Indiċi 
Testi adottati
It-Tlieta, 13 ta' Novembru 2018 - StrasburguVerżjoni finali
Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lil-Latvja
 Għajnuna għall-iżvilupp tal-UE fil-qasam tal-edukazzjoni
 Effiċjenza fl-enerġija ***I
 Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija ***I
 Il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulazzjoni) ***I
 Pjan pluriennali għall-istokkijiet pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet ***I
 L-istat tad-dritt fir-Rumanija
 Standards minimi għall-minoranzi fl-UE
 Diġitalizzazzjoni għall-iżvilupp: tnaqqis tal-faqar permezz tat-teknoloġija

Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lil-Latvja
PDF 132kWORD 50k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2018 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lil-Latvja (COM(2018)0658 – C8-0416/2018 – 2018/2230(BUD))
P8_TA(2018)0440A8-0357/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0658 – C8-0416/2018),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(3), u b'mod partikolari l-punt 11 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0357/2018),

1.  Jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni bħala sinjal ta' solidarjetà tal-Unjoni ma' ċittadini tal-Unjoni u mar-reġjuni milquta mid-diżastri naturali;

2.  Jenfasizza l-ħtieġa urġenti li tiġi rilaxxata l-assistenza finanzjarja mill-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea ("il-Fond") lir-reġjuni milquta minn diżastri naturali fl-Unjoni fl-2017;

3.  Jappoġġja lill-Istati Membri li jużaw il-fondi strutturali u ta' investiment Ewropej għar-rikostruzzjoni tar-reġjuni milquta; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja u tapprova b'mod rapidu r-riallokazzjoni finanzjarja tal-ftehimiet ta' sħubija mitluba mill-Istati Membri għal dan il-għan;

4.  Jistieden lill-Istati Membri jużaw il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond b'mod trasparenti, u b'hekk tiġi żgurata distribuzzjoni ġusta fir-reġjuni kollha milquta;

5.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lil-Latvja

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2018/1859.)

(1) ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(3) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.


Għajnuna għall-iżvilupp tal-UE fil-qasam tal-edukazzjoni
PDF 148kWORD 57k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2018 dwar l-għajnuna għall-iżvilupp tal-UE fil-qasam tal-edukazzjoni (2018/2081(INI))
P8_TA(2018)0441A8-0327/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 26 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem (UDHR) li jgħid li "[k]ulħadd għandu dritt għall-edukazzjoni. L-edukazzjoni għandha tkun bla ħlas, tal-inqas l-edukazzjoni primarja u bażika",

–  wara li kkunsidra d-dokument intitolat "Nittrasformaw lid-Dinja tagħna: l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli", adottat fil-25 ta' Settembru 2015 mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, li jagħraf li l-ekwità, l-inklużjoni u l-ugwaljanza bejn is-sessi huma marbuta b'mod inseparabbli mad-dritt għall-edukazzjoni inklużiva,

–  wara li kkunsidra l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) u b'mod partikolari l-Għan nru 4: "L-iżgurar ta' aċċess ugwali għall-edukazzjoni ta' kwalità, u l-promozzjoni ta' opportunitajiet ta' tagħlim tul il-ħajja", kif ukoll id-Dikjarazzjoni ta' Incheon u l-Qafas għal Azzjoni għall-implimentazzjoni tal-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli 4, li jiddikjara li "l-ugwaljanza bejn is-sessi hija inseparabbli mid-dritt għall-edukazzjoni għal kulħadd",

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni Nru 36 (2017) tal-Kumitat tan-NU għall-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni kontra n-Nisa, fir-rigward tad-dritt tal-bniet u n-nisa għall-edukazzjoni,

–  wara li kkunsidra l-Aġenda ta' Azzjoni ta' Addis Ababa dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp adottat mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fis-27 ta' Lulju 2015,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 35/L2 tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) tat-22 ta' Ġunju 2017, intitolata "Id-dritt għall-edukazzjoni: segwitu tar-Riżoluzzjoni 8/4 tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem",

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2002 bit-titlu "L-edukazzjoni u t-taħriġ fil-kuntest tat-tnaqqis tal-faqar fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp" (COM(2002)0116),

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-Kummissjoni tal-2010 dwar ir-rinfurzar u t-titjib tal-edukazzjoni fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp bit-titlu "More and Better Education in Developing Countries" (Iktar Edukazzjoni mtejba fil-Pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp) (SEC(2010)0121),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2018 bit-titlu "L-Edukazzjoni f'Emerġenzi u Kriżijiet fit-Tul" (COM(2018)0304),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' Charlevoix dwar l-edukazzjoni ta' kwalità għall-bniet, it-tfajliet adoloxxenti u n-nisa fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, adottata mill-G7 fid-9 ta' Ġunju 2018,

–  wara li kkunsidra l-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp u l-Kodiċi ta' Mġiba tal-UE dwar it-Tqassim tax-Xogħol fil-Politika tal-Iżvilupp (COM(2007)0072),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-31 ta' Mejju 2018 dwar l-implimentazzjoni tad-Dokument ta' Ħidma Konġunt tal-Persunal (SWD(2015)0182) – L-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri u l-Emanċipazzjoni tan-Nisa: Nittrasformaw il-Ħajjiet tal-Bniet u tan-Nisa permezz tar-Relazzjonijiet Esterni tal-UE (2016-2020)(1),

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' April 2018 dwar it-titjib tas-sostenibilità tad-dejn tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp(2),

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-UNESCO dwar il-Monitoraġġ tal-Edukazzjoni Globali ppubblikat fl-2017 u bit-titlu "Accountability in Education: meeting our commitments" (Ir-responsabilità fl-edukazzjoni: inwettqu l-impenji tagħna),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0327/2018),

A.  billi l-edukazzjoni hija dritt fundamentali tal-bniedem u hija ċentrali għall-kisba tal-SDGs kollha; tipprevjeni t-trażmissjoni tal-faqar bejn il-ġenerazzjonijiet u għandha rwol ewlieni fil-kisba tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa; billi l-edukazzjoni bħala qasam tad-drittijiet tmur lil hinn mill-ugwaljanza aritmetika u tfittex li tippromwovi ugwaljanza reali bejn is-sessi fl-edukazzjoni u permezz tagħha;

B.  billi l-aħħar komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-edukazzjoni fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp tmur lura għall-2002 u ġiet aġġornata biss fl-2010 b'dokument ta' ħidma;

C.  billi fl-2009, l-għajnuna għall-edukazzjoni kienet tirrappreżenta 8,3 % tal-għajnuna globali għall-iżvilupp; billi fl-2015, dan is-sehem naqas għal 6,2 %; billi għall-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, dan is-sehem naqas minn 11 % għal 7,6 % fuq l-istess perjodu;

D.  billi l-għajnuna għall-edukazzjoni bażika tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha naqset bi 33,9 % bejn l-2009 u l-2015, jiġifieri aktar mill-għajnuna għall-edukazzjoni b'mod ġenerali (15,2 %);

E.  billi fl-2015, 264 miljun tifel u tifla u żagħżugħ u żagħżugħa fl-età tal-iskola fl-edukazzjoni primarja jew sekondarja ma kinux irreġistrati fi skola;

F.  billi, sa tmiem l-2017, kien hemm aktar minn 25,4 miljun rifuġjat madwar id-dinja, li minnhom 7,4 miljuni kienu tfal tal-iskola primarja, li minnhom 4 miljuni ma kellhom aċċess għall-ebda tip ta' edukazzjoni primarja; fil-pajjiżi milquta minn sitwazzjonijiet fraġli u kunflitti, hemm 37 % aktar bniet milli subien li ma jmorrux skola primarja, u huwa kważi 90 % aktar probabbli li n-nisa żgħażagħ ma jmorrux skola sekondarja mill-kontropartijiet maskili tagħhom fil-pajjiżi mhux affettwati minn kunflitt;

G.  billi r-rapport dwar l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU tal-2017 juri li, fl-2011, madwar kwart biss ta' skejjel fl-Afrika sub-Saħarjana kellhom aċċess għall-elettriku u anqas minn nofs kellhom aċċess għal ilma tajjeb għax-xorb; billi l-Afrika sub-Saħarjana għandha l-iktar perċentwal baxx ta' għalliema kwalifikati fl-edukazzjoni primarja kif ukoll f'dik sekondarja;

H.  billi fil-passat l-appoġġ għall-edukazzjoni f'pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp kien iffukat wisq fuq l-għadd ta' studenti rreġistrati u mhux fuq il-kwalità tal-edukazzjoni pprovduta; u l-SDG Nru 4 għandu l-għan li jiżgura li jkun hemm aċċess ta' kulħadd għall-edukazzjoni ta' kwalità sal-2030;

I.  billi jitqiesu d-diffikultajiet iffaċċjati minn ċerti intrapriżi f'pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp biex isibu ħaddiema bi kwalifiki li jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom;

J.  billi l-isforzi li saru mill-2016, li għalkemm jistħoqqilhom kull tifħir, madankollu ma kinux biżżejjed sabiex ipattu għaż-żmien mitluf akkumulat u għalhekk għandhom jissoktaw u jiżdiedu maż-żmien;

K.  billi, skont il-UNESCO, l-għajnuna għall-edukazzjoni tal-pajjiżi b'introjtu baxx u b'introjtu medju baxx għandha tikber b'sitt darbiet sabiex sal-2030 jintlaħaq l-SDG nru 4; billi, skont il-Kummissjoni internazzjonali dwar il-finanzjament ta' opportunitajiet edukattivi fid-dinja, l-għajnuna għall-edukazzjoni għandha tilħaq id-89 biljun dollaru fl-2030, meta mqabbla mat-12-il biljun tal-lum il-ġurnata;

Inpoġġu l-edukazzjoni fiċ-ċentru tal-iżvilupp

1.  Jinsab konvint li l-għajnuna għall-edukazzjoni għandha tkun prijorità, peress li l-edukazzjoni tikkostitwixxi dritt fundamentali iżda wkoll peress li hija essenzjali għall-kisba ta' SDGs oħra: għall-iżvilupp ekonomiku u t-tnaqqis tal-inugwaljanzi, l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-emanċipazzjoni tal-bniet u n-nisa, l-inklużjoni soċjali ta' persuni b'diżabilità, is-saħħa, id-demokrazija u l-istat tad-dritt u l-prevenzjoni tal-kunflitti;

2.  Jiddispjaċih għalhekk li l-għajnuna għall-edukazzjoni mhix prijorità tad-donaturi internazzjonali; iħeġġeġ biex l-edukazzjoni titpoġġa fiċ-ċentru tal-politiki dwar l-iżvilupp tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha;

3.  Jirrikonoxxi li l-kisba tal-SDG nru 4 teħtieġ investiment enormi fis-sistemi edukattivi; jafferma li, l-ewwel nett, dan l-investiment għandu jsir mill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, iżda li l-għajnuna internazzjonali tibqa' indispensabbli biex tagħmel tajjeb għan-nuqqas ta' finanzjament;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni taġġorna l-komunikazzjoni tagħha dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ fil-kuntest tat-tnaqqis tal-faqar fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, li tmur lura għall-2002, kif ukoll id-dokument ta' ħidma tagħha tal-2010; jindika li l-komunikazzjoni l-ġdida għandha tippjana l-mezzi biex jintlaħaq l-SDG nru 4 sal-2030;

5.  Jistieden lill-Unjoni u lill-Istati Membri tagħha biex jallokaw 10 % tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp tagħhom għall-edukazzjoni sal-2024, u 15 % fl-2030;

6.  Ifakkar li ż-żieda meħtieġa fl-isforzi tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp biex jiġu promossi sistemi tat-taxxa ekwi u jiġu miġġielda l-flussi finanzjarji illeċiti u ż-żieda indispensabbli fl-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp mhumiex se jkunu biżżejjed biex jagħmlu tajjeb għan-nuqqas ta' finanzjament; jappella għalhekk għall-ħolqien ta' mezzi ta' finanzjament innovattivi b'effett ta' ingranaġġ u li huma allinjati ma' mekkaniżmi u inizjattivi ta' finanzjament eżistenti sabiex jissaħħu s-sistemi tal-edukazzjoni nazzjonali;

7.  Isegwi b'interess il-proposta tal-Kummissjoni internazzjonali dwar il-finanzjament ta' opportunitajiet edukattivi fid-dinja li tinħoloq Faċilità Internazzjonali ta' Finanzjament għall-Edukazzjoni (IFFEd), dment li din tikkomplementa tassew l-isforzi attwali u ma tissostitwixxihomx; iqis li din l-inizjattiva għandha titwettaq f'sinerġija mal-azzjoni tas-Sħubija Globali għall-Edukazzjoni; jindika li għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-affidabilità tal-kreditu tal-pajjiżi eliġibbli qabel kull finanzjament;

8.  Jinnota li l-mira ta' 20 % ta' għajnuna pubblika għall-iżvilupp tal-Unjoni allokata għall-inklużjoni soċjali u l-iżvilupp tal-bniedem, li jkopru s-servizzi soċjali bażiċi, inkluża s-saħħa u l-edukazzjoni, mhix preċiża u ma tippermettix monitoraġġ adegwat tal-infiq; jitlob li l-miri kwantifikati jiġu inklużi fil-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss;

Nindirizzaw il-prijoritajiet

9.  Ifakkar li l-kompetenza tat-tagħlim bażiku, inkluż ta' ħiliet diġitali, hija prerekwiżit għall-iżvilupp tal-ħiliet u l-integrazzjoni fil-ħajja tax-xogħol, li l-edukazzjoni tal-bniet hija lieva essenzjali għall-kisba tal-SDGs, għas-saħħa u l-benesseri kif ukoll għall-miġja ta' soċjetajiet paċifiċi, u li l-pajjiżi l-anqas żviluppati (LDCs) huma l-aktar esposti għan-nuqqas ta' finanzjament meta fil-fatt huma dawk fejn l-investiment jiġġenera l-ogħla benefiċċji għall-bniedem, soċjali, għall-ekonomija u għas-saħħa;

10.  Ifakkar li l-emanċipazzjoni tal-gruppi vulnerabbli hija essenzjali biex jitnaqqas il-faqar; jinsisti li l-persuni kollha, irrispettivament mis-sess, l-etniċità, il-lingwa, ir-reliġjon, l-opinjoni politika jew opinjoni oħra, kif ukoll il-persuni b'diżabilità, il-migranti u l-popli indiġeni, għandu jkollhom aċċess għal opportunitajiet inklużivi u ekwi għall-edukazzjoni u t-taħriġ tul il-ħajja;

11.  Jafferma għaldaqstant li l-għajnuna tal-Unjoni għall-edukazzjoni qabelxejn għandha tindirizza żewġ prijoritajiet: tippromwovi l-edukazzjoni bażika ta' kwalità u inklużiva u tipprovdi appoġġ imsaħħaħ lil-LDCs;

12.  Jinsisti b'mod partikolari fuq l-għan 4.1 tal-SDG, li jimmira għal ċiklu ta' edukazzjoni primarja u sekondarja fuq perjodu ta' 12-il sena bla ħlas għal kulħadd; itenni li għandu jkun pilastru ewlieni tas-Sħubija bejn l-Afrika u l-UE, f'konformità mal-prijoritajiet strateġiċi miftiehma fis-Summit tal-Unjoni Ewropea u l-Unjoni Afrikana (2017); jindika li l-edukazzjoni bla ħlas ma għandhiex tkopri biss it-tagħlim iżda wkoll l-ispejjeż moħbija, kif ukoll l-ispejjeż tal-materjal edukattiv, tat-trasport u tal-ikel; iqis li l-Istati għandhom iqisu sistemi ta' għotjiet sabiex it-tfal l-aktar żvantaġġati jkunu jistgħu jattendu l-iskola; ifakkar fl-importanza li jiġu ggarantiti l-pluraliżmu u l-libertà tal-għażla tal-ġenituri; madankollu, jirrikjedi li l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri, bi qbil mal-mira tal-SDG 4.1 u l-Artikolu 26 tal-UDHR, ma jużawx l-Assistenza Pubblika għall-Iżvilupp biex jappoġġaw istituzzjonijiet edukattivi kummerċjali bi skop ta' qligħ, li ma jirrispettawx il-prinċipji u l-valuri tal-Unjoni;

13.  Jistieden lill-Unjoni u lill-Istati Membri biex minn issa sal-2030 jallokaw tal-inqas nofs l-għajnuna tagħhom għall-edukazzjoni lill-edukazzjoni bażika;

14.  Jitlob ukoll li tal-inqas 40 % tal-għajnuna għall-edukazzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri tkun diretta lejn l-LDCs;

15.  Jitlob, li tingħata attenzjoni partikolari lill-ugwaljanza bejn il-bniet u s-subien, li hi essenzjali għall-iżvilupp sostenibbli u għall-prinċipju li ħadd ma jaqa' lura; jistieden lill-Unjoni tippromwovi edukazzjoni inklużiva u ta' kwalità sabiex jitneħħew l-ostakoli għall-aċċess tal-bniet għall-edukazzjoni, għall-parteċipazzjoni tagħhom fi u t-tlestija tal-istudji tagħhom; ifakkar fl-għan li 85 % tal-programmi l-ġodda tal-Unjoni Ewropea jkollhom, bħala objettiv ewlieni jew sinifikanti, l-ugwaljanza tal-ġeneri sal-2020; jitlob, fl-aħħar nett, appoġġ għall-iżvilupp ta' sistemi edukattivi li jissodisfaw il-ħtiġijiet ta' studenti b'diżabilità, kif ukoll minoranzi oħra u gruppi vulnerabbli, b'kont meħud tal-ispeċifiċitajiet lokali;

16.  Jilqa' l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-komunikazzjoni tagħha dwar l-edukazzjoni f'sitwazzjonijiet ta' emerġenzi u ta' kriżijiet fit-tul u l-għan li 10 % tal-għajnuna umanitarja tal-Unjoni tiġi allokata għall-edukazzjoni mill-2019;

17.  Ifakkar li l-edukazzjoni ta' tfal rifuġjati jew spostati għandha tiġi kkunsidrata mill-bidu bħala prijorità; jisħaq fuq l-importanza li jiġu appoġġati pajjiżi milquta minn sitwazzjonijiet ta' fraġilità u kunflitti sabiex tissaħħaħ ir-reżiljenza tas-sistemi tagħhom u jiġi żgurat aċċess għal edukazzjoni ta' kwalità għolja, inkluża l-edukazzjoni sekondarja, għat-tfal u ż-żgħażagħ rifuġjati, dawk spostati internament u l-komunitajiet ospitanti tagħhom;

18.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' reazzjoni aktar integrata, li tinvolvi lill-partijiet ikkonċernati, rapida, sistematika u effettiva għall-ħtiġijiet tal-edukazzjoni f'sitwazzjoni ta' emerġenza, skont il-prinċipju ta' rabta bejn l-għajnuna ta' emerġenza, ir-riabilitazzjoni u l-iżvilupp;

19.  Jinnota li ċerti pajjiżi fil-mira ma jistgħux jew ma jridux jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-popolazzjoni, inklużi l-ħtiġijiet edukattivi tagħha; jitlob l-identifikazzjoni tas-sieħeb l-aktar xieraq tas-soċjetà ċivili u t-tisħiħ u l-estensjoni tal-prattiki tajba f'dan il-qasam mill-NGOs u atturi oħra;

20.  Ifakkar fl-importanza ta' edukazzjoni sekondarja, teknika u vokazzjonali għall-impjegabilità taż-żgħażagħ u għall-iżvilupp sostenibbli; jemmen li dawn it-tnejn tal-aħħar għandhom iwasslu għal impjieg diċenti, jiġu diretti lejn il-ħtiġijiet tal-iżvilupp tal-pajjiżi u l-ħtiġijiet tan-negozji, f'koordinazzjoni ma' u sa fejn possibbli, iffinanzjati minnhom; jiġbed l-attenzjoni għall-proġetti li jinvolvu lis-settur privat fiċ-ċentri tat-taħriġ u jistieden lill-Kummissjoni teżamina kif jista' jiġi appoġġat b'finanzjament l-iżvilupp ta' inizjattivi bħal dawn; jindika li l-Pjan ta' Investiment Estern tal-Unjoni jista' jiġi mmobilizzat biex jintlaħqu dawn l-objettivi u jitlob parteċipazzjoni strateġika tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊ) fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni f'dan il-qasam;

21.  Jinsab imħasseb dwar il-fenomenu tal-"eżodu ta' mħuħ"; jinnota li xi Stati Membri jonfqu aktar minn nofs l-għajnuna tagħhom għall-edukazzjoni fuq l-ispejjeż tal-edukazzjoni fit-territorju tagħhom; jindika li ż-żieda fl-għajnuna għall-edukazzjoni se jkollha tnaqqas dan il-proporzjon; jistieden lill-Istati Membri jesploraw u japplikaw il-prattiki u l-esperjenzi tajbin bħall-iskambji akkademiċi u professjonali; iqis li viżi għal dħul multiplu jippermettu lil dawn l-istudenti jaġġornaw l-għarfien tagħhom u jiffavorixxu l-mobilità ċirkolari; jistieden, fl-istess ħin, li jiġu stabbiliti inċentivi jew miżuri li jħeġġu lill-istudenti jaħdmu fis-settur ekonomiku jew tal-gvern fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom wara r-ritorn tagħhom għal perjodu minimu, b'tali mod li l-għarfien li jkunu kisbu jibbenefikaw prinċipalment lil pajjiżi sħab;

22.  Jinnota li l-kwalità tal-għalliema hija essenzjali għat-tagħlim; jinnota bi tħassib li l-kwalità u d-disponibilità tat-taħriġ tal-għalliema jibqgħu problema serja, b'mod partikolari fl-Afrika sub-Saħarjana; jinsisti fuq l-isforzi li għandhom isiru għat-taħriġ inizjali u kontinwu tal-għalliema, b'enfasi fuq l-għarfien u l-ħiliet edukattivi, kif ukoll fuq ir-reklutaġġ, il-pagi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom, inter alia biex jiġu mħeġġa jibqgħu u jgħaddu l-għarfien tagħhom lill-ġenerazzjonijiet futuri; jitlob li jkun hemm aktar programmi biex l-għalliema jiġu skambjati minn pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp u l-Istati Membri tal-Unjoni, pereżempju permezz tal-programm Erasmus+;

23.  Jinnota l-investimenti enormi meħtieġa fl-infrastrutturi, il-materjal u t-tagħmir edukattivi, b'mod partikolari f'żoni rurali jew sottopopolati, biex ikun żgurat aċċess ugwali għall-edukazzjoni għall-faċilitajiet kollha tal-edukazzjoni, mingħajr diskriminazzjoni;

24.  Jenfasizza l-importanza ta' teknoloġiji ġodda biex jitjiebu l-aċċess għall-edukazzjoni u l-kwalità tagħha, b'mod partikolari għat-tixrid tal-għarfien, it-taħriġ, it-tagħlim u l-iżvilupp tal-għalliema u l-ġestjoni tal-istituzzjonijiet; jisħaq fuq il-ħtieġa li tinħataf l-opportunità tat-tranżizzjoni diġitali biex jiġi żgurat li l-għarfien u l-metodi ta' tagħlim moderni jiġu żviluppati f'pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp; jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li dawn it-teknoloġiji ġodda għandhom jappoġġaw l-isforzi edukattivi, u mhux jissostitwixxuhom billi jnaqqsu l-istandards edukattivi; jitlob għal evalwazzjoni mtejba tal-impatt tal-investiment teknoloġiku fuq l-eżiti tat-tagħlim; jinsisti fuq it-tisħiħ tal-ħiliet diġitali biex jippromwovu l-emanċipazzjoni tan-nisa u l-bniet;

25.  Jitlob li jiġu rduppjati l-isforzi sabiex jiġu indirizzati l-isfidi tal-esklużjoni diġitali permezz tal-edukazzjoni u tat-taħriġ dwar ħiliet diġitali fundamentali u inizjattivi sabiex jiġi ffaċilitat l-użu tal-ICTs; jappella wkoll li l-litteriżmu diġitali jiġi introdott fil-kurrikuli tal-iskejjel fil-livelli kollha tal-edukazzjoni fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, bil-għan li jinkisbu l-ħiliet meħtieġa sabiex jitjieb l-aċċess għall-informazzjoni;

26.  Jinnota li l-edukazzjoni għandha twitti t-triq għall-ġenerazzjoni li jmiss sabiex tkun tista' tgħix ħajja produttiva bis-sħiħ f'dinja li se tkun qed tinbidel permezz ta' robotizzazzjoni u awtomatizzazzjoni; jemmen li sabiex jiġu ssodisfati l-aspettattivi ta' dawk li qed ifittxu xogħol kif ukoll in-negozji, it-taħriġ disponibbli għandu jkun ġenwinament professjonali u li, sabiex isir dan, ma għandhomx jiġu esklużi sħubijiet mas-settur privat fil-qasam tal-edukazzjoni vokazzjonali; jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq l-importanza tal-flessibilità u l-ħiliet, iżda jenfasizza wkoll l-importanza tal-ħiliet tal-ħajja u l-ħiliet soċjali fl-edukazzjoni; jinsab ċert li, barra mill-iskejjel li jgħallmu l-għarfien akkademiku, it-tfal għandhom jakkwistaw ħiliet ta' riflessjoni biex ikunu jistgħu jistaqsu mistoqsijiet validi, ħiliet kreattivi biex ikunu jistgħu jirrealizzaw l-ideat tagħhom u jkunu kapaċi jaġixxu biex jitgħallmu tul ħajjithom;

27.  Jinsisti fuq ir-rabta bejn l-edukazzjoni u s-saħħa; jindika li l-mediċina fil-kuntest tal-iskola u l-edukazzjoni dwar is-saħħa, minbarra li jippromwovu t-tagħlim, huma mod kif jintlaħqu sezzjonijiet kbar tas-soċjetà; jitlob li jiġi stabbilit approċċ komprensiv u integrat għall-edukazzjoni sesswali għall-bniet u s-subien, li jindirizza kwistjonijiet tas-saħħa bħall-HIV, l-ippjanar tal-familja u t-tqala, filwaqt li jikkontribwixxi wkoll għal objettivi usa' bħat-titjib tal-aċċess tal-bniet għall-edukazzjoni; jinnota l-importanza tal-fornituri tal-kura tas-saħħa għal appoġġ psikosoċjali, speċjalment f'pajjiżi affettwati minn kunflitti, sabiex titjieb ir-reżiljenza tat-tfal żgħar;

28.  Jinkoraġġixxi lill-Istati biex jintroduċu mill-inqas sena ta' edukazzjoni bla ħlas għat-tfal żgħar, f'konformità mal-mira tal-SDG 4.2;

29.  Jerġa' jafferma li ambjent favorevoli biss jippermetti edukazzjoni ta' kwalità, inklużi l-involviment tal-ġenituri, l-aspetti nutrittivi, is-sigurtà, kif ukoll l-aċċess għall-elettriku, l-ilma u faċilitajiet sanitarji adegwati, sabiex is-subien u l-bniet ikunu jistgħu jibbenefikaw tassew mill-iskola u jiżdiedu r-rati ta' studenti li jtemmu l-iskola b'suċċess, l-aktar fil-livell tal-primarja;

Intejbu l-kwalità tal-għajnuna

30.  Huwa tal-opinjoni li l-evalwazzjonijiet tas-sistemi edukattivi, inklużi dawk ipprovduti minn istituzzjonijiet mhux statali, dwar il-kwalità tat-tagħlim u r-riżultati tat-tagħlim huma prerekwiżit għal kwalunkwe titjib fl-effikaċja tal-għajnuna; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiffinanzjaw ir-riċerka, l-aggregazzjoni tad-data u l-għodod ta' evalwazzjoni affidabbli, tekniċi, mhux diskriminatorji u indipendenti;

31.  Iqis essenzjali koordinazzjoni mtejba tad-donaturi fi gruppi lokali għall-edukazzjoni, sabiex jiġu evitati duplikazzjoni ta' impjiegi, kif ukoll sitwazzjonijiet fejn l-isforzi ta' għajnuna jidħlu f'kunflitt; jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu aktar sistematiku tal-ipprogrammar konġunt u tad-delegazzjoni; ifakkar li l-għajnuna għall-iżvilupp ma tistax isservi bħala strateġija ta' influwenza;

32.  Jenfasizza l-obbligu tal-gvernijiet li jiżguraw id-dritt għall-edukazzjoni taċ-ċittadini tagħhom; jinnota, għalhekk, il-ħtieġa li tiġi żgurata l-kapaċità tal-persuni responsabbli, fil-livelli kollha, li jipprovdu servizzi għal kulħadd u jistabbilixxu istituzzjonijiet, strateġiji u pjanijiet nazzjonali edukattivi ekwi, aċċessibbli u nondiskriminatorji bi sjieda reali, u maħluqa abbażi ta' konsultazzjoni sinifikanti u parteċipazzjoni strateġika ta' atturi ewlenin, fosthom tas-soċjetà ċivili, b'għanijiet speċifiċi u mekkaniżmi ta' monitoraġġ, evalwazzjonijiet u spezzjonijiet regolari, delimitazzjoni ċara u trasparenti tar-responsabilitajiet, u allokazzjoni tar-riżorsi soġġetta għal kontrolli indipendenti; iħeġġeġ l-adozzjoni ta' oqfsa regolatorji nazzjonali dwar il-ħolqien u l-funzjonament tas-servizzi tal-edukazzjoni;

33.  Jenfasizza l-prevedibilità tal-għajnuna u s-sjieda tagħha mill-Istati sħab; jindika f'dan ir-rigward li l-appoġġ dirett tal-baġit u l-għajnuna mogħtija mill-organizzazzjonijiet multilaterali jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti bl-aħjar mod;

34.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex meta jkun possibbli jippromwovu l-appoġġ dirett tal-baġit settorjali, bi kriterji stretti, inkluż il-governanza tajba, u kontrolli estensivi, b'mod partikolari biex jiġu evitati każijiet ta' korruzzjoni; ifakkar li l-pajjiżi terzi benefiċjarji jimpenjaw ruħhom li jirrimborżaw pagamenti f'każ ta' irregolaritajiet serji; jitlob l-involviment tas-soċjetà ċivili fil-monitoraġġ tal-ftehimiet ta' finanzjament; jenfasizza l-ħtieġa li jitwaqqaf mekkaniżmu ta' monitoraġġ biex jivverifika jekk l-għajnuna għall-iżvilupp ġietx abbużata u biex tapplika sanzjonijiet skont dan, inkluż permezz tar-riallokazzjoni ta' riżorsi finanzjarji, sabiex tiżdied l-għajnuna għall-aħjar prattiki f'dan il-qasam;

35.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu r-rwol tal-awtoritajiet lokali u l-OSĊ fit-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' programmi ta' għajnuna għall-edukazzjoni, inkluż fil-qafas tal-appoġġ dirett tal-baġit;

36.  Jinnota li terz biss tal-għajnuna għall-edukazzjoni ġejja mill-organizzazzjonijiet multilaterali, meta mqabbla maż-żewġ terzi fil-qasam tas-saħħa; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-finanzjament tagħhom għas-Sħubija Globali għall-Edukazzjoni u għall-fond "Education cannot wait" (l-Edukazzjoni ma tistax tistenna); iqis li s-Sħubija Globali għandha tkun tista', fil-pjan strateġiku tagħha li jmiss għal wara l-2020, testendi l-perjodu ta' programmazzjoni tagħha minn 3 snin għal 6 snin sabiex ikun permess finanzjament aktar stabbli u prevedibbli, li huwa partikolarment meħtieġ għat-tisħiħ tas-sistemi edukattivi nazzjonali;

o
o   o

37.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u lill-Kunsill kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) Testi Adottati ta' din id-data, P8_TA(2018)0239.
(2) Testi Adottati ta' din id-data, P8_TA(2018)0104.


Effiċjenza fl-enerġija ***I
PDF 129kWORD 59k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija (COM(2016)0761 – C8-0498/2016 – 2016/0376(COD))
P8_TA(2018)0442A8-0391/2017

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0761),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 194(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0498/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-26 ta' April 2017(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-13 ta' Lulju 2017(2),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitati responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-29 ta' Ġunju 2018, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0391/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(3);

2.  Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Novembru 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2018/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija

P8_TC1-COD(2016)0376


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Direttiva (UE) 2018/2002.)

(1) ĠU C 246, 28.7.2017, p. 42.
(2) ĠU C 342, 12.10.2017, p. 119.
(3) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fis-17 ta' Jannar 2018 (Testi adottati, P8_TA(2018)0010).


Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija ***I
PDF 131kWORD 56k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2018 war il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, li jemenda d-Direttiva 94/22/KE, id-Direttiva 98/70/KE, id-Direttiva 2009/31/KE, ir-Regolament (KE) Nru 663/2009, ir-Regolament (KE) Nru 715/2009, id-Direttiva 2009/73/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE, id-Direttiva 2010/31/UE, id-Direttiva 2012/27/UE, id-Direttiva 2013/30/UE u d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 (COM(2016)0759 – C8-0497/2016 – 2016/0375(COD))
P8_TA(2018)0443A8-0402/2017

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0759),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) kif ukoll l-Artikolu 192(1) u l-Artikolu 194(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0497/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-26 ta' April 2017(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-13 ta' Lulju 2017(2),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitati responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-29 ta' Ġunju 2018 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0402/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(3);

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Novembru 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda d-Direttiva 94/22/KE, id-Direttiva 98/70/KE, id-Direttiva 2009/31/KE, ir-Regolament (KE) Nru 663/2009, ir-Regolament (KE) Nru 715/2009, id-Direttiva 2009/73/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE, id-Direttiva 2010/31/UE, id-Direttiva 2012/27/UE, id-Direttiva 2013/30/UE u d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013

P8_TC1-COD(2016)0375


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2018/1999.)

(1) ĠU C 246, 28.07.2017, p. 34.
(2) ĠU C 342, 12.10.2017, p. 111.
(3) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fis-17 ta' Jannar 2018 (Testi adottati, P8_TA(2018)0011).


Il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulazzjoni) ***I
PDF 130kWORD 62k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulazzjoni) (COM(2016)0767 – C8-0500/2016 – 2016/0382(COD))
P8_TA(2018)0444A8-0392/2017

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – riformulazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0767),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 194(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0500/2016),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-26 ta' April 2017(1),

–  wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali(2),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-20 ta’ Ottubru 2017 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija skont l-Artikolu 104(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-26 ta' Ġunju 2018 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 104, 59 u 39 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A8-0392/2017),

A.  billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali;

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(3), filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Novembru 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2018/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulazzjoni)

P8_TC1-COD(2016)0382


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Direttiva (UE) 2018/2001.)

(1) ĠU C 246, 28.7.2017, p. 55.
(2) ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.
(3) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fis-17 ta’ Jannar 2018 (Testi adottati, P8_TA(2018)0009).


Pjan pluriennali għall-istokkijiet pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet ***I
PDF 283kWORD 78k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2018 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet (COM(2017)0097 – C8-0095/2017 – 2017/0043(COD))
P8_TA(2018)0445A8-0337/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0097),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0095/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-31 ta' Mejju 2017(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-pożizzjoni f'forma ta' emendi tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0337/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Novembru 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet

P8_TC1-COD(2017)0043


IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(3),

Billi:

(1)  Jenħtieġ li l-politika komuni tas-sajd (il-PKS) tikkontribwixxi għall-ħarsien tal-ambjent marin, għall-ġestjoni sostenibbli tal-ispeċijiet kollha sfruttati b’mod kummerċjali, u b’mod partikulari għall-kisba ta’ status ambjentali tajjeb fl-ambjent marin sal-2020, kif stipulat fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4), u status ta' konservazzjoni favorevoli għall-ispeċijiet u l-ħabitats skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE(5) u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6). [Em. 1]

(1a)   Fis-Summit tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli li sar fi New York fl-2015, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha impenjaw ruħhom li, sal-2020, itemmu b'mod effettiv il-qbid u s-sajd eċċessiv, is-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat u l-prattiki ta' sajd qerrieda u jimplementaw pjanijiet ta' ġestjoni bbażati fuq ix-xjenza, sabiex l-istokkijiet tal-ħut jiġu ripristinati fl-inqas żmien fattibbli, għall-inqas sa livelli li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli skont kif determinat mill-karatteristiċi bijoloġiċi tagħhom. [Em. 2]

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7) jistabbilixxi r-regoli tal-PKS f’konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni. L-għanijiet tal-PKS huma, fost l-oħrajn, li jkun żgurat li l-attivitajiet tas-sajd u tal-akkwakultura jkunu sostenibbli fit-tul mil-lat ambjentali, ekonomiku u soċjali li jiġi applikat l-approċċ ta’ prekawzjoni għall-ġestjoni tas-sajd u li jiġi implimentat approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd. [Em. 3]

(2a)  F'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-ġestjoni tas-sajd ibbażata fuq l-aħjar parir xjentifiku disponibbli titlob settijiet ta' dejta armonizzati, affidabbli u preċiżi. [Em. 4]

(3)  Il-pariri xjentifiċi tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (l-STECF) u tal-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv tal-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran (l-SAC tal-GFCM) indikaw li l-isfruttament tal-istokkijiet tas-sardin u tal-inċova fil-Baħar Adrijatiku jaqbeż il-livelli meħtieġa biex jinkiseb ir-rendiment massimu sostenibbli (l-MSY).

(3a)  Il-Baħar Adrijatiku huwa subżona importanti fil-Mediterran li tirrappreżenta madwar terz tal-valur totali tal-ħatt l-art. [Em. 5]

(4)  Minkejja li l-istokkijiet tas-sardin u tal-inċova fil-Baħar Adrijatiku huma ġestiti kemm skont pjan ta’ ġestjoni internazzjonali fil-kuntest tal-GFCM u kemm skont pjanijiet ta’ ġestjoni nazzjonali adottati skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006(8), huma għadhom qed jiġu sfruttati żżejjed u l-miżuri attwali ta’ ġestjoni qed jitqiesu li mhumiex biżżejjed biex jinkiseb l-MSY sal-2020. L-Istati Membri u l-partijiet interessati esprimew appoġġ għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ pjanijiet ta’ ġestjoni għal dawn iż-żewġ stokkijiet fil-livell tal-Unjoni.

(4a)   Il-pjanijiet ta' ġestjoni implimentati u l-miżuri tekniċi introdotti fl-2016 mistennija jipproduċu effetti fuq l-istokkijiet u jridu jiġu analizzati u kkunsidrati meta jiġi stabbilit pjan pluriennali għall-istokkijiet pelaġiċi fir-reġjun. [Em. 6]

(4b)   L-introduzzjoni ta' approċċ ta' rilaxx minimu teħtieġ bidliet fil-kampjunar bijoloġiku u l-protokolli tar-riċerka li jieħdu ż-żmien, u għalhekk hemm il-ħtieġa ta' perjodu ta' tranżizzjoni qabel ma jkun jista' jiġi implimentat. [Em. 99]

(5)  Il-miżuri attwali ta’ ġestjoni għall-ispeċijiet pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku għandhom x’jaqsmu mal-aċċess għall-ilmijiet, mal-kontroll tal-isforz tas-sajd u ma’ miżuri tekniċi li jirregolaw l-użu tal-irkaptu. Il-pariri xjentifiċi indikaw li l-kontroll tal-qabdiet huwa l-iktar mezz xieraq biex tiġi adattata l-mortalità mis-sajd u li dan se jkun għodda ta’ ġestjoni aktar effettiva għall-ispeċijiet pelaġiċi ż-żgħar(9). [Em. 7]

(6)  Sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-PKS, iridu jiġu adottati għadd ta’ miżuri ta’ konservazzjoni bħalma huma l-pjanijiet pluriennali, plurennali u l-miżuri tekniċi, l-iffissar tal-opportunitajiet tas-sajd u l-allokazzjoni tagħhom, skont kif ikun xieraq, fi kwalunkwe kombinament. [Em. 8]

(6a)   Is-sajd tal-ħut pelaġiku ż-żgħir fil-Baħar Adrijatiku, speċjalment fis-Subżoni Ġeografiċi 17 u 18 (GSA 17 u 18), għandu impatt soċjoekonomiku importanti ħafna għall-għajxien u l-futur tal-komunità kostali tal-Istati Membri. [Em. 9]

(6b)   F'konformità mal-prinċipji u l-objettivi tal-PKS u skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, ir-reġjonalizzazzjoni jenħtieġ li tintuża għall-adozzjoni u l-implimentazzjoni li jieħdu kont tal-ispeċifiċitajiet ta' kull żona tas-sajd u għas-salvagwardja tal-kundizzjonijiet ambjentali tagħhom. [Em. 10]

(6c)   Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd jiġu allokati f'konformità mal-prinċipji stipulati fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, bl-użu ta' kriterji trasparenti u oġġettivi, inklużi dawk ta' natura ambjentali, soċjali u ekonomika. Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd ikunu wkoll distribwiti b'mod ġust fid-diversi segmenti tas-sajd, inkluż is-sajd tradizzjonali u dak fuq skala żgħira. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu inċentivi għall-bastimenti tas-sajd li jużaw irkaptu tas-sajd selettiv jew li jużaw tekniki tas-sajd b'impatt ambjentali mnaqqas. [Em. 11]

(7)  Skont l-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-pjanijiet pluriennali għandhom ikunu ibbażati fuq l-aħjar pariri xjentifiċi, tekniċi u ekonomiċi disponibbli u għandhom ikunu jinkludu objettivi, miri kwantifikabbli bi skedi taż-żmien ċari, punti ta’ referenza dwar il-konservazzjoni, objettivi għall-miżuri ta' konservazzjoni u tekniċi għall-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art, kif ukoll miżuri maħsuba biex kemm jista' jkun jiġu evitati u mnaqqsa l-qabdiet mhux mixtieqa, u salvagwardji. [Em. 12]

(8)  L-għan tal-pjan pluriennali għandu jkun li jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-PKS, u b’mod speċjali biex jintlaħaq u jinżamm l-MSY għall-istokkijiet ikkonċernati, biex is-settur l-istokkijiet tal-ħut jerġgħu jiżdiedu u jinżammu 'l fuq mil-livelli ta' bijomassa li jistgħu jipproduċu MSY, jiġi implimentat l-obbligu tal-ħatt l-art, ikun hemm settur tas-sajd isir sostenibbli u biex jipprovdi jiġi pprovdut qafas ta’ ġestjoni effettiv. [Em. 13]

(8a)   Dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jitqiesx bħala preċedent għal pjanijiet pluriennali oħra fil-Baħar Mediterran, sakemm ma jkunx previst mod ieħor. [Em. 14]

(8b)   Jenħtieġ li pjan pluriennali dejjem isib bilanċ bejn ir-riżultat li jista' jinkiseb, b'kont meħud tal-perjodu ta' żmien, u l-impatt soċjoekonomiku. [Em. 15]

(9)  Barra minn hekk, l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 daħħal l-obbligu tal-ħatt l-art, inkluż għall-qabdiet kollha ta’ speċijiet li huma suġġetti għal daqsijiet minimi kif iddefinit fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006. B’deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1392/2014(10) stabbilixxa pjan ta’ tliet snin għall-iskartar tal-ħut li jipprevedi eżenzjoni de minimis mill-obbligu tal-ħatt l-art għall-inċova, is-sardin, il-kavalli u s-sawrell fil-Baħar Adrijatiku. Sabiex jiġi implimentat l-obbligu tal-ħatt l-art, huwa xieraq li tiġi estiża l-validità tal-miżuri stabbiliti fir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1392/2014 billi d-dispożizzjonijiet rispettivi tiegħu jiddaħħlu fil-pjan pluriennali.

(10)  F’konformità mal-approċċ ibbażat fuq l-ekosistema, minbarra d-deskrittur relatat mas-sajd mogħti dan il-pjan jenħtieġ ukoll li jikkontribwixxi għall-ksib ta' status ambjentali tajjeb kif stabbilit fid-Direttiva 2008/56/KE, u d-deskritturi kwalitattivi 1, 4 u 6 mogħtija fl-Anness I tad-Direttiva wkoll għandhom jenħtieġ li jitqiesu fil-qafas tal-ġestjoni tas-sajd. Jenħtieġ li dan il-pjan jikkontribwixxi wkoll għall-ksib ta' status ta' konservazzjoni favorevoli għall-ħabitats u l-ispeċijiet kif jirrikjedu d-Direttiva 2009/147/KE u d-Direttiva 92/43/KEE rispettivament. [Em. 16]

(11)  Skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu stabbiliti b’mod konsistenti mal-miri stabbiliti fil-pjanijiet pluriennali. [Em. 17]

(12)  Huwa xieraq li l-mortalità mis-sajd fil-mira (F) li tikkorrispondi mal-għan li jintlaħaq u jinżamm l-MSY tiġi stabbilita bħala meded ta’ valuri li huma konsistenti mal-kisba tar-rendiment massimu sostenibbli (FMSY). Dawk il-meded, ibbażati fuq pariri xjentifiċi, huma meħtieġa sabiex tiġi pprovduta l-flessibbiltà biex jitqiesu l-iżviluppi fil-pariri xjentifiċi, sabiex jingħata kontribut għall-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art u sabiex jitqiesu l-karatteristiċi tas-sajd imħallat. Il-meded tal-FMSY ikkalkulahom l-STECF u(11).Abbażi ta' dan il-pjan, dawn huma mfasslin biex jagħtu tnaqqis ta’ mhux aktar minn 5 % fir-rendiment fit-tul meta mqabbel mal-MSY(12). Barra minn hekk, il-limitu massimu tal-medda huwa limitat, hekk li l-probabbiltà li l-istokk jaqa’ taħt il-Blim mhijiex ta’ iktar minn 5 %. [Em. 18]

(13)  Għall-għanijiet tal-iffissar tal-opportunitajiet tas-sajd, irid ikun hemm limitu massimu għall-meded tal-FMSY fil-każ ta’ użu normali u limitu ogħla f’ċerti każijiet, dejjem jekk l-istokk ikkonċernat jitqies li jkun f i stat tajjeb. Sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-pjan pluriennali, jenħtieġ li l-mira għal kull speċi tkun SSBpa. Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd ikunu jistgħu jiġu ffissati sal-limitu possibbli li tiġi ffissata mira ogħla biss jekk, abbażi tal-parir xjentifiku jew tal-evidenza xjentifika, dan ikun meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament b’rabta mas-sajd imħallat jew jekk dan ikun meħtieġ biex jiġi evitat id-dannu lil xi stokk ikkawżat mid-dinamika tal-istokk tal-ispeċi jew mid-dinamika ta’ bejn l-istokkijiet ta’ speċijiet differenti, jew sabiex jiġu llimitati l-varjazzjonijiet fl-opportunitajiet tas-sajd minn sena għall-oħra.fejn wieħed mill-istokkijiet ta' pelaġiċi żgħar ikun inqas mill-SSBlim. [Em. 19]

(14)  F’każijiet fejn ma jkunux disponibbli l-miri marbutin mal-MSY, jenħtieġ li japplika l-approċċ ta’ prekawzjoni.

(15)  Għall-istokkijiet li għalihom ikunu disponibbli dawn il-miri, u għall-għanijiet Għall-fini tal-applikazzjoni tal-miżuri ta’ salvagwardja, jeħtieġ li jiġu stabbiliti punti ta’ referenza dwar il-konservazzjoni mogħtija bħala MSY Btrigger u Blim għall-istokkijiet tal-inċova u tas-sardin. SSBlim u SSBpa għall-ħut pelaġiku żgħir. Jekk l-istokkijiet jaqgħu taħt l-MSY Btrigger, il-mortalità mis-sajd għandha titnaqqas iktar mill-FMSY.SSBlim, ikun jenħtieġ li jiġu adottati miżuri ta' rimedju xierqa biex jikkontribwixxu biex l-istokk ikkonċernat jirritorna b'mod rapidu għal livelli ogħla mill-SSBpa. [Em. 20]

(16)  Jenħtieġ li jiġu implimentati iktar miżuri ta’ salvagwardja jekk id-daqs tal-istokk jaqa’ taħt il-punt ta’ referenza ta’Blim. Jenħtieġ li l-miżuri ta’ salvagwardja jkunu jinkludu t-tnaqqis fl-opportunitajiet tas-sajd u miżuri speċifiċi ta’ konservazzjoni meta l-parir xjentifiku jkun jindika li xi stokk ikun mhedded. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jkollhom magħhom miżuri oħrajn, skont kif ikun xieraq, bħal miżuri tal-Kummissjoni meħudin skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jew miżuri tal-Istati Membri meħudin skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. [Em. 21]

(17)  Għall-istokkijiet li għalihom ma jkunux disponibbli l-punti ta’ referenza, jenħtieġ li japplika l-approċċ ta’ prekawzjoni. Fil-każ speċifiku tal-istokkijiet li jinqabdu bħala qabdiet aċċessorji, jekk ma jkunx hemm parir xjentifiku dwar il-livelli minimi tal-bijomassa tal-istokk riproduttiv għat-tali stokkijiet, jenħtieġ li jiġu adottati miżuri speċifiċi ta’ konservazzjoni meta l-parir xjentifiku jkun jindika li hemm bżonn ta’ miżuri ta’ rimedju. [Em. 22]

(18)  Sabiex ikun jista’ jiġi implimentat l-obbligu ta’ ħatt l-art stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jenħtieġ li l-pjan jipprevedi miżuri addizzjonali ta’ ġestjoni , b'mod partikolari miżuri biex l-iskartar jiġi eliminat b'mod gradwali, biex jiġi kkalkulat in-numru ta' ħut taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni, u biex jitnaqqsu u, fejn possibbli, jiġu eliminati, l-impatti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd minn fuq l-ambjent marin. Jenħtieġ li t-tali miżuri jiġu stabbiliti permezz ta’ atti delegati. [Em. 23]

(18a)  Rakkomandazzjoni konġunta mill-Kroazja, l-Italja u s-Slovenja (Il-Grupp ta' Livell Għoli "Adriatica") u studju dwar il-karatteristiċi tekniċi tax-xbieki bit-tartarun tal-borża u l-impatt tagħhom fuq il-komunitajiet tal-qiegħ ġew sottomessi, u riveduti, minn esperti indipendenti u l-STECF. Huwa għalhekk xieraq li tiġi prevista deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006, u l-punt 2 tal-Anness II tal-istess Regolament. [Em. 24]

(19)  Jenħtieġ li tiġi stabbilita l-iskadenza għall-preżentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet konġunti min-naħa ta’ Stati Membri li jkollhom interess ta’ ġestjoni dirett, kif inhu meħtieġ skont ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

(19a)   Jenħtieġ li l-Kunsill iqis is-sajd rikreattiv meta l-parir xjentifiku jindika li tali sajd għandu impatt sinifikanti fuq il-mortalità mis-sajd ta' stokk partikolari. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-Kunsill ikun jista' jistabbilixxi qabda totali permissibbli (TAC) għall-qabdiet kummerċjali li tieħu kont tal-volum ta' qabdiet rikreattivi u/jew jadotta miżuri oħra li jillimitaw is-sajd rikreattiv, bħal-limitu tal-qabda u l-perjodi ta' għeluq. [Em. 25]

(20)  Jenħtieġ li l-pjan jipprevedi wkoll l-adozzjoni ta’ ċerti miżuri tekniċi ta’ akkumpanjament, kif ukoll miżuri temporali u spazjali, permezz ta’ atti delegati u b'kont meħud tal-aqwa parir xjentifiku disponibbli, sabiex dawn jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet tal-pjan, b’mod partikulari f’dak li għandu x’jaqsam mal-protezzjoni tal-ħut li għadu qed jikber jew biex titjieb is-selettività. [Em. 26]

(20a)   Jenħtieġ li l-irkapti artiġjanali bbażati fuq prattiki storiċi stabbiliti fil-komunitajiet tas-sajd jiġu ssalvagwardjati meta jiġu definiti l-miżuri tekniċi li jirriżultaw mill-pjan pluriennali jew mill-atti delegati adottati skont il-pjan pluriennali. [Em. 27]

(21)  Bil-għan li tiġi żgurata konformità sħiħa mal-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu adottati miżuri speċifiċi ta’ kontroll biex jikkumplimentaw dawk previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009(13).

(21a)   Bil-għan li l-industrija tkun tista' tlaħħaq mal-miżuri għat-tnaqqis tal-isforz tas-sajd u t-tnaqqis konsegwenti ta' introjtu għan-negozji u l-baħħara, jenħtieġ li jkun hemm arranġamenti għal aċċess ta' prijorità għal sostenn xieraq mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) skont ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14). [Em. 28]

(21b)   Bil-għan li tiġi żgurata implimentazzjoni konsistenti mal-impatti soċjoekonomiċi, minn naħa waħda jkun ideali li jingħataw derogi mill-perjodi ta' żmien għall-miżuri ta' waqfien temporanju kif imsemmi fl-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, u b'hekk tiġi estiża biss għal bastimenti koperti minn dan il-pjan pluriennali u, min-naħa l-oħra, li jiġi permess il-ftuħ mill-ġdid u l-aċċess mill-istess bastimenti għall-miżuri ta' waqfien permanenti previsti mill-Artikolu 34 ta' dan ir-Regolament. [Em. 29]

(22)  Filwaqt li jiġi rrikonoxxut li t-tendenza għall-bastimenti li jistadu għall-ispeċijiet pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku hi li huma jagħmlu vjaġġi qosra tas-sajd, jenħtieġ li l-użu tan-notifiki minn qabel kif inhu meħtieġ skont l-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 jiġi adattat sabiex in-notifiki minn qabel jintbagħtu mill-inqas siegħa u nofs nofs siegħa qabel il-ħin mistenni tal-wasla fil-port. Madankollu, meta jitqies l-effett limitat ta’ vjaġġi tas-sajd li jinvolvu kwantitajiet żgħar ħafna ta’ ħut fuq l-istokkijiet ikkonċernati, huwa xieraq li jiġi stabbilit limitu massimu għat-tali notifiki minn qabel meta dawn il-bastimenti jżommu abbord mill-inqas tunnellata ta’ inċova jew ta’ sardinħut pelaġiku żgħir. [Em. 30]

(23)  Filwaqt li jiġi rrikonoxxut li l-għodod elettroniċi ta’ kontroll jiżguraw kontroll aħjar u iżjed f’waqtu tas-sajd, b’mod partikulari tad-distribuzzjoni ġeografika tal-attivitajiet tas-sajd u tal-isfruttament tal-istokkijiet, jenħtieġ li l-użu ta’ sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti u ta’ ġurnal elettroniku ta’ abbord, hekk kif inhu meħtieġ skont l-Artikoli 9 u 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 rispettivament, jiġi estiż għall-bastimenti kollha tas-sajd li b’kollox ikunu twal tmien metri.

(24)  Jenħtieġ li jiġu stabbiliti limiti massimi għall-qabdiet tal-inċova u tas-sardin ħut pelaġiku żgħir li, jekk jaqbiżhom, bastiment tas-sajd għandu jħott l-art il-qabdiet f’port deżinjat jew f’post viċin il-kosta skont l-Artikolu 43 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009. Barra minn hekk, meta jkunu qed jagħżlu dawk il-portijiet jew dawk il-postijiet viċin il-kosta, jeħtieġ li l-Istati Membri japplikaw il-kriterji previsti fl-Artikolu 43(5) ta’ dak ir-Regolament b’tali mod li jiġi żgurat kontroll effettiv. [Em. 31]

(25)  Sabiex ikun hemm adattament f’waqtu u b’mod proporzjonat għall-progress tekniku u xjentifiku u biex tiġi żgurata l-flessibbiltà u tiġi permessa l-evoluzzjoni ta’ ċerti miżuri, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea b’rabta mas-supplimentar ta’ dan ir-Regolament f’dak li għandu x’jaqsam ma’ miżuri ta’ rimedju għall-konservazzjoni tal-kavalli u tas-sawrell, mal-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art u ma’ miżuri tekniċi. Huwa importanti ferm li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet ix-xierqa matul il-ħidma tagħha ta’ tħejjija, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet twettaqhom skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016(15). B’mod partikulari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati. [Em. 32]

(26)  Skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet biex il-Kummissjoni twettaq valutazzjoni perjodika tal-adegwatezza u tal-effettività tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li t-tali valutazzjoni ssegwi evalwazzjoni perjodika tal-pjan li tkun ibbażata fuq il-parir xjentifiku u li din tissejjes fuqha. Jenħtieġ li l-pjan jiġi evalwat tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u sussegwentement kull ħames snin. Dak il-perjodu jippermetti li jiġi implimentat bis-sħiħ l-obbligu tal-ħatt l-art u li jiġu adottati u implimentati miżuri reġjonalizzati u li dawn jibda jkollhom impatt fuq l-istokkijiet u fuq is-sajd. Dan huwa wkoll il-perjodu minimu meħtieġ mill-korpi xjentifiċi. [Em. 33]

(27)  Skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, qabel ma ġie abbozzat il-pjan, ġie evalwat l-impatt ekonomiku u soċjali probabbli tiegħu(16).

(27a)   Bil-għan li s-sajjieda jiġu megħjuna jimplimentaw il-miżuri previsti minn dan ir-Regolament, l-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu l-akbar użu possibbli tal-miżuri disponibbli taħt ir-Regolament (UE) Nru 508/2014. Huwa xieraq li jiġi ċċarat li l-miżuri ta' waqfien temporanju li ġew adottati bil-għan li jintlaħqu l-objettivi ta' dan ir-Regolament jistgħu jitqiesu eleġibbli għal appoġġ taħt ir-Regolament (UE) Nru 508/2014, bil-għan li jitqiesu l-aspetti soċjoekonomiċi ta' dan ir-Regolament. Barra minn hekk, huwa xieraq li tingħata deroga, għall-bastimenti milquta minn dan il-pjan pluriennali, mill-perjodi li matulhom jista' jingħata sostenn kif ukoll mil-limitu massimu fuq il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEMS għall-miżuri ta' waqfien temporanju stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 508/2014, [Em. 34]

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku.

2.  Dan ir-Regolament għandu japplika għall-istokkijiet tal-inċova (Engraulis encrasicolus) u tas-sardin (Sardina pilchardus) fil-Baħar Adrijatiku (“l-istokkijiet ikkonċernati”("ħut pelaġiku żgħir") u għas-sajd li jisfrutta li jimmira għal dawk l-istokkijiet. Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għall-qabdiet aċċessorji tal-kavalli (Scomber spp.) u tas-sawrell (Trachurus spp.) fil-Baħar Adrijatiku li jinqabdu waqt is-sajd għal wieħed mill-istokkijiet ikkonċernati jew għat-tnejn li huma.għall-ħut pelaġiku żgħir. [Em. 35]

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.  Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006.

2.  Barra minn hekk, għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)  “il-Baħar Adrijatiku” tfisser is-subżoni ġeografiċi 17 u 18 tal-GFCM;

(b)  “subżona ġeografika tal-GFCM” tfisser subżona ġeografika tal-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran (il-GFCM), kif iddefinita fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(17);

(ba)  "Iffukar" tfisser li s-sardin jew l-inċova jirrappreżentaw tal-inqas 50 % tal-qabda f'piż ħaj. [Em. 37]

(c)  “stokkijiet pelaġiċi żgħar” "Ħut pelaġiku żgħir” tfisser l-istokkijiet imniżżlin fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament u kwalunkwe kombinament tagħhom; stokkijiet tas-sardin (Sardina pilchardus) u l-inċova (Engraulis encrasicolus); [Em. 38]

(ca)  "L-Aqwa parir xjentifiku disponibbli" tirreferi għal parir xjentifiku disponibbli għall-pubbliku li huwa appoġġat mid-dejta u l-metodi xjentifiċi l-aktar aġġornati li nħarġu jew li ġew evalwati minn esperti minn korp xjentifiku internazzjonali indipendenti jew tal-Unjoni rikonoxxut fil-livell tal-Unjoni jew f'dak internazzjonali, bħall-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) u l-GFCM, u li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. [Em. 104]

(d)  “medda tal-FMSY” tfisser medda ta’ valuri fejn, f’sitwazzjonijiet ta’ sajd imħallat u bi qbil mal-parir xjentifiku, il-livelli kollha ta’ mortalità mis-sajd fil-limiti xjentifikament indikati ta’ dik il-medda jwasslu għal rendiment massimu sostenibbli (MSY) fit-tul bil-kundizzjonijiet ambjentali medji eżistenti mingħajr ma jaffettwaw b’mod sinifikanti l-proċess ta’ riproduzzjoni tal-istokkijiet ikkonċernati; [Em. 39]

(da)  "Jum tas-sajd" tfisser kwalunkwe perjodu kontinwu ta' 24 siegħa, jew parti minnu, meta bastiment tas-sajd ikun involut f'attività tas-sajd, bħat-tiftix għall-ħut, l-isparar, il-kalar, l-irmonk, l-irfigħ tal-irkaptu tas-sajd, it-teħid tal-qabdiet abbord, it-trasbord, iż-żamma abbord, l-ipproċessar abbord jew it-trasferiment, it-tqegħid fil-gaġeġ, it-tismin u l-ħatt l-art ta' ħut u prodotti tas-sajd, kif definit fil-punt 28 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; [Em. 40]

(db)  "SSBlim" tfisser il-punt ta' referenza tal-bijomassa ta' stokk riproduttiv li taħtu għandha tittieħed azzjoni ta' ġestjoni ta' rimedju sabiex jiġi żgurat li l-istokk jerġa' jinbena sa livell fejn ikun fil-limiti bijoloġiċi ta' sikurezza; [Em. 41]

(dc)  "SSBpa" tfisser il-punt ta' referenza prekawzjonarju tal-bijomassa ta' stokk riproduttiv li taħtu għandha tittieħed azzjoni ta' ġestjoni sabiex jiġi żgurat li l-istokk jerġa' jinbena sa livell fejn ikun fil-limiti bijoloġiċi ta' sikurezza; [Em. 42]

(e)  “MSY Btrigger” tfisser il-punt ta’ referenza tal-bijomassa tal-istokk riproduttiv li taħtu għandha tittieħed azzjoni speċifika u xierqa ta’ ġestjoni sabiex ikun żgurat li r-rati tal-isfruttament flimkien mal-varjazzjonijiet naturali jerġgħu jżidu l-istokkijiet għal-livelli ’l fuq minn dawk li jistgħu jipproduċu MSY fit-tul; [Em. 43]

(f)  “opportunità tas-sajd” tfisser dritt legali kkwantifikat għas-sajd, mogħti f’termini tal-qabdiet u/jew tal-isforz tas-sajd.

Artikolu 3

Għanijiet

1.  Il-pjan pluriennali għandu jikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet biex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika komuni tas-sajd imniżżlin fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, b’mod partikulari billi japplika l-approċċ ta’ prekawzjoni għall-ġestjoni tas-sajd, u għandu jimmira li jiżgura li l-isfruttament tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar jerġa’ jżid il-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet mistada u jżommhom f’livelli ’l fuq minn dawk li jistgħu jipproduċu l-MSY. [Em. 45]

2.  Il-pjan pluriennali għandu jipprovdi qafas ta’ ġestjoni effettiv, sempliċi u stabbli għall-isfruttament tal-istokkijiet pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku.

2a.   Il-pjan pluriennali għandu jqis l-aspetti soċjoekonomiċi meta jkun qiegħed jiġi żviluppat jew mibdul, f'konformità mal-Artikolu 2(5) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. [Em. 47]

3.  Il-pjan pluriennali għandu jikkontribwixxi għall-eliminazzjoni għat-tnaqqis tal-qbid skartat billi jevita l-qabdiet mhux mixtieqa u jnaqqashom kemm jista’ jkun u għandu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għall-ispeċijiet li huma suġġetti għalih u li għalihom japplika dan ir-Regolament. [Em. 48]

4.  Il-pjan pluriennali għandu jimplimenta l-approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd sabiex jiżgura li jitnaqqsu kemm jista’ jkun, u fejn possibbli jiġu eliminati, l-impatti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar, b'mod partikolari l-ħabitats li jinsabu mhedda u l-ispeċijiet protetti, inklużi l-mammiferi tal-baħar, it-tjur tal-baħar u r-rettili. Huwa għandu jkun koerenti mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent u b’mod partikulari mal-għan li jinkiseb status ambjentali tajjeb sal-2020 kif stabbilit fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2008/56/KE, u mal-miri u r-regoli stabbiliti fid-Direttivi 2009/147/KE u 92/43/KEE. [Em. 49]

5.  B’mod partikulari, il-pjan pluriennali għandu jimmira:

(a)  li jiżgura li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet deskritti fid-deskrittur 3 stabbilit fl-Anness I tad-Direttiva 2008/56/KE; u

(b)  li jikkontribwixxi sabiex jiġu ssodisfati d-deskritturi rilevanti l-oħrajn stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 2008/56/KE b’mod proporzjonat mar-rwol li s-sajd għandu fl-issodisfar tagħhom.

5a.   Il-miżuri skont il-pjan għandhom jittieħdu f'konformità mal-aħjar parir xjentifiku disponibbli. [Em. 50]

KAPITOLU II

MIRI SOĊJOEKONOMIĊI, SALVAGWARDJI U MIŻURI SPEĊIFIĊI [Em. 51]

Artikolu 4

Miri għall-inċova u għas-sardingħall-pelaġiċi ż-żgħar [Em. 52]

1.  Il-mortalità mis-sajd Il-punti ta' referenza fil-mira għandha tintlaħaq għall-pelaġiċi ż-żgħar għandhom jintlaħqu mill-aktar fis possibbli u fuq bażi progressiva u inkrimentali sal-2020 għall-istokkijiet ikkonċernati u, wara dak iż-żmien, għandha tinżamm fil-meded stabbiliti għandhom, minn hemm 'il quddiem, jinżammu 'l fuq mill-valuri mogħtija fl-Anness I u f’konformità mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(1). [Em. 53]

2.  L-opportunitajiet tas-sajd Il-miżuri ta' ġestjoni għall-pelaġiċi ż-żgħar għandhom jikkonformaw mal-meded tal-mortalità mis-sajd mal-punti ta' referenza fil-mira stabbiliti fil-kolonna A tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament. [Em. 54]

3.  Minkejja l-paragrafi 1 u 2, l-opportunitajiet tas-sajd jistgħu jiġu ffissati f’livelli il-miżuri ta' ġestjoni jista' jkollhom fil-mira l-livelli li jikkorrispondu għal livelli aktar baxxi ta’ mortalità mis-sajd valuri ogħla minn dawk stabbiliti fil-kolonna A tal-Anness I jekk:

(a)  abbażi tal-parir xjentifiku jew tal-evidenza xjentifika, dan ikun meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3 fil-każ tas-sajd imħallat;

(b)  abbażi tal-parir xjentifiku jew tal-evidenza xjentifika, dan ikun meħtieġ biex jiġi evitat dannu serju lil xi stokk ikkawżat mid-dinamika tal-istokk tal-ispeċi jew mid-dinamika ta' bejn l-istokkijiet ta' speċijiet differenti; jew

(c)  wieħed mill-istokkijiet tal-pelaġiċi ż-żgħar huwa inqas mill-punt ta' referenza spjegat fil-kolonna B tal-Anness I. [Em. 55]

4.  Minkejja l-paragrafi 2 u 3, l-opportunitajiet tas-sajd għal xi stokk partikulari jistgħu jiġu ffissati skont il-meded tal-mortalità mis-sajd stabbiliti fil-kolonna B tal-Anness I, dejjem jekk l-istokk ikkonċernat ikun f’livell ogħla mil-livell minimu tal-punt ta’ referenza tal-bijomassa tal-istokk riproduttiv stabbilit fil-kolonna A tal-Anness II:

(a)  jekk, abbażi tal-parir xjentifiku jew tal-evidenza xjentifika, dan ikun meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 fil-każ tas-sajd imħallat;

(b)  jekk, abbażi tal-parir xjentifiku jew tal-evidenza xjentifika, dan ikun meħtieġ biex jiġi evitat dannu serju lil xi stokk ikkawżat mid-dinamika tal-istokk tal-ispeċi jew mid-dinamika ta’ bejn l-istokkijiet ta’ speċijiet differenti; jew

(c)  sabiex il-varjazzjonijiet fl-opportunitajiet tas-sajd bejn snin konsekuttivi jiġu llimitati għal mhux aktar minn 20 %. [Em. 56]

4a.   Meta l-parir xjentifiku jindika li s-sajd rikreattiv ikollu impatt sinifikanti fuq il-mortalità mis-sajd ta' xi stokk partikolari, il-Kunsill dan għandu jqisu u jista' jillimita s-sajd rikreattiv meta jkun qed jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd biex jevita li tinqabeż il-mira totali tal-mortalità mis-sajd. [Em. 57]

Artikolu 4a

L-għanijiet soċjoekonomiċi

Bil-għan li jitqiesu l-objettivi soċjoekonomiċi spjegati fil-punt (f) tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, meta jkunu qed japplikaw il-miżuri tekniċi u ta' konservazzjoni previsti f'dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu estensiv tal-miżuri rilevanti spjegati fir-Regolament (UE) Nru 508/2014 [Em. 58]

Artikolu 5

Salvagwardji

1.  Il-punti ta’ referenza dwar il-konservazzjoni mogħtija bħala livelli minimi u livelli ta’ limitu tal-bijomassa tal-istokk riproduttiv li għandhom jiġu applikati sabiex tiġi ssalvagwardjata l-kapaċità riproduttiva sħiħa tal-istokkijiet ikkonċernati huma stabbiliti fl-Anness II. [Em. 59]

1a.   Tliet snin wara l-applikazzjoni tal-miżuri ta' ġestjoni msemmija fl-Artikolu 6(1a), ir-riċerka xjentifika għandha tivverifika l-effikaċja tal-miżuri li jkunu ttieħdu, b'mod partikulari fuq l-istokkijiet li għalihom japplika dan ir-Regolament u fuq is-sajd li jisfrutta lil dawk l-istokkijiet. [Em. 60]

2.  Meta l-parir xjentifiku jindika li l-bijomassa tal-istokk riproduttiv ta’ kwalunkwe wieħed mill-istokkijiet ikkonċernati mill-pelaġiċi ż-żgħar tkun taħt il-livell minimu tal-punt ta’ referenza tal-bijomassa tal-istokk riproduttiv stabbilit fil-kolonna A B tal-Anness II I, għandhom jiġu adottati l-miżuri kollha ta’ rimedju x-xierqa biex ikun żgurat li l-istokk ikkonċernat jerġa’ jitla’ isir kontribut ħalli l-popolazzjonijiet tal-pelaġiċi ż-żgħar jerġgħu jitilgħu.malajr għal livelli li jkunu ’l fuq minn dawk li jistgħu jipproduċu l-MSY .mill-punt ta' referenza mogħti fil-kolonna A tal-Anness I. B’mod partikulari, b’deroga mill-Artikolu 4(2) u (4) f'konformità mal-Artikolu 4(3), l-opportunitajiet tas-sajd għall-istokkijiet ikkonċernati il-miżuri ta' ġestjoni għandhom jiġu ffissati f’livell li jkun konsistenti ma’ mortalità mis-sajd li tkun tnaqqset iktar mill-medda stabbilita fil-kolonna A tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament,aġġustati filwaqt li jitqies it-tnaqqis fil-bijomassa ta’ dak l-istokk. [Em. 61]

3.  Meta l-parir xjentifiku jindika li l-bijomassa tal-istokk riproduttiv ta’ kwalunkwe wieħed mill-istokkijiet ikkonċernati taż-żewġ stokkijiet ta' pelaġiċi ż-żgħar tkun taħt il-limitu tal-punt ta’ referenza tal-bijomassa tal-istokk riproduttiv (BlimSSBlim) kif stabbilit fil-kolonna B tal-Anness III, għandhom jittieħdu iktar miżuri ta’ rimedju biex ikun żgurat li l-istokk ikkonċernat jerġa’ jitla’ isir kontribut ħalli ż-żewġ stokkijiet jerġgħu jitilgħu malajr għal livelli li jkunu ’l fuq minn dak li jista’ jipproduċi l-MSYmill-punt ta' referenza mogħti fil-kolonna A tal-Anness I. B’mod partikulari, b’deroga mill-Artikolu 4(2) u (4), dawk il-miżuri ta’ rimedju jistgħu jinkludu s-sospensjoni tas-sajd li jkollu fil-mira lill-istokk ikkonċernat u t-tnaqqis ix-xieraq tal-opportunitajiet tas-sajd miżuri oħra adegwati ta' ġestjoni. [Em. 62]

Artikolu 6

Miżuri speċifiċi ta’ konservazzjoni

1.  Meta l-parir xjentifiku jindika li hemm bżonn ta’ azzjoni ta’ rimedju biex tkun żgurata l-konservazzjoni tal-istokkijiet pelaġiċi għall-konservazzjoni tal-pelaġiċi ż-żgħar imsemmijin fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament jew, fil-każ tal-inċova u tas-sardin, meta l-bijomassa tal-istokk riproduttiv ta’ kwalunkwe wieħed minn dawn l-istokkijiet għal sena partikulari tkun taħt il-punti ta’ referenza dwar il-konservazzjoni stabbiliti fil-kolonna AB tal-Anness III ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 b’rabta mal-affarijiet li ġejjin:

(a)  il-karatteristiċi tal-irkaptu tas-sajd, b’mod partikulari d-daqs tal-malja, il-bini tal-irkaptu, id-daqs tal-irkaptu jew l-użu ta’ tagħmir tas-selettività sabiex tkun żgurata s-selettività jew sabiex din tittejjeb;

(b)  l-użu tal-irkaptu tas-sajd u l-fond li fih jintuża l-irkaptu sabiex tkun żgurata s-selettività jew sabiex din tittejjeb;

(c)  il-projbizzjoni tas-sajd f’żoni speċifiċi jew il-limitazzjoni tas-sajd fihom sabiex jiġi protett il-ħut riproduttiv u l-ħut li għadu qed jikber jew il-ħut ta’ daqs li jkun inqas mid-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni jew biex jiġu protetti l-ispeċijiet tal-ħut li ma jkunux fil-mira;

(d)  il-projbizzjoni tas-sajd jew tal-użu ta’ ċertu tip ta’ rkaptu f’ċerti perjodi taż-żmien jew il-limitazzjoni tagħhom f’dawn il-perjodi sabiex jiġi protett il-ħut riproduttiv jew il-ħut ta’ daqs li jkun inqas mid-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni jew biex jiġu protetti l-ispeċijiet tal-ħut li ma jkunux fil-mira;

(e)  id-daqsijiet minimi ta’ referenza għall-konservazzjoni sabiex tkun żgurata l-protezzjoni taż-żgħar tal-organiżmi tal-baħar; u

(f)  karatteristiċi oħrajn marbutin mas-selettività. [Em. 63]

1a.  Minkejja l-paragrafu 1, sabiex jintlaħqu l-miri spjegati fl-Artikolu 4, għandhom japplikaw il-miżuri li ġejjin għas-snin 2019–2022:

(a)  fl-2019 il-limitu tal-qabdiet għall-pelaġiċi ż-żgħar għandu jkun stabbilit fil-livell tal-qbid tal-2014; ibda mill-2020, il-limiti tal-qabdiet għall-pelaġiċi ż-żgħar għandhom jitnaqqsu gradwalment kull sena għall-Istat Membru kkonċernat b'4 % meta mqabbel mas-sena preċedenti sal-2022; madankollu, it-tnaqqis ma għandux japplika jekk fis-sena ta' qabel il-qabda totali għal kull Stat Membru kkonċernat tkun ta' aktar minn 2 % taħt il-livell tal-qabdiet tal-2014;

(b)  l-isforz tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd li jimmiraw għal pelaġiċi ż-żgħar ma għandux jaqbeż il-180 jum ta' sajd fis-sena u l-20 jum ta' sajd fix-xahar, b'massimu ta' 144 jum ta' sajd fis-sena mmirati għas-sardin u b'massimu ta' 144 jum ta' sajd fis-sena mmirati għall-inċova;

(c)  l-għeluq ġeotemporali għandu jiġi implimentat kull sena sabiex jiġu protetti ż-żoni tat-tkabbir u tar-riproduzzjoni. tali għeluq, għal tipi differenti ta' rkaptu tas-sajd, għandhom ikopru d-distribuzzjoni sħiħa tal-pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku, għal perjodi ta' mhux anqas minn 15-il jum kontinwi u sa 30 jum kontinwi. dak l-għeluq għandu jseħħ matul il-perijodi li ġejjin:

(i)  għas-sardin, mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Marzu, u

(ii)  għall-inċova, mill-1 ta' April sat-30 ta' Settembru;

(d)  għeluq addizzjonali għall-bastimenti ta' tul totali ta' aktar minn 12 il metru, separatament għal kull tip ta' rkaptu tas-sajd, għandu jiġi implimentat għal mhux inqas minn sitt xhur; tali għeluq għandu jkopri mill-inqas 30 % taż-żona li tkun ġiet identifikata bħala żona ta' tkabbir jew bħala żona li tkun importanti għall-protezzjoni ta' klassijiet ta' ħut ta' età bikrija (f'ibħra territorjali u interni);

(e)  il-kapaċità totali tal-flotta tal-bastimenti tat-tkarkir u tal-bastiment tas-sajd bit-tartarun tal-borża li jkunu qed jistadu b'mod attiv għal stokkijiet pelaġiċi ż-żgħar ma għandhiex taqbeż il-kapaċità tal-flotta reġistrata tal-flotta attiva tal-2014 f'termini ta' tunnellaġġ gross (GT) u/jew tunnellaġġ reġistrat gross (GRT), saħħa tal-magna (kW) u numru ta' bastimenti. [Em. 70]

1b.  Minkejja l-paragrafu 1a, sabiex tiġi żgurata l-istabbiltà u jiġu limitati l-varjazzjonijiet fil-miżuri ta' ġestjoni, id-durata tal-għeluq imsemmi fil-punti (c) u (d) tiegħu ma għandhiex tvarja b'aktar minn 10 % minn sena għall-oħra konsekuttivi. [Em. 71]

Artikolu 6a

Miżuri tekniċi

1.  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006, u l-punt 2 tal-Anness II tal-istess Regolament ma għandhomx japplikaw.

2.  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, it-tul massimu tax-xbieki tat-tidwir (tartarun tal-borża u tartaruni mingħajr borża) għandu jkun ristrett għal 600 metru, l-għoli ta' kemm tinżel ix-xibka tkun ta' massimu ta' 1/3 tat-tul tagħha. [Em. 72]

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET MARBUTIN MAL-OBBLIGU TAL-ĦATT L-ART

Artikolu 7

Dispożizzjonijiet marbutin mal-obbligu tal-ħatt l-art għall-ispeċijiet pelaġiċi ż-żgħar li jinqabdu fil-Baħar Adrijatiku

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 15 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 dwar l-affarijiet li ġejjin: [Em. 73]

(a)  l-eżenzjonijiet mill-applikazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art għal speċijiet li għalihom l-evidenza xjentifika turi l-aqwa parir xjentifiku disponibbli juri rati għoljin ta’ sopravvivenzasopravivenza, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi tal-irkaptu, il-prattiki tas-sajd u l-ekosistema, sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art; [Em. 74]

(b)  l-eżenzjonijiet de minimis sabiex ikun jista’ jiġi implimentat l-obbligu ta’ ħatt l-art; it-tali eżenzjonijiet de minimis għandhom jiġu previsti għall-każijiet imsemmijin fl-Artikolu 15(5)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u għandhom ikunu skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fih;

(c)  id-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar id-dokumentazzjoni tal-qabdiet, b’mod partikulari għall-finijiet tal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art.

(d)  l-iffissar tad-daqsijiet minimi ta’ referenza għall-konservazzjoni sabiex tkun żgurata l-protezzjoni taż-żgħar tal-organiżmi tal-baħar. [Em. 75]

KAPITOLU IV

REĠJONALIZZAZZJONI

Artikolu 8

Kooperazzjoni reġjonali

1.  L-Artikolu 18(1) sa (6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandu japplika għall-miżuri msemmijin fl-Artikoli 6 u 7 ta’ dan ir-Regolament.

2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri li jkollhom interess ta’ ġestjoni dirett jistgħu jippreżentaw rakkomandazzjonijiet konġunti skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, għall-ewwel darba mhux iktar tard minn tnax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u mbagħad 12-il xahar wara kull sottomissjoni tal-evalwazzjoni tal-pjan pluriennali skont l-Artikolu 14 ta’ dan ir-Regolament. Huma jistgħu jippreżentaw it-tali rakkomandazzjonijiet ukoll meta jqisu li jkun hemm bżonnhom, b’mod partikulari f’każ li jkun hemm tibdil f’daqqa tas-sitwazzjoni ta’ kwalunkwe wieħed mill-istokkijiet li għalihom japplika dan ir-Regolament. Ir-rakkomandazzjonijiet konġunti dwar miżuri li jikkonċernaw sena kalendarja partikulari għandhom jiġu ppreżentati sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Ġunju tas-sena ta’ qabel.

3.  Is-setgħat mogħtija skont l-Artikoli 6 u 7 ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu mingħajr ħsara għas-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni skont dispożizzjonijiet oħrajn tal-dritt tal-Unjoni, inklużi dawk mogħtija skont ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

KAPITOLU V

KONTROLL U INFURZAR

Artikolu 9

Rabta mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009

Il-miżuri ta’ kontroll previsti f’dan il-Kapitolu għandhom japplikaw flimkien ma’ dawk previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, ħlief fejn hu previst mod ieħor f’dan il-Kapitolu.

Artikolu 10

Notifika minn qabel

1.  B’deroga mill-Artikolu 17(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, in-notifika minn qabel imsemmija f’dak l-Artikolu għandha ssir mill-inqas siegħa u nofs nofs siegħa qabel il-ħin mistenni tal-wasla fil-port. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kostali jistgħu, fuq il-bażi ta’ każ b’każ, jagħtu permess għal dħul qabel fil-port. [Em. 76]

2.  L-obbligu ta’ notifika minn qabel għandu japplika għall-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jżommu abbord mill-inqas tunnellata ta’ inċova jew tunnellata żewġ tunnellati ta’ sardin. Dawk il-kwantitajiet għandhom jiġu kkalkolati wara li jitnaqqsu l-qabdiet imsemmija fl-Artikolu 15(11) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. [Em. 77]

Artikolu 11

Sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti

1.  Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 għandha tiġi estiża għall-bastimenti tas-sajd li b’kollox ikunu twal tmien metri jew aktar u li jkunu impenjati fis-sajd għall-ħut pelaġiku ż-żgħir fil-Baħar Adrijatiku.

2.  L-eżenzjoni stabbilita fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 ma għandhiex tapplika għall-bastimenti impenjati fis-sajd għall-ħut pelaġiku ż-żgħir fil-Baħar Adrijatiku skont dan ir-Regolament, irrispettivament mit-tul tagħhom.

Artikolu 12

Ikkompletar elettroniku u trażmissjoni elettronika tal-ġurnali ta’ abbord dwar is-sajd

1.  Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-obbligu li jinżamm ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd f’format elettroniku u li dan jintbagħat permezz ta’ mezzi elettroniċi mill-inqas darba kuljum lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera, stabbilit fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, għandu jiġi estiż għall-kaptani ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li b’kollox ikunu twal tmien metri jew aktar u li jkunu impenjati fis-sajd għall-inċova jew għas-sardin.

2.  L-eżenzjoni stabbilita fl-Artikolu 15(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 ma għandhiex tapplika għall-kaptani ta’ bastimenti li jkunu impenjati fis-sajd għall-inċova jew għas-sardin, irrispettivament mit-tul ta’ dawn il-bastimenti.

2a.   B'deroga mill-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, il-kaptani tal-bastimenti kollha tal-Unjoni b'tul globali ta' 12-il metri jew aktar għandhom jibagħtu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14 ta' dak ir-Regolament qabel il-bidu tal-operazzjonijiet tal-ħatt l-art. [Em. 78]

Artikolu 13

Portijiet deżinjati

Il-limiti massimi li japplikaw għall-piż ħaj tal-ispeċijiet tal-istokkijiet rispettivi li huma suġġetti għall-pjan pluriennali li, jekk jaqbiżhom, bastiment tas-sajd għandu jħott l-art il-qabdiet tiegħu f’port deżinjat jew f’post viċin il-kosta kif stabbilit fl-Artikolu 43 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)  2 000 kg ta’ inċova;

(b)  2 000 kg ta’ sardin.

KAPITOLU VI

RIEŻAMI

Artikolu 14

Evalwazzjoni tal-pjan pluriennali

Ħames Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolamentir-Regolament, u kull ħames snin wara dak iż-żmien, il-Kummissjoni għandha tiżgura evalwazzjoni tal-impatt tal-pjan pluriennali fuq l-istokkijiet li għalihom japplika dan ir-Regolament u fuq is-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-riżultati ta’ din l-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u għandha, jekk ikun xieraq, tressaq proposta biex dan ir-Regolament jiġi emendat. [Em. 80]

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET PROĊEDURALI

Artikolu 15

Eżerċizzju tad-delega

1.  Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. [Em. 81]

2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmijin fl-Artikoli 6 u 7 għal perjodu ta’ ħames snin ... [mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport b’rabta mad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi taż-żmien tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonawx għat-tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel ma jintemm kull perjodu.

3.  Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu jirrevokaw id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 6 u 7 fi kwalunkwe ħin. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-Deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ.

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti maħturin minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.

5.  Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin dwaru.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 6 u 7 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jqajmu oġġezzjoni għalih fi żmien xahrejn minn meta dak l-att jiġi mgħarraf lilhom jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 15a

Appoġġ mill-FEMS

1.  Il-miżuri ta' waqfien temporanju adottati sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-pjan pluriennali għandhom jitqiesu bħala waqfien temporanju tal-attivitajiet tas-sajd għall-finijiet tal-punti (a) u (c) tal-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014.

2.  B'deroga mill-Artikolu 33(2) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, sal-31 ta' Diċembru 2020 id-durata massima tal-appoġġ taħt dak ir-Regolament għandha tkun ta' disa' xhur, għall-bastimenti tas-sajd soġġetti għall-għeluq ġeografiku u temporali previst f'dan ir-Regolament.

3.  Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, bħala deroga mill-Artikolu 25(3) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, għandu jkun possibbli li tiżdied il-kontribuzzjoni finanzjarja totali mill-FEMS 'il fuq mil-limitu massimu ta' 15 % stabbilit f'dak l-Artikolu.

4.  Fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet previsti fl-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, għandha tingħata prijorità lis-sajjieda affettwati mill-implimentazzjoni tal-miżuri li jinsabu f'dan il-pjan pluriennali.

5.  Sal-31 ta' Diċembru 2020, u b'deroga mill-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 34(4) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, il-bastimenti li jkunu waqqfu l-attivitajiet tas-sajd kollha b'riżultat tal-miżuri biex jitnaqqas l-isforz tas-sajd imsemmi f'dan ir-Regolament jistgħu jkunu eliġibbli għall-appoġġ għall-waqfien permanenti kif imsemmi fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014. [Em. 82]

KAPITOLU VIII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 16

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS I

Punti ta’ referenza fil-mira

(kif imsemmi fl-Artikolu 4(Artikoli 4 u 5) [Em. 86]

Stokk

Medda tal-mortalità mis-sajd fil-mira li tippermetti li jinkiseb ir-rendiment massimu sostenibbli (FMSY)Medda tal-mortalità mis-sajd fil-mira li tippermetti li jinkiseb ir-rendiment massimu sostenibbli (FMSY)

Kolonna A

Kolonna B

Inċova

Bejn 0,23 u 0,30SSBpa

Bejn 0,30 u 0,364SSBlim

Sardin

Bejn 0,065 u 0,08

Bejn 0,08 u 0,11SSBlim

[Em. 87]

ANNESS II

Il-punti ta’ referenza dwar il-konservazzjoni

(kif imsemmi fl-Artikolu 5)

Stokk

Il-livell minimu tal-punt ta’ referenza tal-bijomassa tal-istokk riproduttiv (f’tunnellati) (MSY Btrigger)

Il-limitu tal-punt ta’ referenza tal-bijomassa (f’tunnellati) (Blim)

Kolonna A

Kolonna B

Inċova

139 000

69 500

Sardin

180 000

36 000

[Em. 84]

(1) ĠU C 288, 31.8.2017, p. 68.
(2)ĠU C 288, 31.8.2017, p. 68.
(3)Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Novembru 2018.
(4)Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina)(ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).
(5) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ambjent naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġi (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).
(6) Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).
(7)Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
(8)Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 tal-21 ta’ Diċembru 2006 dwar miżuri ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1626/94 (“ir-Regolament dwar il-Mediterran”) (ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6).
(9)Id-dokument tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd dwar il-valutazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut fil-Baħar Mediterran imsejjaħ “Scientific, Technical and Economic Committee for Fisheries (STECF) Assessment of Mediterranean Sea stocks - part 2 (STECF-11-14).
(10)Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1392/2014 tal-20 ta’ Ottubru 2014 li jistabbilixxi pjan ta’ rimi għal ċertu sajd ta’ ħut pelaġiku żgħir fil-Baħar Mediterran (ĠU L 370, 30.12.2014, p. 21).
(11) Id-dokument tal-2015 tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd dwar l-istokkijiet pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku imsejjaħ "Scientific, Technical and Economic Committee for Fisheries (STECF) – Small pelagic stocks in the Adriatic Sea. Ir-rapport tal-ewwel parti tal-valutazzjonijiet tal-istokkijiet fil-Baħar Mediterran imsejjaħ "Mediterranean assessments part 1" (STECF-15-14). 2015 ippubblikat mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fil-Lussemburgu bin-numru EUR 27492 EN, JRC 97707, u fih 52 paġna. [It-tieni parti ta' din ir-referenza tidher li hi żbaljata. OPOCE, jekk jogħġbok iċċekkja.]
(12)Id-dokument tal-2015 tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd dwar l-istokkijiet pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku u l-valutazzjonijiet tal-Mediterran imsejjaħ “Scientific, Technical and Economic Committee for Fisheries (STECF) – Small pelagic stocks in the Adriatic Sea. Mediterranean assessments part 1 (STECF-15-14)” ippubblikat mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fil-Lussemburgu bin-numru EUR 27492 EN, JRC 97707, li fih 52 paġna. [The second part of this reference seems to be mistaken. OPOCE, please check.]
(13)Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).
(14) Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1).
(15) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(16)Il-valutazzjoni tal-impatt… [inkludi r-referenza meta din tiġi ppubblikata].
(17)Ir-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran (ĠU L 347, 30.12.2011, p. 44).


L-istat tad-dritt fir-Rumanija
PDF 134kWORD 56k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2018 dwar l-istat tad-dritt fir-Rumanija (2018/2844(RSP))
P8_TA(2018)0446B8-0522/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattati tal-UE, u b'mod partikolari l-Artikoli 2, 3, 4, 6 u 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB),

–  wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tar-Rumanija,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Marzu 2014 dwar qafas tal-UE ġdid biex jissaħħaħ l-istat tad-dritt (COM(2014)0158),

–  wara li kkunsidra d-dibattitu tiegħu dwar id-demokrazija u l-ġustizzja fir-Rumanija, li sar fit-2 ta' Frar 2017,

–  wara li kkunsidra d-dibattitu tiegħu dwar it-theddid għall-istat tad-dritt li jirriżulta mir-riforma tas-sistema ġudizzjarja tar-Rumanija, li sar fis-7 ta' Frar 2018,

–  wara li kkunsidra d-dibattitu tiegħu dwar l-istat tad-dritt fir-Rumanija, li sar fit-3 ta' Ottubru 2018,

–  wara li kkunsidra l-iskambju ta' fehmiet tiegħu tal-1 ta' Ottubru 2018 mal-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni, Frans Timmermans, fil-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

–  wara li kkunsidra s-smigħ li sar fit-22 ta’ Marzu 2017 fil-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern dwar id-demokrazija u l-ġustizzja fir-Rumanija,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-24 ta' Jannar 2018 tal-President tal-Kummissjoni Juncker u l-Ewwel Viċi President Timmermans dwar l-aħħar żviluppi fir-Rumanija,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni konġunta tal-Kummissjoni ta' Venezja tal-16 ta' Marzu 2018 dwar l-abbozz ta' liġi Nru 140/2017 tar-Rumanija dwar l-emendar tal-Ordinanza Governattiva Nru 26/2000 dwar l-Assoċjazzjonijiet u l-Fundazzjonijiet;

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni ta' Venezja tal-20 ta' Ottubru 2018 dwar emendi għal-liġi Rumena Nru 303/2004 dwar l-istatut tal-imħallfin u l-prosekuturi, il-liġi Nru 304/2004 dwar l-organizzazzjoni ġudizzjarja u l-liġi Nru 317/2004 dwar il-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni ta' Venezja tal-20 ta' Ottubru 2018 dwar l-emendi għall-Kodiċi Kriminali u għall-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali tar-Rumanija, liġijiet li jolqtu wkoll il-liġi Nru 78/2000 dwar il-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u s-sanzjonar ta' atti ta' korruzzjoni, u l-liġi Nru 304/2004 dwar l-organizzazzjoni ġudizzjarja,

–  wara li kkunsidra r-rapport ad hoc dwar ir-Rumanija tal-11 ta' April 2018 mill-Grupp ta' Stati kontra l-Korruzzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa (GRECO),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-15 ta' Novembru 2017 taħt il-Mekkaniżmu ta' Kooperazzjoni u Verifika dwar il-progress fir-Rumanija,

–  wara li kkunsidra l-adozzjoni ta' tliet liġijiet li jirriformaw il-ġudikatura mill-Parlament Rumen f'Diċembru 2017, l-liġi emendatorja Nru 303/2004 dwar l-istatus tal-imħallfin u l-prosekuturi, il-liġi Nru 304/2004 dwar l-organizzazzjoni ġudizzjarja u l-liġi Nru 317/2004 dwar il-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura; wara li kkunsidra l-adozzjoni ta' emendi tal-Kodiċi Kriminali f'Ġunju 2018 u tal-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali f'Lulju 2018,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 2226/2018 u r-Rakkomandazzjoni 2134/2018 tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa (PACE),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali tar-Rumanija tal-20 ta' Ottubru 2018, li 64 mis-96 bidla magħmula fil-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali huma antikostituzzjonali; wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Qorti Kostituzzjonali tal-25 ta' Ottubru 2018 li 30 mill-emendi tal-Kodiċi Kriminali huma inkompatibbli mal-Kostituzzjoni,

–  wara li kkunsidra l-protesti tal-massa ripetuti, minn Jannar 2017, kontra l-korruzzjoni u favur l-istat tad-dritt, inkluża l-protesta tal-massa "Dijaspora fil-Pajjiż" fl-10 ta' Awwissu 2018 f'Bucharest, li ħalliet mijiet ta' persuni jeħtieġu trattament mediku wara intervent vjolenti min-naħa tal-pulizija,,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Unjoni Ewropea hija msejsa fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi, u billi dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri f'soċjetà fejn il-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel huma prevalenti (Artikolu 2 tat-TUE);

B.  billi l-Artikolu 6(3) tat-TUE jikkonferma li d-drittijiet fundamentali, kif iggarantiti mill-KEDB u kif jirriżultaw mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri, jikkostitwixxu prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni;

C.  billi l-UE topera abbażi tal-preżunzjoni ta' fiduċja reċiproka li l-Istati Membri jaġixxu f'konformità mad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, kif minqux fil-KEDB u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali;

D.  billi l-indipendenza tal-ġudikatura hija minquxa fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 6 tal-KEDB, u hija rekwiżit essenzjali tal-prinċipju demokratiku tas-separazzjoni tal-poteri;

E.  billi fir-rapport tiegħu dwar ir-Rumanija ta' April 2018, il-Grupp ta' Stati kontra l-Korruzzjoni (GRECO) tal-Kunsill tal-Ewropa esprima tħassib serju dwar ċerti aspetti tal-liġijiet dwar l-istatus tal-imħallfin u l-prosekuturi, dwar l-organizzazzjoni ġudizzjarja u dwar il-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura kif adottati mill-Parlament Rumen, kif ukoll dwar l-abbozz ta' emendi għal-leġiżlazzjoni kriminali; billi l-GRECO għandu dubji dwar il-proċess leġiżlattiv, jibża' mill-impatt fuq l-indipendenza ġudizzjarja u jissuġġerixxi ksur impliċitu tal-istandards ta' kontra l-korruzzjoni;

F.  billi l-Kummissjoni ta' Venezja, fl-opinjoni tagħha Nru 924/2018 tal-20 ta' Ottubru 2018, li kienet limitata għal ċerti aspetti partikolarment kontroversjali tal-abbozzi, ikkonkludiet li għalkemm sar titjib li ntlaqa' tajjeb fl-abbozzi wara l-kritika u għadd ta' deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali, hemm aspetti importanti introdotti bit-tliet abbozzi li jistgħu jwasslu għal pressjoni fuq l-imħallfin u l-prosekuturi, u fl-aħħar mill-aħħar, idgħajfu l-indipendenza tal-ġudikatura u tal-membri tagħha, u, flimkien mal-arranġamenti ta' rtirar bikri, l-effiċjenza u l-kwalità tagħha, b'konsegwenzi negattivi għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni, u tqis li dawk l-aspetti aktarx idgħajfu l-fiduċja tal-pubbliku fil-ġudikatura(1);

G.  billi l-Kummissjoni ta' Venezja kkonkludiet fl-opinjoni tagħha Nru 930/2018 tat-20 ta' Ottubru 2018 li kien meħtieġ u xieraq għall-Parlament Rumen li jwettaq riforma tal-kodiċijiet kriminali sabiex jimplimenta d-deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali u d-direttivi rilevanti tal-UE, u li ħafna mill-emendi se jxekklu serjament l-effettività tas-sistema tal-ġustizzja kriminali Rumena fil-ġlieda kontra d-diversi forom ta' kriminalità, fosthom reati relatati mal-korruzzjoni, delitti vjolenti u l-kriminalità organizzata(2);

H.  billi fl-opinjoni tagħha Nru 914/2018 tas-16 ta' Marzu 2018, il-Kummissjoni ta' Venezja laqgħet il-fatt li matul il-laqgħat f'Bucharest, l-inizjaturi tal-abbozz ta' liġi indikaw ir-rieda tagħhom li jemendaw l-abbozz ta' liġi f'diversi aspetti, u talab lill-awtoritajiet Rumeni biex jikkunsidraw ir-rakkomandazzjonijiet ewlenin tagħha, jiġifieri li rekwiżiti ġodda ta' rappurtar u żvelar previsti fl-abbozz ta' liġi, inklużi s-sanzjonijiet ta' sospensjoni tal-attivitajiet u xoljiment f'każ ta' nuqqas ta' konformità, jidher ċar li huma mhux meħtieġa u sproporzjonati, u għandhom jiġu mħassra, u li l-pubblikazzjoni dettaljata tar-rapporti finanzjarji kull sitt xhur u l-indikazzjoni tas-sors tal-introjtu, indipendentement mill-ammont, meħud flimkien mas-sanzjoni ta' xoljiment, se jkollhom effett dissważiv fuq is-soċjetà ċivili u se jkunu f'kunflitt mal-libertà ta' assoċjazzjoni u d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata(3);

I.  billi l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa talbet lir-Rumanija biex tirrifjuta l-abbozz ta' liġijiet proposti dan l-aħħar li jimponu obbligi ta' rappurtar finanzjarju addizzjonali fuq l-NGOs, biex jemendawhom skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja u l-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE/ODIHR), u li jippreżentawhom għal konsultazzjoni pubblika wiesgħa qabel l-adozzjoni(4);

J.  billi fid-19 ta' Lulju 2018 il-Kummissjoni rreferiet lir-Rumanija quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea talli naqset milli tinkorpora r-Raba' Direttiva kontra l-Ħasil tal-Flus fil-liġi nazzjonali; billi fl-24 ta' Ottubru 2018, il-Parlament Rumen adotta l-abbozz ta' liġi dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu;

K.  billi hemm dibattitu li għadu għaddej rigward ir-rwol tas-Servizz tal-Intelligence Rumen (SRI) u l-indħil allegat tiegħu fl-attivitajiet tal-ġudikatura Rumena, u dan iqajjem mistoqsijiet dwar il-kobor u l-modalitajiet ta' dan l-indħil; billi l-Kummissjoni ta' Venezja tikkonkludi fl-opinjoni tagħha tal-20 ta’ Ottubru 2018 li donnu li jeħtieġ li jsir rieżami bir-reqqa tar-regoli legali dwar il-kontroll tas-servizzi tal-intelligence;

L.  billi f'Mejju 2016 inbdiet reviżjoni tal-Kostituzzjoni Rumena sabiex id-definizzjoni ta' familja tiġi ristretta għal żwieġ bejn raġel u mara; billi diversi grupp tad-drittijiet tal-bniedem esprimew it-tħassib tagħhom li l-proposta tista' twassal għal ksur tal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u żżid id-diskriminazzjoni omofobika fir-Rumanija; billi r-reviżjoni ġiet approvata fil-parlament b'maġġoranza ta' żewġ terzi; billi r-referendum dwar il-kwistjoni ma laħaqx il-mira meħtieġa ta' 30% tal-votanti;

M.  billi r-Rumanija tinsab fil-25 post mit-28 Stat Membru tal-UE rigward il-leġiżlazzjoni, diskors ta' mibegħda u diskriminazzjoni kontra persuni LGBTI, skont l-Analiżi Annwali tas-Sitwazzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Persuni LGBTI fl-Ewropa 2018), ippubblikat mir-Reġjun Ewropew tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Persuni Leżbjani u Gay (ILGA-Europe);

N.  billi l-Unjoni Ewropeahija impenjata li tirrispetta l-libertà u l-pluraliżmu tal-mezzi tax-xandir, kif ukoll id-dritt ta' informazzjoni u tal-libertà tal-espressjoni; billi l-iżvelar ta' informazzjoni protetta huwa parti essenzjali tal-ġurnaliżmu investigattiv u tal-libertà tal-istampa u, skont il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' April 2018 dwar it-tisħiħ tal-protezzjoni tal-informaturi fil-livell tal-UE (COM(2018)0214), fil-maġġoranza tal-Istati Membri, l-informaturi huma protetti biss f'sitwazzjonijiet limitati ħafna; billi l-funzjonijiet ta' kontroll pubbliku tal-mezzi tax-xandir huma kruċjali biex ikunu sostnuti dawn id-drittijiet kif ukoll għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali l-oħrajn kollha;

O.  billi Reporters Mingħajr Fruntieri ġibdu l-attenzjoni dwar it-tentattivi biex il-mezzi tax-xandir Rumeni jsiru għodod ta' propaganda politika, u qajmu tħassib dwar iċ-ċensura politika fil-mezzi tax-xandir(5);

P.  billi l-Artikolu 12 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jistipula li kulħadd għandu d-dritt għal libertà ta' għaqda paċifika u għal libertà ta' assoċjazzjoni f'kull livell, b'mod partikolari fi kwistjonijiet politiċi, trejdunjonistiċi u ċivili;

Q.  billi r-rapporti ta' intervent vjolenti min-naħa tal-pulizija Rumena waqt il-protesti fl-10 ta' Awwissu 2018 qajmu tħassib serju fir-rigward tal-proporzjonalità tal-użu tal-forza u l-ksur tad-drittijiet fundamentali tad-dimostranti, u rriżultaw f'investigazzjonijiet, li għadhom għaddejjin, min-naħa tal-awtoritajiet Rumeni tal-infurzar tal-liġi;

R.  billi l-korruzzjoni għadha sfida fl-UE; billi n-natura u l-ambitu tal-korruzzjoni jaf ikunu differenti bejn Stat Membru għal ieħor, iżda tagħmel ħsara lill-UE kollha kemm hi u lill-ekonomija u s-soċjetà tagħha, ixxekkel l-iżvilupp ekonomiku, iddgħajjef id-demokrazija, u tagħmel ħsara lill-istat tad-dritt;

S.  billi l-Kap Prosekutur tad-Direttorat Nazzjonali ta' Kontra l-Korruzzjoni tneħħa mill-kariga fid-9 ta' Lulju 2018, kontra l-opinjoni tal-Kunsill Ġudizzjarju wara deċiżjoni ta' Qorti Kostituzzjonali li tillimita s-setgħat tal-President; billi, b'kuntrast, il-Kummissjoni ta' Venezja qalet fl-opinjoni tagħha tal-20 ta' Ottubru 2018 li jkun importanti li "tissaħħaħ l-indipendenza tal-prosekuturi u jinżamm u jiżdied ir-rwol ta' istituzzjonijiet bħall-President u l-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura, li jistgħu jibbilanċjaw l-influwenza tal-Ministru [tal-Ġustizzja]"; billi fl-24 ta' Ottubru 2018, il-Ministru tal-Ġustizzja talab it-tkeċċija tal-Prosekutur Ġenerali, u akkużah li qabeż l-awtorità tiegħu;

1.  Jisħaq fuq il-fatt li huwa fundamentalment importanti li jiġi garantit li l-valuri komuni Ewropej elenkati fl-Artikolu 2 tat-TUE jkunu sostnuti bis-sħiħ, u li d-drittijiet fundamentali stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jkunu garantiti;

2.  Jinsab imħasseb ħafna dwar il-leġiżlazzjoni abbozzata mill-ġdid b'rabta mal-leġiżlazzjoni ġudizzjarja u kriminali Rumena, rigward b'mod speċifiku l-potenzjal tagħha li timmina strutturalment l-indipendenza tas-sistema ġudizzjarja u l-kapaċità li l-korruzzjoni tiġi miġġielda b'mod effettiv fir-Rumanija, kif ukoll li ddgħajjef l-istat tad-dritt;

3.  Jikkundanna l-intervent vjolenti u sproporzjonat mill-pulizija matul il-protesti f'Bucharest f'Awwissu 2018; jistieden lill-awtoritajiet Rumeni jiżguraw investigazzjoni trasparenti, imparzjali u effikaċi dwar l-azzjonijiet tal-pulizija ta' kontra l-irvelli;

4.  Jistieden lill-awtoritajiet Rumeni jintroduċu salvagwardji sabiex tkun żgurata bażi trasparenti u legali għal kwalunkwe kooperazzjoni istituzzjonali u jiġi evitat kwalunkwe indħil li jaħrab is-sistema ta' kontrolli u bilanċi; jitlob li jiġi msaħħaħ il-kontroll parlamentari fuq is-servizzi ta' intelligence;

5.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Rumeni biex jiġġieldu kwalunkwe miżura li tiddekriminalizza l-korruzzjoni fil-kariga, u biex japplikaw strateġija nazzjonali ta' kontra l-korruzzjoni;

6.  Jirrakkomanda b'qawwa kunsiderazzjoni mill-ġdid tal-leġiżlazzjoni dwar il-finanzjament, l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-NGOs rigward l-effett intimidanti potenzjali tagħha fuq is-soċjetà ċivili u d-dħul tagħha f'kunflitt mal-prinċipju tal-libertà ta' assoċjazzjoni u d-dritt għall-privatezza; jemmen li għandha tkun allinjata għalkollox mal-qafas tal-UE;

7.  Iħeġġeġ lill-Parlament u lill-Gvern tar-Rumanija jimplimentaw bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet kollha tal-Kummissjoni Ewropew, ta' GRECO u tal-Kummissjoni ta' Venezja, u biex joqogħdu lura milli jwettqu kwalunkwe riforma li tpoġġi f'riskju r-rispett għall-istat tad-dritt, inkluża l-indipendenza tal-ġudikatura; iħeġġeġ involviment kontinwu mas-soċjetà ċivili, u jenfasizza l-ħtieġa li jiġu indirizzati l-kwistjonijiet imsemmija hawn fuq, abbażi ta' proċess trasparenti u inklużiv; iħeġġeġ it-tiftix proattiv ta' evalwazzjoni, min-naħa tal-Kummissjoni ta' Venezja, tal-miżuri leġiżlattivi konċernati qabel l-approvazzjoni finali tagħhom;

8.  Jistieden lill-Gvern Rumen jikkoopera mal-Kummissjoni Ewropea, skont il-prinċipju ta' kooperazzjoni sinċiera kif stabbilit fit-Trattat;

9.  Itenni d-dispjaċir tiegħu dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tippubblikax ir-Rapport Kontra l-Korruzzjoni fl-2017, u jħeġġiġha bil-qawwa li tissokta l-monitoraġġ annwali tagħha fil-qasam tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-Istati Membri kollha, mingħajr dewmien; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa sistema ta' indikaturi rigorużi u kriterji uniformi u faċilment applikabbli biex jitkejjel il-livell tal-korruzzjoni fl-Istati Membri u tevalwa l-politiki tagħhom fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, konformement mar-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-8 ta' Marzu 2016 dwar ir-Rapport Annwali 2014 dwar il-Protezzjoni tal-Interessi Finanzjarji tal-UE(6);

10.  Jappella bil-qawwa għal proċess regolari, sistematiku u oġġettiv ta' monitoraġġ u djalogu li jinvolvi lill-Istati Membri kollha, bil-għan li jiġu mħarsa l-valuri bażiċi tal-UE tad-demokrazija, id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt, bl-involviment tal-Kunsill, tal-Kummissjoni u tal-Parlament, kif kien propost fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2016 dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali (il-Patt għad-DRF)(7); itenni li dan il-mekkaniżmu għandu jikkonsisti f'rapport annwali b'rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż(8);

11.  Jistieden lill-Kummissjoni, bħala l-gwardjan tat-Trattati, timmonitorja s-segwitu mogħti għar-rakkomandazzjonijiet mill-awtoritajiet Rumeni, filwaqt li tkompli toffri appoġġ sħiħ lir-Rumanija biex issib soluzzjonijiet adegwati;

12.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu jgħaddi din ir-Riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-President tar-Rumanija.

(1) Opinjoni Nru 924/2018 tal-Kummissjoni ta' Venezja, tal-20 ta' Ottubru 2018 (CDL-AD(2018)017).
(2) Opinjoni Nru 930/2018 tal-Kummissjoni ta' Venezja, tal-20 ta' Ottubru 2018 (CDL-AD(2018)021).
(3) Opinjoni konġunta Nru 914/2018 tal-Kummissjoni ta' Venezja, tas-16 ta' Marzu 2018 (CDL-AD(2018)004).
(4) Ir-Riżoluzzjoni 2226/2018 u r-Rakkomandazzjoni 2134/2018 tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa
(5) https://rsf.org/en/romania
(6) ĠU C 50, 9.2.2018, p. 2.
(7) ĠU C 215, 19.6.2018, p. 162.
(8) Ara: ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2016 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea fl-2015, (ĠU C 238, 6.7.2018, p. 2).


Standards minimi għall-minoranzi fl-UE
PDF 200kWORD 70k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2018 dwar standards minimi għall-minoranzi fl-UE (2018/2036(INI))
P8_TA(2018)0447A8-0353/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikolu 19 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 10, 21 u 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità(1) (Direttiva dwar l-Ugwaljanza Razzjali),

–  wara li kkunsidra l-kriterji ta' Kopenħagen, u l-grupp ta' regoli tal-Unjoni li pajjiż kandidat jeħtieġlu jissodisfa jekk ikun jixtieq jissieħeb fl-Unjoni (l-acquis),

–  wara li kkunsidrat id-Dikjarazzjoni dwar id-Drittijiet tal-Persuni li jagħmlu parti minn Minoranzi Nazzjonali, Etniċi, Reliġjużi u Lingwistiċi u d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fl-1948,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni A/RES/60/7 adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fl-1 ta' Novembru 2005, dwar it-Tifkira tal-Olokawst,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Protokolli tagħha, speċjalment il-Protokoll Nru 12 dwar in-nondiskriminazzjoni,

–  wara li kkunsidra r-Rapport dwar id-Drittijiet Fundamentali 2018 tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) u l-istħarriġ tal-FRA bit-titolu "It-tieni Stħarriġ tal-Unjoni Ewropea dwar il-Minoranzi u d-Diskriminazzjoni" (EU-MIDIS II),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà u l-Protokoll Mhux Obbligatorju tagħha (A/RES/61/106), adottata fit-13 ta' Diċembru 2006,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Qafas għall-Ħarsien tal-Minoranzi Nazzjonali u l-Karta Ewropea għal-Lingwi Reġjonali jew Minoritarji tal-Kunsill tal-Ewropa,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 1985 tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, adottata fl-2014 dwar is-sitwazzjoni u d-drittijiet tal-minoranzi nazzjonali fl-Ewropa,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 2153 tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, adottata fl-2017 dwar il-promozzjoni tal-inklużjoni tar-Rom u ta' ċerti gruppi ta' nomadi,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 2196 tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, adottata fl-2018 dwar il-ħarsien u l-promozzjoni tal-lingwi reġjonali u minoritarji fl-Ewropa,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 424 tal-Kungress tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali tal-Kunsill tal-Ewropa, adottata fl-2017 dwar il-lingwi reġjonali u minoritarji fl-Ewropa llum il-ġurnata,

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni 1201 tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, adottata fl-1993 dwar protokoll addizzjonali dwar id-drittijiet tal-minoranzi għall-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa dwar iż-żieda fl-anti-Żingariżmu u l-vjolenza razzista kontra r-Rom fl-Ewropa, adottata fl-1 ta' Frar 2012,

–  wara li kkunsidra l-Linja Gwida Numru 5 dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Kunsill tal-Ewropa u l-Unjoni Ewropea, adottata waqt it-Tielet Summit tal-Kunsill tal-Ewropa tal-Kapijiet ta' Stat u Gvern f'Varsavja fis-16 u s-17 ta' Mejju 2005,

–  wara li kkunsidra d-Dokument ta' Kopenħagen tal-1990 tal-OSKE u l-għadd kbir ta' rakkomandazzjonijiet u linji gwida tematiċi dwar id-drittijiet tal-minoranza maħruġa mill-Kummissarju Għoli għall-Minoranzi Nazzjonali tal-OSKE u mill-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem, tal-OSKE,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Frar 2018 dwar il-protezzjoni u n-nondiskriminazzjoni fir-rigward tal-minoranzi fl-Istati Membri tal-UE(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2017 dwar "aspetti tad-drittijiet fundamentali fl-integrazzjoni tar-Rom fl-UE: il-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu"(3),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/JHA tat-28 ta' Novembru 2008 dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta' razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2016 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' April 2015 fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tar-Rom – l-anti-Żingariżmu fl-Ewropa u r-rikonoxximent, min-naħa tal-UE, tal-jum ta' tifkira tal-ġenoċidju tar-Rom matul it-Tieni Gwerra Dinjija(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Settembru 2013 dwar il-lingwi Ewropej fil-periklu ta' estinzjoni u d-diversità lingwistika fl-Unjoni Ewropea(7),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2005 dwar il-ħarsien tal-minoranzi u l-politiki kontra d-diskriminazzjoni f'Ewropa akbar(8),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Diċembru 2017 dwar "ir-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE 2017: Insaħħu d-Drittijiet taċ-Ċittadini f'Unjoni ta' Tibdil Demokratiku"(9),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2016 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali(10),

–  wara li kkunsidra s-sentenzi u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE), b'mod partikolari l-Kawża T-646/13 (Minority SafePack – one million signatures for diversity in Europe vs Il-Kummissjoni) u l-ġurisprduenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB).

–  wara li kkunsidra r-rapporti u l-istħarriġ tal-FRA, bħar-rapport intitolat "Ir-rispett għall-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi u l-ħarsien tagħhom 2008-2010", kif ukoll rapporti rilevanti oħra minn organizzazzjonijiet u NGOs nazzjonali, Ewropej u internazzjonali dwar il-kwistjoni,

–  wara li kkunsidra l-attivitajiet u lkonstatazzjonijiet tal-Intergrupp għall-Minoranzi Tradizzjonali, il-Komunitajiet Nazzjonali u l-Lingwi tal-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A8-0353/2018),

A.  billi d-drittijiet tal-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi huma parti integrali mid-drittijiet tal-bniedem, li huma universali, indiviżibbli u indipendenti; billi l-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-minoranzi huma essenzjali għall-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà u għall-promozzjoni tat-tolleranza, tar-rispett reċiproku, tal-fehim u tal-kooperazzjoni fost il-persuni kollha li jgħixu f'territorju partikolari;

B.  billi l-UE hija mużajk ta' kulturi, lingwi, reliġjonijiet, tradizzjonijiet u storja, li jifformaw komunità ta' ċittadini diversi magħqudin flimkien bil-valuri ewlenin komuni tagħhom; billi din ir-rikkezza tal-Ewropa mhijiex fatt skontat u jenħtieġ li tiġi protetta u mrawma;

C.  billi madwar 8 % taċ-ċittadini tal-UE jappartjeni għal minoranza nazzjonali u madwar 10 % jitkellem lingwa reġjonali jew minoritarja; billi l-fastidju persistenti, id-diskriminazzjoni — inkluża d-diskriminazzjoni multipla u intersezzjonali, u l-vjolenza jillimitaw l-abbiltà tan-nies li jgawdu bis-sħiħ id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tagħhom, u jimminaw il-parteċipazzjoni ugwali tagħhom fis-soċjetà;

D.  billi l-protezzjoni tad-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi tista' tgħin sabiex nibnu futur sostenibbli għall-Ewropa u tikkontribwixxi sabiex tiggarantixxi r-rispett għall-prinċipji ta' dinjità, tal-ugwaljanza u tan-nondiskriminazzjoni; billi l-benefiċċji mhumiex limitati għall-minoranzi peress li l-protezzjoni u l-promozzjoni ser iġġib l-istabbiltà, l-iżvilupp ekonomiku u l-prosperità għal kulħadd;

E.  billi t-Trattat ta' Lisbona introduċa t-terminu "persuni li jagħmlu parti minn minoranzi" fil-liġi primarja tal-UE, l-ewwel referenza speċifika fl-istorja tad-dritt tal-UE; L-Artikolu 2 tat-TUE jistipula li "L-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi. Dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri f'soċjetà fejn jipprevalu l-pluraliżmu, in-non-diskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel"; filwaqt li dawn il-valuri huma kondiviżi mill-Istati Membri kollha u għandhom jiġu appoġġati u promossi attivament mill-UE u minn kull Stat Membru b'mod individwali fil-politiki kollha tagħhom, kemm internament kif ukoll esternament b'mod konsistenti; billi dawn id-drittijiet jistħoqqilhom l-istess trattament bħad-drittijiet l-oħra stabbiliti fit-Trattati;

F.  billi t-Trattati tal-UE, b'mod simili għall-approċċ tal-liġi internazzjonali f'dan ir-rigward, ma jiddefinux it-terminu "minoranzi"; billi l-Artikolu 17 tat-TUE jistipula li l-Kummissjoni jeħtiġilha tiżgura l-applikazzjoni tat-Trattati;

G.  billi l-Artikolu 19 tat-TFUE jistipula li l-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'mod unanimu, skont proċedura leġiżlattiva speċjali u wara li jikseb il-kunsens tal-Parlament Ewropew, jista' jieħu azzjoni xierqa sabiex jiġġieled id-diskriminazzjoni;

H.  Billi l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għamlet il-kunċett tal-"minoranzi nazzjonali" terminu tad-dritt tal-Unjoni; billi l-Artikolu 21 tal-Karta jissottolinja b'mod espliċitu li d-diskriminazzjoni hija pprojbita; billi jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali lill-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali ta'dawk li jinsabu fl-aktar sitwazzjonijiet vulnerabbli;

I.  billi, meta jiddefinixxi ċ-ċittadinanza tal-Unjoni, l-Artikolu 9 tat-TUE jistipula espressament li l-Unjoni għandha tosserva l-prinċipju tal-ugwaljanza taċ-ċittadini tagħha, li għandhom jirċievu attenzjoni ugwali mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tagħha;

J.  billi l-FCNM u l-Karta tal-Lingwi huma kisbiet ewlenin tas-sistema għall-protezzjoni internazzjonali tal-minoranzi u għodod internazzjonali importanti għall-iffissar tal-istandards għall-Istati Partijiet; billi l-effett tal-ftehimiet ikkonċernati ddgħajjef minn proċess twil ta' ratifika, mir-riżervi magħmula mill-Partijiet u minn nuqqas ta' setgħat ta' skrutinju, li jagħmilhom dipendenti fuq ir-rieda tajba tal-istati; billi n-nuqqas sistematiku ta' implimentazzjoni tas-sentenzi, tad-deċiżjonijiet u tar-rakkomandazzjonijiet iwassal ukoll għal normalizzazzjoni tan-nuqqas ta' konformità maż-żewġ strumenti internazzjonali;

K.  billi l-aħjar prattiki li diġà jintużaw fl-Istati Membri għandhom jiġu kkunsidrati fl-iżvilupp ta' standards minimi komuni Ewropej għall-protezzjoni tad-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi, bħal fl-Italja (Alto Adige/Südtirol) jew il-Ġermanja (Schleswig-Holstein);

L.  billi d-drittijiet tal-minoranzi li jagħmlu parti minn minoranzi huma ggarantiti minn ftehimiet internazzjonali kemm multilaterali kif ukoll bilaterali u huma mnaqqxa fis-sistemi kostituzzjonali ta' ħafna Stati Membri, u r-rispett għalihom huwa prerekwiżit importanti għall-valutazzjoni tal-istat tad-dritt;

M.  billi d-Direttiva dwar l-Ugwaljanza Razzjali tirrappreżenta miżura legali ewlenija għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni etnika u razzjali; billi diversi Stati Membri għadhom ma implimentawhiex bis-sħiħ; billi l-Artikolu 5 ta' dik id-Direttiva jistipula li, sabiex tiġi żgurata l-ugwaljanza sħiħa, il-prinċipju tat-trattament ugwali m'għandux jipprevjeni lil kwalunkwe Stat Membru milli jżomm jew jadotta miżuri speċifiċi biex jipprevjeni jew jikkumpensa għal żvantaggi marbuta mal-oriġini razzjali jew etnika;

N.  billi l-motto tal-UE huwa "Magħquda fid-diversità", kif adottat fis-sena 2000 u jissottolinja r-rispett għad-diversità bħala wieħed mill-valuri li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea;

O.  billi l-kriterji ta' Kopenħagen huma parti mill-kriterji ta' adeżjoni għall-UE; billi waħda mit-tliet kriterji ta' Kopenħagen tirrikjedi b'mod ċar li l-pajjiżi jiggarantixxu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u r-rispett għall-minoranzi u l-protezzjoni tagħhom; billi ma jsir l-ebda monitoraġġ ulterjuri tad-drittijiet tal-minoranzi ladarba pajjiż kandidat isir Stat Membru;

P.  billi l-esperjenza turi li l-pajjiżi fil-fażi ta' qabel l-adeżjoni huma aktar lesti li jirrispettaw il-kriterji ta' Kopenħagen; billi, bħala konsegwenza tan-nuqqas ta' qafas xieraq li jiggarantixxi l-issodisfar ta' dawn il-kriterji wara l-adeżjoni, f'bosta Stati Membri jkun hemm rigress sostanzjali wara s-sħubija fl-UE; billi l-UE għad m'għandhiex standards komuni fil-livell tal-Unjoni għall-protezzjoni tal-minoranzi għall-Istati Membri;

Q.  billi bħalissa, l-Unjoni għandha biss għodod b'effikaċja limitata biex tirrispondi għal manifestazzjonijiet sistematiċi u istituzzjonali ta' diskriminazzjoni, razziżmu u ksenofobija; billi, minkejja għadd kbir ta' appelli lill-Kummissjoni, ittieħdu biss ftit passi sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni effettiva ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi;

R.  billi jeħtieġ li jiġu żviluppati mekkaniżmi u proċeduri fil-qasam tal-istat tad-dritt biex jiżguraw li l-prinċipji u l-valuri tat-Trattat jiġu rispettati fl-Unjoni kollha; billi r-rispett għad-drittijiet tal-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi huwa fattur kostituttiv ta' dawn il-valuri; billi għandu jkun hemm fis-seħħ mekkaniżmi effikaċi biex jingħalqu l-lakuni li fadal; billi tali mekkaniżmi għandhom ikunu bbażati fuq evidenza, ikunu oġġettivi u nondiskriminatorji, għandhom jirrispettaw il-prinċipji ta' sussidjarjetà, neċessità u proporzjonalità, għandhom japplikaw kemm għall-Istati Membri kif ukoll għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni, u għandhom ikunu bbażati fuq approċċ gradat, li jinkludi aspett preventiv kif ukoll wieħed korrettiv; billi l-Parlament aferma l-approġġ tiegħu f'dan ir-rigward, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2016, b’rakkommandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, li jista' jkun fundamentali għall-approċċ ikkoordinat għall-governanza fil-livell Ewropew li huwa attwalment nieqes;

S.  billi l-lingwi huma parti integrali tal-identità Ewropea u l-aktar espressjoni diretta tal-kultura; billi r-rispett għad-diversità lingwistika huwa valur fundamentali tal-UE, kif stabbilit, pereżempju, fl-Artikolu 22 tal-Karta u fil-preambolu tat-TUE, li jgħid li "Ispirati mill-wirt kulturali, reliġjuż u umanista tal-Ewropa, li minnu żviluppaw il-valuri universali tad-drittijiet invjolabbli u inaljenabbli tal-bniedem, kif ukoll il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, u l-istat tad-dritt";

T.  billi d-diversità lingwistika hija parti importanti mill-ġid kulturali ta' reġjun; billi bejn 40 sa 50 miljun persuna fl-UE jitkellmu waħda mis-60 lingwa reġjonali jew minoritarja tagħha, li xi wħud minnhom jinsabu f'riskju serju; billi t-tnaqqis tal-lingwi minoritarji huwa perċettibbli madwar l-Ewropa; billi l-lingwi mitkellma minn komunitajiet żgħar u li m'għandhom l-ebda status uffiċjali, huma saħansitra aktar esposti għar-riskju ta' estinzjoni;

U.  billi huwa stmat li persuna waħda kull elf tuża lingwa tas-sinjali nazzjonali bħala l-ewwel lingwa tagħha; billi dawn il-lingwi jenħtieġ li jingħataw status uffiċjali;

V.  billi f'soċjetajiet inklużivi, l-identità individwali kif ukoll l-identità nazzjonali huma importanti, u waħda ma teskludix lill-oħra; billi s-sistemi leġiżlattivi nazzjonali tal-Istati Membri fihom lakuni importanti fir-rigward tal-minoranzi u jirrappreżentaw livell baxx ta' armonizzazzjoni u simetrija;

W.  billi l-wirt kulturali tal-Ewropa huwa għani u varjat ħafna; billi l-wirt kulturali jarrikkixxi l-ħajja individwali taċ-ċittadini; billi l-Artikolu 3 TUE jgħid li l-Unjoni "għandha tirrispetta r-rikkezza tad-diversità kulturali u lingwistika tagħha u għandha tassigura li jitħares u jkun żviluppat il-wirt kulturali Ewropew"; billi l-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi li ilhom jgħixu fl-Ewropa għal sekli sħaħ jikkontribwixxu għal dan il-wirt għani, uniku u varjat ħafna, u huma parti integrali mill-identità Ewropea;

X.  billi hemm ħafna diskrepanzi fost l-Istati Membri fir-rigward tar-rikonoxximent ta' minoranzi u r-rispett tad-drittijiet tagħhom; billi l-minoranzi madwar l-UE għadhom iħabbtu wiċċhom ma' diskriminazzjoni istituzzjonalizzata u huma s-suġġett ta' stereotipi derogatorji u saħansitra d-drittijiet miksuba tagħhom spiss jiġu limitati jew applikati b'mod selettiv;

Y.  billi hemm differenza bejn il-protezzjoni tal-minoranzi u l-politiki kontra d-diskriminazzjoni; billi n-nondiskriminazzjoni mhijiex biżżejjed sabiex tintemm l-assimilazzjoni; billi ugwaljanza effettiva tmur lil hinn mill-fatt li ma ssirx diskriminazzjoni u tfisser li l-minoranzi jiġu ggarantiti t-tgawdija tad-drittijiet tagħhom, bħad-dritt għall-identità, l-użu tal-lingwa u l-edukazzjoni, drittijiet kulturali u ta' ċittadinanza, eċċ, fuq l-istess livell tal-maġġoranza;

Z.  billi ż-żieda fil-vjolenza ksenofobika u d-diskors ta' mibegħda fl-Unjoni Ewropea, li spiss jiġu promossi minn forzi estremisti tal-lemin, taffettwa u tolqot il-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi;

AA.  billi ċ-ċittadini tal-UE li jagħmlu parti minn minoranzi jistennew li jitwettaq aktar fil-livell Ewropew fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet tagħhom, kif attestat mill-għadd kbir ta' petizzjonijiet li tressqu quddiem il-Parlament Ewropew f'dan ir-rigward;

AB.  billi l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej "Minority Safepack" ġabret 1 215 879 firma madwar l-UE, u dan juri r-rieda ta' dawn iċ-ċittadini tal-UE li jsaħħu l-qafas leġiżlattiv li jirregola l-politiki tal-minoranzi fil-livell tal-UE;

AC.  billi hemm ħafna lok biex jittejjeb il-mod li bih tingħata l-protezzjoni tad-drittijiet tal-minoranzi fl-UE; billi l-leġittimità tal-istituzzjonijiet demokratiċi hija bbażata fuq il-parteċipazzjoni u r-rappreżentanza tal-gruppi kollha fis-soċjetà, inklużi l-minoranzi;

1.  Ifakkar li l-Istati Membri għandhom l-obbligu li jiggarantixxu lill-minoranzi t-tgawdija sħiħa tad-drittijiet tal-bniedem, kemm bħala individwi kif ukoll bħala komunità;

2.  Ifakkar li filwaqt li l-protezzjoni tal-minoranzi hija parti mill-kriterji ta' Kopenħagen, kemm għall-pajjiżi kandidati kif ukoll għall-Istati Membri, ma hemm l-ebda garanzija li l-istati kandidati se jirrispettaw l-impenji meħuda fil-qafas tal-kriterji ta' Kopenħagen ladarba jkunu saru Stati Membri;

3.  Jinnota li lill-UE għad jonqsulha l-istrumenti effikaċi biex timmonitorja u tinforza r-rispett tad-drittijiet tal-minoranzi; jiddispjaċih dwar il-fatt li fil-qasam tal-protezzjoni tal-minoranzi, l-UE jew qieset bħala skontat li l-Istati Membri tagħha jikkonformaw mad-drittijiet tal-minoranzi jew strieħet fuq strumenti ta' monitoraġġ esterni, bħal dawk tan-NU, il-Kunsill tal-Ewropa u l-OSKE;

4.  Jinnota li l-konformità mal-kriterji ta' Kopenħagen min-naħa tal-istati qabel u wara l-adeżjoni tagħhom mal-UE trid tkun soġġetta għal monitoraġġ kostanti u għal djalogu kostanti fi ħdan u bejn il-Parlament, il-Kummissjoni u l-Kunsill; jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi stabbilita sistema ta' protezzjoni komprensiva tal-UE għall-minoranzi, li tkun akkumpanjata b'mekkaniżmu sod ta' monitoraġġ;

5.  Ifakkar li, skont l-Artikolu 17(1) tat-TUE, il-Kummissjoni, bħala l-gwardjana tat-Trattati, għandha l-leġittimità u l-awtorità li tiżgura li l-Istati Membri kollha qed jirrispettaw l-istat tad-dritt u valuri oħra msemmija fl-Artikolu 2 tat-TUE; iqis, għaldaqstant, li l-miżuri meħuda mill-Kummissjoni biex twettaq il-kompitu u tiżgura li l-kundizzjonijiet li kienu jeżistu qabel l-adeżjoni ta' Stat Membru għadhom qed jiġu ssodisfati ma jiksrux is-sovranità tal-Istati Membri;

6.  Ifakkar li fl-istandards internazzjonali eżistenti, kull Stat Membru għandu d-dritt li jiddefinixxi l-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi nazzjonali;

7.  Ifakkar li ma hemm l-ebda standard komuni tal-UE għad-drittijiet tal-minoranzi fl-UE u lanqas fehim komuni ta' min jista' jitqies bħala persuna li tagħmel parti minn minoranza; jinnota li m'hemm l-ebda definizzjoni ta' minoranzi fid-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni li jagħmlu parti minn Minoranzi Nazzjonali, Etniċi, Reliġjużi u Lingwistiċi, u lanqas fil-Konvenzjoni Qafas għall-Ħarsien tal-Minoranzi Nazzjonali (FCNM); jissottolinja l-ħtieġa li jiġu protetti l-minoranzi nazzjonali jew etniċi, reliġjużi u lingwistiċi kollha, irrispettivament mid-definizzjoni, u jenfasizza li kwalunkwe definizzjoni għandha tiġi applikata b'mod flessibbli, peress li l-inklużjoni de facto tal-benefiċjarji taħt il-protezzjoni tad-drittijiet tal-minoranzi spiss tifforma parti minn proċess evoluzzjonarju li eventwalment jista' jwassal għal rikonoxximent formali; jirrakkomanda li, fir-rigward tal-prinċipji ta' sussidjarjetà, proporzjonalità u nondiskriminazzjoni, definizzjoni ta' "minoranza nazzjonali" għandha tkun ibbażata fuq id-definizzjoni stipulata fir-Rakkomandazzjoni 1201 tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa (1993) għal protokoll addizzjonali dwar id-drittijiet tal-minoranzi għall-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, jiġifieri grupp ta' persuni fi Stat li

   jirrisjedu fit-territorju ta' dak l-Istat u jkunu ċittadini tiegħu;
   iżommu rabtiet fit-tul, sodi u dejjiema ma' dak l-Istat;
   juru karatteristiċi distintivi etniċi, kulturali, reliġjużi jew lingwistiċi;
   ikunu rappreżentattivi biżżejjed, għalkemm iżgħar fin-numru mill-bqija tal-popolazzjoni ta' dak l-Istat jew ta' reġjun ta' dak l-Istat;
   ikunu motivati minn tħassib li jippreżervaw flimkien dak li jikkostitwixxi l-identità komuni tagħhom, inkluż il-kultura tagħhom, it-tradizzjonijiet tagħhom, ir-reliġjon tagħhom jew il-lingwa tagħhom;

8.  Ifakkar il-Linja Gwida Numru 5 dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Kunsill tal-Ewropa u l-Unjoni Ewropea kif adottata mill-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern tal-Istati Membri tal-Kunsill tal-Ewropa, fil-laqgħa f'Varsavja fis-16 u s-17 ta' Mejju 2005, li tiddikjara li "l-Unjoni Ewropea għandha tagħmel ħilitha sabiex tittrasponi dawk l-aspetti tal-Konvenzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa fi ħdan il-kompetenza tagħha fid-dritt tal-Unjoni Ewropea";

9.  Jinnota li partijiet mid-dispożizzjonijiet tal-FCNM u l-Karta Ewropea għal-Lingwi Reġjonali jew Minoritarji ("il-Karta tal-Lingwi") jaqgħu fi ħdan il-kompetenzi tal-UE, u jfakkar l-konklużjoni tal-FRA li għalkemm l-Unjoni ma għandhiex kompetenza leġiżlattiva ġenerali sabiex tiddeċiedi dwar il-protezzjoni tal-minoranzi nazzjonali fiha nfisha, hija "tista' tiddeċiedi dwar varjetà ta' kwistjonijiet li jaffettwaw lill-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi nazzjonali";

10.  Iqis li hemm bżonn ta' proposta leġiżlattiva dwar l-istandards minimi ta' protezzjoni tal-minoranzi fl-UE, wara valutazzjoni tal-impatt xierqa u f'konformità mal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li japplikaw għall-Istati Membri, bl-għan li tittejjeb is-sitwazzjoni tal-minoranzi u jiġu protetti d-drittijiet diġà fis-seħħ fl-Istati Membri kollha filwaqt li jiġu evitati standards doppji; Iqis, bla ħsara għall-prinċipji ta' sussidjarità u proporzjonalità, li tali standards għandhom jibdew minn dawk diġà kkodifikati fi strumenti legali internazzjonali u għandhom jiġu inkorporati b'mod strett f'qafas legali li jiggarantixxi d-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fl-UE kollha u jkunu akkumpanjati minn mekkaniżmu ta' monitoraġġ li jaħdem; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li s-sistemi legali tagħhom jiggarantixxu li l-persuni li jagħmlu parti minn minoranza ma jiġux diskriminati, u biex jieħdu u jimplimentaw miżuri ta' protezzjoni mmirati;

11.  Ifakkar li l-protezzjoni tad-drittijiet tal-minoranzi hija parti mill-proposta għall-konklużjoni ta' Patt tal-Unjoni għad-Demokrazija, l-Istat tad-Dritt u d-Drittijiet Fundamentali (il-Patt DRF); ifakkar, f'dan ir-rigward, it-talba li saret fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2016 dwar mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, u jtenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tressaq proposta għall-konklużjoni ta' Patt DRF; jistieden lill-Kummissjoni tintegra d-drittijiet tal-minoranzi fis-sottopartijiet kollha possibbli tal-mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali;

12.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni twaqqaf korp fil-livell tal-Unjoni (jew fi ħdan l-istrutturi eżistenti jew bħala korp separat) għar-rikonoxximent u l-protezzjoni tal-minoranzi fl-UE;

13.  Jilqa' r-reġistrazzjoni b'suċċess u l-ġbir ta' firem fil-qafasta l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej bit-titlu "Minority SafePack", li tappella għal qafas Ewropew għall-protezzjoni tal-minoranzi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tesplora modi li bihom l-interessi u l-ħtiġijiet tal-minoranzi jistgħu jiġu rappreżentati aħjar fil-livell tal-UE;

14.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jissalvagwardjaw id-dritt ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranza li jippreservaw, jipproteġu u jiżviluppaw l-identità tagħhom, u biex jieħdu l-passi meħtieġa ħalli tiġi promossa l-parteċipazzjoni effettiva tal-minoranzi fil-ħajja soċjali, ekonomika u kulturali u fl-affarijiet pubbliċi;

15.  Ifakkar li l-aċċess għaċ-ċittadinanza tal-UE jinkiseb permezz tan-nazzjonalità ta' Stat Membru, li hija rregolata minn liġijiet nazzjonali; Ifakkar li fil-kuntest tal-aċċess għaċ-ċittadinanza nazzjonali, l-Istati Membri għandhom ikunu rregolati mill-prinċipji tad-dritt tal-UE, bħal dawk tal-proporzjonalità u tan-nondiskriminazzjoni, li t-tnejn li huma jinsabu definiti sew fil-ġurisprudenza tal-QĠUE; billi l-Artikolu 20 tat-TFUE jipprevedi li kwalunkwe persuna li għandha n-nazzjonalità ta' Stat Membru hija wkoll ċittadin tal-Unjoni, bid-drittijiet u l-obbligi minquxa fit-Trattati u l-Karta; ifakkar li skont it-Trattati kull ċittadin tal-UE jeħtieġ li jirċievi attenzjoni ugwali mill-istituzzjonijiet tal-UE;

16.  Ifakkar fit-tħassib kbir tiegħu dwar l-għadd ta' Rom apolidi fl-Ewropa, sitwazzjoni li twassal għaċ-ċaħda totali tal-aċċess tagħhom għal servizzi soċjali, edukattivi u tal-kura tas-saħħa u timbuttahom lejn il-marġni ta' soċjetà; jistieden lill-Istati Membri jabolixxu l-apolidija u jiżguraw it-tgawdija tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem minn kulħadd;

17.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jieħdu miżuri effettivi biex ineħħu kwalunkwe ostakli għall-aċċess tas-sistema tal-kura tas-saħħa minn persuni li jagħmlu parti minn minoranza; jinnota li l-gruppi ta' minoranzi għandhom inqas aċċess għas-servizzi tas-saħħa u għall-informazzjoni dwar is-saħħa; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-minoranzi jkollhom aċċess għall-kura tas-saħħa, kemm fiżika kif ukoll mentali u mingħajr diskriminazzjoni;

18.  Jistieden lill-Unjoni Ewropea biex taderixxi għall-FCNM u għall-Karta tal-Lingwi u l-Istati Membri biex jirratifikawhom u biex jirrispettaw il-prinċipji stipulati f'dawn id-dokumenti; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jibqgħu lura minn atti li jmorru kontra l-prinċipji stipulati f'dawn il-prinċipji; jenfasizza li meta jkun qed joħolqu standards minimi għall-minoranzi fl-UE, l-istituzzjonijiet u l-Istati Membri għandhom joqgħodu lura milli jadottaw liġijiet u miżuri amministrattivi li jdgħajfu d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi jew li jipprevdu derogi minn dawn id-drittijiet;

19.  Jafferma mill-ġdid li l-persuni indiġeni, fl-eżerċitar tad-drittijiet tagħhom, għandhom ikunu ħielsa minn diskriminazzjoni ta' kwalunkwe tip u jkollhom id-dritt għad-dinjità u għad-diversità tal-kultura, tat-tradizzjonijiet, tal-istorja u tal-aspirazzjoni tagħhom, li għandhom jiġu riflessi kif xieraq fl-edukazzjoni u l-informazzjoni pubblika; iħeġġeġ lil dawk l-Istati Membri li għadhom m'għamlux dan, biex jirratifikaw il-Konvenzjoni dwar il-Popli Indiġeni u Tribali f'Pajjiżi Indipendenti (Konvenzjoni ILO Nru 169) u jimplimentawha in bona fede;

20.  Iqis li standards komuni minimi Ewropej sabiex jiġu protetti d-drittijiet tal-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi għandhom jiġu żviluppati fl-UE, li jimxu fuq il-linji tal-prinċipji proċedurali ta' relazzjonijiet tajbin ta' viċinat, relazzjonijiet ta' ħbiberija u li jiżguraw kooperazzjoni bejn l-Istati Membri kif ukoll il-kooperazzjoni mal-pajjiżi tal-viċinat mhux tal-UE, fuq il-bażi tal-implimentazzjoni ta' standards u normi internazzjonali; iqis li l-adozzjoni tal-istandards komuni minimi Ewropej m'għandhiex tnaqqas id-drittijiet u l-istandards diġà eżistenti li jipproteġu lill-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi; ifakkar fil-bżonn li jiġu implimentati l-impenji adottati u tal-prinċipji żviluppati fil-qafas tal-OSKE, b'mod partikolari fir-rakkomandazzjonijiet u l-linji gwida tematiċi tagħha; ifakkar li l-Kummissjoni diġà qieset dawk l-istandards fil-kuntest tal-kriterji ta' Kopenħagen matul in-negozjati tal-adeżjoni; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, sabiex tapplika l-istess standards għall-Istati Membri kollha tal-UE;

21.  Jenfasizza li l-politiki tan-nondiskriminazzjoni waħedhom ma jsolvux il-kwistjonijiet li jiffaċċjaw il-minoranzi u ma jipprevenux l-assimilazzjoni tagħhom; jinnota li l-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi huma f'kategorija speċjali fir-rigward tad-dritt għal rimedju u għandhom ħtiġijiet speċifiċi li għandhom jiġu ssodisfati sabiex tiġi żgurata ugwaljanza sħiħa u effettiva, u li huwa neċessarju li jiġu rsipettati u promossi d-drittijiet tagħhom, inkluż id-dritt li jesprimu liberament, jippreservaw u jiżviluppaw l-identità kulturali jew lingwistika tagħhom, filwaqt li jirrispettaw l-identità, il-valuri u l-prinċipji tal-pajjiż li jirrisjedu fih; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromwovi monitoraġġ regolari tad-diversità lingwistika u kulturali fl-UE;

22.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jappoġġaw u jiffinanzjaw il-ġbir ta' data affidabbli u konkreta fil-qasam l-ugwaljanza, b'konsultazzjoni ma' rappreżentanti tal-minoranzi bil-għan li jitkejlu l-inugwaljanzi u d-diskriminazzjoni; jitlob monitoraġġ effikaċi, fuq skala tal-UE, tas-sitwazzjoni tal-minoranzi nazzjonali u etniċi; iqis li l-FRA għandha timmonitorja iżjed id-diskriminazzjoni fil-konfront tal-minoranzi nazzjonali u etniċi fl-Istati Membri;

23.  Jirrikonoxxi r-rwol importanti tas-soċjetà ċivili u tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi fil-protezzjoni tal-minoranzi, fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-minoranzi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu finanzjament u appoġġ suffiċjenti għal dawk l-organizzazzjonijiet;

24.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jissalvagwardjaw il-protezzjoni tal-minoranzi fi ħdan il-minoranzi u jindirizzaw l-inugwaljanzi fi ħdan l-inugwaljanzi, peress li l-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi spiss jiffaċċjaw diskriminazzjoni multipla u intersettorjali; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jwettqu riċerka sabiex tiġi indirizzata l-kwistjoni kumplessa tad-diskriminazzjoni multipla u intersettorjali;

Il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, ir-reat ta' mibegħda u d-diskors ta' mibegħda

25.  Jinsab imħasseb dwar iż-żieda allarmanti fir-reati ta' mibegħda u fid-diskors ta' mibegħda mmotivati mir-razziżmu, il-ksenofobija jew l-intolleranza reliġjuża fil-konfront ta' minoranzi fl-Ewropa; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jsaħħu l-ġlieda kontra r-reati ta' mibegħda u l-attitudnijiet u l-imġiba diskriminatorji; jistieden lill-Kummissjoni u lill-FRA jkomplu bil-ħidma tagħhom fir-rigward tal-monitoraġġ tar-reati ta' mibegħda u tad-diskors ta' mibegħda fl-Istati Membri diretti lejn il-minoranzi, u jirrapportaw b'mod regolari dwar il-każijiet u t-tendenzi;

26.  Jikkundanna b'mod inekwivoku kull forma ta' diskriminazzjoni fuq kwalunkwe bażi u kull forma ta' segregazzjoni, diskors ta' mibegħda, reati ta' mibegħda u esklużjoni soċjali, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkundannaw b'mod ċar u jissanzjonaw iċ-ċaħda tal-atroċitajiet kontra l-minoranzi nazzjonali u etniċi; itenni l-pożizzjoni tiegħu li esprima fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2017 dwar "aspetti tad-drittijiet fundamentali fl-integrazzjoni tar-Rom fl-UE: il-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu"; ifakkar li ċ-ċittadini Ewropej kollha għandhom jirċievu l-istess assistenza u l-istess protezzjoni tkun xi tkun l-oriġini etnika jew kulturali tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni biex toħloq qafas Ewropew u lill-Istati Membri biex ifasslu pjanijiet nazzjonali speċifiċi li jindirizzaw il-vjolenza ksenofobika u d-diskors ta' mibegħda fil-konfront ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi;

27.  Jenfasizza li l-Istati Membri għandhom jippromwovu relazzjonijiet ta' ħbiberija u stabbli bejniethom, u jħeġġiġhom iżommu djalogu miftuħ u ta' appoġġ mal-pajjiżi ġirien, speċjalment fir-reġjuni tal-fruntiera fejn bosta lingwi u kulturi jistgħu jkunu preżenti;

28.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintroduċu attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni li jissensibilizzaw il-popolazzjoni tal-UE għad-diversità u jippromwovu l-forom kollha paċifiċi ta' manifestazzjonijiet tal-kulturi tal-minoranzi; iħeġġeġ lill-Istati Membri jinkludu l-istorja tal-minoranzi nazzjonali u etniċi u biex jippromwovu kultura ta' tolleranza fl-iskejjel tagħhom bħala parti mill-kurrikuli tagħhom; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jniedu djalogi kulturali, inklużi iżda mhux esklussivament fl-iskejjel, dwar il-forom u l-uċuħ differenti tal-mibegħda kontra l-gruppi ta' minoranza; iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw li n-nondiskriminazzjoni, kif ukoll l-istorja u d-dritt tal-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi, jiġu integrati bħala komponenti tas-sistema edukattiva nazzjonali tagħhom;

29.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jniedu kampanji kontra d-diskors ta' mibegħda, biex jistabbilixxu unitajiet kontra r-reati ta' mibegħda fil-forzi tal-pulizija bbażati fuq l-għarfien tal-isfidi li qed jiffaċċjaw il-gruppi ta' minoranza differenti u jwettqu taħriġ intern kontinwu, u jiggarantixxu li l-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi jkunu ugwali quddiem il-liġi u jiżguraw li jkollhom aċċess ugwali għall-ġustizzja u d-drittijiet proċedurali;

30.  Iqis li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom mingħajr biża'; f'dan ir-rigward, iħeġġeġ lill-Istati Membri jinkludu edukazzjoni obbligatorja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, iċ-ċittadinanza demokratika u l-litteriżmu politiku fil-kurrikuli tal-iskejjel tagħhom fil-livelli kollha; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu taħriġ obbligatorju għal dawk responsabbli, li huma essenzjali għall-implimentazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni tal-UE u tal-Istati Membri u li għandhom ikunu mgħammra biex iservu liċ-ċittadini kollha billi jużaw approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw id-diskriminazzjoni intersettorjali kemm fil-politiki tagħhom kif ukoll permezz tal-programmi ta' finanzjament tagħhom;

31.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri, sabiex tinħoloq fiduċja reċiproka, iwaqqfu kummissjonijiet nazzjonali tal-verità u tar-rikonċiljazzjoni sabiex jirrikonoxxu l-persekuzzjoni, l-esklużjoni u n-nuqqas ta' rikonoxximent tal-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi tul is-sekli, u jiddokumentaw dawn il-kwistjonijiet; jistieden lill-Istati Membri jikkundannaw b'mod ċar u jissanzjonaw iċ-ċaħda tal-atroċitajiet kontra persuni li jagħmlu parti minn minoranzi, u jħeġġiġhom iżommu u jonoraw ġranet ta' kommemorazzjoni ewlenin ta' gruppi ta' minoranza fil-livell statali, bħall-Jum ta' Tifkira tal-Olokawst tar-Rom; iħeġġiġhom jistabbilixxu istituzzjonijiet li juru l-istorja u l-kultura ta' gruppi minoritarji u jappoġġawhom kemm finanzjarjament kif ukoll amministrattivament;

32.  Iqis li l-parteċipazzjoni soċjali, ekonomika, politika u kulturali attiva u sinifikanti minn gruppi ta' minoranzi hija essenzjali; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jfasslu strateġiji li jkun fihom kemm miżuri proattivi kif ukoll reattivi abbażi ta' konsultazzjonijiet reali u sistematiċi ma' rappreżentanti ta' grupp ta' minoranzi, u li jinvolvuhom fit-tħaddim, fil-monitoraġġ u fl-evalwazzjoni ta' programmi u proġetti prinċipali mnedija fil-livelli kollha, inkluż fil-livell lokali sabiex jiġu ssalvagwardjati l-inklużività u n-nondiskriminazzjoni tagħhom;

33.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-infurzar sħaħ u bir-reqqa tad-Direttiva dwar l-Ugwaljanza Razzjali, u jħeġġiġhom jinvolvu ruħhom f'kampanji ta' sensibilizzazzjoni fir-rigward ta' leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni; jemmen li l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li s-sanzjonijiet ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi biżżejjed, kif meħtieġ mid-Direttiva; jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja bmod xieraq l-implimentazzjoni tad-Direttiva;

34.  Jiddispjaċih li l-proposta għal Direttiva dwar it-Trattament Ugwali tal-2008 (COM(2008)0426) għadha pendenti għall-approvazzjoni mill-Kunsill; itenni l-istedina tiegħu lill-Kunsill biex jadotta l-proposta mill-aktar fis possibbli;

Minoranzi nazzjonali u etniċi

35.  Jinnota li l-minoranzi nazzjonali u etniċi huma gruppi ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi li ilhom jgħixu fl-istess territorju u jikkondividu identità komuni, f'xi każijiet b'riżultat ta' tibdil fil-fruntieri, u f'oħrajn minħabba li jgħixu għal żmien twil f'żona, fejn huma rnexxielhom jippreservaw l-identità tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jipproteġu l-identità kulturali u lingwistika ta' minoranzi nazzjonali u etniċi, u biex joħolqu kundizzjonijiet għall-promozzjoni ta' dik l-identità; jenfasizza r-rwol importanti li l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-UE jista' jkollhom fil-protezzjoni tal-minoranzi nazzjonali u etniċi, u jqis li r-riorganizzazzjoni amministrattiva u r-riorganizzazzjoni territorjali m'għandhiex ikollha konsegwenzi negattivi għalihom; iħeġġeġ lill-Istati Membri jipprovdu riżorsi finanzjarji għall-implimentazzjoni tad-drittijiet tal-minoranzi mill-baġit ċentrali, sabiex ma jinħoloqx piż fuq il-baġits lokali;

36.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiggarantixxu opportunitajiet ugwali għall-minoranzi nazzjonali u etniċi sabiex jieħdu sehem fil-ħajja politika u soċjali ; iħeġġeġ lill-Istati Membri jadottaw sistemi elettorali u liġijiet li jiffaċilitaw ir-rappreżentanza tal-minoranzi nazzjonali u etniċi; jistieden lill-Istati Membri jieħdu miżuri korrettivi immedjati sabiex itemmu r-reġistrazzjoni tat-twelid diskriminatorja, iwettqu r-reġistrazzjoni tal-membri ta' gruppi ta' minoranza mingħajr diskriminazzjoni u jiżguraw li l-karti tal-identità li jinħarġu ma jkunux diskriminatorji;

37.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu analiżi koerenti tal-politiki attwali dwar il-minoranzi sabiex jikkjarifikaw il-punti pożittivi u l-isfidi u jiżguraw il-konformità mad-drittijiet tal-minoranzi nazzjonali u etniċi;

38.  Jistieden lill-FRA tabbozza opinjoni dwar kif għandhom jinħolqu mezzi biex jiġu protetti u promossi d-drittijiet tal-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi nazzjonali, b'mod konformi mad-deċiżjoni tal-QĠUE, sentenza fil-każ T-646713/13;

Drittijiet kulturali

39.  Jenfasizza li l-attivitajiet kulturali huma oqsma essenzjali għall-preservazzjoni tal-identità tal-minoranzi nazzjonali u etniċi, u li l-preservazzjoni tat-tradizzjonijiet tal-minoranzi u l-espressjoni tal-valuri artistiċi fil-lingwa materna huma partikolarment importanti għall-preservazzjoni tad-diversità Ewropea; jinnota li ż-żamma tal-patrimonju kulturali tal-UE tikkostitwixxi interess komuni tal-UE u tal-Istati Membri; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġaw, isaħħu u jippromwovu d-drittijiet kulturali tal-minoranzi;

40.  Ifakkar li huwa essenzjali li jinftiehem xi tfisser "kultura" sabiex tiġi ddefinita l-portata tad-drittijiet tal-minoranzi f'dan ir-rigward; jinnota li l-kultura, f'sens wiesa', hija ekwivalenti għall-ġabra sħiħa ta' attivitajiet u kisbiet materjali u mhux materjali ta' komunità partikolari u ta' dak li jiddistingwiha minn oħrajn; jenfasizza li d-drittijiet kulturali għandhom jinkludu d-dritt li wieħed jipparteċipa fil-ħajja kulturali, id-dritt li jgawdi l-kultura, id-dritt li jagħżel li jkun parti minn grupp, id-drittijiet lingwistiċi, u l-protezzjoni tal-wirt kulturali u xjentifiku;

41.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrikonoxxu l-kontribut tal-minoranzi nazzjonali u etniċi għall-wirt kulturali tal-Unjoni, sabiex jissaħħaħ id-djalogu mar-rappreżentanti tal-minoranzi u mal-persuni li jagħmlu parti minnhom u sabiex jidentifikaw u jimplimentaw politiki u azzjonijiet koordinati għall-ġestjoni sostenibbli tal-preservazzjoni u l-iżvilupp tal-kultura tagħhom; iħeġġeġ lill-Istati Membri jiggarantixxu livell xieraq ta' istituzzjonalizzazzjoni tal-prattiki fil-livell nazzjonali biex jipproteġu d-drittijiet kulturali;

42.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinvolvu u jappoġġaw lill-minoranzi nazzjonali u etniċi u lill-persuni li jagħmlu parti minnhom fit-trawwim ta' għarfien u ta' ħiliet li huma meħtieġa sabiex jissalvagwardjaw u jimmaniġġjaw u jiżviluppaw b'mod sostenibbli l-wirt kulturali li għandu jiġi mgħoddi lill-ġenerazzjonijiet futuri; Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri istabbilixxu u jżommu fondi kulturali sostanzjali għall-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi, kemm fil-livelli orizzontali kif ukoll vertikali sabiex jiġi żgurat appoġġ effettiv, trasparenti u ekwu għall-ħajja kulturali tal-komunitajiet minoritarji;

43.  Jenfasizza l-fatt li l-midja għandha rwol ċentrali fir-rigward tad-drittijiet kulturali u lingwistiċi; ifakkar li l-kapaċità li jkollok aċċess, tirċievi u tippubblika informazzjoni u kontenut f'lingwa li tista' tifhem u tikkomunika mingħajr problemi biha hija prerekwiżit għall-parteċipazzjoni ugwali u effettiva fil-ħajja pubblika, ekonomika, soċjali u kulturali; jinnota, f'dan ir-rigward, li għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-ħtiġijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi nazzjonali u etniċi li jgħixu f'żoni tal-fruntiera, rurali u remoti; jesprimi tħassib dwar in-nuqqas ta' finanzjament tal-entitajiet tal-midja li jippubblikaw jew ixandru b'lingwi reġjonali jew minoritarji; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu finanzjament xieraq lill-organizzazzjonijiet jew lill-korpi tal-midja li jirrappreżentaw lill-minoranzi sabiex jikkontribwixxu għall-preservazzjoni tal-identitajiet kulturali tal-minoranzi u jippermettulhom jaqsmu l-fehmiet, il-lingwa u l-kultura tagħhom mal-maġġoranza;

44.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-midja tkun tista' topera b'mod indipendenti, jippromwovu l-użu ta' lingwi minoritarji fil-midja, u jqisu l-minoranzi nazzjonali u etniċi meta joħorġu liċenzji għas-servizzi tal-midja, inkluż l-assenjar ta' xandara tat-televiżjoni u tar-radju; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu fondi xierqa lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-minoranzi, bil-ħsieb li jitrawwem is-sens ta' appartenenza tagħhom, u l-identifikazzjoni mal-gruppi ta' minoranzi rispettivi tagħhom, u li l-identitajiet, il-lingwi, l-istorja u l-kulturi tagħhom jinġiebu għall-attenzjoni tal-maġġoranza;

45.  Ifakkar fir-rwol fundamentali tal-midja pubblika fil-promozzjoni ta' dan il-kontenut, b'mod partikolari fil-kuntest tal-iskrutinju demokratiku mill-awtoritajiet lokali jew reġjonali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex toħloq il-kundizzjonijiet legali u regolatorji biex tiżgura l-libertà tas-servizz, il-passaġġ u r-riċezzjoni ta' kontenut awdjoviżiv fir-reġjuni fejn jgħixu l-minoranzi sabiex dawn ikunu jistgħu jaraw u jisimgħu kontenut fil-lingwa materna tagħhom, fejn tali kontenut jista' jixxandar fil-livell transfruntier mingħajr blokki ġeografiċi;

46.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw, b'mezzi xierqa, li s-servizzi tal-midja awdjoviżiva ma jinkludu l-ebda inċitament għall-vjolenza jew għall-mibegħda mmirati lejn persuni li jagħmlu parti minn minoranzi; jenfasizza li l-midja taqdi rwol importanti fil-kopertura tal-ksur tad-drittijiet tal-minoranzi u jekk ma jiġux irrapportati, ir-realitajiet ta' kuljum li jiffaċċjaw il-minoranzi jibqgħu inviżibbli;

47.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jibqgħu lura minn atti politiċi u legali u minn politiki li għandhom l-għan li jistabbilixxu miżuri restrittivi, bħall-obbligi ta' użu ta' sottotitoli u/jew traduzzjoni u kwoti obbligatorji għal programmi f'lingwi uffiċjali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippermettu u jippromwovu l-preżenza ta' midja reġjonali jew ta' lingwa minoritarja, ukoll fuq l-interfaċċi online; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw finanzjament xieraq jew għotjiet għal organizzazzjonijiet u għall-midja li jirrappreżentaw il-minoranzi nazzjonali u etniċi, minħabba l-ispeċifiċitajiet u l-ħtiġijiet reġjonali tagħhom;

48.  Jistieden lill-Istati Membri biex, fid-dawl tas-Sena Ewropea tal-Patrimonju Kulturali, jivvalorizzaw u jippromwovu l-kulturi minoritarji preżenti f'pajjiżhom, billi jikkontribwixxu għad-disseminazzjoni tal-istorja u t-tradizzjonijiet tagħhom u jiġġieldu kontra l-iżolament tal-komunitajiet ikkonċernati;

49.  Jisħaq fuq il-fatt li l-iżvilupp ta' kwalunkwe politika dwar il-patrimonju kulturali għandu jkun inklużiv, ibbażat fuq il-komunitajiet u parteċipattiv, li jinvolvi l-konsultazzjoni u d-djalogu mal-komunitajiet minoritarji kkonċernati;

Id-dritt għall-edukazzjoni

50.  Jinnota li l-edukazzjoni għandha rwol ewlieni fis-soċjalizzazzjoni u l-iżvilupp tal-identità u tibqa' l-għodda ewlenija biex jngħata nifs ġdid lil-lingwi minoritarji b'riskju ta' estinzjoni u biex dawn jiġu preservati; jenfasizza li kull persuna li tagħmel parti minn minoranza nazzjonali għandha d-dritt għal edukazzjoni f'lingwa minoritarja; jisħaq fuq il-fatt li l-kontinwità tal-edukazzjoni fil-lingwa materna hija essenzjali sabiex tinżamm l-identità kulturali u lingwistika; jinnota li, fil-każ tal-edukazzjoni fil-lingwi minoritarji, m'hemm l-ebda mudell wieħed tal-aħjar prattika waħda li huwa adatt għall-minoranzi nazzjonali u etniċi kollha; jinnota l-bżonn li tingħata attenzjoni speċjali lill-persuni li jużaw il-lingwa tas-sinjali;

51.  Ifakkar li l-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni Qafas għall-Ħarsien tal-Minoranzi Nazzjonali tal-Kunsill tal-Ewropa jirrakkomanda li l-Partijiet Stati tagħha jiżguraw, sa fejn possibbli u fil-qafas tas-sistema tal-edukazzjoni tagħhom, li persuni li jagħmlu parti minn minoranzi nazzjonali jkollhom opportunitajiet adegwati biex jiġu mgħallma l-lingwa minoritarja kkonċernata jew biex jirċievu struzzjoni f'dik il-lingwa, mingħajr preġudizzju għat-tagħlim tal-lingwa uffiċjali jew it-tagħlim b'dik il-lingwa;

52.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iżidu l-azzjonijiet tagħhom ħalli joħolqu għodda xierqa biex jippromovu u jappoġġaw l-użu uffiċjali ta' lingwi mitkellma minn minoranzi nazzjonali u etniċi, fit-territorji fejn jgħixu, f'livell lokali jew reġjonali, f'konformità mal-prinċipji tal-FCNM u tal-Karta tal-Lingwi, filwaqt li jiżguraw li l-protezzjoni u l-inkoraġġiment tal-użu tal-lingwi reġjonali u minoritarji m'għandhomx ikunu għad-detriment tal-lingwi uffiċjali u l-obbligu li wieħed jitgħallimhom;

53.  Jesprimi d-dispjaċir tiegħu dwar il-fatt li xi Stati Membri għadhom ma rratifikawx il-Karta tal-Lingwi u li anke xi wħud li rratifikawha ma jimplimentawhiex b'mod effettiv; jinsab iddiżappuntat bil-fatt li f'xi Stati Membri, id-drittijiet eżistenti jew mhumiex implimentati jew sempliċiment mhumiex rispettati;

54.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li, b'mod konformi man-normi internazzjonali, il-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi nazzjonali u etniċi jkollhom drittijiet tagħhom garantiti u opportunitajiet adegwati żgurati għal dak li jikkonċerna l-provvista ta' edukazzjoni f'lingwa minoritarja, kif ukoll tagħlim bil-lingwa materna tagħhom kemm fl-istituzzjonijiet edukattivi pubbliċi kif ukoll f'dawk privati; iħeġġeġ lill-Istati Membri jifformulaw politiki edukattivi xierqa u jimplimentaw dawk li huma l-aktar adattati għall-ħtiġijiet tal-minoranzi nazzjonali u etniċi, anki permezz ta' programmi edukattivi speċifiċi jew permezz ta' kurrikuli u kotba tal-iskola speċjali; jistieden lill-Istati Membri jipprovdu finanzjament għat-taħriġ sabiex jiżguraw istruzzjoni effettiva fil-lingwi ta' minoranza u sabiex jinkorporaw l-aħjar prattiki fit-tagħlim tal-lingwi barranin fil-metodoloġija tat-tagħlim tal-lingwi uffiċjali fil-każ tal-kurrikula għal skejjel li jipprovdu edukazzjoni f'lingwa minoritarja; jisħaq fuq il-fatt li l-Istati Membri għandhom jippromwovu it-tagħlim kemm tal-lingwi reġjonali jew minoritarji kif ukoll tal-lingwa uffiċjali bl-użu ta' metodi xierqa;

55.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw li dawk li jitkellmu lingwa reġjonali jew minoritarja bħala l-lingwa materna tagħhom, ikollhom l-opportunità li jitgħallmu l-lingwa uffiċjali b'mod suffiċjenti, billi jinkorporaw prattika tajba mit-tagħlim ta' lingwi barranin jew tat-tieni lingwi fl-approċċ metodoloġiku adottat sabiex tiġi mgħallma l-lingwa uffiċjali tal-Istat;

56.  Jenfasizza li persuni li jagħmlu parti minn minoranzi għandhom ukoll jitgħallmu l-lingwa, l-istorja u l-kultura tal-maġġoranza tal-popolazzjoni, u li l-istudenti li jappartjenu għal maġġoranza tal-popolazzjoni, kif ukoll il-pubbliku inġenerali, għandhom isiru familjari mal-istorja u l-kultura tal-minoranzi u għandhom jingħataw l-opportunità sabiex jitgħallmu lingwi tal-minoranzi;

57.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jippromwovu l-produzzjoni ta' kotba li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kelliema ta' lingwi reġjonali jew minoritarji, jew – jekk dan jidher li huwa impossibbli – jiffaċilitaw l-użu ta' kotba minn pajjiżi oħra ppubblikati f'dawk il-lingwi, b'kooperazzjoni mal-korpi tar-regolamentazzjoni tal-edukazzjoni tal-pajjiżi fejn jintużaw lingwi kkonċernati;

58.  Jenfasizza l-importanza ta' edukazzjoni għolja bil-lingwa materna u tat-taħriġ ta' speċjalisti b'għarfien ta' terminoloġija speċjalizzata, speċjalment f'reġjuni b'għadd kbir ta' kelliema tal-lingwa kkonċernata; jenfasizza l-ħtieġa kritika li jingħataw struzzjonijiet lit-tobba bil-lingwi minoritarji;

59.  Iħeġġeġ lill-gvernijiet tal-Istati Membri jinkludu lir-rappreżentanti tal-minoranzi fid-diskussjonijiet dwar l-organizzazzjoni tas-sistemi edukattivi tagħhom;

60.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiddefinixxu l-limiti preferenzjali għat-tagħlim tal-lingwi reġjonali jew minoritarji, sabiex tiġi żgurata l-ekwità fl-edukazzjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu d-dritt ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi nazzjonali jew etniċi li jgħixu f'żoni b'għadd sostanzjali ta' minoranzi bħal dawn, inklużi żoni rurali jew żoni b'insedjamenti iżolati, biex jirċievu edukazzjoni b'lingwa minoritarja, b'mod partikolari bil-lingwa materna tagħhom, jekk ikun hemm domanda suffiċjenti; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li r-riformi u l-politiki edukattivi ma jirrestrinġux id-dritt li jirċievu edukazzjoni f'lingwa minoritarja;

61.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw id-disponibbiltà ta' appoġġ integrat fuq livell vertikali għal lingwi minoritarji u reġjonali fis-sistemi edukattivi, speċifikament billi jinħolqu, fil-livell tal-Istati Membri, ministeri tal-edukazzjoni kif ukoll fi ħdan il-Kummissjoni, unitajiet responsabbli għall-inkorporazzjoni tal-edukazzjoni fil-lingwi minoritarji u reġjonali fil-kurrikuli tal-iskejjel; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jippromwovu tagħlim kontinwu tal-lingwi minoritarji, mill-edukazzjoni ta' qabel il-primarja sal-edukazzjoni terzjarja;

62.  Jisħaq fuq il-fatt li t-taħriġ ta' għalliema u l-aċċess għal kotba u materjal tat-tagħlim ta' kwalità tajba huma prekundizzjonijiet essenzjali għall-iżgurar ta' edukazzjoni ta' kwalità tajba għall-istudenti; Iqis li l-kurrikuli, il-materjal edukattiv u l-kotba dwar l-istorja jenħtieġ li jipprovdu stampa ġusta, preċiża u informattiva tas-soċjetajiet u tal-kulturi tal-gruppi ta' minoranzi; jinnota li problema rikonoxxuta ħafna fir-rigward tal-edukazzjoni fil-lingwi minoritarji li teħtieġ li tiġi indirizzata hija d-disponibbiltà insuffiċjenti ta' materjal tat-tagħlim ta' kwalità għolja u ta' għalliema ta' ħila xierqa tal-lingwi minoritarji. jinnota li t-tagħlim tal-istorja b'mod multidimensjonali għandu jkun rekwiżit fl-iskejjel kollha, kemm f'komunitajiet ta' minoranza kif ukoll ta' maġġoranza; jinnota l-importanza li jiġi żviluppat it-taħriġ tal-għalliema sabiex ikun jaqbel mal-ħtiġijiet tat-tagħlim f'livelli differenti u f'tipi differenti ta' skejjel;

63.  Jissottolinja li t-tagħlim tal-lingwa minoritarja jikkontribwixxi għall-fehim reċiproku bejn il-maġġoranza u l-minoranza u jressaq il-komunitajiet eqreb xulxin; iħeġġeġ lill-Istati Membri japplikaw miżuri pożittivi sabiex tiġi żgurata rappreżentanza xierqa tal-minoranzi fl-edukazzjoni, kif ukoll fl-amministrazzjoni pubblika u fl-aġenziji eżekuttivi fil-livelli nazzjonali, reġjonali u muniċipali;

64.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-promozzjoni ta' programmi ffukati fuq l-iskambju tal-esperjenzi u l-aħjar prattiki fir-rigward tal-edukazzjoni f'lingwi reġjonali u minoritarji fl-Ewropa; jistieden lill-UE u lill-Kummissjoni jpoġġu aktar enfasi fuq il-lingwi reġjonali u minoritarji fil-ġenerazzjoni futura tal-programmi Erasmus+, Ewropa Kreattiva u l-Ewropa għaċ-Ċittadini taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) l-ġdid;

65.  Jiddispjaċih ħafna dwar il-fatt li f'xi wħud mill-Istati Membri, l-istudenti li jagħmlu parti minn minoranzi mhumiex integrati fl-istituzzjonijiet tas-sistema edukattiva ġenerali, iżda jinsabu fi skejjel speċjali għar-raġuni li m'għandhomx għarfien biżżejjed tal-lingwa tat-tagħlim; ifakkar li l-edukazzjoni f'lingwa minoritarja jew il-fatt li wieħed jagħmel parti minn kwalunkwe minoranza partikolari ma jistgħux jintużaw bħala skuża biex it-tfal jiġu segregati abbażi ta' identità; jistieden lil-Istati Membri jżommu lura minn din it-tip ta' segregazzjoni u jieħdu miżuri adegwati sabiex dawn l-istudenti jkunu jistgħu jattendu skejjel tal-edukazzjoni ġenerali; iħeġġeġ lill-Istati Membri jqisu l-introduzzjoni ta' suġġetti dwar id-drittijiet fundamentali tal-bniedem u d-drittijiet tal-minoranzi b'mod partikolari fil-kurrikuli tal-iskejjel bħala mezz biex jiġu promossi d-diversità kulturali u t-tolleranza permezz tal-edukazzjoni;

Id-drittijiet lingwistiċi

66.  Jinnota li l-lingwa hija aspett essenzjali mill-identità kulturali u d-drittijiet tal-bniedem tal-minoranzi; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi promoss id-dritt li tintuża lingwa minoritarja, kemm fil-privat kif ukoll fil-pubbliku u mingħajr diskriminazzjoni, f'oqsma fejn hemm għadd sostanzjali ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi, biex jiġi żgurat li l-lingwi jistgħu jgħaddu minn ġenerazzjoni għall-oħra, u biex titħares id-diversità lingwistika fi ħdan l-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-pjan tagħha ta' promozzjoni tat-tagħlim u tal-użu tal-lingwi reġjonali bħala mod potenzjali sabiex tiġi indirizzata d-diskriminazzjoni lingwistika fl-UE, u sabiex tiġi promossa d-diversità lingwistika; ifakkar li l-promozzjoni tal-għarfien ta' lingwi minoritarji minn persuni li mhumiex membri tal-minoranza huwa mod ta' kif jitrawmu l-fehim u r-rikonoxximent reċiproċi;

67.  Jisħaq fuq il-fatt li fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Settembru 2013 dwar il-lingwi Ewropej fil-periklu ta’ estinzjoni u d-diversità lingwistika fl-Unjoni Ewropea(11), il-Parlament fakkar li l-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni lill-fatt li, bil-politiki tagħhom, xi Stati Membri u reġjuni qed jipperikolaw is-sopravivenza tal-lingwi fi ħdan il-fruntieri tagħhom, anke jekk dawk il-lingwi ma jinsabux f'periklu fil-kuntest Ewropew; jistieden lill-Kummissjoni tqis l-ostakoli amministrattivi u leġiżlattivi imposti fuq il-prattika ta' dawn il-lingwi;

68.  Jinnota li minbarra l-24 lingwa uffiċjali tagħha, fl-UE hemm 60 lingwa oħra li huma wkoll parti mill-wirt kulturali u lingwistiku tagħha u li huma mitkellma f'reġjuni speċifiċi jew minn gruppi speċifiċi minn 40 miljun ruħ; jinnota li l-multilingwiżmu tal-Unjoni Ewropea huwa uniku fil-livell tal-organizzazzjonijiet internazzjonali; jinnota li l-prinċipju tal-multilingwiżmu huwa minqux fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, li jobbliga lill-Unjoni Ewropea tirrispetta d-diversità lingwistika u tappoġġa l-wirt lingwistiku u kulturali rikk tal-Ewropa billi tippromwovi t-tagħlim tal-lingwi u d-diversità lingwistika;

69.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex fil-prattika jippermettu u jippromwovu, fil-kuntest tal-awtoritajiet amministrattivi u tal-organizzazzjonijiet tas-servizz pubbliku, l-użu tal-lingwi reġjonali jew minoritarji, skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, bħal fir-relazzjonijiet bejn individwi privati u organizzazzjonijiet min naħa, u awtoritajiet pubbliċi min-naħa l-oħra; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jagħmlu l-informazzjoni u s-servizzi pubbliċi disponibbli f'dawn il-lingwi, inkluż fuq l-internet, f'żoni fejn hemm għadd sostanzjali ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi nazzjonali u etniċi;

70.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jippromwovu l-aċċess għal lingwi minoritarji u reġjonali, billi jiffinanzjaw u jappoġġaw attivitajiet ta' traduzzjoni, doppjaġġ u sottotitolar u l-kodifikazzjoni ta' terminoloġija xierqa u nondiskriminatorja fir-reġistri amministrattivi, kummerċjali, ekonomiċi, soċjali, tekniċi u legali;

71.  Jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet muniċipali fiż-żoni kkonċernati biex jippermettu l-użu ta' lingwi reġjonali u minoritarji; iħeġġeġ lill-Istati Membri jużaw bħala linji gwida l-prattiki tajbin li diġà jeżistu fil-livell nazzjonali;

72.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu l-użu ta' lingwi reġjonali jew minoritarji fil-livell lokali u reġjonali; iħeġġeġ b'mod attiv, għal dan il-għan, lill-awtoritajiet muniċipali sabiex jiżguraw l-użu ta' tali lingwi fil-prattika;

73.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li f'żoni b'għadd sostanzjali ta' abitanti li jagħmlu parti minn minoranzi nazzjonali, l-immarkar u t-tikkettar tas-sikurezza u tas-sigurtà, l-istruzzjonijiet u l-avviżi pubbliċi obbligatorji li jkunu importanti għaċ-ċittadini, kemm jekk ipprovduti mill-awtoritajiet jew mis-settur privat, kif ukoll l-ismijiet ta' postijiet u d-denominazzjonijiet topografiċi tagħhom, ikunu miktuba f'forma korretta u disponibbli fil-lingwi ġeneralment użati f'reġjun partikolari, inkluż fuq sinjali li jindikaw dħul jew ħruġ minn żoni urbani u fuq is-sinjali l-oħra kollha tat-toroq li jipprovdu informazzjoni;

74.  Jinnota li r-rappreżentazzjoni viżwali ta' lingwi reġjonali u minoritarji – sinjali tat-toroq, ismijiet tat-toroq, l-ismijiet tal-istituzzjonijiet amministrattivi, pubbliċi u kummerċjali, eċċ. – hija essenzjali għall-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-minoranzi nazzjonali u etniċi, peress li din tirrifletti, u tikkontribwixxi għall-użu essenzjali tal-lingwi reġjonali u minoritarji, li jinkoraġġixxu lill-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi nazzjonali/etniċi li jużaw, jippreservaw u jiżviluppaw l-identità lingwistika speċifika tagħhom u d-drittijiet lingwistiċi tagħhom, jesprimu l-identità multietnika lokali tagħhom, u jsaħħu s-sens ta' sjieda tagħhom bħala membri ta' gruppi li jgħixu f'komunità lokali jew reġjonali;

75.  Jistieden lill-Istati Membri jibqgħu lura minn jew jeliminaw prattiki legali li jimpedixxu l-aċċess tal-minoranzi għall-ispettru sħiħ tal-professjonijiet eżerċitati fi Stat partikolari; jistieden lill-Istati Membri jiggarantixxu aċċess xieraq għas-servizzi legali u ġuridiċi; jenfasizza li r-rappreżentanti tal-minoranzi għandhom jiġu informati wkoll b'mod espliċitu dwar il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti skont il-liġi nazzjonali tagħhom f'każ li d-drittijiet tagħhom ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranza jkunu ġew miksura;

76.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrikonoxxu li kull persuna li tagħmel parti minn minoranza nazzjonali għandha d-dritt li tuża l-kunjom (tal-missier) u l-ewwel isem tagħha bil-lingwa minoritarja u d-dritt li dawn jiġu rikonoxxuti b'mod uffiċjali, inkluż fil-kuntest tal-libertà ta' moviment fl-UE;

77.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu azzjoni sabiex ineħħu l-ostakli amministrattivi u finanzjarji li jistgħu jxekklu d-diversità lingwistika fil-livell Ewropew u nazzjonali u jimpedixxu t-tgawdija u l-implimentazzjoni tad-drittijiet lingwistiċi tal-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi nazzjonali u etniċi; iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex itemmu l-prattiki lingwistikament diskriminatorji;

Konklużjoni

78.  Jistieden lill-Kummissjoni tfassal qafas komuni ta' standards minimi tal-UE għall-protezzjoni tal-minoranzi; jirrakkomanda li dan il-qafas għandu jkun fih stadji importanti li jistgħu jitkejlu b'rappurtar regolari, u għandu jikkonsisti, bħala minimu,

   fl-abbozzar ta' linji gwida li jirriflettu l-aħjar prattiki fi ħdan l-Istati Membri, f'kooperazzjoni ma' diversi partijiet interessati involuti fil-qasam tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-minoranzi,
   f'rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, b'kont meħud tal-miżuri nazzjonali eżistenti, ta' sussidjarjetà u proporzjonalità,
   proposta leġiżlattiva għal direttiva, li għandha tiġi abbozzata wara valutazzjoni tal-impatt xierqa, f'konformità mal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità kif japplikaw fl-Istati Membri u bbażati fuq il-punti msemmija hawn fuq, dwar standards minimi għall-minoritajiet fl-UE, inklużi punti ta' riferiment u sanzjonijiet ċari;

79.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-qafas jinkludi ġbir tad-data, kif ukoll metodoloġiji ta' monitoraġġ u rappurtar finanzjarji u orjentati lejn il-kwalità bbażati fuq il-ħidma fil-post, peress li dawn l-elementi jsaħħu l-politiċi effikaċi u bbażati fuq evidenza u jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib tal-effettività tal-istrateġiji, l-azzjonijiet u l-miżuri meħuda;

o
o   o

80.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-istati kandidati, lill-OSKE, lill-OECD, lill-Kunsill tal-Ewropa u lin-Nazzjonijiet Uniti.

(1) ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22.
(2) Testi adottati, P8_TA(2018)0032.
(3) ĠU C 346, 27.9.2018, p. 171.
(4) ĠU L 328, 6.12.2008, p. 55.
(5) ĠU C 238, 6.7.2018, p. 2.
(6) ĠU C 328, 6.9.2016, p. 4.
(7) ĠU C 93, 09.03.2016, p. 52.
(8) ĠU C 124 E, 25.5.2006, p. 405.
(9) ĠU C 369, 11.10.2018, p. 11.
(10) ĠU C 215, 19.6.2018, p. 162.
(11) ĠU C 93, 9.3.2016, p. 52.


Diġitalizzazzjoni għall-iżvilupp: tnaqqis tal-faqar permezz tat-teknoloġija
PDF 174kWORD 65k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2018 dwar diġitalizzazzjoni għall-iżvilupp: tnaqqis tal-faqar permezz tat-teknoloġija (2018/2083(INI))
P8_TA(2018)0448A8-0338/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 208, 209, 210, 211 u 214 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra s-Summit tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli u d-dokument ta' eżitu adottat mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fil-25 ta' Settembru 2015 bit-titolu "Transforming our world: the 2030 Agenda for Sustainable Development" ("Nittrasformaw id-dinja tagħna: l-Aġenda 2030 għal Żvilupp Sostenibbli"), u s-17-il Għan ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs),

–  wara li kkunsidra l-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp - "Our world, our dignity, our future" "Id-dinja tagħna, id-dinjità tagħna, il-futur tagħna"(1), adottat f'Mejju 2017,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Ottubru 2015 bit-titolu "Kummerċ għal Kulħadd: Lejn politika aktar responsabbli għall-kummerċ u l-investiment" (COM(2015)0497),

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-2 ta' Mejju 2017 bit-titolu "Digital4Development: mainstreaming digital technologies and services into EU Development Policy" ("Digital4Development: l-integrazzjoni tat-teknoloġiji u s-servizzi diġitali fil-Politika tal-UE għall-Iżvilupp") (SWD(2017)0157),

–  wara li kkunsidra l-istrateġija għal Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa (DSM) adottata f'Mejju 2015,

–  wara li kkunsidra l-Pjan ta' Investiment Estern Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar "l-Implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Politika Kummerċjali għal Kulħadd – It-Twettiq ta' Politika Kummerċjali Progressiva li Tisfrutta b'Mod Għaqli l-Globalizzazzjoni" (COM(2017)0491),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Diċembru 2017 bit-titolu "Lejn strateġija għall-kummerċ diġitali"(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2015 dwar it-tħejjija għas-Summit Umanitarju Dinji: Sfidi u opportunitajiet għall-assistenza umanitarja(3),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Mejju 2014 bit-titolu "Rwol Aktar b'Saħħtu tas-Settur Privat fil-Kisba ta' Tkabbir Inklużiv u Sostenibbli fil-Pajjiżi li Qed Jiżviluppaw" (COM(2014)0263),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar "Digital for Development" ("Diġitali għall-Iżvilupp") ta' Novembru 2017,

–  wara li kkunsidra l-11-il Konferenza Ministerjali tad-WTO, li saret fi Buenos Aires (l-Arġentina) bejn l-10 u t-13 ta' Diċembru 2017,

–  wara li kkunsidra l-inizjattivi tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni tan-NU b'appoġġ għall-Pajjiżi fil-Fażi tal-Iżvilupp (ITU-D),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim dwar it-Teknoloġija tal-Informazzjoni (ITA) tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ministerjali li saret f'Cancún fl-2016 mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) dwar l-ekonomija diġitali,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta li saret mill-ministri tal-ICT tal-G7 fil-laqgħa tagħhom li saret f'Takamatsu (il-Ġappun) fid-29 u t-30 ta' April 2016,

–  wara li kkunsidra l-inizjattiva "eTrade for All" ("Kummerċ Elettroniku għal Kulħadd") tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp (UNCTAD),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità u l-Protokoll Mhux Obbligatorju tagħha (A/RES/61/106),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0338/2018),

A.  billi l-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp 2017 jenfasizza l-importanza tas-servizzi u tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni bħala xprunatur ta' tkabbir inklużiv u ta' żvilupp sostenibbli;

B.  billi l-istrateġija tal-Kummissjoni "Digitalisation for Development" ("Diġitalizzazzjoni għall-Iżvilupp") (D4D) tkopri t-tkabbir ekonomiku u d-drittijiet tal-bniedem, is-saħħa, l-edukazzjoni, l-agrikoltura u s-sigurtà alimentari, l-infrastruttura bażika, l-ilma u s-sanitazzjoni, il-governanza u l-protezzjoni soċjali kif ukoll l-għanijiet trażversali f'termini ta' ġeneru u ambjent;

C.  billi t-teknoloġiji diġitali joffru potenzjal li jiżgura s-sostenibbiltà u l-protezzjoni ambjentali; billi, madankollu, il-produzzjoni ta' tagħmir diġitali tuża ċerti metalli rari b'riċiklabbiltà baxxa u riżervi aċċessibbli limitati, u billi l-iskart elettroniku u elettriku jirrappreżenta sfida ambjentali u tas-saħħa; billi, skont studju konġunt mill-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent (UNEP) u l-Interpol(4), l-Iskart ta' Tagħmir Elettriku u Elettroniku (WEEE) huwa qasam ta' prijorità tal-kriminalità ambjentali;

D.  billi skont l-aġġornament tal-2017 tad-database tal-Bank Dinji għall-Izvilupp ta' Dataset Globali (ID4D), huwa stmat li 1,1 biljun persuna madwar id-dinja ma jistgħux jagħtu prova uffiċjali tal-identità tagħhom, inkluża r-reġistrazzjoni tagħhom tat-twelid, u 78 % minnhom jgħixu fl-Afrika sub-Saħarjana u fl-Asja; billi dan huwa ostaklu kbir biex tintlaħaq il-mira 16.9 tal-SDGs, iżda wkoll biex wieħed jipparteċipa fl-ambjent diġitali u jibbenefika minnu;

E.  billi l-SDGs isemmu b'mod espliċitu t-teknoloġiji diġitali f'ħamsa mill-għanijiet (SDG 4 dwar l-edukazzjoni; SDG 5 dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi; SDG 8 dwar xogħol deċenti u tkabbir ekonomiku; SDG 9 dwar l-infrastruttura, l-industrijalizzazzjoni u l-innovazzjoni; u SDG 17 dwar is-sħubijiet);

F.  billi l-SDGs jenfasizzaw li l-għoti ta' aċċess universali u affordabbli għall-internet lill-persuni li jgħixu fil-pajjiżi l-inqas żviluppati (LDCs) sal-2020 se jkun kruċjali biex jitħeġġeġ l-iżvilupp, peress li l-iżvilupp ta' ekonomija diġitali jista' jkun xprunatur tal-impjiegi deċenti u ta' tkabbir inklużiv, tal-volumi tal-esportazzjoni u tad-diversifikazzjoni tal-esportazzjoni;

G.  billi skont l-UNCTAD, id-diġitizzazzjoni qed tagħti lok dejjem aktar għall-monopolji u tippreżenta sfidi ġodda għall-politiki tal-antitrust u tal-kompetizzjoni kemm tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp kif ukoll dawk żviluppati(5);

H.  billi fir-rieżami ġenerali tagħha tal-implimentazzjoni tal-eżiti tas-Summit Dinji dwar is-Soċjetà tal-Informazzjoni(6), l-Assemblea Ġenerali tan-NU impenjat ruħha li tisfrutta l-potenzjal tal-ICTs sabiex tilħaq l-għanijiet tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u għanijiet ta' żvilupp oħra miftiehma internazzjonalment, filwaqt li tinnota li l-ICTs jistgħu jaċċelleraw il-progress fis-17-il SDG kollha;

I.  billi l-konnettività tibqa' sfida u tħassib responsabbli għad-diversi distakki diġitali kemm fl-aċċess għall-ICTs kif ukoll fl-użu tagħhom;

J.  billi l-veloċità li biha qed tiżvolġi l-ekonomija diġitali, u l-lakuni sinifikanti li jeżistu f'pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp fir-rigward tal-ekonomija diġitali f'termini ta' żvilupp ta' politika nazzjonali sigura, ta' regolamenti u ta' ħarsien tal-konsumatur, jindikaw il-ħtieġa urġenti ta' żieda fil-bini tal-kapaċità u fl-assistenza teknika għall-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, u speċjalment l-LDCs;

K.  billi l-litteriżmu u l-ħiliet diġitali huma faċilitaturi ewlenin għal titjib u progress soċjali u personali, kif ukoll għall-promozzjoni tal-intraprenditorija u l-bini ta' ekonomiji diġitali b'saħħithom;

L.  billi d-diġitalizzazzjoni għandha tgħin ukoll biex ittejjeb il-provvista u r-reżiljenza ta' għajnuna umanitarja, il-prevenzjoni tar-riskju tad-diżastri u l-appoġġ tranżizzjonali, filwaqt li tgħaqqad l-għajnuna umanitarja u l-għajnuna għall-iżvilupp f'kuntesti fraġli u affettwati mill-kunflitti;

M.  billi aktar minn nofs il-popolazzjoni tad-dinja għad ma għandhiex aċċess għall-internet, u ftit li xejn sar progress biex tintlaħaq il-mira tal-SDG 9 li l-aċċess għall-ICTs jiżdied b'mod sinifikanti u li jsir kull sforz biex jingħata aċċess universali u affordabbli għall-internet fl-LDCs sal-2020;

N.  billi s-servizzi tal-mowbajl qed jiżdiedu b'mod sinfikanti madwar il-pjaneta u l-għadd ta' utenti tal-mowbajl issa qed jaqbeż l-għadd ta' nies li għandhom aċċess għall-elettriku, għas-sanitazzjoni jew għall-ilma nadif;

O.  billi l-innovazzjoni umanitarja trid tkun konsistenti mal-prinċipji umanitarji (l-umanità, l-imparzjalità, in-newtralità u l-indipendenza) u mal-prinċipju tad-dinjità;

P.  billi l-innovazzjoni umanitarja trid titwettaq bl-għan li tippromwovi d-drittijiet, id-dinjità u l-kapaċitajiet tal-popolazzjoni benefiċjarja, u għandu jkun possibbli għall-membri kollha ta' komunità milquta minn kriżi li jibbenefikaw minn innovazzjoni mingħajr ostakli diskriminatorji għall-użu;

Q.  billi l-analiżi u l-mitigazzjoni tar-riskju jridu jintużaw biex tiġi evitata ħsara mhux intenzjonata, inkluża ħsara li taffettwa l-privatezza u s-sigurtà tad-data u l-impatt li jitħalla fuq l-ekonomiji lokali;

R.  billi l-esperimenti, il-pilotaġġ u l-provi jridu jsiru f'konformità ma' standards etiċi rikonoxxuti internazzjonalment;

Il-ħtieġa li tiġi appoġġata d-diġitalizzazzjoni tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp

1.  Jilqa' l-istrateġija tal-Kummissjoni dwar id-D4D, minħabba li din tintegra t-teknoloġiji diġitali fil-politika tal-UE għall-iżvilupp li għandu jkollha l-għan li tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-SDGs; jinsisti fuq l-importanza li tissaħħaħ id-diġitalizzazzjoni li tiffoka fuq l-SDGs; ifakkar li r-rivoluzzjoni diġitali tippreżenta soċjetajiet b'sensiela sħiħa ta' sfidi ġodda, u b'hekk iġġib kemm riskji kif ukoll opportunitajiet;

2.  Itenni l-potenzjal enormi tat-teknoloġija u tas-servizzi diġitali fl-ilħuq tal-SDGs, dment li tittieħed azzjoni sabiex jiġu indirizzati l-effetti ta' tfixkil tat-teknoloġiji, bħall-awtomatizzazzjoni tal-impjiegi li għandha impatt fuq l-impjegabbiltà, l-esklużjoni diġitali u l-inugwaljanza, iċ-ċibersigurtà, il-privatezza tad-data u kwistjonijiet regolatorji; ifakkar li kwalunkwe strateġija diġitali trid tkun kompletament konformi mat-twettiq tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u tikkontribwixxi għat-twettiq tagħha, l-aktar b'referenza għall-SDG 4 dwar edukazzjoni ta' kwalità, l-SDG 5 dwar il-kisba tal-ugwaljanza bejn is-sessi u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u tal-bniet kollha, l-SDG 8 dwar xogħol deċenti u tkabbir ekonomiku, u l-SDG 9 dwar l-industrija, l-innovazzjoni u l-infrastruttura; ifakkar li biex l-SDGs jintlaħqu sal-2030, hija meħtieġa sħubija globali, nazzjonali, reġjonali u lokali msaħħa bejn l-atturi governattivi, xjentifiċi, ekonomiċi u tas-soċjetà ċivili;

3.  Jirrimarka li, minkejja ż-żieda fil-penetrazzjoni tal-internet, ħafna pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp u ekonomiji emerġenti għadhom lura milli jibbenefikaw mid-diġitalizzazzjoni, ħafna nies għad m'għandhomx aċċess għall-ICTs, u jeżistu differenzi kbar kemm bejn il-pajjiżi kif ukoll bejn iż-żoni urbani u rurali; ifakkar li t-teknoloġija diġitali tibqa' għodda u mhijiex għan fiha nnifsha, u jikkunsidra li minħabba r-restrizzjonijiet finanzjarji l-prijorità għandha tiġi assenjata għall-aktar mezzi effettivi biex jintlaħqu l-SDGs, u li f'xi pajjiżi, anki jekk id-diġitalizzazzjoni tista' tkun utli, għadu meħtieġ li jiġi żgurat it-twettiq tal-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem, b'mod partikolari f'termini ta' aċċess għall-ikel, l-enerġija, l-ilma u s-sanitazzjoni, l-edukazzjoni u s-saħħa, kif enfasizzat mir-rapport tan-NU tal-2017 dwar l-SDGs; iqis, madankollu, li l-kundizzjonijiet għall-iżvilupp diġitali jridu jiġu pprovduti fl-istadju tat-tfassil tal-infrastruttura, anki jekk l-implimentazzjoni ssir fi stadju aktar tard;

4.  Jenfasizza l-imperattiv li kwalunkwe strateġija kummerċjali diġitali trid tkun kompletament konformi mal-prinċipju ta' Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp (PCD), u dan hu essenzjali biex jintlaħqu l-SDGs; jissottolinja li l-aċċess għall-konnettività tal-internet u l-metodi ta' pagament diġitali li huma affidabbli u konformi mal-istandards internazzjonali, bil-leġiżlazzjoni li tipproteġi l-konsumaturi tal-oġġetti u tas-servizzi online, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, ir-regoli li jipproteġu d-data personali u l-leġiżlazzjoni tat-taxxa u doganali xierqa għall-kummerċ elettroniku huma kruċjali biex ikun possibbli l-kummerċ diġitali, l-iżvilupp sostenibbli u t-tkabbir inklużiv; jinnota, f'dan ir-rigward, il-potenzjal tal-Ftehim ta' Faċilitazzjoni tal-Kummerċ biex jiġu appoġġati l-inizjattivi diġitali fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp biex jiġi ffaċilitat il-kummerċ transfruntier;

5.  Jitlob li jiġi żviluppat pjan ta' azzjoni għall-innovazzjoni teknika għall-assistenza umanitarja, biex tiġi żgurata l-konformità mal-prinċipji legali u etiċi stabbiliti f'dokumenti bħall-Kunsens Ewropew ġdid għall-Iżvilupp – "Id-dinja tagħna, id-dinjità tagħna, il-ġejjieni tagħna" u "Nittrasformaw id-dinja tagħna: l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli",

6.  Jissottolinja l-fatt li l-aspetti kollha tal-innovazzjoni umanitarja għandhom ikunu soġġetti għal evalwazzjoni u monitoraġġ, inkluża valutazzjoni tal-impatti primarji u sekondarji tal-proċess ta' innovazzjoni; jenfasizza li għandha ssir analiżi etika u analiżi tar-riskju qabel il-varar ta' proġetti ta' innovazzjoni u ta' diġitalizzazzjoni umanitarja, u, fejn xieraq, għandhom jiġu inkorporati esperti esterni jew ta' partijiet terzi;

7.  Jitlob l-implimentazzjoni fl-azzjoni esterna tal-UE tal-prinċipji inkorporati fl-istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa (DSM), permezz ta' appoġġ għall-oqfsa regolatorji tas-sħab tal-UE;

8.  Jitlob finanzjament suffiċjenti taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) għall-2021-2027 li jippermetti l-integrazzjoni tat-teknoloġiji diġitali fl-aspetti kollha tal-politika għall-iżvilupp;

9.  Jinnota li l-introduzzjoni tat-teknoloġija diġitali fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp ta' spiss issuperat l-istabbiliment ta' istituzzjonijiet statali, ta' regolamenti legali u ta' mekkaniżmi oħra li jistgħu jgħinu fil-ġestjoni ta' sfidi ġodda li jinqalgħu, b'mod partikolari fir-rigward taċ-ċibersigurtà; jenfasizza l-importanza ta' approfondiment tal-kollaborazzjoni bejn ir-riċerkaturi u l-innovaturi fil-livell interreġjonali, filwaqt li jinkoraġġixxi attivitajiet ta' riċerka u żvilupp li jippromwovu l-progress xjentifiku u t-trasferiment tat-teknoloġija u tal-għarfien; jitlob li d-diġitalizzazzjoni jkollha post prominenti fil-futur tal-ftehim ta' wara Cotonou bħala xprunatur ta' żvilupp inklużiv u sostenibbli, f'konformità mal-linji gwida ta' negozjati;

10.  Jitlob aktar azzjonijiet konġunti fil-kooperazzjoni tal-infrastruttura diġitali, peress li din għandha ssir waħda mill-attivitajiet ewlenin fis-sħubijiet tal-UE ma' organizzazzjonijiet reġjonali, b'mod partikolari mal-Unjoni Afrikana; jindika l-importanza ta' assistenza teknika u ta' trasferiment ta' għarfien espert lil istituzzjonijiet li qed jiżviluppaw politiki diġitali fil-livelli nazzjonali, reġjonali u kontinentali;

11.  Jitlob li d-diġitalizzazzjoni tiġi inkorporata fl-istrateġiji nazzjonali għall-iżvilupp tal-Istati Membri;

12.  Jitlob sforz transettorjali aktar miftiehem u olistiku mill-komunità internazzjonali, inklużi atturi mhux statali bħal rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, it-tielet settur, kumpaniji privati u l-akkademja, biex jiġi żgurat li l-bidla lejn ekonomija aktar diġitali ma tħalli lil ħadd jaqa' lura u tikkontribwixxi għall-kisba tal-Aġenda għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-NU, tiggarantixxi aċċess għal teknoloġiji u servizzi diġitali lill-atturi ekonomiċi u liċ-ċittadini kollha u tevita approċċi differenti li joħolqu inkompatibilitajiet, duplikazzjonijiet jew lakuni fil-leġiżlazzjoni; jitlob titjib fl-artikulazzjoni politika bejn l-UE, l-Istati Membri u atturi rilevanti oħra, bil-ħsieb li tissaħħaħ il-koordinazzjoni, il-komplementarjetà u l-ħolqien ta' sinerġiji;

13.  Jindika li t-teknoloġija, l-intelliġenza artifiċjali u l-awtomatizzazzjoni diġà qed jissostitwixxu xi impjiegi b'ħiliet baxxi u medji; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi diġitalizzazzjoni ċċentrata fuq l-SDGs u jenfasizza li protezzjoni soċjali bażika ffinanzjata mill-istat, huma essenzjali biex jiġu indirizzati xi impatti li jfixklu ta' teknoloġiji l-ġodda, bil-ħsieb li jingħelbu l-bidliet fis-swieq tax-xogħol globali u d-diviżjoni internazzjonali tax-xogħol, li jaffettwaw speċjalment ħaddiema b'livell baxx ta' ħiliet f'pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp;

14.  Jistieden lis-settur privat jikkontribwixxi b'mod responsabbli għad-D4D permezz tat-teknoloġija u l-innovazzjoni, l-għarfien espert, l-investiment, il-ġestjoni tar-riskju, il-mudelli ta' negozju sostenibbli u t-tkabbir, li għandhom jinkludu l-prevenzjoni, it-tnaqqis, it-tiswija, ir-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid ta' materja prima;

15.  Jiddispjaċih li inqas minn nofs il-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp għandhom leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data, u jħeġġeġ lill-UE tipprovdi assistenza teknika lill-awtoritajiet rilevanti fl-abbozzar ta' leġiżlazzjoni bħal din, b'mod partikolari abbażi tal-esperjenza tagħha u tal-leġiżlazzjoni tagħha stess, li hija rikonoxxuta internazzjonalment bħala mudell tat-tip tagħha; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi kkunsidrata l-ispiża li tista' tkun involuta fl-istandardizzazzjoni ta' tali leġiżlazzjoni, b'mod partikolari għall-SMEs; josserva li minħabba n-natura transfruntiera tat-teknoloġija diġitali l-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data m'għandhiex tvarja wisq, peress li dan iwassal għal inkompatibilitajiet;

16.  Jistieden lill-partijiet ikkonċernati kollha jiġbru, jipproċessaw, janalizzaw u jxerrdu d-data u l-istatistika fil-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u globali sabiex jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tad-data, skont l-istandards u l-istrumenti internazzjonali rilevanti u sabiex isegwu l-għanijiet tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli; jinnota li l-ġbir tad-data preċiż u f'waqtu jiżgura l-monitoraġġ adegwat tal-implimentazzjoni, l-aġġustament tal-politiki u l-intervent fejn meħtieġ, kif ukoll l-evalwazzjoni tar-riżultati miksuba u l-impatt tagħhom; ifakkar, madankollu, li filwaqt li r-"rivoluzzjoni tad-data" tagħmilha eħfef, aktar rapida u irħas biex tipproduċi u tanalizza d-data minn firxa wiesgħa ta' sorsi, din tqajjem ukoll sfidi kbar ta' sigurtà u ta' privatezza; jenfasizza, għalhekk, li l-innovazzjonijiet fil-ġbir ta' data f'pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp m'għandhomx jieħdu post l-istatistiki uffiċjali iżda għandhom jikkomplementawhom;

17.  Jiddeplora d-distakki diġitali persistenti li jeżistu f'kull pajjiż relatati mal-ġeneru, mal-ġeografija, mal-età, mal-etniċità, u mal-kundizzjoni tas-saħħa jew mad-diżabilità, fost fatturi oħra ta' diskriminazzjoni; jinsisti, għalhekk, li l-kooperazzjoni għall-iżvilupp internazzjonali għandha taħdem lejn avvanz u inklużjoni akbar ta' persuni żvantaġġati jew f'sitwazzjonijiet vulnerabbli, filwaqt li tippromwovi l-użu responsabbli ta' għodod diġitali u għarfien adegwat tar-riskji possibbli; jitlob appoġġ għall-innovazzjoni li tkun adattata għall-ħtiġijiet lokali u t-tranżizzjoni għal ekonomiji bbażati fuq l-għarfien;

18.  Jitlob, għalhekk, aktar sforzi biex jiġu indirizzati l-isfidi tal-esklużjoni diġitali permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ fil-ħiliet diġitali essenzjali, kif ukoll inizjattivi biex jiffaċilitaw l-użu xieraq tal-ICTs u l-użu ta' għodod diġitali fl-implimentazzjoni ta' metodoloġiji parteċipattivi, skont l-età, is-sitwazzjoni personali u l-kuntest, bl-inklużjoni tal-anzjani u l-persuni b'diżabilità; jinnota li l-kooperazzjoni għall-iżvilupp internazzjonali tista' tibni fuq it-teknoloġiji diġitali mmirati lejn l-integrazzjoni aħjar tal-gruppi żvantaġġati bil-kundizzjoni li jkollhom aċċess għat-teknoloġiji diġitali; jilqa' l-inizjattivi bħall-"Africa Code Week", li jikkontribwixxu għall-emanċipazzjoni tal-ġenerazzjoni Afrikana żagħżugħa billi jrawmu l-litteriżmu diġitali; jenfasizza l-importanza tat-tagħlim elettroniku u tat-tagħlim mill-bogħod biex jintlaħqu żoni remoti u persuni ta' kull età;

19.  Jitlob li l-litteriżmu diġitali jiġi introdott fil-kurrikuli tal-iskejjel fil-livelli kollha tal-edukazzjoni, mill-primarja sal-università, fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, bil-għan li jinkisbu l-ħiliet meħtieġa sabiex jitjieb l-aċċess għall-informazzjoni; jemmen, madankollu, li l-għodod tal-ICT u t-teknoloġiji l-ġodda ma għandhomx jissostitwixxu l-għalliema u l-iskejjel veri, iżda għandhom jintużaw bħala mezz biex itejbu l-aċċess għall-edukazzjoni u jtejbu l-kwalità tagħha; jenfasizza li teknoloġiji ġodda huma għodda ewlenija għat-tixrid tal-għarfien, it-taħriġ tal-għalliema u l-ġestjoni tal-istabbilimenti; jinsisti wkoll fuq il-ħtieġa li jissaħħu ċ-ċentri lokali ta' taħriġ (inklużi l-iskejjel tal-ipprogrammar), biex jitħarrġu l-iżviluppaturi u li jiġi inkoraġġit il-ħolqien ta' soluzzjonijiet u ta' applikazzjonijiet diġitali li jikkorrispondu għall-ħtiġijiet u għar-realtajiet lokali;

20.  Jenfasizza l-fatt li t-tnaqqis tad-distakk diġitali jimplika l-varar ta' infrastruttura u l-aċċess għaliha, speċjalment fiż-żoni rurali u remoti, li tkun adegwata f'termini ta' kopertura ta' kwalità għolja, tkun affordabbli, affidabbli u sigura; jinnota li l-kawżi prinċipali li qed ixekklu l-konnettività jinkludu l-faqar u n-nuqqas ta' servizzi essenzjali, flimkien ma' netwerks terrestri sottożviluppati, nuqqas ta' politiki pubbliċi u oqfsa regolatorji ta' abilitazzjoni, tassazzjoni għolja fuq prodotti u servizzi diġitali, kompetizzjoni baxxa tas-suq u nuqqas ta' netwerk enerġetiku;

21.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar id-dipendenza teknoloġika fuq għadd żgħir ta' operaturi, u speċjalment fuq il-GAFA (Google, Apple, Facebook u Amazon), u jappella biex jiġu żviluppati alternattivi ħalli tkun promossa l-kompetizzjoni; jinnota li dan l-għan jista' jiġi segwit bi sħubija bejn l-UE u l-Afrika;

22.  Ifakkar li l-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp huma 'l bogħod milli jkunu immuni għal attakki ċibernetiċi u jenfasizza r-riskji ta' tfixkil tal-istabbiltà ekonomika, politika u demokratika jekk is-sigurtà diġitali ma tkunx garantita; jitlob lill-partijiet ikkonċernati kollha fid-dinja konnessa b'mod diġitali sabiex jerfgħu r-responsabbiltà b'mod attiv billi jadottaw miżuri prattiċi bil-ħsieb li jippromwovu għarfien akbar dwar iċ-ċibersigurtà; jirrimarka, għal dan il-għan, l-importanza li jiġi żviluppat il-kapital uman fil-livelli kollha sabiex jitnaqqas it-theddid għaċ-ċibersigurtà permezz tat-taħriġ, l-edukazzjoni u ż-żieda fl-għarfien, u biex jiġu stabbiliti liġijiet kriminali u oqfsa transnazzjonali xierqa għall-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità, kif ukoll il-parteċipazzjoni attiva f'fora internazzjonali bħall-Forum Globali tal-OECD dwar is-Sigurtà Diġitali;

23.  Ifakkar il-potenzjal tad-diġitalizzazzjoni għat-tnaqqis tad-differenzi fl-inklużjoni soċjali, għall-aċċess għall-informazzjoni u għat-tnaqqis tal-marġinalizzazzjoni ekonomika fiż-żoni periferiċi;

Diġitalizzazzjoni: għodda għall-iżvilupp sostenibbli

24.  Jilqa' l-Pjan ta' Investiment Estern tal-UE li jippromwovi l-investiment f'soluzzjonijiet diġitali innovattivi għall-ħtiġijiet lokali, l-inklużjoni finanzjarja u l-ħolqien ta' impjiegi deċenti; jinnota li d-diġitalizzazzjoni hija opportunità ta' investiment importanti u li, fuq il-bażi ta' ħidma konġunta mal-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej u internazzjonali u s-settur privat, il-finanzjament imħallat jirrappreżenta strument importanti biex jiġu mobilizzati r-riżorsi finanzjarji;

25.  Jistieden lill-Kummissjoni tniedi inizjattivi ġodda b'attenzjoni speċjali fuq l-iżvilupp tal-infrastruttura diġitali, il-promozzjoni ta' governanza elettronika u l-ħiliet diġitali, it-tisħiħ tal-ekonomija diġitali u t-trawwim tal-ekosistemi ta' negozji ġodda ċċentrati fuq l-SDGs, inklużi l-opportunitajiet ta' finanzjament għall-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (SMEs) sabiex ikunu jistgħu jinteraġixxu b'mod diġitali mal-intrapriżi multinazzjonali u jaċċessaw il-katini ta' valur globali;

26.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tintegra t-teknoloġiji u s-servizzi diġitali fil-politika tal-iżvilupp tal-UE, kif deskritt inter alia fl-aġenda D4D; jissottolinja l-ħtieġa li jiġi promoss l-użu tat-teknoloġiji diġitali f'oqsma ta' politika speċifiċi, inklużi l-governanza elettronika, l-agrikoltura, l-edukazzjoni, il-ġestjoni tal-ilma, is-saħħa u l-enerġija;

27.  Jistieden lill-Kummissjoni żżid l-investiment fl-infrastruttura diġitali fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp sabiex jonqos id-distakk diġitali sinifikanti b'mod effettiv għall-fini tal-iżvilupp u bbażat fuq il-prinċipji;

28.  Ifakkar li l-SMEs fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp jikkostitwixxu l-maġġoranza tan-negozji u jħaddmu l-maġġoranza tal-ħaddiema fis-setturi tal-manifattura u tas-servizzi; itenni li l-iffaċilitar tal-kummerċ elettroniku transfruntier regolat sew se jkollu impatt dirett fuq it-titjib tal-għajxien, irawwem standards ta' għajxien ogħla u jagħti spinta lill-impjiegi u l-iżvilupp ekonomiku; jafferma mill-ġdid il-kontribut li tali sforzi jistgħu jagħtu lill-ugwaljanza bejn is-sessi, minħabba li għadd kbir ta' dawn il-kumpaniji huma mmexxija u mħaddma min-nisa; jenfasizza l-ħtieġa li jitnaqqsu l-ostakli legali, amministrattivi u soċjali għall-intraprenditorija, b'mod partikolari fir-rigward tan-nisa; jitlob li tintuża d-diġitalizzazzjoni biex jiġu promossi wkoll l-edukazzjoni u l-bini tal-kapaċità favur l-intraprenditorija fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp filwaqt li jinħoloq ambjent favorevoli għan-negozji l-ġodda u għall-kumpaniji innovattivi;

29.  Jenfasizza l-ħtieġa li jitwaqqaf il-kummerċ fil-minerali li l-isfruttament tiegħu jiffinanzja l-kunflitti armati jew jinvolvi xogħol furzat; ifakkar li l-koltan huwa l-materja prima bażika għal ħafna apparat elettroniku (eż. smartphones) u li l-gwerra ċivili li ħakmet ir-reġjun tal-Lagi l-Kbar tal-Afrika, b'mod partikolari fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, minħabba l-isfruttament u l-estrazzjoni u l-kummerċ illegali fih, irriżultat f'aktar minn tmien miljun mewt; jitlob li jintemm l-isfruttament tat-tfal fil-minjieri tal-koltan, kif ukoll li jintemm il-kummerċ illegali fil-koltan, sabiex tinħoloq sitwazzjoni li fiha l-koltan jiġi estratt u kkummerċjalizzat b'mod aċċettabbli u li jkun ta' benefiċċju għall-popolazzjoni lokali;

30.  Jinnota li bħala l-akbar settur tal-ekonomija Afrikana, l-agrikoltura tista' potenzjalment tibbenefika ħafna mit-teknoloġiji diġitali; jenfasizza li l-pjattaformi diġitali jistgħu jintużaw fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp biex jinformaw lill-bdiewa dwar il-prezzijiet tas-suq u jgħaqqduhom max-xerrejja potenzjali, kif ukoll biex jipprovdu informazzjoni prattika dwar il-metodi ta' tkabbir u x-xejriet tas-suq, informazzjoni dwar it-temp, u twissijiet u pariri dwar il-mard tal-pjanti u tal-annimali; jissottolinja l-fatt, madankollu, f'kuntest fejn l-agrikoltura qed issir dejjem aktar intensiva fl-għarfien u fit-teknoloġija għolja, li l-agrikoltura diġitali jista' jkollha wkoll effett soċjali enormi u li jfixkel l-ambjent fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, peress li l-aċċess għall-aħħar teknoloġija jista' jibqa' limitat għal farms kbar u industrijalizzati attivi fis-suq tal-esportazzjoni u fl-uċuħ tar-raba' għall-bejgħ, filwaqt li l-għarfien u l-ħiliet limitati jistgħu jimmarġinalizzaw aktar il-biedja fuq skala żgħira f'pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp;

31.  Jinsisti li l-fondi tal-UE għall-agrikoltura fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp iridu jkunu konformi man-natura trasformattiva tal-Aġenda 2030 u tal-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima, u konsegwentement mal-konklużjonijiet tal-Valutazzjoni Internazzjonali tal-Għarfien, Xjenzi u Teknoloġiji Agrikoli għall-Iżvilupp (IAASTD) u r-rakkomandazzjonijiet tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-dritt għall-ikel; jenfasizza li dan jimplika r-rikonoxximent tal-multifunzjonalità tal-agrikoltura u ċaqliq rapidu mill-koltivazzjoni ta' monokultura abbażi tal-użu intensiv ta' inputs kimiċi lejn agrikoltura diversifikata u sostenibbli, ibbażata fuq biedja bi prattiki agroekoloġiċi u t-tisħiħ tas-sistemi lokali tal-ikel u tal-biedja fuq skala żgħira;

32.  Jindika li l-għodod tal-ICT jistgħu jintużaw għat-tixrid tal-informazzjoni li tista' tkun kruċjali kemm għal diżastri u emerġenzi naturali u teknoloġiċi, kif ukoll f'żoni fraġli u milquta minn kunflitti; jenfasizza li t-teknoloġiji diġitali jistgħu jippermettu lill-komunitajiet b'introjtu baxx u lil komunitajiet vulnerabbli oħra jkollhom aċċess għal servizzi bażiċi ta' kwalità (pereżempju s-saħħa, l-edukazzjoni, l-ilma, is-sanitazzjoni u l-elettriku), kif ukoll għal għajnuna umanitarja u servizzi pubbliċi u privati oħra; jenfasizza l-importanza tal-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni online (l-aħbarijiet foloz), u jenfasizza l-ħtieġa għal programmi speċifiċi li jiffukaw fuq il-litteriżmu medjatiku bħala għodda biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi;

33.  Jissottolinja l-fatt li l-innovazzjoni teknoloġika fl-assistenza umanitarja hija prijorità, b'mod speċjali fil-kuntest ta' spustamenti furzati, billi tikkontribwixxi għal soluzzjonijiet sostenibbli li jġibu stabbiltà u dinjità fil-ħajja tan-nies u tista' tiffaċilita r-rabta bejn l-aspett umanitarju u l-iżvilupp; jilqa' l-inizjattivi globali biex tiġi ffaċilitata l-innovazzjoni umanitarja, bħall-Alleanza Globali għall-Innovazzjoni Umanitarja (GAHI), il-Fond għall-Innovazzjoni Umanitarja (HIF) u l-Global Pulse tan-NU, u jitlob li l-UE tippromwovi data miftuħa u tappoġġa bil-qawwa lill-komunitajiet globali tal-iżviluppaturi u d-diżinjaturi tas-softwer li qed jibnu teknoloġija miftuħa u prattika bil-għan li jsolvu l-problemi internazzjonali tal-iżvilupp u dawk umanitarji;

34.  Jenfasizza li t-teknoloġiji diġitali bħall-SMS u l-applikazzjonijiet tal-mowbajl jistgħu jipprovdu għodod affordabbli ġodda għaċ-ċirkolazzjoni ta' informazzjoni importanti, li tista' tintuża minn persuni fqar jew iżolati u persuni b'diżabilità; jinnota l-potenzjal tat-teknoloġija tal-mowbajl, li jista' jkollha vantaġġi fosthom prezzijiet baxxi għall-aċċess minħabba kopertura tan-netwerk akbar, użu faċli għall-utent u tnaqqis fil-prezzijiet tat-telefonati u tal-messaġġi testwali; madankollu, ifakkar ukoll li l-mowbajls jiġġeneraw riskji ambjentali u għas-saħħa, b'mod partikolari minħabba l-estrazzjoni tar-riżorsi minerali u ż-żieda fil-livelli ta' skart elettroniku u elettriku; jissottolinja l-fatt li d-diġitalizzazzjoni għandha l-potenzjal li tagħti spinta jew timmina d-demokrazija, u jistieden lill-UE biex tirrifletti b'mod xieraq fuq dawn ir-riskji bil-ħsieb li jiġi kkontrollat l-użu ħażin tat-teknoloġiji diġitali, meta jiġi promoss l-użu tal-innovazzjoni teknoloġika fl-għajnuna għall-iżvilupp, kif ukoll biex tiġi promossa l-governanza tal-internet;

35.  Jenfasizza l-importanza li tinbena ekosistema sostenibbli għall-ekonomija diġitali sabiex jitnaqqas l-impatt ekoloġiku marbut mad-diġitalizzazzjoni, billi jiġi żviluppat użu effiċjenti tar-riżorsi kemm fis-settur diġitali kif ukoll fis-settur tal-enerġija, b'mod partikolari billi tingħata prijorità lill-ekonomija ċirkolari; jitlob li l-Pjan ta' Investiment Estern (EIP) jappoġġa r-responsabbiltà tal-produttur, b'mod konkret bl-appoġġ tal-SMEs li jiżviluppaw attivitajiet ta' użu mill-ġdid, ta' tiswija u ta' rinnovament u li jinkorpora skemi ta' teħid lura fl-attivitajiet kummerċjali tagħhom bil-għan li jitneħħew il-komponenti perikolużi użati fit-Tagħmir Elettriku u Elettroniku (EEE); jappella għat-tisħiħ tal-għarfien tal-konsumaturi dwar l-effetti ambjentali tal-apparati elettroniċi u għall-indirizzar b'mod effettiv tar-responsabbiltà tan-negozju fil-produzzjoni tal-EEE; jenfasizza bl-istess mod il-ħtieġa li jiġu appoġġati l-istatistika dwar l-iskart elettroniku u elettriku u l-politiki nazzjonali dwar l-iskart elettroniku fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, sabiex tiġi minimizzata l-produzzjoni tal-iskart elettroniku, jiġi evitat id-dumping illegali u t-trattament mhux xieraq tal-iskart elettroniku, jiġi promoss ir-riċiklaġġ, u jinħolqu l-impjiegi fis-settur tar-rinnovament u r-riċiklaġġ;

36.  Jirrikonoxxi li t-teknoloġiji diġitali jipprovdu lis-settur tal-enerġija b'għodod innovattivi biex jottimizzaw l-użu tar-riżorsi; madankollu, ifakkar li t-teknoloġiji diġitali jħallu marka ekoloġika sinifikanti, bħala konsumatur ta' riżorsi tal-enerġija (hu stmat li l-emissjonijiet diġitali ta' CO2 jammontaw għal 2-5 % tal-emissjonijiet totali) u tal-metalli (bħall-fidda, il-kobalt, ir-ram u t-tantalju), filwaqt li jitfgħu dubju fuq is-sostenibbiltà fit-tul tagħhom; jafferma mill-ġdid il-ħtieġa li jinbidlu x-xejriet tal-produzzjoni u tal-konsum sabiex jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima;

37.  Jirrikonoxxi r-rwol potenzjali tat-teknoloġija diġitali fil-promozzjoni tad-demokrazija u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fit-teħid tad-deċiżjonijiet;

38.  Jenfasizza l-importanza tal-ħolqien u l-implimentazzjoni ta' pjattaformi ta' informazzjoni diġitali mmexxija mill-istat li jżidu l-opportunitajiet għall-persuni b'mod ġenerali biex jinfurmaw ruħhom bis-sħiħ dwar id-drittijiet tagħhom u s-servizzi li l-istat jagħmel disponibbli għaċ-ċittadini tiegħu;

39.  Jenfasizza li l-applikazzjonijiet tal-gvern elettroniku jikkontribwixxu biex jagħmlu s-servizzi pubbliċi aktar rapidi u orħos biex jiġu aċċessati, itejbu l-konsistenza u s-sodisfazzjon taċ-ċittadini, jiffaċilitaw l-artikolazzjoni u l-attivitajiet tas-soċjetà ċivili, u jżidu t-trasparenza, u b'hekk jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-promozzjoni tad-demokratizzazzjoni u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jenfasizza r-rwol vitali tat-teknoloġija u tad-diġitalizzazzjoni għal politika u amministrazzjoni fiskali effettiva, li jippermettu żieda effettiva fil-mobilizzazzjoni tar-riżorsi domestiċi u jgħinu fil-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa; jinsisti li huwa imperattiv li jinħolqu identitajiet diġitali sikuri, peress li dan jista' jgħin biex jiddetermina l-għadd ta' dawk li jeħtieġu ċerti servizzi bażiċi;

40.  Jappella għall-isfruttament tal-opportunitajiet mogħtija permezz tat-teknoloġija diġitali bħala mezz ta' titjib fir-reġistrazzjoni tat-tfal fir-reġistri tat-twelid, tal-imwiet u taż-żwiġijiet; jenfasizza li l-UNICEF tistma li, fl-Afrika Sub-Saħarjana biss, 95 miljun tifel u tifla jibqgħu mhux irreġistrati mat-twelid(7) u għalhekk ma jkollhomx ċertifikat tat-twelid, u li dan il-fatt ma jħallix lit-tfal ikkonċernati jiġu rikonoxxuti legalment, sabiex l-eżistenza tagħhom bħala membri tas-soċjetà tibqa' mhux reġistrata mit-twelid u tibqa' hekk fil-ħajja adulta, u dan joħloq distorsjoni fid-data demografika tal-pajjiżi, b'konsegwenzi sinifikanti għall-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tal-popolazzjonijiet, b'mod partikolari f'termini ta' aċċess għal edukazzjoni jew għal kura tas-saħħa;

41.  Jirrikonoxxi r-rwol ċentrali tat-teknoloġija diġitali fil-ġestjoni tas-servizzi tas-saħħa, ir-rispons ta' emerġenza għal epidemiji, it-tixrid tal-kampanji tas-saħħa pubblika, l-aċċess pubbliku għas-servizzi tas-saħħa, kif ukoll fit-taħriġ tal-ħaddiema tas-saħħa, l-appoġġ u l-promozzjoni tar-riċerka bażika, u l-iżvilupp ta' servizzi ta' informazzjoni dwar is-saħħa u s-saħħa elettronika; jistieden, għalhekk, lil dawk li jfasslu l-politika jintroduċu l-politika u l-oqfsa regolatorji xierqa biex iwessgħu l-proġetti tas-saħħa elettronika; jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi r-riżorsi finanzjarji meħtieġa f'dan ir-rigward;

42.  Jilqa' l-programm online tal-Akkademja DEVCO, li jagħmilha possibbli li jiġu mħarrġa online nies mill-pajjiżi sħab tal-UE; jappella għall-iżvilupp ulterjuri ta' programmi ta' taħriġ għal mexxejja lokali u l-istabbiliment ta' proċeduri għall-applikazzjoni ta' sussidji tal-UE, sabiex dawk is-sħab ikunu jistgħu jiksbu stampa aktar ċara tal-aspettattivi, l-għanijiet u l-kundizzjonijiet u b'hekk itejbu l-prospetti li jiksbu aċċettazzjoni għall-proġetti tagħhom; jenfasizza li tali inizjattivi, sakemm ikunu faċilment aċċessibbli, effiċjenti u rilevanti, ikollhom impatt pożittiv fuq l-assorbiment tal-għajnuna u fuq l-immaġni tal-UE fost is-sħab tagħha;

o
o   o

43.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.

(1) ĠU C 210, 30.6.2017, p. 1.
(2) ĠU C 369, 11.10.2018, p. 22.
(3) ĠU C 399, 24.11.2017, p. 106.
(4) Studju UNEP-Interpol, "The Rise of Environmental Crime: a growing Threat to Natural Resources, Peace, Development and Security" ("Iż-Żieda fir-Reati Ambjentali: theddida li qed tikber għar-Riżorsi Naturali, il-Paċi, l-Iżvilupp u s-Sigurtà"), 2016.
(5) UNCTAD, "South-South Digital Cooperation for Industrialisation: A Regional Integration Agenda ("Kooperazzjoni Diġitali Nofsinhar-Nofsinhar għall-Industrijalizzazzjoni: Aġenda ta' Integrazzjoni Reġjonali") (2017).
(6) Assemblea Ġenerali tan-NU, GA/RES/70/125
(7) https://www.unicef.org/french/publications/files/UNICEF_SOWC_2016_French_LAST.pdf

Avviż legali - Politika tal-privatezza