivi, jew miżuri għar-ristrutturar ta' kumpaniji jew setturi u jilqa' b'sodisfazzjon il-konferma mill-Portugall f'dan ir-rigward;

15.  Ifakkar li, skont l-Artikolu 7 tar-Regolament dwar il-FEG, il-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati għandu jitfassal b'mod li jantiċipa l-perspettivi u l-ħiliet li se jkun hemm bżonn fis-suq tax-xogħol fil-futur, u għandu jkun kompatibbli mal-bidla lejn ekonomija sostenibbli u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi;

16.  Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-awtoritajiet nazzjonali biex jipprovdu aktar dettalji, fi proposti futuri, dwar is-setturi li jkollhom prospettivi ta' tkabbir, u li għalhekk aktarx jirreklutaw in-nies, kif ukoll biex jiġbru data sostanzjata dwar l-impatt tal-finanzjament mill-FEG, inkluż dwar il-kwalità tal-impjiegi u r-rata ta' reintegrazzjoni miksuba permezz tal-FEG;

17.  Ifakkar fit-talba tiegħu li l-Kummissjoni tiżgura li l-pubbliku jkollu aċċess għad-dokumenti kollha relatati ma' każijiet tal-FEG;

18.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

19.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

20.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni ppreżentata mill-Portugall – EGF/2018/002 PT/Norte – Centro – Lisboa għall-ilbies

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2018/1720.)

(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(3) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.


Ħatra tad-Direttur Amministrattiv tal-FEIS
PDF 120kWORD 48k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-proposta għall-ħatra tad-Direttur Amministrattiv tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (N8-0100/2018 - C8-0423/2018 – 2018/0903(NLE))
P8_TA(2018)0395A8-0314/2018

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Bord ta' Tmexxija tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi tad-19 ta' Lulju 2018 għall-ħatra mill-ġdid tad-Direttur Amministrattiv tiegħu (C8-0423/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 7(6) tar-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 – il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 122a tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A8-0314/2018),

A.  billi l-Artikolu 7(6) tar-Regolament (UE) Nru 2015/1017 jipprevedi li d-Direttur Amministrattiv u l-Viċi Direttur Amministrattiv tal-FEIS għandhom jinħatru mill-BEI għal terminu fiss ta' tliet snin, li jista' jiġġedded għal darba, wara l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew insegwitu ta' proċess ta' selezzjoni miftuħ u trasparenti f'konformità mal-proċeduri tal-BEI, li matulu l-Parlament Ewropew għandu jinżamm infurmat debitament u f'ħin opportun fl-istadji kollha;

B.  billi, fid-19 ta' Lulju 2018, il-Bord ta' Tmexxija tal-FEIS adotta proposta għall-ħatra mill-ġdid tad-Direttur Amministrattiv u l-Viċi Direttur Amministrattiv tal-FEIS u għadda din il-proposta lill-Parlament Ewropew;

C.  billi, fil-25 ta' Settembru 2018, il-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji organizzaw seduta ta' smigħ ma' Wilhelm Molterer, il-kandidat propost għall-kariga ta' Direttur Amministrattiv tal-FEIS, u waqt is-seduta dan għamel dikjarazzjoni tal-ftuħ u mbagħad wieġeb il-mistoqsijiet tal-Membri tal-Kumitati;

1.  Jagħti l-awtorizzazzjoni tiegħu għall-ħatra ta' Wilhelm Molterer bħala d-Direttur Amministrattiv tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 169, 1.7.2015, p. 1.


Ħatra tal-Viċi Direttur Amministrattiv tal-FEIS
PDF 120kWORD 48k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-proposta għall-ħatra ta' Viċi Direttur Amministrattiv tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (N8-0101/2018 - C8-0424/2018 – 2018/0904(NLE))
P8_TA(2018)0396A8-0312/2018

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Bord ta' Tmexxija tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi tad-19 ta' Lulju 2018 għall-ħatra mill-ġdid ta' Viċi Direttur Amministrattiv tiegħu (C8‑0424/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 7(6) tar-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 – il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 122a tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A8-0312/2018),

A.  billi l-Artikolu 7(6) tar-Regolament (UE) Nru 2015/1017 jipprovdi li d-Direttur Amministrattiv u l-Viċi Direttur Amministrattiv tal-FEIS għandhom jinħatru mill-BEI għal terminu fiss ta' tliet snin, li jista' jiġġedded għal darba, wara l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew insegwitu ta' proċess ta' selezzjoni miftuħ u trasparenti f'konformità mal-proċeduri tal-BEI, li matulu l-Parlament Ewropew għandu jinżamm infurmat debitament u f'ħin opportun fl-istadji kollha;

B.  billi, fid-19 ta' Lulju 2018, il-Bord ta' Tmexxija tal-FEIS adotta proposta għall-ħatra mill-ġdid tad-Direttur Amministrattiv u l-Viċi Direttur Amministrattiv tal-FEIS u għadda din il-proposta lill-Parlament Ewropew;

C.  billi, fil-25 ta' Settembru 2018, il-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji organizzaw seduta ta' smigħ ma' Iliyana Tsanova, il-kandidata proposta għall-kariga ta' Viċi Direttur Amministrattiv tal-FEIS, u waqt is-seduta din għamlet dikjarazzjoni tal-ftuħ u mbagħad wieġbet il-mistoqsijiet tal-Membri tal-Kumitati;

1.  Jagħti l-awtorizzazzjoni tiegħu għall-ħatra ta' Iliyana Tsanova bħala l-Viċi Direttur Amministrattiv tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 169, 1.7.2015, p. 1.


Il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem ***I
PDF 397kWORD 120k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (riformulazzjoni) (COM(2017)0753 – C8-0019/2018 – 2017/0332(COD))(1)
P8_TA(2018)0397A8-0288/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – riformulazzjoni)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emendi 161, 187, 206 u 213
Proposta għal direttiva
Premessa 2
(2)  Id-Direttiva 98/83/KE stabbiliet il-qafas legali biex is-saħħa tal-bniedem titħares mill-effetti ħżiena ta' kwalunkwe tniġġis tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem billi jkun żgurat li dan ikun nadif u tajjeb. Jenħtieġ li din id-Direttiva tfittex li tikseb l-istess għan. Għalhekk, hu meħtieġ li jiġu stabbiliti, fil-livell tal-Unjoni , rekwiżiti minimi li magħhom għandu jikkonforma l-ilma maħsub għal dak l-għan. L-Istati Membri jenħtieġ jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-ilma għall-konsum mill-bniedem ma jkunx fih mikroorganiżmi u parassiti u sustanzi li, f'ċerti każijiet, jikkostitwixxu periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem, u li l-ilma għall-konsum mill-bniedem jissodisfa dawk ir-rekwiżiti minimi.
(2)  Id-Direttiva 98/83/KE stabbiliet il-qafas legali biex is-saħħa tal-bniedem titħares mill-effetti ħżiena ta' kwalunkwe tniġġis tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem billi jkun żgurat li dan ikun nadif u tajjeb. Jenħtieġ li din id-Direttiva tfittex li tilħaq l-istess għan u jenħtieġ li tipprovdi aċċess universali għal ilma bħal dan għal kulħadd fl-Unjoni. Għalhekk, hu meħtieġ li jiġu stabbiliti, fil-livell tal-Unjoni , rekwiżiti minimi li magħhom għandu jikkonforma l-ilma maħsub għal dak l-għan. L-Istati Membri jenħtieġ jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżguraw li l-ilma għall-konsum mill-bniedem ma jkunx fih mikroorganiżmi u parassiti u sustanzi li, f'ċerti każijiet, jikkostitwixxu periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem, u li l-ilma għall-konsum mill-bniedem jissodisfa dawk ir-rekwiżiti minimi.
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 2a (ġdida)
(2a)   B'konformità mal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tat-2 ta' Diċembru 2015 bit-titolu "L-għeluq taċ-ċirku - Pjan ta' azzjoni tal-UE għal Ekonomija Ċirkolari", din id-Direttiva jenħtieġ li tirsisti biex tinkoraġġixxi l-użu effiċjenti u sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma, biex b'hekk jintlaħqu l-għanijiet tal-ekonomija ċirkolari.
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 2b (ġdida)
(2b)   Id-Dritt tal-Bniedem għall-Ilma tax-Xorb u s-Sanità ġie rikonoxxut bħala dritt tal-bniedem mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) fit-28 ta' Lulju 2010 u għaldaqstant, l-aċċess għal ilma tajjeb għax-xorb nadif jenħtieġ li ma jkunx ristrett minħabba n-nuqqas ta' affordabbiltà min-naħa tal-utent aħħari.
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 2c (ġdida)
(2c)   Il-koerenza bejn id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a u din id-Direttiva hija neċessarja.
_________________
1a Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 2d (ġdida)
(2d)   Ir-rekwiżiti stipulati f'din id-Direttiva jenħtieġ li jirriflettu s-sitwazzjoni u l-kundizzjonijiet nazzjonali tal-fornituri tal-ilma fl-Istati Membri.
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 3
(3)  Hu meħtieġ li l-ilmijiet naturali minerali u ilmijiet li huma prodotti mediċinali jiġu esklużi mill- kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, peress li dawn l-ilmijiet huma diġà koperti mid-Direttiva 2009/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill68 u mid-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill69. Madankollu, id-Direttiva 2009/54/KE tittratta kemm ilmijiet minerali naturali kif ukoll ilma tan-nixxiegħa, u l-kategorija tal-aħħar biss tenħtieġ tkun eżentata mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 9(4) tad-Direttiva 2009/54/KE, ilma tan-nixxiegħa jenħtieġ ikun konformi mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva. Fil-każ ta' ilma għall-konsum mill-bniedem li jitqiegħed fi fliexken jew kontenituri maħsuba għall-bejgħ, jew li jintuża fil-manifattura, il-preparazzjoni jew it-trattament ta' ikel, l-ilma jenħtieġ jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva sal-punt tal-konformità (jiġifieri l-vit), u jenħtieġ li mbagħad jitqies bħala ikel, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill70.
(3)  Hu meħtieġ li l-ilmijiet naturali minerali u ilmijiet li huma prodotti mediċinali jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, peress li dawn l-ilmijiet huma diġà koperti mid-Direttiva 2009/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill68 u mid-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill69. Madankollu, id-Direttiva 2009/54/KE tittratta kemm ilmijiet minerali naturali kif ukoll ilma tan-nixxiegħa, u l-kategorija tal-aħħar biss tenħtieġ tkun eżentata mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 9(4) tad-Direttiva 2009/54/KE, ilma tan-nixxiegħa jenħtieġ ikun konformi mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva. Madankollu, dan l-obbligu jenħtieġ li ma jkunx estiż għall-parametri mikrobijoloġiċi stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I ta' din id-Direttiva. Fil-każ ta' ilma għall-konsum mill-bniedem ipprovdut mill-provvista pubblika tal-ilma jew minn bjar privati, li jitqiegħed fi fliexken jew kontenituri maħsuba għall-bejgħ, jew li jintuża fil-manifattura, il-preparazzjoni jew it-trattament kummerċjali ta' ikel, l-ilma jenħtieġ li, bħala kwistjoni ta' prinċipju, ikompli jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva sal-punt tal-konformità, u jenħtieġ li mbagħad jitqies bħala ikel, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill70. Meta jiġu ssodisfati r-rekwiżiti applikabbli tas-sikurezza tal-ikel, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom is-setgħa li jawtorizzaw l-użu mill-ġdid tal-ilma fl-industriji tal-ipproċessar tal-ikel.
_________________
_________________
68 Id-Direttiva 2009/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar l-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta' ilmijiet minerali naturali (Tfassil mill-ġdid) (ĠU L 164, 26.6.2009, p. 45).
68 Id-Direttiva 2009/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar l-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta' ilmijiet minerali naturali (Tfassil mill-ġdid) (ĠU L 164, 26.6.2009, p. 45).
69 Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).
69 Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).
70 Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
70 Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 4
(4)  Wara l-konklużjoni ta' inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej dwar id-dritt għall-ilma (Right2Water)71, tnediet konsultazzjoni pubblika mifruxa fl-Unjoni kollha u saret Evalwazzjoni tal-Idoneità u l-Prestazzjoni (REFIT) tar-Regolamentazzjoni tad-Direttiva 98/83/KE72. Mill-eżerċizzju, deher evidenti li ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 98/83/KE kellhom jiġu aġġornati. Ġew identifikati erba' oqsma fejn kien hemm lok għal titjib, jiġifieri l-lista tal-valuri parametriċi bbażati fuq il-kwalità, id-dipendenza limitata fuq approċċ ibbażat fuq ir-riskju, id-dispożizzjonijiet mhux preċiżi dwar l-informazzjoni għall-konsumatur, u d-differenzi bejn is-sistemi ta' approvazzjoni għall-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. Barra minn hekk, l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej dwar id-dritt għall-ilma identifikat bħala problema distinta l-fatt li parti tal-popolazzjoni, speċjalment il-gruppi emarġinati, ma għandhiex aċċess għal ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, li huwa wkoll impenn bħala parti mill-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli 6 tal-Aġenda 2030 tan-NU. Kwistjoni oħra li ġiet identifikata tikkonċerna n-nuqqas ġenerali ta' għarfien dwar it-tnixxija tal-ilma, li hija kkawżata minn nuqqas ta' investiment fil-manutenzjoni u t-tiġdid tal-infrastruttura tal-ilma, kif issemma wkoll fir-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar l-infrastruttura tal-ilma73.
(4)  Wara l-konklużjoni ta' inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej dwar id-dritt għall-ilma (Right2Water)71 li talbet lill-Unjoni żżid l-isforzi tagħha biex jinkiseb aċċess universali għall-ilma, tnediet konsultazzjoni pubblika mifruxa fl-Unjoni kollha u saret Evalwazzjoni tal-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT) tad-Direttiva 98/83/KE72. Mill-eżerċizzju, deher evidenti li ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 98/83/KE kellhom jiġu aġġornati. Ġew identifikati erba' oqsma fejn kien hemm lok għal titjib, jiġifieri l-lista tal-valuri parametriċi bbażati fuq il-kwalità, id-dipendenza limitata fuq approċċ ibbażat fuq ir-riskju, id-dispożizzjonijiet mhux preċiżi dwar l-informazzjoni għall-konsumatur, u d-differenzi bejn is-sistemi ta' approvazzjoni għall-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem u l-implikazzjonijiet li dan għandu fuq is-saħħa tal-bniedem. Barra minn hekk, l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej dwar id-dritt għall-ilma identifikat bħala problema distinta l-fatt li parti tal-popolazzjoni, li tinkludi l-gruppi emarġinati u vulnerabbli, ma għandhiex aċċess jew għandha aċċess limitat għal ilma affordabbli maħsub għall-konsum mill-bniedem, li huwa wkoll impenn meħud bħala parti mill-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli 6 tal-Aġenda 2030 tan-NU. F'dan il-kuntest, il-Parlament Ewropew irrikonoxxa d-dritt ta' aċċess għal ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem għal kulħadd fl-Unjoni. Kwistjoni oħra li ġiet identifikata tikkonċerna n-nuqqas ġenerali ta' għarfien dwar it-tnixxija tal-ilma, li hija kkawżata kemm minn nuqqas ta' investiment fil-manutenzjoni u t-tiġdid tal-infrastruttura tal-ilma, kif issemma wkoll fir-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar l-infrastruttura tal-ilma73, kif ukoll minn għarfien xi drabi mhux suffiċjenti tas-sistemi tal-ilma.
_________________
_________________
71 COM(2014)0177
71 COM(2014)0177
72 SWD(2016)0428
72 SWD(2016)0428
73 Ir-Rapport speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri SR 12/2017: "Implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb: titjib fil-kwalità tal-ilma u fl-aċċess għalih fil-Bulgarija, fl-Ungerija u fir-Rumanija, iżda l-ħtiġijiet ta' investiment għadhom sostanzjali".
73 Ir-Rapport speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri SR 12/2017: "Implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb: titjib fil-kwalità tal-ilma u fl-aċċess għalih fil-Bulgarija, fl-Ungerija u fir-Rumanija, iżda l-ħtiġijiet ta' investiment għadhom sostanzjali".
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 4a (ġdida)
(4a)   Sabiex jissodisfaw l-għanijiet ambizzjużi stabbiliti taħt l-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli Nru 6 tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu obbligati jimplimentaw pjanijiet ta' azzjoni biex jiżguraw aċċess universali u ekwu għal ilma tax-xorb sikur u affordabbli għal kulħadd sal-2030.
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 4b (ġdida)
(4b)   Il-Parlament Ewropew adotta, fit-8 ta' Settembru 2015, riżoluzzjoni dwar is-segwitu għall-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej "Right2Water".
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 5a (ġdida)
(5a)   L-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem għandu rwol fundamentali fl-isforzi kontinwi tal-Unjoni favur it-tisħiħ tal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent kontra sustanzi kimiċi li jfixklu s-sistema endokrinali. Ir-regolamentazzjoni tas-sustanzi kimiċi li jfixklu s-sistema endokrinali f'din id-Direttiva tikkostitwixxi pass promettenti bi qbil mal-istrateġija aġġornata tal-Unjoni dwar is-sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali, li l-Kummissjoni għandha l-obbligu li twassal mingħajr dewmien ulterjuri.
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 6a (ġdida)
(6a)  Meta l-għarfien xjentifiku ma jkunx suffiċjenti biex jiġi ddeterminat ir-riskju jew in-nuqqas ta' riskju f'termini ta' saħħa tal-bniedem jew il-valur permess ta' sustanza preżenti fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, jenħtieġ li tali sustanza titqiegħed f'lista ta' sorveljanza, abbażi tal-prinċipju ta' prekawzjoni, sakemm ikun hemm dejta xjentifika aktar ċara. Għaldaqstant, l-Istati Membri jenħtieġ li jimmonitorjaw dawn il-parametri emerġenti b'mod separat.
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 6b (ġdida)
(6b)   Il-parametri indikaturi ma għandhom l-ebda impatt dirett fuq is-saħħa pubblika. Madankollu, dawn huma importanti bħala mezz biex jiġi ddeterminat il-funzjonament tal-faċilitajiet ta' produzzjoni u ta' distribuzzjoni tal-ilma u biex tiġi evalwata l-kwalità tal-ilma. Dawn jistgħu jgħinu biex jiġu identifikati n-nuqqasijiet fit-trattament tal-ilma u għandhom rwol importanti wkoll fit-tisħiħ u ż-żamma tal-fiduċja tal-konsumatur fil-kwalità tal-ilma. Għalhekk, jenħtieġ li dawn ikunu mmonitorjati mill-Istati Membri.
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Premessa 7
(7)  Biex iħarsu s-saħħa tal-bniedem fit-territorji tagħhom, meta jkun hemm bżonn, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jistabbilixxu valuri għal parametri addizzjonali mhux inklużi fl-Anness I .
(7)  Biex jimplimentaw b'mod sħiħ il-prinċipju ta' prekawzjoni u jħarsu s-saħħa tal-bniedem fit-territorji tagħhom, meta jkun hemm bżonn, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jistabbilixxu valuri għal parametri addizzjonali mhux inklużi fl-Anness I.
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Premessa 8
(8)  L-ippjanar tas-sikurezza u elementi bbażati fuq ir-riskju għall-prevenzjoni ġew ikkunsidrati biss sa ċertu punt fid-Direttiva 98/83/KE. L-ewwel elementi ta' approċċ ibbażat fuq ir-riskju diġà kienu ġew introdotti fl-2015 bid-Direttiva (UE) 2015/1787, li emendat id-Direttiva 98/83/KE biex l-Istati Membri jitħallew jidderogaw mill-programmi ta' monitoraġġ li stabbilixxew, sakemm jitwettqu valutazzjonijiet tar-riskju kredibbli, li jistgħu jkunu bbażati fuq il-Linji Gwida tad-WHO għall-ilma tax-xorb76. Dawn il-Linji Gwida, li jistabbilixxu l-hekk imsejjaħ approċċ tal-"Pjan tas-Sikurezza tal-Ilma", flimkien mal-istandard EN 15975-2 dwar is-sigurtà tal-provvista tal-ilma tax-xorb, huma prinċipji rikonoxxuti f'livell internazzjoni li fuqhom huma bbażati l-produzzjoni, id-distribuzzjoni, il-monitoraġġ u l-analiżi ta' parametri fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. Dawn jenħtieġ jinżammu f'din id-Direttiva. Biex jiġi żgurat li dawn il-prinċipji ma jkunux limitati għal aspetti ta' monitoraġġ, biex il-ħin u r-riżorsi jiġu ffukati fuq ir-riskji li huma importanti u fuq miżuri kosteffettivi applikati fis-sors, u biex jiġi evitat li jsiru analiżijiet u sforzi b'rabta ma' kwistjonijiet li mhumiex rilevanti, huwa xieraq li jiġi stabbilit approċċ komplut ibbażat fuq ir-riskju, tul il-katina tal-provvista kollha, mill-punt li minnu jittella' l-ilma, sad-distribuzzjoni u sal-vit. Dak l-approċċ jenħtieġ jikkonsisti minn tliet komponenti: l-ewwel, valutazzjoni tal-perikli assoċjati maż-żona ta' astrazzjoni li għandha ssir mill-Istat Membru, f'konformità mal-Linji Gwida u mal-Manwal tal-Pjan tas-Sikurezza tal-Ilma tad-WHO ("valutazzjoni tal-perikli")77; it-tieni, il-possibbiltà li l-fornitur tal-ilma jadatta l-monitoraġġ għar-riskji ewlenin ("valutazzjoni tar-riskju tal-provvista"); u t-tielet, valutazzjoni tar-riskji possibbli li jistgħu jirriżultaw mis-sistemi ta' distribuzzjoni domestika (eż. il-Legionella jew iċ-ċomb) li għandha ssir mill-Istat Membru ("valutazzjoni tar-riskju tad-distribuzzjoni domestika"). Dawk il-valutazzjonijiet jenħtieġ jiġu rieżaminati b'mod regolari, inter alia, b'rispons għal theddidiet minn avvenimenti estremi tat-temp relatati mal-klima, għal bidliet magħrufa tal-attività tal-bniedem fiż-żona ta' astrazzjoni jew b'rispons għal inċidenti relatati mas-sorsi. L-approċċ ibbażat fuq ir-riskju jiżgura skambju kontinwu ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-fornituri tal-ilma.
(8)  L-ippjanar tas-sikurezza u elementi bbażati fuq ir-riskju għall-prevenzjoni ġew ikkunsidrati biss sa ċertu punt fid-Direttiva 98/83/KE. L-ewwel elementi ta' approċċ ibbażat fuq ir-riskju diġà kienu ġew introdotti fl-2015 bid-Direttiva (UE) 2015/1787, li emendat id-Direttiva 98/83/KE biex l-Istati Membri jitħallew jidderogaw mill-programmi ta' monitoraġġ li stabbilixxew, sakemm jitwettqu valutazzjonijiet tar-riskju kredibbli, li jistgħu jkunu bbażati fuq il-Linji Gwida tad-WHO għall-ilma tax-xorb76. Dawn il-Linji Gwida, li jistabbilixxu l-hekk imsejjaħ approċċ tal-"Pjan tas-Sikurezza tal-Ilma", flimkien mal-istandard EN 15975-2 dwar is-sigurtà tal-provvista tal-ilma tax-xorb, huma prinċipji rikonoxxuti f'livell internazzjoni li fuqhom huma bbażati l-produzzjoni, id-distribuzzjoni, il-monitoraġġ u l-analiżi ta' parametri fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. Dawn jenħtieġ jinżammu f'din id-Direttiva. Biex jiġi żgurat li dawn il-prinċipji ma jkunux limitati għal aspetti ta' monitoraġġ, biex il-ħin u r-riżorsi jiġu ffukati fuq ir-riskji li huma importanti u fuq miżuri kosteffettivi applikati fis-sors, u biex jiġi evitat li jsiru analiżijiet u sforzi b'rabta ma' kwistjonijiet li mhumiex rilevanti, huwa xieraq li jiġi stabbilit approċċ komplut ibbażat fuq ir-riskju, tul il-katina tal-provvista kollha, mill-punt li minnu jittella' l-ilma, sad-distribuzzjoni u sal-vit. Dak l-approċċ jenħtieġ li jkun ibbażat fuq l-għarfien miksub u l-azzjonijiet imwettqa skont id-Direttiva 2000/60/KE u jenħtieġ li jikkunsidra b'mod aktar effettiv l-impatt tat-tibdil fil-klima fuq ir-riżorsi tal-ilma. Approċċ ibbażat fuq ir-riskju jenħtieġ li jikkonsisti fi tliet komponenti: l-ewwel, valutazzjoni tal-perikli assoċjati maż-żona ta' astrazzjoni li għandha ssir mill-Istat Membru, f'konformità mal-Linji Gwida u mal-Manwal tal-Pjan tas-Sikurezza tal-Ilma tad-WHO ("valutazzjoni tal-perikli")77; it-tieni, il-possibbiltà li l-fornitur tal-ilma jadatta l-monitoraġġ għar-riskji ewlenin ("valutazzjoni tar-riskju tal-provvista"); u t-tielet, valutazzjoni min-naħa tal-Istat Membru tar-riskji possibbli li jistgħu jirriżultaw mis-sistemi ta' distribuzzjoni domestika (eż. il-Legionella jew iċ-ċomb), b'attenzjoni speċjali fir-rigward tal-postijiet ta' prijorità ("valutazzjoni tar-riskju tad-distribuzzjoni domestika"). Dawk il-valutazzjonijiet jenħtieġ li jiġu rieżaminati b'mod regolari, inter alia, b'rispons għal theddidiet minn avvenimenti estremi tat-temp relatati mal-klima, għal bidliet magħrufa tal-attività tal-bniedem fiż-żona ta' astrazzjoni jew b'rispons għal inċidenti relatati mas-sorsi. L-approċċ ibbażat fuq ir-riskju jiżgura skambju kontinwu ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, il-fornituri tal-ilma u partijiet ikkonċernati oħrajn, inklużi dawk responsabbli mis-sorsi ta' tniġġis jew ir-riskju ta' tniġġis. Bħala eċċezzjoni, l-implimentazzjoni tal-approċċ ibbażat fuq ir-riskju jenħtieġ li tkun adattata għar-restrizzjonijiet speċifiċi tas-settur tal-bastimenti marittimi li jwettqu desalinizzazzjoni tal-ilma u jġorru l-passiġġieri. Il-bastimenti marittimi li jtajru l-bandiera Ewropea jikkonformaw mal-qafas regolatorju internazzjonali meta jbaħħru f'ilmijiet internazzjonali. Barra minn hekk, hemm restrizzjonijiet partikolari għat-trasport u l-produzzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem tax-xorb abbord u dan ifisser li d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jenħtieġ li jiġu adattati skont dan.
_________________
_________________
76 Guidelines for drinking water quality, Fourth Edition, World Health Organisation, 2011 (Il-Linji Gwida tad-WHO għall-ilma tax-xorb, ir-Raba' Edizzjoni, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, 2011) http://www.who.int/water_sanitation_health/publications/2011/dwq_guidelines/en/index.html
76 Guidelines for drinking water quality, Fourth Edition, World Health Organisation, 2011 (Il-Linji Gwida tad-WHO għall-ilma tax-xorb, ir-Raba' Edizzjoni, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, 2011) http://www.who.int/water_sanitation_health/publications/2011/dwq_guidelines/en/index.html
77 Water Safety Plan Manual: step-by-step risk management for drinking water suppliers, World Health Organisation, 2009 (Il-Manwal tal-Pjan tas-Sikurezza tal-Ilma: ġestjoni tar-riskju pass pass għall-fornituri tal-ilma tax-xorb, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, 2009) http://apps.who.int/iris/bitstream/10665/75141/1/9789241562638_eng.pdf
77 Water Safety Plan Manual: step-by-step risk management for drinking water suppliers, World Health Organisation, 2009 (Il-Manwal tal-Pjan tas-Sikurezza tal-Ilma: ġestjoni tar-riskju pass pass għall-fornituri tal-ilma tax-xorb, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, 2009) http://apps.who.int/iris/bitstream/10665/75141/1/9789241562638_eng.pdf
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Premessa 8a (ġdida)
(8a)   L-użu ineffettiv tar-riżorsi tal-ilma, b'mod partikolari t-tnixxijiet fl-infrastruttura tal-provvista tal-ilma, iwassal għal sfruttament żejjed tar-riżorsi skarsi tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. Dan ixekkel bil-qawwi lill-Istati Membri fl-ilħuq tal-objettivi stabbiliti skont id-Direttiva 2000/60/KE.
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Premessa 9
(9)  Il-valutazzjoni tal-perikli jenħtieġ tkun immirata lejn it-tnaqqis tal-livell ta' trattament meħtieġ għall-produzzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, pereżempju billi jitnaqqsu l-pressjonijiet li jikkawżaw it-tniġġis tal-korpi tal-ilma użati għall-astrazzjoni ta' ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-Istati Membri jidentifikaw il-perikli u s-sorsi possibbli ta' tniġġis tal-ilma assoċjati ma' dawk il-korpi tal-ilma u li dawn jimmonitorjaw is-sustanzi niġġiesa li jidentifikaw bħala rilevanti, pereżempju minħabba l-perikli identifikati (eż. il-mikroplastiċi, in-nitrati, il-pestiċidi jew il-prodotti mediċinali identifikati skont id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill78), minħabba l-preżenza naturali tagħhom fiż-żona tal-astrazzjoni (pereżempju l-arseniku), jew minħabba informazzjoni mingħand il-fornituri tal-ilma (eż. żieda f'daqqa ta' parametru speċifiku f'ilma mhux ittrattat). Dawk il-parametri jenħtieġ jintużaw bħala markaturi li permezz tagħhom tixkatta azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti biex titnaqqas il-pressjoni fuq il-korpi tal-ilma, bħal pereżempju miżuri ta' prevenzjoni jew ta' mitigazzjoni (inkluż riċerka biex, fejn meħtieġ, jiġu mifhuma l-impatti fuq is-saħħa), biex dawk il-korpi tal-ilma jiġu protetti u jiġi indirizzat is-sors tat-tniġġis, f'kooperazzjoni mal-fornituri tal-ilma u mal-partijiet ikkonċernati.
(9)  Il-valutazzjoni tal-perikli jenħtieġ li tieħu approċċ olistiku għall-valutazzjoni tar-riskju, abbażi tal-għan espliċitu li jitnaqqas il-livell ta' trattament meħtieġ għall-produzzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, pereżempju billi jitnaqqsu l-pressjonijiet li jikkawżaw it-tniġġis, jew riskji ta' tniġġis, tal-korpi tal-ilma użati għall-astrazzjoni ta' ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-Istati Membri jidentifikaw ir-riskji u s-sorsi possibbli ta' tniġġis tal-ilma assoċjati ma' dawk il-korpi tal-ilma u li dawn jimmonitorjaw is-sustanzi niġġiesa li jidentifikaw bħala rilevanti, pereżempju minħabba r-riskji identifikati (eż. il-mikroplastiċi, in-nitrati, il-pestiċidi jew il-prodotti mediċinali identifikati skont id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill78), minħabba l-preżenza naturali tagħhom fiż-żona tal-astrazzjoni (pereżempju l-arseniku), jew minħabba informazzjoni mingħand il-fornituri tal-ilma (eż. żieda f'daqqa ta' parametru speċifiku f'ilma mhux ittrattat). B'konformità mad-Direttiva 2000/60/KE, dawk il-parametri jenħtieġ li jintużaw bħala markaturi li permezz tagħhom tixkatta azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti biex titnaqqas il-pressjoni fuq il-korpi tal-ilma, bħal pereżempju miżuri ta' prevenzjoni jew ta' mitigazzjoni (inkluż riċerka biex, fejn meħtieġ, jiġu mifhuma l-impatti fuq is-saħħa), biex dawk il-korpi tal-ilma jiġu protetti u jiġi indirizzat is-sors jew ir-riskju tat-tniġġis, f'kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati kollha, inklużi dawk responsabbli minn sustanzi niġġiesa jew sorsi ta' sustanzi niġġiesa potenzjali. Meta permezz tal-valutazzjoni tal-perikli, Stat Membru jidentifika li parametru ma jkunx preżenti f'żona tal-astrazzjoni partikolari, pereżempju minħabba li dik is-sustanza qatt ma tinstab fl-ilma ta' taħt l-art jew fl-ilma tal-wiċċ), l-Istat Membru jenħtieġ li jinforma lill-fornituri tal-ilma rilevanti u jenħtieġ li jkun jista' jippermettilhom inaqqsu l-frekwenza tal-monitoraġġ għal dak il-parametru, jew ineħħu dak il-parametru mil-lista ta' parametri li għandhom jiġu mmonitorjati, mingħajr ma titwettaq valutazzjoni tar-riskju tal-provvista.
_________________
_________________
78 Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).
78 Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Premessa 11
(11)  Fil-punt li fih l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem isir disponibbli għall-utent xieraq, għandu jkun hemm konformità mal-valuri parametriċi użati biex tiġi evalwata l-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem . Madankollu, il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem tista' tkun influwenzata mis-sistema ta' distribuzzjoni domestika. Id-WHO tinnota li, mill-patoġeni kollha li jinġarru mill-ilma, il-Legionella tikkawża l-ogħla piż sanitarju fl-Unjoni. Din tiġi trażmessa permezz tan-nifs minn sistemi tal-ilma sħun, pereżempju waqt li dak li jkun ikun qed jieħu doċċa. Għalhekk, hija marbuta b'mod ċar mas-sistema ta' distribuzzjoni domestika. Billi l-impożizzjoni ta' obbligu unilaterali biex il-postijiet pubbliċi u privati kollha jiġu mmonitorjati għal dan il-patoġenu twassal għal spejjeż mhux raġonevoli u għoljin wisq, valutazzjoni tar-riskju tad-distribuzzjoni domestika hija għalhekk iktar adattata biex tindirizza din il-kwistjoni. Barra minn hekk, anki r-riskji potenzjali li jistgħu jirriżultaw minn prodotti u minn materjali li jiġu f'kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jenħtieġ jiġu kkunsidrati fil-valutazzjoni tar-riskju tad-distribuzzjoni domestika. Għalhekk, il-valutazzjoni tar-riskju tad-distribuzzjoni domestika jenħtieġ tinkludi, inter alia, l-iffokar tal-monitoraġġ fuq postijiet ta' prijorità, il-valutazzjoni tar-riskji li jirriżultaw mis-sistema ta' distribuzzjoni domestika u mill-prodotti u l-materjali relatati, u l-verifika tal-prestazzjoni tal-prodotti għall-bini li jiġu f'kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem abbażi tad-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni tagħhom f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill79. L-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 31 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill80 għandha tiġi pprovduta flimkien mad-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni. Abbażi ta' din il-valutazzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw, inter alia, li l-miżuri xierqa ta' kontroll u ta' ġestjoni (eż. f'każ ta' tifqigħat) huma fis-seħħ, f'konformità mal-gwida tad-WHO81, u li l-migrazzjoni minn prodotti għall-bini ma tkunx ta' periklu għas-saħħa tal-bniedem. Madankollu, mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 305/2011, fejn dawn il-miżuri jimplikaw limiti għall-moviment ħieles ta' prodotti u materjali fl-Unjoni, dawn il-limiti għandhom ikunu debitament ġustifikati u strettament proporzjonati, filwaqt li ma għandhomx jikkostitwixxu mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri.
(11)  Fil-punt li fih l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem isir disponibbli għall-utent xieraq, għandu jkun hemm konformità mal-valuri parametriċi użati biex tiġi evalwata l-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem . Madankollu, il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem tista' tkun influwenzata mis-sistema ta' distribuzzjoni domestika. Id-WHO tinnota li, mill-patoġeni kollha li jinġarru mill-ilma, il-Legionella tikkawża l-ogħla piż sanitarju fl-Unjoni, b'mod partikolari l-Legionella pneumophila li tikkawża l-parti l-kbira tal-mard tal-Legionella fl-Unjoni. Din tiġi trażmessa permezz tan-nifs minn sistemi tal-ilma sħun, pereżempju waqt li dak li jkun ikun qed jieħu doċċa. Għalhekk, hija marbuta b'mod ċar mas-sistema ta' distribuzzjoni domestika. Billi l-impożizzjoni ta' obbligu unilaterali biex il-postijiet pubbliċi u privati kollha jiġu mmonitorjati għal dan il-patoġenu twassal għal spejjeż mhux raġonevoli u għoljin wisq u tmur kontra l-prinċipju tas-sussidjarjetà, valutazzjoni tar-riskju tad-distribuzzjoni domestika hija għalhekk iktar adattata biex tindirizza din il-kwistjoni, b'attenzjoni speċjali fir-rigward tal-postijiet ta' prijorità. Barra minn hekk, anki r-riskji potenzjali li jistgħu jirriżultaw minn prodotti u minn materjali li jiġu f'kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jenħtieġ jiġu kkunsidrati fil-valutazzjoni tar-riskju tad-distribuzzjoni domestika. Għalhekk, il-valutazzjoni tar-riskju tad-distribuzzjoni domestika jenħtieġ tinkludi, inter alia, l-iffokar tal-monitoraġġ fuq postijiet ta' prijorità, il-valutazzjoni tar-riskji li jirriżultaw mis-sistema ta' distribuzzjoni domestika u mill-prodotti u l-materjali relatati li jiġu f'kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. L-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 31 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill80 għandha tiġi pprovduta flimkien mad-dikjarazzjoni ta' prestazzjoni. Abbażi ta' din il-valutazzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw, inter alia, li l-miżuri xierqa ta' kontroll u ta' ġestjoni (eż. f'każ ta' tifqigħat) huma fis-seħħ, f'konformità mal-gwida tad-WHO81, u li l-migrazzjoni minn sustanzi u materjali li jiġu f'kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsumm mill-bniedem ma tkunx ta' periklu għas-saħħa tal-bniedem.
_________________
_________________
79 Ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5).
80 Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
80 Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
81 "Legionella and the prevention of Legionellosis", World Health Organisation, 2007 ("Il-Legionella u l-prevenzjoni tal-Leġjonellożi", l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, 2007), http://www.who.int/water_sanitation_health/emerging/legionella.pdf
81 "Legionella and the prevention of Legionellosis", World Health Organisation, 2007 ("Il-Legionella u l-prevenzjoni tal-Leġjonellożi", l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, 2007), http://www.who.int/water_sanitation_health/emerging/legionella.pdf
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Premessa 12
(12)  Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 98/83/KE dwar l-assigurazzjoni tal-kwalità tat-trattament, it-tagħmir u l-materjali ma rnexxilhomx jindirizzaw l-ostakoli għas-suq intern fir-rigward taċ-ċirkolazzjoni libera ta' prodotti għall-bini li jiġu f'kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. L-approvazzjonijiet tal-prodotti fil-livell nazzjonali għadhom fis-seħħ, iżda l-Istati Membri għandhom rekwiżiti differenti. B'riżultat ta' dan, il-manifatturi jsibuha diffiċli biex jikkummerċjalizzaw il-prodotti tagħhom fl-Unjoni kollha. It-tneħħija ta' ostakoli tekniċi tista' tinkiseb b'mod effettiv biss billi jiġu stabbiliti speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati għall-prodotti għall-bini li jiġu f'kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011. Dak ir-Regolament jippermetti li jiġu żviluppati standards Ewropej li jarmonizzaw il-metodi ta' valutazzjoni għall-prodotti għall-bini li jiġu f'kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, u li jiġu stabbiliti livelli ta' limitu u klassijiet b'rabta mal-livell ta' prestazzjoni ta' karatteristika essenzjali. Għal dak l-għan, fil-Programm ta' Ħidma għall-istandardizzazzjoni tal-201782 ġiet inkluża talba ta' standardizzazzjoni li teħtieġ, b'mod speċifiku, ħidma ta' standardizzazzjoni b'rabta mal-iġjene u s-sikurezza għall-prodotti u l-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011, u sal-2018 se jinħareġ istandard. Il-pubblikazzjoni ta' dan l-istandard armonizzat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea se jiżgura li jkun hemm proċess razzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet għat-tqegħid fis-suq u għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti għall-bini li jiġu f'kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem li jkunu sikuri. B'konsegwenza ta' dan, id-dispożizzjonijiet dwar it-tagħmir u l-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jenħtieġ jitħassru, għandhom jiġu sostitwiti b'mod parzjali minn dispożizzjonijiet dwar il-valutazzjoni tar-riskju tad-distribuzzjoni domestika u għandhom jiġu kkumplimentati minn standards armonizzati rilevanti skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011.
(12)  Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 98/83/KE dwar l-assigurazzjoni tal-kwalità tat-trattament, it-tagħmir u l-materjali ma rnexxilhomx jindirizzaw l-ostakoli għas-suq intern fir-rigward taċ-ċirkolazzjoni libera ta' prodotti għall-bini li jiġu f'kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jew jipprovdu protezzjoni suffiċjenti fir-rigward tas-saħħa tal-bniedem. L-approvazzjonijiet tal-prodotti fil-livell nazzjonali għadhom fis-seħħ, iżda l-Istati Membri għandhom rekwiżiti differenti. B'riżultat ta' dan, il-manifatturi jsibuha diffiċli biex jikkummerċjalizzaw il-prodotti tagħhom fl-Unjoni kollha. Dik is-sitwazzjoni hija dovuta għall-fatt li ma hemm l-ebda standards minimi Ewropej ta' iġjene għall-prodotti u l-materjali kollha f'kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, u dan huwa essenzjali biex jiġi żgurat bis-sħiħ ir-rikonoxximent reċiproku bejn l-Istati Membri. It-tneħħija tal-ostakoli tekniċi u l-konformità tal-prodotti u l-materjali kollha li jiġu f'kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem fil-livell tal-Unjoni, għalhekk, jistgħu jinkisbu b'mod effettiv biss billi jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi ta' kwalità fil-livell tal-Unjoni. B'konsegwenza ta' dan, dawn id-dispożizzjonijiet jenħtieġ li jissaħħu permezz ta' proċedura ta' armonizzazzjoni ta' tali prodotti u materjali. Dik il-ħidma jenħtieġ li tibbaża fuq l-esperjenza u l-progress miksuba minn għadd ta' Stati Membri li għal diversi snin ilhom jaħdmu, fi sforz miftiehem, biex joħolqu konverġenza regolatorja.
_________________
82 SWD(2016)0185.
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Premessa 13
(13)  Jenħtieġ li kull Stat Membru jiżgura li jiġu stabbiliti programmi li bihom jara li l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jissodisfa r-rekwiżiti ta' din id-Direttiva. Il-biċċa l-kbira mill-monitoraġġ li jsir għall-finijiet ta' din id-Direttiva jitwettaq mill-fornituri tal-ilma. Jenħtieġ li tingħata ċerta flessibbiltà lill-fornituri tal-ilma fir-rigward tal-parametri li jimmonitorjaw għall-finijiet tal-valutazzjoni tar-riskju tal-provvista. Jekk parametru ma jiġix rilevat, il-fornituri tal-ilma jenħtieġ ikunu jistgħu jnaqqsu l-frekwenza tal-monitoraġġ, jew jieqfu għalkollox milli jimmonitorjaw dak il-parametru. Il-valutazzjoni tar-riskju tal-provvista tenħtieġ tiġi applikata għall-biċċa l-kbira tal-parametri. Madankollu, lista ewlenija ta' parametri tenħtieġ dejjem tiġi mmonitorjata b'ċerta frekwenza minima. Din id-Direttiva tistabbilixxi prinċipalment dispożizzjonijiet dwar il-frekwenza tal-monitoraġġ għal finijiet ta' kontrolli tal-konformità, u dispożizzjonijiet limitati biss dwar il-monitoraġġ għal finijiet operattivi. Jista' jkun hemm bżonn ta' monitoraġġ addizzjonali għal finijiet operattivi biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tat-trattament tal-ilma, skont id-diskrezzjoni tal-fornituri tal-ilma. F'dan ir-rigward, il-fornituri tal-ilma jistgħu jirreferu għal-Linji Gwida u għall-Manwal tal-Pjan tas-Sikurezza tal-Ilma tad-WHO
(13)  Jenħtieġ li kull Stat Membru jiżgura li jiġu stabbiliti programmi li bihom jara li l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jissodisfa r-rekwiżiti ta' din id-Direttiva. Il-biċċa l-kbira mill-monitoraġġ li jsir għall-finijiet ta' din id-Direttiva jitwettaq mill-fornituri tal-ilma, iżda, meta jkun neċessarju, l-Istati Membri jenħtieġ li jiċċaraw taħt liema awtoritajiet kompetenti jaqgħu l-obbligi li jirriżultaw mit-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva. Jenħtieġ li tingħata ċerta flessibbiltà lill-fornituri tal-ilma fir-rigward tal-parametri li jimmonitorjaw għall-finijiet tal-valutazzjoni tar-riskju tal-provvista. Jekk parametru ma jiġix rilevat, il-fornituri tal-ilma jenħtieġ li jkunu jistgħu jnaqqsu l-frekwenza tal-monitoraġġ, jew jieqfu għalkollox milli jimmonitorjaw dak il-parametru. Il-valutazzjoni tar-riskju tal-provvista jenħtieġ li tiġi applikata għall-biċċa l-kbira tal-parametri. Madankollu, lista ewlenija ta' parametri jenħtieġ li dejjem tiġi mmonitorjata b'ċerta frekwenza minima. Din id-Direttiva tistabbilixxi prinċipalment dispożizzjonijiet dwar il-frekwenza tal-monitoraġġ għal finijiet ta' kontrolli tal-konformità, u dispożizzjonijiet limitati biss dwar il-monitoraġġ għal finijiet operattivi. Jista' jkun hemm bżonn ta' monitoraġġ addizzjonali għal finijiet operattivi biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tat-trattament tal-ilma, skont id-diskrezzjoni tal-fornituri tal-ilma. F'dan ir-rigward, il-fornituri tal-ilma jistgħu jirreferu għal-Linji Gwida u għall-Manwal tal-Pjan tas-Sikurezza tal-Ilma tad-WHO
Emenda 188
Proposta għal direttiva
Premessa 14
(14)  L-approċċ ibbażat fuq ir-riskju jenħtieġ jiġi applikat b'mod gradwali mill-fornituri kollha tal-ilma, inkluż mill-fornituri tal-ilma ż-żgħar, peress li l-evalwazzjoni tad-Direttiva 98/83/KE wasslet biex ġew identifikati nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tad-Direttiva minn dawk il-fornituri, li xi drabi kienu kkawżati mill-ispejjeż li jinvolvi t-twettiq ta' operazzjonijiet ta' monitoraġġ mhux meħtieġa. Meta jiġi applikat l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju, it-tħassib dwar is-sigurtà jenħtieġ li jitqiesu.
(14)  L-approċċ ibbażat fuq ir-riskju jenħtieġ jiġi applikat b'mod gradwali mill-fornituri kollha tal-ilma, inkluż mill-fornituri tal-ilma żgħar ħafna, żgħar u medji, peress li l-evalwazzjoni tad-Direttiva 98/83/KE wasslet biex ġew identifikati nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tad-Direttiva minn dawk il-fornituri, li xi drabi kienu kkawżati mill-ispejjeż li jinvolvi t-twettiq ta' operazzjonijiet ta' monitoraġġ mhux meħtieġa, filwaqt li jippermetti l-possibbiltà ta' derogi għal fornituri żgħar ħafna. Meta jiġi applikat l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju, it-tħassib dwar is-sigurtà u t-tħassib relatat mal-prinċipju ta' "min iniġġes iħallas" jenħtieġ li jitqiesu. Fir-rigward tal-fornituri tal-ilma ż-żgħar, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tappoġġa l-attivitajiet ta' sorveljanza billi tipprovdi appoġġ espert.
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Premessa 14a (ġdida)
(14a)   Sabiex tiġi pprovduta l-iktar protezzjoni b'saħħitha għas-saħħa pubblika, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw distribuzzjoni ċara u bilanċjata tar-responsabbiltajiet għall-applikazzjoni tal-approċċ ibbażat fuq ir-riskju f'konformità mal-qafas istituzzjonali u legali nazzjonali tagħhom.
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Premessa 15
(15)  F'każ ta' nuqqas ta' konformità mal-istandards imposti minn din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Istat Membru konċernat jinvestiga minnufih il-kawża u jiżgura li, kemm jista' jkun malajr, tittieħed l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex titranġa l-kwalità tal-ilma. F'każijiet fejn il-provvista tal-ilma tikkostitwixxi periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem, il-provvista ta' dak l-ilma għandha tiġi pprojbita, jew l-użu ta' dak l-ilma għandu jiġi ristrett. Barra minn hekk, huwa importanti li jiġi ċċarat li nuqqas li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti minimi għall-valuri relatati mal-parametri mikrobijoloġiċi u kimiċi jenħtieġ jiġi kkunsidrat b'mod awtomatiku mill-Istati Membri bħala periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem. F'każijiet fejn tkun meħtieġa azzjoni korrettiva biex titranġa l-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, skont l-Artikolu 191(2) tat-Trattat, għandha tingħata prijorità lill-azzjoni li ssewwi l-kawża tal-problema.
(15)  F'każ ta' nuqqas ta' konformità mal-istandards imposti minn din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Istat Membru konċernat jinvestiga minnufih il-kawża u jiżgura li, kemm jista' jkun malajr, tittieħed l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex titranġa l-kwalità tal-ilma. F'każijiet fejn il-provvista tal-ilma tikkostitwixxi periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem, il-provvista ta' dak l-ilma jenħtieġ li tiġi pprojbita, jew l-użu ta' dak l-ilma jenħtieġ li jiġi ristrett, u ċ-ċittadini li jistgħu jkunu affettwati jenħtieġ li jkunu informati debitament. Barra minn hekk, fil-każ ta' nuqqas li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti minimi għall-valuri relatati mal-parametri mikrobijoloġiċi u kimiċi, l-Istati Membri jenħtieġ li jiddeterminaw jekk il-qbiż tal-valuri jikkostitwix riskju potenzjali għas-saħħa tal-bniedem. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu, b'mod partikolari, sa liema punt ir-rekwiżiti minimi ma jkunux ġew issodisfati u t-tip ta' parametru kkonċernat. F'każijiet fejn tkun meħtieġa azzjoni korrettiva biex titranġa l-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, skont l-Artikolu 191(2) tat-Trattat, jenħtieġ li tingħata prijorità lill-azzjoni li ssewwi l-kawża tal-problema.
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Premessa 15a (ġdida)
(15a)   Huwa importanti li l-ilma kkontaminat ma jitħalliex ikun ta' periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem. Għalhekk jenħtieġ li l-provvista ta' dan l-ilma tiġi mwaqqfa jew li l-użu tiegħu jiġi ristrett.
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Premessa 16
(16)  Jenħtieġ li l-Istati Membri ma jibqgħux ikunu awtorizzati jagħtu derogi minn din id-Direttiva. Inizjalment, kienu ntużaw derogi biex l-Istati Membri jingħataw sa disa' snin biex isolvu nuqqas ta' konformità ma' valur parametriku. Din il-proċedura kienet ta' piż kemm għall-Istati Membri kif ukoll għall-Kummissjoni. Barra minn hekk, f'ċertu każijiet, din wasslet għal dewmien fl-azzjonijiet korrettivi meħuda, billi l-possibbiltà għal deroga ġiet ikkunsidrata bħala perjodu tranżitorju. Għalhekk, jenħtieġ li d-dispożizzjoni dwar id-derogi titħassar. Għal raġunijiet ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, meta l-valuri parametriċi jinqabżu, id-dispożizzjonijiet relatati ma' azzjonijiet korrettivi jenħtieġ japplikaw immedjatament mingħajr il-possibbiltà li tingħata deroga mill-valur parametriku. Id-derogi mogħtija mill-Istati Membri skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 98/83/KE li jkunu għadhom applikabbli fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva jenħtieġ, madankollu, jibqgħu japplikaw sa tmiem id-deroga, iżda m'għandhomx jiġġeddu.
(16)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jiġu awtorizzati jagħtu derogi minn din id-Direttiva. Inizjalment, kienu ntużaw derogi biex l-Istati Membri jingħataw sa disa' snin biex isolvu nuqqas ta' konformità ma' valur parametriku. Din il-proċedura wriet li kienet utli għall-Istati Membri, fid-dawl tal-livell ta' ambizzjoni tad-Direttiva. Madankollu, jenħtieġ li jiġi nnutat li f'ċerti każijiet, din il-proċedura wasslet għal dewmien fl-azzjonijiet korrettivi meħuda, billi l-possibbiltà għal deroga xi drabi ġiet ikkunsidrata bħala perjodu tranżitorju. Fid-dawl tal-fatt li, l-ewwel nett, il-parametri tal-kwalità previsti f'din id-Direttiva jridu jiġu msaħħa u, it-tieni, li qed tiżdied l-identifikazzjoni tas-sustanzi niġġiesa emerġenti, li jirrikjedi żieda fl-azzjonijiet ta' evalwazzjoni, monitoraġġ u ġestjoni, jenħtieġ li, minkejja dan, xorta tinżamm proċedura ta' deroga adattata għal dawk iċ-ċirkostanzi, dment li tali derogi ma jikkostitwux riskju potenzjali għas-saħħa tal-bniedem u dment li l-provvista tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem fiż-żona kkonċernata ma tkun tista' tiġi mantnuta bl-ebda mezz raġonevoli ieħor. Għalhekk, jenħtieġ li d-dispożizzjoni fid-Direttiva 98/83/KE dwar id-derogi tiġi emendata sabiex tiġi żgurata konformità aktar mgħaġġla u aktar effettiva min-naħa tal-Istati Membri mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva. Id-derogi mogħtija mill-Istati Membri skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 98/83/KE li jkunu għadhom applikabbli fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva jenħtieġ li jibqgħu japplikaw b'konformità mal-arranġamenti stipulati fid-dispożizzjonijiet fis-seħħ meta ngħatat id-deroga.
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Premessa 17
(17)  Fit-tweġiba tagħha għall-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej "Right2Water" fl-201483, il-Kummissjoni stiednet lill-Istati Membri biex jiżguraw li ċ-ċittadini kollha jkollhom aċċess għal provvista minima tal-ilma, f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tad-WHO. Barra minn hekk, impenjat ruħha li tkompli "ttejjeb l-aċċess għal ilma tax-xorb sikur […] għall-popolazzjoni kollha permezz ta' politiki ambjentali"84. Dan huwa konformi mal-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli 6 tan-NU u mal-mira assoċjata li "jinkiseb aċċess universali u ġust għal ilma tax-xorb sikur u affordabbli għal kulħadd". Il-kunċett ta' aċċess ġust ikopri firxa wiesgħa ta' aspetti bħalma huma d-disponibbiltà (pereżempju minħabba raġunijiet ġeografiċi, in-nuqqas ta' infrastruttura jew is-sitwazzjoni speċifika ta' ċerti partijiet tal-popolazzjonijiet), il-kwalità, l-aċċettabbiltà, jew l-affordabbiltà finanzjarja. Dwar l-affordabbiltà tal-ilma, huwa importanti li jitfakkar li fl-istabbiliment tat-tariffi tal-ilma skont il-prinċipju tal-irkupru tal-ispejjeż stipulat fid-Direttiva 2000/60/KE, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw il-varjazzjoni fil-kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali tal-popolazzjoni u b'hekk jistgħu jadottaw tariffi soċjali jew jieħdu miżuri jissalvagwardjaw lill-popolazzjonijiet li jinsabu fi żvantaġġ soċjoekonomiku. B'mod partikolari, din id-Direttiva tittratta l-aspetti ta' aċċess għall-ilma li huma relatati mal-kwalità u mad-disponibbiltà. Sabiex jiġu indirizzati dawk l-aspetti bħala parti mir-risposta għall-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej u biex ikun hemm kontribut għall-implimentazzjoni tal-Prinċipju 20 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali85 li tiddikjara "kulħadd għandu d-dritt li jkollu aċċess għal servizzi essenzjali ta' kwalità tajba, inkluż l-ilma", jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom jindirizzaw il-kwistjoni tal-aċċess għall-ilma fil-livell nazzjonali filwaqt li jgawdu minn marġni ta' diskrezzjoni rigward it-tip eżatt ta' miżuri li għandhom jiġu implimentati. Dan jista' jsir permezz ta' azzjonijiet immirati, inter alia, lejn it-titjib tal-aċċess għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem għal kulħadd, pereżempju permezz ta' funtani liberament aċċessibbli fl-ibliet, u permezz tal-promozzjoni tal-użu ta' dan l-aċċess billi jiġi mħeġġeġ l-għoti, mingħajr ħlas, ta' ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem fil-binjiet pubbliċi u fir-ristoranti.
(17)  Fit-tweġiba tagħha għall-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej "Right2Water" fl-201483, il-Kummissjoni stiednet lill-Istati Membri biex jiżguraw li ċ-ċittadini kollha jkollhom aċċess għal provvista minima tal-ilma, f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tad-WHO. Barra minn hekk, impenjat ruħha li tkompli "ttejjeb l-aċċess għal ilma tax-xorb sikur […] għall-popolazzjoni kollha permezz ta' politiki ambjentali"84. Dan huwa konformi mal-Artikoli 1 u 2 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Dan huwa konformi wkoll mal-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli 6 tan-NU u mal-mira assoċjata li "jinkiseb aċċess universali u ġust għal ilma tax-xorb sikur u affordabbli għal kulħadd". Il-kunċett ta' aċċess ġust ikopri firxa wiesgħa ta' aspetti bħalma huma d-disponibbiltà (pereżempju minħabba raġunijiet ġeografiċi, in-nuqqas ta' infrastruttura jew is-sitwazzjoni speċifika ta' ċerti partijiet tal-popolazzjonijiet), il-kwalità, l-aċċettabbiltà, jew l-affordabbiltà finanzjarja. Dwar l-affordabbiltà tal-ilma, huwa importanti li jitfakkar li, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9(4) tad-Direttiva 2000/60/KE, jekk ikunu qed jistabbilixxu tariffi tal-ilma skont il-prinċipju tal-irkupru tal-ispejjeż stipulat f'dik id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw il-varjazzjoni fil-kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali tal-popolazzjoni u b'hekk jistgħu jadottaw tariffi soċjali jew jieħdu miżuri biex jissalvagwardjaw lill-popolazzjonijiet li jinsabu fi żvantaġġ soċjoekonomiku. B'mod partikolari, din id-Direttiva tittratta l-aspetti ta' aċċess għall-ilma li huma relatati mal-kwalità u mad-disponibbiltà. Sabiex jiġu indirizzati dawk l-aspetti bħala parti mir-risposta għall-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej u biex ikun hemm kontribut għall-implimentazzjoni tal-Prinċipju 20 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali85 li tiddikjara "kulħadd għandu d-dritt li jkollu aċċess għal servizzi essenzjali ta' kwalità tajba, inkluż l-ilma", jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jindirizzaw il-kwistjoni tal-aċċess affordabbli għall-ilma fil-livell nazzjonali filwaqt li jgawdu minn ċerta marġni ta' diskrezzjoni rigward it-tip eżatt ta' miżuri li għandhom jiġu implimentati. Dan jista' jsir permezz ta' azzjonijiet immirati, inter alia, lejn it-titjib tal-aċċess għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem għal kulħadd, pereżempju billi r-rekwiżiti tal-kwalità tal-ilma ma jsirux aktar stretti b'mod mhux ġustifikat għal raġunijiet ta' saħħa pubblika, li jżid il-prezz tal-ilma għaċ-ċittadini, billi jitqiegħdu funtani liberament aċċessibbli fl-ibliet, u permezz tal-promozzjoni tal-użu ta' dan l-aċċess billi jiġi mħeġġeġ l-għoti, mingħajr ħlas, ta' ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem fil-binjiet pubbliċi, ir-ristoranti, iċ-ċentri kummerċjali u rikreattivi, kif ukoll żoni ta' tranżitu u dawk b'influss pedonali qawwi bħall-istazzjonijiet tal-ferroviji jew l-ajruporti. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu liberi jiddeterminaw l-aħjar taħlita ta' tali strumenti fir-rigward taċ-ċirkostanzi nazzjonali speċifiċi tagħhom.
_________________
_________________
83 COM(2014)0177.
83 COM(2014)0177.
84 COM(2014)0177, p. 12.
84 COM(2014)0177, p. 12.
85 Proklamazzjoni Interistituzzjonali dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (2017/C 428/09) tas-17 ta' Novembru 2017 (ĠU C 428, 13.12.2017, p. 10).
85 Proklamazzjoni Interistituzzjonali dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (2017/C 428/09) tas-17 ta' Novembru 2017 (ĠU C 428, 13.12.2017, p. 10).
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Premessa 18
(18)  Il-Parlament Ewropew, fir-Riżoluzzjoni tiegħu dwar "is-segwitu għall-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej ‘Right2Water'"86, talab li "l-Istati Membri jenħtieġ jagħtu attenzjoni speċjali lill-bżonnijiet tal-gruppi vulnerabbli fis-soċjetà"87. Is-sitwazzjoni speċifika tal-kulturi ta' minoranza bħar-Rom, is-Sinti, it-Travellers, il-Kalé, il-Gens du voyage, eċċ., kemm jekk huma sedentarji kif ukoll jekk le – b'mod partikolari b'rabta man-nuqqas ta' aċċess tagħhom għall-ilma tax-xorb – ġiet rikonoxxuta wkoll fir-Rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Qafas tal-UE għal Strateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom88 u fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar miżuri effettivi għall-integrazzjoni tar-Rom fl-Istati Membri89. Fid-dawl ta' dak il-kuntest ġenerali, huwa xieraq li l-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari lil gruppi vulnerabbli u emarġinati billi jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiġi żgurat li dawk il-gruppi jkollhom aċċess għall-ilma. Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jiddefinixxu dawn il-gruppi, dawn jenħtieġ mill-inqas jinkludu refuġjati, komunitajiet nomadiċi, persuni mingħajr dar u kulturi ta' minoranza bħar-Rom, is-Sinti, it-Travellers, il-Kalé, il-Gens du voyage, eċċ., kemm jekk huma sedentarji kif ukoll jekk le. Dawn il-miżuri mmirati lejn l-iżgurar tal-aċċess, li jitħallew f'idejn l-Istati Membri, jistgħu pereżempju jinkludu l-għoti ta' sistemi alternattivi ta' provvista (mezzi ta' trattament individwali), il-provvista ta' ilma permezz ta' tankijiet (trakkijiet u ċisterni) u l-iżgurar tal-preżenza tal-infrastruttura meħtieġa għall-kampijiet.
(18)  Il-Parlament Ewropew, fir-Riżoluzzjoni tiegħu dwar "is-segwitu għall-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej ‘Right2Water'"86, talab li "l-Istati Membri jenħtieġ jagħtu attenzjoni speċjali lill-bżonnijiet tal-gruppi vulnerabbli fis-soċjetà"87. Is-sitwazzjoni speċifika tal-kulturi ta' minoranza bħar-Rom u t-Travellers, kemm jekk huma sedentarji kif ukoll jekk le – b'mod partikolari b'rabta man-nuqqas ta' aċċess tagħhom għall-ilma tax-xorb – ġiet rikonoxxuta wkoll fir-Rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Qafas tal-UE għal Strateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom88 u fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar miżuri effettivi għall-integrazzjoni tar-Rom fl-Istati Membri89. Fid-dawl ta' dak il-kuntest ġenerali, huwa xieraq li l-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari lil gruppi vulnerabbli u emarġinati billi jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiġi żgurat li dawk il-gruppi jkollhom aċċess għall-ilma. B'kont meħud tal-prinċipju tal-irkupru tal-ispejjeż stabbilit fid-Direttiva 2000/60/KE, l-Istati Membri jenħtieġ li jtejbu l-aċċess għall-ilma għall-gruppi vulnerabbli u emarġinati mingħajr ma jipperikolaw il-provvista ta' ilma ta' kwalità għolja bi prezz affordabbli għal kulħadd. Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jiddefinixxu dawn il-gruppi, dawn jenħtieġ li mill-inqas jinkludu refuġjati, komunitajiet nomadiċi, persuni mingħajr dar u kulturi ta' minoranza bħar-Rom u t-Travellers, kemm jekk huma sedentarji kif ukoll jekk le. Dawn il-miżuri mmirati lejn l-iżgurar tal-aċċess, li jitħallew f'idejn l-Istati Membri, jistgħu pereżempju jinkludu l-għoti ta' sistemi alternattivi ta' provvista (mezzi ta' trattament individwali), il-provvista ta' ilma permezz ta' tankijiet (trakkijiet u ċisterni) u l-iżgurar tal-preżenza tal-infrastruttura meħtieġa għall-kampijiet. Meta l-awtoritajiet pubbliċi lokali jsiru responsabbli għal dawk l-obbligi, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li dawn ikollhom riżorsi finanzjarji u kapaċitajiet tekniċi u materjali suffiċjenti, u jenħtieġ li jappoġġawhom b'konformità ma' dan, billi, pereżempju, jipprovdu appoġġ espert. B'mod partikolari, id-distribuzzjoni tal-ilma lill-gruppi vulnerabbli u emarġinati jenħtieġ li ma toħloqx spejjeż sproporzjonati għall-awtoritajiet pubbliċi lokali.
_________________
_________________
86 P8_TA(2015)0294
86 P8_TA(2015)0294
87 P8_TA(2015)0294, paragrafu 62.
87 P8_TA(2015)0294, paragrafu 62.
88 COM(2014)0209.
88 COM(2014)0209.
89 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (2013/C 378/01) tad-9 ta' Diċembru 2013 dwar miżuri ta' integrazzjoni tar-Rom effettivi fl-Istati Membri, (ĠU C 378, 24.12.2013, p. 1).
89 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (2013/C 378/01) tad-9 ta' Diċembru 2013 dwar miżuri ta' integrazzjoni tar-Rom effettivi fl-Istati Membri, (ĠU C 378, 24.12.2013, p. 1).
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Premessa 19
(19)  Is-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali sal-2020 "Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna"90 jeħtieġ li l-pubbliku jkollu aċċess għal tagħrif ambjentali ċar f'livell nazzjonali. Id-Direttiva 98/83/KE ipprevediet biss aċċess passiv għall-informazzjoni, li jfisser li l-Istati Membri kellhom jiżguraw biss li l-informazzjoni kienet disponibbli. Għalhekk, dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jinbidlu biex jiġi żgurat li jkun hemm aċċess faċli għal informazzjoni aġġornata, pereżempju fuq sit web li l-ħolqa tiegħu titqassam b'mod attiv. L-informazzjoni aġġornata m'għandhiex tinkludi biss ir-riżultati tal-programmi ta' monitoraġġ, iżda wkoll informazzjoni addizzjonali li tista' tkun utli għall-pubbliku, bħal informazzjoni dwar l-indikaturi (il-ħadid, l-ebusija, il-minerali, eċċ.), li ta' spiss tinfluwenza l-perċezzjoni tal-konsumaturi rigward l-ilma tal-vit. Għal dak l-għan, il-parametri indikaturi tad-Direttiva 98/83/KE li ma pprovdewx informazzjoni relatata mas-saħħa għandhom jinbidlu b'informazzjoni fuq l-internet dwar dawn il-parametri. Għall-fornituri tal-ilma kbar ħafna, fuq l-internet għandu jkun hemm disponibbli wkoll informazzjoni addizzjonali dwar, inter alia, l-effiċjenza enerġetika, il-ġestjoni, il-governanza, l-istruttura tal-ispejjeż u t-trattament applikat. Huwa preżunt li għarfien aħjar għall-konsumaturi u trasparenza mtejba se jikkontribwixxu biex tiżdied il-fiduċja taċ-ċittadini fl-ilma fornut lilhom. Dan, min-naħa tiegħu, huwa mistenni li jwassal għal żieda fl-użu tal-ilma tal-vit, biex b'hekk jingħata kontribut biex jitnaqqsu l-iskart tal-plastik u l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra, u għal impatt pożittiv fuq il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u fuq l-ambjent b'mod ġenerali.
(19)  Is-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali sal-2020 "Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna"90 jeħtieġ li l-pubbliku jkollu aċċess għal tagħrif ambjentali ċar f'livell nazzjonali. Id-Direttiva 98/83/KE ipprevediet biss aċċess passiv għall-informazzjoni, li jfisser li l-Istati Membri kellhom jiżguraw biss li l-informazzjoni kienet disponibbli. Għalhekk, dawk id-dispożizzjonijiet jenħtieġ li jiġu sostitwiti biex jiġi żgurat li jkun hemm informazzjoni aġġornata li tkun komprensibbli u rilevanti għall-konsumaturi u faċilment aċċessibbli, pereżempju fi ktejjeb, sit web jew applikazzjoni intelliġenti. L-informazzjoni aġġornata jenħtieġ li mhux biss tinkludi r-riżultati tal-programmi ta' monitoraġġ, iżda wkoll informazzjoni addizzjonali li tista' tkun utli għall-pubbliku, bħall-eżitu tal-azzjonijiet meħuda għall-monitoraġġ tal-fornituri tal-ilma fir-rigward tal-parametri tal-kwalità tal-ilma u informazzjoni dwar il-parametri indikaturi elenkati fil-Parti Ba tal-Anness I. Għall-fornituri tal-ilma kbar ħafna, fuq l-internet għandu jkun hemm disponibbli wkoll informazzjoni addizzjonali dwar, inter alia, il-ġestjoni, l-istruttura tariffarja u t-trattament applikat. L-iskop tal-għarfien aħjar tal-konsumaturi dwar informazzjoni rilevanti u t-trasparenza mtejba jenħtieġ li jkun li tiżdied il-fiduċja taċ-ċittadini fl-ilma fornut lilhom, kif ukoll fis-servizzi tal-ilma, u dan jenħtieġ li jwassal għal żieda fl-użu tal-ilma tal-vit bħala ilma tax-xorb, li mbagħad jista' jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-iskart tal-plastik u tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra, u għal impatt pożittiv fuq il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u fuq l-ambjent b'mod ġenerali.
_________________
_________________
90 Id-Deċiżjoni Nru 1386/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 "Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna" (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 171).
90 Id-Deċiżjoni Nru 1386/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 "Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna" (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 171).
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Premessa 20
(20)  Għall-istess raġunijiet, u sabiex il-konsumaturi jsiru aktar konxji dwar l-implikazzjonijiet tal-konsum tal-ilma, huma għandhom jirċievu wkoll informazzjoni (pereżempju, fil-fattura tagħhom jew permezz ta' applikazzjonijiet intelliġenti) dwar il-volum ikkunsmat, dwar l-istruttura tal-ispejjeż tat-tariffi imposti mill-fornitur tal-ilma, inklużi l-ispejjeż varjabbli u dawk fissi, kif ukoll dwar il-prezz għal kull litru ta' ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, biex b'hekk ikun jista' jsir tqabbil mal-prezz tal-ilma fi fliexken.
(20)  Għall-istess raġunijiet, u sabiex il-konsumaturi jsiru aktar konxji dwar l-implikazzjonijiet tal-konsum tal-ilma, huma jenħtieġ li jirċievu wkoll informazzjoni b'mod faċilment aċċessibbli, pereżempju fil-fattura tagħhom jew permezz ta' applikazzjonijiet intelliġenti dwar il-volum ikkunsmat fis-sena, dwar il-bidliet fil-konsum, tqabbil mal-konsum medju ta' unità domestika, meta tali informazzjoni tkun disponibbli għall-fornitur tal-ilma, dwar l-istruttura tat-tariffa imposta mill-fornitur tal-ilma, inkluża d-distribuzzjoni tal-partijiet varjabbli u dawk fissi tagħha, kif ukoll dwar il-prezz għal kull litru ta' ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, biex b'hekk ikun jista' jsir tqabbil mal-prezz tal-ilma fi fliexken.
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Premessa 21
(21)  Il-prinċipji li għandhom jiġu kkunsidrati fl-iffissar tat-tariffi tal-ilma, jiġifieri l-irkupru tal-ispejjeż tas-servizzi tal-ilma u l-prinċipju ta' min iniġġes iħallas, huma stabbiliti fid-Direttiva 2000/60/KE. Madankollu, is-sostenibbiltà finanzjarja tal-provvista tas-servizzi tal-ilma mhux dejjem tiġi żgurata, u xi kultant dan iwassal għal nuqqas ta' investiment fil-manutenzjoni tal-infrastruttura tal-ilma. Permezz tat-titjib tat-tekniki ta' monitoraġġ, ir-rati ta' tnixxija – prinċipalment minħabba dan in-nuqqas ta' investiment – saru dejjem aktar evidenti, u t-tnaqqis tat-telf tal-ilma għandu jiġi imħeġġeġ fil-livell tal-Unjoni biex tittejjeb l-effiċjenza tal-infrastruttura tal-ilma. F'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, jenħtieġ li din il-kwistjoni tiġi indirizzata billi jiżdiedu t-trasparenza u l-informazzjoni għall-konsumaturi rigward ir-rati ta' tnixxija u l-effiċjenza enerġetika.
(21)  Il-prinċipji fundamentali li għandhom jiġu kkunsidrati fl-iffissar tat-tariffi tal-ilma, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9(4) tad-Direttiva 2000/60/KE, jiġifieri l-irkupru tal-ispejjeż tas-servizzi tal-ilma u l-prinċipju ta' min iniġġes iħallas, huma stabbiliti f'dik id-Direttiva. Madankollu, is-sostenibbiltà finanzjarja tal-provvista tas-servizzi tal-ilma mhux dejjem tiġi żgurata, u xi kultant dan iwassal għal nuqqas ta' investiment fil-manutenzjoni tal-infrastruttura tal-ilma. Permezz tat-titjib tat-tekniki ta' monitoraġġ, il-livelli ta' tnixxija – prinċipalment minħabba dan in-nuqqas ta' investiment – saru dejjem aktar evidenti, u t-tnaqqis tat-telf tal-ilma jenħtieġ li jiġi mħeġġeġ fil-livell tal-Unjoni biex tittejjeb l-effiċjenza tal-infrastruttura tal-ilma. F'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, sabiex ikun hemm sensibilizzazzjoni dwar din il-kwistjoni, l-informazzjoni relatata magħha jenħtieġ li tiġi kondiviża b'mod aktar trasparenti mal-konsumaturi.
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Premessa 25
(25)  Skont il-paragrafu 22 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni ta' din id-Direttiva fċertu perjodu ta' żmien li jibda mid-data stipulata għat-traspożizzjoni tagħha. Dik l-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq esperjenza miksuba u fuq dejta miġbura matul l-implimentazzjoni tad-Direttiva, fuq dejta xjentifika, analitika, epidemjoloġika rilevanti u fuq kwalunkwe rakkomandazzjonijiet disponibbli tad-WHO.
(25)  Skont il-paragrafu 22 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni ta' din id-Direttiva fċertu perjodu ta' żmien li jibda mid-data stipulata għat-traspożizzjoni tagħha. Dik l-evalwazzjoni jenħtieġ li tkun ibbażata fuq esperjenza miksuba u fuq dejta miġbura matul l-implimentazzjoni tad-Direttiva, fuq kwalunkwe rakkomandazzjoni disponibbli tad-WHO, u fuq dejta xjentifika, analitika u epidemjoloġika rilevanti.
Emenda 35
Proposta għal direttiva
Premessa 28
(28)  Sabiex din id-Direttiva tiġi adattata għall-progress xjentifiku u tekniku jew sabiex jiġu speċifikati rekwiżiti ta' monitoraġġ għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-perikli u tal-valutazzjoni tar-riskju tad-distribuzzjoni domestika, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni biex din temenda l-Annessi I sa IV ta' din id-Direttiva. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, anke fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati. Barra minn hekk, minħabba l-adozzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2013/51/Euratom96, is-setgħa mogħtija stipulata fin-Nota 10 tal-Parti C tal-Anness I tad-Direttiva 98/83/KE sabiex jiġu stabbiliti l-frekwenzi tal-monitoraġġ u l-metodi ta' monitoraġġ għal sustanzi radjuattivi ma għadhiex tapplika, u għalhekk għandha titħassar. Is-setgħa mogħtija stipulata fit-tieni paragrafu tal-parti A tal-Anness III tad-Direttiva 98/83/KE rigward l-emendi tad-Direttiva m'għadhiex meħtieġa, u għalhekk għandha titħassar.
(28)  Sabiex din id-Direttiva tiġi adattata għall-progress xjentifiku u tekniku jew sabiex jiġu speċifikati rekwiżiti ta' monitoraġġ għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-perikli u tal-valutazzjoni tar-riskju tad-distribuzzjoni domestika, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni biex din temenda l-Annessi I sa IV ta' din id-Direttiva, u tieħu l-miżuri meħtieġa skont il-bidliet stipulati taħt l-Artikolu 10. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, anke fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati. Barra minn hekk, minħabba l-adozzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2013/51/Euratom96, is-setgħa mogħtija stipulata fin-Nota 10 tal-Parti C tal-Anness I tad-Direttiva 98/83/KE sabiex jiġu stabbiliti l-frekwenzi tal-monitoraġġ u l-metodi ta' monitoraġġ għal sustanzi radjuattivi ma għadhiex tapplika, u għalhekk jenħtieġ li titħassar. Is-setgħa mogħtija stipulata fit-tieni paragrafu tal-parti A tal-Anness III tad-Direttiva 98/83/KE rigward l-emendi tad-Direttiva m'għadhiex meħtieġa, u għalhekk jenħtieġ li titħassar.
_________________
_________________
96 Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/51/Euratom tat-22 ta' Ottubru 2013 li tistabbilixxi rekwiżiti għall-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku ġenerali fir-rigward ta' sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 296, 7.11.2013, p. 12).
96 Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/51/Euratom tat-22 ta' Ottubru 2013 li tistabbilixxi rekwiżiti għall-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku ġenerali fir-rigward ta' sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 296, 7.11.2013, p. 12).
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1
1.  Din id-Direttiva hi dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.
1.  Din id-Direttiva hi dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem għal kulħadd fl-Unjoni.
Emendai 163, 189, 207 u 215
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 2
2.  L-għan ta' din id-Direttiva għandu jkun dak li s-saħħa tal-bniedem tiġi mħarsa mill-effetti ħżiena ta' kwalunkwe tniġġis tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem billi jkun żgurat li dan ikun nadif u tajjeb.
2.  L-għan ta' din id-Direttiva għandu jkun dak li s-saħħa tal-bniedem tiġi mħarsa mill-effetti ħżiena ta' kwalunkwe tniġġis tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem billi jkun żgurat li dan ikun nadif u tajjeb, u li jiġi provdut aċċess universali għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1
1.  "ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem" tfisser l-ilma kollu, fl-istat oriġinali tiegħu jew wara trattament, maħsub għax-xorb, tisjir, tħejjija jew produzzjoni tal-ikel u għanijiet oħra domestiċi kemm f'postijiet pubbliċi kif ukoll f'postijiet privati , irrispettivament minn minn fejn ġej u minn jekk huwiex provvist minn network ta' distribuzzjoni, provvist minn tank, jew, għal ilma tan-nixxiegħa, imqiegħed ġo fliexken .
1.  "ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem" tfisser l-ilma kollu, fl-istat oriġinali tiegħu jew wara trattament, maħsub għax-xorb, tisjir, tħejjija jew produzzjoni tal-ikel, jew għal finijiet oħra relatati mal-ikel, jew għal għanijiet domestiċi oħra kemm f'postijiet pubbliċi kif ukoll f'postijiet privati, inklużi n-negozji tal-ikel, irrispettivament minn minn fejn ġej u minn jekk huwiex provvist minn network ta' distribuzzjoni, provvist minn ċisterna, jew imqiegħed ġo fliexken jew kontenituri.
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2
2.  "sistema ta' distribuzzjoni domestika" tfisser is-sistema ta' pajpijiet, fittings u appliances oħra li huma stallati bejn il-viti li huma normalment użati għall-konsum mill-bniedem kemm f'postijiet pubbliċi kif ukoll f'postijiet privati u r-retikolat ta' distribuzzjoni imma biss jekk dawn ma jaqgħux taħt ir-responsabbiltà ta' min jipprovdi l-ilma, skont il-liġi nazzjonali relevanti.
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)
Emenda 40
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3
3.  "fornitur tal-ilma" tfisser entità li bħala medja tforni mill-inqas 10 m3 ta' ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem kuljum.
3.  "fornitur tal-ilma" tfisser entità ġuridika li bħala medja tforni mill-inqas 10 m3 ta' ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem kuljum.
Emenda 41
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)
3a.  "fornitur tal-ilma żgħir ħafna" tfisser fornitur tal-ilma li jforni inqas minn 50 m3 ta' ilma kuljum jew li jservi inqas minn 250 persuna.
Emenda 42
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4
4.  "fornitur tal-ilma żgħir" tfisser fornitur tal-ilma li jforni inqas minn 500 m3 ta' ilma kuljum jew li jservi inqas minn 5 000 persuna.
4.  "fornitur tal-ilma żgħir" tfisser fornitur tal-ilma li jforni inqas minn 500 m3 ta' ilma kuljum jew li jservi inqas minn 2 500 persuna.
Emenda 43
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)
4a.  "fornitur tal-ilma medju" tfisser fornitur tal-ilma li jforni mill-inqas 500 m3 ta' ilma kuljum jew li jservi mill-inqas 2 500 persuna.
Emenda 44
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5
5.  "fornitur tal-ilma kbir" tfisser fornitur tal-ilma li jforni mill-inqas 500 m3 ta' ilma kuljum jew li jservi mill-inqas 5 000 persuna.
5.  "fornitur tal-ilma kbir" tfisser fornitur tal-ilma li jforni mill-inqas 5 000 m3 ta' ilma kuljum jew li jservi mill-inqas 25 000 persuna.
Emenda 45
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6
6.  "fornitur tal-ilma kbir ħafna" tfisser fornitur tal-ilma li jforni mill-inqas 5 000 m3 ta' ilma kuljum jew li jservi mill-inqas 50 000 persuna.
6.  "fornitur tal-ilma kbir ħafna" tfisser fornitur tal-ilma li jforni mill-inqas 20 000 m3 ta' ilma kuljum jew li jservi mill-inqas 100 000 persuna.
Emenda 46
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7
7.  "postijiet ta' prijorità" tfisser binjiet kbar b'ħafna utenti li potenzjalment jistgħu jkunu esposti għal riskji relatati mal-ilma, bħal sptarijiet, istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa, binjiet b'faċilità ta' akkomodazzjoni, istituzzjonijiet penali u żoni għall-ikkampjar, kif identifikati mill-Istati Membri.
7.  "postijiet ta' prijorità" tfisser binjiet kbar li ma jkunux unitajiet domestiċi, b'ħafna persuni, b'mod partikolari persuni vulnerabbli, li potenzjalment jistgħu jkunu esposti għal riskji relatati mal-ilma, bħal sptarijiet, istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa, djar tal-anzjani, skejjel, universitajiet u faċiltajiet oħra tal-edukazzjoni, crèches u skejjel primarji, faċilitajiet sportivi, rikreattivi, tad-divertiment u ta' eżibizzjoni, binjiet b'faċilità ta' akkomodazzjoni, istituzzjonijiet penali u żoni għall-ikkampjar, kif identifikati mill-Istati Membri.
Emenda 47
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8a (ġdid)
8a.   "negozju tal-ikel" tfisser negozju tal-ikel kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.
Emenda 48
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Għall-ilma li jintuża fin-negozji tal-ikel għall-manifattura, l-ipproċessar, il-preservazzjoni jew il-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti jew sustanzi maħsuba għall-konsum mill-bniedem, għandhom japplikaw biss l-Artikoli 4, 5, 6 u 11 ta' din id-Direttiva. Minkejja dan, l-ebda wieħed mill-Artikoli ta' din id-Direttiva ma għandu japplika meta operatur ta' negozju tal-ikel ikun jista' juri b'mod li jkun sodisfaċenti għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, li l-kwalità tal-ilma li juża ma jaffettwax l-iġjene tal-prodotti jew is-sustanzi li jirriżultaw mill-attivitajiet tiegħu u li tali prodotti u sustanzi jikkonformaw mar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.
________________
1a Ir-Regolament (KE)  Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1).
Emenda 49
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1b (ġdid)
1b.  Produttur tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem li jitqiegħed fi fliexken jew kontenituri m'għandux jitqies bħala fornitur tal-ilma.
Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem imqiegħed fi fliexken jew kontenituri sakemm dawn ma jkunux koperti mill-obbligi skont leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni.
Emenda 50
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1c (ġdid)
1c.  Il-bastimenti marittimi li jwettqu desalinizzazzjoni tal-ilma u jġorru l-passiġġieri u jaġixxu bħala fornituri tal-ilma għandhom ikunu soġġetti biss għall-Artikoli 1 sa 7 u 9 sa 12 ta' din id-Direttiva u l-Annessi tagħha.
Emenda 51
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c
(c)  l-Istati Membri jkunu ħadu l-miżuri kollha meħtieġa biex jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 5 sa 12 ta' din id-Direttiva.
(c)  l-Istati Membri jkunu ħadu l-miżuri kollha meħtieġa biex jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti:
(i)   fl-Artikoli 4 sa 12 ta' din id-Direttiva għal ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem fornut lill-konsumaturi finali minn netwerk ta' distribuzzjoni jew minn ċisterna;
(ii)  fl-Artikoli 4, 5 u 6 u l-Artikolu 11(4) ta' din id-Direttiva għal ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem li jitqiegħed fi flixken jew f'kontenituri f'negozju tal-ikel;
(iii)  fl-Artikoli 4, 5, 6 u 11 ta' din id-Direttiva, għal ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem prodott u użat f'negozju tal-ikel għall-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-ikel.
Emenda 52
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 2
2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda biex tiġi implimentata din id-Direttiva fl-ebda ċirkostanzi ma jippermettu, direttament jew indirettament, xi tnaqqis tal-kwalità preżenti tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem u lanqas xi żieda fit-tniġġis ta' ilmijiet użati għall-produzzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem .
2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda biex tiġi implimentata din id-Direttiva jaderixxu b'mod sħiħ mal-prinċipju ta' prekawzjoni u fl-ebda ċirkostanzi ma jippermettu, direttament jew indirettament, xi tnaqqis tal-kwalità preżenti tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem u lanqas xi żieda fit-tniġġis ta' ilmijiet użati għall-produzzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem .
Emenda 53
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jwettqu valutazzjoni tal-livelli ta' tnixxija tal-ilma fit-territorju tagħhom u tal-potenzjal ta' titjib fit-tnaqqis ta' tnixxija tal-ilma fis-settur tal-ilma tax-xorb. Dik il-valutazzjoni għandha tieħu kont tal-aspetti ekonomiċi, tekniċi, ambjentali u ta' saħħa pubblika rilevanti. L-Istati Membri għandhom jadottaw, mill-31 ta’ Dièmbru 2022, miri nazzjonali biex inaqqsu l-livelli ta' tnixxija tal-fornituri tal-ilma fit-territorju tagħhom sal-31 ta' Diċembru 2030. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu inċentivi sinifikanti sabiex jiżguraw li l-fornituri tal-ilma fit-territorju tagħhom jissodisfaw dawn ir-rati.
Emenda 54
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 2b (ġdid)
2b.  Jekk awtorità kompetenti inkarigata mill-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem tgħaddi lil fornitur tal-ilma l-ġestjoni tal-attivitajiet kollha ta' produzzjoni jew ta' distribuzzjoni tal-ilma, jew ta' parti minnhom, il-kuntratt bejn l-awtorità kompetenti u l-fornitur tal-ilma għandu jispeċifika r-responsabbiltajiet ta' kull parti skont din id-Direttiva.
Emenda 55
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri applikabbli għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem għall-parametri stipulati fl-Anness I, li m'għandhomx ikunu inqas stretti mill-valuri stipulati fl-istess Anness.
1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri applikabbli għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem għall-parametri stipulati fl-Anness I.
Emenda 56
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Il-valuri stabbiliti skont il-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu inqas stretti minn dawk stipulati fil-Partijiet A, B u Ba tal-Anness I. F'dak li jirrigwarda l-parametri stipulati fil-Parti Ba tal-Anness I, il-valuri għandhom ikunu stabbiliti biss għal finijiet ta' monitoraġġ u bil-għan li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 12.
Emenda 57
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-aġenti tat-trattament, il-materjali u l-proċeduri ta' diżinfezzjoni użati għal finijiet ta' diżinfezzjoni fis-sistemi tal-provvista tal-ilma ma jaffettwawx ħażin il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. Kwalunkwe kontaminazzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem bl-użu ta' tali aġenti, materjali u proċeduri għandha tiġi minimizzata mingħajr, madankollu, ma tiġi kompromessa l-effettività tad-diżinfezzjoni.
Emenda 58
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 - paragrafu 1 - parti introduttorja
Il-valuri parametriċi stabbiliti skont l-Artikolu 5 għall-parametri mniżżla fl-Anness I, partijiet A u B, għandhom jiġu mħarsa:
Il-valuri parametriċi stabbiliti skont l-Artikolu 5 għall-parametri mniżżla fl-Anness I, partijiet A, B u C, għandhom jiġu mħarsa:
Emenda 59
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt c
(c)  fil-każ ta' ilma tan-nixxiegħa, fil-punt li fih l-ilma huwa mqiegħed fi fliexken.
(c)  fil-każ ta' ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem imqiegħed fi fliexken jew f'kontenituri, fil-punt fejn l-ilma jitqiegħed fil-fliexken jew fil-kontenituri.
Emenda 60
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca)  fil-każ ta' ilma użat f'negozju tal-ikel meta l-ilma jiġi fornut minn fornitur tal-ilma, fil-punt ta' twassil fin-negozju tal-ikel.
Emenda 61
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Fil-każ ta' ilma kopert mill-punt (a) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jitqiesu li jkunu ssodisfaw l-obbligi tagħhom skont dan l-Artikolu meta jkun jista' jiġi stabbilit li nuqqas ta' konformità mal-parametri previsti fl-Artikolu 5 ikun ikkawżat minn sistema ta' distribuzzjoni privata jew mill-manutenzjoni tagħha, ħlief fir-rigward ta' postijiet ta' prijorità.
Emenda 62
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt a
(a)  valutazzjoni tal-perikli ta' korpi tal-ilma użati għall-astrazzjoni ta' ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, f'konformità mal-Artikolu 8;
(a)  valutazzjoni tal-perikli ta' korpi tal-ilma jew ta' partijiet ta' korpi tal-ilma użati għall-astrazzjoni ta' ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, imwettqa mill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 8;
Emenda 63
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b
(b)  valutazzjoni tar-riskju tal-provvista mwettqa mill-fornituri tal-ilma għall-finijiet tal-monitoraġġ tal-kwalità tal-ilma li jfornu, f'konformità mal-Artikolu 9 u mal-Parti C tal-Anness II;
(b)  valutazzjoni tar-riskju tal-provvista mwettqa mill-fornituri tal-ilma f'kull sistema tal-provvista tal-ilma għall-finijiet ta' salvagwardja u monitoraġġ tal-kwalità tal-ilma li jfornu, f'konformità mal-Artikolu 9 u mal-Parti C tal-Anness II;
Emenda 64
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  L-Istati Membri jistgħu jadattaw l-implimentazzjoni tal-approċċ ibbażat fuq ir-riskju, mingħajr ma jikkompromettu l-objettiv ta' din id-Direttiva rigward il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem u s-saħħa tal-konsumaturi, meta jkun hemm limitazzjonijiet partikolari minħabba ċirkostanzi ġeografiċi bħalma huma l-periferiċità jew l-aċċessibbiltà taż-żona tal-provvista tal-ilma.
Emenda 65
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 1b (ġdid)
1b.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw distribuzzjoni ċara u xierqa tar-responsabbiltajiet bejn il-partijiet ikkonċernati, skont id-definizzjoni tal-Istati Membri, għall-applikazzjoni tal-approċċ ibbażat fuq ir-riskju fir-rigward tal-korpi tal-ilma użati għall-astrazzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem u s-sistemi ta' distribuzzjoni domestika. Tali distribuzzjoni tar-responsabbiltajiet għandha titfassal skont il-qafas istituzzjonali u legali tagħhom.
Emenda 66
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 2
2.  Il-valutazzjonijiet tal-perikli għandhom jitwettqu sa [3 snin wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva]. Dawn għandhom jiġu riveduti kull 3 snin, u għandhom jiġu aġġornati skont kif meħtieġ.
2.  Il-valutazzjonijiet tal-perikli għandhom jitwettqu sa [3 snin wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva]. Dawn għandhom jiġu riveduti kull 3 snin, b'kont meħud tar-rekwiżit, previst fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2000/60/KE, li l-Istati Membri jidentifikaw il-korpi tal-ilma, u għandhom jiġu aġġornati skont kif meħtieġ.
Emenda 67
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 3
3.  Il-fornituri tal-ilma kbar ħafna u l-fornituri tal-ilma kbar għandhom iwettqu valutazzjonijiet tar-riskju tal-provvista sa [3 snin wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva], filwaqt li l-fornituri tal-ilma ż-żgħar għandhom iwettqu valutazzjonijiet tar-riskju sa [6 snin wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva]. Dawn għandhom jiġu riveduti f'intervalli regolari mhux itwal minn 6 snin, u għandhom jiġu aġġornati skont kif meħtieġ.
3.  Il-fornituri tal-ilma għandhom iwettqu valutazzjonijiet tar-riskju tal-provvista sa [6 snin wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva]. Dawn għandhom jiġu riveduti f'intervalli regolari mhux itwal minn 6 snin, u għandhom jiġu aġġornati skont kif meħtieġ.
Emenda 68
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Skont l-Artikoli 8 u 9 ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri korrettivi neċessarji fil-qafas tal-programmi ta' miżuri u tal-pjanijiet ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara previsti rispettivament fl-Artikolu 11 u l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/60/KE.
Emenda 69
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 4
4.   Il-valutazzjonijiet tar-riskju tad-distribuzzjoni domestika għandhom jitwettqu sa [3 snin wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva]. Dawn għandhom jiġu riveduti kull 3 snin, u għandhom jiġu aġġornati skont kif meħtieġ.
4.   Il-valutazzjonijiet tar-riskju tad-distribuzzjoni domestika fil-postijiet imsemmija fl-Artikolu 10(1) għandhom jitwettqu sa [3 snin wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva]. Dawn għandhom jiġu riveduti kull 3 snin, u għandhom jiġu aġġornati skont kif meħtieġ.
Emenda 70
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – titolu
Valutazzjoni tal-perikli ta' korpi tal-ilma użati għall-astrazzjoni ta' ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem
Valutazzjoni, monitoraġġ u ġestjoni tal-perikli ta' korpi tal-ilma użati għall-astrazzjoni ta' ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem
Emenda 71
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 - paragrafu 1 - parti introduttorja
1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 2000/60/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li titwettaq valutazzjoni tal-perikli li tkopri l-korpi tal-ilma li jintużaw għall-astrazzjoni ta' ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem li bħala medja jipprovdu aktar minn 10 m3 kuljum. Il-valutazzjoni tal-perikli għandha tinkludi l-elementi li ġejjin:
1.  Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2000/60/KE, b'mod partikolari l-Artikoli 4 u 8, l-Istati Membri, b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tagħhom responsabbli mill-ilma, għandhom jiżguraw li titwettaq valutazzjoni tal-perikli li tkopri l-korpi tal-ilma li jintużaw għall-astrazzjoni ta' ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem li bħala medja jipprovdu aktar minn 10 m3 kuljum. Il-valutazzjoni tal-perikli għandha tinkludi l-elementi li ġejjin:
Emenda 72
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt a
(a)  l-identifikazzjoni tal-punti kollha ta' astrazzjoni, kif ukoll ir-referenzi ġeografiċi tagħhom, fil-korpi tal-ilma koperti mill-valutazzjoni tal-perikli;
(a)  l-identifikazzjoni tal-punti kollha ta' astrazzjoni, kif ukoll ir-referenzi ġeografiċi tagħhom, fil-korpi jew partijiet mill-korpi tal-ilma koperti mill-valutazzjoni tal-perikli; Peress li d-dejta msemmija f'dan il-punt tista' tkun sensittiva, b'mod partikolari fil-kuntest tal-protezzjoni tas-saħħa pubblika, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali dejta tiġi protetta u kkomunikata biss lill-awtoritajiet rilevanti;
Emenda 73
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b
(b)  l-immappjar ta' żoni ta' salvagwardja, meta dawk iż-żoni jkunu ġew stabbiliti skont l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2000/60/KE, u ż-żoni protetti msemmija fl-Artikolu 6 ta' dik id-Direttiva;
(b)  l-immappjar ta' żoni ta' salvagwardja, meta dawk iż-żoni jkunu ġew stabbiliti skont l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2000/60/KE;
Emenda 216
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt c
(c)  l-identifikazzjoni tal-perikli u tas-sorsi possibbli ta' tniġġis li jaffettwaw il-korpi tal-ilma koperti mill-valutazzjoni tal-perikli. Għal dak l-għan, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu mir-rieżami tal-impatt tal-attività tal-bniedem imwettaq skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/60/KE u mill-informazzjoni dwar pressjonijiet sinifikanti miġbura skont il-punt 1.4 tal-Anness II ta' dik id-Direttiva;
(c)  l-identifikazzjoni tal-perikli u tas-sorsi possibbli ta' tniġġis li jaffettwaw il-korpi tal-ilma koperti mill-valutazzjoni tal-perikli. Tali riċerka u identifikazzjoni tas-sorsi tat-tniġġis għandhom jiġu aġġornati b'mod regolari sabiex jiġu identifikati sustanzi ġodda li jaffettwaw il-mikroplastiċi, b'mod partikolari l-PFAS. Għal dak l-għan, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu mir-rieżami tal-impatt tal-attività tal-bniedem imwettaq skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/60/KE u mill-informazzjoni dwar pressjonijiet sinifikanti miġbura skont il-punt 1.4 tal-Anness II ta' dik id-Direttiva;
Emenda 75
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt d – parti introduttorja
(d)  il-monitoraġġ b'mod regolari tal-korpi tal-ilma koperti mill-valutazzjoni tal-perikli għas-sustanzi niġġiesa magħżula mil-listi li ġejjin:
(d)  il-monitoraġġ b'mod regolari tal-korpi jew ta' partijiet minn korpi tal-ilma koperti mill-valutazzjoni tal-perikli għas-sustanzi niġġiesa li huma rilevanti għall-provvista tal-ilma u li huma magħżula mil-listi li ġejjin:
Emenda 76
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt d – punt iv
(iv)  sustanzi niġġiesa oħra rilevanti, bħal pereżempju mikroplastiċi, jew sustanzi niġġiesa speċifiċi tal-baċiri tax-xmajjar stabbiliti mill-Istati Membri abbażi tar-rieżami tal-impatt tal-attività tal-bniedem imwettaq skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/60/KE u skont l-informazzjoni dwar pressjonijiet sinifikanti miġbura skont il-punt 1.4 tal-Anness II ta' dik id-Direttiva;
(iv)  il-parametri għal finijiet ta' monitoraġġ biss elenkati fil-Parti Ca tal-Anness I, jew sustanzi niġġiesa oħra rilevanti, bħal pereżempju mikroplastiċi, dment li jkun hemm fis-seħħ metodoloġija għall-kejl tal-mikroplastiċi kif speċifikat fl-Artikolu 11(5b), jew sustanzi niġġiesa speċifiċi tal-baċiri tax-xmajjar stabbiliti mill-Istati Membri abbażi tar-rieżami tal-impatt tal-attività tal-bniedem imwettaq skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/60/KE u skont l-informazzjoni dwar pressjonijiet sinifikanti miġbura skont il-punt 1.4 tal-Anness II ta' dik id-Direttiva;
Emenda 77
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)
Il-fornituri tal-ilma żgħar ħafna jistgħu jiġu eżentati mir-rekwiżiti msemmija fil-punti (a), (b) u (c) ta' dan il-paragrafu, dment li l-awtorità kompetenti jkollha għarfien dokumentat minn qabel u aġġornat tal-parametri rilevanti msemmija f'dawk il-punti. Din l-eżenzjoni għandha tiġi rieżaminata mill-awtorità kompetenti mill-inqas kull tliet snin u aġġornata fejn meħtieġ.
Emenda 217
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 3
Għall-fini tal-monitoraġġ b'mod regolari, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu mill-monitoraġġ imwettaq skont leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni.
Għall-fini tal-monitoraġġ b'mod regolari, kif ukoll għall-fini li jiġu identifikati sustanzi ġodda perikolużi permezz ta' investigazzjonijiet ġodda, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu mill-kapaċità ta' monitoraġġ u ta' investigazzjoni mwettqa, skont leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni.
Emenda 78
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 3
3.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-fornituri tal-ilma li jkunu qed jużaw il-korp tal-ilma kopert mill-valutazzjoni tal-perikli dwar ir-riżultati tal-monitoraġġ imwettaq skont il-paragrafu 1(d) u, fuq il-bażi ta' dawn ir-riżultati ta' monitoraġġ, jistgħu:
imħassar
(a)   jeħtieġu li l-fornituri tal-ilma jwettqu monitoraġġ jew trattament addizzjonali ta' ċerti parametri;
(b)   jippermettu lill-fornituri jnaqqsu l-frekwenza tal-monitoraġġ ta' ċerti parametri, mingħajr ma jkunu meħtieġa jwettqu valutazzjoni tar-riskju tal-provvista, sakemm ma jkunux parametri ewlenin skont it-tifsira tal-punt 1 tal-Parti B tal-Anness II, u sakemm ma jkun hemm l-ebda fattur li jista' jiġi antiċipat b'mod raġonevoli li x'aktarx li jista' jikkawża deterjorazzjoni tal-kwalità tal-ilma.
Emenda 79
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 4
4.  F'każijiet fejn fornitur tal-ilma jkun jista' jnaqqas il-frekwenza tal-monitoraġġ kif imsemmi fil-paragrafu 2(b), l-Istati Membri għandhom ikomplu jimmonitorjaw, b'mod regolari, dawk il-parametri fil-korp tal-ilma kopert mill-valutazzjoni tal-perikli.
imħassar
Emenda 80
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
Fuq il-bażi tal-informazzjoni kkompilata skont il-paragrafi 1 u 2 u miġbura skont id-Direttiva 2000/60/KE, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri li ġejjin f'kooperazzjoni mal-fornituri tal-ilma u ma' partijiet ikkonċernati oħrajn, jew jiżguraw li dawk il-miżuri jittieħdu mill-fornituri tal-ilma:
Fuq il-bażi tal-informazzjoni kkompilata skont il-paragrafi 1 u 2 u miġbura skont id-Direttiva 2000/60/KE, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri li ġejjin f'kooperazzjoni mal-fornituri tal-ilma u ma' partijiet ikkonċernati oħrajn:
Emenda 178
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt a
(a)  miżuri ta' prevenzjoni sabiex jitnaqqas il-livell ta' trattament u biex tiġi salvagwardjata l-kwalità tal-ilma, inklużi l-miżuri msemmija fl-Artikolu 11(3)(d) tad-Direttiva 2000/60/KE;
imħassar
Emenda 82
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa)  jiżguraw li dawk li jniġġsu, f'kooperazzjoni mal-fornituri tal-ilma u ma' partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, jieħdu miżuri ta' prevenzjoni biex inaqqsu jew jevitaw il-livell ta' trattament meħtieġ u biex jissalvagwardjaw il-kwalità tal-ilma, inklużi l-miżuri msemmija fl-Artikolu 11(3)(d) tad-Direttiva 2000/60/KE kif ukoll miżuri addizzjonali meqjusa bħala meħtieġa abbażi tal-monitoraġġ imwettaq skont il-punt (d) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;
Emenda 83
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt b
(b)  miżuri ta' mitigazzjoni, li huma meqjusa bħala meħtieġa fuq il-bażi tal-monitoraġġ imwettaq skont il-paragrafu 1(d), sabiex jiġi identifikat u indirizzat is-sors tat-tniġġis.
(b)  miżuri ta' mitigazzjoni, li huma meqjusa bħala meħtieġa fuq il-bażi tal-monitoraġġ imwettaq skont il-paragrafu 1(d), sabiex jiġi identifikat u indirizzat is-sors tat-tniġġis u jiġi evitat kwalunkwe trattament addizzjonali, meta l-miżuri ta' prevenzjoni jitqiesu li mhumiex vijabbli jew effettivi biżżejjed biex jindirizzaw is-sors tat-tniġġis b'tempestività.
Emenda 84
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba)  meta l-miżuri stabbiliti fil-punti (aa) u (b) ma jiġux meqjusa bħala suffiċjenti biex jipprovdu protezzjoni adegwata għas-saħħa tal-bniedem, jeħtieġu li l-fornituri tal-ilma jwettqu monitoraġġ addizzjonali ta' ċerti parametri fil-punt ta' astrazzjoni jew trattament, jekk ikun strettament meħtieġ għall-prevenzjoni tar-riskji tas-saħħa.
Emenda 85
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 5a (ġdid)
5a.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-fornituri tal-ilma li jkunu qed jużaw il-korp jew partijiet mill-korpi tal-ilma koperti mill-valutazzjoni tal-perikli dwar ir-riżultati tal-monitoraġġ imwettaq skont il-punt (d) tal-paragrafu 1 u jistgħu, abbażi ta' dawk ir-riżultati ta' monitoraġġ, u tal-informazzjoni miġbura skont il-paragrafi 1 u 2 u skont id-Direttiva 2000/60/KE:
(a)  jippermettu lill-fornituri tal-ilma jnaqqsu l-frekwenza tal-monitoraġġ ta' ċerti parametri, jew in-numru ta' parametri mmonitorjati, mingħajr ma jkunu meħtieġa jwettqu valutazzjoni tar-riskju tal-provvista, dment li l-parametri kkonċernati ma jkunux parametri ewlenin skont it-tifsira tal-punt 1 tal-Parti B tal-Anness II, u dment ma jkun hemm l-ebda fattur li jista' jiġi antiċipat b'mod raġonevoli li x'aktarx jikkawża deterjorazzjoni tal-kwalità tal-ilma.
(b)  meta fornitur tal-ilma jitħalla jnaqqas il-frekwenza tal-monitoraġġ kif imsemmi fil-paragrafu (a), għandhom ikomplu jimmonitorjaw, b'mod regolari, dawk il-parametri fil-korp tal-ilma kopert mill-valutazzjoni tal-perikli.
Emenda 86
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – titolu
Valutazzjoni tar-riskju tal-provvista
Valutazzjoni, monitoraġġ u ġestjoni tar-riskju tal-provvista
Emenda 87
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tal-ilma jwettqu valutazzjoni tar-riskju tal-provvista li tipprevedi l-possibbiltà li tiġi aġġustata l-frekwenza tal-monitoraġġ għall-parametri individwali elenkati fil-Partijiet A u B tal-Anness I li mhumiex parametri ewlenin skont il-parti B tal-Anness II, skont l-okkorrenza tagħhom fl-ilma mhux ittrattat.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tal-ilma jwettqu valutazzjoni tar-riskju tal-provvista b'konformità mal-Parti C tal-Anness II, li tipprevedi l-possibbiltà li tiġi aġġustata l-frekwenza tal-monitoraġġ għall-parametri individwali elenkati fil-Partijiet A, B u Ba tal-Anness I li mhumiex parametri ewlenin skont il-parti B tal-Anness II, skont l-okkorrenza tagħhom fl-ilma mhux ittrattat.
Emenda 88
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Għal dawk il-parametri, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tal-ilma jistgħu jiddevjaw mill-frekwenzi tal-kampjunar stipulati fil-Parti B tal-Anness II, f'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-Parti C tal-Anness II.
Għal dawk il-parametri, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tal-ilma jistgħu jiddevjaw mill-frekwenzi tal-kampjunar stipulati fil-Parti B tal-Anness II, f'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-Parti C tal-Anness II, u abbażi tal-okkorrenza tagħhom fl-ilma mhux ittrattat u l-mekkaniżmu ta' trattament.
Emenda 89
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 3
Għal dak l-għan, il-fornituri tal-ilma għandhom ikunu meħtieġa jqisu r-riżultati tal-valutazzjoni tal-perikli mwettqa skont l-Artikolu 8 ta' din id-Direttiva u r-riżultati tal-monitoraġġ imwettaq skont l-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2000/60/KE.
Għal dak l-għan, il-fornituri tal-ilma għandhom iqisu r-riżultati tal-valutazzjoni tal-perikli mwettqa skont l-Artikolu 8 ta' din id-Direttiva u r-riżultati tal-monitoraġġ imwettaq skont l-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2000/60/KE.
Emenda 90
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-fornituri tal-ilma żgħar ħafna mill-paragrafu 1, dment li l-awtorità kompetenti jkollha għarfien dokumentat minn qabel u aġġornat tal-parametri rilevanti u tqis li ma jkun hemm l-ebda riskju għas-saħħa tal-bniedem b'riżultat ta' tali eżenzjonijiet, u mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-awtorità skont l-Artikolu 4.
L-eżenzjoni għandha tiġi rieżaminata mill-awtorità kompetenti kull tliet snin jew meta jiġi identifikat kwalunkwe periklu ġdid ta' tniġġis fil-baċir idrografiku, u aġġornata fejn meħtieġ.
Emenda 91
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 2
2.  Il-valutazzjonijiet tar-riskju tal-provvista għandhom jiġu approvati mill-awtoritajiet kompetenti.
2.  Il-valutazzjonijiet tar-riskju tal-provvista għandhom ikunu r-responsabbiltà tal-fornituri tal-ilma li għandhom jiżguraw li jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għal dan il-għan, il-fornituri tal-ilma jistgħu jitolbu l-appoġġ tal-awtoritajiet kompetenti.
L-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-awtoritajiet kompetenti japprovaw jew jimmonitorjaw il-valutazzjonijiet tar-riskju tal-provvista tal-fornituri tal-ilma.
Emenda 92
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Abbażi tar-riżultati tal-valutazzjonijiet tar-riskju tal-provvista mwettqa skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tal-ilma jistabbilixxu pjan tas-sikurezza tal-ilma adattat għar-riskji identifikati u proporzjonat għad-daqs tal-fornitur tal-ilma. Pereżempju, dak il-pjan tas-sikurezza tal-ilma jista' jirrigwarda l-użu ta' materjali li jiġu f'kuntatt mal-ilma, il-prodotti ta' trattament tal-ilma, ir-riskji possibbli li jirriżultaw minn pajpijiet li jnixxu, jew miżuri ta' adattament għall-isfidi attwali u dawk futuri, bħat-tibdil fil-klima, u għandu jiġi definit f'aktar dettall mill-Istati Membri.
Emenda 93
Proposta għal direttiva
Artikolu 10 – titolu
Valutazzjoni tar-Riskju tad-Distribuzzjoni Domestika
Valutazzjoni, monitoraġġ u ġestjoni tar-Riskju tad-Distribuzzjoni Domestika
Emenda 94
Proposta għal direttiva
Artikolu 10 - paragrafu 1 - parti introduttorja
1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li titwettaq valutazzjoni tar-riskju tad-distribuzzjoni domestika, li għandha tinkludi l-elementi li ġejjin:
1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li titwettaq valutazzjoni tar-riskju tad-distribuzzjoni domestika fil-postijiet ta' prijorità, li għandha tinkludi l-elementi li ġejjin:
Emenda 95
Proposta għal direttiva
Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt a
(a)  valutazzjoni tar-riskji potenzjali assoċjati mas-sistemi ta' distribuzzjoni domestika, u mal-prodotti u l-materjali relatati, fejn jiġi indikat jekk dawn jaffettwawx il-kwalità tal-ilma fil-punt fejn joħroġ mill-viti li normalment jintużaw għall-konsum mill-bniedem, b'mod partikolari fejn l-ilma jiġi fornut lill-pubbliku f'postijiet ta' prijorità;
(a)  valutazzjoni tar-riskji potenzjali assoċjati mas-sistemi ta' distribuzzjoni domestika, u mal-prodotti u l-materjali relatati, fejn jiġi indikat jekk dawn jaffettwawx il-kwalità tal-ilma fil-punt fejn joħroġ mill-viti li normalment jintuża għall-konsum mill-bniedem;
Emenda 96
Proposta għal direttiva
Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt b – subparagrafu 1
(b)  monitoraġġ regolari tal-parametri elenkati fil-Parti C tal-Anness I, f'postijiet fejn il-periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem huwa meqjusa bħala tal-ogħla livell. Il-parametri rilevanti u l-postijiet għall-monitoraġġ għandhom jintgħażlu fuq il-bażi tal-valutazzjoni mwettqa skont il-punt (a).
(b)  monitoraġġ regolari tal-parametri elenkati fil-Parti C tal-Anness I, f'postijiet ta' prijorità fejn ikunu ġew identifikati riskji speċifiċi għa-kwalità tal-ilma matul il-valutazzjoni mwettqa skont il-punt (a).
Emenda 97
Proposta għal direttiva
Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt b – subparagrafu 2
Rigward il-monitoraġġ regolari msemmi fl-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu strateġija ta' monitoraġġ li tiffoka fuq il-postijiet ta' prijorità;
Rigward il-monitoraġġ regolari l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-aċċess għall-installazzjonijiet fil-postijiet ta' prijorità għall-finijiet ta' teħid ta' kampjuni u jistgħu jistabbilixxu strateġija ta' monitoraġġ, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda l-Legionella pneumophila;
Emenda 98
Proposta għal direttiva
Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt c
(c)  verifika rigward jekk il-prestazzjoni ta' prodotti għall-bini li jiġu f'kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem hijiex xierqa b'rabta mal-karatteristiċi essenzjali relatati mar-rekwiżit bażiku għax-xogħlijiet tal-bini speċifikat fil-punt 3(e) tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 305/2011.
(c)  verifika rigward jekk il-prestazzjoni ta' prodotti u materjali li jiġu f'kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem hijiex xierqa b'rabta mal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.
Emenda 99
Proposta għal direttiva
Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca)  verifika rigward jekk il-materjali użati humiex adatti li jiġu f'kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem u jekk ir-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 11 humiex issodisfati.
Emenda 100
Proposta għal direttiva
Artikolu 10 – paragrafu 2
2.  Meta l-Istati Membri jikkunsidraw, abbażi tal-evalwazzjoni mwettqa skont il-paragrafu 1(a), li hemm riskju għas-saħħa tal-bniedem li tirriżulta mis-sistemi ta' distribuzzjoni domestika jew mill-prodotti u l-materjali relatati, jew meta l-monitoraġġ imwettaq skont il-paragrafu 1(b) juri li l-valuri parametriċi stabbiliti fil-Parti C tal-Anness I ma jkunux ġew issodisfati, l-Istati Membri għandhom:
2.  Meta l-Istati Membri jikkunsidraw, abbażi tal-evalwazzjoni mwettqa skont il-paragrafu 1(a), li hemm riskju għas-saħħa tal-bniedem li tirriżulta mis-sistemi ta' distribuzzjoni domestika f'postijiet ta' prijorità jew mill-prodotti u l-materjali relatati, jew meta l-monitoraġġ imwettaq skont il-paragrafu 1(b) juri li l-valuri parametriċi stabbiliti fil-Parti C tal-Anness I ma jkunux ġew issodisfati, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu miżuri xierqa sabiex jiġi eliminat jew jitnaqqas ir-riskju ta' nonkonformità mal-valuri parametriċi stabbiliti fil-Parti C tal-Anness I.
(a)  jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiġi eliminat jew jitnaqqas ir-riskju ta' nuqqas ta' konformità mal-valuri parametriċi stipulati fil-Parti C tal-Anness I;
(b)  jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-migrazzjoni ta' sustanzi jew ta' sustanzi kimiċi minn prodotti għall-bini użati fit-tħejjija jew fid-distribuzzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem ma tkunx ta' periklu għas-saħħa tal-bniedem, la direttament u lanqas indirettament;
(c)  jieħdu miżuri oħra, bħal metodi xierqa ta' kondizzjonament, f'kooperazzjoni mal-fornituri tal-ilma, biex jitbiddlu n-natura jew il-karatteristiċi tal-ilma qabel ma dan jiġi fornut sabiex jitnaqqas jew jiġi eliminat ir-riskju ta' nuqqas ta' konformità mal-valuri parametriċi wara l-provvista;
(d)  jinfurmaw b'mod debitu u jgħarrfu lill-konsumaturi dwar il-kundizzjonijiet tal-konsum u l-użu tal-ilma, u dwar azzjoni possibbli biex jiġi evitat li r-riskju jerġa' jseħħ;
(e)  jorganizzaw taħriġ għall-plamers u għal professjonisti oħra involuti fis-sistemi ta' distribuzzjoni domestika u fl-installazzjoni ta' prodotti għall-bini;
(f)  b'rabta mal-Legionella, jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ miżuri effettivi ta' kontroll u ġestjoni sabiex jiġu pprevjenuti u indirizzati okkorrenzi possibbli ta' tifqigħat ta' mard.
Emenda 101
Proposta għal direttiva
Artikolu 10 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Sabiex jitnaqqsu r-riskji assoċjati mad-distribuzzjoni domestika fis-sistemi ta' distribuzzjoni domestika kollha, l-Istati Membri għandhom:
(a)  iħeġġu lis-sidien tal-postijiet pubbliċi u privati jwettqu valutazzjoni tar-riskju tad-distribuzzjoni domestika;
(b)  jinfurmaw lill-konsumaturi u lis-sidien tal-postijiet pubbliċi u privati dwar il-miżuri li għandhom l-għan li jeliminaw jew inaqqsu r-riskju tan-nuqqas ta' konformità mal-istandards tal-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem minħabba s-sistema ta' distribuzzjoni domestika;
(c)  jinfurmaw b'mod debitu u jgħarrfu lill-konsumaturi dwar il-kundizzjonijiet tal-konsum u l-użu tal-ilma, u dwar azzjoni possibbli biex jiġi evitat li r-riskju jerġa' jseħħ;
(d)  jippromwovu taħriġ għall-plamers u għal professjonisti oħra involuti fis-sistemi ta' distribuzzjoni domestika u fl-installazzjoni ta' materjali u prodotti għall-bini f'kuntatt mal-ilma; u
(e)  f'dak li jirrigwarda l-Legionella, b'mod partikolari l-Legionella pneumophila, għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ miżuri ta' kontroll u ġestjoni effettivi u proporzjonati għar-riskju sabiex jiġu evitati u indirizzati okkorrenzi possibbli ta' tifqigħat tal-marda.
Emenda 102
Proposta għal direttiva
Artikolu 10a (ġdid)
Artikolu 10a
Rekwiżiti minimi tal-iġjene għall-prodotti, is-sustanzi u l-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem
1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li s-sustanzi u l-materjali użati għall-manifattura tal-prodotti ġodda kollha li jiġu f'kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, li jitqiegħdu fis-suq u jintużaw għall-astrazzjoni, it-trattament jew id-distribuzzjoni, jew l-impuritajiet assoċjati ma' tali sustanzi:
(a)  ma jnaqqsux direttament jew indirettament il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem kif previst f'din id-Direttiva;
(b)  ma jaffettwawx ir-riħa jew it-togħma tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem;
(c)  ma jkunux preżenti fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem f'konċentrazzjoni ogħla mil-livell meħtieġ biex jintlaħaq l-iskop li għalih ikunu qed jintużaw; u
(d)  ma jiffavorixxux l-iżvilupp mikrobijoloġiku.
2.   Għall-finijiet li tiġi żgurata l-applikazzjoni armonizzata tal-paragrafu 1, sa ... [tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 19 sabiex tissupplementa din id-Direttiva billi tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi tal-iġjene u l-lista ta' sustanzi użati għall-produzzjoni tal-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, u jkunu approvati fl-Unjoni, inklużi limiti speċifiċi ta' migrazzjoni u kundizzjonijiet speċjali tal-użu kull fejn ikun applikabbli. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi u taġġorna b'mod regolari l-lista f'konformità mal-aħħar żviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi.
3.  Sabiex jappoġġa lill-Kummissjoni fl-adozzjoni u l-emendar tal-atti delegati skont il-paragrafu 2, għandu jitwaqqaf kumitat permanenti li jkun magħmul minn rappreżentati maħtura mill-Istati Membri li jistgħu jitolbu l-għajnuna ta' esperti jew konsulenti.
4.  Il-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem li huma koperti minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, bħar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, għandhom jikkonformaw mal-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.
______________
1a Ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5).
Emenda 103
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jsiru kontrolli regolari tal-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, biex jaraw li l-ilma disponibbli għall-konsumaturi jissodisfa r-rekwiżiti ta' din id-Direttiva u partikolarment il-valuri parametriċi dikjarati skont l-Artikolu 5. Għandhom jittieħdu kampjuni rappreżentattivi tal-kwalità tal-ilma kkunsmat matul is-sena. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li, fejn id-diżinfettazzjoni hi parti mill-preparazzjoni jew distribuzzjoni tal-ilma maħsub għal-konsum mill-bniedem, l-effiċjenza tad-diżinfettazzjoni hi verifikata, u li kwalunkwe tniġġis minn sustanzi prodotti mill-istess diżinfettazzjoni jinżamm baxx kemm jista' jkun mingħajr ma jikkomprometti d-disinfettazzjoni.
1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jsiru kontrolli regolari tal-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, biex jaraw li dan jissodisfa r-rekwiżiti ta' din id-Direttiva u partikolarment il-valuri parametriċi dikjarati skont l-Artikolu 5. Għandhom jittieħdu kampjuni rappreżentattivi tal-kwalità tal-ilma kkunsmat matul is-sena. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li, fejn id-diżinfettazzjoni hi parti mill-preparazzjoni jew distribuzzjoni tal-ilma maħsub għal-konsum mill-bniedem, l-effiċjenza tad-diżinfettazzjoni hi verifikata, u li kwalunkwe tniġġis minn sustanzi prodotti mill-istess diżinfettazzjoni jinżamm baxx kemm jista' jkun mingħajr ma jikkomprometti d-disinfettazzjoni.
Emenda 104
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 5a (ġdid)
5a.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni r-riżultati tal-monitoraġġ imwettaq b'konformità mal-monitoraġġ tal-parametri elenkati fil-Parti Ca tal-Anness I sa ... [tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], u minn hemm 'il quddiem darba fis-sena.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 19 sabiex temenda din id-Direttiva billi taġġorna s-sustanzi inklużi fil-lista ta' sorveljanza stipulata fil-Parti Ca tal-Anness I. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li żżid sustanzi meta jkun hemm riskju li tali sustanzi jkunu preżenti fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem u jkunu ta' riskju potenzjali għas-saħħa tal-bniedem, iżda li l-għarfien xjentifiku dwarhom ma jkunx wera riskju għas-saħħa tal-bniedem. Biex tagħmel dan il-Kummissjoni għandha tibbaża ruħha, b'mod partikolari, fuq ir-riċerka xjentifika tad-WHO. Iż-żieda ta' kwalunkwe sustanza ġdida għandha tkun debitament ġustifikata skont l-Artikolu 1 ta' din id-Direttiva.
Emenda 105
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 5b (ġdid)
5b.  Sa ... [sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 19 sabiex tissupplementa din id-Direttiva billi tadotta metodoloġija għall-kejl tal-mikroplastiċi elenkati fil-lista ta' sorveljanza stabbilita fil-Parti Ca tal-Anness I.
Emenda 106
Proposta għal direttiva
Artikolu 12 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull kaz li fih ma jintlaħqux il-valuri parametriċi stabbiliti skont l-Artikolu 5 ikun investigat mill-ewwel ħalli tiġi identifikata l-kawża.
1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull każ li fih ma jintlaħqux il-valuri parametriċi stabbiliti skont l-Artikolu 5 fil-punt ta' konformità msemmi fl-Artikolu 6, ikun investigat mill-ewwel ħalli tiġi identifikata l-kawża.
Emenda 107
Proposta għal direttiva
Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
F'każ ta' nuqqas ta' konformità mal-valuri parametriċi stipulati fil-Parti C tal-Anness I, l-azzjoni korrettiva għandha tinkludi l-miżuri stipulati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 10(2).
F'każ ta' nuqqas ta' konformità mal-valuri parametriċi stipulati fil-Parti C tal-Anness I, l-azzjoni korrettiva għandha tinkludi l-miżuri stipulati fl-Artikolu 10(2a).
Emenda 108
Proposta għal direttiva
Artikolu 12 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
L-Istati Membri għandhom, b'mod awtomatiku, iqisu kwalunkwe nuqqas b'rabta mal-issodisfar tar-rekwiżiti minimi għall-valuri parametriċi stabbiliti fil-Partijiet A u B tal-Anness I bħala periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem.
L-Istati Membri għandhom, b'mod awtomatiku, iqisu kwalunkwe nuqqas b'rabta mal-issodisfar tar-rekwiżiti minimi għall-valuri parametriċi stabbiliti fil-Partijiet A u B tal-Anness I bħala periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem, ħlief jekk l-awtoritajiet kompetenti jqisu li n-nonkonformità mal-valur parametriku jkun wieħed trivjali.
Emenda 109
Proposta għal direttiva
Artikolu 12 - paragrafu 4 - parti introduttorja
4.  Fil-każijiet deskritti fil-paragrafi 2 u 3, l-Istati Membri għandhom, kemm jista' jkun malajr, jieħdu l-miżuri kollha li ġejjin:
4.  Fil-każijiet deskritti fil-paragrafi 2 u 3, meta n-nonkonformità mal-valuri parametriċi titqies bħala periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem, l-Istati Membri għandhom, kemm jista' jkun malajr, jieħdu l-miżuri kollha li ġejjin:
Emenda 110
Proposta għal direttiva
Artikolu 12 – paragrafu 4 – subparagrafu 1a (ġdid)
Il-miżuri msemmija fil-punti (a), (b) u (c) għandhom jittieħdu f'kooperazzjoni mal-fornitur tal-ilma kkonċernat.
Emenda 111
Proposta għal direttiva
Artikolu 12 – paragrafu 5
5.  L-awtoritajiet kompetenti jew korpi oħra relevanti għandhom jiddeċiedu x'azzjoni għandha tittieħed skont il-paragrafu 3, waqt li jżommu quddiem għajnejhom ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem li jinħolqu mit-twaqqif jew restrizzjoni fl-użu ta' ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.
5.  Meta jiġi stabbilit in-nuqqas ta' konformità fil-punt tal-konformità, l-awtoritajiet kompetenti jew korpi oħra relevanti għandhom jiddeċiedu x'azzjoni għandha tittieħed skont il-paragrafu 3, waqt li jżommu quddiem għajnejhom ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem li jinħolqu mit-twaqqif jew restrizzjoni fl-użu ta' ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.
Emenda 112
Proposta għal direttiva
Artikolu 12a (ġdid)
Artikolu 12a
Derogi
1.  L-Istati Membri jistgħu jipprevedu derogi mill-valuri parametriċi stabbiliti fil-Parti B tal-Anness I, jew skont l-Artikolu 5(2), sa valur massimu li jiddeterminawh huma stess, dment li tali derogi ma jikkostitwixxux periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem u dment li l-provvista tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem fiż-żona kkonċernata ma tkunx tista' tinżamm b'mezzi raġonevoli oħra. Tali derogi għandhom ikunu limitati għall-każijiet li ġejjin:
(a)  żona ta' provvista tal-ilma ġdida;
(b)  sors ġdid ta' tniġġis identifikat f'żona tal-provvista tal-ilma jew parametri li jkunu għadhom kemm ġew imfittxija jew identifikati.
Id-derogi għandhom ikunu limitati għall-iqsar żmien possibbli u ma għandhomx ikunu itwal minn tliet snin, u meta dan iż-żmien joqrob lejn tmiemu, l-Istati Membri għandhom iwettqu rieżami biex jiġi ddeterminat jekk sarx progress suffiċjenti.
F'ċirkostanzi eċċezzjonali, Stat Membru jista' jagħti t-tieni deroga fir-rigward tal-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu. Meta Stat Membru jkollu l-ħsieb li jagħti t-tieni deroga, dan għandu jikkomunika r-rieżami, flimkien mar-raġunijiet li wassluh għad-deċiżjoni dwar it-tieni deroga, lill-Kummissjoni. Din it-tieni deroga m'għandhiex tkun itwal minn tliet snin.
2.  Kwalunkwe deroga mogħtija skont il-paragrafu 1 għandha tispeċifika dan li ġej:
(a)  ir-raġunijiet għad-deroga;
(b)  il-parametru kkonċernat, ir-riżultati rilevanti ta' kontrolli li jkunu saru, u l-valur massimu permissibbli skont id-deroga;
(c)  iż-żona ġeografika, il-kwantità ta' ilma pprovdut kuljum, il-popolazzjoni kkonċernata u jekk tkunx se tiġi affettwata xi impriża rilevanti li tipproduċi l-ikel;
(d)  skema xierqa ta' monitoraġġ, b'żieda fil-frekwenza ta' monitoraġġ fejn meħtieġ;
(e)  pjan fil-qosor tal-azzjoni korrettiva meħtieġa, inkluża skeda tax-xogħol u stima tal-ispejjeż u dispożizzjonijet għal reviżjoni; u
(f)  it-tul taż-żmien meħtieġ tad-deroga.
3.  Jekk l-awtoritajiet kompetenti jħossu li n-nuqqas ta' konformità mal-valur parametriku jkun wieħed trivjali, u jekk azzjoni korrettiva meħuda skont l-Artikolu 12(2) tkun biżżejjed biex tirrimedja l-problema fi żmien massimu ta' tletin jum, ir-rekwiżiti tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jistgħu ma jiġux speċifikari fid-deroga.
F'dak il-każ, l-awtoritajiet kompetenti jew korpi oħra rilevanti għandhom jistabbilixxu biss fid-deroga l-valur massimu permissibli għall-parametru kkonċernat u ż-żmien allokat għar-rimedju tal-problema.
4.  Wieħed ma għandux aktar jirrikorri għall-paragrafu 3 jekk ikun ġie nnutat nuqqas ta' konformità ma' valur parametriku wieħed għal provvista partikolari ta' ilma li tkun seħħet f'aktar minn 30 jum fit-12-il xahar ta' qabel.
5.  Kull Stat Membru li jkun irrikorra għad-derogi previsti f'dan l-Artikolu għandu jiżgura li l-popolazzjoni affettwata minn din id-deroga tkun informata fil-pront u kif xieraq dwar id-deroga u dwar il-kundizzjonijiet li jirregolawha. Barra minn hekk, l-Istat Membru għandu, fejn meħtieġ, jiżgura li jingħata parir lil gruppi partikolari tal-popolazzjoni li għalihom id-deroga tista' tippreżenta riskju speċjali.
Dawn l-obbligi msemmija fl-ewwel subparagrafu m'għandhomx japplikaw fiċ-ċirkostanzi deskritti fil-paragrafu 3 sakemm l-awtoritajiet kompetenti ma jiddeċidux mod ieħor.
6.  Ħlief għal derogi mogħtija skont il-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni fi żmien xahrejn bi kwalunkwe deroga li tirrigwarda provvista tal-ilma individwali b'medja ta' aktar minn 1000 m3 kuljum jew li sservi aktar minn 5 000 persuna, inkluż it-tagħrif speċifikat fil-paragrafu 2.
7.  Dan l-Artikolu m'għandux japplika għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem li jiġi offrut għall-bejgħ fi fliexken jew kontenituri.
Emendi 113, 165, 191, 208, 166, 192, 169, 195, 170, 196, 197, 220
Proposta għal direttiva
Artikolu 13 – paragrafu 1
1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9 tad-Direttiva 2000/60/KE, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex itejbu l-aċċess ta' kulħadd għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, u biex jippromwovu l-użu tiegħu fit-territorju tagħhom. Dan għandu jinkludi l-miżuri kollha li ġejjin:
1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9 tad-Direttiva 2000/60/KE u għall-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, l-Istati Membri għandhom, filwaqt li jqisu l-perspettivi u ċ-ċirkostanzi lokali u reġjonali għad-distribuzzjoni tal-ilma, jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex itejbu l-aċċess universali għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, u biex jippromwovu l-użu tiegħu fit-territorju tagħhom.
(a)  l-identifikazzjoni ta' persuni mingħajr aċċess għal ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem u r-raġunijiet għan-nuqqas ta' aċċess (pereżempju minħabba appartenenza għal gruppi vulnerabbli u emarġinati), l-evalwazzjoni tal-possibbiltajiet għat-titjib tal-aċċess għal dawk in-nies u li dawn jiġu infurmati dwar il-possibiltajiet li jiġu konnessi ma' netwerk ta' distribuzzjoni, jew dwar mezzi alternattivi biex ikollhom aċċess għal ilma ta' dan it-tip;
(a)  l-identifikazzjoni tal-persuni mingħajr aċċess, jew b'aċċess limitat, għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, inklużi l-gruppi vulnerabbli u emarġinati, u r-raġunijiet għan-nuqqas ta' aċċess, il-valutazzjoni tal-possibbiltajiet u t-teħid ta' azzjonijiet għat-titjib tal-aċċess għal dawk in-nies u li dawn jiġu infurmati dwar il-possibbiltajiet li jiġu konnessi man-netwerk ta' distribuzzjoni, jew dwar mezzi alternattivi biex ikollhom aċċess għal ilma ta' dan it-tip;
(aa)   l-iżgurar tal-provvista pubblika tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem;
(b)   l-installazzjoni u ż-żamma fuq barra u fuq ġewwa ta' tagħmir għal aċċess ħieles għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem fi spazji pubbliċi;
(b)  l-installazzjoni u ż-żamma fuq barra u fuq ġewwa ta' tagħmir, inklużi punti ta' riforniment, għal aċċess ħieles għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem fl-ispazji pubbliċi, b'mod partikolari fiż-żoni li minnhom jgħaddu ħafna nies; fejn ikun teknikament fattibbli, dan għandu jsir b'mod li jkun proporzjonat mal-ħtieġa ta' tali miżuri u b'kont meħud tal-kundizzjonijiet lokali speċifiċi, bħall-klima u l-ġeografija;
(c)  il-promozzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem permezz ta' dawn li ġejjin:
(c)  il-promozzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem permezz ta' dawn li ġejjin:
(i)  it-tnedija ta' kampanji biex iċ-ċittadini jiġu infurmati dwar il-kwalità ta' dan l-ilma;
(i)  il-varar ta' kampanji biex iċ-ċittadini jiġu infurmati dwar il-kwalità tajba tal-ilma tal-vit u biex titqajjem kuxjenza dwar l-eqreb punt ta' riforniment maħsub apposta;
(ia)  it-tnedija ta' kampanji biex il-pubbliku ġenerali jitħeġġeġ iġorr fliexken tal-ilma li jistgħu jerġgħu jintużaw u tnedija ta' inizjattivi ta' sensibilizzazzjoni dwar il-punti ta' riforniment;
(ii)  it-tħeġġiġ tal-forniment ta' dan l-ilma f'amministrazzjonijiet u f'binjiet pubbliċi;
(ii)  l-iżgurar tal-forniment bla ħlas ta' dan l-ilma f'amministrazzjonijiet u f'binjiet pubbliċi, kif ukoll l-iskoraġġiment tal-użu tal-ilma f'kontenituri jew fi fliexken tal-plastik li jintużaw darba biss f'tali amministrazzjonijiet u binjiet;
(iii)  it-tħeġġiġ tal-għoti b'xejn ta' ilma ta' dan it-tip f'ristoranti, f'kantins u f'servizzi ta' catering.
(iii)  it-tħeġġiġ tal-għoti ta' ilma ta' dan it-tip b'xejn jew b'tariffa baxxa għas-servizz, għall-klijenti f'ristoranti, f'kantins u f'servizzi ta' catering.
Emenda 114
Proposta għal direttiva
Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
Fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura skont il-paragrafu 1(a), l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw l-aċċess minn gruppi vulnerabbli u emarġinati għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.
Fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura skont il-paragrafu 1(a), l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri li jqisu meħtieġa u xierqa biex jiżguraw l-aċċess minn gruppi vulnerabbli u emarġinati għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.
Emendi 173, 199 u 209
Proposta għal direttiva
Artikolu 13 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.   Meta l-obbligi skont dan l-Artikolu jkunu jinkombu fuq l-awtoritajiet pubbliċi lokali skont id-dritt nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn l-awtoritajiet ikollhom il-mezzi u r-riżorsi biex jiżguraw l-aċċess għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem u li kwalunkwe miżura f'dak ir-rigward tkun proporzjonata mal-kapaċitajiet u d-daqs tan-netwerk ta' distribuzzjoni kkonċernat.
Emendi 174, 200 u 210
Proposta għal direttiva
Artikolu 13 – paragrafu 2b (ġdid)
2b.   B'kunsiderazzjoni tad-data miġbura skont id-dispożizzjonijiet stipulati fil-punt (a) tal-Artikolu15(1), il-Kummissjoni għandha tikkollabora mal-Istati Membri u mal-Bank Ewropew tal-Investiment biex tappoġġa lil dawk il-muniċipalitajiet fl-Unjoni li m'għandhomx il-kapital meħtieġ, sabiex dawn ikunu jistgħu jaċċessaw għajnuna teknika, finanzjament tal-Unjoni disponibbli u self fuq terminu twil b'rata tal-imgħax preferenzjarja, b'mod partikolari bl-għan li tinżamm u tiġġedded l-infrastruttura tal-ilma sabiex jiġi żgurat il-forniment ta' ilma ta' kwalità għolja, u biex is-servizzi tal-ilma u tas-sanità jiġu estiżi għall-gruppi tal-popolazzjoni vulnerabbli u marġinalizzati.
Emenda 116
Proposta għal direttiva
Artikolu 14 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fuq l-internet ikun hemm disponibbli, għall-persuni kollha li lilhom jiġi pprovdut l-ilma, informazzjoni xierqa u aġġornata dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, f'konformità mal-Anness IV.
1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fuq l-internet, jew b'mezzi oħra faċili għall-utent, ikun hemm disponibbli, għall-persuni kollha li lilhom jiġi pprovdut l-ilma, informazzjoni xierqa, aġġornata u aċċessibbli dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, f’konformità mal-Anness IV, u f'konformità mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta.
Emenda 117
Proposta għal direttiva
Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni kollha li lilhom jiġi pprovdut l-ilma jirċievu, b'mod regolari u tal-anqas darba f'sena, fl-aktar forma xierqa (pereżempju fil-fattura tagħhom jew permezz ta' applikazzjonijiet intelliġenti) u mingħajr ma jkollhom għalfejn jitolbuha, l-informazzjoni li ġejja:
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni kollha li lilhom jiġi pprovdut l-ilma jirċievu, b'mod regolari u tal-anqas darba f'sena, fl-aktar forma xierqa u faċilment aċċessibbli (pereżempju fil-fattura tagħhom jew permezz ta' applikazzjonijiet intelliġenti) skont kif jiġi ddeterminat mill-awtoritajiet kompetenti, l-informazzjoni li ġejja:
Emenda 118
Proposta għal direttiva
Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt a – parti introduttorja
(a)  informazzjoni dwar l-istruttura tal-ispejjeż tat-tariffa għal kull metru kubu ta' ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, inklużi l-ispejjeż fissi u dawk varjabbli, li tippreżenta tal-inqas l-ispejjeż relatati mal-elementi li ġejjin:
(a)  liema spejjeż jiġu rkuprati permezz ta' sistema tariffarja, informazzjoni dwar it-tariffa imposta għal kull metru kubu ta' ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, inkluża d-distribuzzjoni tal-ispejjeż fissi u dawk varjabbli;
Emenda 119
Proposta għal direttiva
Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt a – punt i
(i)  il-miżuri meħuda mill-fornituri tal-ilma għall-valutazzjoni tal-perikli skont l-Artikolu 8(5);
imħassar
Emenda 120
Proposta għal direttiva
Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt a – punt ii
(ii)  it-trattament u d-distribuzzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem;
imħassar
Emenda 121
Proposta għal direttiva
Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt a – punt iii
(iii)  il-ġbir u t-trattament tal-ilma mormi;
imħassar
Emenda 122
Proposta għal direttiva
Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt a – punt iv
(iv)  il-miżuri meħuda skont l-Artikolu 13, f'każ li l-fornituri tal-ilma jkunu ħadu miżuri ta' dak it-tip;
imħassar
Emenda 123
Proposta għal direttiva
Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa)  informazzjoni dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, inklużi l-parametri indikaturi;
Emenda 124
Proposta għal direttiva
Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b
(b)  il-prezz għal kull litru u metru kubu ta' ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem fornut;
(b)  meta l-ispejjeż jiġu rkuprati permezz ta' sistema tariffarja, il-prezz tal-provvista ta' ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem għal kull metru kubu, u l-prezz fatturat għal kull litru; meta l-ispejjeż ma jiġux irkuprati permezz ta' sistema tariffarja, l-ispejjeż annwali totali mġarrba mis-sistema tal-ilma biex tiġi żgurata l-konformità ma' din id-Direttiva, akkumpanjati minn informazzjoni kuntestwali u rilevanti dwar kif l-ilma maħsub għall-konum mill-bniedem ikun qed jiġi pprovdut liż-żona;
Emenda 125
Proposta għal direttiva
Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba)   it-trattament u d-distribuzzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem;
Emenda 126
Proposta għal direttiva
Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt c
(c)  il-volum ikkunsmat mill-unità domestika, mill-inqas kull sena jew għal kull perjodu tal-kont, flimkien max-xejriet ta' konsum annwali;
(c)  il-volum ikkunsmat mill-unità domestika, mill-inqas kull sena jew għal kull perjodu tal-kont, flimkien max-xejriet annwali ta' konsum tal-unitajiet domestiċi, jekk dan ikun teknikament fattibbli u biss jew din l-informazzjoni tkun disponibbli għall-fornitur tal-ilma;
Emenda 127
Proposta għal direttiva
Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt d
(d)  tqabbil tal-konsum annwali ta' ilma mill-unità domestika, b'konsum medju għal unità domestika tal-istess kategorija;
(d)  tqabbil tal-konsum annwali ta' ilma mill-unità domestika, b'konsum medju għal unità domestika, meta applikabbli skont il-punt (c);
Emenda 128
Proposta għal direttiva
Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw il-format tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont l-ewwel subparagrafu, kif ukoll il-modalitajiet għall-preżentazzjoni tagħha. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 20(2).
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu diviżjoni ċara tar-responsabbiltajiet fir-rigward tal-għoti tal-informazzjoni skont l-ewwel subparagrafu bejn il-fornituri tal-ilma, il-partijiet ikkonċernati u l-korpi lokali kompetenti. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 19 li jissupplementaw din id-Direttiva billi jispeċifikaw il-format tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont l-ewwel subparagrafu, kif ukoll il-modalitajiet għall-preżentazzjoni tagħha.
Emenda 129
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt d
(d)  jistabbilixxu, u jaġġornaw kull sena minn hemm 'il quddiem, sett ta' dejta li jkun fih informazzjoni dwar inċidenti relatati mal-ilma tax-xorb li kkawżaw periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem, irrispettivament minn jekk ikunx seħħ jew le xi nuqqas fl-ilħiq tal-valuri parametriċi, li jkun dam għal aktar minn 10 ijiem konsekuttivi u li jkun affettwa mill-inqas 1 000 persuna, inklużi l-kawżi ta' dawk l-inċidenti u l-azzjonijiet korrettivi meħuda skont l-Artikolu 12.
(d)  jistabbilixxu, u jaġġornaw kull sena minn hemm 'il quddiem, sett ta' dejta li jkun fih informazzjoni dwar inċidenti relatati mal-ilma tax-xorb li kkawżaw riskju potenzjali għas-saħħa tal-bniedem, irrispettivament minn jekk ikunx seħħ jew le xi nuqqas fl-ilħiq tal-valuri parametriċi, li jkun dam għal aktar minn 10 ijiem konsekuttivi u li jkun affettwa mill-inqas 1 000 persuna, inklużi l-kawżi ta' dawk l-inċidenti u l-azzjonijiet korrettivi meħuda skont l-Artikolu 12.
Emenda 130
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
4.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw il-format tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont il-paragrafi 1 u 3, inklużi rekwiżiti dettaljati dwar l-indikaturi, il-mapep li joffru ħarsa ġenerali u li jkopru l-Unjoni kollha u r-rapporti ġenerali tal-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 3, kif ukoll il-modalitajiet għall-preżentazzjoni ta' din l-informazzjoni.
4.  Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 19 li jissupplementaw din id-Direttiva billi jispeċifikaw il-format tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont il-paragrafi 1 u 3, inklużi rekwiżiti dettaljati dwar l-indikaturi, il-mapep li joffru ħarsa ġenerali u li jkopru l-Unjoni kollha u r-rapporti ġenerali tal-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 3, kif ukoll il-modalitajiet għall-preżentazzjoni ta' din l-informazzjoni.
Emenda 131
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
L-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 20(2).
imħassar
Emenda 132
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 – paragrafu 2 – punt b
(b)  id-dispożizzjonijiet relatati mal-aċċess għall-ilma stabbiliti fl-Artikolu 13;
(b)  id-dispożizzjonijiet relatati mal-aċċess għall-ilma stabbiliti fl-Artikolu 13 u s-sehem tal-popolazzjoni mingħajr aċċess għall-ilma;
Emenda 133
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 – paragrafu 2 – punt c
(c)  id-dispożizzjonijiet dwar l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-pubbliku skont l-Artikolu 14 u l-Anness IV.
(c)  id-dispożizzjonijiet dwar l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-pubbliku skont l-Artikolu 14 u l-Anness IV, inkluża ħarsa ġenerali fil-livell tal-Unjoni tal-informazzjoni elenkata fil-punt 7 tal-Anness IV, li tkun faċli għall-utent.
Emenda 134
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.   Il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard minn ... [ħames snin mill-iskadenza finali għat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva] — u aktar tard meta jkun xieraq — tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-theddida potenzjali li l-mikroplastiċi, il-prodotti medċinali u, jekk ikun meħtieġ, sustanzi niġġiesa oħra emerġenti jippreżentaw għas-sorsi tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem kif ukoll dwar ir-riskji potenzjali għas-saħħa relatati. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li li tadotta, jekk ikun meħtieġ, atti delegati skont l-Artikolu 19 sabiex tissupplementa din id-Direttiva billi tistabbilixxi l-livelli massimi għall-mikroplastiċi, il-prodotti mediċinali u sustanzi niġġiesa oħra emerġenti fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.
Emenda 135
Proposta għal direttiva
Artikolu 18 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.   Sa ... [ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid jekk l-Artikolu 10a wassalx għal livell suffiċjenti ta' armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' iġjene fir-rigward tal-materjali u l-prodotti li jiġu f'kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem u, jekk ikun meħtieġ, tieħu aktar miżuri ulterjuri xierqa.
Emenda 136
Proposta għal direttiva
Artikolu 23 – paragrafu 2
2.  Id-derogi mogħtija mill-Istati Membri skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 98/83/KE li jkunu għadhom japplikaw sa [l-iskadenza għat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva] għandhom jibqgħu applikabbli sa tmiem id-durata tagħhom. Dawn ma jistax jiġġeddu aktar.
2.  Id-derogi mogħtija mill-Istati Membri skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 98/83/KE li jkunu għadhom japplikaw sa [l-iskadenza għat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva] għandhom jibqgħu applikabbli sa tmiem id-durata tagħhom.
Emenda 179
Proposta għal direttiva
Anness I – parti A – tabella

Test propost mill-Kummissjoni

Parametru

Valur parametriku

Unità

Spori tal-Clostridium perfringens

0

Numru/100 ml

Batterji Koliformi

0

Numru/100 ml

Enterokokki

0

Numru/100 ml

Escherichia coli (E.coli)

0

Numru/100 ml

L-għadd tal-kolonji Eterotrofiċi (HPC) 22°

L-ebda bidla mhux normali

 

Kolifaġi somatiċi

0

Numru/100 ml

Turbidità

< 1

UTN

Emenda

Parametru

Valur parametriku

Parametru

Spori tal-Clostridium perfringens

0

Numru/100 ml

Enterokokki

0

Numru/100 ml

Escherichia coli (E.coli)

0

Numru/100 ml

Kolifaġi somatiċi

0

Numru/100 ml

Nota

Il-parametri stabbiliti f'din il-Parti ma għandhomx japplikaw għall-ilmijiet minerali u min-nixxigħat b'konformità mad-Direttiva 2009/54/KE.

Emendi 138 u 180
Proposta għal direttiva
Anness I – parti B – tabella

Test propost mill-Kummissjoni

Parametri kimiċi

Parametru

Valur parametriku

Unità

Noti

Akrilammid

0,10

μg/l

Il-valur parametriku jirreferi għall-konċentrazzjoni tal-monomeru residwu fl-ilma kif ikkalkulata skont l-ispeċifikazzjonijiet tar-rilaxx massimu mill-polimeru korrispondenti li jiġi f'kuntatt mal-ilma.

Antimonju

5,0

μg/l

 

Arseniku

10

μg/l

 

Benżen

1,0

μg/l

 

Benżo(a)piren

0,010

μg/l

 

Beta-estradijol (50-28-2)

0,001

μg/l

 

Bisfenol A

0,01

μg/l

 

Boron

1,0

mg/l

 

Bromat

10

μg/l

 

Kadmju

5,0

μg/l

 

Klorat

0,25

mg/l

 

Klorit

0,25

mg/l

 

Kromju

25

μg/l

Il-valur għandu jintlaħaq mhux iktar tard minn [10 snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. Il-valur parametriku għall-kromju sa dik id-data hu ta' 50 μg/l.

Ram

2,0

mg/l

 

Ċjanur

50

μg/l

 

1,2-dikloroetan

3,0

μg/l

 

Epikloroidrin

0,10

μg/l

Il-valur parametriku jirreferi għall-konċentrazzjoni tal-monomeru residwu fl-ilma kif ikkalkulata skont l-ispeċifikazzjonijiet tar-rilaxx massimu mill-polimeru korrispondenti li jiġi f'kuntatt mal-ilma.

Fluworur

1,5

mg/l

 

Aċidi Aloaċetiċi (HAAs)

80

μg/l

L-għadd totali tad-disa' sustanzi rappreżentattivi li ġejjin: aċidu monokloroaċetiku, dikloroaċetiku, u trikloroaċetiku, aċidu monoaċetiku u aċidu dibromoaċetiku, aċidu bromodikloroaċetiku, aċidu dibromokloroaċetiku u aċidu tribromoaċetiku.

Ċomb

5

μg/l

Il-valur għandu jintlaħaq mhux iktar tard minn [10 snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. Il-valur parametriku għaċ-ċomb sa dik id-data hu ta' 10 μg/l.

Merkurju

1,0

μg/l

 

Mikroċistina-LR

10

μg/l

 

Nikil

20

μg/l

 

Nitrat

50

mg/l

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kondizzjoni [nitrat]/50 + [nitrit]/3 ≤ 1, fejn il-parenteżi kwadri jfissru l-konċentrazzjonijiet f'mg/l għan-nitrat (NO3) u n-nitrit (NO2), tiġi mħarsa, u li jkun hemm konformità mal-valur ta 0,10 mg/l għan-nitriti f'ilma li jkun ġie trattat.

Nitrit

0.50

mg/l

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kondizzjoni [nitrat]/50 + [nitrit]/3 ≤ 1, fejn il-parenteżi kwadri jfissru l-konċentrazzjonijiet f'mg/l għan-nitrat (NO3) u n-nitrit (NO2), tiġi mħarsa, u li jkun hemm konformità mal-valur ta 0,10 mg/l għan-nitriti f'ilma li jkun ġie trattat.

Nonilfenol

0,3

μg/l

 

Pestiċidi

0,10

μg/l

"Pestiċidi" tfisser:

 

 

 

insettiċidi organiċi,

 

 

 

erbiċidi organiċi,

 

 

 

fungiċidi organiċi,

 

 

 

nematoċidi organiċi,

 

 

 

akariċidi organiċi,

 

 

 

algiċidi organiċi,

 

 

 

rodentiċidi organiċi,

 

 

 

slimiċidi organiċi,

 

 

 

prodotti relatati (inter alia, regolaturi tat-tkabbir) u l-metaboliti relevanti tagħhom kif definiti fl-Artikolu 3(32) tar-Regolament (KE) Nru 1107/20091.

 

 

 

Il-valur parametriku japplika għal kull pestiċida individwali.

 

 

 

Fil-kaz tal-aldrin, tad-dieldrin, tal-ettakloru u tal-epossidu tal-ettakloru, il-valur parametriku huwa ta' 0,030 μg/l.

Pestiċidi — Total

0,50

μg/l

"Pestiċidi — Total" tfisser l-għadd totali tal-pestiċidi individwali kollha, kif definiti fir-ringiela preċedenti, misjuba u kwantifikati fil-proċedura ta' monitoraġġ.

PFAS

0,10

μg/l

"PFAS" tfisser kull sustanza per- u polifluworoalkilata individwali (formula kimika: CnF2n+1−R).

PFASs - Total

0,50

μg/l

"PFAS Totali" tfisser l-għadd totali tas-sustanzi per- u polifluworoalkilati individwali (formula kimika: CnF2n+1−R).

Idrokarburi aromatiċi poliċikliċi

0,10

μg/l

L-għadd totali tal-konċentrazzjonijiet tal-komposti kimiċi speċifikati li ġejjin: benżo(b)fluworanten, benżo(k)fluworanten, benżo(ghi)perilen, u indeno(1,2,3-cd)piren.

Selenju

10

μg/l

 

Tetrakloroeten u trikloroeten

10

μg/l

L-għadd totali tal-konċentrazzjonijiet tal-parametri speċifikati

Triħalometani — Total

100

μg/l

Fejn hu possibbli, mingħajr ma tkun kompromessa d-diżinfezzjoni, l-Istati Membri għandhom jippruvaw jilħqu valur aktar baxx.

 

 

 

L-għadd totali tal-konċentrazzjonijiet tal-komposti kimiċi speċifikati li ġejjin: kloroform, bromoform, dibromoklorometan, bromodiklorometan.

Uranju

30

μg/l

 

Klorur tal-vinil

0,50

μg/l

Il-valur parametriku jirreferi għall-konċentrazzjoni tal-monomeru residwu fl-ilma kif ikkalkulata skont l-ispeċifikazzjonijiet tar-rilaxx massimu mill-polimeru korrispondenti li jiġi f'kuntatt mal-ilma.

__________________

1.   Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309 24.11.2009, p. 1).

Emenda

Parametri kimiċi

Parametru

Valur parametriku

Unit

Noti

Akrilammid

0,10

μg/l

Il-valur parametriku jirreferi għall-konċentrazzjoni tal-monomeru residwu fl-ilma kif ikkalkulata skont l-ispeċifikazzjonijiet tar-rilaxx massimu mill-polimeru korrispondenti li jiġi f'kuntatt mal-ilma.

Antimonju

5,0

μg/l

 

Arseniku

10

μg/l

 

Benżen

1,0

μg/l

 

Benżo(a)piren

0,010

μg/l

 

Beta-estradijol (50-28-2)

0,001

μg/l

 

Bisfenol A

0,1

μg/l

 

Boron

1,5

mg/l

 

Bromat

10

μg/l

 

Kadmju

5,0

μg/l

 

Klorat

0,25

mg/l

 

Klorit

0,25

mg/l

 

Kromju

25

μg/l

Il-valur għandu jintlaħaq mhux iktar tard minn [10 snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. Il-valur parametriku għall-kromju sa dik id-data hu ta' 50 μg/l.

Ram

2,0

mg/l

 

Ċjanur

50

μg/l

 

1,2-dikloroetan

3,0

μg/l

 

Epikloroidrin

0,10

μg/l

Il-valur parametriku jirreferi għall-konċentrazzjoni tal-monomeru residwu fl-ilma kif ikkalkulata skont l-ispeċifikazzjonijiet tar-rilaxx massimu mill-polimeru korrispondenti li jiġi f'kuntatt mal-ilma.

Fluworur

1,5

mg/l

 

Aċidi Aloaċetiċi (HAAs)

80

μg/l

L-għadd totali tad-disa' sustanzi rappreżentattivi li ġejjin: aċidu monokloroaċetiku, dikloroaċetiku, u trikloroaċetiku, aċidu monoaċetiku u aċidu dibromoaċetiku, aċidu bromodikloroaċetiku, aċidu dibromokloroaċetiku u aċidu tribromoaċetiku.

Ċomb

5

μg/l

Il-valur għandu jintlaħaq mhux iktar tard minn [10 snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. Il-valur parametriku għaċ-ċomb sa dik id-data hu ta' 10 μg/l.

Merkurju

1,0

μg/l

 

Mikroċistina-LR

10

μg/l

 

Nikil

20

μg/l

 

Nitrat

50

mg/l

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kondizzjoni [nitrat]/50 + [nitrit]/3 ≤ 1, fejn il-parenteżi kwadri jfissru l-konċentrazzjonijiet f'mg/l għan-nitrat (NO3) u n-nitrit (NO2), tiġi mħarsa, u li jkun hemm konformità mal-valur ta 0,10 mg/l għan-nitriti f'ilma li jkun ġie trattat.

Nitrit

0.50

mg/l

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kondizzjoni [nitrat]/50 + [nitrit]/3 ≤ 1, fejn il-parenteżi kwadri jfissru l-konċentrazzjonijiet f'mg/l għan-nitrat (NO3) u n-nitrit (NO2), tiġi mħarsa, u li jkun hemm konformità mal-valur ta 0,10 mg/l għan-nitriti f'ilma li jkun ġie trattat.

Nonilfenol

0,3

μg/l

 

Pestiċidi

0,10

μg/l

"Pestiċidi" tfisser:

 

 

 

insettiċidi organiċi,

 

 

 

erbiċidi organiċi,

 

 

 

fungiċidi organiċi,

 

 

 

nematoċidi organiċi,

 

 

 

akariċidi organiċi,

 

 

 

algiċidi organiċi,

 

 

 

rodentiċidi organiċi,

 

 

 

slimiċidi organiċi,

 

 

 

prodotti relatati (inter alia, regolaturi tat-tkabbir) u l-metaboliti relevanti tagħhom kif definiti fl-Artikolu 3(32) tar-Regolament (KE) Nru 1107/20091.

 

 

 

Il-valur parametriku japplika għal kull pestiċida individwali.

 

 

 

Fil-kaz tal-aldrin, tad-dieldrin, tal-ettakloru u tal-epossidu tal-ettakloru, il-valur parametriku huwa ta' 0,030 μg/l.

Pestiċidi — Total

0,50

μg/l

"Pestiċidi — Total" tfisser l-għadd totali tal-pestiċidi individwali kollha, kif definiti fir-ringiela preċedenti, misjuba u kwantifikati fil-proċedura ta' monitoraġġ.

PFAS

0,10

μg/l

"PFAS" tfisser kull sustanza per- u polifluworoalkilata individwali (formula kimika: CnF2n+1−R).

Il-formula għandha tintroduċi wkoll divrenzjar bejn PFASs ta' "katina twila" u PFASs ta' "katina qasira". Din id-Direttiva għandha tapplika biss għal PFASs ta' "katina twila".

Dan il-valur parametriku għal sustanzi PFAS individwali għandu japplika biss għal dawk is-sustanzi PFAS, li x'aktarx ikunu preżenti u li huma ta' periklu għas-saħħa tal-bniedem, skont il-valutazzjoni tal-perikli msemmija fl-Artikolu 8 ta' din id-Direttiva.

PFASs - Totali

0,50

μg/l

"PFAS Totali" tfisser l-għadd totali tas-sustanzi per- u polifluworoalkilati individwali (formula kimika: CnF2n+1−R).

Dan il-valur parametriku għal PFASs Totali għandu japplika biss għal dawk is-sustanzi PFAS, li x'aktarx ikunu preżenti u li huma ta' periklu għas-saħħa tal-bniedem, skont il-valutazzjoni tal-perikli msemmija fl-Artikolu 8 ta' din id-Direttiva.

Idrokarburi aromatiċi poliċikliċi

0,10

μg/l

L-għadd totali tal-konċentrazzjonijiet tal-komposti kimiċi speċifikati li ġejjin: benżo(b)fluworanten, benżo(k)fluworanten, benżo(ghi)perilen, u indeno(1,2,3-cd)piren.

Selenju

10

μg/l

 

Tetrakloroeten u trikloroeten

10

μg/l

L-għadd totali tal-konċentrazzjonijiet tal-parametri speċifikati

Triħalometani — Total

100

μg/l

Fejn hu possibbli, mingħajr ma tkun kompromessa d-diżinfezzjoni, l-Istati Membri għandhom jippruvaw jilħqu valur aktar baxx.

 

 

 

L-għadd totali tal-konċentrazzjonijiet tal-komposti kimiċi speċifikati li ġejjin: kloroform, bromoform, dibromoklorometan, bromodiklorometan.

Uranju

30

μg/l

 

Klorur tal-vinil

0,50

μg/l

Il-valur parametriku jirreferi għall-konċentrazzjoni tal-monomeru residwu fl-ilma kif ikkalkulata skont l-ispeċifikazzjonijiet tar-rilaxx massimu mill-polimeru korrispondenti li jiġi f'kuntatt mal-ilma.

__________________

1.   Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309 24.11.2009, p. 1).

Emenda 139
Proposta għal direttiva
Anness I – parti Ba (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Parametri indikaturi

Parametru

Valur parametriku

Unità

Noti

Aluminju

200

μg/l

 

Ammonju

0,50

mg/l

 

Klorur

250

mg/l

Nota 1

Kulur

Aċċettabbli għall-konsumaturi u l-ebda bidla mhux normali

 

 

Konduttività

2 500

μS cm-1 f'20°C

Nota 1

Konċentrazzjoni ta' joni tal-idroġenu

≥ 6,5 u ≤ 9,5

unitajiet pH

Noti 1 u 3

Ħadid

200

μg/l

 

Manganiż

50

μg/l

 

Riħa

Aċċettabbli għall-konsumaturi u l-ebda bidla mhux normali

 

 

Sulfati

250

mg/l

Nota 1

Sodju

200

mg/l

 

Togħma

Aċċettabbli għall-konsumaturi u l-ebda bidla mhux normali

 

 

Kontenut ta' kolonji f'temperatura ta' 22°C

L-ebda bidla mhux normali

 

 

Batterji Koliformi

0

Numru/100 ml

 

Karbonju organiku totali (TOC)

L-ebda bidla mhux normali

 

 

Turbidità

Aċċettabbli għall-konsumaturi u l-ebda bidla mhux normali

 

 

Nota 1:

L-ilma ma jridx ikun qawwi.

Nota 2:

Dan il-parametru għandu jitkejjel biss jekk l-ilma jkun ġej minn ilma tal-wiċċ jew jekk ikun affettwat minnu. F'każ ta' nuqqas ta' konformità ma' dan il-valur parametriku, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinvestiga l-provvista biex jiżgura li ma hemm ebda periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem minħabba l-preżenza ta' mikroorganiżmi patoġeniċi, pereżempju l-cryptosporidium.

Nota 3:

Fil-każ tal-ilma bla gass fil-fliexken jew fil-kontenituri, il-valur minimu jista' jitnaqqas għal 4,5 unitajiet ta' pH.

Fil-każ tal-ilma fil-fliexken jew f'kontenituri li huwa arrikkit b'mod naturali jew artifiċjali bid-diossidu tal-karbonju, il-valur minimu jista' jkun aktar baxx.

Emenda 140
Proposta għal direttiva
Anness I – Parti C

Test propost mill-Kummissjoni

Parametri rilevanti għall-valutazzjoni tar-riskju tad-distribuzzjoni domestika

Parametru

Valur parametriku

Unità

Noti

Legionella

< 1 000

Numru/l

F'każ li ma jintlaħaqx il-valur parametriku <1 000/l għal-Legionella, għandu jerġa' jsir teħid ta' kampjuni għal-Legionella pneumophila. Jekk ma jkunx hemm preżenti l-Legionella pneumophila, il-valur parametriku għal-Legionella jkun <10 000/l.

Ċomb

5

μg/l

Il-valur għandu jintlaħaq mhux iktar tard minn ... [10 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]. Il-valur parametriku għaċ-ċomb sa dik id-data hu ta' 10 μg/l.

Emenda

Parametri rilevanti għall-valutazzjoni tar-riskju tad-distribuzzjoni domestika

Parametru

Valur parametriku

Unità

Noti

Legionella pneumophila

< 1 000

Numru/l

 

Legionella

< 10 000

Numru/l

Jekk ma jkunx hemm preżenti l-Legionella pneumophila, li l-valur parametriku tagħha huwa < 1 000/l, il-valur parametriku għal-Legionella għandu jkun <10 000/l.

Ċomb

5

μg/l

Il-valur għandu jintlaħaq mhux iktar tard minn ... [10 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]. Il-valur parametriku għaċ-ċomb sa dik id-data għandu jkun 10 μg/l.

Emenda 141
Proposta għal direttiva
Anness I – parti Ca (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Parametri emerġenti li qegħdin jiġu mmonitorjati

Mikroplastiċi

Il-monitoraġġ għandu jitwettaq skont il-metodoloġija għall-kejl tal-mikroplastiċi stabbilita fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 11(5b)

Emenda 142
Proposta għal direttiva
Anness III – parti B – punt 1 – paragrafu 1
Escherichia coli (E. coli), spori tal-Clostridium perfringens u kolifaġi somatiċi huma meqjusa bħala "parametri ewlenin" u jistgħu ma jkunux soġġetti għal valutazzjoni tar-riskju tal-provvista skont il-Parti C tal-Anness. Dawn għandhom dejjem ikunu mmonitorjati skont il-frekwenzi stabbiliti fit-Tabella 1 tal-punt 2.
Escherichia coli (E. coli) u enterokokki huma meqjusa bħala "parametri ewlenin" u jistgħu ma jkunux soġġetti għal valutazzjoni tar-riskju tal-provvista skont il-Parti C ta' dan l-Anness. Dawn għandhom dejjem ikunu mmonitorjati skont il-frekwenzi stabbiliti fit-Tabella 1 tal-punt 2.
Emenda 186
Proposta għal direttiva
Anness III – Parti B – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Il-frekwenza tal-kampjunar

Il-parametri kollha stabbiliti skont l-Artikolu 5 għandhom jiġu mmonitorjati tal-anqas skont il-frekwenzi stipulati fit-Tabella li ġejja, sakemm ma tiġix determinata frekwenza ta' kampjunar differenti fuq il-bażi ta' valutazzjoni tar-riskju tal-provvista mwettqa skont l-Artikolu 9 u l-Parti C ta' dan l-Anness:

Tabella 1

Il-frekwenza minima tal-kampjunar u l-analiżi għall-monitoraġġ tal-konformità

Volum (m3) ta' ilma mqassam jew prodott kull ġurnata f'żona ta' forniment

Għadd minimu ta' kampjuni kull

sena

≤ 100

> 100 ≤ 1 000

> 1 000 ≤ 10 000

>10 000 ≤ 100 000

>100 000

10a

10a

50b

365

365

a: Il-kampjuni kollha għandhom jittieħdu f'ħinijiet meta r-riskju li l-patoġeni enteriċi jgħaddu fl-ilma trattat ikun għoli.

b: f'ħinijiet meta r-riskju li l-patoġeni enteriċi jgħaddu fl-ilma trattat ikun għoli għandhom jittieħdu mill-inqas 10 kampjuni.

Nota 1: Żona ta' forniment hija żona ġeografika identifikata li tforni ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem minn sors wieħed jew aktar u li l-kwalità tal-ilma tagħha tista' titqies li hi bejn wieħed u ieħor l-istess.

Nota 2: Il-volumi huma kkalkulati bħala medji għal sena kalendarja. Jista' jintuża l-għadd ta' abitanti f'żona ta' forniment minflok il-volum ta' ilma biex tiġi ddeterminata l-frekwenza minima, meta wieħed jassumi l-konsum ta' ilma bħala 200 l/(ġurnata*capita).

Nota 3: L-Istati Membri li ddeċidew li jeżentaw fornimenti individwali skont l-Artikolu 3(2)(b) ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw dawn il-frekwenzi biss għaż-żoni ta' forniment li jqassmu bejn 10 u 100 m 3 kuljum.

Emenda

Il-frekwenza tal-kampjunar

Il-parametri kollha stabbiliti skont l-Artikolu 5 għandhom jiġu mmonitorjati tal-anqas skont il-frekwenzi stipulati fit-Tabella li ġejja, sakemm ma tiġix determinata frekwenza ta' kampjunar differenti fuq il-bażi ta' valutazzjoni tar-riskju tal-provvista mwettqa skont l-Artikolu 9 u l-Parti C ta' dan l-Anness:

Tabella 1

Il-frekwenza minima tal-kampjunar u l-analiżi għall-monitoraġġ tal-konformità

Volum ta' ilma mqassam jew prodott kull ġurnata f'żona ta' provvista

(Ara n-Noti 1 u 2) m3

Parametru ta' Grupp A (parametru mikrobijoloġiku) –

għadd ta' kampjuni kull sena

(Ara n-Nota 3)

Parametru ta' Grupp B (parametru kimiku) –

għadd ta' kampjuni kull sena

 

≤ 100

> 0

(Ara n-Nota 4)

> 0

(Ara n-Nota 4)

> 100

≤ 1000

4

1

> 1000

≤ 10000

4

+3

Għal kull 1000m3 kuljum, u parti minnu mill-volum totali

1

+1

Għal kull 1000m3 kuljum, u parti minnu mill-volum totali

> 10000

 

≤ 100000

3

+ 1

Għal kull 10000m3 kuljum, u

parti minnu mill-volum totali

> 100000

 

12

+ 1

Għal kull 25000 m3 kuljum, u parti minnu mill-volum totali

Nota 1: Żona ta' forniment hija żona ġeografika identifikata li tforni ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem minn sors wieħed jew aktar u li l-kwalità tal-ilma tagħha tista' titqies li hi bejn wieħed u ieħor l-istess.

Nota 2: Il-volumi huma kkalkulati bħala medji għal sena kalendarja. Jista' jintuża l-għadd ta' abitanti f'żona ta' forniment minflok il-volum ta' ilma biex tiġi ddeterminata l-frekwenza minima, meta wieħed jassumi l-konsum ta' ilma bħala 200 l/(ġurnata*capita).

Nota 3: Il-frekwenza indikata hija kkalkulata kif ġej: pereżempju 4300 m 3 /kuljum = 16-il kampjun (erba' għall-ewwel 1000 m3 /kuljum + 12 għat-3300m3 /kuljum addizzjonali).

Nota 4: L-Istati Membri li ddeċidew li jeżentaw fornimenti individwali skont l-Artikolu 3(2)(b) ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw dawn il-frekwenzi biss għaż-żoni ta' forniment li jqassmu bejn 10 u 100m 3 kuljum.

Emenda 144
Proposta għal direttiva
Anness II – parti D – punt 2a (ġdid)
2a.  il-kampjuni tal-Legionella f'sistemi ta' distribuzzjoni domestika għandhom jittieħdu f'punti ta' riskju għall-proliferazzjoni tal-Legionella pneumophila u/jew għall-esponiment għaliha. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu linji gwida għal metodi ta' teħid ta' kampjuni għal-Legionella;
Emenda 145
Proposta għal direttiva
Anness IIa (ġdid)
Rekwiżiti minimi ta' iġjene għal sustanzi u materjali għall-manifattura ta' prodotti ġodda li jiġu f'kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem:
(a)  lista ta' sustanzi approvati għall-użu fil-manifattura ta' materjali, inkluż iżda mhux limitat għal materjali organiċi, l-elastomeri, silikoni, metalli, siment, reżini ta' skambju joniku, materjali komposti u prodotti derivati.
(b)  rekwiżiti speċifiċi għall-użu ta' sustanzi f'materjali u prodotti derivati minnhom.
(c)  restrizzjonijiet speċifiċi fuq il-migrazzjoni ta' ċerti sustanzi fl-ilma tax-xorb.
(d)  regoli ta' iġjene rigward proprjetajiet oħra li huma obbligatorji biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti.
(e)  regoli bażiċi biex tiġi vverifikata l-konformità mal-punti (a) sa (d).
(f)  regoli li jikkonċernaw il-kampjunar u l-metodi ta' analiżi biex tiġi eżaminata l-konformità mal-punti (a) sa (d).
Emendi 177 u 224
Proposta għal direttiva
Anness III – parti B – punt 1 – tabella 1 - ringiela 28

Test propost mill-Kummissjoni

PFASs

50

 

Emenda

PFASs

20

 

Emenda 146
Proposta għal direttiva
Anness IV – Titolu
INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI PPROVDUTA ONLINE LILL-PUBBLIKU
INFORMAZZJONI LILL-PUBBLIKU
Emenda 147
Proposta għal direttiva
Anness IV – paragrafu 1 – parti introduttorja
L-informazzjoni li ġejja għandha tkun aċċessibbli online għall-konsumaturi, u għandha tkun personalizzata u faċli biex dak li jkun jaċċessaha u jifhimha:
L-informazzjoni li ġejja għandha tkun aċċessibbli online għall-konsumaturi jew b'modi ugwali personalizzati u faċli biex dak li jkun jaċċessaha u jifhimha:
Emenda 148
Proposta għal direttiva
Anness IV – paragrafu 1 – punt 1
(1)  l-identifikazzjoni tal-fornitur tal-ilma rilevanti;
(1)  l-identifikazzjoni tal-fornitur tal-ilma rilevanti, iż-żona u l-għadd ta' persuni fornuti, u l-metodu ta' produzzjoni tal-ilma;
Emenda 149
Proposta għal direttiva
Anness IV – paragrafu 1 – punt 2 – parti introduttorja
(2)  l-aktar riżultati reċenti tal-monitoraġġ għall-parametri elenkati fil-Parti A u fil-Parti B tal-Anness I, inklużi l-frekwenza u l-post fejn jinsabu l-punti tal-kampjunar, li huma rilevanti għall-qasam ta' interess għall-persuna li tkun qed tingħata l-provvista, flimkien mal-valur parametriku stabbilit skont l-Artikolu 5. Ir-riżultati tal-monitoraġġ ma għandhomx jirreferu għal perjodu li jkun qabeż:
(2)  rieżami tal-aktar riżultati reċenti tal-monitoraġġ għal kull fornitur tal-ilma, għall-parametri elenkati fil-Partijiet A, B u Ba tal-Anness I, inkluża l-frekwenza rilevanti għall-qasam ta' interess għall-persuna li tkun qed tingħata l-provvista, flimkien mal-valur parametriku stabbilit skont l-Artikolu 5. Ir-riżultati tal-monitoraġġ ma għandhomx jirreferu għal perjodu li jkun qabeż:
Emenda 202
Proposta għal direttiva
Anness IV – paragrafu 1 – punt 2 – punt b
(b)  żmien sitt xhur, għall-fornituri tal-ilma kbar;
(b)  żmien sitt xhur, għall-fornituri tal-ilma medji u kbar;
Emenda 203
Proposta għal direttiva
Anness IV – paragrafu 1 – punt 2 – punt c
(c)  żmien sena għall-fornituri tal-ilma żgħar;
(c)  żmien sena għall-fornituri tal-ilma żgħar ħafna u żgħar;
Emenda 150
Proposta għal direttiva
Anness IV – paragrafu 1 – punt 3
(3)  f'każ li jinqabżu l-valuri parametriċi stabbiliti skont l-Artikolu 5, informazzjoni dwar il-periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem u l-pariri assoċjati dwar is-saħħa u l-konsum, jew iperlink li jipprovdi aċċess għal tali informazzjoni;
(3)  f'każ ta' periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem skont kif ikun determinat mill-awtoritajiet kompetenti wara li jinqabżu l-valuri parametriċi stabbiliti skont l-Artikolu 5, informazzjoni dwar il-periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem u l-pariri assoċjati dwar is-saħħa u l-konsum, jew iperlink li jipprovdi aċċess għal tali informazzjoni;
Emenda 151
Proposta għal direttiva
Anness IV – paragrafu 1 – punt 4
(4)  sommarju tal-valutazzjoni tar-riskju tal-provvista rilevanti;
imħassar
Emenda 152
Proposta għal direttiva
Anness IV – paragrafu 1 – punt 5
(5)  informazzjoni dwar il-parametri indikaturi u l-valuri parametriċi assoċjati li ġejjin:
(5)  informazzjoni dwar il-parametri indikaturi elenkati fil-Parti Ba u l-valuri parametriċi assoċjati;
(a)  Kulur;
(b)  pH (Konċentrazzjoni tal-joni tal-idroġenu);
(c)  Konduttività;
(d)  Ħadid;
(e)  Manganiż;
(f)  Riħa;
(g)  Togħma;
(h)  Ebusija;
(i)  Minerali, anjoni/katjoni dissolti fl-ilma:
—  Borat BO3-
—  Karbonat CO32-
—  Klorur Cl-
—  Fluworur F-
—  Karbonat tal-idroġenu HCO3-
—  Nitrat NO3-
—  Nitrat NO2-
—  Fosfat PO43-
—  Silikat SiO2
—  Sulfat SO42-
—  Sulfur S2-
—  Aluminju Al
—  Ammonju NH4+
—  Kalċju Ca
—  Manjeżju Mg
—  Potassju K
—  Sodju Na
Dawk il-valuri parametriċi u komposti kimiċi u mikroelementi mhux ionizzati oħrajn jistgħu jintwerew b'valur ta' referenza u/jew spjegazzjoni;
Emenda 153
Proposta għal direttiva
Anness IV – paragrafu 1 – punt 6
(6)  pariri lill-konsumaturi, inkluż dwar kif jistgħu jnaqqsu l-konsum tal-ilma;
(6)  pariri lill-konsumaturi, inkluż dwar kif jistgħu jnaqqsu l-konsum tal-ilma meta jkun xieraq u kif jużaw l-ilma b'mod responsabbli skont il-kundizzjonijiet lokali;
Emenda 154
Proposta għal direttiva
Anness IV – paragrafu 1 – punt 7
(7)  għall-fornituri tal-ilma kbar ħafna, informazzjoni annwali dwar:
(7)  għall-fornituri tal-ilma kbar u kbar ħafna, informazzjoni annwali dwar:
Emenda 155
Proposta għal direttiva
Anness IV – paragrafu 1 – punt 7 – punt a
(a)  il-prestazzjoni ġenerali tas-sistema tal-ilma f'termini ta' effiċjenza, inklużi r-rati ta' tnixxija u l-effiċjenza enerġetika għal kull metru kubu ta' ilma fornut;
(a)  il-prestazzjoni ġenerali tas-sistema tal-ilma f'termini ta' effiċjenza, inklużi l-livelli ta' tnixxija skont kif determinati mill-Istati Membri;
Emenda 156
Proposta għal direttiva
Anness IV – paragrafu 1 – punt 7 – punt b
(b)  informazzjoni dwar il-ġestjoni u l-governanza tal-fornitur tal-ilma, inkluża l-kompożizzjoni tal-bord tad-diretturi;
(b)  informazzjoni dwar il-mudell u l-istruttura ta' sjieda tal-provvista tal-ilma mill-fornitur tal-ilma;
Emenda 157
Proposta għal direttiva
Anness IV – paragrafu 1 – punt 7 – punt b
(d)  informazzjoni dwar l-istruttura tal-ispejjeż tat-tariffa għal kull metru kubu ta' ilma, inklużi l-ispejjeż fissi u dawk varjabbli, li tippreżenta tal-inqas l-ispejjeż relatati mal-użu ta' enerġija għal kull metru kubu ta' ilma fornut, il-miżuri meħuda mill-fornituri tal-ilma għall-valutazzjoni tal-perikli skont l-Artikolu 8(4), it-trattament u d-distribuzzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, il-ġbir u t-trattament tal-ilma mormi, u l-ispejjeż relatati mal-miżuri għall-finijiet tal-Artikolu 13, fejn il-fornituri tal-ilma jkunu ħadu miżuri ta' dan it-tip;
(d)  meta l-ispejjeż jiġu rkuprati permezz ta' sistema tariffarja, informazzjoni dwar l-istruttura tat-tariffi għal kull metru kubu ta' ilma, inklużi l-ispejjeż fissi u dawk varjabbli kif ukoll l-ispejjeż relatati mal-miżuri meħuda mill-fornituri tal-ilma għall-valutazzjoni tal-perikli skont l-Artikolu 8(4), it-trattament u d-distribuzzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, u l-ispejjeż relatati mal-miżuri għall-finijiet tal-Artikolu 13, fejn il-fornituri tal-ilma jkunu ħadu miżuri ta' dan it-tip
Emenda 158
Proposta għal direttiva
Anness IV – paragrafu 1 – punt 7 – punt e
(e)  l-ammont tal-investimenti meqjusa bħala meħtieġa mill-fornitur biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà finanzjarja tas-servizzi tal-forniment tal-ilma (inklużi l-manutenzjoni ta' l-infrastruttura) u l-ammont tal-investiment li ġie effettivament riċevut jew irkuprat;
(e)  l-ammont tal-investimenti magħmula, dawk għaddejjin u dawk ippjanati, kif ukoll il-pjan ta' finanzjament;
Emenda 159
Proposta għal direttiva
Anness IV – paragrafu 1 – punt 7 – punt g
(g)  sommarju u statistika dwar l-ilmenti mill-konsumaturi, u dwar il-puntwalità u l-adegwatezza tar-risponsi għall-problemi;
(g)  sommarju u statistika dwar l-ilmenti mill-konsumaturi, u kif dawn jiġu solvuti;
Emenda 160
Proposta għal direttiva
Anness IV – paragrafu 1 – punt 8
(8)  aċċess, fuq talba, għal dejta storika b'rabta mal-informazzjoni msemmija fil-punti (2) u (3), li tmur lura għal perjodu ta' sa għaxar snin.
(8)  aċċess, fuq talba, għal dejta storika b'rabta mal-informazzjoni msemmija fil-punti (2) u (3), li tmur lura għal perjodu ta' sa għaxar snin, u mhux iktar kmieni mit-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva.

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A8-0288/2018).


Ir-riżorsi għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u r-riżorsi għall-investiment għat-tkabbir u l-impjiegi ***I
PDF 129kWORD 48k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward tar-riżorsi għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u li jikkoreġi dak ir-Regolament fir-rigward tar-riżorsi għall-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi (COM(2018)0498 – C8-0307/2018 – 2018/0265(COD))
P8_TA(2018)0398A8-0282/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0498),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 177 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0307/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0282/2018),

A.  billi għal raġunijiet ta' urġenza huwa ġustifikat li jipproċedi għall-votazzjoni qabel l-iskadenza tat-terminu ta' tmien ġimgħat stabbiliti fl-Artikolu 6 tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità;

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' Ottubru 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward tar-riżorsi għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u tar-riżorsi għall-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi

P8_TC1-COD(2018)0265


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2018/1719.)


L-allinjament tal-obbligi ta' rapportar fil-qasam tal-politika ambjentali ***I
PDF 213kWORD 68k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-allinjament tal-obbligi ta' rapportar fil-qasam tal-politika ambjentali u b'hekk jemenda d-Direttivi 86/278/KEE, 2002/49/KE, 2004/35/KE, 2007/2/KE, 2009/147/KE u 2010/63/UE, ir-Regolamenti (KE) Nru 166/2006 u (UE) Nru 995/2010, u r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 u (KE) Nru 2173/2005 (COM(2018)0381 – C8-0244/2018 – 2018/0205(COD))(1)
P8_TA(2018)0399A8-0324/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Titolu
Proposta għal
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar l-allinjament tal-obbligi ta' rapportar fil-qasam tal-politika ambjentali u b'hekk jemenda d-Direttivi 86/278/KEE, 2002/49/KE, 2004/35/KE, 2007/2/KE, 2009/147/KE u 2010/63/UE, ir-Regolamenti (KE) Nru 166/2006 u (UE) Nru 995/2010, u r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 u (KE) Nru 2173/2005
dwar l-allinjament tal-obbligi ta' rapportar fil-qasam tal-leġiżlazzjoni relatata mal-ambjent u b'hekk jemenda d-Direttivi 86/278/KEE, 2002/49/KE, 2004/35/KE, 2007/2/KE, 2009/147/KE u 2010/63/UE, ir-Regolamenti (KE) Nru 166/2006 u (UE) Nru 995/2010, u r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 u (KE) Nru 2173/2005
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 1
(1)  Sabiex tiġi indirizzata l-ħtieġa għall-implimentazzjoni u l-informazzjoni dwar il-konformità, jenħtieġ li jiġu introdotti emendi ta' diversi biċċiet ta' leġiżlazzjoni ambjentali filwaqt li jitqiesu r-riżultati tar-Rapport tal-Kummissjoni dwar Azzjonijiet għar-Razzjonalizzazzjoni tar-Rapport Ambjentali45 u l-Kontroll tal-Idoneità relatat46.
(1)  Sabiex tiġi indirizzata l-ħtieġa għall-implimentazzjoni u l-informazzjoni dwar il-konformità, jenħtieġ li jiġu introdotti emendi ta' diversi biċċiet ta' leġiżlazzjoni relatati mal-ambjent, filwaqt li jitqiesu r-riżultati tar-Rapport tal-Kummissjoni dwar Azzjonijiet għar-Razzjonalizzazzjoni tar-Rapport Ambjentali45 u l-Kontroll tal-Idoneità46 relatat.
__________________
__________________
45 COM(2017)0312.
45 COM(2017)0312.
46 SWD(2017)0230.
46 SWD(2017)0230.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 1a (ġdida)
(1a)   Dan ir-Regolament għandu l-għan li jimmodernizza l-ġestjoni tal-informazzjoni u jiżgura approċċ aktar konsistenti mal-atti leġiżlattivi fil-kamp ta' applikazzjoni tiegħu billi jissimplifika r-rapportar sabiex inaqqas il-piż amministrattiv, itejjeb il-bażi ta' data għal evalwazzjonijiet futuri u jżid it-trasparenza għall-benefiċċju tal-pubbliku, kull darba skont iċ-ċirkostanzi.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 2
(2)  Jeħtieġ li l-aċċessibbiltà tad-data tiżgura li l-piż amministrattiv fuq l-entitajiet kollha jibqa' limitat kemm jista' jkun. Jenħtieġ it-tixrid attiv tal-informazzjoni fil-livell nazzjonali f'konformità mad-Direttivi 2003/4/KE47 u 2007/2/KE48 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-regoli ta' implimentazzjoni tagħhom, biex tiġi żgurata l-infrastruttura xierqa għall-aċċess pubbliku, ir-rapportar u l-kondiviżjoni tad-data fost l-awtoritajiet pubbliċi.
(2)  Jeħtieġ li l-aċċessibbiltà tad-data tiżgura li l-piż amministrattiv fuq l-entitajiet kollha jibqa' limitat kemm jista' jkun, b'mod speċjali fuq l-entitajiet mhux governattivi bħalma huma l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs). Jenħtieġ it-tixrid attiv tal-informazzjoni fil-livell nazzjonali f'konformità mad-Direttivi 2003/4/KE47 u 2007/2/KE48 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-regoli ta' implimentazzjoni tagħhom, biex tiġi żgurata l-infrastruttura xierqa għall-aċċess pubbliku, ir-rapportar u l-kondiviżjoni tad-data fost l-awtoritajiet pubbliċi.
_________________
_________________
47 Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).
47 Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).
48 Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).
48 Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 3
(3)  Id-data li jirrappurtaw l-Istati Membri hi essenzjali biex il-Kummissjoni timmonitorja, tirrieżamina u tivvaluta l-prestazzjoni tal-leġiżlazzjoni vis-a-vis l-għanijiet ta' din tal-aħħar sabiex tinforma kwalunkwe valutazzjoni futura tal-leġiżlazzjoni, skont il-paragrafu 22 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. Huwa xieraq li jiżdiedu xi dispożizzjonijiet ma' diversi atti leġiżlattivi fis-settur ambjentali għall-fini tal-evalwazzjoni futura tagħhom, fuq il-bażi tad-data miġbura matul l-implimentazzjoni, possibbilment flimkien ma' aktar data analitika u xjentifika. F'dan il-kuntest, teżisti l-ħtieġa għal data rilevanti li tippermetti l-valutazzjoni aħjar tal-effiċjenza, tal-effikaċja, tar-rilevanza, tal-koerenza u tal-valur miżjud tal-UE tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, u b'hekk jinħtieġ li jiġu żgurati mekkaniżmi ta' rapportar adattati li jistgħu jintużaw ukoll bħala indikaturi għal dan il-għan.
(3)  Il-proċess tar-rapportar komprensiv u f'waqtu tad-data rilevanti tal-Istati Membri huwa essenzjali biex il-Kummissjoni timmonitorja, tirrieżamina u tivvaluta l-prestazzjoni tal-leġiżlazzjoni vis-a-vis l-għanijiet ta' din tal-aħħar sabiex tinforma kwalunkwe valutazzjoni futura tal-leġiżlazzjoni, skont il-paragrafu 22 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. Huwa xieraq li jiżdiedu xi dispożizzjonijiet ma' diversi atti leġiżlattivi fis-settur ambjentali għall-fini tal-evalwazzjoni futura tagħhom, fuq il-bażi tad-data miġbura matul l-implimentazzjoni, possibbilment flimkien ma' aktar data analitika u xjentifika. F'dan il-kuntest, teżisti l-ħtieġa ta' data rilevanti li tippermetti l-valutazzjoni aħjar tal-effiċjenza, tal-effikaċja, tar-rilevanza, tal-koerenza u tal-valur miżjud tal-UE tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, u b'hekk jeħtieġ li jiġu żgurati mekkaniżmi ta' rapportar adattati li jistgħu jservu wkoll ta' indikaturi għal dan il-għan kemm għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet kif ukoll għall-pubbliku ġenerali.
_________________
_________________
49ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
49ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 5
(5)  Skont l-evalwazzjoni tad-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill50, hemm il-ħtieġa li jiġu rrazzjonalizzati l-iskadenzi tar-rapportar għall-mapep tal-ħsejjes u l-pjanijiet ta' azzjoni biex jitħalla biżżejjed żmien għal konsultazzjoni pubblika dwar il-pjanijiet ta' azzjoni. Għal dak il-għan, u għal darba waħda biss, l-iskadenza għar-rieżami jew għar-reviżjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni tiġi posposta b'sena sabiex l-iskadenza tal-fażi li jmiss (ir-raba' ċiklu) tal-pjanijiet ta' azzjoni ma tkunx fit-18 ta' Lulju 2023, iżda fit-18 ta' Lulju 2024. B'hekk, mir-raba' ċiklu ’l quddiem, l-Istati Membri se jkollhom madwar sentejn bejn li jagħmlu l-mapep tal-ħsejjes u t-tlestija tar-rieżami jew tar-reviżjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni minflok sena kif inhu l-każ bħalissa. Għal dawn is-sessjonijiet ta' ppjanar ta' azzjoni, iċ-ċiklu ta' ħames snin għar-rieżami jew għar-reviżjoni se jissoktaw. Barra minn hekk, sabiex jintlaħqu aħjar l-għanijiet tad-Direttiva 2002/49/KE u sabiex tiġi pprovduta bażi għall-iżvilupp ta' miżuri fil-livell tal-Unjoni, ir-rapportar mill-Istati Membri għandu jsir permezz ta' mezzi elettroniċi. Huwa wkoll neċessarju li tissaħħaħ il-parteċipazzjoni pubblika billi jiġi rikjest li ċerta informazzjoni ssir disponibbli għall-pubbliku filwaqt li dan l-obbligu jiġi allinjat ma' leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, bħad-Direttiva 2007/2/KE, mingħajr ma jiġu dduplikati r-rekwiżiti prattiċi.
(5)  Skont l-evalwazzjoni tad-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill50, hemm il-ħtieġa li jiġu rrazzjonalizzati l-iskadenzi tar-rapportar għall-mapep tal-ħsejjes u l-pjanijiet ta' azzjoni biex jitħalla biżżejjed żmien għal konsultazzjoni pubblika dwar il-pjanijiet ta' azzjoni. Għal dak il-għan, u għal darba waħda biss, l-iskadenza għar-rieżami jew għar-reviżjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni tiġi posposta b'sena sabiex l-iskadenza tal-fażi li jmiss (ir-raba' ċiklu) tal-pjanijiet ta' azzjoni ma tkunx fit-18 ta' Lulju 2023, iżda fit-18 ta' Lulju 2024. B'hekk, mir-raba' ċiklu ’l quddiem, l-Istati Membri se jkollhom madwar sentejn bejn li jagħmlu l-mapep tal-ħsejjes u t-tlestija tar-rieżami jew tar-reviżjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni minflok sena kif inhu l-każ bħalissa. Għal dawn is-sessjonijiet ta' ppjanar ta' azzjoni, iċ-ċiklu ta' ħames snin għar-rieżami jew għar-reviżjoni se jissoktaw. Barra minn hekk, sabiex jintlaħqu aħjar l-għanijiet tad-Direttiva 2002/49/KE u sabiex tiġi pprovduta bażi għall-iżvilupp ta' miżuri fil-livell tal-Unjoni, ir-rapportar mill-Istati Membri għandu jsir permezz ta' mezzi elettroniċi. Huwa wkoll neċessarju li tissaħħaħ il-parteċipazzjoni pubblika billi jiġi rikjest li informazzjoni komprensibbli, preċiża u kumparabbli ssir disponibbli għall-pubbliku filwaqt li dan l-obbligu jiġi allinjat ma' leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, bħad-Direttiva 2007/2/KE, mingħajr ma jiġu dduplikati r-rekwiżiti prattiċi.
_________________
_________________
50 Id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2002 li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali (ĠU L 189, 18.7.2002).
50 Id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2002 li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali (ĠU L 189, 18.7.2002).
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 7
(7)  Fuq il-bażi tar-rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2007/2/KE u tal-evalwazzjoni REFIT52, huwa xieraq, bil-ħsieb li tiġi simplifikata l-implimentazzjoni ta' dik id-Direttiva u jitnaqqas il-piż amministrattiv relatat mal-monitoraġġ mill-Istati Membri, li ma jibqax jinħtieġ li l-Istati Membri jibagħtu rapporti kull tliet snin lill-Kummissjoni, u li l-Kummissjoni tippreżenta rapport sommarju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, billi r-rapport tal-Kontroll tal-Idoneità kkonferma li l-utilità ta' dawn ir-rapporti hija limitata.53
(7)  Fuq il-bażi tar-rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2007/2/KE u tal-evalwazzjoni REFIT52, huwa xieraq, bil-ħsieb li tiġi simplifikata l-implimentazzjoni ta' dik id-Direttiva u jitnaqqas il-piż amministrattiv relatat mal-monitoraġġ mill-Istati Membri, li ma jibqax jinħtieġ li l-Istati Membri jibagħtu rapporti kull tliet snin lill-Kummissjoni, u li l-Kummissjoni tippreżenta rapport sommarju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, billi r-rapport tal-Kontroll tal-Idoneità kkonferma li l-utilità ta' dawn ir-rapporti hija limitata.53 Madankollu, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkompli twettaq, f'intervalli regolari, evalwazzjoni ta' dik id-Direttiva u tagħmel dik l-evalwazzjoni disponibbli pubblikament.
_________________
_________________
52 COM(2016)0478 u SWD(2016)0273.
52 COM(2016)0478 u SWD(2016)0273.
53 COM(2017)0312.
53 COM(2017)0312.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 9
(9)  Huwa meħtieġ li jiġu emendati l-obbligi ta' rapportar stipulati fl-Artikoli 43, 54 u 57 tad-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill56. Dawn id-dispożizzjonijiet jinkludu, bil-għan li tittejjeb it-trasparenza u jitnaqqas il-piż amministrattiv, l-istabbiliment ta' bażi tad-data ċentrali, b'aċċess miftuħ u disponibbli għat-tiftix għal sommarji mhux tekniċi ta' proġetti u ta' valutazzjonijiet retrospettivi relatati, l-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi format komuni għall-preżentazzjoni ta' sommarji mhux tekniċi ta' proġetti u ta' valutazzjonijiet retrospettivi relatati, informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u s-sostituzzjoni tar-rapportar tal-istatistika ta' kull tliet snin mill-Kummissjoni bir-rekwiżit tal-istabbiliment ta' bażi tad-data ċentrali dinamika ospitata mill-Kummissjoni u r-rilaxx ta' informazzjoni fuq bażi annwali.
(9)  Huwa meħtieġ li jiġu emendati l-obbligi ta' rapportar stipulati fl-Artikoli 43, 54, 57 u 58 tad-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill56. Dawn id-dispożizzjonijiet jinkludu, bil-għan li tittejjeb it-trasparenza u jitnaqqas il-piż amministrattiv, l-istabbiliment ta' bażi tad-data ċentrali, b'aċċess miftuħ u disponibbli għat-tiftix għal sommarji mhux tekniċi ta' proġetti u ta' valutazzjonijiet retrospettivi relatati, l-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi format komuni għall-preżentazzjoni ta' sommarji mhux tekniċi ta' proġetti u ta' valutazzjonijiet retrospettivi relatati, informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u s-sostituzzjoni tar-rapportar tal-istatistika ta' kull tliet snin mill-Kummissjoni bir-rekwiżit tal-istabbiliment ta' bażi tad-data ċentrali dinamika ospitata mill-Kummissjoni u r-rilaxx ta' informazzjoni fuq bażi annwali. Fid-dawl ta' rapport tal-Kummissjoni fl-201756a, il-klawżola għal rieżami ta' dik id-Direttiva kif stabbilita fl-Artikolu 58 jenħtieġ li terġa' tiġi kkunsidrata bl-għan ta' reviżjoni futura.
__________________
__________________
56 Id-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi (ĠU L 276, 20.10.2010, p. 33).
56 Id-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi (ĠU L 276, 20.10.2010, p. 33).
56a Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni skont l-Artikolu 58 tad-Direttiva 2010/63/UE dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi, COM(2017)0631.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 14a (ġdida)
(14a)  Id-Direttivi 86/278/KEE, 2002/49/KE, 2004/35/KE, 2007/2/KE, 2009/147/KE u 2010/63/UE, ir-Regolamenti (KE) Nru 166/2006 u (UE) Nru 995/2010, u r-Regolamenti (KE) Nru 338/97 u (KE) Nru 2173/2005 għalhekk jenħtieġ li jiġu emendati skont il-każ,
Emenda 10
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)
Id-Direttiva 86/278/KEE
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)
-1.  Fl-Artikolu 2, jiżdied il-punt li ġej:
"(da) "settijiet ta' data ġeografika": tfisser l-operazzjonijiet li jistgħu jitwettqu, billi tintuża applikazzjoni tal-kompjuter, fuq id-data ġeografika li tinsab fis-settijiet ta' data ġeografika jew fuq il-metadata relatata kif definita fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*;
__________________
* Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).”.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1a (ġdid)
Id-Direttiva 86/278/KEE
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt db (ġdid)
-1a.  Fl-Artikolu 2, jiżdied il-punt li ġej:
"(db) "sett ta' data ġeografika": tfisser kollezzjoni identifikabbli ta' data ġeografika kif definita fl-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2007/2/KE."
Emenda 12
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Id-Direttiva 86/278/KEE
Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt d
(d)   l-ismijiet u l-indirizzi ta' min qed jirċievi l-ħama u l-post fejn dan ikun se jintuża;
imħassar
Emenda 13
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Id-Direttiva 86/278/KEE
Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt e
(e)  kwalunkwe informazzjoni oħra rigward it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva pprovduta mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17.
imħassar
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Id-Direttiva 86/278/KEE
Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Sabiex jiġu ppreżentati s-settijiet ta' data ġeografika inklużi fl-informazzjoni rreġistrata f'dawk ir-rekords għandhom jintużaw s-servizzi ta' data ġeografika kif definiti fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* .
Sabiex jiġu ppreżentati s-settijiet ta' data ġeografika inklużi fl-informazzjoni rreġistrata f'dawk ir-rekords għandhom jintużaw s-servizzi ta' data ġeografika.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Id-Direttiva 86/278/KEE
Artikolu 10 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
Ir-reġistri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru disponibbli għall-pubbliku għal kull sena kalendarja, fi żmien tliet xhur mit-tmiem tas-sena kalendarja rilevanti, f'format konsolidat kif stabbilit fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/741/KE** jew f'format ieħor previst skont l-Artikolu 17.
Ir-reġistri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru disponibbli u faċilment aċċessibbli għall-pubbliku għal kull sena kalendarja, fi żmien tliet xhur mit-tmiem tas-sena kalendarja rilevanti, f'format konsolidat kif stabbilit fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/741/KE** jew f'format ieħor previst skont l-Artikolu 17.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Id-Direttiva 86/278/KEE
Artikolu 10 – paragrafu 3
3.  L-informazzjoni dwar il-metodi ta' trattament u r-riżultati tal-analiżi għandhom jiġu rrilaxxati kull meta ssir talba mill-awtoritajiet kompetenti.
3.  L-informazzjoni dwar il-metodi ta' trattament u r-riżultati tal-analiżi għandhom jiġu rrilaxxati lill-awtoritajiet kompetenti.
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 86/278/KEE
Artikolu 17
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tistabbilixxi, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, il-format skont liema l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 86/278/KEE kif mitlub mill-Artikolu 10 ta' din id-Direttiva. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2). Is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jippubblikaw ħarsa ġenerali għall-Unjoni kollha li tinkludi wkoll mapep fuq il-bażi tad-data li l-Istati Membri jagħmlu disponibbli skont l-Artikoli 10 u 17.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tistabbilixxi, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, il-format skont liema l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 86/278/KEE kif mitlub mill-Artikolu 10 ta' din id-Direttiva. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2). Is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jippubblikaw ħarsa ġenerali għall-Unjoni kollha li tinkludi wkoll mapep fuq il-bażi tad-data li l-Istati Membri jagħmlu disponibbli skont l-Artikoli 10 u 17. Fid-dawl ta' dik id-data, il-Kummissjoni għandha wkoll, jekk ikun meħtieġ, tissottometti proposti xierqa għal żieda fil-protezzjoni tal-ħamrija u l-ambjent.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva 2002/49/KE
Artikolu 10 – paragrafu 2
2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni minn mapep strateġiċi tal-ħsejjes u sommarji tal-pjanijiet ta' azzjoni, kif imsemmija fl-Anness VI, jintbagħtu lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-dati stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 rispettivament. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw l-informazzjoni b'mod elettroniku biss lir-repożitorju tad-data li għandu jiġi stabbilit skont il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 13(3). Fil-każ li Stat Membru jkun irid jaġġorna l-informazzjoni, għandu jiddeskrivi d-differenzi bejn l-informazzjoni aġġornata u dik oriġinali u r-raġunijiet għall-aġġornament meta jagħmel l-informazzjoni aġġornata disponibbli fir-repożitorju tad-data.
2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni minn mapep strateġiċi tal-ħsejjes u sommarji tal-pjanijiet ta' azzjoni, kif imsemmija fl-Anness VI, jintbagħtu lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-dati stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 rispettivament. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw l-informazzjoni b'mod elettroniku biss lir-repożitorju tad-data mandatarju. Fil-każ li Stat Membru jkun irid jaġġorna l-informazzjoni, għandu jiddeskrivi d-differenzi bejn l-informazzjoni aġġornata u dik oriġinali u r-raġunijiet għall-aġġornament meta jagħmel l-informazzjoni aġġornata disponibbli fir-repożitorju tad-data.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)
Direttiva 2002/49/KE
Artikolu 10 – paragrafu 2a (ġdid)
4a.  Fl-Artikolu 10, wara l-paragrafu 2, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
"2a. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 12a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva dwar l-istabbiliment tar-repożitorju tad-data obbligatorju msemmi fil-paragrafu 2, u r-regoli dettaljati tal-mekkaniżmu ta' skambju ta' informazzjoni diġitali biex jaqsmu l-informazzjoni mill-mapep strateġiċi tal-istorbju u s-sommarji tal-pjanijiet ta' azzjoni.".
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4b (ġdid)
Direttiva 2002/49/KE
Artikolu 12a (ġdid)
4b.  Jiżdied l-Artikolu li ġej:
"Artikolu 12a
Eżerċizzju tad-delega
1.  Is-setgħa li tadotta atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 10(2a) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
3.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 10(2a) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
4.  Qabel tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet*.
5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwaru.
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 10(2a) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun tqajmet l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
__________________
* ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.".
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5
Direttiva 2002/49/KE
Anness VI – punt 3
5.  Fl-Anness VI, il-punt 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
5.  Fl-Anness VI, il-punt 3 huwa mħassar.
3.  “3. Mekkaniżmu għall-iskambju tal-informazzjoni.
“Il-Kummissjoni, megħjuna mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, għandha tiżviluppa mekkaniżmu ta' skambju ta' informazzjoni diġitali obbligatorju biex titqassam l-informazzjoni mill-mapep strateġiċi tal-ħsejjes u mis-sommarji tal-pjanijiet ta' azzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 10(2) skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(3).”.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)
Direttiva 2004/35/KE
Artikolu 2 - paragrafu 1 - punt 16a (ġdid)
-1.  Fl-Artikolu 2, jiżdied il-punt li ġej:
16a.  "settijiet ta' data ġeografika" tfisser l-operazzjonijiet li jistgħu jsiru, billi tintuża applikazzjoni tal-kompjuter, fuq id-data ġeografika li tinsab fis-settijiet ta' data ġeografika jew fuq il-metadata relatata kif definita fid-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*;
__________________
* Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).".
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2004/35/KE
Artikolu 18 – paragrafu 1
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tkun disponibbli għall-pubbliku informazzjoni adegwata u aġġornata, tal-anqas fuq it-theddid imminenti ta' danni, f'format ta' data miftuħa online, skont l-Anness VI ta' din id-Direttiva u l-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill *. Għal kull inċident, għandha tiġi pprovduta talanqas l-informazzjoni mniżżla fl-Anness VI ta' din id-Direttiva.
1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tkun disponibbli għall-pubbliku u għall-Kummissjoni informazzjoni adegwata u aġġornata, tal-anqas fuq it-theddid imminenti ta' danni, f'format ta' data miftuħa online, skont l-Anness VI ta' din id-Direttiva u l-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*. Għal kull inċident, għandha tiġi pprovduta talanqas l-informazzjoni mniżżla fl-Anness VI ta' din id-Direttiva.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2004/35/KE
Artikolu 18 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 18a sabiex temenda l-Anness VI għal din id-Direttiva dwar kriterji dettaljati li skonthom l-iskala u t-tip ta' ħsara ambjentali għandhom jiġu kklassifikati.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2004/35/KE
Artikolu 18 – paragrafu 2
2.  Sabiex jiġu ppreżentati s-settijiet ta' data ġeografika, bħal-lokalizzazzjoni ġeografika tal-inċidenti, inklużi fl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jintużaw is-servizzi ta' data ġeografika kif definiti fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**.
2.  Sabiex jiġu ppreżentati s-settijiet ta' data ġeografika, bħal-lokalizzazzjoni ġeografika tal-inċidenti, inklużi fl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jintużaw is-servizzi ta' data ġeografika.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2004/35/KE
Artikolu 18 – paragrafu 3
3.  Is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jippubblikaw ħarsa ġenerali għall-Unjoni kollha li tinkludi mapep fuq il-bażi tad-data li l-Istati Membri jkunu għamlu disponibbli skont il-paragrafu 1.
3.  Is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jippubblikaw ħarsa ġenerali għall-Unjoni kollha li tinkludi mapep fuq il-bażi tad-data li l-Istati Membri jkunu għamlu disponibbli skont il-paragrafu 1 u jaġġornawha regolarment.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2004/35/KE
Artikolu 18 - paragrafu 4 - parti introduttorja
4.  Il-Kummissjoni għandha, f'intervalli regolari, twettaq evalwazzjoni ta' din id-Direttiva. L-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata, fost l-oħrajn, fuq l-elementi li ġejjin:
4.  Il-Kummissjoni għandha twettaq, mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2022 u suċċessivament mill-inqas kull ħames snin, evalwazzjoni ta' din id-Direttiva u tal-implimentazzjoni tagħha. L-evalwazzjoni għandha ssir disponibbli għall-pubbliku u tkun ibbażata, fost l-oħrajn, fuq l-elementi li ġejjin:
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2004/35/KE
Artikolu 18 – paragrafu 4 – punt ba (ġdid)
(ba)  analiżi tal-iżviluppi u l-bidliet rilevanti fl-Istati Membri.
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2004/35/KE
Artikolu 18 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.   Il-Kummissjoni għandha, fi żmien xieraq, tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati tal-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 u jekk ikun meħtieġ, tippreżenta proposti leġiżlattivi xierqa.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2004/35/KE
Artikolu 18 – paragrafu 4b (ġdid)
4b.   L-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 għandha tqis ukoll l-estensjoni tad-definizzjoni ta' "ħsara ambjentali" kif definita fl-Artikolu 2(1), u tal-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva biex jinkludu l-ħsarat li jsiru lis-saħħa tal-bniedem, sabiex jiġu inklużi wkoll il-ħsarat li jsiru lill-arja li jistgħu jkollhom riskji sinifikanti għas-saħħa.
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)
Direttiva 2004/35/KE
Artikolu 18a (ġdid)
2a.  Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
"Artikolu 18a
Eżerċizzju tad-delega
1.  Is-setgħa li tadotta atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2.  Għandha tingħata lill-Kummissjoni s-setgħa li taddotta atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 18(1a) għal perjodu ta' żmien indeterminat mid-...[data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].
3.  Id-delega tas-setgħa li hemm riferiment għaliha fl-Artikolu 18(1a) tista' tkun revokata f'kull ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
4.  Qabel tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet*.
5.  Hekk kif hija tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 18(1a) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill."
__________________
* ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.".
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 3
Direttiva 2004/35/KE
Anness VI – paragrafu 1 – parti introduttorja
L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 18(1) għandha tirreferi għal emissjonijiet, avvenimenti jew inċidenti li jikkawżaw danni ambjentali jew periklu imminenti ta' danni, bl-informazzjoni u d-data li ġejjin għal kull każ:
L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 18(1) għandha tinkludi lista tal-emissjonijiet, avvenimenti jew inċidenti li jikkawżaw danni ambjentali jew theddida imminenti ta' danni, bl-informazzjoni u d-data li ġejjin għal kull każ:
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 3
Direttiva 2004/35/KE
Anness VI – punt 7 – punt ca (ġdid)
(ca)   proċeduri ġudizzjarji rilevanti;
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 1 – punt aa (ġdid)
Direttiva 2007/2/KE
Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)
(aa)  fil-paragrafu 2 jiddaħħal il-punt li ġej:
"(ca) analiżi tal-iżvilupp tal-infrastruttura għal INSPIRE fl-Istati Membri;"
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2007/2/KE
Artikolu 23 – paragrafu 2 – parti introduttorja
Il-Kummissjoni għandha, f'intervalli regolari, twettaq evalwazzjoni ta' din id-Direttiva. L-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata, fost l-oħrajn, fuq l-elementi li ġejjin:
Il-Kummissjoni għandha twettaq, mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2022 u suċċessivament mill-inqas kull ħames snin, evalwazzjoni ta' din id-Direttiva u tagħmilha disponibbli għall-pubbliku. L-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata, fost l-oħrajn, fuq l-elementi li ġejjin:
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2007/2/KE
Artikolu 23 – paragrafu 2a (ġdid)
Il-Kummissjoni għandha, fi żmien xieraq, tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati tal-evalwazzjoni msemmija fit-tieni paragrafu u jekk ikun meħtieġ, tippreżenta proposti leġiżlattivi xierqa.
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt 1
Direttiva 2009/147/KE
Artikolu 12 – paragrafu 1
1.  Kull sitt snin, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, fl-istess żmien tar-rapport imfassal skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE*, rapport dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri meħuda skont din id-Direttiva u l-impatti ewlenin ta' dawn il-miżuri. Dan ir-rapport għandu jinkludi b'mod partikolari, informazzjoni dwar l-istatus u t-tendenzi tal-ispeċijiet tal-għasafar selvaġġi protetti b'din id-Direttiva, it-theddid u l-pressjoni fuqhom, il-miżuri ta' konservazzjoni meħudin għalihom u l-kontribut tan-netwerk taż-Żoni ta' Protezzjoni Speċjali għall-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 ta' din id-Direttiva.";
1.  Kull sitt snin, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, fl-istess żmien tar-rapport imfassal skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE*, rapport dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri meħuda skont din id-Direttiva u l-impatti ewlenin ta' dawn il-miżuri. Dak ir-rapport għandu jkun aċċessibbli għall-pubbliku u għandu jinkludi b'mod partikolari, informazzjoni dwar l-istatus u t-tendenzi tal-ispeċijiet tal-għasafar selvaġġi protetti b'din id-Direttiva, it-theddid u l-pressjoni fuqhom, il-miżuri ta' konservazzjoni meħudin għalihom u l-kontribut tan-netwerk taż-Żoni ta' Protezzjoni Speċjali għall-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 ta' din id-Direttiva.
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2009/147/KE
Artikolu 12 – paragrafu 2 – sentenza 1
2.  Kull sitt snin, il-Kummissjoni, megħjuna mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, għandha tħejji rapport kompost ibbażat fuq l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.
2.  Kull sitt snin, il-Kummissjoni, megħjuna mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, għandha tħejji u tippubblika rapport kompost ibbażat fuq l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a
Direttiva 2010/63/UE
Artikolu 54 – paragrafu 1 – subparagrafu 3
Is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jippubblikaw ħarsa ġenerali għall-Unjoni kollha fuq il-bażi tad-data li tkun saret disponibbli mill-Istati Membri.
Mhux aktar tard minn 6 xhur wara s-sottomissjoni mill-Istati Membri tad-data msemmija fit-tieni subparagrafu, is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jippubblikaw u jaġġornaw b'mod regolari, ħarsa ġenerali għall-Unjoni kollha fuq il-bażi ta' dik id-data.
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b
Direttiva 2010/63/UE
Artikolu 54 – paragrafu 4
4.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi format u kontenuti komuni għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu f'konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 56(3).";
4.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi format u kontenuti komuni għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 56(3).";
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 6 - paragrafu 1 - punt 2a (ġdid)
Direttiva 2010/63/UE
Artikolu 56 – paragrafu 3
2a.   Fl-Artikolu 56, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:
3.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kusiderazzjoni għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
"3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (KE) Nru 166/2006
Artikolu 7 – paragrafu 2
2.  Kull sena, l-Istati Membri għandhom jipprovdu, lill-Kummissjoni permezz ta' trasferiment elettroniku, rapport li jkun fih id-data kollha msemmija fl-Artikolu 5(1) u (2) f'format u sa data li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2). Id-data tar-rapportar għandha tkun, fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard minn disa' xhur wara t-tmiem tas-sena ta' rapportar.
2.  Mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jipprovdu, lill-Kummissjoni permezz ta' trasferiment elettroniku, rapport li jkun fih id-data kollha msemmija fl-Artikolu 5(1) u (2) f'format li għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2). Id-data tar-rapportar għandha tkun, fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard minn disa' xhur wara t-tmiem tas-sena ta' rapportar.
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1
Regolament (UE) Nru 995/2010
Artikolu 20 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-pubbliku u lill-Kummissjoni, sat-30 ta' April ta' kull sena, l-informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament matul is-sena kalendarja preċedenti. Il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-format u l-proċedura għall-Istati Membri biex jagħmlu t-tali informazzjoni disponibbli. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 18(2).
1.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-pubbliku u lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mit-30 ta' April ta' kull sena, l-informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament matul is-sena kalendarja preċedenti. Il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-format u l-proċedura għall-Istati Membri biex jagħmlu t-tali informazzjoni disponibbli. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 18(2).
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1
Regolament 995/2010/UE
Artikolu 20 – paragrafu 3
3.  Sat-3 ta' Diċembru 2015, u suċċessivament kull sitt snin, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina, fuq il-bażi tar-rapportar u l-esperjenza tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-funzjonament u l-effikaċja ta' dan ir-Regolament, inkluża l-prevenzjoni tat-tqegħid fis-suq intern ta' injam maħsud b'mod illegali jew prodotti tal-injam ġejjin minn tali injam. B'mod partikolari għandha tqis il-konsegwenzi amministrattivi għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u l-kopertura tal-prodott. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati tar-rieżami u takkumpanja rapporti bħal dawn, jekk ikun meħtieġ, bi proposti leġiżlattivi xierqa."
3.  Sat-3 ta' Diċembru 2021, u suċċessivament kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina, fuq il-bażi tar-rapportar u l-esperjenza tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-funzjonament u l-effikaċja ta' dan ir-Regolament, inkluża l-prevenzjoni tat-tqegħid fis-suq intern ta' injam maħsud b'mod illegali jew prodotti tal-injam ġejjin minn tali injam. B'mod partikolari għandha tqis il-konsegwenzi amministrattivi għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u l-kopertura tal-prodott. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati tar-rieżami u takkumpanja rapporti bħal dawn, jekk ikun meħtieġ, bi proposti leġiżlattivi xierqa."
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 9 - paragrafu 1 - punt 1
Regolament (KE) Nru 2173/2005
Artikolu 8 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-pubbliku u lill-Kummissjoni, sat-30 ta' April ta' kull sena, l-informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament matul is-sena kalendarja preċedenti.
1.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-pubbliku u lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mit-30 ta' April ta' kull sena, l-informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament matul is-sena kalendarja preċedenti.
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (KE) Nru 2173/2005
Artikolu 9 – paragrafu 1
Sa Diċembru 2021 u suċċessivament kull sitt snin, il-Kummissjoni għandha, abbażi tar-rapportar u tal-esperjenza fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, teżamina l-funzjonament u l-effikaċja ta' dan ir-Regolament. Meta tagħmel dan hija għandha tieħu kont tal-progress fl-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Sħubija volontarji. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati tar-rieżami u takkumpanja rapporti bħal dawn, jekk ikun xieraq, bi proposti għat-titjib tal-iskema tal-liċenzjar FLEGT.
Sa Diċembru 2021 u suċċessivament kull sitt snin, il-Kummissjoni għandha, abbażi tar-rapportar u tal-esperjenza fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, teżamina l-funzjonament u l-effikaċja ta' dan ir-Regolament. Meta tagħmel dan hija għandha tqis il-progress fl-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Sħubija volontarji. Il-Kummissjoni għandha kull ħames snin tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati tar-rieżami u takkumpanja rapporti bħal dawn, jekk ikun xieraq, bi proposti għat-titjib tal-iskema tal-liċenzjar FLEGT.
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 10 - paragrafu 1 - punt 1
Regolament (KE) Nru 338/97
Artikolu 15 – paragrafu 4 – punt c
(c)  Bla ħsara għall-Artikolu 20, l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri għandhom, sena qabel kull laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni, jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha li għandha x'taqsam mal-perjodu preċedenti rilevanti li tkun meħtieġa biex jitħejjew ir-rapporti msemmijin fl-Artikolu VIII.7 (b) tal-Konvenzjoni u informazzjoni ekwivalenti dwar id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li huma barra mill-iskop tal-Konvenzjoni. L-informazzjoni li għandha tkun ikkomunikata u l-format tal-preżentazzjoni tagħha għandhom ikunu speċifikati mill-Kummissjoni skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 18(2).
(c)  Bla ħsara għall-Artikolu 20, l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri għandhom, sena qabel kull laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni, jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha li għandha x'taqsam mal-perjodu preċedenti rilevanti li tkun meħtieġa biex jitħejjew ir-rapporti msemmijin fl-Artikolu VIII.7 (b) tal-Konvenzjoni u informazzjoni ekwivalenti dwar id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li huma barra mill-iskop tal-Konvenzjoni. Il-format tal-preżentazzjoni tagħha għandu jkun speċifikat mill-Kummissjoni skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 18(2).
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 338/97
Artikolu 18 – paragrafu 2
Fl-Artikolu 18, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:
2.  Fejn issir referenza għal dan l-Artikolu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha
"2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.".
Il-perijodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur. F'dak li jirrigwarda l-ħidmiet tal-Kumitat imsemmijin fil-punti 1 u 2 ta' l-Artikolu 19, jekk, meta jiskadi l-perjodu ta' tlett xhur mid-data li fiha s-suġġett ikun ġie riferit lill-Kunsill, il-Kunsill ma jkunx aġixxa, il-miżuri proposti għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni.

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A8-0324/2018).


Ir-rwol tal-parteċipazzjoni finanzjarja tal-impjegati fil-ħolqien tal-impjiegi u fir-riattivazzjoni tal-persuni qiegħda
PDF 143kWORD 56k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar ir-rwol tal-Parteċipazzjoni Finanzjarja tal-Impjegati fil-ħolqien tal-impjiegi u fir-riattivazzjoni tal-persuni qiegħda (2018/2053(INI))
P8_TA(2018)0400A8-0293/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 9 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jirrikjedi lill-UE tippromwovi livell għoli ta' impjiegi, tiggarantixxi protezzjoni soċjali xierqa, tiġġieled kontra l-esklużjoni soċjali kif ukoll tiżgura livell għoli ta' edukazzjoni, taħriġ u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-7 ta' Diċembru 2015 dwar il-promozzjoni tal-ekonomija soċjali bħala mutur ewlieni ta' żvilupp ekonomiku u soċjali fl-Ewropa,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Ġunju 2016 bl-isem "Aġenda Ewropea għall-ekonomija kollaborattiva" (COM(2016)0356),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Marzu 2014 bl-isem "Il-Finanzjament fit-Tul tal-Ekonomija Ewropea" (COM(2014)0168),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Diċembru 2012 bl-isem "Pjan ta' Azzjoni: Id-dritt soċjetarju Ewropew u l-governanza korporattiva – qafas legali modern għal azzjonisti aktar impenjati u kumpaniji sostenibbli" (COM(2012)0740),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Ottubru 2012 bl-isem "Att dwar is-Suq Uniku II – Flimkien għal tkabbir ġdid" (COM(2012)0573),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 bl-isem "Ewropa 2020: strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv" (COM(2010)2020),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Ottubru 2008 dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol(1),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Ġunju 2008 bl-isem "Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir – Att dwar in-Negozji ż-Żgħar" għall-Ewropa (COM(2008)0394) u l-Programmi ta' Ħidma tal-Kummissjoni tal-2008 u l-2009,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Marzu 2006 bl-isem "L-implimentazzjoni tal-Programm Komunitarju ta' Liżbona għat-Tkabbir u l-Impjiegi: Trasferiment tan-Negozji – Kontinwità bis-saħħa ta' bidu ġdid" (COM(2006)0117),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Lulju 2002 bl-isem "Qafas għall-promozzjoni tal-parteċipazzjoni finanzjarja tal-impjegati" (COM(2002)0364) u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-5 ta' Ġunju 2003(2) dwarha,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) tal-21 ta' Ottubru 2010 dwar il-parteċipazzjoni finanzjarja tal-impjegati fl-Ewropa,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2013 dwar informazzjoni lill-ħaddiema u konsultazzjoni tal-ħaddiema, antiċipazzjoni u ġestjoni tar-ristrutturar(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Jannar 2014 dwar il-parteċipazzjoni finanzjarja tal-impjegati fir-rikavat tal-kumpaniji(4), u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (2013/2127(INI)),

–  wara li kkunsidra l-istudju mitlub mill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali tal-Parlament bl-isem "Il-parteċipazzjoni finanzjarja tal-impjegati fir-rikavat tal-kumpaniji", li ġie ppubblikat f'Settembru 2012,

–  wara li kkunsidra r-Rieżami ta' Nofs it-Terminu tal-Pjan ta' Azzjoni tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali COM(2017)0292, ippubblikat fit-8 ta' Ġunju 2017,

–  wara li kkunsidra l-proġett pilota tal-Kummissjoni bl-isem il-"Promozzjoni tas-sjieda u l-parteċipazzjoni tal-impjegati", li l-verżjoni finali tiegħu ġiet ippubblikata fl-2014,

–  wara li kkunsidra r-Rapport PEPPER IV, bl-isem "Benchmarking of employee participation in profits and enterprise results in the member and candidate Countries of the European Union" (Benchmarking tal-parteċipazzjoni tal-impjegati fil-profitti u r-riżultati tal-intrapriżi fil-pajjiżi membri u kandidati tal-Unjoni Ewropea), li ġie ppubblikat f'Ottubru 2009 mill-Università Ħielsa ta' Berlin,

–  wara li kkunsidra r-Rapport PEPPER III, bl-isem "Promotion of employee participation in profits and enterprise results in the New Member and Candidate Countries of the European Union" (Il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tal-impjegati fil-profitti u r-riżultati tal-intrapriżi fil-pajjiżi membri ġodda u dawk kandidati tal-Unjoni Ewropea), li ġie ppubblikat f'Ġunju 2006 mill-Università Ħielsa ta' Berlin,

–  wara li kkunsidra r-rapport tat-18 ta' Diċembru 2003 tal-grupp ta' livell għoli ta' esperti indipendenti dwar ostakoli transnazzjonali għat-tkabbir tal-parteċipazzjoni finanzjarja tal-impjegati f'intrapriżi transnazzjonali,

–  wara li kkunsidra r-Rapport PEPPER II, bl-isem "Promotion of participation by employed persons in profits and enterprise results (including equity participation) in Member States" (Il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni mill-persuni impjegati fil-profitti u r-riżultati tal-intrapriżi (inkluża l-parteċipazzjoni fil-kapital) fl-Istati Membri), li ġie ppubblikat mill-Kummissjoni f'Jannar 1997 (COM(1996)0697),

–  wara li kkunsidra r-Rapport PEPPER I, bl-isem "Promotion of employee participation in profits and enterprise results" (Il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tal-impjegati fil-profitti u r-riżultati tal-intrapriżi), li ġie ppubblikat f'Marzu 1991 mill-Kummissjoni u l-Istitut Universitarju Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0293/2018),

A.  billi hemm diversi mudelli ta' parteċipazzjoni finanzjarja tal-impjegati (EFP) li minnhom jista' jagħżel min iħaddem: qsim tal-profitti, pjanijiet ta' sjieda ta' ishma għall-impjegati, sjieda ta' ishma għall-ħaddiema f'mudelli kooperattivi u pjanijiet ta' sjieda ta' stokks għall-impjegati (ESOPs);

B.  billi l-aktar mudell tal-EFP xieraq fil-parti l-kbira jrid jintgħażel b'attenzjoni mill-kumpanija individwali u l-ħaddiema tagħha filwaqt li jitqiesu kif xieraq il-kuntest speċifiku tar-regoli ta' tassazzjoni nazzjonali u settorjali, u fil-biċċa l-kbira jiddependi fuq id-daqs, l-attività u l-istatus tal-kumpanija, speċjalment jekk din tkun elenkata; billi mhuwiex xieraq li jiġi żviluppat mudell komprensiv "wieħed tajjeb għal kulħadd" għall-EFP fil-livell tal-UE;

C.  billi, skont id-data mill-Istħarriġ Ewropew tal-Kumpaniji tal-2013(5), l-iskemi tal-EFP jistgħu jvarjaw ħafna skont il-karatteristiċi tal-kumpanija; billi 62 % tal-istabbilimenti Ewropej jużaw xi forma ta' paga varjabbli, bil-kondiviżjoni tal-profitti fi 30 % tal-każijiet u bil-paga marbuta mal-prestazzjoni tal-grupp f'25 % tal-każijiet; billi skemi ta' sjieda ta' ishma qed jintużaw minn 5 % tal-istabbilimenti; billi dawn l-iskemi EFP huma aktar prevalenti fis-settur privat milli fis-settur pubbliku (b'xi eċċezzjonijiet nazzjonali) kif ukoll f'ċerti setturi ekonomiċi, b'mod partikolari t-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjonijiet, il-finanzi, l-assigurazzjoni u l-konsulenza; billi huwa aktar probabbli li kumpaniji akbar jużaw dawn l-iskemi EFP minn intrapriżi żgħar u medji, u dawn l-iskemi huma wkoll ħafna aktar komuni f'kumpaniji ta' kapital barrani jew multinazzjonali u f'kumpaniji li jinstabu f'reġjuni ekonomikament(6) ċentrali jew avvanzati;

D.  billi l-ESOPs huma forma ta' EFP li jużaw entità intermedja kapaċi teżerċita drittijiet tal-vot jew forom oħra ta' governanza f'isem l-impegati, li jistgħu jagħżluhom fuq bażi volontarja;

E.  billi l-iskemi tal-EFP li jinvolvu lill-ħaddiema f'konsultazzjoni jew fit-teħid ta' deċiżjonijiet urew(7) li huma ta' benefiċċju kemm għall-impjegati kif ukoll għall-kumpanija inkluż f'termini ta' governanza sostenibbli, trasparenza, djalogu soċjali, rispett reċiproku bejn l-impjegati u min iħaddem, u aspetti oħra bħar-reklutaġġ, iż-żamma, il-motivazzjoni, is-sodisfazzjoni fl-impjieg u l-iżvilupp tal-ħiliet, kif ukoll il-prestazzjoni globali u l-profittabbiltà;

F.  billi l-parteċipazzjoni tal-impjegati fit-teħid tad-deċiżjonijiet tista' ttejjeb il-prestazzjoni organizzazzjonali u l-kwalità tal-ħajja tax-xogħol tal-impjegati, u billi tista' taġixxi bħala għodda għall-innovazzjoni fuq il-post tax-xogħol(8) biex tippromwovi sens ta' sjieda, ittejjeb il-fluss tal-informazzjoni fil-kumpanija u ttejjeb il-livelli ta' fiduċja bejn min iħaddem u l-impjegati;

G.  billi l-iskemi tal-EFP jista' jkollhom impatti pożittivi fuq l-ekonomija tal-Istati Membri minħabba li jappoġġaw lill-kumpaniji inkluż lill-SMEs u s-suq tax-xogħol; billi l-parteċipazzjoni finanzjarja tal-ħaddiema fil-kumpanija tagħhom tista' tikkontribwixxi għas-sodisfazzjon fl-impjieg, is-sens ta' sjieda, ir-rispett reċiproku bejn min iħaddem u l-impjegati u għall-prestazzjoni globali, u tista' tgħin lill-impjegati jsibu opportunitajiet f'pajjiżhom;

H.  billi, fil-kuntest tal-iżvilupp tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali (CMU), l-EFP tista' tikkontribwixxi għall-objettivi tas-CMU ta' tkabbir inklużiv u ta' trasparenza fl-attività ekonomika; billi l-EFP, jekk tkun marbuta ma' taħriġ għal parteċipanti pprovdut mill-kumpaniji u mill-Istati Membri, tista' ttejjeb l-edukazzjoni finanzjarja fost iċ-ċittadini tal-UE, u b'hekk potenzjalment tnaqqas ir-riluttanza tagħhom li jinvestu, u potenzjalment iżżid l-investiment fil-livell tal-konsumatur;

I.  billi l-Istrateġija Ewropea għall-Impjiegi u l-Istrateġija Ewropa 2020 jistabbilixxu l-prijoritajiet biex itejbu l-kwalità tal-impjiegi u jiżguraw kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar; billi ż-żieda fil-parteċipazzjoni tal-impjegati fir-riżultati finanzjarji tal-kumpaniji u l-offerta ta' kumpens aħjar jistgħu jgħinu biex jintlaħqu dawn l-għanijiet;

J.  billi l-EFP trid timxi id f'id ma' livell għoli ta' informazzjoni, taħriġ u konsultazzjoni tal-impjegati sabiex dawn ikunu kompletament konxji tat-termini u l-kundizzjonijiet tal-iskemi ta' parteċipazzjoni finanzjarja li jistgħu jissieħbu fihom u għalhekk ikunu jistgħu jagħmlu valutazzjoni kompletament infurmata tal-vantaġġi u r-riskji potenzjali ta' dawn l-iskemi, bħal fil-każ ta' falliment tal-kumpanija;

K.  billi permezz tal-EFP, id-djalogu soċjali msaħħaħ u t-teħid tad-deċiżjonijiet strateġiċi, min iħaddem jista' jinvesti f'opportunitajiet għall-iżvilupp tal-forza tax-xogħol tagħhom, u għaldaqstant jikkontribwixxi għall-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u l-iżgurar ta' livell għoli ta' taħriġ;

L.  billi bl-involviment tal-impjegati fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, skont l-ispeċifiċità tal-iskema, l-EFP tista', f'xi każijiet, tgħin lill-kumpaniji, inklużi l-SMEs, fir-rigward tar-ristrutturar u tal-kontinwità tan-negozju billi tindirizza s-suċċessjoni tal-kumpanija u l-problemi ta' tiġdid ġenerazzjonali, pereżempju f'negozji tal-familja;

M.  billi ta' min jikkunsidra li l-EFP għandha elementi pożittivi u negattivi;

N.  billi l-EFP iġġorr xi riskji finanzjarji, imma tista' taġixxi wkoll bħala ammortizzatur, filwaqt li tippermetti bonuses jew kumpens ieħor u tiżgura li l-ħaddiema jkollhom portafoll ta' ishma mfaddla; billi l-ESOPs b'mod partikolari jistgħu jkunu eżempju ta' mudell ta' akkwiżizzjoni ta' kumpaniji mhux elenkati mill-impjegati fejn il-proċess ta' akkwiżizzjoni prijoritarja jista' jippermetti lill-impjegati jkunu jistgħu potenzjalment jissalvagwardjaw l-impjiegi tagħhom stess meta jkun hemm il-possibbiltà ta' akkwist minn kumpaniji oħra;

O.  billi għalhekk huma meħtieġa miżuri sabiex l-impjegati jiġu protetti u jiġi evitat li jiffaċċjaw riskji bħal pereżempju li jitilfu kemm l-impjieg tagħhom kif ukoll il-kapital investit meta min iħaddimhom jintlaqat minn kriżi; billi l-EFP ma tistax tintuża biex jitnaqqsu id-drittijiet soċjali u dawk tal-impjieg akkwistati mill-impjegati, ma tridx tieħu post il-paga bażika normali, forom oħra ta' remunerazzjoni jew kontribuzzjonijiet għal skemi ta' pensjoni, u ma tridx tkun mod li bih jiġu ttrasferiti r-riskji fuq il-ħaddiem jew biex ma tkunx rispettata l-liġi tax-xogħol;

P.  billi l-parteċipazzjoni tal-impjegati fl-EFP għandha tibqa' volontarja, partikolarment fl-SMEs, filwaqt li ma għandhiex taffettwa l-mobbiltà tagħhom fis-suq tax-xogħol, id-drittijiet tas-sigurtà soċjali jew id-drittijiet tagħhom li jieħdu azzjoni kollettiva; billi l-impjegati għandu għalhekk ikollhom aċċess f'kull ħin għal tagħrif dwar is-sitwazzjoni ekonomika tal-kumpanija, bl-eċċezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħha u ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva, u jkunu informati bil-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' kull skema tal-EFP disponibbli;

Q.  billi l-inċentivi fiskali huma elementi ewlenin sabiex tiġi promossa EFP li tista' tħalli l-frott tagħha fuq medda ta' żmien medju sa twil, meta jitqies li l-pajjiżi li għandhom tradizzjoni twila ta' parteċipazzjoni finanzjarja tal-impjegati għandhom ukoll l-aktar sjieda żviluppata għall-impjegati u l-ogħla benefiċċji fiskali;

R.  billi politiki tal-impjieg proattivi, bħall-appoġġ għall-impjieg indipendenti ġenwin u l-intraprenditorija regolari u soċjali, huma għodda kruċjali biex in-nies qiegħda jerġgħu jiġu integrati fis-suq tax-xogħol, f'konformità mal-Pjan ta' Azzjoni tal-Intraprenditorija Ewropew adottat f'Jannar 2013;

S.  billi l-Fond Soċjali Ewropew attwali jippromwovi l-intraprenditorija soċjali u l-ekonomija soċjali u ta' solidarjetà u l-FSE Plus li jmiss għandu jkompli jagħmel dan; billi l-EFP tista' tagħti kontribut siewi għall-iżvilupp tal-ekonomija soċjali u ta' solidarjetà billi, pereżempju, tagħmel l-investiment jew il-finanzjament aktar aċċessibbli;

T.  billi l-EFP tista' tikkomplementa l-programmi tal-UE maħsuba biex itejbu l-aċċess għall-kapital, speċjalment għall-SMEs, bħall-programm COSME, il-programm InnovFin, il-programm Ewropa Kreattiva u l-fondi strutturali u ta' investiment Ewropej;

U.  billi l-EFP tista' tkun għodda komplementari għall-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni li jgħin lill-persuni li tilfu l-impjieg tagħhom wara bidliet strutturali kbar ikkawżati mill-globalizzazzjoni jew mill-kriżi ekonomika u finanzjarja, fir-rigward tal-iżvilupp mill-ġdid tal-ħiliet, ta' taħriġ, ta' għajnuna għall-impjieg indipendenti, għall-ħolqien ta' intrapriżi u għall-irkupru ta' intrapriżi mill-impjegati;

V.  billi l-linji gwida tal-UE għall-EFP jistgħu jgħinu lill-Istati Membri jiżviluppaw oqfsa għall-iskemi tal-EFP li jistgħu potenzjalment iwasslu għal benefiċċji kemm għal min iħaddem kif ukoll għall-impjegati u wkoll biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni pubblika dwar l-EFP;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra rakkomandazzjonijiet xierqa biex tħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-kumpaniji, partikolarment l-SMEs, jiżviluppaw u joffru skemi tal-EFP għall-benefiċċju u fl-interess kemm tal-impjegati kif ukoll tal-kumpaniji; jenfasizza li dawn l-iskemi għandhom:

   jipproteġu s-sigurtà tad-dħul tal-ħaddiema,
   ma jisfruttawx lill-ħaddiema f'sitwazzjoni ta' kriżi,
   ma jittrasferux ir-riskju intraprenditorjali fuq il-ħaddiema;
   jiggarantixxu livell għoli ta' protezzjoni għall-investimenti tal-ħaddiema;

2.  Jistieden lill-Istati Membri jipprovdu inċentivi mhux obbligatorji, inklużi inċentivi tat-taxxa li ma jipprevalux fuq ir-regoli tat-taxxa nazzjonali, f'konformità mal-prinċipji tal-aħjar prattika, meta jkunu qed jippromwovu skemi ta' sjieda għall-impjegati fost il-kumpaniji u l-impjegati, fl-istess waqt jappoġġaw l-ogħla standards ta' protezzjoni soċjali għall-impjegati u jissalvagwardjaw id-dritt tagħhom għal azzjoni kollettiva;

3.  Jissottolinja l-fatt li l-EFP għandha tiġi inkorporata f'sistema li tinvolvi lill-ħaddiema, pereżempju fit-teħid tad-deċiżjonijiet tal-kumpanija, inkluż permezz tar-rappreżentanti tal-ħaddiema, u li l-EFP ma għandhiex tkun sostitut għal paga ġusta u deċenti, u lanqas m'għandha tkun alternattiva għall-pensjonijiet pubbliċi jew għal skemi ta' pensjonijiet miftiehma kollettivament;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni timplimenta l-"pjan ta' azzjoni b'ħames punti" inkluż fir-rapport finali tal-proġett pilota għall-promozzjoni tas-sjieda u l-parteċipazzjoni tal-impjegati mill-2014;

5.  Jirrikonoxxi r-rabta bejn il-miżuri leġiżlattivi fil-livell nazzjonali li jiffavorixxu skemi tal-EFP u l-għadd ta' kumpaniji u impjegati li jużawhom;

6.  Jenfasizza l-ostakli transnazzjonali li jiġu iffaċċjati kemm mill-kumpaniji li joffru dawn l-iskemi f'diversi Stati Membri, kif ukoll mill-impjegati, jiġifieri d-diskrepanzi fil-leġiżlazzjoni u r-riskji tat-tassazzjoni doppja li jistgħu jiġġeneraw spejjeż amministrattivi sostanzjali u jaffettwaw il-libertà ta' moviment tal-ħaddiema, aspett importanti biex jinqered il-qgħad u jittejbu l-konverġenza u l-integrazzjoni fost l-Istati Membri;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu s-sensibilizzazzjoni kif ġie rrakkomandat fir-rapport finali tal-proġett pilota għall-promozzjoni tas-sjieda u l-parteċipazzjoni tal-impjegati mill-2014, jikkapitalizzaw fuq is-sejbiet tal-proġetti ta' riċerka u jħeġġu t-trasferibbiltà transfruntiera tal-aħjar prattiki, u jipproponu sett ta' mudelli ta' appoġġ sempliċi, elementari u bażiċi;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu siti web apposta li jkunu jinkludu ftehimiet mudell ta' qsim fil-profitti għall-SMEs u l-VSEs biex jaġevolaw l-implimentazzjoni, kif ukoll informazzjoni dwar ir-riskji marbuta u materjal rilevanti ieħor; jistieden barra minn hekk lill-Kummissjoni tkompli tiġbor id-data dwar l-użu u l-firxa tal-iskemi ta' parteċipazzjoni finanzjarja, kif ukoll teżamina l-impatt tal-parteċipazzjoni finanzjarja fuq l-operat tal-kumpanija, il-kwalità tax-xogħol u ż-żamma tal-impjiegi tagħha, bl-għajnuna tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol;

9.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jassistu lill-kumpaniji li juru interess fl-EFP b'soluzzjonijiet u miżuri ta' appoġġ speċifiċi biex jevitaw spejjeż amministrattivi u ta' żvilupp eċċessivi marbuta mal-implimentazzjoni tal-EFP, speċjalment fl-SMEs, u biex jinkoraġġixxu lill-operaturi tal-esternalizzazzjoni bħall-banek u fondi ta' investiment biex jipproponu skemi sempliċi tal-EFP adattati apposta għal din it-tip ta' kumpanija, filwaqt li jiżguraw li l-intermedjarji ma jiħdux vantaġġ mill-iżgħar kumpaniji, u li ma jkunx hemm spejjeż moħbija;

10.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-istati Membri jippromwovu l-edukazzjoni finanzjarja sabiex jissaħħu l-kapaċitajiet taċ-ċittadini tal-UE f'dan ir-rigward u titqajjem sensibilizzazzjoni dwar l-implikazzjonijiet tal-EFP;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinvolvu ruħhom fil-bidu tal-proċess mas-sħab soċjali, mal-organizzazzjonijiet u ma' partijiet ikkonċernati oħra dwar is-sjieda tal-ishma tal-impjegati sabiex ifasslu l-aktar oqfsa tal-EFP xierqa, u meta skema tal-EFP titqies rilevanti, jinnegozjawha fuq bażi ta' kull impjant b'mod individwali, filwaqt li jikkunsidraw id-daqs, it-tip ta' kumpanija, il-forza tax-xogħol u s-sitwazzjoni finanzjarja tagħha, iżda anki l-leġiżlazzjoni u l-prattiki nazzjonali;

12.  Jirrakkomanda li l-iskemi u l-għodod ta' tfaddil tal-pagi jkunu nnegozjati fil-livell ta' kull fergħa, sabiex ftehimiet standard li jkunu jistgħu jiġu applikati direttament u faċilment ikunu magħmula disponibbli għall-SMEs u l-VSEs;

13.  Jenfasizza li l-EFP għandha tkun miftuħa għall-impjegati kollha fuq bażi nondiskriminatorja, irrispettivament mill-età, il-ġeneru, in-nazzjonalità, l-arranġamenti tax-xogħol full-time / part-time, eċċ.;

14.  Iżid jgħid li d-differenzazzjoni bejn l-impjegati tista' tiġi ġġustifikata sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet u l-interessi differenti tal-impjegati, bħal pjanijiet ta' ishma ristretti li jkunu limitati għad-diriġenti;

15.  Jikkunsidra li l-ESOPs għandhom jippermettu wkoll li l-impjegati jużaw il-kont tal-ESOP għal ekwità oħra għajr dik ta' min attwalment iħaddimhom, sabiex b'hekk jiġi mmitigat ir-riskju ta' konċentrazzjoni, b'mod partikolari għal SMEs;

16.  Ifakkar li d-deċiżjoni ta' sħubija ma' skemi tal-EFP għandha tkun għalkollox volontarja, li jfisser li ma għandha tittieħed ebda azzjoni kontra impjegati li jiddeċiedu li ma jingħaqdux u meta jkun hemm qbil, il-parteċipazzjoni tagħhom għandha tkun ibbażata fuq taħriġ xieraq u l-kunsens infurmat tal-impjegati, li jkollhom għarfien sħiħ tal-intitolamenti, l-obbligi u r-riskji, tas-sitwazzjoni tal-kumpanija, tal-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' kull skema, u tal-effetti tat-tassazzjoni meta jissieħbu mal-iskema u tal-kundizzjonijiet li japplikaw meta huma jitilqu l-kumpanija jew l-iskema;

17.  Jikkunsidra li l-EFP m'għandhiex tissostitwixxi jew tnaqqas ir-remunerazzjoni ta' bażi normali jew xi forma oħra ta' kontribuzzjoni bħall-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, iżda trid tkun komplementarja għad-drittijiet soċjali u kuntrattwali kollha, u din tkun prekundizzjoni biex tiġi implimentata EFP;

18.  Jemmen li għandhom jiġu żviluppati aktar rabtiet bejn l-EFP u l-ekonomija soċjali, speċjalment permezz ta' programmi bħall-Ewropa Kreattiva, li toffri mikrokrediti sa EUR 25 000 lil kumpaniji żgħar u negozji soċjali;

19.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkunsidraw l-evoluzzjoni u l-bidla rapida tas-suq tax-xogħol u l-isfidi konsegwenti li jirrigwardaw il-ħiliet, id-diġitalizzazzjoni, l-awtomatizzazzjoni, l-inugwaljanzi fil-ġid u l-qtugħ tas-sigurtà soċjali, kif ukoll il-ħolqien kontinwu ta' opportunitajiet ġodda li jappoġġaw u jipproteġu lill-ħaddiema u jippermettulhom jadattaw u jiżviluppaw professjonalment u personalment;

20.  Jenfasizza r-rwol importanti li jista' jkollha l-EFP fl-iżvilupp tal-intraprenditorjat u l-kultura tal-intraprenditorija billi tiffaċilita r-riċerka u l-aċċess għall-kapital, l-aktar għan-negozji ġodda;

21.  Jenfasizza li għalkemm il-mikrointrapriżi għandhom rwol importanti fl-ekonomija tal-parti l-kbira tal-Istati Membri tal-UE, għadha ma ġiet implimentata l-ebda miżura ta' appoġġ għas-sjieda tal-ishma tal-impjegati;

22.  Jilqa' l-inizjattivi mmexxija mid-direttorati ġenerali tal-Kummissjoni, bħad-DĠ EMPL, FISMA u GROW, li jappoġġaw l-impjiegi, l-SMEs u l-unjoni tas-swieq kapitali, u jitlob approċċ ikkoordinat biex ir-riżorsi disponibbli jintużaw bl-aħjar mod, filwaqt li jfakkar li l-benefiċjarju aħħari huwa ċ-ċittadin Ewropew;

23.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 307, 18.11.2008, p. 11.
(2) ĠU C 68 E, 18.3.2004, p. 429.
(3) ĠU C 440, 30.12.2015, p. 23.
(4) ĠU C 482, 23.12.2016, p. 41.
(5) It-Tielet Stħarriġ Ewropew tal-Kumpanniji, Eurofound, 2013.
(6) Changes in remuneration and reward systems (Tibdil f'sistemi ta' remunerazzjoni u ta' kumpens), Eurofound, 2016.
(7) Stħarriġ ekonomiku annwali tas-sjieda ta' ishma għall-impjegati f'pajjiżi Ewropej.
(8) Workplace Innovation in European companies (Innovazzjoni fuq il-post tax-xogħol fil-kumpaniji Ewropej), Eurofound 2016.

Avviż legali - Politika tal-privatezza