Indiċi 
Testi adottati
L-Erbgħa, 14 ta' Novembru 2018 - Strasburgu
Rapport interim dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 - Il-pożizzjoni tal-Parlament bil-ħsieb ta' qbil
 Regoli dwar għajnuna mill-Istat: kategoriji ġodda ta' għajnuna mill-Istat *
 L-esportazzjoni tal-armi: l-implimentazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK
 L-għoti tas-setgħa lill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni u li jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern ***I
 Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi ***I
 Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi ***I
 Standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda ***I
 Il-ħtieġa ta' mekkaniżmu komprensiv dwar id-Demokrazija, l-Istat tad-Dritt u d-Drittijiet Fundamentali
 Implimentazzjoni tal-ftehim ta' assoċjazzjoni tal-UE mal-Georgia
 Implimentazzjoni tal-ftehim ta' assoċjazzjoni tal-UE mal-Moldova

Rapport interim dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 - Il-pożizzjoni tal-Parlament bil-ħsieb ta' qbil
PDF 344kWORD 117k
Riżoluzzjoni
Anness
Anness
Anness
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2018 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 – Il-pożizzjoni tal-Parlament bil-ħsieb ta' ftehim (COM(2018)0322 – C8-0000/2018 – 2018/0166R(APP))
P8_TA(2018)0449A8-0358/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 311, 312 u 323 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Mejju 2018 bit-titolu "Baġit Modern għal Unjoni li Tipproteġi, Tagħti s-Setgħa u Tiddefendi - Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2021-2027" (COM(2018)0321),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-2 ta' Mejju 2018 għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (COM(2018)0322), u l-proposti tal-Kummissjoni tat-2 ta' Mejju 2018 dwar is-sistema ta' Riżorsi Proprji tal-Unjoni Ewropea (COM(2018)0325, COM(2018)0326, COM(2018)0327 u COM(2018)0328),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-2 ta' Mejju 2018 għal Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (COM(2018)0323),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-2 ta' Mejju 2018 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri (COM(2018)0324),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-14 ta' Marzu 2018 dwar "il-QFP li jmiss: Tħejjija tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-QFP wara l-2020" u dwar "riforma tas-sistema ta' riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea"(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta' Mejju 2018 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 u r-riżorsi proprji(2),

–  wara li kkunsidra r-ratifika tal-Ftehim ta' Pariġi min-naħa tal-Parlament Ewropew fl-4 ta' Ottubru 2016(3) u tal-Kunsill fil-5 ta' Ottubru 2016(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 70/1 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, tal-25 ta' Settembru 2015, bit-titolu "Transforming our world: the 2030 Agenda for Sustainable Development" (Nittrasformaw id-dinja tagħna: L-aġenda 2030 għall-iżvilupp sostenibbli), li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2016,

–  wara li kkunsidra l-impenn kollettiv tal-UE li tilħaq il-mira tal-infiq ta' 0,7 % tal-introjtu nazzjonali gross (ING) fuq l-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA) fi ħdan il-qafas ta' żmien tal-aġenda ta' wara l-2015,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2017 dwar Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali(5),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport interim tal-Kumitat għall-Baġits, l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, il-pożizzjoni fil-forma ta' emendi tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali kif ukoll l-pożizzjoni fil-forma ta' emendi tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0358/2018),

A.  billi, skont l-Artikolu 311 tat-TFUE, l-Unjoni jeħtiġilha tipprovdi għaliha nnifisha l-mezzi neċessarji sabiex tilħaq l-għanijiet tagħha u twettaq il-politiki tagħha;

B.  billi l-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) 2014-2020 attwali ġie stabbilit, għall-ewwel darba, f'livell aktar baxx mill-predeċessur tiegħu, f'termini kemm tal-approprjazzjonijiet ta' impenn kif ukoll dawk ta' pagament; billi l-adozzjoni tardiva tal-QFP u tal-atti leġiżlattivi settorjali ħalliet impatt negattiv ħafna fuq l-implimentazzjoni tal-programmi l-ġodda;

C.  billi l-QFP malajr wera l-inadegwatezza tiegħu biex jagħti risposta għal serje ta' kriżijiet, impenji internazzjonali ġodda u sfidi politiċi ġodda li ma kinux ġew integrati u/jew antiċipati fil-mument tal-adozzjoni; billi, bl-għan li jiġi żgurat il-finanzjament meħtieġ, il-QFP iġġebbed sal-limiti tiegħu, inkluż rikors mingħajr preċedent għad-dispożizzjonijiet dwar il-flessibbiltà u għall-istrumenti speċjali, wara li ntużaw bis-sħiħ il-marġni disponibbli; billi programmi ta' prijorità għolja tal-UE dwar ir-riċerka u l-infrastruttura saħansitra tneħħew sentejn biss wara l-adozzjoni tagħhom;

D.  billi ntwera li r-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP li tnediet fit-tmiem tal-2016 kienet imperattiva biex jitwessa' l-potenzjal tad-dispożizzjonijiet eżistenti dwar il-flessibbiltà, filwaqt li naqset milli tirrevedi l-limiti massimi tal-QFP; billi din ir-reviżjoni ġiet ivvalutata b'mod pożittiv kemm mill-Parlament kif ukoll mill-Kunsill;

E.  billi l-istabbiliment tal-QFP il-ġdid se jkun mument kruċjali għall-Unjoni ta' 27 Stat Membru, għaliex se jipprovdi l-possibbiltà li tiġi approvata viżjoni komuni u fit-tul u li tittieħed deċiżjoni dwar il-prijoritajiet politiċi futuri kif ukoll dwar il-kapaċità tal-Unjoni biex twettaqhom; billi l-QFP tal-2021-2027 għandu jipprovdi lill-Unjoni r-riżorsi meħtieġa biex issaħħaħ it-tkabbir ekonomiku sostenibbli, ir-riċerka u l-innovazzjoni, tirresponsabilizza liż-żgħażagħ, tindirizza b'mod effikaċi l-isfidi tal-migrazzjoni, tiġġieled kontra l-qgħad, il-faqar persistenti u l-esklużjoni soċjali, tqawwi l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, tindirizza s-sostenibbiltà, it-telf ta' bijodiversità u t-tibdil fil-klima, issaħħaħ is-sigurtà u d-difiża tal-UE, tipproteġi l-fruntieri esterni tagħha u ssostni lill-pajjiżi ġirien;

F.  billi, fid-dawl tal-isfidi globali li l-Istati Membri ma jistgħux jegħlbu waħedhom, għandu jkun possibbli li jiġu rikonoxxuti l-beni komuni Ewropej u determinati s-setturi li fihom l-infiq ikun aktar effikaċi fil-livell Ewropew milli fil-livell nazzjonali, bil-għan li jiġu trasferiti r-riżorsi finanzjarji korrispondenti għal-livell tal-Unjoni u, għaldaqstant, li tissaħħaħ l-importanza strateġika tal-Unjoni mingħajr ma tiżdied neċessarjament in-nefqa pubblika kumplessiva;

G.  billi fit-2 ta' Mejju 2018, il-Kummissjoni ppreżentat sensiela ta' proposti leġiżlattivi dwar il-QFP tal-2021-2027 u dwar ir-riżorsi proprji tal-UE, segwiti minn proposti leġiżlattivi għall-istabbiliment ta' programmi u strumenti ġodda tal-UE;

1.  Jenfasizza li l-QFP tal-2021-2027 irid jiggarantixxi r-responsabbiltà u l-kapaċità tal-Unjoni li taqdi l-bżonnijiet emerġenti, l-impenji internazzjonali l-ġodda u tilqa' għall-isfidi addizzjonali, u tilħaq il-prijoritajiet u l-objettivi politiċi tagħha; jindika l-problemi serji marbuta mal-finanzjament baxx tal-QFP tal-2014-2020 u jtenni l-ħtieġa li tiġi evitata ripetizzjoni tal-iżbalji preċedenti billi mill-bidu nett jiġi żgurat baġit qawwi u kredibbli tal-UE għall-benefiċċju taċ-ċittadini matul il-perjodu tas-seba' snin li jmiss;

2.  Jikkunsidra li l-proposti tal-Kummissjoni dwar il-QFP tal-2021-2027 u s-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni jirrappreżentaw il-punt tat-tluq għan-negozjati li jmiss; jesprimi l-pożizzjoni tiegħu dwar dawn il-proposti, b'antiċipazzjoni tal-mandat ta' negozjar tal-Kunsill li għadu mhuwiex disponibbli;

3.  Jissottolinja li l-proposta tal-Kummissjoni li tirrigwarda l-livell globali tal-QFP li jmiss, stabbilit f'1,08 % tal-ING tal-UE-27 (1,11 % wara l-integrazzjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp), tirrappreżenta, f'termini ta' perċentwal tal-ING, tnaqqis f'termini reali meta mqabbel mal-QFP attwali; jikkunsidra li l-livell tal-QFP propost mhux se jippermetti lill-Unjoni tonora l-impenji politiċi tagħha u tagħti risposta għall-isfidi importanti li għandha quddiemha; għandu, għalhekk, il-ħsieb li jinnegozja ż-żieda meħtieġa;

4.  Jistqarr, barra minn hekk, l-oppożizzjoni tiegħu għal kwalunkwe tnaqqis fil-livell tal-politiki konsolidati tal-UE, bħall-politika ta' koeżjoni tal-UE u l-politika agrikola komuni (PAK); jopponi b'mod partikolari kwalunkwe tnaqqis radikali li se jħalli impatt negattiv fuq in-natura u l-objettivi stess ta' dawn il-politiki, bħat-tnaqqis propost għall-Fond ta' Koeżjoni jew għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali; jopponi, f'dan il-kuntest, il-proposta li jitnaqqas il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) minkejja l-kamp ta' applikazzjoni mwessa' tiegħu, u l-integrazzjoni tal-erba' programmi soċjali fis-seħħ, partikolarment l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ;

5.  Jissottolinja, barra minn hekk, l-importanza tal-prinċipji orizzontali li għandhom jirfdu l-QFP u l-politiki relatati kollha tal-UE; jafferma mill-ġdid, f'dan il-kuntest, il-pożizzjoni tiegħu li l-UE jeħtiġilha tonora l-impenn tagħha biex tkun minn ta' quddiem nett fl-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u jiddeplora n-nuqqas ta' impenn ċar u viżibbli għal dak il-għan fil-proposti tal-QFP; jitlob, għalhekk, l-integrazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli fil-politiki u fl-inizjattivi kollha tal-UE tal-QFP li jmiss; jenfasizza barra minn hekk li l-programmi kollha fl-ambitu tal-QFP li jmiss għandhom ikunu konformi mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali; jisħaq fuq l-importanza li jintlaħqu l-objettivi rigward il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni, anki fil-konfront tal-persuni LGBTI, u l-ħolqien ta' portafoll għall-minoranzi, fosthom ir-Rom, li dawn l-aspetti kollha huma indispensabbli biex jiġu rispettati l-impenji li daħlet għalihom l-UE biex toħloq Ewropa inklużiva; jissottolinja li, biex tirrispetta l-obbligi tagħha fl-ambitu tal-Ftehim ta' Pariġi, il-kontribut tal-UE biex tilħaq l-objettivi tal-klima għandu jilħaq tal-anqas il-25 % tan-nefqa fil-perjodu tal-QFP 2021-2027, u jiżdied mill-aktar fis possibbli, u sa mhux aktar tard mill-2027, għal 30 %;

6.  Jiddispjaċih, f'dan il-kuntest, li, minkejja d-dikjarazzjoni konġunta dwar l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri mehmuża mar-Regolament dwar il-QFP 2014-2020, ma sarx progress sinifikanti f'dan l-ambitu u li l-Kummissjoni ma qisitx l-implimentazzjoni tagħha waqt ir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-QFP; jiddispjaċih ħafna li l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri ngħatat għalkollox il-ġenb fil-proposta marbuta mal-QFP u jiddeplora n-nuqqas ta' għanijiet, rekwiżiti u indikaturi ċari fil-qasam tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-proposti dwar il-politiki rilevanti tal-UE; jitlob li l-proċeduri baġitarji annwali jevalwaw u jintegraw l-impatt globali tal-politiki tal-UE fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri (ibbaġitjar sensittiv għal kwistjonijiet ta' ġeneru); jistenna li l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni juru impenn imġedded favur l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-QFP li jmiss, b'monitoraġġ effikaċi tal-implimentazzjoni tagħha anki waqt ir-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP;

7.  Jissottolinja li l-QFP li jmiss għandu jissejjes fuq aktar obbligu ta' rendikont, semplifikazzjoni, viżibbiltà, trasparenza u fuq il-baġitjar abbażi tal-prestazzjoni; ifakkar, f'dan il-kuntest, fil-bżonn li l-infiq futur ikun aktar iċċentrat fuq il-prestazzjoni u r-riżultati, fuq il-bażi ta' objettivi ta' prestazzjoni rilevanti u ta' definizzjoni komprensiva u kondiviża tal-valur miżjud Ewropew; jitlob lill-Kummissjoni, fid-dawl tal-prinċipji orizzontali hawn fuq imsemmija, tissemplifika l-obbligu ta' rapportar tal-prestazzjoni, testendih għal approċċ kwalitattiv li jinkludi indikaturi ambjentali u u soċjali u tippreżenta b'mod ċar l-informazzjoni dwar l-isfidi ewlenin li l-UE għad trid tegħleb;

8.  Huwa konxju tal-isfidi serji li magħhom l-Unjoni qiegħda tħabbat wiċċha u jassumi bis-sħiħ ir-responsabbiltà tiegħu biex jiżgura, fi żmien xieraq, baġit li jkun proporzjonat għall-ħtiġijiet, l-aspettattivi u t-tħassib taċ-ċittadini tal-UE; huwa lest li jidħol minnufih f'negozjati mal-Kunsill, sabiex itejjeb il-proposti tal-Kummissjoni u jfassal QFP realistiku;

9.  Ifakkar li l-pożizzjoni tal-Parlament diġà hija stabbilita b'mod ċar fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-14 ta' Marzu u tat-30 ta' Mejju 2018, li jikkostitwixxu l-pożizzjoni politika tiegħu għall-QFP tal-2021-2027 u għar-riżorsi proprji; ifakkar li dawn ir-riżoluzzjonijiet ġew adottati b'maġġoranzi kbar ħafna, li juru l-unità u t-tħejjija tal-Parlament għan-negozjati li ġejjin;

10.  Jistenna, għalhekk, li l-QFP jingħata prijorità assoluta fl-aġenda politika tal-Kunsill u jiddispjaċih li sa issa ma ġie osservat l-ebda progress sinifikanti; jemmen li l-laqgħat regolari bejn il-presidenzi suċċessivi tal-Kunsill u t-tim tan-negozjati tal-Parlament għandhom ikunu intensifikati u jwittu t-triq għal negozjati uffiċjali; jistenna li jintlaħaq ftehim pożittiv qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2019, sabiex jiġi evitat li t-tnedija tal-programmi l-ġodda tiġi ostakolata minħabba l-adozzjoni tardiva tal-qafas finanzjarju, kif ġara fil-passat; jissottolinja li dan il-kalendarju se jippermetti lill-Parlament Ewropew, li jkun għadu kif ġie elett, jaġġusta l-QFP tal-2021-2027 matul ir-reviżjoni obbligatorja ta' nofs it-terminu;

11.  Ifakkar li d-dħul u n-nefqa għandhom jiġu ttrattati bħala pakkett wieħed fin-negozjati li jmiss; jenfasizza, għalhekk, li ma jista' jintlaħaq l-ebda ftehim dwar il-QFP tal-futur mingħajr ma jsir progress korrispondenti fuq ir-riżorsi proprji l-ġodda tal-Unjoni;

12.  Jenfasizza li l-elementi kollha tal-pakkett tal-QFP/riżorsi proprji, u b'mod partikolari ċ-ċifri tal-QFP, għandhom jibqgħu fuq il-mejda tan-negozjati sakemm jintlaħaq ftehim definittiv; ifakkar, f'dan ir-rigward, fil-pożizzjoni kruċjali tal-Parlament dwar il-proċedura li twassal għall-adozzjoni tar-Regolament attwali tal-QFP u r-rwol dominanti li l-Kunsill Ewropew assuma f'dan il-proċess billi jieħu deċiżjoni b'mod irrevokabbli dwar għadd ta' elementi, inklużi l-limiti massimi tal-QFP u diversi dispożizzjonijiet settorjali relatati mal-politika li jiksru kemm l-ispirtu kif ukoll l-ittra tat-trattati; huwa partikolarment imħasseb dwar il-fatt li l-ewwel elementi tal-hekk imsejħa "kaxex ta' negozjar" tal-QFP imħejjija mill-Presidenza tal-Kunsill isegwu l-istess loġika u fihom kwistjonijiet li għandhom ikunu suġġetti għal proċedura ta' kodeċiżjoni bejn il-Kunsill u l-Parlament fl-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni relatat mal-ħolqien ta' programmi ġodda tal-UE; biħsiebu, għaldaqstant, jadatta l-istrateġija tiegħu f'dan is-sens;

13.  Iqis li r-rekwiżit ta' unanimità għall-adozzjoni u għar-reviżjoni tar-Regolament dwar il-QFP jirrappreżenta impediment reali għall-proċess; jitlob li l-Kunsill Ewropew jattiva l-klawsola passerelle prevista fl-Artikolu 312(2) tat-TFUE ħalli l-Kunsill jitħalla jadotta r-Regolament dwar il-QFP b'maġġoranza kwalifikata;

14.  Jadotta din ir-riżoluzzjoni bil-għan li jiddeskrivi l-mandat ta' negozjar tiegħu dwar kull aspett tal-proposti tal-Kummissjoni, inklużi emendi konkreti kemm għar-Regolament propost dwar il-QFP kif ukoll għall-Ftehim Interistituzzjonali (FII); jippreżenta, barra minn hekk, tabella biċ-ċifri għal kull politika u programm tal-UE, fuq il-bażi tal-pożizzjonijiet tal-Parlament li diġà ġew adottati f'riżoluzzjonijiet preċedenti relatati mal-QFP; jenfasizza li dawn iċ-ċifri se jagħmlu parti wkoll mill-mandat tal-Parlament għan-negozjati leġiżlattivi li jmiss li jwasslu għall-adozzjoni tal-programmi tal-UE għall-perjodu ta' bejn l-2021 u l-2027;

A.TALBIET RELATATI MAL-QFP

15.  Jitlob, għalhekk, li l-Kunsill iqis b'mod xieraq il-pożizzjonijiet li ġejjin tal-Parlament, bil-għan li jinkiseb riżultat pożittiv fin-negozjati tal-QFP tal-2021-2027 u li tinkiseb l-approvazzjoni tal-Parlament f'konformità mal-Artikolu 312 tat-TFUE;

Ċifri

16.  Jikkonferma mill-ġdid il-pożizzjoni formali tiegħu li l-livell tal-QFP tal-2021-2027 għandu jiġi ffissat għal EUR 1 324,1 biljun fi prezzijiet tal-2018, li jirrappreżenta 1,3 % tal-ING tal-UE-27, sabiex jiġi żgurat il-livell ta' finanzjament meħtieġ għal politiki ewlenin tal-UE li se jippermettulhom iwettqu l-missjoni u l-objettivi tagħhom;

17.  Jitlob, f'dan il-kuntest, li dan il-livell ta' finanzjament li ġej ikun garantit għall-programmi u għall-politiki tal-UE, ippreżentat f'ordni li jirrifletti l-istruttura tal-QFP, kif ipproponiet il-Kummissjoni, u riprodott fit-tabella dettaljata (Annessi III u IV ta' din ir-riżoluzzjoni); jitlob li l-limiti massimi tal-impenji u tal-pagamenti rilevanti jiġu aġġustati f'dan is-sens, kif stabbilit fl-Anness 1 ta' din ir-riżoluzzjoni:

   i. jiżdied il-baġit għal Orizzont Ewropa biex jilħaq EUR 120 biljun fi prezzijiet tal-2018;
   ii. tiżdied l-allokazzjoni għall-Fond InvestEU sabiex tirrifletti aħjar il-livell tal-2014-2020 tal-istrumenti finanzjarji integrati fil-programm il-ġdid;
   iii. jiżdied il-livell ta' finanzjament għall-infrastrutturi tat-trasport permezz tal-programm Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE-Trasport);
   iv. jirdoppja l-finanzjament speċifiku għall-SMEs (meta mqabbel ma' COSME) fi programm ta' suq uniku, bil-għan li jiżdied l-aċċess tagħhom għas-swieq, jitjiebu l-kundizzjonijiet ta' negozju u l-kompetittività tal-impriżi, u tkun promossa l-imprenditorija;
   v. ikompli jiżdied il-programm ta' suq uniku biex jiffinanzja objettiv ġdid relatat mas-sorveljanza tas-suq;
   vi. jirdoppja l-livell propost ta' finanzjament għall-programm tal-UE dwar il-ġlieda kontra l-frodi, u jiżdied il-livell ta' finanzjament għall-programm FISCALIS;
   vii. tiġi introdotta allokazzjoni speċifika favur it-turiżmu sostenibbli;
   viii. ikompli jissaħħaħ il-programm spazjali Ewropew, speċjalment biex jissaħħu l-SSA / GOVSATCOM kif ukoll Copernicus;
   ix. jinżamm il-finanzjament tal-politika ta' koeżjoni għall-UE-27 fil-livell tal-baġit tal-2014-2020 f'termini reali;
   x. jirduppjaw ir-riżorsi biex jiġi indirizzat il-qgħad fost iż-żgħażagħ fil-FSE+ (meta mqabbel mal-programm attwali bl-isem Inizjattiva favur l-Impjiegi taż-Żgħażagħ) filwaqt li jiġu żgurati l-effikaċja u l-valur miżjud tal-iskema;
   xi. tiġi introdotta allokazzjoni speċifika (EUR 5,9 biljun) għall-Garanzija għat-Tfal, biex il-faqar fost it-tfal jiġi indirizzat kemm fi ħdan l-UE kif ukoll permess tal-azzjonijiet esterni tagħha;
   xii. jittriplika l-baġit attwali għall-programm Erasmus+;
   xiii. jiġi żgurat livell suffiċjenti ta' finanzjament għall-programm DiscoverEU (Interrail);
   xiv. jiżdied il-finanzjament attwali għall-programm Ewropa Kreattiva;
   xv. jiżdied il-finanzjament attwali għall-programm "Drittijiet u Valuri" u tiġi introdotta allokazzjoni speċifika għal linja ġdida relatata mal-valuri tal-Unjoni (tal-anqas EUR 500 miljun), b'risq l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jippromwovu l-valuri fundamentali u d-demokrazija fl-UE fil-livell lokali u f'dak nazzjonali;
   xvi. jinżamm il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (PAK) għall-UE-27 fil-livell tal-baġit tal-2014-2020 f'termini reali, filwaqt li jiġi jiddaħħal fil-baġit l-ammont inizjali tar-riżerva agrikola;
   xvii. jissaħħaħ b'10 % il-livell tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, f'konformità mal-missjoni l-ġdida tiegħu fir-rigward tal-ekonomija blu;
   xviii. jirdoppja l-finanzjament attwali għall-programm Life+, inklużi pakketti ddedikati għall-bijodiversità u għall-ġestjoni tan-netwerk Natura 2000;
   xix. tiġi introdotta allokazzjoni speċifika (EUR 4,8 biljun) għal Fond għal Tranżizzjoni Enerġetika Ġusta ġdid biex jindirizza l-impatti soċjetali, soċjoekonomiċi u ambjentali fuq il-ħaddiema u l-komunitajiet milquta negattivament mit-tranżizzjoni mid-dipendenza mill-faħam u mill-karbonju;
   xx. jissaħħaħ/jissaħħu l-istrument(i) li jappoġġja(w) il-politiki tal-viċinat u tal-iżvilupp (EUR 3,5 biljun) sabiex ikompli jingħata kontribut biex jiġi ffinanzjat pjan ta' investiment għall-Afrika;
   xxi. jerġa' jinġieb tal-anqas il-livell tal-2020 għall-aġenziji kollha, filwaqt li jiġi difiż il-livell ogħla propost mill-Kummissjoni, anki għall-aġenziji li ġewlhom fdati kompetenzi u responsabbiltajiet ġodda, u li jintalab approċċ komprensiv rigward il-finanzjament permezz tat-tariffi;
   xxii. jinżamm il-livell tal-finanzjament 2014-2020 għal bosta programmi tal-UE (eż. dwar id-diżattivazzjoni nukleari, il-kooperazzjoni mal-pajjiżi u territorji extra-Ewropej), anki għal dawk li għalihom saru proposti għal fużjoni fi programmi akbar (eż. dwar l-assistenza għal dawk l-aktar fil-bżonn, is-saħħa, id-drittijiet tal-konsumatur) u għal dawk li għalihom il-proposta tal-Kummissjoni tirrappreżenta b'hekk tnaqqis f'termini reali;
   xxiii. jiġu ffissati, suġġett għall-bidliet imsemmijin hawn fuq, il-pakketti finanzjarji tal-programmi l-oħrajn kollha fil-livell propost mill-Kummissjoni, anki għall-FNE-Enerġija, għall-FNE-Diġitali, għall-programm Ewropa Diġitali, għall-Fond Ewropew għad-Difiża u għall-għajnuna umanitarja;

18.  Għandu l-ħsieb li jiżgura livell ta' finanzjament suffiċjenti abbażi tal-proposta tal-Kummissjoni għall-"Migrazzjoni u Ġestjoni tal-Fruntieri" (intestatura 4) u s-"Sigurtà u Difiża" li tinkludi r-Rispons għall-Kriżijiet (intestatura 5); jafferma mill-ġdid il-pożizzjoni tiegħu li ilu jħaddan skont liema l-prijoritajiet politiċi addizzjonali għandhom jingħaqdu flimkien ma' mezzi finanzjarji addizzjonali, sabiex ma ssirx ħsara għall-politiki u għall-programmi eżistenti u għall-finanzjament tagħhom skont il-QFP il-ġdid;

19.  Għandu l-ħsieb li jiddefendi l-proposta tal-Kummissjoni dwar l-iżgurar ta' livell suffiċjenti ta' finanzjament għal amministrazzjoni pubblika Ewropea b'saħħitha, effiċjenti u ta' kwalità għolja għas-servizz taċ-ċittadini Ewropej kollha; ifakkar li, matul il-QFP attwali, l-istituzzjonijiet u l-aġenziji deċentralizzati tal-UE implimentaw tnaqqis ta' 5 % fil-persunal u jemmen li dawn ma għandhom ikunu suġġetti għall-ebda tnaqqis ieħor li jostakola b'mod dirett ir-realizzazzjoni tal-politiki tal-Unjoni; itenni, għal darb'oħra, l-oppożizzjoni qawwija tiegħu għar-ripetizzjoni tal-hekk imsejħa riżerva ta' riallokazzjoni għall-aġenziji;

20.  Huwa determinat li jevita kriżi oħra tal-pagamenti fl-ewwel snin tal-QFP tal-2021-2027, kif kien il-każ matul il-perjodu attwali; iqis li l-limitu massimu kumplessiv tal-pagamenti jrid jieħu kont tal-volum bla preċedenti ta' impenji pendenti fi tmiem l-2020 – li d-daqs stmat tagħhom għadu qiegħed jikber b'mod kostanti minħabba dewmien konsiderevoli fl-implimentazzjoni – li għandhom ikunu saldati fl-ambitu tal-QFP li jmiss; jitlob, għaldaqstant, li l-livell globali tal-pagamenti kif ukoll il-limiti massimi annwali tal-pagamenti, b'mod partikolari fil-bidu tal-perjodu, ikunu ffissati f'livell xieraq li jqis din is-sitwazzjoni wkoll; għandu l-ħsieb li jaċċetta biss diskrepanza limitata u ġustifikata tajjeb bejn l-impenji u l-pagamenti għall-QFP li jmiss;

21.  Jippreżenta, fuq din il-bażi, tabella fl-Anness III u IV ta' din ir-riżoluzzjoni li tistabbilixxi ċ-ċifri eżatti proposti għal kull politika u programm tal-UE; jiddikjara li, għal finijiet ta' tqabbil, għandu l-ħsieb li jżomm l-istruttura tal-programmi individwali tal-UE kif ġie propost mill-Kummissjoni, mingħajr l-ebda preġudizzju għal bidliet possibbli li jistgħu jintalbu matul il-proċedura leġiżlattiva li twassal għall-adozzjoni ta' dawn il-programmi;

Reviżjoni ta' nofs it-terminu

22.  Jissottolinja l-ħtieġa li tinżamm reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP, li tibni fuq il-preċedent pożittiv stabbilit fil-qafas attwali, u jitlob li jkun hemm:

   i. reviżjoni ta' nofs it-terminu obbligatorja u ġuridikament vinkolanti, li tkun is-segwitu ta' rieżami tal-funzjonament tal-QFP u li tqis valutazzjoni tal-progress li jsir lejn l-objettiv klimatiku, l-integrazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, tal-impatt tal-miżuri ta' semplifikazzjoni fuq il-benefiċjarji;
   ii. il-proposta tal-Kummissjoni rilevanti li għandha tiġi ppreżentata f'ħin utli għal-laqgħa li jmiss tal-Parlament u tal-Kummissjoni biex isir aġġustament sinifikanti tal-qafas tal-2021-2027, u mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2023;
   iii. il-pakketti nazzjonali allokati minn qabel ma għandhomx jitnaqqsu permezz ta' din ir-reviżjoni;

Flessibbiltà

23.  Jilqa' pożittivament il-proposti tal-Kummissjoni dwar il-flessibbiltà, li jirrappreżentaw bażi tajba għan-negozjati; jaqbel mal-arkitettura ġenerali tal-mekkaniżmi tal-flessibbiltà fil-QFP tal-2021-2027; jenfasizza li l-istrumenti speċjali għandhom missjonijiet differenti u jirrispondu għal bżonnijiet differenti, u jopponi kull tentattiv ta' fużjoni tagħhom; jappoġġja bil-qawwa d-dispożizzjoni ċara skont liema kemm l-approprjazzjonijiet ta' impenn kif ukoll dawk ta' pagament li jirriżultaw mill-użu ta' strumenti speċjali għandhom jiddaħħlu fil-baġit oltre l-limiti massimi rilevanti tal-QFP, kif ukoll it-tneħħija ta' kwalunkwe ffissar ta' limitu massimu għall-aġġustamenti li jirriżultaw mill-marġni globali għall-pagamenti; jitlob li jiġi introdott titjib addizzjonali, fost oħrajn, dawn li ġejjin:

   i. ir-rikostituzzjoni tar-riżerva tal-Unjoni b'ammont ekwivalenti għad-dħul li jirriżulta mill-multi u mill-penali;
   ii. l-użu mill-ġdid immedjat tad-diżimpenji li jkunu saru matul is-sena n-2, inklużi dawk li jirriżultaw mill-impenji li jkunu saru fil-QFP attwali;
   iii. it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-ammonti dekaduti tal-istrumenti speċjali għall-istrumenti speċjali u mhux biss għall-Istrument ta' Flessibbiltà;
   iv. allokazzjoni akbar għall-Istrument ta' Flessibbiltà, għar-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza, għall-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea u għall-Marġni ta' Kontinġenza, meta dan tal-aħħar ma jkollux tpaċija obbligatorja.

Tul ta' żmien

24.  Jissottolinja l-ħtieġa li t-tul ta' żmien tal-QFP jgħaddi progressivament għal perjodu ta' 5+5, b'reviżjoni ta' nofs it-terminu obbligatorja; jaċċetta li l-QFP li jmiss għandu jkun stabbilit għal perjodu ta' seba' snin bħala soluzzjoni ta' tranżizzjoni li għandha tiġi applikata għall-aħħar darba; jistenna li l-arranġamenti dettaljati marbuta mal-implimentazzjoni ta' qafas 5+5 jiġu approvati f'ħin utli għar-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP tal-2021-2027;

Struttura

25.  Jaċċetta l-istruttura ġenerali ta' seba' intestaturi tal-QFP, kif ġie propost mill-Kummissjoni, li fil-biċċa l-kbira tikkorrispondi għall-proposta tal-Parlament stess; jikkunsidra li din l-istruttura tippermetti aktar trasparenza, ittejjeb il-viżibbiltà tan-nefqa tal-UE, filwaqt li żżomm il-grad meħtieġ ta' flessibbiltà; jaqbel, barra minn hekk, mal-ħolqien ta' "raggruppamenti ta' programmi" li huma mistennija li jwasslu għal semplifikazzjoni u razzjonalizzazzjoni sinifikanti tal-istruttura tal-baġit tal-UE u l-allinjament ċar tagħha mal-intestaturi tal-QFP;

26.  Jinnota li l-Kummissjoni tipproponi li tnaqqas l-għadd ta' programmi tal-UE b'aktar minn terz; jenfasizza li l-pożizzjoni tal-Parlament fir-rigward tal-istruttura u l-kompożizzjoni tas-37 programm il-ġdid se jkunu ddeterminati matul l-adozzjoni tal-atti leġiżlattivi settorjali rilevanti; jistenna, f'kull każ, li n-nomenklatura proposta tal-baġit tirrifletti l-komponenti differenti kollha ta' kull programm, b'tali mod li jiżgura t-trasparenza u jipprovdi l-livell ta' informazzjoni meħtieġ biex l-awtorità baġitarja tistabbilixxi l-baġit annwali u tissorvelja l-implimentazzjoni tiegħu;

Unità tal-baġit

27.  Jilqa' pożittivament l-integrazzjoni proposta tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp fil-baġit tal-Unjoni, li tagħti tweġiba għal talba li kienet ilha ssir mill-Parlament għall-istrumenti kollha li ma jiġux inklużi fil-baġit; ifakkar li l-prinċipju tal-unità, skont liema l-partiti kollha tad-dħul u tan-nefqa tal-Unjoni jintwerew fil-baġit, huwa kemm rekwiżit tat-Trattat kif ukoll prekundizzjoni bażika tad-demokrazija;

28.  Jikkontesta, għalhekk, il-loġika u l-ġustifikazzjoni tal-istabbiliment ta' strumenti barra l-baġit, fatt li jipprevjeni s-sorveljanza parlamentari tal-finanzi pubbliċi u jimmina t-trasparenza tat-teħid ta' deċiżjonijiet; jikkunsidra li d-deċiżjonijiet biex jiġu stabbiliti dawn l-istrumenti jeskludu l-Parlament fir-responsabbiltà tripliċi tiegħu bħala awtorità leġiżlattiva, baġitarja u ta' kontroll; jikkunsidra li, jekk jitqiesu neċessarji eċċezzjonijiet biex jintlaħqu objettivi speċifiċi, pereżempju permezz ta' strumenti finanzjarji jew fondi fiduċjarji, dawn għandhom ikunu totalment trasparenti, debitament ġustifikati minn addizzjonalità u valur miżjud murija bil-provi, u sostnuti minn proċeduri deċiżjonali sodi u minn dispożizzjonijiet fil-qasam tal-obbligu ta' rendikont;

29.  Jenfasizza, madankollu, li l-integrazzjoni ta' dawn l-istrumenti fil-baġit tal-UE ma għandhiex tirriżulta fi tnaqqis tal-finanzjament tal-politiki u tal-programmi l-oħra tal-UE; jissottolinja, għalhekk, il-ħtieġa li jiġi deċiż il-livell globali tal-QFP li jmiss mingħajr ma tiġi kkalkolata l-allokazzjoni ta' 0,03 % tal-ING tal-UE li tikkorrispondi għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, li għandu jiżdied flimkien mal-limiti massimi miftiehma;

30.  Jenfasizza li l-limiti massimi tal-QFP ma għandhomx jostakolaw il-finanzjament tal-objettivi politiċi tal-Unjoni permezz tal-baġit tal-Unjoni; jistenna, għalhekk, li tiġi żgurata reviżjoni 'l fuq tal-limiti massimi tal-QFP kull meta tkun meħtieġa għall-finanzjament ta' objettivi politiċi ġodda, mingħajr ma jsir rikors għal metodi ta' finanzjament intergovernattiv;

B.KWISTJONIJIET LEĠIŻLATTIVI

Stat tad-Dritt

31.  Jisħaq fuq l-importanza tal-mekkaniżmu l-ġdid li jiżgura r-rispett għall-valuri stipulati fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), fejn l-Istati Membri li ma jirrispettawhomx għandhom ikunu soġġetti għal konsegwenzi finanzjarji; iwissi, madankollu, li l-benefiċjarji finali tal-baġit tal-Unjoni bl-ebda mod ma għandhom jiġu affettwati mill-fatt li l-gvern tagħhom jinjora d-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt; jissottolinja, għalhekk, li dawn il-miżuri ma għandhomx jaffettwaw l-obbligu tal-entitajiet tal-gvern jew tal-Istati Membri li jagħmlu pagamenti lill-benefiċjarji finali jew lir-riċevituri;

Proċedura leġiżlattiva ordinarja u atti delegati

32.  Jisħaq li l-objettivi tal-programm u l-prijoritajiet ta' nfiq, l-allokazzjonijiet finanzjarji, l-eliġibbiltà, il-kriterji tal-għażla u tal-għoti, il-kundizzjonijiet, id-definizzjonijiet, u l-metodi ta' kalkolu għandhom jiġu determinati fil-leġiżlazzjoni rilevanti, b'osservanza sħiħa tal-prerogattivi tal-Parlament bħala koleġiżlatur; jissottolinja li, meta tali miżuri, li jistgħu jinvolvu għażliet importanti ta' politika, ma jiġux inklużi fl-att bażiku, huma għandhom jiġu adottati permezz ta' atti delegati; huwa tal-fehma, f'dan il-kuntest, li l-programmi ta' ħidma pluriennali u/jew annwali b'mod ġenerali għandhom jiġu adottati permezz ta' atti delegati;

33.  Jiddikjara l-intenzjoni tal-Parlament, kull meta jkun meħtieġ, li jsaħħaħ id-dispożizzjonijiet dwar il-governanza, l-obbligu ta' rendikont, it-trasparenza u s-sorveljanza parlamentari, dwar l-għoti ta' setgħa lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u lis-sħab tagħhom, kif ukoll dwar l-involviment tal-NGOs u tas-soċjetà ċivili fil-ġenerazzjoni li jmiss ta' programmi; beħsiebu wkoll itejjeb u jiċċara, fejn meħtieġ, il-koerenza u s-sinerġiji bejn u fi ħdan id-diversi fondi u politiki; jirrikonoxxi l-ħtieġa għal aktar flessibbiltà fl-allokazzjoni tar-riżorsi fi ħdan ċerti programmi, iżda jisħaq li dan ma għandux isir għad-detriment tal-objettivi ta' politika oriġinali u fit-tul tagħhom, tal-prevedibbiltà u tad-drittijiet tal-Parlament;

Klawżoli ta' rieżami

34.  Jindika li fil-programmi u fl-istrumenti individwali tal-QFP għandhom jiġu inklużi klawżoli ta' rieżami dettaljati u effettivi, sabiex jiġi żgurat li jsiru valutazzjonijiet sinifikanti tagħhom u li sussegwentement il-Parlament ikun involut bis-sħiħ f'kull deċiżjoni li tittieħed dwar l-adattamenti meħtieġa;

Proposti leġiżlattivi

35.  Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta l-proposti leġiżlattivi rilevanti oltre dawk li diġà ressqet, u b'mod partikolari proposta għal regolament li jistabbilixxi Fond ta' Tranżizzjoni Ġusta tal-Enerġija kif ukoll programm speċifiku dwar it-turiżmu sostenibbli; jappoġġja, barra minn hekk, l-introduzzjoni tal-Garanzija Ewropea għat-Tfal fl-FSE+, l-integrazzjoni ta' linja ta' valuri speċifika tal-Unjoni fil-programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri, kif ukoll reviżjoni tar-Regolament li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea; jiddispjaċih li l-proposti rilevanti tal-Kummissjoni ma jinkludux miżuri li jirrispondu għar-rekwiżiti tal-Artikolu 174 tat-TFUE fir-rigward tar-reġjuni tat-tramuntana mbiegħda b'densità ta' popolazzjoni baxxa ħafna, u reġjuni insulari, transkonfinali u muntanjużi; jikkunsidra li reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju għandha tiġi proposta wkoll kull meta jkun hemm il-ħtieġa bħala riżultat tan-negozjati tal-QFP;

C.RIŻORSI PROPRJI

36.  Jisħaq li s-sistema attwali tar-Riżorsi Proprji hija kumplessa ħafna, mhijiex ġusta u lanqas trasparenti, u hija totalment inkomprensibbli għaċ-ċittadini tal-UE; jitlob għal darb'oħra biex ikun hemm sistema simplifikata li ċ-ċittadini tal-UE jkunu jistgħu jifhmu aħjar;

37.  Jilqa', f'dan il-kuntest, is-sett ta' proposti tal-Kummissjoni adottati fit-2 ta' Mejju 2018 dwar sistema ġdida ta' Riżorsi Proprji bħala pass importanti lejn riforma aktar ambizzjuża; jistieden lill-Kummissjoni tqis l-Opinjoni Nru 5/2018 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-proposta tal-Kummissjoni dwar is-sistema l-ġdida ta' Riżorsi Proprji tal-Unjoni Ewropea, li tissottolinja li hemm bżonn ta' kalkolu aħjar u simplifikazzjoni ulterjuri tas-sistema;

38.  Ifakkar fil-fatt li l-introduzzjoni ta' Riżorsi Proprji ġodda għandu jkollha għan doppju: l-ewwel nett, biex ikun hemm tnaqqis sostanzjali fil-proporzjon tal-kontribuzzjonijiet ibbażati fuq l-ING, u t-tieni nett, biex jiġi garantit il-finanzjament adegwat tal-infiq tal-UE taħt il-QFP ta' wara l-2020;

39.  Jappoġġja l-modernizzazzjoni ssuġġerita tar-Riżorsi Proprji eżistenti, li timplika li:

   jinżammu d-dazji doganali bħala Riżorsi Proprji tradizzjonali għall-UE, filwaqt li jitnaqqas il-perċentwal li jżommu l-Istati Membri bħala "kost tal-ġbir" u jmorru lura għar-rata inizjali ta' 10 %;
   tiġi ssimplifikata r-Riżorsa Proprja bbażata fuq it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud, jiġifieri, tiġi introdotta rata ta' ġbir uniformi mingħajr eċċezzjonijiet;
   tinżamm ir-Riżorsa Proprja bbażata fuq l-ING, bl-għan li s-sehem tagħha fil-finanzjament tal-baġit tal-UE jersaq progressivament lejn 40 %, filwaqt li tinżamm il-funzjoni ta' bilanċ tagħha;

40.  Jitlob, skont il-proposta tal-Kummissjoni, l-introduzzjoni programmata ta' grupp ta' Riżorsi Proprji ġodda li, mingħajr ma jżid il-piż fiskali għaċ-ċittadini, jikkorrispondi għal għanijiet strateġiċi essenzjali tal-UE, li l-valur miżjud Ewropew ta' dawn huwa evidenti u insostitwibbli:

   il-funzjonament tajjeb, il-konsolidazzjoni u t-tisħiħ tas-suq uniku, b'mod partikolari permezz tal-implimentazzjoni ta' bażi komuni konsolidata għat-taxxa korporattiva (BKKTK) bħala bażi għal Riżorsa Proprja ġdida permezz tal-istabbiliment ta' rata tat-taxxa uniformi fuq id-dħul mill-BKKTK u t-tassazzjoni ta' kumpaniji kbar fis-settur diġitali li tibbenefika mis-suq uniku;
   il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-aċċellerazzjoni tat-tranżizzjoni tal-enerġija, permezz ta' miżuri bħal sehem tal-introjtu mill-iskema għan-negozjar ta' emissjonijiet;
   il-ġlieda biex jiġi protett l-ambjent permezz ta' kontribuzzjoni bbażata fuq il-kwantità ta' imballaġġi tal-plastik li ma ġewx riċiklati;

41.  Jesiġi l-estensjoni tal-lista ta' Riżorsi Proprji ġodda potenzjali, li għandha tinkludi:

   Riżorsa Proprja bbażata fuq Taxxa fuq it-Tranżazzjonijiet Finanzjarji (TTF), filwaqt li tappella lill-Istati Membri kollha biex jilħqu ftehim dwar skema effiċjenti;
   l-introduzzjoni ta' mekkaniżmu ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera bħala Riżorsa Proprja ġdida għall-baġit tal-UE, li għandu jiżgura kundizzjonijiet ekwivalenti fil-kummerċ internazzjonali u jnaqqas id-delokalizzazzjoni tal-produzzjoni, filwaqt li jinternalizza l-kost tat-tibdil fil-klima fil-prezzijiet tal-oġġetti importati;

42.  Jesprimi approvazzjoni qawwija tal-abolizzjoni tar-ribassi kollha u mekkaniżmi oħra ta' korrezzjoni, akkumpanjata, f'każ li jkun hemm il-ħtieġa, minn perjodu limitat ta' eliminazzjoni gradwali;

43.  Jinsisti fuq l-introduzzjoni ta' dħul ieħor li għandu jikkostitwixxi aktar dħul għall-baġit tal-UE mingħajr ma jinvolvi tnaqqis korrispondenti fil-kontribuzzjonijiet tal-ING:

   multi mħallsa mill-kumpaniji talli jiksru r-regoli tal-Unjoni jew multi għal pagamenti tard tal-kontribuzzjonijiet;
   rikavati minn multi ġġenerati minn sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, inklużi pagamenti ta' somma f'daqqa jew ta' penali imposti fuq l-Istati Membri, li jirriżultaw minn azzjonijiet ta' ksur;

44.  Jissottolinja, barra minn hekk, l-introduzzjoni ta' forom oħra ta' dħul, f'konformità mal-proposti tal-Kummissjoni, fil-każ ta':

   spejjeż marbuta mal-implimentazzjoni ta' mekkaniżmi li jkunu f'relazzjoni diretta mal-UE, bħas-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS);
   sinjoraġġ, fil-forma ta' dħul assenjat, bl-għan li tiġi ffinanzjata Funzjoni Ewropea ta' Stabbilizzazzjoni tal-Investimenti;

45.  Jindika l-ħtieġa li tinżamm il-kredibbiltà tal-baġit tal-UE fil-konfront tas-swieq finanzjarji, li timplika żieda fil-limiti massimi tar-Riżorsi Proprji;

46.  Jistieden lill-Kummissjoni toħroġ bi proposta biex tindirizza s-sitwazzjoni paradossali li permezz tagħha l-kontribuzzjonijiet mir-Renju Unit għal reste à liquider (RAL) qabel l-2021 jidħlu fil-baġit bħala dħul ġenerali, u b'hekk jingħaddu mal-limitu tar-Riżorsi Proprji, filwaqt li dak il-limitu massimu se jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-ING tal-UE-27, fi kliem ieħor mingħajr ir-Renju Unit, ladarba l-pajjiż ikun ħalla l-UE; iqis li l-kontribuzzjonijiet tar-Renju Unit għandhom, għall-kuntrarju, jiġu kkalkulati b'żieda fuq il-limitu tar-Riżorsi Proprji;

47.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-unjoni doganali hija sors importanti tal-kapaċità finanzjarja tal-Unjoni; jisħaq, f'dan il-kuntest, fuq il-ħtieġa li jiġu armonizzati l-kontroll u l-ġestjoni doganali fl-Unjoni kollha sabiex jiġu evitati u miġġielda l-frodi u l-irregolaritajiet li jagħmlu ħsara lill-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

48.  Iħeġġeġ ġlieda ġenwina kontra l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa, bl-introduzzjoni ta' sanzjonijiet dissważivi, għat-territorji offshore u għall-faċilitaturi jew il-promoturi ta' tali attivitajiet, b'mod partikolari u bħala l-ewwel pass dawk li joperaw fl-Ewropa kontinentali; jemmen li l-Istati Membri għandhom jikkooperaw billi jistabbilixxu sistema kkoordinata għall-monitoraġġ tal-movimenti ta' kapital sabiex jiġġieldu l-evażjoni tat-taxxa, l-evitar tat-taxxa u l-ħasil tal-flus;

49.  Huwa tal-fehma li l-ġlieda effettiva kontra l-korruzzjoni u l-evażjoni tat-taxxa pprattikati mill-kumpaniji multinazzjonali u dawk l-aktar sinjuri, għandha tpoġġi lura fil-baġits nazzjonali tal-Istati Membri somma ta' madwar elf biljun Euro fis-sena, skont il-Kummissjoni Ewropea, u li f'dan il-każ kien hemm nuqqas reali ta' azzjoni mill-Unjoni Ewropea;

50.  Jappoġġja bil-qawwa l-preżentazzjoni ta' proposta mill-Kummissjoni għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri li jimplimentaw is-sistema tar-Riżorsi Proprji tal-Unjoni Ewropea (COM(2018)0327); ifakkar li l-Parlament irid jagħti l-approvazzjoni tiegħu għal dan ir-regolament; ifakkar li dan ir-regolament huwa parti integrali mill-pakkett tar-Riżorsi Proprji ppreżentat mill-Kummissjoni, u jistenna li l-Kunsill jindirizza l-erba' testi relatati dwar ir-Riżorsi Proprji bħala pakkett wieħed flimkien mal-QFP;

D.MODIFIKI GĦALL-PROPOSTA GĦAL REGOLAMENT LI JISTABBILIXXI L-QFP 2021-2027

51.  Huwa tal-fehma li l-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021-2027 għandha tiġi modifikata kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni   Modifika
Modifika 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
(1)  Meta titqies il-ħtieġa ta' livell adegwat ta' prevedibbiltà għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' investimenti fuq terminu medju, it-tul tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) jenħtieġ li jiġi stabbilit għal seba' snin li jibdew fl-1 ta' Jannar 2021.
(1)  Meta titqies il-ħtieġa ta' livell adegwat ta' prevedibbiltà għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' investimenti fuq terminu medju kif ukoll il-ħtieġa għal-leġittimità demokratika u l-obbligu ta' rendikont, it-tul ta' dan il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) jenħtieġ li jiġi stabbilit għal seba' snin li jibdew fl-1 ta' Jannar 2021 bil-ħsieb li sussegwentement jinbidel għal perjodu ta' ħames snin li jistgħu jiżdiedu ħames snin oħra miegħu li jkun allinjat maċ-ċiklu politiku tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni.
Modifika 2
Proposta għal regolament
Premessa 2
(2)  Il-limiti massimi annwali għall-approprjazzjonijiet ta' impenn skont il-kategorija tan-nefqa u l-limiti massimi annwali għall-approprazzjonijiet ta' pagament stabbiliti mill-QFP iridu jirrispettaw il-limiti massimi applikabbli għall-impenji u r-riżorsi proprji, li huma stabbiliti skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea adottata skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 311 TFUE.
(2)  Il-QFP jenħtieġ li jistabbilixxi limiti massimi annwali għall-approprjazzjonijiet ta' impenn skont il-kategorija tan-nefqa u limiti massimi annwali għall-approprjazzjonijiet ta' pagament sabiex jiżgura li n-nefqa tal-Unjoni tiżviluppa b'mod ordnat u fi ħdan il-limiti tar-Riżorsi Proprji tagħha stess, filwaqt li jiżgura wkoll li l-Unjoni tkun tista' tipprovdi lilha nfisha l-mezzi meħtieġa biex tilħaq l-għanijiet tagħha u twettaq il-politiki tagħha f'konformità mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 311 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u tkun tista' tonora l-obbligi tagħha għall-partijiet terzi f'konformità mal-Artikolu 323 tat-TFUE.
Modifika 3
Proposta għal regolament
Premessa 2a (ġdida)
(2a)  Il-livell ta' limiti massimi jenħtieġ li jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-ammonti neċessarji għall-iffinanzjar u t-tħaddim tal-programmi u tal-politiki tal-Unjoni kif ukoll skont il-marġni rikjesti li għandhom jitħallew disponibbli għal aġġustamenti għal ħtiġijiet futuri. Barra minn hekk, il-limiti massimi għall-pagamenti jenħtieġ li jikkunsidraw l-ammont kbir ta' impenji pendenti previsti sa tmiem l-2020. Jenħtieġ li jintlaħaq qbil dwar l-ammonti stipulati f'dan ir-Regolament kif ukoll fl-atti bażiċi għall-programmi 2021-2027 fi prezzijiet tal-2018 u, għal raġunijiet ta' simplifikazzjoni u prevedibbiltà, dawn jenħtieġ li jiġu aġġustati fuq il-bażi ta' deflatur fiss ta' 2 % fis-sena.
Modifika 4
Proposta għal regolament
Premessa 3
(3)   Jekk ikun neċessarju li jiġu mmobbilizzati l-garanziji mogħtija skont il-baġit ġenerali tal-Unjoni għall-assistenza finanzjarja għall-Istati Membri awtorizzata skont l-Artikolu 208(1)] tar-Regolament Nru UE [xxx/201x] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 17 ('ir-Regolament Finanzjarju'), l-ammont neċessarju jenħtieġ li jiġi mmobbilizzat lil hinn mil-limiti massimi tal-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament tal-QFP, filwaqt li jiġ rispettat il-limitu massimu tar-riżorsi proprji.
(3)   Jekk ikun neċessarju li jiġu mmobbilizzati l-garanziji mogħtija skont il-baġit ġenerali tal-Unjoni għall-assistenza finanzjarja għall-Istati Membri awtorizzata skont l-Artikolu 208(1)] tar-Regolament Nru UE [xxx/201x] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 17 ('ir-Regolament Finanzjarju'), l-ammont neċessarju jenħtieġ li jiġi mmobbilizzat lil hinn mil-limiti massimi tal-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament tal-QFP, u għalhekk jenħtieġ li jitqies meta jkun qed jiġi stabbilit kwalunkwe limitu massimu tar-riżorsi proprji.
Modifika 5
Proposta għal regolament
Premessa 4
(4)  L-QFP jenħtieġ li ma jqisx elementi tal-baġit iffinanzjati mid-dħul assenjat fis-sens tar-Regolament Finanzjarju.
(4)  Id-dħul assenjat li jiffinanzja partiti tal-baġit fis-sens tar-Regolament Finanzjarju jenħtieġ li ma jingħaddx mal-limiti massimi tal-QFP, iżda l-informazzjoni kollha disponibbli jenħtieġ li tintwera bi trasparenza sħiħa matul il-proċedura tal-adozzjoni tal-baġit annwali u matul l-implimentazzjoni tiegħu.
Modifika 6
Proposta għal regolament
Premessa 6
(6)   Jenħtieġ li tiġi implimentata flessibbiltà speċifika u dik massima possibbli biex l-Unjoni tkun tista' tissodisfa l-obbligi tagħha f'konformità mal-Artikolu 323 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).
(6)   Jenħtieġ li tiġi żgurata flessibbiltà massima fi ħdan il-QFP, b'mod partikolari biex jiġi żgurat li l-Unjoni tkun tista' tissodisfa l-obbligi tagħha f'konformità mal-Artikolu 311 u mal-Artikolu 323 tat-TFUE.
Modifika 7
Proposta għal regolament
Premessa 7
(7)   L-istrumenti speċjali li ġejjin huma meħtieġa biex jippermettu lill-Unjoni tirreaġixxi għal ċirkostanzi speċifiċi mhux previsti jew biex jippermettu l-finanzjament ta' nefqa identifikata b'mod ċar li ma tistax tiġi ffinanzjata fil-limiti massimi disponibbli għal intestatura waħda jew aktar kif stabbilit fl-QFP sabiex il-proċedura baġitarja tkun tista' taħdem mingħajr diffikultà: il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, ir-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza, il-Marġni Globali għall-Impenji (ir-Riżerva tal-Unjoni), l-Istrument ta' Flessibbiltà u l-Marġni ta' Kontinġenza. Ir-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza mhijiex immirata sabiex tindirizza l-konsegwenzi tal-kriżijiet relatati mas-suq li jaffettwaw il-produzzjoni jew id-distribuzzjoni agrikola. Għalhekk jenħtieġ li jkun hemm dispożizzjonijiet speċifiċi għall-possibbiltà li jiddaħħlu fil-baġit approprjazzjonijiet ta' impenn, u approprazzjonijiet ta' pagament li jikkorrispondu magħhom, lil hinn mil-limiti massimi stabbiliti fil-QFP, fejn ikun meħtieġ li jintużaw strumenti speċjali.
(7)  L-istrumenti speċjali li ġejjin huma meħtieġa biex jippermettu lill-Unjoni tirreaġixxi għal ċirkostanzi speċifiċi mhux previsti jew biex jippermettu l-finanzjament ta' nefqa identifikata b'mod ċar li ma tistax tiġi ffinanzjata fil-limiti massimi disponibbli għal intestatura waħda jew aktar kif stabbilit fl-QFP, biex b'hekk il-proċedura baġitarja annwali tkun tista' taħdem mingħajr diffikultà: il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, ir-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza, il-Marġni Globali għall-Impenji (ir-Riżerva tal-Unjoni għall-Impenji), l-Istrument ta' Flessibbiltà u l-Marġni ta' Kontinġenza. Għalhekk jenħtieġ li jkun hemm dispożizzjonijiet speċifiċi għall-possibbiltà li jiddaħħlu fil-baġit approprjazzjonijiet ta' impenn, u approprjazzjonijiet ta' pagament li jikkorrispondu magħhom, lil hinn mil-limiti massimi stabbiliti fil-QFP, fejn ikun meħtieġ li jintużaw strumenti speċjali.
Modifika 8
Proposta għal regolament
Premessa 7a (ġdida)
(7a)  B'mod partikolari, filwaqt li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jenħtieġ li jagħmlu kull sforz sabiex jiżguraw li l-impenji awtorizzati mill-awtorità baġitarja jiġu implimentati b'mod effettiv għall-iskop oriġinali tagħhom, jenħtieġ li jkun hemm il-possibbiltà li jiġu mobilizzati l-approprjazzjonijiet ta' impenn li ma kinux ġew eżegwiti jew li ġew diżimpenjati permezz tar-Riżerva tal-Unjoni għall-Impenji, sakemm dan ma jkunx mezz kif il-benefiċjarji jevitaw ir-regoli rilevanti ta' diżimpenn.
Modifika 9
Proposta għal regolament
Premessa 9
(9)   Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli għal sitwazzjonijiet oħra li jistgħu jitolbu aġġustament tal-QFP. Dawn l-aġġustamenti jistgħu jkunu relatati mal-adozzjoni tard ta' regoli jew programmi b'ġestjoni kondiviża ġodda, jew ma' miżuri marbuta mal-governanza ekonomika tajba jew mal-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni fil-każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri adottati skont l-atti bażiċi rilevanti.
(9)   Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli għal sitwazzjonijiet oħra li jistgħu jitolbu aġġustament tal-QFP. Dawn l-aġġustamenti jistgħu jkunu relatati mal-adozzjoni tard ta' regoli jew programmi b'ġestjoni kondiviża ġodda, jew mas-sospensjoni tal-impenji baġitarji skont l-atti bażiċi rilevanti.
Modifika 10
Proposta għal regolament
Premessa 10
(10)   Huwa neċessarju li jsir rieżami tal-funzjonament tal-QFP f'nofs it-terminu tal-implimentazzjoni tiegħu. Jenħtieġ li jittieħed kont tar-riżultati ta' dan ir-rieżami fi kwalunkwe reviżjoni ta' dan ir-Regolament għall-kumplament tas-snin tal-QFP.
(10)   Sabiex jitqiesu l-politiki u l-prijoritajiet il-ġodda, il-QFP jenħtieġ li jiġi rivedut f'nofs it-terminu abbażi ta' rieżami tal-funzjonament u tal-implimentazzjoni tal-QFP, li jenħtieġ li jinkludi wkoll rapport li jistabbilixxi l-metodi għall-implimentazzjoni prattika ta' qafas finanzjarju ta' ħames snin li jistgħu jiżdiedu ħames snin oħra miegħu.
Modifika 11
Proposta għal regolament
Premessa 10a (ġdida)
(10a)  Sabiex jitwettaq l-impenn tal-Unjoni li tkun minn ta' quddiem nett fl-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU, inkluża l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, ir-reviżjoni tal-QFP għandha titħejja b'kunsiderazzjoni tal-progress li jkun sar biex jiġi implimentat fil-politiki u fl-inizjattivi kollha tal-UE tal-QFP 2021-2027, imkejjel abbażi ta' indikaturi tal-prestazzjoni mfassla mill-Kummissjoni, kif ukoll progress fl-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fl-attivitajiet kollha tal-UE. Ir-reviżjoni tal-QFP għandha titħejja wkoll b'kunsiderazzjoni tal-progress li sar biex jintlaħaq l-objettiv globali li jingħata kontribut ta' 25 % tan-nefqa tal-UE għall-objettivi relatati mal-klima matul il-perjodu QFP 2021-2027 u biex jintlaħaq l-objettiv annwali ta' 30 % tal-infiq relatat mal-klima, li għandu jinkiseb malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard mill-2027, imkejjel abbażi tal-indikaturi tal-prestazzjoni li jagħmlu distinzjoni bejn il-mitigazzjoni u l-adattament. Jenħtieġ li r-reviżjoni tivvaluta wkoll, f'konsultazzjoni mal-partijiet interessati nazzjonali u lokali, jekk il-miżuri ta' simplifikazzjoni adottati fil-fatt kisbux tnaqqis fil-burokrazija għall-benefiċjarji fl-implimentazzjoni tal-programmi;
Modifika 12
Proposta għal regolament
Premessa 12a (ġdida)
(12a)  In-nefqa kollha fil-livell tal-Unjoni ddedikata għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni abbażi tat-Trattati hija nefqa tal-Unjoni fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 310(1) tat-TFUE, u għalhekk jenħtieġ li tiddaħħal fil-baġit tal-Unjoni f'konformità mal-proċedura baġitarja stabbilita fl-Artikolu 314 tat-TFUE, li b'hekk tiżgura rispett għall-prinċipji fundamentali tar-rappreżentanza demokratika taċ-ċittadini fit-teħid ta' deċiżjonijiet, is-sorveljanza parlamentari tal-finanzi pubbliċi u t-trasparenza tat-teħid ta' deċiżjonijiet. Il-limiti massimi tal-QFP ma jistgħux jostakolaw il-finanzjament permezz tal-baġit tal-Unjoni tal-objettivi ta' politika tal-Unjoni. Għalhekk, huwa neċessarju li jkun hemm dispożizzjoni għal reviżjoni 'l fuq tal-QFP kull meta din tkun meħtieġa sabiex tiffaċilita l-finanzjament tal-politika tal-Unjoni, b'mod partikolari objettivi ta' politika ġodda, mingħajr ma jsir rikors għal metodi ta' finanzjament intergovernattivi jew kważi intergovernattivi.
Modifika 13
Proposta għal regolament
Premessa 13
(13)  Huma meħtieġa wkoll regoli speċifiċi sabiex wieħed jittratta l-proġetti l-kbar tal-infrastruttura li l-ħajja tagħhom tmur sostanzjalment lil hinn mill-perjodu stabbilit għall-QFP. Huwa neċessarju li jiġu stabbiliti ammonti massimi għall-kontribuzzjonijiet mill-baġit ġenerali tal-Unjoni għal dawk il-proġetti biex b'hekk jiġi żgurat li ma jkollhom l-ebda impatt fuq proġetti oħra ffinanzjati minn dak il-baġit.
(13)  Huma meħtieġa wkoll regoli speċifiċi sabiex wieħed jittratta l-proġetti l-kbar tal-infrastruttura li l-ħajja tagħhom tmur sostanzjalment lil hinn mill-perjodu stabbilit għall-QFP. Il-finanzjament ta' dawn il-proġetti fuq skala kbira, li huma ta' importanza strateġika għall-Unjoni, jeħtieġ li jiġi żgurat fil-baġit ġenerali tal-Unjoni, iżda huwa neċessarju li jiġu stabbiliti ammonti massimi għall-kontribuzzjonijiet tiegħu għal dawk il-proġetti, biex b'hekk jiġi żgurat li l-kost żejjed possibbli ma jkollu l-ebda impatt fuq proġetti oħra ffinanzjati minn dak il-baġit;
Modifika 14
Proposta għal regolament
Premessa 14
(14)   Huwa neċessarju li jkun hemm dispożizzjoni għal regoli ġenerali dwar kooperazzjoni interistituzzjonali fil-proċedura baġitarja.
(14)  Huwa neċessarju li jkun hemm dispożizzjoni għal regoli ġenerali dwar trasparenza u kooperazzjoni interistituzzjonali fil-proċedura baġitarja, li tirrispetta s-setgħat baġitarji tal-istituzzjonijiet kif stabbilit fit-Trattati, sabiex jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet baġitarji jittieħdu bl-aktar mod miftuħ possibbli u kemm jista' jkun qrib taċ-ċittadin, kif meħtieġ mill-Artikolu 10(3) tat-TUE, u li l-proċedura baġitarja taħdem mingħajr diffikultà, kif previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 312(3) tat-TFUE.
Modifika 15
Proposta għal regolament
Premessa 15
(15)  Il-Kummissjoni jenħtieġ li tippreżenta proposta għall-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid qabel l-1 ta' Lulju 2025 sabiex l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu jadottawha kmieni biżżejjed qabel jibda l-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss. F'konformità mal-Artikolu 312(4) TFUE l-limiti massimi li jikkorrispondu mal-aħħar sena stabbilita f'dan ir-Regolament ikomplu japplikaw fil-każ li qafas ġdid ma jiġix adottat qabel tmiem it-terminu tal-QFP stabbilit f'dan ir-Regolament.
(15)  Il-Kummissjoni jenħtieġ li tippreżenta proposta għall-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid qabel l-1 ta' Lulju 2025. Dan il-perjodu ta' żmien se jipprovdi lill-Kummissjoni maħtura l-ġdida biż-żmien meħtieġ biex tfassal il-proposti tagħha, u jippermetti lill-Parlament Ewropew elett mill-elezzjonijiet tal-2024 jippreżenta l-pożizzjoni tiegħu dwar il-QFP wara l-2027. Se jippermetti wkoll li l-istituzzjonijiet jadottawha kmieni biżżejjed qabel jibda l-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss. F'konformità mal-Artikolu 312(4) TFUE l-limiti massimi li jikkorrispondu mal-aħħar sena stabbilita f'dan ir-Regolament ikomplu japplikaw fil-każ li qafas ġdid ma jiġix adottat qabel tmiem it-terminu tal-QFP stabbilit f'dan ir-Regolament.
Modifika 16
Proposta għal regolament
Kapitolu 1 – Artikolu 3 – titolu
Ir-Rispett tal-limitu massimu tar-riżorsi proprji
Relazzjoni mar-riżorsi proprji
Modifika 17
Proposta għal regolament
Kapitolu 1 – Artikolu 3 – paragrafu 4
4.  Għal kull waħda mis-snin koperti mill-QFP, l-approprjazzjonijiet totali għall-ħlasijiet meħtieġa, wara li jsir l-aġġustament annwali u wara li jitqiesu kwalunkwe aġġustamenti jew reviżjonijiet oħra, kif ukoll l-applikazzjoni tal-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 2, ma jistgħux ikunu tali li jipproduċu rata ta' ġbir tar-riżorsi proprji li taqbeż il-limitu massimu tar-riżorsi proprji stabbilit skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea adottata skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 311 TFUE ("id-Deċiżjoni tar-Riżorsi Proprji") fis-seħħ.
4.  Għal kull waħda mis-snin koperti mill-QFP, l-approprjazzjonijiet totali għall-ħlasijiet meħtieġa, wara li jsir l-aġġustament annwali u wara li jitqiesu kwalunkwe aġġustamenti jew reviżjonijiet oħra, kif ukoll l-applikazzjoni tal-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 2, ma jistgħux ikunu tali li jipproduċu rata ta' ġbir tar-riżorsi proprji li taqbeż il-limiti tar-riżorsi proprji tal-Unjoni, mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-Unjoni li tipprovdi lilha nfisha l-mezzi neċessarji biex tilħaq l-objettivi tagħha u twettaq il-politiki tagħha f'konformità mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 311 tat-TFUE, u l-obbligu tal-istituzzjonijiet li jiżguraw li jagħmlu l-mezzi finanzjarji disponibbli sabiex l-Unjoni tkun tista' tissodisfa l-obbligi legali tagħha fir-rigward tal-partijiet terzi f'konformità mal-Artikolu 323 tat-TFUE.
Modifika 18
Proposta għal regolament
Kapitolu 1 – Artikolu 3 – paragrafu 5
5.  Fejn ikun meħtieġ, il-limiti massimi stabbiliti fil-QFP għandhom jitbaxxew sabiex tiġi żgurata konformità mal-limitu massimu tar-riżorsi proprji stabbilit skont id-Deċiżjoni tar-Riżorsi Proprji fis-seħħ.
imħassar
Modifika 19
Proposta għal regolament
Kapitolu 2 – Artikolu 5 – paragrafu 4
4.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 6, 7 u 8 l-ebda aġġustament tekniku ieħor ma għandu jsir fir-rigward tas-sena inkwistjoni, la matul is-sena u lanqas bħala korezzjonijiet ex post fis-snin sussegwenti.
imħassar
Modifika 20
Proposta għal regolament
Kapitolu 2 – Artikolu 7 – titolu
Aġġustamenti relatati ma' miżuri marbuta mal-governanza ekonomika tajba jew mal-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni fil-każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri
Aġġustamenti relatati mas-sospensjoni tal-impenji baġitarji
Modifika 21
Proposta għal regolament
Kapitolu 2 – Artikolu 7
Fil-każ tat-tneħħija, skont l-atti bażiċi rilevanti, ta' sospensjoni ta' impenji baġitarji dwar fondi tal-Unjoni fil-kuntest ta' miżuri marbuta mal-governanza ekonomika tajba jew mal-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni fil-każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, l-ammonti li jikkorrispondu mal-impenji sospiżi għandhom jiġu trasferiti għas-snin ta' wara u l-limiti massimi li jikkorrispondu magħhom tal-QFP għandhom jiġu aġġustati skont dan. L-impenji sospiżi tas-sena n ma jistgħux jerġgħu jidħlu fil-baġit ta' wara s-sena n+2.
Fil-każ tat-tneħħija, skont l-atti bażiċi rilevanti, ta' sospensjoni ta' impenji baġitarji, l-ammonti li jikkorrispondu għandhom jiġu trasferiti għas-snin ta' wara u l-limiti massimi li jikkorrispondu magħhom tal-QFP għandhom jiġu aġġustati skont dan. L-impenji sospiżi tas-sena n ma jistgħux jerġgħu jidħlu fil-baġit ta' wara s-sena n+2. Mis-sena n+3, ammont ekwivalenti għall-impenji li skadew għandu jiddaħħal fir-Riżerva tal-Unjoni għall-Impenji prevista fl-Artikolu 12.
Modifika 22
Proposta għal regolament
Kapitolu 3 – Artikolu 10 – paragrafu 1
1.  Il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, li l-objettivi u l-ambitu tiegħu huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002, ma għandux jaqbeż l-ammont massimu annwali ta' EUR 600 miljun (prezzijiet tal-2018). Fl-1 ta' Ottubru ta' kull sena, mill-inqas kwart minn dak l-ammont annwali għandu jibqa' disponibbli biex ikopri ħtiġijiet li jinqalgħu sa tmiem dik is-sena. Il-porzjon tal-ammont annwali mhux użat fis-sena n jista' jintuża sas-sena n+1. Il-porzjon tal-ammont annwali li jirriżulta mis-sena preċedenti għandu jiddaħħal l-ewwel. Dak il-porzjon tal-ammont annwali mis-sena n li ma jintużax fis-sena n+1 għandu jiskadi.
1.  Il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea huwa intiż li jippermetti għajnuna finanzjarja fil-każ li jseħħu diżastri kbar fit-territorju ta' Stat Membru jew pajjiż kandidat, kif iddefinit fl-att bażiku rilevanti, u ma għandux jaqbeż l-ammont massimu annwali ta' EUR 1 000 miljun (prezzijiet tal-2018). Fl-1 ta' Ottubru ta' kull sena, mill-inqas kwart minn dak l-ammont annwali għandu jibqa' disponibbli biex ikopri ħtiġijiet li jinqalgħu sa tmiem dik is-sena. Il-porzjon tal-ammont annwali mhux użat fis-sena n jista' jintuża sas-sena n+1. Il-porzjon tal-ammont annwali li jirriżulta mis-sena preċedenti għandu jiddaħħal l-ewwel. Dak il-porzjon tal-ammont annwali mis-sena n li ma jintużax fis-sena n+1 għandu jiskadi.
Modifika 23
Proposta għal regolament
Kapitolu 3 – Artikolu 10 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  L-approprjazzjonijiet għall-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandhom jiddaħħlu fil-baġit ġenerali tal-Unjoni bħala dispożizzjoni.
Modifika 24
Proposta għal regolament
Kapitolu 3 – Artikolu 11 – paragrafu 2
2.  L-ammont annwali tar-Riżerva huwa stabbilit għal EUR 600 miljun (prezzijiet tal-2018) u jista' jintuża sas-sena n+1 f'konformità mar-Regolament Finanzjarju. Ir-Riżerva għandha tiddaħħal fil-baġit ġenerali tal-Unjoni bħala dispożizzjoni. Il-porzjon tal-ammont annwali li jirriżulta mis-sena preċedenti għandu jiddaħħal l-ewwel. Dak il-porzjon tal-ammont annwali mis-sena n li ma jintużax fis-sena n+1 għandu jiskadi. Sal-1 ta' Ottubru ta' kull sena, mill-inqas kwart mill-ammont annwali għas-sena n għandu jibqa' disponibbli biex ikopri ħtiġijiet li jinqalgħu sa tmiem dik is-sena. Mhux aktar minn nofs l-ammont disponibbli sat-30 ta' Settembru ta' kull sena jista' jiġi mobbilizzat, rispettivament, għall-operazzjonijiet interni jew esterni. Sa mill-1 ta' Ottubru, il-parti li jibqa' tal-ammont disponibbli tista' tiġi mobbilizzata għal operazzjonijiet interni jew esterni sabiex jiġu indirizzati ħtiġijiet li jitfaċċaw sa tmiem dik is-sena.
2.  L-ammont annwali tar-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza huwa stabbilit għal EUR 1 000 miljun (prezzijiet tal-2018) u jista' jintuża sas-sena n+1 f'konformità mar-Regolament Finanzjarju. Ir-Riżerva għandha tiddaħħal fil-baġit ġenerali tal-Unjoni bħala dispożizzjoni. Il-porzjon tal-ammont annwali li jirriżulta mis-sena preċedenti għandu jiddaħħal l-ewwel. Dak il-porzjon tal-ammont annwali mis-sena n li ma jintużax fis-sena n+1 għandu jiskadi. Sal-1 ta' Ottubru ta' kull sena, mill-inqas EUR 150 miljun (prezzijiet tal-2018) mill-ammont annwali għas-sena n għandu jibqa' disponibbli biex ikopri ħtiġijiet li jinqalgħu sa tmiem dik is-sena. Mhux aktar minn nofs l-ammont disponibbli sat-30 ta' Settembru ta' kull sena jista' jiġi mobbilizzat, rispettivament, għall-operazzjonijiet interni jew esterni. Sa mill-1 ta' Ottubru, il-parti li jibqa' tal-ammont disponibbli tista' tiġi mobbilizzata għal operazzjonijiet interni jew esterni sabiex jiġu indirizzati ħtiġijiet li jitfaċċaw sa tmiem dik is-sena.
Modifika 25
Proposta għal regolament
Kapitolu 3 – Artikolu 12 – titolu
Marġni Globali għall-Impenji (ir-Riżerva tal-Unjoni)
Marġni Globali għall-Impenji (ir-Riżerva tal-Unjoni għall-Impenji)
Modifika 26
Proposta għal regolament
Kapitolu 3 – Artikolu 12 – paragrafu 1
1.  Il-Marġni Globali għall-Impenji (ir-Riżerva tal-Unjoni), li trid tkun disponibbli lil hinn mil-limiti massimi stabbiliti fil-QFP għas-snin 2022 sal-2027, għandha tikkonsisti f'dawn li ġejjin:
(a)  marġni li jkunu għadhom disponibbli taħt il-limiti massimi tal-QFP għall-impenji għas-sena n-1;
(b)  mill-2023, minbarra l-marġni msemmija fil-punt (a), ammont ekwivalenti għad-diżimpenji tal-approprjazzjonijiet li saru matul is-sena n-2, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15] tar-Regolament Finanzjarju.
1.  Il-Marġni Globali għall-Impenji (ir-Riżerva tal-Unjoni għall-Impenji), li trid tkun disponibbli lil hinn mil-limiti massimi stabbiliti fil-QFP għas-snin 2021 sal-2027, għandha tikkonsisti f'dawn li ġejjin:
(a)  marġni li jkunu għadhom disponibbli taħt il-limiti massimi tal-QFP għall-impenji għas-snin preċedenti;
(aa)  approprjazzjonijiet ta' impenji mhux eżegwiti għas-sena n-1;
(b)  ammont ekwivalenti għad-diżimpenji tal-approprjazzjonijiet li saru matul is-sena n-2, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu [15] tar-Regolament Finanzjarju;
(ba)  ammont ekwivalenti għall-ammont ta' impenji sospiżi għas-sena n-3 li ma jistgħux jibqgħu jiddaħħlu aktar fil-baġit skont l-Artikolu 7;
(bb)  ammont ekwivalenti għall-ammont ta' dħul li jirriżulta minn multi u penali.
Modifika 27
Proposta għal regolament
Kapitolu 3 – Artikolu 12 – paragrafu 2
2.  Il-Marġni Globali għall-Impenji (ir-Riżerva tal-Unjoni) jew parti minnu jista' jiġi mmobbilizzat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-qafas tal-proċedura baġitarja stipulata fl-Artikolu 314 TFUE.
2.  Il-Marġni Globali għall-Impenji (ir-Riżerva tal-Unjoni għall-Impenji) jew parti minnu jista' jiġi mmobbilizzat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-qafas tal-proċedura baġitarja stipulata fl-Artikolu 314 TFUE. Il-marġni tas-sena n jistgħu jiġu mmobilizzati għas-snin n u n+1 permezz tar-Riżerva tal-Unjoni għall-Impenji sakemm dan ma jmurx kontra l-baġits emendatorji pendenti jew ippjanati.
Modifika 28
Proposta għal regolament
Kapitolu 3 – Artikolu 12 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Fit-tmiem tal-2027, l-ammonti li jifdal disponibbli taħt ir-Riżerva tal-Unjoni għall-Impenji għandhom jiġu ttrasferiti għall-QFP li jmiss sal-2030.
Modifika 29
Proposta għal regolament
Kapitolu 3 – Artikolu 13 – paragrafu 1
L-Istrument ta' Flessibbiltà jista' jiġi użat għall-finanzjament, għal sena finanzjarja partikolari, ta' nefqa identifikata b'mod ċar li ma setgħetx tkun iffinanzjata fil-limiti massimi disponibbli ta' intestatura waħda jew aktar. Suġġett għat-tieni subparagrafu, il-limitu massimu għall-ammont annwali disponibbli għall-Istrument ta' Flessibbiltà huwa stabbilit għal EUR 1 000 miljun (prezzijiet tal-2018).
L-Istrument ta' Flessibbiltà jista' jiġi użat għall-finanzjament, għal sena finanzjarja partikolari, ta' nefqa identifikata b'mod ċar li ma setgħetx tkun iffinanzjata fil-limiti massimi disponibbli ta' intestatura waħda jew aktar jew fi ħdan il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea u r-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza. Suġġett għat-tieni subparagrafu, il-limitu massimu għall-ammont annwali disponibbli għall-Istrument ta' Flessibbiltà huwa stabbilit għal EUR 2 000 miljun (prezzijiet tal-2018).
Modifika 30
Proposta għal regolament
Kapitolu 3 – Artikolu 14 – paragrafu 1
1.  Marġni ta' Kontinġenza ta' mhux iżjed minn 0,03 % tad-Dħul Nazzjonali Gross tal-Unjoni għandu jiġi kostitwit barra mil-limiti massimi tal-QFP, bħala strument tal-aħħar-rimedju b'reazzjoni għal ċirkostanzi mhux previsti. Dan jista' jiġi mmobbilizzat biss f'rabta ma' baġit emendatorju jew annwali.
1.  Marġni ta' Kontinġenza ta' mhux iżjed minn 0,05 % tad-Dħul Nazzjonali Gross tal-Unjoni għandu jiġi kostitwit barra mil-limiti massimi tal-QFP, bħala strument tal-aħħar-rimedju b'reazzjoni għal ċirkostanzi mhux previsti. Dan jista' jiġi mmobbilizzat biss f'rabta ma' baġit emendatorju jew annwali. Dan jista' jiġi mmobilizzat kemm għall-approprjazzjonijiet ta' impenn kif ukoll għal dawk ta' pagament, jew għall-approprjazzjonijiet ta' pagament biss.
Modifika 31
Proposta għal regolament
Kapitolu 3 – Artikolu 14 – paragrafu 2
2.  L-użu tal-Marġni ta' Kontinġenza ma għandux jaqbeż, fi kwalunkwe sena partikolari, l-ammont massimu stipulat fl-aġġustament tekniku annwali tal-QFP, u għandu jkun konsistenti mal-limitu massimu tar-riżorsi proprji.
2.  L-użu tal-Marġni ta' Kontinġenza ma għandux jaqbeż, fi kwalunkwe sena partikolari, l-ammont massimu stipulat fl-aġġustament tekniku annwali tal-QFP.
Modifika 32
Proposta għal regolament
Kapitolu 3 – Artikolu 14 – paragrafu 3
3.  L-ammonti magħmulin disponibbli permezz tal-mobbilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza għandhom jiġu kollha kkumpensati mal-marġni f'waħda jew aktar mill-intestaturi tal-QFP għas-sena finanzjarja attwali jew dawk futuri.
imħassar
Modifika 33
Proposta għal regolament
Kapitolu 3 – Artikolu 14 – paragrafu 4
4.  L-ammonti paċuti skont il-paragrafu 3 ma għandhomx jiġu mobbilizzati aktar fil-kuntest tal-QFP. L-użu tal-Marġni ta' Kontinġenza ma għandux jirriżulta fil-qbiż tal-limiti totali tal-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament stipulati fil-QFP għas-sena finanzjarja attwali jew għal dawk futuri.
imħassar
Modifika 34
Proposta għal regolament
Kapitolu 4 – titolu
Rieżami u Reviżjoni tal-QFP
Reviżjonijiet
Modifika 35
Proposta għal regolament
Kapitolu 4 – Artikolu 15 – paragrafu 1
1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3(2), l-Artikoli minn 16 sa 20 u 24, f'ċirkostanzi mhux previsti, il-QFP jista' jiġi rivedut f'konformità mal-limitu massimu tar-riżorsi proprji stabbilit skont id-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji li tkun fis-seħħ.
1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3(2) u l-Artikoli minn 16 sa 20 u 24, il-limiti massimi rilevanti tal-QFP għandhom jiġu riveduti 'l fuq f'każ li dan ikun neċessarju sabiex jiġi ffaċilitat il-finanzjament tal-politiki tal-Unjoni, b'mod partikolari għanijiet ta' politika ġodda, f'ċirkostanzi fejn kieku jkun neċessarju li jiġu stabbiliti metodi ta' finanzjament intergovernattivi jew kważi intergovernattivi addizzjonali oħra li jevitaw il-proċedura baġitarja stabbilita fl-Artikolu 314 tat-TFUE.
Modifika 36
Proposta għal regolament
Kapitolu 4 – Artikolu 15 – paragrafu 3
3.  Kull proposta għal reviżjoni tal-QFP skont il-paragrafu 1 għandha teżamina l-possibbiltà għar-riallokazzjoni tan-nefqa bejn il-programmi koperti mill-intestatura kkonċernata mir-reviżjoni, b'referenza partikolari għal kull nuqqas ta' utilizzazzjoni mistennija tal-approprjazzjonijiet.
imħassar
Modifika 37
Proposta għal regolament
Kapitolu 4 – Artikolu 16 – titolu
Rieżami ta' nofs it-terminu tal-QFP
Reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP
Modifika 38
Proposta għal regolament
Kapitolu 4 – Artikolu 16
Qabel l-1 ta' Jannar 2024, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rieżami tal-funzjonament tal-QFP. Dan ir-rieżami għandu, kif ikun xieraq, ikun akkumpanjat minn proposti rilevanti.
Qabel l-1 ta' Lulju 2023, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva għar-reviżjoni ta' dan ir-Regolament f'konformità mal-proċeduri stabbiliti fit-TFUE abbażi ta' rieżami tal-funzjonament tal-QFP. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament, il-pakketti nazzjonali allokati minn qabel ma għandhomx jitnaqqsu permezz ta' tali reviżjoni.
Il-proposta għandha titfassal b'kunsiderazzjoni tal-valutazzjoni:
—  tal-progress lejn il-kisba tal-objettiv ġenerali ta' kontribuzzjoni ta' 25 % tan-nefqa tal-UE għall-objettivi klimatiċi matul il-perjodu QFP 2021-2027, u lejn l-objettiv ta' nfiq annwali ta' 30 % malajr kemm jista' jkun;
—  tal-integrazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU;
—  tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-baġit tal-Unjoni (ibbaġitjar għall-ġeneri);
—  tal-impatt tal-miżuri ta' simplifikazzjoni fuq it-tnaqqis fil-burokrazija għall-benefiċjarji fl-implimentazzjoni tal-programmi finanzjarji, li għandhom jitwettqu b'konsultazzjoni mal-partijiet interessati;
Modifika 39
Proposta għal regolament
Kapitolu 4 – Artikolu 17
Meta tinnotifika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-riżultati tal-aġġustamenti tekniċi għall-QFP, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta kwalunkwe proposta biex jiġu riveduti l-approprjazzjonijiet ta' pagament totali li din tkun tqis bħala meħtieġa, fid-dawl tal-implimentazzjoni, biex tiżgura ġestjoni tajba tal-limiti massimi tal-pagamenti annwali u b'mod partikolari l-progress ordnat tagħhom fir-rigward tal-approprjazzjonijiet ta' impenn.
Meta tinnotifika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-riżultati tal-aġġustamenti tekniċi għall-QFP, jew meta l-limiti massimi għall-pagamenti jistgħu jipprevjenu lill-Unjoni milli tonora l-impenji legali tagħha, il-Kummissjoni għandha tippreżenta kwalunkwe proposta biex jiġu riveduti l-approprjazzjonijiet ta' pagament totali li din tkun tqis bħala meħtieġa, fid-dawl tal-implimentazzjoni, biex tiżgura ġestjoni tajba tal-limiti massimi tal-pagamenti annwali u b'mod partikolari l-progress ordnat tagħhom fir-rigward tal-approprjazzjonijiet ta' impenn.
Modifika 40
Proposta għal regolament
Kapitolu 5 – Artikolu 21 – paragrafu 1
1.  Ammont massimu ta' EUR 14 196 miljun (fi prezzijiet tal-2018) għandu jkun disponibbli mill-baġit ġenerali tal-Unjoni għall-perjodu 2021 sal-2027 għal proġetti fuq skala kbira skont ir-Regolament XXXX/XX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill - il-Programm Spazjali].
1.  Ammont massimu għandu jkun disponibbli b'mod konġunt għall-programmi Ewropej ta' navigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo) u għal Copernicus (il-Programm Ewropew ta' Osservazzjoni tad-Dinja) mill-baġit ġenerali tal-Unjoni għall-perjodu 2021 sal-2027. Dan l-ammont massimu għandu jkun stabbilit fil-livell ta' 15 % 'il fuq mill-ammonti indikattivi stabbiliti għaż-żewġ proġetti fuq skala kbira skont ir-Regolament XXXX/XX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill - il-Programm Spazjali]. Kull tisħiħ skont dan l-ammont massimu għandu jiġi ffinanzjat permezz tal-marġni jew tal-istrumenti speċjali, u ma għandux iwassal għal tnaqqis fi programmi u fi proġetti oħrajn.
Modifika 41
Proposta għal regolament
Kapitolu 5 – Artikolu 21 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  F'każ li jirriżultaw ħtiġijiet ta' finanzjament addizzjonali mill-baġit tal-Unjoni għall-proġetti fuq skala kbira msemmija aktar kmieni, il-Kummissjoni għandha tipproponi reviżjoni tal-limiti massimi tal-QFP kif xieraq.
Modifika 42
Proposta għal regolament
Kapitolu 6 – titolu
Kooperazzjoni interistituzzjonali fil-proċedura baġitarja
Trasparenza u kooperazzjoni interistituzzjonali fil-proċedura baġitarja
Modifika 43
Proposta għal regolament
Kapitolu 6 – Artikolu 22
Kooperazzjoni interistituzzjonali fil-proċedura baġitarja
Trasparenza u kooperazzjoni interistituzzjonali fil-proċedura baġitarja
Modifika 44
Proposta għal regolament
Kapitolu 6 – Artikolu 22 – paragrafu 4a (ġdid)
Kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill għandhom ikunu rappreżentati minn membri tal-istituzzjoni rispettiva meta jsiru laqgħat fuq livell politiku.
Modifika 45
Proposta għal regolament
Kapitolu 6 – Artikolu 22 – paragrafu 4b (ġdid)
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiltaqgħu f'seduta pubblika meta jadottaw il-pożizzjonijiet rispettivi tagħhom dwar l-abbozz ta' baġit.
Modifika 46
Proposta għal regolament
Kapitolu 6 – Artikolu 23
L-infiq u d-dħul kollu tal-Unjoni u l-Euratom għandhom jiġu inklużi fil-baġit ġenerali tal-Unjoni f'konformità mal-Artikolu [7] tar-Regolament Finanzjarju, inkluża n-nefqa li tirriżulta minn kull deċiżjoni rilevanti meħuda b'mod unanimu mill-Kunsill wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew, fil-qafas tal-Artikolu 332 TFUE.
L-infiq u d-dħul kollu tal-Unjoni u l-Euratom għandhom jiġu inklużi fil-baġit ġenerali tal-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 310(1) tat-TFUE, inkluża n-nefqa li tirriżulta minn kull deċiżjoni rilevanti meħuda b'mod unanimu mill-Kunsill wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew, fil-qafas tal-Artikolu 332 TFUE.
Modifika 47
Proposta għal regolament
Kapitolu 7 – Artikolu 24
Qabel l-1 ta' Lulju 2025, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta għal qafas finanzjarju pluriennali ġdid.
Qabel l-1 ta' Lulju 2023, flimkien mal-proposti tagħha għar-reviżjoni ta' nofs it-terminu, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport li jistabbilixxi l-metodi għall-implimentazzjoni prattika tal-qafas finanzjarju għal perjodu ta' ħames snin b'żieda ta' ħames snin oħra.
Qabel l-1 ta' Lulju 2025, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta għal qafas finanzjarju pluriennali ġdid.
Jekk qabel il-31 ta' Diċembru 2027 ma jkun ġie adottat l-ebda regolament tal-Kunsill li jiddetermina qafas finanzjarju pluriennali ġdid, il-limiti massimi u d-dispożizzjonijiet korrispondenti l-oħra għall-aħħar sena tal-QFP, għandhom jiġu estiżi sakemm jiġi adottat regolament li jiddetermina qafas finanzjarju ġdid. Jekk Stat Membru ġdid jissieħeb mal-Unjoni wara l-2020, il-qafas finanzjarju estiż, jekk ikun meħtieġ, għandu jiġi rivedut sabiex tittieħed in kusiderazzjoni l-adeżjoni.

E.MODIFIKI GĦALL-PROPOSTA GĦAL FTEHIM INTERISTITUZZJONALI

52.Jenfasizza li, bħala riżultat tan-negozjar u tal-adozzjoni ta' Regolament ġdid tal-QFP, il-proposta għal Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u dwar il-ġestjoni finanzjarja tajba jenħtieġ li jiġi mmodifikat kif ġej:

Modifika 48
Proposta għal Ftehim Interistituzzjonali
Parti 1
Taqsima A – punt 6a (ġdid)
6a.  L-informazzjoni relatata ma' operazzjonijiet mhux inklużi fil-baġit ġenerali tal-Unjoni u mal-iżvilupp prevedibbli tad-diversi kategoriji tas-sistema tar-Riżorsi Proprji tal-Unjoni, hija stabbilita f'tabelli separati bi skop ta' indikazzjoni. Din l-informazzjoni għandha tiġi aġġornata kull sena flimkien mad-dokumenti mehmuża mal-abbozz tal-baġit.
Modifika 49
Proposta għal Ftehim Interistituzzjonali
Parti I
Taqsima A – punt 7
7.  Għall-għanijiet ta' ġestjoni finanzjarja tajba, l-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw kemm jista' jkun waqt il-proċedura baġitarja u fil-ħin tal-adozzjoni tal-baġit li jitħallew marġini suffiċjenti disponibbli taħt il-limiti għall-intestaturi diversi tal-QFP.
7.  Għall-għanijiet ta' ġestjoni finanzjarja tajba, l-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw kemm jista' jkun waqt il-proċedura baġitarja u fil-ħin tal-adozzjoni tal-baġit li jitħallew ammonti suffiċjenti disponibbli fi ħdan il-marġni taħt il-limiti għall-intestaturi diversi tal-QFP jew fi ħdan l-istrumenti speċjali disponibbli.
Modifika 50
Proposta għal Ftehim Interistituzzjonali
Parti I
Taqsima A – punt 8
L-aġġornament tal-previżjonijiet għal approprjazzjonijiet ta' pagament wara l-2027
8.  Fl-2024, il-Kummissjoni għandha taġġorna l-previżjonijiet għal approprjazzjonijiet ta' pagament wara l-2027.
Dan l-aġġornament għandu jqis l-informazzjoni kollha rilevanti, inkluż l-implimentazzjoni reali tal-approprjazzjonijiet tal-baġit għal impenji u approprjazzjonijiet baġitarji ta' pagamenti, kif ukoll it-tbassir għall-implimentazzjonijiet. Għandu jqis ukoll ir-regoli mfassla biex jiżgura li l-approprjazzjonijiet ta' pagament jiżviluppaw b'mod ordnat meta mqabbla mal-approprjazzjonijiet ta' impenn u mat-tbassir tat-tkabbir tal-Introjtu Nazzjonali Gross tal-Unjoni.
L-aġġornament tal-previżjonijiet għal approprjazzjonijiet ta' pagament
8.  Kull sena, il-Kummissjoni għandha taġġorna l-previżjonijiet għal approprjazzjonijiet ta' pagament sal-2027 u wara.
Dan l-aġġornament għandu jqis l-informazzjoni kollha rilevanti, inkluż l-implimentazzjoni reali tal-approprjazzjonijiet tal-baġit għal impenji u approprjazzjonijiet baġitarji ta' pagamenti, kif ukoll it-tbassir għall-implimentazzjonijiet. Għandu jqis ukoll ir-regoli mfassla biex jiżgura li l-approprjazzjonijiet ta' pagament jiżviluppaw b'mod ordnat meta mqabbla mal-approprjazzjonijiet ta' impenn u mat-tbassir tat-tkabbir tal-Introjtu Nazzjonali Gross tal-Unjoni.
Modifika 51
Proposta għal Ftehim Interistituzzjonali
Parti I
Taqsima B – punt 9
9.  Meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għall-immobilizzar tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, kif stabbilit fl-att bażiku legali, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta għal trasferiment għall-linji baġitarji rilevanti.
Trasferimenti relatati mal-Fond ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandhom isiru f'konformità mar-Regolament Finanzjarju.
9.  Meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għall-immobilizzar tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, kif stabbilit fl-att bażiku legali, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta biex dan jiġi mmobilizzat. Id-deċiżjoni dwar l-immobilizzazzar tal-Fond ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandha tittieħed b'mod konġunt mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill.
Fl-istess waqt li tippreżenta l-proposta tagħha għal deċiżjoni għall-immobilizzar tal-Fond ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta għal trasferiment għal-linji baġitarji rilevanti.
F'każ ta' nuqqas ta' qbil, il-kwistjoni għandha tiġi indirizzata fit-trilogu baġitarju li jmiss.
Trasferimenti relatati mal-Fond ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandhom isiru f'konformità mar-Regolament Finanzjarju.
Modifika 52
Proposta għal Ftehim Interistituzzjonali
Parti I
Taqsima B – punt 10
10.  Meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għall-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea kif stabbilit fl-att bażiku rilevanti, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposta għal strument baġitarju xieraq f'konformità mar-Regolament Finanzjarju.
10.  Meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għall-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea kif stabbilit fl-att bażiku rilevanti, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta biex dan jiġi mmobilizzat. Id-deċiżjoni dwar l-immobilizzar tal-Fond ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandha tittieħed b'mod konġunt mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill.
Fl-istess waqt li tippreżenta l-proposta tagħha għal deċiżjoni għall-immobilizzar tal-Fond ta' Solidarjetà, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta għal trasferiment għal-linji baġitarji rilevanti.
F'każ ta' nuqqas ta' qbil, il-kwistjoni għandha tiġi indirizzata fit-trilogu baġitarju li jmiss.
Trasferimenti relatati mal-Fond ta' Solidarjetà għandhom isiru f'konformità mar-Regolament Finanzjarju.
Modifika 53
Proposta għal Ftehim Interistituzzjonali
Parti I
Taqsima B – punt 11
11.  Meta l-Kummissjoni tqis li jkun hemm bżonn li jsir rikors għar-Riżerva għal għajnuna f'emerġenza, għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta ta' trasferiment mir-Riżerva għal-linji baġitarji korrispondenti, skont ir-Regolament Finanzjarju.
11.  Meta l-Kummissjoni tqis li jkun hemm bżonn li jsir rikors għar-Riżerva għal għajnuna f'emerġenza, għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta ta' trasferiment mir-Riżerva għal-linji baġitarji korrispondenti, skont ir-Regolament Finanzjarju.
F'każ ta' nuqqas ta' qbil, il-kwistjoni għandha tiġi indirizzata fit-trilogu baġitarju li jmiss.
Modifika 54
Proposta għal Ftehim Interistituzzjonali
Parti I
Taqsima B – punt 12
Strument ta' Flessibbiltà
12.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel proposta għall-immobilizzar tal-Istrument ta' Flessibbiltà wara li tkun eżaminat il-possibbiltajiet kollha għall-allokazzjoni mill-ġdid tal-approprjazzjonijiet taħt l-intestatura li teħtieġ nefqa addizzjonali.
Il-proposta għandha tidentifika l-bżonnijiet li għadhom jiġu koperti u l-ammont. Proposta bħal din tista' ssir b'rabta mal-abbozz ta' baġit jew mal-abbozz ta' baġit emendatorju.
L-Istrument ta' Flessibbiltà jista' jiġi mobilizzat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-qafas tal-proċedura baġitarja stabbilita fl-Artikolu 314 TFUE.
Strument ta' Flessibbiltà
12.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel proposta għall-immobilizzar tal-Istrument ta' Flessibbiltà wara li tkun eżawriet il-marġni tal-intestaturi rilevanti.
Il-proposta għandha tidentifika l-bżonnijiet li għadhom jiġu koperti u l-ammont.
L-Istrument ta' Flessibbiltà jista' jiġi mobilizzat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-qafas tal-proċedura baġitarja stabbilita fl-Artikolu 314 TFUE.
Modifika 55
Proposta għal Ftehim Interistituzzjonali
Parti 1
Taqsima B – punt 13
13.  Il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza, jew parti minnu, għandha tiġi proposta mill-Kummissjoni wara analiżi bir-reqqa tal-possibbiltajiet finanzjarji kollha l-oħra. Proposta bħal din tista' ssir b'rabta mal-abbozz ta' baġit jew mal-abbozz ta' baġit emendatorju.
Il-Marġni ta' Kontinġenza jista' jiġi mobilizzat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-qafas tal-proċedura baġitarja stabbilita fl-Artikolu 314 TFUE.
13.  Il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza, jew parti minnu, għandha tiġi proposta mill-Kummissjoni wara analiżi bir-reqqa tal-possibbiltajiet finanzjarji kollha l-oħra.
Il-Marġni ta' Kontinġenza jista' jiġi mobilizzat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-qafas tal-proċedura baġitarja stabbilita fl-Artikolu 314 TFUE.
Modifika 56
Proposta għal Ftehim Interistituzzjonali
Parti II
Taqsima A – punt 14 a (ġdid)
14a.  Sabiex jiffaċilitaw l-adozzjoni ta' QFP ġdid jew ta' reviżjoni tiegħu, u bil-għan li jiġi applikat l-Artikolu 312(5) tat-TFUE, l-istituzzjonijiet għandhom jlaqqgħu laqgħat regolari, b'mod partikolari:
—  Laqgħat tal-Presidenti kif stabbilit fl-Artikolu 324 tat-Trattat;
—  Briefings u debriefings ta' delegazzjoni tal-Parlament Ewropew mill-presidenza tal-Kunsill, qabel u wara laqgħat rilevanti tal-Kunsill;
—  Laqgħat trilaterali informali matul il-proċedimenti tal-Kunsill li jkollhom l-għan li jikkunsidraw il-fehmiet tal-Parlament fi kwalunkwe dokument li jiġi prodott mill-presidenza tal-Kunsill;
—  Trilogi ladarba kemm il-Parlament kif ukoll il-Kunsill ikunu adottaw il-mandati ta' negozjar rispettivi tagħhom;
—  Dehriet reċiproċi mill-presidenza tal-Kunsill fil-kumitat parlamentari rilevanti u tat-tim ta' negozjaturi tal-Parlament fil-formazzjoni rilevanti tal-Kunsill.
Il-Parlament u l-Kunsill se jittrażmettu lil xulxin, hekk kif ikun disponibbli, kwalunkwe dokument adottat formalment fil-korpi preparatorji rispettivi tagħhom jew li jiġu sottomessi formalment f'isimhom.
Modifika 57
Proposta għal Ftehim Interistituzzjonali
Parti II
Taqsima B – punt 15 - inċiż 2
—  id-dħul, in-nefqa, l-attiv u l-passiv tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) , tal-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja (European Financial Stability Facility, EFSF), tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES), u ta' mekkaniżmi oħra possibbli futuri,
—  id-dħul, in-nefqa, l-attiv u l-passiv tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ), tal-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja (EFSF), tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES), u ta' mekkaniżmi oħra possibbli futuri li mhumiex iffinanzjati permezz tal-baġit tal-Unjoni, li iżda jeżistu bħala appoġġ għall-għanijiet ta' politika tal-Unjoni li jirriżultaw mit-Trattati,
Modifika 58
Proposta għal Ftehim Interistituzzjonali
Parti II
Taqsima B – punt 15a (ġdid)
15a.  Meta tadotta trasferimenti awtonomi skont l-Artikolu 30(1) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tinforma minnufih lill-awtorità baġitarja dwar ir-raġunijiet dettaljati għal tali trasferimenti. Meta l-Parlament jew il-Kunsill jesprimu riżerva dwar trasferiment awtonomu, il-Kummissjoni għandha tindirizzaha inkluż, jekk ikun xieraq, billi treġġa' lura it-trasferiment.
Modifika 59
Proposta għal Ftehim Interistituzzjonali
Parti III
Taqsima A – punt 24a (ġdid)
24a.  Meta, fil-qafas tal-proċedura baġitarja, l-awtorità baġitarja tieħu deċiżjoni dwar rinforzi speċifiċi, il-Kummissjoni m'għandhiex tpaċi xi wieħed minnhom fis-snin sussegwenti tal-ipprogrammar finanzjarju tagħha, sakemm ma tingħatax struzzjonijiet speċifiċi biex tagħmel dan mill-awtorita' baġitarja.
Modifika 60
Proposta għal Ftehim Interistituzzjonali
Anness
Parti A – punt 1a (ġdid)
1a.  Kull istituzzjoni timpenja ruħha li żżomm lura milli tittrażmetti lill-istituzzjonijiet l-oħra xi pożizzjoni baġitarja trasferiment jew notifika oħra mhux urġenti, li jinvolvu l-attivazzjoni tal-iskadenzi matul il-perjodi ta' vaganzi tagħhom, sabiex jiġi żgurat li kull istituzzjoni tkun tista' teżerċita b'mod xieraq il-prerogattivi proċedurali tagħha.
Is-servizzi tal-istituzzjonijiet għandhom jinfurmaw lil xulxin fi żmien xieraq dwar id-dati tal-vaganzi tal-istituzzjonijiet rispettivi tagħhom.
Modifika 61
Proposta għal Ftehim Interistituzzjonali
Anness
Parti B – punt 2
2.  Fi żmien biżżejjed qabel l-adozzjoni tal-abbozz ta' baġit mill-Kummissjoni, għandu jissejjaħ trilogu li fih jiġu diskussi l-prijoritajiet possibbli għall-baġit tas-sena finanzjarja li jmiss.
2.  Fi żmien biżżejjed qabel l-adozzjoni tal-abbozz ta' baġit mill-Kummissjoni, għandu jissejjaħ trilogu li fih jiġu diskussi l-prijoritajiet possibbli għall-baġit tas-sena finanzjarja li jmiss u kull mistoqsija li tirriżulta mill-implimentazzjoni tal-baġit tas-sena finanzjarja li tkun għaddejja.
Modifika 62
Proposta għal Ftehim Interistituzzjonali
Anness
Parti C – punt 8
8.  Fl-interess ta' kooperazzjoni istituzzjonali leali u soda, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jimpenjaw ruħhom li jżommu kuntatti regolari u attivi fil-livelli kollha, permezz tan-negozjaturi rispettivi tagħhom, matul il-proċedura baġitarja kollha u b'mod partikolari matul il-perijodu ta' konċiljazzjoni. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jimpenjaw ruħhom li jiżguraw li jkun hemm skambju reċiproku, f'waqtu u kontinwu, ta' informazzjoni rilevanti u dokumenti kemm f'livelli formali u informali, kif ukoll li jagħmlu laqgħat tekniċi jew informali, skont il-ħtieġa, matul il-perjodu ta' konċiljazzjoni, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikollhom aċċess ugwali u f'waqtu għal informazzjoni u dokumenti.
8.  Fl-interess ta' kooperazzjoni istituzzjonali leali u soda, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jimpenjaw ruħhom li jżommu kuntatti regolari u attivi fil-livelli kollha, permezz tan-negozjaturi rispettivi tagħhom, matul il-proċedura baġitarja kollha u b'mod partikolari matul il-perijodu ta' konċiljazzjoni. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jimpenjaw ruħhom li jiżguraw li jkun hemm skambju reċiproku, f'waqtu u kontinwu, ta' informazzjoni rilevanti u dokumenti kemm f'livelli formali u informali, b'mod partikolari billi jittrażmettu lil xulxin id-dokumenti proċedurali kollha adottati fi ħdan il-korpi preparatorji rispettivi tagħhom, hekk kif dawn isiru disponibbli. Barra minn hekk huma jimpenjaw ruħhom li jagħmlu laqgħat tekniċi jew informali, skont il-ħtieġa, matul il-perjodu ta' konċiljazzjoni, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikollhom aċċess ugwali u f'waqtu għal informazzjoni u dokumenti.
Modifika 63
Proposta għal Ftehim Interistituzzjonali
Anness
Parti D – punt 12a (ġdid)
12a.   Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiltaqgħu f'seduta pubblika meta jadottaw il-pożizzjonijiet rispettivi tagħhom dwar l-abbozz ta' baġit.
Modifika 64
Proposta għal Ftehim Interistituzzjonali
Anness
Parti E – punt 15
15.  Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom ikunu rappreżentati f'livell xieraq fil-Kumitat ta ' Konċiljazzjoni, b'mod li kull delegazzjoni tkun tista' timpenja politikament lill-istituzzjoni rispettiva tagħha, u li jista' jsir progress reali lejn ftehim finali.
15.  Kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill għandhom ikunu rappreżentati minn membri tal-istituzzjonijiet rispettivi fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, sabiex kull delegazzjoni tkun tista' timpenja politikament lill-istituzzjoni rispettiva tagħha, u b'hekk ikun jista' jsir progress reali lejn ftehim finali.
Modifika 65
Proposta għal Ftehim Interistituzzjonali
Anness
Parti E – punt 19
19.  Id-dati tal-laqgħat tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni u tat-trilogi għandhom jiġu miftiehma minn qabel bi ftehim bejn it-tliet istituzzjonijiet.
19.  Id-dati tal-laqgħat tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni u tat-trilogi għandhom jiġu miftiehma minn qabel bi ftehim bejn it-tliet istituzzjonijiet. Laqgħat addizzjonali, inkluż fil-livell tekniku, jistgħu jiġu organizzati, kif ikun meħtieġ, matul il-perjodu ta' konċiljazzjoni.
Modifika 66
Proposta għal Ftehim Interistituzzjonali
Anness
Parti E – punt 21a (ġdid)
21a.   Sabiex jagħmlu użu sħiħ mill-perjodu ta' konċiljazzjoni ta' 21 ġurnata stipulat fit-Trattat u biex l-istituzzjonijiet jitħallew jaġġornaw il-pożizzjonijiet ta' negozjar rispettivi tagħhom, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jimpenjaw ruħhom li jeżaminaw l-istat attwali tal-proċedura ta' konċiljazzjoni waqt kull laqgħa tal-korpi ta' tħejjija rilevanti tagħhom matul il-perjodu msemmi aktar kmieni, u għandhom iżommu lura milli jħallu dan il-proċess għall-istadji finali.
Modifika 67
Proposta għal Ftehim Interistituzzjonali
Anness
Parti G - titolu
Parti G. Reste à liquider (RAL)
Parti G. Implimentazzjoni tal-baġit, pagamenti u "impenji pendenti" (RAL)
Modifika 68
Proposta għal Ftehim Interistituzzjonali
Anness
Parti G – punt 36
36.  Minħabba l-ħtieġa li tiġi żgurata progressjoni ordnata tal-approprjazzjonijiet totali ta' pagament b'rabta mal-approprjazzjonijiet ta' impenn sabiex tiġi evitata kull bidla anormali tar-RAL minn sena għal oħra, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu li jissorveljaw mill-qrib il-livell tar-RAL sabiex jiġi mmitigat ir-riskju li tiġi ostakolata l-implimentazzjoni tal-programmi tal-Unjoni minħabba nuqqas ta' approprjazzjonijiet ta' pagament fi tmiem il-QFP.
Sabiex jiġi żgurat li jkun hemm livell u profil maniġġabbli għall-pagamenti fl-intestaturi kollha, ir-regoli ta' diżimpenn għandhom jiġu applikati b'mod strett fl-intestaturi kollha, b'mod parikolari r-regoli għad-diżimpenji awtomatiċi.
Matul il-proċedura baġitarja, l-istituzzjonijiet għandhom jiltaqgħu b'mod regolari bil-ħsieb li jivvalutaw b'mod konġunt is-sitwazzjoni attwali u l-prospetti għall-implimentazzjoni baġitarja fis-sena attwali u fis-snin futuri. Dan għandu jsir permezz ta' laqgħat interistituzzjonali speċifiċi fil-livell xieraq, li qabilhom il-Kummissjoni għandha tinforma b' mod dettaljat dwar is-sitwazzjoni attwali, skont il-Fond u l-Istat Membru, tal-implimentazzjoni tal-pagamenti, tat-talbiet għal rimborżi riċevuti u tal-previżjonijiet riveduti. B'mod partikolari, sabiex jiġi żgurat li l-Unjoni tkun tista' tissodisfa l-obbligi finanzjarji kollha tagħha li jirriżultaw mill-impenji eżistenti u futuri fil-perjodu 2021-2027 f'konformità mal-Artikolu 323 TFUE, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom janalizzaw u jiddiskutu l-estimi tal-Kummissjoni fir-rigward tal-livell meħtieġ ta' approprjazzjonijiet ta' pagament.
36.  Minħabba l-ħtieġa li tiġi żgurata progressjoni ordnata tal-approprjazzjonijiet totali ta' pagament b'rabta mal-approprjazzjonijiet ta' impenn sabiex tiġi evitata kull bidla anormali tar-RAL minn sena għal oħra, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu li jissorveljaw mill-qrib il-previżjonijiet tal-pagamenti u l-livell tar-RAL sabiex jiġi mmitigat ir-riskju li tiġi ostakolata l-implimentazzjoni tal-programmi tal-Unjoni minħabba nuqqas ta' approprjazzjonijiet ta' pagament fi tmiem il-QFP.
Matul il-proċedura baġitarja, l-istituzzjonijiet għandhom jiltaqgħu b'mod regolari bil-ħsieb li jivvalutaw b'mod konġunt is-sitwazzjoni attwali u l-prospetti għall-implimentazzjoni baġitarja fis-sena attwali u fis-snin futuri. Dan għandu jsir permezz ta' laqgħat interistituzzjonali speċifiċi fil-livell xieraq, li qabilhom il-Kummissjoni għandha tinforma b' mod dettaljat dwar is-sitwazzjoni attwali, skont il-Fond u l-Istat Membru, tal-implimentazzjoni tal-pagamenti, tat-talbiet għal rimborżi riċevuti u tal-previżjonijiet riveduti fuq il-perjodu ta' żmien qasir u fit-tul. B'mod partikolari, sabiex jiġi żgurat li l-Unjoni tkun tista' tissodisfa l-obbligi finanzjarji kollha tagħha li jirriżultaw mill-impenji eżistenti u futuri fil-perjodu 2021-2027 f'konformità mal-Artikolu 323 TFUE, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom janalizzaw u jiddiskutu l-estimi tal-Kummissjoni fir-rigward tal-livell meħtieġ ta' approprjazzjonijiet ta' pagament.

°

°           °

53.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Anness I – QFP 2021-2027: limiti massimi u strumenti barra mil-limiti massimi (prezzijiet tal-2018)

(EUR miljun - prezzijiet tal-2018)

 

Proposta tal-Kummissjoni

Pożizzjoni tal-Parlament

Approprjazzjonijiet ta' impenn

Total

2021-2027

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Total

2021-2027

I.  Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali

166 303

31 035

31 006

31 297

30 725

30 615

30 757

30 574

216 010

II.  Koeżjoni u Valuri

391 974

60 026

62 887

64 979

65 785

66 686

69 204

67 974

457 540

Li minnhom: Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

330 642

52 143

52 707

53 346

53 988

54 632

55 286

55 994

378 097

III.  Riżorsi Naturali u Ambjent

336 623

57 780

57 781

57 789

57 806

57 826

57 854

57 881

404 718

IV.  Migrazzjoni u Ġestjoni tal-Fruntieri

30 829

3 227

4 389

4 605

4 844

4 926

5 066

5 138

32 194

V.  Sigurtà u Difiża

24 323

3 202

3 275

3 223

3 324

3 561

3 789

4 265

24 639

VI.  Il-Viċinat u d-Dinja

108 929

15 368

15 436

15 616

15 915

16 356

16 966

17 729

113 386

VII.  Amministrazzjoni Pubblika Ewropea

75 602

10 388

10 518

10 705

10 864

10 910

11 052

11 165

75 602

Li minnhom: Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet

58 547

8 128

8 201

8 330

8 432

8 412

8 493

8 551

58 547

TOTAL TAL-APPROPRJAZZJONIJIET TA' IMPENN

1 134 583

181 025

185 293

188 215

189 262

190 880

194 688

194 727

1 324 089

bħala perċentwal tad-DNG

1.11 %

1.29 %

1.31 %

1.31 %

1.30 %

1.30 %

1.31 %

1.29 %

1.30 %

TOTAL TAL-APPROPRJAZZJONIJIET TA' PAGAMENT

1 104 805

174 088

176 309

186 391

187 490

188 675

189 961

191 398

1 294 311

bħala perċentwal tad-DNG

1.08 %

1.24 %

1.24 %

1.30 %

1.29 %

1.28 %

1.28 %

1.27 %

1.27 %

BARRA MIL-LIMITI MASSIMI TAL-QFP

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Riżerva ta' għajnuna f'emerġenza

4 200

1 000

1 000

1 000

1 000

1 000

1 000

1 000

7 000

Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG)

1 400

200

200

200

200

200

200

200

1 400

Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE)

4 200

1 000

1 000

1 000

1 000

1 000

1 000

1 000

7 000

Strument ta' Flessibbiltà

7 000

2 000

2 000

2 000

2 000

2 000

2 000

2 000

14 000

Funzjoni Ewropea ta' Stabbilizzazzjoni tal-Investimenti

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Faċilità Ewropea għall-Paċi

9 223

753

970

1 177

1 376

1 567

1 707

1 673

9 223

TOTAL BARRA MIL-LIMITI MASSIMI TAL-QFP

26 023

4 953

5 170

5 377

5 576

5 767

5 907

5 873

38 623

TOTAL TAL-QFP + BARRA MIL-LIMITI MASSIMI TAL-QFP

1 160 606

185 978

190 463

193 592

194 838

196 647

200 595

200 600

1 362 712

bħala perċentwal tad-DNG

1.14 %

1.32 %

1.34 %

1.35 %

1.34 %

1.34 %

1.35 %

1.33 %

1.34 %

Anness II – QFP 2021-2027: limiti massimi u strumenti barra mil-limiti massimi (prezzijiet attwali)

(EUR Miljun - prezzijiet kurrenti)

 

Proposta tal-Kummissjoni

Pożizzjoni tal-Parlament

Approprjazzjonijiet ta' impenn

Total

2021-2027

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Total

2021-2027

I.  Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali

187 370

32 935

33 562

34 555

34 601

35 167

36 037

36 539

243 395

II.  Koeżjoni u Valuri

442 412

63 700

68 071

71 742

74 084

76 601

81 084

81 235

516 517

Li minnhom: Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

373 000

55 335

57 052

58 899

60 799

62 756

64 776

66 918

426 534

III.  Riżorsi Naturali u Ambjent

378 920

61 316

62 544

63 804

65 099

66 424

67 785

69 174

456 146

IV.  Migrazzjoni u Ġestjoni tal-Fruntieri

34 902

3 425

4 751

5 084

5 455

5 658

5 936

6 140

36 448

V.  Sigurtà u Difiża

27 515

3 397

3 545

3 559

3 743

4 091

4 439

5 098

27 872

VI.  Il-Viċinat u d-Dinja

123 002

16 308

16 709

17 242

17 923

18 788

19 878

21 188

128 036

VII.  Amministrazzjoni Pubblika Ewropea

85 287

11 024

11 385

11 819

12 235

12 532

12 949

13 343

85 287

Li minnhom: Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet

66 028

8 625

8 877

9 197

9 496

9 663

9 951

10 219

66 028

TOTAL TAL-APPROPRJAZZJONIJIET TA' IMPENN

1 279 408

192 105

200 567

207 804

213 140

219 261

228 107

232 717

1 493 701

bħala perċentwal tad-DNG

1.11 %

1.29 %

1.31 %

1.31 %

1.30 %

1.30 %

1.31 %

1.29 %

1.30 %

TOTAL TAL-APPROPRJAZZJONIJIET TA' PAGAMENT

1 246 263

184 743

190 843

205 790

211 144

216 728

222 569

228 739

1 460 556

bħala perċentwal tad-DNG

1.08 %

1.24 %

1.24 %

1.30 %

1.29 %

1.28 %

1.28 %

1.27 %

1.27 %

BARRA MIL-LIMITI MASSIMI TAL-QFP

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Riżerva ta' għajnuna f'emerġenza

4 734

1 061

1 082

1 104

1 126

1 149

1 172

1 195

7 889

Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG)

1 578

212

216

221

225

230

234

239

1 578

Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE)

4 734

1 061

1 082

1 104

1 126

1 149

1 172

1 195

7 889

Strument ta' Flessibbiltà

7 889

2 122

2 165

2 208

2 252

2 297

2 343

2 390

15 779

Funzjoni Ewropea ta' Stabbilizzazzjoni tal-Investimenti

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Faċilità Ewropea għall-Paċi

10 500

800

1 050

1 300

1 550

1 800

2 000

2 000

10 500

TOTAL BARRA MIL-LIMITI MASSIMI TAL-QFP

29 434

5 256

5 596

5 937

6 279

6 624

6 921

7 019

43 633

TOTAL TAL-QFP + BARRA MIL-LIMITI MASSIMI TAL-QFP

1 308 843

197 361

206 163

213 741

219 419

225 885

235 028

239 736

1 537 334

bħala perċentwal tad-DNG

1.14 %

1.32 %

1.34 %

1.35 %

1.34 %

1.34 %

1.35 %

1.33 %

1.34 %

Anness III – QFP 2021-2027: tqassim skont il-programm (prezzijiet tal-2018)

N.B.: Bl-għan ta' tqabbil, it-tabella ssegwi l-istruttura tal-programmi individwali tal-UE kif ġie propost mill-Kummissjoni, mingħajr l-ebda preġudizzju għal bidliet possibbli li jistgħu jintalbu matul il-proċedura leġiżlattiva li twassal għall-adozzjoni ta' dawn il-programmi.

(EUR miljun - prezzijiet tal-2018)

 

QFP tal-2014-2020 (UE27+FEŻ)

Proposta tal-Kummissjoni tal-2021-2027

Pożizzjoni tal-Parlament

2021-2027

I.  Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali

116 361

166 303

216 010

1.  Riċerka u Innovazzjoni

69 787

91 028

127 537

Orizzont Ewropa

64 674

83 491

120 000

Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Euratom

2 119

2 129

2 129

Reattur Termonukleari Sperimentali Internazzjonali (ITER)

2 992

5 406

5 406

Oħrajn

2

2

2

2.  Investimenti Strateġiċi Ewropej

31 886

44 375

51 798

Fond InvestEU

3 968

13 065

14 065

Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (total tal-kontribuzzjoni H1)

inkluż:

17 579

21 721

28 083

Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa - Trasport

12 393

11 384

17 746

Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa - Enerġija

4 185

7 675

7 675

Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa - Diġitali

1 001

2 662

2 662

Programm Ewropa Diġitali

172

8 192

8 192

Oħrajn

9 097

177

177

Aġenziji deċentralizzati

1 069

1 220

1 281

3.  Suq Uniku

5 100

5 672

8 423

Programm tas-Suq Uniku (inkl. COSME)

3 547

3 630

5 823

Programm ta' Kontra l-Frodi tal-UE

156

161

322

Kooperazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (FISCALIS)

226

239

300

Kooperazzjoni fil-qasam tad-dwana (CUSTOMS)

536

843

843

Turiżmu sostenibbli

 

 

300

Oħrajn

61

87

87

Aġenziji deċentralizzati

575

714

748

4.  Spazju

11 502

14 404

15 225

Programm Spazjali Ewropew

11 308

14 196

15 017

Aġenziji deċentralizzati

194

208

208

Marġni

-1 913

10 824

13 026

II.  Koeżjoni u Valuri

387 250

391 974

457 540

5.  Żvilupp Reġjonali u Koeżjoni

272 647

242 209

272 647

FEŻR + Fond ta' Koeżjoni

inkluż:

272 411

241 996

272 411

Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali

196 564

200 622

 

Fond ta' Koeżjoni

75 848

41 374

 

Li minnhom il-kontribuzzjoni għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa - Trasport

11 487

10 000

 

Appoġġ għall-Komunità Ċiprijotta-Torka

236

213

236

6.  Unjoni Ekonomika u Monetarja

273

22 281

22 281

Programm ta' Appoġġ għal Riformi

185

22 181

22 181

Protezzjoni tal-Euro Kontra l-Iffalsifikar

7

7

7

Oħrajn

81

93

93

7.  Investiment fin-Nies, il-Koeżjoni Soċjali u l-Valuri

115 729

123 466

157 612

Fond Soċjali Ewropew+ (inkluż EUR 5,9 biljun għall-Garanzija għat-Tfal)

96 216

89 688

106 781

Li minnhom saħħa, impjiegi u innovazzjoni soċjali

1 075

1 042

1 095

Erasmus+

13 699

26 368

41 097

Korp Ewropew ta' Solidarjetà

373

1 113

1 113

Ewropa Kreattiva

1 403

1 642

2 806

Ġustizzja

316

271

316

Drittijiet u l-valuri, inkluż mill-anqas EUR 500 miljun għal-linja tal-valuri tal-Unjoni

594

570

1 627

Oħrajn

1 158

1 185

1 185

Aġenziji deċentralizzati

1 971

2 629

2 687

Marġni

-1 399

4 018

4 999

III.  Riżorsi Naturali u Ambjent

399 608

336 623

404 718

8.  Politika Agrikola u Marittima

390 155

330 724

391 198

FAEG + FAEŻR

inkluż:

382 855

324 284

383 255

Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG)

286 143

254 247

 

Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)

96 712

70 037

 

Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd

6 243

5 448

6 867

Oħrajn

962

878

962

Aġenziji deċentralizzati

95

113

113

9.  Ambjent u Azzjoni Klimatika

3 492

5 085

11 520

Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE)

3 221

4 828

6 442

Fond ġust ta' tranżizzjoni tal-Enerġija

 

 

4 800

Aġenziji deċentralizzati

272

257

278

Marġni

5 960

814

1 999

IV.  Migrazzjoni u Ġestjoni tal-Fruntieri

10 051

30 829

32 194

10.  Migrazzjoni

7 180

9 972

10 314

Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil

6 745

9 205

9 205

Aġenziji deċentralizzati*

435

768

1 109

11.  Ġestjoni tal-Fruntieri

5 492

18 824

19 848

Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri

2 773

8 237

8 237

Aġenziji deċentralizzati*

2 720

10 587

11 611

Marġni

-2 621

2 033

2 033

V.  Sigurtà u Difiża

1 964

24 323

24 639

12.  Sigurtà

3 455

4 255

4 571

Fond għas-Sigurtà Interna

1 200

2 210

2 210

Żmantellar tas-Siti Nukleari

inkluż:

1 359

1 045

1 359

Żmantellar tas-Siti Nukleari (il-Litwanja)

459

490

692

Sikurezza Nukleari u l-Iżmantellar (inkl. ir-Repubblika tal-Bulgarija u s-Slovakkja)

900

555

667

Aġenziji deċentralizzati

896

1 001

1 002

13.  Difiża

575

17 220

17 220

Fond Ewropew għad-Difiża

575

11 453

11 453

Mobbiltà Militari

0

5 767

5 767

14.  Rispons għall-Kriżijiet

1 222

1 242

1 242

Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (rescUE)

560

1 242

1 242

Oħrajn

662

p.m.

p.m.

Marġni

-3 289

1 606

1 606

VI.  Il-Viċinat u d-Dinja

96 295

108 929

113 386

15.  Azzjoni Esterna

85 313

93 150

96 809

Strument(i) li jappoġġja(w) il-politiki tal-viċinat u tal-iżvilupp, inklużi s-suċċessur tal-FEŻ u pjan ta' investiment għall-Afrika

71 767

79 216

82 716

Għajnuna Umanitarja

8 729

9 760

9 760

Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK)

2 101

2 649

2 649

Pajjiżi u Territorji Extra-Ewropej (inkluża Greenland)

594

444

594

Oħrajn

801

949

949

Aġenziji deċentralizzati

144

132

141

16.  Assistenza ta' qabel l-adeżjoni

13 010

12 865

13 010

Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni

13 010

12 865

13 010

Marġni

-2 027

2 913

3 567

VII.  Amministrazzjoni Pubblika Ewropea

70 791

75 602

75 602

Skejjel u Pensjonijiet Ewropej

14 047

17 055

17 055

Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet

56 744

58 547

58 547

TOTAL

1 082 320

1 134 583

1 324 089

F'% tad-DNG (UE-27)

1.16 %

1.11 %

1.30 %

* L-ammont tal-PE għall-aġenziji deċentralizzati fil-clusters 10 u 11 jinkludi l-impatt finanzjarju tal-proposti tal-Kummissjoni tat-12 ta' Settembru 2018 dwar l-EASO u l-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta.

Anness IV - QFP 2021-2027: tqassim skont il-programm (prezzijiet attwali)

(EUR Miljun - prezzijiet kurrenti)

 

QFP 2014-2020 (UE27+FEŻ)

Proposta tal-Kummissjoni tal-2021-2027

Pożizzjoni tal-Parlament

2021-2027

I.  Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali

114 538

187 370

243 395

1.  Riċerka u Innovazzjoni

68 675

102 573

143 721

Orizzont Ewropa

63 679

94 100

135 248

Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Euratom

2 085

2 400

2 400

Reattur Termonukleari Sperimentali Internazzjonali (ITER)

2 910

6 070

6 070

Oħrajn

1

3

3

2.  Investimenti Strateġiċi Ewropej

31 439

49 973

58 340

Fond InvestEU

3 909

14 725

15 852

Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (total tal-kontribuzzjoni H1)

inkluż:

17 435

24 480

31 651

Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa - Trasport

12 281

12 830

20 001

Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa - Enerġija

4 163

8 650

8 650

Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa - Diġitali

991

3 000

3 000

Programm Ewropa Diġitali

169

9 194

9 194

Oħrajn

8 872

200

200

Aġenziji deċentralizzati

1 053

1 374

1 444

3.  Suq Uniku

5 017

6 391

9 494

Programm tas-Suq Uniku (inkl. COSME)

3 485

4 089

6 563

Programm ta' Kontra l-Frodi tal-UE

153

181

363

Kooperazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (FISCALIS)

222

270

339

Kooperazzjoni fil-qasam tad-dwana (CUSTOMS)

526

950

950

Turiżmu sostenibbli

 

 

338

Oħrajn

59

98

98

Aġenziji deċentralizzati

572

804

843

4.  Spazju

11 274

16 235

17 160

Programm Spazjali Ewropew

11 084

16 000

16 925

Aġenziji deċentralizzati

190

235

235

Marġni

-1 866

12 198

14 680

II.  Koeżjoni u Valuri

380 738

442 412

516 517

5.  Żvilupp Reġjonali u Koeżjoni

268 218

273 240

307 578

FEŻR + Fond ta' Koeżjoni

inkluż:

267 987

273 000

307 312

Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali

193 398

226 308

 

Fond ta' Koeżjoni

74 589

46 692

 

Li minnhom il-kontribuzzjoni għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa - Trasport

11 306

11 285

 

Appoġġ għall-Komunità Ċiprijotta-Torka

231

240

266

6.  Unjoni Ekonomika u Monetarja

275

25 113

25 113

Programm ta' Appoġġ għal Riformi

188

25 000

25 000

Protezzjoni tal-Euro Kontra l-Iffalsifikar

7

8

8

Oħrajn

79

105

105

7.  Investiment fin-Nies, il-Koeżjoni Soċjali u l-Valuri

113 636

139 530

178 192

Fond Soċjali Ewropew+ (inkluż EUR 5,9 biljun fi prezzijiet tal-2018 għall-Garanzija għat-Tfal)

94 382

101 174

120 457

Li minnhom saħħa, impjiegi u innovazzjoni soċjali

1 055

1 174

1 234

Erasmus+

13 536

30 000

46 758

Korp Ewropew ta' Solidarjetà

378

1 260

1 260

Ewropa Kreattiva

1 381

1 850

3 162

Ġustizzja

 

305

356

Drittijiet u l-valuri, inkluż mill-anqas EUR 500 miljun fi prezzijiet tal-2018 għal-linja tal-valuri tal-Unjoni

 

642

1 834

Oħrajn

1 131

1 334

1 334

Aġenziji deċentralizzati

1 936

2 965

3 030

Marġni

-1 391

4 528

5 634

III.  Riżorsi Naturali u Ambjent

391 849

378 920

456 146

8.  Politika Agrikola u Marittima

382 608

372 264

440 898

FAEG + FAEŻR

inkluż:

375 429

365 006

431 946

Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG)

280 351

286 195

 

Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)

95 078

78 811

 

Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd

6 139

6 140

7 739

Oħrajn

946

990

1 085

Aġenziji deċentralizzati

94

128

128

9.  Ambjent u Azzjoni Klimatika

3 437

5 739

12 995

Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE)

3 170

5 450

7 272

Fond ġust ta' tranżizzjoni tal-Enerġija

 

 

5 410

Aġenziji deċentralizzati

267

289

313

Marġni

5 804

918

2 254

IV.  Migrazzjoni u Ġestjoni tal-Fruntieri

9 929

34 902

36 448

10.  Migrazzjoni

7 085

11 280

11 665

Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil

6 650

10 415

10 415

Aġenziji deċentralizzati*

435

865

1 250

11.  Ġestjoni tal-Fruntieri

5 439

21 331

22 493

Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri

2 734

9 318

9 318

Aġenziji deċentralizzati*

2 704

12 013

13 175

Marġni

-2 595

2 291

2 291

V.  Sigurtà u Difiża

1 941

27 515

27 872

12.  Sigurtà

3 394

4 806

5 162

Fond għas-Sigurtà Interna

1 179

2 500

2 500

Żmantellar tas-Siti Nukleari

inkluż:

1 334

1 178

1 533

Żmantellar tas-Siti Nukleari (il-Litwanja)

451

552

780

Sikurezza Nukleari u l-Iżmantellar (inkl. ir-Repubblika tal-Bulgarija u s-Slovakkja)

883

626

753

Aġenziji deċentralizzati

882

1 128

1 129

13.  Difiża

590

19 500

19 500

Fond Ewropew għad-Difiża

590

13 000

13 000

Mobbiltà Militari

0

6 500

6 500

14.  Rispons għall-Kriżijiet

1 209

1 400

1 400

Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (rescUE)

561

1 400

1 400

Oħrajn

648

p.m.

p.m

Marġni

-3 253

1 809

1 809

VI.  Il-Viċinat u d-Dinja

93 381

123 002

128 036

15.  Azzjoni Esterna

82 569

105 219

109 352

Strument(i) li jappoġġja(w) il-politiki tal-viċinat u tal-iżvilupp, inklużi s-suċċessur tal-FEŻ u pjan ta' investiment għall-Afrika

70 428

89 500

93 454

Għajnuna Umanitarja

8 561

11 000

11 000

Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK)

2 066

3 000

3 000

Pajjiżi u Territorji Extra-Ewropej (inkluża Greenland)

582

500

669

Oħrajn

790

1 070

1 070

Aġenziji deċentralizzati

141

149

159

16.  Assistenza ta' qabel l-adeżjoni

12 799

14 500

14 663

Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni

12 799

14 500

14 663

Marġni

-1 987

3 283

4 020

VII.  Amministrazzjoni Pubblika Ewropea

69 584

85 287

85 287

Skejjel u Pensjonijiet Ewropej

13 823

19 259

19 259

Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet

55 761

66 028

66 028

TOTAL

1 061 960

1 279 408

1 493 701

F'% tad-DNG (UE-27)

1.16 %

1.11 %

1.30 %

* L-ammont tal-PE għall-aġenziji deċentralizzati fil-clusters 10 u 11 jinkludi l-impatt finanzjarju tal-proposti tal-Kummissjoni tat-12 ta' Settembru 2018 dwar l-EASO u l-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta.

(1) Testi adottati, P8_TA(2018)0075 u P8_TA(2018)0076.
(2) Testi adottati, P8_TA(2018)0226.
(3) ĠU C 215, 19.6.2018, p. 249.
(4) ĠU L 282, 19.10.2016, p. 1.
(5) ĠU C 242, 10.7.2018, p. 24.


Regoli dwar għajnuna mill-Istat: kategoriji ġodda ta' għajnuna mill-Istat *
PDF 116kWORD 48k
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1588 tat-13 ta' Lulju 2015 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategoriji ta' għajnuna mill-Istat orizzontali (COM(2018)0398 – C8-0316/2018 – 2018/0222(NLE))
P8_TA(2018)0450A8-0315/2018

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2018)0398),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 109 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0316/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0315/2018),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


L-esportazzjoni tal-armi: l-implimentazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK
PDF 179kWORD 64k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2018 dwar l-esportazzjoni tal-armi: l-implimentazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK (2018/2157(INI))
P8_TA(2018)0451A8-0335/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b'mod partikolari l-promozzjoni tad-demokrazija u l-istat tad-dritt u l-preservazzjoni tal-paċi, il-prevenzjoni tal-kunflitti u t-tisħiħ tas-sigurtà internazzjonali,

–  wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta' Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' teknoloġija u tagħmir militari(1) (il-Pożizzjoni Komuni),

–  wara li kkunsidra d-Dsatax-il Rapport Annwali(2) mfassal f'konformità mal-Artikolu 8(2) tal-Pożizzjoni Komuni,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2018/101/PESK tat-22 ta' Jannar 2018 dwar il-promozzjoni ta' kontrolli effettivi fuq l-esportazzjoni tal-armi(3) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2017/915/PESK tad-29 ta' Mejju 2017 dwar attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni tal-Unjoni b'appoġġ għall-implimentazzjoni tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi(4),

–  wara li kkunsidra l-Lista Militari Komuni aġġornata tal-Unjoni Ewropea adottata mill-Kunsill fis-26 ta' Frar 2018(5),

–  wara li kkunsidra l-Gwida għall-Utent għall-Pożizzjoni Komuni li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' teknoloġija u tagħmir militari,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Wassenaar tat-12 ta' Mejju 1996 dwar il-Kontrolli tal-Esportazzjoni għall-Armi Konvenzjonali u l-Prodotti u t-Teknoloġiji b'Użu Doppju, flimkien mal-listi, aġġornati f'Diċembru 2017, ta' dawn il-prodotti u t-teknoloġiji u munizzjon(6),

–  wara li kkunsidra l-Qafas Strateġiku tal-UE u l-Pjan ta' Azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija tal-25 ta' Ġunju 2012, b'mod partikolari l-Eżitu 11(e) tal-pjan ta' azzjoni, u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija (2015-2019) tal-20 ta' Lulju 2015, b'mod partikolari l-Objettiv 21(d) tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (TKA) adottat mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fit-2 ta' April 2013(7), li daħal fis-seħħ fl-24 ta' Diċembru 2014,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta' prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità(8),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta' oġġetti b'użu doppju(9), kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 599/2014 tas-16 ta' April 2014, u l-lista ta' oġġetti b'użu doppju u t-teknoloġija fl-Anness I tiegħu (Regolament dwar l-Użu Doppju),

–  wara li kkunsidra l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU, b'mod partikolari l-Għan 16 li jippromwovi soċjetajiet ġusti, paċifiċi u inklużivi għall-iżvilupp sostenibbli,

–  wara li kkunsidra l-Aġenda dwar id-Diżarm tan-NU ("Niżguraw il-Futur Komuni tagħna"),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/2134 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Novembru 2016 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra(10),

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar l-impatt tat-trasferiment tal-armi fuq it-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem(11),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-kwistjoni, b'mod partikolari dawk tat-13 ta' Settembru 2017(12) u tas-17 ta' Diċembru 2015(13) dwar l-implimentazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni,

–  wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża li għandu l-għan li jappoġġja l-kompetittività u l-kapaċità innovattiva tal-industrija tad-difiża tal-UE (EDIDP) (COM(2017)0294) u l-proposta għal regolament li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża (COM(2018)0476),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar is-sitwazzjoni umanitarja fil-Jemen tal-25 ta' Frar 2016(14), il-15 ta' Ġunju 2017(15) u t-30 ta' Novembru 2017(16),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Frar 2014 dwar l-użu ta' drones armati(17),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tas-17 ta' Awwissu 2018 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Jemen, inklużi l-ksur u l-abbużi minn Settembru 2014 (A/HRC/39/43),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 52 u 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0335/2018),

A.  billi d-dritt inerenti għall-awtodifiża individwali jew kollettiva huwa stabbilit fl-Artikolu 51 tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti;

B.  billi l-esportazzjonijiet u t-trasferimenti tal-armi għandhom impatt innegabbli fuq id-drittijiet tal-bniedem u s-sigurtà tal-bniedem, fuq l-iżvilupp soċjoekonomiku u fuq id-demokrazija; billi l-esportazzjoni tal-armi tikkontribwixxi wkoll għal ċirkostanzi li jġiegħlu lin-nies jaħarbu minn pajjiżhom; billi hemm raġunijiet b'saħħithom biex tiġi stabbilita sistema għall-kontroll tal-armi stretta, trasparenti, effettiva u aċċettata u ddefinita b'mod komuni;

C.  billi l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK hija qafas legalment vinkolanti li jistabbilixxi tmien kriterji; billi kull meta dawn ma jkunux issodisfati, il-ħruġ ta' liċenzja tal-esportazzjoni jenħtieġ li jiġi miċħud (kriterji 1-4) jew tal-inqas jitqies li jsir dan (kriterji 5-8); billi d-deċiżjoni ta' trasferiment jew ċaħda tat-trasferiment ta' xi teknoloġija jew tagħmir militari tibqa' għad-diskrezzjoni nazzjonali ta' kull Stat Membru skont l-Artikolu 4(2) tal-Pożizzjoni Komuni;

D.  billi l-aħħar ċifri(18) juru li l-esportazzjoni tal-armi mill-UE-28 kienet tammonta għal aktar minn 27 % tat-total globali fl-2013-2017, li irriżulta biex l-UE, kollettivament, tkun, it-tieni l-akbar fornitur tal-armi fid-dinja, wara l-Istati Uniti (34 %) u segwita mir-Russja bi 22 %; billi l-2015 u l-2016 kienu l-aktar snin li fihom storikament urew l-ogħla ċifri ta' liċenzji għall-esportazzjoni tal-armi skont il-valur, mill-bidu tal-ġbir tad-data tal-UE, b'valur totali ta' EUR 195,95 biljun fl-2015 u, skont l-aktar rapport reċenti mill-Grupp ta' Ħidma dwar l-Esportazzjoni ta' Armi Konvenzjonali (COARM), EUR 191,45 miljun fl-2016(19); billi sfortunatament iċ-ċifri tal-2015 u l-2016 huma qarrieqa u impreċiżi, peress li l-volum ta' liċenzji huwa parzjalment aktar espressjoni ta' intenzjoni milli figura preċiża li tindika esportazzjonijiet reali li jistgħu jkunu mistennija li jimmaterjalizzaw fil-futur qrib;

E.  billi r-rapporti annwali tal-COARM s'issa huma l-uniku strument li l-għan tiegħu huwa li jkopri l-implimentazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni; billi dawn ir-rapporti kkontribwixxew għal żieda fit-trasparenza fir-rigward tal-esportazzjoni tal-armi tal-Istati Membri u billi l-volum ta' linji gwida u kjarifiki fil-Gwida għall-Utent żdied b'mod konsiderevoli; billi, minħabba l-Pożizzjoni Komuni, żdied il-volum ta' informazzjoni dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-esportazzjoni tal-armi;

F.  billi kemm l-ambjent tas-sigurtà globali kif ukoll dak reġjonali nbidlu b'mod drammatiku, speċjalment fir-rigward tal-viċinat tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Unjoni, u dan jenfasizza l-ħtieġa urġenti li jitjiebu metodoloġiji fir-rigward tal-produzzjoni tal-informazzjoni għall-valutazzjoni tar-riskju tal-ħruġ ta' liċenzji tal-esportazzjoni u sabiex isiru aktar sikuri;

G.  billi, skont l-Artikolu 3 tal-Pożizzjoni Komuni, it-tmien kriterji jiddefinixxu biss standards minimi u huma mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura aktar restrittiva li l-Istati Membri jistgħu jieħdu għall-kontroll tal-armi; billi l-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet fir-rigward tal-għoti jew iċ-ċaħda ta' liċenzji għall-esportazzjoni tal-armi huwa esklussivament fil-kompitu tal-Istati Membri;

H.  billi mhux l-Istati Membri kollha jippreżentaw informazzjoni kompluta lill-COARM; billi, minħabba l-arranġamenti għall-ġbir tad-data u l-proċeduri ta' sottomissjoni differenti tal-Istati Membri individwali u l-interpretazzjoni differenti tagħhom tat-tmien kriterji, is-settijiet tad-data mhumiex kompluti u jvarjaw, u l-prattiki tal-esportazzjoni tal-armi huma ferm differenti; jindika li l-iskambju ta' informazzjoni jrid ikun kompatibbli mal-liġijiet nazzjonali u l-proċeduri amministrattivi ta' kull pajjiż;

I.  billi bħalissa ma hemm l-ebda mekkaniżmu għall-verifika u r-rappurtar ta' konformità standardizzati u indipendenti skont it-tmien kriterji tal-Pożizzjoni Komuni;

J.  billi fis-snin reċenti ġew adottati miżuri dwar it-traffikar ta' armi ħfief u ta' kalibru żgħir, b'Lista aġġornata ta' Oġġetti u Teknoloġiji b'Użu Doppju skont il-Ftehim ta' Wassenaar; billi filwaqt li kwistjonijiet bħall-kontroll tal-intermedjazzjoni għall-armi, il-produzzjoni liċenzjata barra l-UE u l-kontroll fuq l-utenti finali tpoġġew fuq l-aġenda u, sa ċertu punt, ġew inkorporati fil-Pożizzjoni Komuni nfisha, ħafna prodotti, b'mod partikolari fil-qasam ta' oġġetti b'użu doppju, iċ-ċiberteknoloġija u s-sorveljanza, għadhom mhumiex koperti mis-sistema ta' kontroll;

K.  billi d-dsatax-il rapport annwali jiżvela li 40,5 % tal-liċenzji għall-esportazzjoni tal-armi ngħataw lil pajjiżi fir-reġjun MENA, b'valur ta' EUR 77,5 biljun, u l-Arabja Sawdija, l-Eġittu u l-Emirati Għarab Magħquda (EGħM) jammontaw għall-biċċa l-kbira ta' dawk l-esportazzjonijiet, b'valur ta' EUR 57,9 biljun;

L.  billi, f'xi każijiet, l-armi esportati lejn ċerti pajjiżi, pereżempju lejn l-Arabja Sawdija, l-Emirati Għarab Magħquda u membri tal-koalizzjoni mmexxija mill-Arabja Sawdija, intużaw f'kunflitti bħal dak fil-Jemen; billi dawn l-esportazzjonijiet jiksru biċ-ċar il-Pożizzjoni Komuni;

M.  billi r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2016 dwar is-sitwazzjoni umanitarja fil-Jemen appellat lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) biex tvara inizjattiva sabiex jiġi impost embargo tal-armi tal-UE fuq l-Arabja Sawdija;

N.  billi l-armi liċenzjati għat-trasferiment mill-Istati Membri tal-UE u sussegwentement użati fil-kunflitt attwali tal-Jemen kellhom impatt katastrofiku fuq l-iżvilupp sostenibbli fil-Jemen;

O.  billi s-settur tad-difiża sar punt fokali tal-politika tal-UE, fejn l-Istrateġija Globali tal-UE (EUGS) tiddikjara li "industrija tad-difiża Ewropea sostenibbli, innovattiva u kompetittiva hija essenzjali għall-awtonomija strateġika tal-Ewropa u għal PSDK kredibbli"(20); billi l-esportazzjonijiet tal-armi huma kruċjali biex tingħata spinta lill-bażi industrijali u teknoloġika għad-difiża Ewropea, u billi l-prijorità tal-industrija tad-difiża hija li tiggarantixxi s-sigurtà u d-difiża tal-Istati Membri tal-UE u li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-PESK; billi l-kompitu ewlieni tal-Fond Ewropew għad-Difiża u, bħala prekursur, l-EDIDP, li ġie varat reċentement, għandu "[jwieżen] il-kompetittività tal-industrija tad-difiża fl-Ewropa"(21);

P.  billi l-miżuri ta' trasparenza bħall-monitoraġġ tal-esportazzjonijiet tal-armi jgħinu biex tingħata spinta lill-fiduċja fost l-Istati Membri;

Q.  billi l-Artikolu 10 tal-Pożizzjoni Komuni juri biċ-ċar li l-osservanza tat-tmien kriterji għandha preċedenza fuq l-interessi ekonomiċi, soċjali, kummerċjali jew industrijali tal-Istati Membri;

It-tisħiħ tal-Pożizzjoni Komuni u t-titjib tal-implimentazzjoni tagħha

1.  Jissottolinja li l-istati għandhom id-dritt leġittimu li jakkwistaw teknoloġija militari għal skopijiet ta' awtodifiża; jinnota li ż-żamma tal-industrija tad-difiża sservi bħala parti mill-awtodifiża tal-Istati Membri;

2.  Jinnota li suq Ewropew tad-difiża jservi bħala strument li jiggarantixxi s-sigurtà u d-difiża tal-Istati Membri u ċ-ċittadini tal-Unjoni u jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) u b'mod partikolari l-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK); jistieden lill-Istati Membri jegħlbu n-nuqqas attwali ta' effiċjenza fl-infiq għad-difiża minħabba d-duplikazzjoni, il-frammentazzjoni u n-nuqqas ta' interoperabbiltà, u biex ikollhom l-għan li l-UE ssir fornitur tas-sigurtà, anke permezz ta' kontroll aħjar tal-esportazzjoni tal-armi;

3.  Jirrikonoxxi li l-UE hija l-unika unjoni tal-istati li għandha qafas legalment vinkolanti li permezz tiegħu l-kontroll tal-esportazzjoni tal-armi qed jitjieb, fosthom f'reġjuni ta' kriżi u f'pajjiżi b'rekord dubjuż fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem; jilqa', f'dan ir-rigward, il-fatt li pajjiżi terzi Ewropej u mhux Ewropej ingħaqdu mas-sistema tal-kontroll tal-esportazzjoni tal-armi abbażi tal-Pożizzjoni Komuni; iħeġġeġ ukoll lill-pajjiżi kandidati li fadal, lil dawk il-pajjiżi li jinsabu fil-proċess li jiksbu l-istatus ta' kandidat, jew pajjiżi oħra li jixtiequ jimpenjaw ruħhom fit-triq lejn l-adeżjoni fl-UE, biex japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Pożizzjoni Komuni;

4.  Jenfasizza l-ħtieġa urġenti li jissaħħaħ ir-rwol tad-Delegazzjonijiet tal-UE biex jassistu lill-Istati Membri u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) bil-valutazzjoni tar-riskju tal-ħruġ ta' liċenzji tal-esportazzjoni u l-implimentazzjoni ta' kontrolli fuq l-utent finali, kontrolli ta' wara t-trasportazzjoni u spezzjonijiet fuq il-post;

5.  Jinnota li t-tmien kriterji huma applikati u interpretati b'modi differenti mill-Istati Membri; jitlob għalhekk applikazzjoni uniformi, konsistenti u kkoordinata tat-tmien kriterji u implimentazzjoni sħiħa tal-Pożizzjoni Komuni flimkien mal-obbligi kollha tagħha;

6.  Jemmen li l-metodoloġija tal-valutazzjoni tar-riskju tal-ħruġ ta' liċenzji għall-esportazzjoni għandha tinkorpora prinċipju ta' prekawzjoni u li l-Istati Membri, minbarra li jivvalutaw jekk tistax tintuża teknoloġija militari speċifika għal ripressjoni interna jew għal finijiet mhux mixtieqa oħra, għandhom jivvalutaw ukoll ir-riskji abbażi tas-sitwazzjoni ġenerali fil-pajjiż ta' destinazzjoni, b'kont meħud ta' fatturi bħall-istat tad-demokrazija u l-istat tad-dritt u l-iżvilupp soċjoekonomiku tiegħu;

7.  Jistieden lill-Istati Membri u lis-SEAE, f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tiegħu tat-13 ta' Settembru 2017, biex jużaw il-proċess ta' rieżami attwali biex isaħħu l-mekkaniżmi għall-iskambju ta' informazzjoni billi jagħmlu disponibbli informazzjoni aħjar b'mod kwalitattiv u kwantitattiv għall-valutazzjonijiet tar-riskju tal-ħruġ ta' liċenzji tal-esportazzjoni, billi:

   (a) jipprovdu aktar informazzjoni dwar il-liċenzji tal-esportazzjoni u l-esportazzjonijiet attwali maqsuma b'mod sistematiku u f'waqtu, inkluż dwar utenti finali ta' tħassib, każijiet ta' devjazzjoni, ċertifikati tal-utenti finali foloz jew inkella ta' tħassib, u intermedjarji jew kumpaniji tat-trasport suspettati, skont il-liġijiet domestiċi;
   (b) iżommu lista ta' entitajiet u individwi li nstabu ħatja ta' ksur tal-leġiżlazzjoni marbuta mal-esportazzjoni tal-armi, ta' każijiet ta' devjazzjoni identifikata, u ta' persuni li huma magħrufa jew suspettati li huma involuti f'kummerċ tal-armi illegali jew f'attivitajiet li huma ta' theddida għas-sigurtà internazzjonali u nazzjonali;
   (c) jikkondividu l-aħjar prattiki adottati għall-implimentazzjoni tat-tmien kriterji;
   (d) ibiddlu l-Gwida għall-Utent attwali f'riżors interattiv online;
   (e) ibiddlu r-Rapport Annwali tal-UE f'database online pubblika u miftuħa sa tmiem l-2019, b'format ġdid li għandu jiġi applikat għad-data tal-2017;
   (f) jippromwovu proċeduri ta' kooperazzjoni ċari u stabbiliti sew bejn l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi u l-awtoritajiet tal-fruntieri, ibbażati fuq il-kondiviżjoni ta' informazzjoni, sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni dwar is-sigurtà u l-qerda tan-negozjar illegali tal-armi, li huwa ta' riskju għas-sigurtà tal-UE u taċ-ċittadini tagħha;

8.  Jistieden lill-Istati Membri u lis-SEAE jżidu l-għadd ta' persunal li jaħdem fuq kwistjonijiet relatati mal-esportazzjoni kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell tal-UE; jinkoraġġixxi l-użu tal-fondi tal-UE għall-bini tal-kapaċità fost l-uffiċjali tal-ħruġ tal-liċenzji u l-infurzar fl-Istati Membri;

9.  Ifakkar li fost ir-raġunijiet għall-istabbiliment tal-Pożizzjoni Komuni kien hemm l-evitar tal-użu tal-armi Ewropej kontra l-forzi armati tal-Istati Membri u l-evitar tal-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u l-estensjoni tal-kunflitti armati; itenni li l-Pożizzjoni Komuni tistabbilixxi rekwiżiti minimi li l-Istati Membri jridu japplikaw fil-qasam tal-kontrolli tal-esportazzjoni tal-armi, u li dan jinkludi l-obbligu li tiġi eżaminata talba għal liċenzja tal-esportazzjoni kontra kull wieħed mit-tmien kriterji elenkati fih;

10.  Jikkritika n-nuqqas sistematiku li t-tmien kriterji jiġu applikati mill-Istati Membri u l-fatt li t-teknoloġija militari tilħaq destinazzjonijiet u utenti finali li ma jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fil-Pożizzjoni Komuni; jirrepeti s-sejħa tiegħu għal valutazzjoni indipendenti tal-konformità tal-Istati Membri mat-tmien kriterji tal-Pożizzjoni Komuni; huwa tal-fehma li jenħtieġ li tiġi promossa konverġenza ikbar fl-applikazzjoni tat-tmien kriterji; jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' dispożizzjonijiet dwar is-sanzjonijiet li għandhom jiġu imposti fuq l-Istati Membri li jonqsu milli jiċċekkjaw il-konformità mat-tmien kriterji qabel l-għoti tal-liċenzji; iħeġġeġ lill-Istati Membri itejbu l-konsistenza tal-implimentazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni, u jagħtihom parir jipprevedu arranġamenti biex iwettqu kontrolli indipendenti;

11.  Jemmen li l-esportazzjonijiet lejn l-Arabja Sawdija, l-EGħM u membri oħra tal-koalizzjoni mmexxija mill-Arabja Sawdija fil-Jemen mhumiex konformi mill-inqas mal-kriterju 2 minħabba l-involviment ta' dawk il-pajjiżi fi ksur serju tal-liġi umanitarja kif stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti tan-NU; itenni s-sejħa tiegħu tat-13 ta' Settembru 2017 rigward il-ħtieġa urġenti li jiġi impost embargo tal-armi fuq l-Arabja Sawdija, u jappella lill-VP/RGħ u lill-Kunsill biex jestendu tali embargo għall-membri l-oħrajn kollha tal-koalizzjoni mmexxija mill-Arabja Sawdija fil-Jemen;

12.  Jemmen li hu meħtieġ li jitnieda proċess li jwassal għal mekkaniżmu li jissanzjona lill-Istati Membri li ma jikkonformawx mal-Pożizzjoni Komuni;

13.  Jinnota li xi Stati Membri waqfu jipprovdu l-armi lill-Arabja Sawdija u membri oħra tal-koalizzjoni mmexxija mill-Arabja Sawdija fil-Jemen minħabba l-azzjonijiet tagħhom, filwaqt li oħrajn komplew jipprovdu teknoloġija militari; jifraħ lil dawk l-Istati Membri, bħal Ġermanja u n-Netherlands, li biddlu l-prattika tagħhom fir-rigward tal-kunflitt tal-Jemen; jiddispjaċih ħafna, madankollu, mill-fatt li Stati Membri oħra jidhru li ma jqisux l-imġiba tal-pajjiż ta' destinazzjoni u l-użu aħħari ta' armi u munizzjon esportati; jissottolinja li din id-disparità fil-prattika tirriskja li ddgħajjef ir-reġim Ewropew ta' kontroll tal-armi kollu kemm hu;

14.  Huwa allarmat mill-fatt li kważi t-talbiet kollha għal liċenzji għal esportazzjonijiet lejn pajjiżi speċifiċi bħall-Arabja Sawdija ngħataw minkejja l-fatt li l-esportazzjonijiet lejn dawk il-pajjiżi jiksru mill-inqas il-kriterji 1 sa 6 tal-Pożizzjoni Komuni, filwaqt li jitqies li n-nuqqas li jiġu ssodisfati l-kriterji 1 sa 4 irid iwassal għal ċaħda tal-liċenzja; jiddispjaċih li kważi l-applikazzjonijiet għal liċenzji kollha (95 %) għall-esportazzjonijiet lejn l-Arabja Sawdija ngħataw fir-rigward tal-esportazzjonijiet tal-kategorija ML9(22) (bastimenti tal-gwerra, li jintużaw biex jiġi infurzat l-imblokk navali fuq il-Jemen), u l-kategorija ML10 (inġenji tal-ajru) u ML4 (bombi eċċ.) li kienu fundamentali fil-kampanja mill-ajru, filwaqt li jikkontribwixxu għad-deterjorament tas-sitwazzjoni umanitarja, għall-ħolqien ta' ostakli għall-iżvilupp sostenibbli fil-pajjiż kollu, u għat-tbatija kontinwa tal-popolazzjoni tal-Jemen;

15.  Jinsab maħsud bl-ammont ta' armi u munizzjon, prodotti fl-UE, li nstabu f'idejn id-Da'esh fis-Sirja u fl-Iraq; jinnota li l-Bulgarija u r-Rumanija ma applikawx b'mod effettiv il-Pożizzjoni Komuni fir-rigward ta' trasferimenti mill-ġdid li jiksru ċ-ċertifikati tal-utent finali; jistieden lill-Istati Membri kollha jirrifjutaw trasferimenti simili fil-futur, b'mod partikolari lejn l-Istati Uniti u l-Arabja Sawdija, u jitlob lis-SEAE u lill-Istati Membri, b'mod partikolari lill-Bulgarija u lir-Rumanija, jispjegaw, fil-kuntest tal-COARM iżda wkoll pubblikament quddiem is-Sottokumitat tal-Parlament dwar is-Sigurtà u d-Difiża (SEDE), x'passi ttieħdu dwar din il-kwistjoni; jistieden lis-SEAE jindirizza l-bosta każijiet żvelati mir-rapport reċenti dwar ir-Riċerka tal-Armi għall-Kunflitti, u jesplora metodi aktar effettivi għall-valutazzjoni tar-riskju ta' devjazzjoni fil-COARM u f'fora rilevanti oħra, inkluż, fil-kuntest tal-proċess ta' rieżami, li jsir obbligatorju għall-Istati Membri li jiċħdu liċenzja tal-esportazzjoni jekk ikun hemm riskju ċar li t-teknoloġija jew it-tagħmir militari li se jiġi esportat jista' jiġi ddevjat; jiddeċiedi li jagħti bidu għal investigazzjoni f'din il-kwistjoni;

16.  Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-provvista tas-sistemi tal-armi fi żmien ta' gwerra u f'sitwazzjonijiet ta' tensjoni politika sinifikanti tista' taffettwa b'mod sproporzjonat lil persuni ċivili; jissottolinja li l-kunflitti jenħtieġ li jiġu solvuti permezz ta' mezzi diplomatiċi bħala prijorità; jappella, għalhekk, lill-Istati Membri biex jieħdu passi lejn politika barranija u ta' sigurtà komuni ġenwina;

17.  Jirrikonoxxi li implimentazzjoni aħjar tal-kriterju 8 tikkostitwixxi kontribut deċiżiv għall-għanijiet tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp tal-UE u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU, b'mod partikolari l-SDG 16.4; jistieden lill-Istati Membri u lis-SEAE jużaw il-proċess ta' rieżami għaddej bħalissa dwar il-Pożizzjoni Komuni f'dan ir-rigward; jirrakkomanda li l-Gwida għall-Utent f'dan ir-rigward tiġi aġġornata, b'enfasi mhux biss fuq l-impatt fuq l-iżvilupp tax-xiri tal-armi fuq il-pajjiż riċevitur, iżda wkoll fuq il-ħsara potenzjali għall-iżvilupp magħmul bl-użu ta' armi, inkluż f'pajjiżi li mhumiex l-Istat riċevitur;

18.  Jissuġġerixxi li għandhom jiġu esplorati modi għall-UE biex tappoġġja l-konformità tal-Istati Membri mat-tmien kriterji tal-Pożizzjoni Komuni, b'mod partikolari billi tipprovdi informazzjoni matul il-fażi tal-valutazzjoni tar-riskju, kontrolli fuq l-utenti finali, kontrolli ex ante fuq il-vjeġġi, u lista aġġornata regolarment ta' pajjiżi terzi li jikkonformaw mal-kriterji tal-Pożizzjoni Komuni;

19.  Jinnota li l-Kunsill qed iwettaq valutazzjoni mill-ġdid tal-implimentazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni u t-twettiq tal-għanijiet tagħha fl-2018; jitlob li tiġi rieżaminata l-Pożizzjoni Komuni sabiex jiġi determinat kif tiġi implimentata fil-livell nazzjonali, inkluża valutazzjoni tal-modi differenti li bihom tiġi implimentata fil-liġijiet u r-regolamenti tal-istati, il-metodi użati biex jiġu vvalutati l-applikazzjonijiet għal liċenzji u l-aġenziji u l-ministeri tal-gvern li huma involuti; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li l-proġetti ffinanzjati mill-EDIDP varat dan l-aħħar u bil-Fond għad-Difiża futur, iridu jsiru taħt mekkaniżmi/reġimi ta' kontroll u ta' rapportar nazzjonali u tal-UE u jkunu soġġetti għal skrutinju parlamentari sħiħ; jemmen li l-Faċilità Ewropea għall-Paċi proposta teħtieġ ukoll li tkun soġġetta għal skrutinju parlamentari;

20.  Jistieden lill-Istati Membri jegħlbu n-nuqqas attwali ta' effiċjenza fl-infiq għad-difiża minħabba d-duplikazzjoni, il-frammentazzjoni u n-nuqqas ta' interoperabbiltà, u biex ikollhom l-għan li l-UE ssir fornitur tas-sigurtà, anke permezz ta' kontroll aħjar tal-esportazzjoni tal-armi;

21.  Huwa tal-fehma li l-azzjonijiet relatati mal-prodott b'rabta mal-armi żgħar u armamenti ħfief fejn huma żviluppati prinċipalment għal skopijiet ta' esportazzjoni għandhom jiġu esklużi mill-fondi tal-Unjoni fil-kuntest tar-regolament li jmiss li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża (EDF) (COM(2018)0476);

22.  Hu tal-fehma li fil-kuntest tal-Brexit ikun importanti għar-Renju Unit li jimpenja ruħu biex jibqa' marbut mal-Pożizzjoni Komuni u li japplika dispożizzjonijiet operattivi kif jagħmlu pajjiżi terzi Ewropej oħrajn;

23.  Jenfasizza li l-ambizzjoni li tiżdied il-kompetittività tas-settur ta' difiża Ewropea ma għandhiex iddgħajjef l-applikazzjoni tat-tmien kriterji tal-Pożizzjoni Komuni hekk kif jieħdu preċedenza fuq kwalunkwe interess ekonomiku, kummerċjali, soċjali jew industrijali tal-Istati Membri;

24.  Iqis li l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/43/KE dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta' prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità jenħtieġ li tkun konsistenti mal-Pożizzjoni Komuni, inkluż fir-rigward tal-parts tal-bdil u l-komponenti; jinnota li l-Pożizzjoni Komuni mhijiex restrittiva fil-kamp ta' applikazzjoni u li, għaldaqstant, it-tmien kriterji japplikaw ukoll għal trasferimenti fi ħdan l-UE;

25.  Itenni l-effett negattiv li l-esportazzjoni bla kontroll suffiċjenti ta' sorveljanza ċibernetika minn kumpaniji tal-UE jista' jkollha fuq is-sigurtà għall-infrastruttura diġitali tal-UE u fuq ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-importanza ta' aġġornament rapidu, effettiv u komprensiv tar-Regolament dwar l-Użu Doppju tal-UE, ifakkar il-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-proposta tal-Kummissjoni kif approvat minn maġġoranza assoluta f'Jannar 2018, u jissuġġerixxi li l-Kunsill jistabbilixxi malajr pożizzjoni ambizzjuża bil-għan li jippermetti lill-koleġiżlaturi jilħqu ftehim qabel il-tmiem ta' dan it-terminu leġiżlattiv; jistieden lill-Istati Membri, fir-rigward tal-kontrolli tal-esportazzjoni u l-applikazzjoni tat-tmien kriterji, sabiex jagħtu attenzjoni akbar lill-oġġetti li jistgħu jintużaw kemm għal skopijiet ċivili kif ukoll militari, bħal pereżempju t-teknoloġija għas-sorveljanza, u bl-istess mod, għall-komponenti li jistgħu jintużaw fl-attakki ċibernetiċi jew biex jitwettaq ksur tad-drittijiet tal-bniedem; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jinvestu fondi suffiċjenti fit-teknoloġija u r-riżorsi umani biex jitħarrġu individwi fi programmi speċifiċi taċ-ċibersigurtà; jistieden lill-Istati Membri jippromwovu, fil-livell internazzjonali, iż-żieda tal-prodotti kkonċernati fil-listi ta' kontroll (b'mod partikolari ta' Wassenaar);

26.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħmlu eżami aktar dettaljat ta' produzzjoni liċenzjata minn pajjiżi terzi u jiżguraw li jkun hemm salvagwardji aktar b'saħħithom kontra użi mhux mixtieqa; jitlob l-applikazzjoni stretta tal-Pożizzjoni Komuni fir-rigward ta' produzzjoni liċenzjata f'pajjiżi terzi; jitlob li l-arranġamenti ta' produzzjoni liċenzjati jiġu limitati għal pajjiżi li huma partijiet jew firmatarji għat-TKA, u biex dawk il-pajjiżi terzi jkunu obbligati li jesportaw biss tagħmir li jiġi prodott b'liċenzja u awtorizzat b'mod espliċitu mill-Istat Membru oriġinali li qed jesporta;

27.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żviluppat approċċ għall-indirizzar ta' sitwazzjonijiet fejn l-Istati Membri jagħmlu interpretazzjoni differenti tat-tmien kriterji tal-Pożizzjoni Komuni għall-esportazzjonijiet ta' prodotti li huma essenzjalment simili, għal destinazzjonijiet u utenti finali simili, sabiex jiġu preservati l-kundizzjonijiet ekwi u l-kredibbiltà tal-UE barra mit-territorju tagħha;

28.  Jitlob lill-Istati Membri u lis-SEAE jiżviluppaw strateġija dedikata sabiex jipprovdu protezzjoni formali lill-informaturi li jirrappurtaw prattiki minn organizzazzjonijiet u kumpaniji fl-industrija tal-armi li jiksru l-kriterji u l-prinċipji stabbiliti fil-Pożizzjoni Komuni;

29.  Jitlob, barra minn hekk, l-espansjoni, jew aħjar l-applikazzjoni tat-tmien kriterji anke fir-rigward tat-trasferiment tal-pulizija u l-persunal militari u tas-sigurtà, is-servizzi relatati mal-esportazzjoni tal-armi, l-għarfien u t-taħriġ, it-teknoloġija tas-sigurtà kif ukoll fir-rigward ta' servizzi militari u tas-sigurtà privati;

30.  Jistieden lill-Istati Membri u lis-SEAE jikkooperaw mill-qrib sabiex jiġu evitati r-riskji li jirriżultaw mid-devjazzjoni u mill-ħżin tal-armi, bħalma huma t-traffikar u l-kuntrabandu ta' armi illegali; jenfasizza r-riskju tal-armi esportati lejn pajjiżi terzi li jidħlu lura fl-UE permezz tal-kuntrabandu u tat-traffikar tal-armi;

31.  Jistieden lill-Istati Membri u lis-SEAE jżidu kriterju ġdid mal-Pożizzjoni Komuni sabiex jiġi żgurat li meta jingħataw l-awtorizzazzjonijiet jitqies ir-riskju ta' korruzzjoni dwar l-esportazzjonijiet rilevanti;

Ir-Rapport Annwali COARM

32.  Ifaħħar l-isforzi tal-Grupp ta' Ħidma COARM fir-rigward tal-kooperazzjoni, il-koordinazzjoni u l-konverġenza (b'referenza partikolari għall-Gwida tal-Utent għall-Pożizzjoni Komuni) u t-tisħiħ u l-implimentazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni, partikolarment f'dak li jirrigwarda l-kampanji ta' sensibilizzazzjoni u l-proċessi ta' approssimazzjoni jew armonizzazzjoni fi ħdan l-UE u l-involviment ta' pajjiżi terzi;

33.  Jiddispjaċih li l-pubblikazzjoni tard ħafna tat-tmintax-il rapport annwali għall-2015 f'Marzu 2017 u tad-dsatax-il rapport annwali għall-2016 fi Frar 2018; jitlob li tiġi ggarantita proċedura ta' rapportar u sottomissjoni aktar standardizzata u f'waqtha billi tiġi stabbilita skadenza stretta għat-tressiq tad-data sa mhux aktar tard minn Jannar wara s-sena li fiha jkunu saru l-esportazzjonijiet, u billi tiġi stabbilita data tal-pubblikazzjoni fissa sa mhux aktar tard minn Marzu wara s-sena tal-esportazzjonijiet;

34.  Ifakkar li skont l-Artikolu 8(2) tal-Pożizzjoni Komuni, l-Istati Membri kollha huma obbligati jirrapportaw dwar l-esportazzjoni tal-armi tagħhom, u jħeġġeġ lill-Istati Membri kollha jikkonformaw bis-sħiħ mal-obbligi tagħhom, kif stabbilit fil-Pożizzjoni Komuni; jenfasizza li data ta' kwalità għolja u diżaggregata dwar il-kunsinni effettivi hija essenzjali biex wieħed jifhem kif jiġu applikati t-tmien kriterji;

35.  Jikkritika l-fatt li għadd ta' Stati Membri ma għamlux sottomissjonijiet sħaħ għad-dsatax-il rapport annwali abbażi ta' data speċifika għall-pajjiż dettaljata; huwa mħasseb li, bħala riżultat, informazzjoni importanti hija nieqsa mir-rapport annwali COARM, li għaldaqstant mhuwiex aġġornat jew kapaċi jippreżenta stampa sħiħa tal-attivitajiet ta' esportazzjoni tal-Istati Membri; iqis li jenħtieġ li tiġi stabbilita sistema ta' verifika u ta' rapportar standardizzata biex tipprovdi informazzjoni aktar dettaljata u komprensiva; itenni t-talba tiegħu li l-Istati Membri kollha li għadhom ma għamlux sottomissjonijiet sħaħ jipprovdu informazzjoni addizzjonali rigward l-esportazzjonijiet tagħhom tal-passat fid-dawl tar-rapport annwali li jmiss;

36.  Jinnota li skont id-dsatax-il rapport annwali, il-kriterji invokati għal ċaħdiet kienu differenti fl-applikazzjoni tagħhom, bil-kriterju 1 jiġi invokat 82 darba, il-kriterju 2 119-il darba, il-kriterju 3 103 darbiet, il-kriterju 4 85 darba, il-kriterju 5 8 darbiet, il-kriterju 6 12-il darba, il-kriterju 7 139 darba, u l-kriterju 8 darba; jinnota bi tħassib li l-għadd ta' liċenzji miċħuda naqas fit-total u anke f'termini relattivi (0.76 % biss ta' applikazzjonijiet għal liċenzji ġew miċħuda fl-2016 meta mqabbla ma' kważi 1 % fl-2015); jinnota b'diżappunt in-nuqqas kontinwu tar-rapport biex jinkludi ċifri dwar l-eżitu tal-konsultazzjonijiet dwar in-notifiki ta' ċaħda, u jistieden lill-Istati Membri jinkludu din id-data f'rapporti annwali futuri;

37.  Jissuġġerixxi li l-informazzjoni addizzjonali tinġabar mill-Istati Membri u tiġi ppubblikata kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fir-rapport annwali COARM; jissuġġerixxi wkoll li r-rapport annwali COARM ikun akkumpanjat minn sommarju li fost l-oħrajn għandu jinkludi xejriet li jistgħu jitqabblu mas-snin li għaddew u ċifri globali;

Il-Parlament u s-soċjetà ċivili

38.  Jinnota li mhux il-parlamenti nazzjonali kollha tal-UE jiskrutinizzaw id-deċiżjonijiet tal-gvern dwar il-ħruġ ta' liċenzji; jirrimarka dwar ir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament, li jipprevedu l-possibbiltà ta' reazzjonijiet regolari għar-Rapporti Annwali tal-UE dwar l-Esportazzjonijiet tal-Armi, u jappella f'dan ir-rigward għal titjib fis-sitwazzjoni attwali u għal garanzija li l-Parlament se jwieġeb għar-rapport annwali dwar COARM bir-rapport annwali tiegħu stess, li jenħtieġ li jkun barra mill-kwota; jistieden lill-parlamenti nazzjonali jiskambjaw kwalunkwe prattiki eżistenti fil-qasam tar-rappurtar u s-superviżjoni tal-esportazzjonijiet tal-armi;

39.  Jenfasizza r-rwol importanti li għandhom il-parlamenti nazzjonali, il-Parlament Ewropew, is-soċjetà ċivili, l-awtoritajiet tal-kontroll tal-esportazzjoni u l-assoċjazzjonijiet tal-industrija kemm fl-appoġġ kif ukoll fit-tħeġġiġ tal-istandards maqbula tal-Pożizzjoni Komuni fil-livell nazzjonali u tal-UE kif ukoll biex jistabbilixxu sistema ta' kontroll trasparenti u b'obbligu ta' rendikont; jappella, għalhekk, għal mekkaniżmu ta' kontroll trasparenti u b'saħħtu li jsaħħaħ ir-rwol tal-parlamenti u tas-soċjetà ċivili; iħeġġeġ lill-parlamenti nazzjonali, lis-soċjetà ċivili u lill-akkademja jeżerċitaw skrutinju indipendenti tal-kummerċ tal-armi, u jistieden lill-Istati Membri u lis-SEAE jappoġġjaw dawn l-attivitajiet, inkluż b'mezzi finanzjarji;

40.  Jenfasizza s-sinifikat u l-leġittimità tas-sorveljanza parlamentari dwar id-data relatata mal-kontroll tal-esportazzjoni tal-armi u kif jitwettaq dak il-kontroll; jitlob, f'dan ir-rigward, għall-provvediment ta' miżuri, appoġġ u informazzjoni meħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-funzjoni ta' sorveljanza pubblika tkun tista' titwettaq bis-sħiħ;

41.  Jissuġġerixxi li l-esportazzjonijiet ta' prodotti ffinanzjati taħt l-EDIDP u/jew il-Fond Ewropew għad-Difiża (EDF) jenħtieġ li jiġu elenkati separatament fid-data sottomessa lill-COARM, sabiex jiġi żgurat monitoraġġ mill-qrib tal-prodotti li ġew iffinanzjati mill-baġit Ewropew; jistieden lill-Kunsill u lill-Parlament biex jaqblu dwar sistema dettaljata ta' interpretazzjoni u implimentazzjoni inkluż korp superviżorju, korp ta' sanzjonar u kumitat etiku, sabiex jiġi żgurat li l-kriterji tal-Pożizzjoni Komuni jiġu applikati mill-inqas għall-prodotti ffinanzjati taħt l-EDIDP u/jew l-EDF, sabiex jiġu żgurati oqfsa ugwali tal-esportazzjoni għall-pajjiżi involuti; jemmen li l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni komuni jenħtieġ li japplikaw b'mod prospettiv għall-esportazzjonijiet kollha ta' armi mill-Istati Membri;

Kontroll tal-armi u diżarm internazzjonali

42.  Jindika l-ambizzjonijiet tal-UE li ssir attur globali għall-paċi; huwa tal-fehma li l-UE jenħtieġ li twettaq ir-responsabbiltà akbar tagħha għall-paċi u s-sigurtà fl-Ewropa u fid-dinja permezz ta' mekkaniżmi mtejba ta' kontroll tal-esportazzjoni u ta' inizjattivi ta' diżarm, u li, bħala attur globali responsabbli, għandha tkun mexxejja, jiġifieri l-UE jenħtieġ li jkollha rwol attiv, fejn l-Istati Membri jagħmlu l-almu tagħhom biex ifittxu pożizzjoni komuni fl-oqsma tan-nonproliferazzjoni tal-armi, id-diżarm globali u l-kontrolli tat-trasferiment tal-armi, kif ukoll fit-tisħiħ tar-riċerka u l-iżvilupp f'teknoloġiji u proċessi għall-konverżjoni minn strutturi militari għal dawk b'użu ċivili, u permezz ta' miżuri bħall-għoti ta' vantaġġi tal-esportazzjoni għall-oġġetti kkonċernati;

43.  Ifakkar li l-Istati Membri kollha huma firmatarji għat-TKA; jitlob l-universalizzazzjoni tat-TKA u biex jitpoġġa fokus ikbar fuq dawk il-pajjiżi li mhumiex firmatarji; ifaħħar ukoll l-isforzi ta' sensibilizzazzjoni rigward it-TKA u jappoġġa l-implimentazzjoni effettiva tiegħu;

44.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jgħinu lil pajjiżi terzi fil-ħolqien, it-titjib u l-applikazzjoni ta' sistemi ta' kontroll ta' armi f'konformità mal-Pożizzjoni Komuni;

45.  Itenni l-pożizzjoni tiegħu dwar sistemi ta' armi awtonomi letali (LAWS); jitlob li ssir projbizzjoni fuq l-esportazzjonijiet tal-prodotti użati fl-iżvilupp u l-produzzjoni ta' dawn is-sistemi ta' armi;

46.  Jindika li ftehim effikaċi u internazzjonali għall-kontroll tal-esportazzjoni tal-armi jenħtieġ li jkopri t-trasferiment kollha, inkludi t-trasferimenti bejn stati, it-trasferimenti bejn stati u utenti aħħarija mhux statali, il-kera kif ukoll is-self, id-donazzjoni jew it-trasferiment f'forma ta' għajnuna jew skont il-każ, sforzi alternattivi oħra;

o
o   o

47.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea / lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-NATO, u lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

(1) ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99.
(2) ĠU C 56, 14.2.2018, p. 1.
(3) ĠU L 17, 23.1.2018, p. 40.
(4) ĠU L 139, 30.5.2017, p. 38.
(5) ĠU C 98, 15.3.2018, p. 1.
(6) http://www.wassenaar.org/control-lists/, "List of Dual-Use Goods and Technologies and Munitions List" (Lista ta' Prodotti u Teknoloġiji b'Użu Doppju u Lista ta' Munizzjon) skont il-Ftehim ta' Wassenaar dwar il-Kontrolli tal-Esportazzjoni għall-Armi Konvenzjonali u l-Prodotti u t-Teknoloġiji b'Użu Doppju.
(7) It-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi, NU, 13-27217.
(8) ĠU L 146, 10.6.2009, p. 1.
(9) ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1.
(10) ĠU L 338, 13.12.2016, p. 1.
(11) A/HRC/35/8.
(12) ĠU C 337, 20.9.2018, p. 63..
(13) ĠU C 399, 24.11.2017, p. 178.
(14) ĠU C 35, 31.1.2018, p. 142.
(15) ĠU C 331, 18.9.2018, p. 146.
(16) ĠU C 356, 4.10.2018, p. 104.
(17) ĠU C 285, 29.8.2017, p. 110.
(18) "Trends in international arms transfers" (Tendenzi internazzjonali dwar trasferimenti ta' armi), 2017 (Skeda Informattiva tas-SIPRI, Marzu 2018).
(19) http://enaat.org/eu-export-browser/licence.en.html
(20) "Viżjoni Kondiviża, Azzjoni Komuni: Ewropa aktar b'saħħitha. Strateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni", Brussell, Ġunju 2016.
(21) "It-Tnedija tal-Fond Ewropew għad-Difiża", COM(2017)0295, 7 ta' Ġunju 2017.
(22) http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:52016XG0406(01)&from=MT


L-għoti tas-setgħa lill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni u li jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern ***I
PDF 134kWORD 59k
Riżoluzzjoni
Test
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri jingħataw is-setgħa biex ikunu inforzaturi aktar effettivi, u biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern (COM(2017)0142 – C8-0119/2017 – 2017/0063(COD))
P8_TA(2018)0452A8-0057/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0142),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 103 u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0119/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-20 ta' Ġunju 2018 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0057/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta’ Novembru 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri jingħataw setgħat biex ikunu inforzaturi aktar effettivi, u biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern

P8_TC1-COD(2017)0063


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Direttiva (UE) 2019/1.)

ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni tieħu nota tat-test tal-Artikolu 11 dwar miżuri interim li sar bi qbil bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

Il-miżuri interim jistgħu jkunu għodda ewlenija għall-awtoritajiet tal-kompetizzjoni biex jiġi żgurat li l-kompetizzjoni ma tiġix ippreġudikata filwaqt li tkun għaddejja investigazzjoni.

Bil-ħsieb li jippermetti lill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni li jittrattaw b’mod aktar effettiv l-iżviluppi fi swieq li jinbidlu malajr, il-Kummissjoni timpenja ruħha li hija se twettaq analiżi ta’ jekk hemmx mezzi biex tissimplifika l-adozzjoni ta’ miżuri interim fin-Network Ewropew għall-Kompetizzjoni fi żmien sentejn mid-data tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva. Ir-riżultati ta’ dan se jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.


Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi ***I
PDF 132kWORD 64k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (EECC) (riformulazzjoni) (COM(2016)0590 – C8-0379/2016 – 2016/0288(COD))
P8_TA(2018)0453A8-0318/2017

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – riformulazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0590),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0379/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll (Nru 1) dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mill-Parlament Żvediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-26 ta' Jannar 2017(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-8 ta' Frar 2017(2),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali(3),

–  wara li kkunsidra l-ittra tas-17 ta' Ottubru 2016 mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija skont l-Artikolu 104(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-29 ta’ Ġunju 2018 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 104 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0318/2017),

A.  billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali;

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Novembru 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2018/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (Riformulazzjoni)

P8_TC1-COD(2016)0288


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Direttiva (UE) 2018/1972.)

(1) ĠU C 125, 21.4.2017, p. 65.
(2) ĠU C 207, 30.6.2017, p. 87.
(3) ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi ***I
PDF 150kWORD 64k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Korp tar-Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjoni Elettronika (COM(2016)0591 – C8-0382/2016 – 2016/0286(COD))
P8_TA(2018)0454A8-0305/2017

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0591),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0382/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mis-Senat Franċiż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta' Jannar 2017(1),

–  wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-29 ta' Ġunju 2018 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0305/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Novembru 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC), li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2120 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1211/2009

P8_TC1-COD(2016)0286


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2018/1971.)

(1) ĠU C 125, 21.4.2017, p. 65.


Standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda ***I
PDF 253kWORD 82k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fl-14 ta' Novembru 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda (COM(2018)0284 – C8-0197/2018 – 2018/0143(COD))(1)
P8_TA(2018)0455A8-0354/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 1a (ġdida)
(1a)   L-introduzzjoni ta' vetturi tqal mingħajr emissjonijiet jenħtieġ li tikkontribwixxi għas-soluzzjoni tal-problemi ewlenin tal-mobbiltà urbana. Filwaqt li hija essenzjali li jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 mit-trasport bit-triq, il-promozzjoni ta' dawn il-vetturi mill-manifatturi hija kruċjali wkoll biex jitnaqqsu b'mod effettiv is-sustanzi li jniġġsu l-arja u l-livelli tal-ħoss eċċessivi fl-ibliet u fiż-żoni urbani.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 2
(2)  Wara l-Istrateġija għal Mobbiltà b'Emissjonijiet Baxxi, il-Kummissjoni adottat żewġ pakketti tal-mobbiltà f'Mejjuu19 Novembru 201720. Dawn il-pakketti jistabbilixxu aġenda pożittiva li twettaq l-Istrateġija għal Mobilità b'Emissjonijiet Baxxi u tiżgura tranżizzjoni bla xkiel lejn mobbiltà nadifa, kompetittiva u konnessa għal kulħadd.
(2)  Wara l-Istrateġija għal Mobbiltà b'Emissjonijiet Baxxi, il-Kummissjoni adottat żewġ pakketti tal-mobbiltà f'Mejju19u f'Novembru 201720. Dawn il-pakketti jistabbilixxu aġenda pożittiva li twettaq l-Istrateġija għal Mobbiltà b'Emissjonijiet Baxxi u tiżgura tranżizzjoni bla xkiel lejn mobbiltà mingħajr emissjonijiet, kompetittiva u konnessa għal kulħadd.
__________________
__________________
19 L-Ewropa Attiva: Aġenda għal tranżizzjoni soċjalment ġusta lejn mobilità nadifa, kompetittiva u konnessa għal kulħadd, COM(2017)283 final
19 L-Ewropa Attiva: Aġenda għal tranżizzjoni soċjalment ġusta lejn mobilità nadifa, kompetittiva u konnessa għal kulħadd, COM(2017)0283 final
20 It-twettiq ta' mobilità b'emissjonijiet baxxi – Unjoni Ewropea li tipproteġi l-pjaneta, tagħti s-setgħa lill-konsumaturi tagħha u tiddefendi l-industrija u l-ħaddiema tagħha, COM(2017)675 final
20 It-twettiq ta' mobilità b'emissjonijiet baxxi – Unjoni Ewropea li tipproteġi l-pjaneta, tagħti s-setgħa lill-konsumaturi tagħha u tiddefendi l-industrija u l-ħaddiema tagħha, COM(2017)0675 final
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 3
(3)  Dan ir-Regolament huwa parti tat-tielet Pakkett "L-Ewropa Attiva" li jwettaq l-istrateġija l-ġdida tal-politika industrijali ta' Settembru 201721, u tfassal biex ilesti l-proċess ħalli l-Unjoni tkun tista' taħsad il-benefiċċji kollha tal-modernizzazzjoni u d-dekarbonizzazzjoni tal-mobbiltà. Il-Pakkett għandu l-għan li jagħmel il-mobbiltà Ewropea aktar sikura u aktar aċċessibbli, l-industrija Ewropea aktar kompetittiva, l-impjiegi Ewropej aktar siguri, u s-sistema tal-mobbiltà aktar nadifa u adattati aħjar għall-isforzi li jitħabtu kontra t-tibdil fil-klima. Dan se jkun jeħtieġ l-impenn sħiħ tal-Unjoni, tal-Istati Membri u tal-partijiet konċernati, l-aktar biex jissaħħu l-isforzi li jnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 u t-tniġġis tal-arja.
(3)  Dan ir-Regolament huwa parti mit-tielet Pakkett "L-Ewropa Attiva" li jwettaq l-istrateġija l-ġdida tal-politika industrijali ta' Settembru 201721, u tfassal biex ilesti l-proċess ħalli l-Unjoni tkun tista' taħsad il-benefiċċji kollha tal-modernizzazzjoni u d-dekarbonizzazzjoni tal-mobbiltà. Il-Pakkett għandu l-għan li jagħmel il-mobbiltà Ewropea aktar sikura u aktar aċċessibbli, l-industrija Ewropea aktar kompetittiva, l-impjiegi Ewropej aktar siguri, u s-settur deċiżament fit-triq it-tajba sabiex ikun mingħajr emissjonijiet sa nofs is-seklu u jkun konformi kompletament mal-Ftehim ta' Pariġi. Sabiex jinstab bilanċ tajjeb bejn it-tisħiħ tal-isforzi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 u t-tniġġis tal-arja, hu meħtieġ li tingħata spinta lill-innovazzjoni fl-industrija tal-karozzi tal-Unjoni u li tissaħħaħ il-kompetittività tal-Unjoni, l-impenn sħiħ tal-Unjoni, tal-Istati Membri u tal-partijiet konċernati.
__________________
__________________
21 Ninvestu f'industrija intelliġenti, innovattiva u sostenibbli – Strateġija mġedda għall-politika industrijali tal-UE, COM(2017)0479
21 Ninvestu f'industrija intelliġenti, innovattiva u sostenibbli – Strateġija mġedda għall-politika industrijali tal-UE, COM(2017)0479
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 4
(4)  Minbarra l-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-karozzi tal-passiġġieri u għall-vetturi kummerċjali ħfief22, dan ir-Regolament jipprovdi perkors ċar għal tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 mis-settur tat-trasport bit-triq u jikkontribwixxi għall-mira vinkolanti ta' tnaqqis domestiku ta' mill-inqas 40 % fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra mal-ekonomija kollha sal-2030 meta mqabbel mal-1990, kif kien approvat fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta' Ottubru 2014 u kif kien approvat bħala l-Kontribut Maħsub tal-Unjoni Ddeterminat fil-Livell Nazzjonali skont il-Ftehim ta' Pariġi waqt il-laqgħa tal-Kunsill tal-Ambjent fis-6 ta' Marzu 2015.
(4)  Minbarra r-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill22, dan ir-Regolament jipprovdi perkors ċar għal tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 mis-settur tat-trasport bit-triq u jikkontribwixxi għall-mira vinkolanti ta' tnaqqis domestiku ta' mill-inqas 55 % fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra mal-ekonomija kollha sal-2030 meta mqabbel mal-1990, meħtieġ sabiex ikun konformi mal-Ftehim ta' Pariġi.
__________________
__________________
22 Ir-Regolament (UE) Nru …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 (riformulazzjoni), (ĠU L …, …, p. ).
22 Ir-Regolament (UE) Nru …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 (riformulazzjoni), (ĠU L …, …, p. ).
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 4a (ġdida)
(4a)  Għalhekk jenħtieġ li jiġu stabbiliti l-miri ta' tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-flotot ta' vetturi tqal ġodda fl-Unjoni kollha għall-2025 u l-2030, filwaqt li jitqies il-perjodu ta' żmien biex tiġġedded il-flotta tal-vettura u l-ħtieġa biex is-settur tat-trasport bit-triq jikkontribwixxi għall-miri tal-klima u tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030 u lil hinn. Dan l-approċċ pass pass jipprovdi wkoll sinjal ċar u bikri għall-industrija biex ma tittardjax l-introduzzjoni fis-suq ta' teknoloġiji għall-enerġija effiċjenti u vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 5
(5)  Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Ottubru 2014 approvaw tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta' 30 % sal-2030 meta mqabbel mal-2005 għas-setturi li mhumiex parti mill-Iskema tal-Unjoni għall-Iskambju tal-Kwoti tal-Emissjonijiet. It-trasport bit-triq hu kontribut ewlieni għall-emissjonijiet ta' dawk is-setturi u l-emissjonijiet tiegħu jibqgħu ferm ogħla mil-livelli tal-1990. Jekk l-emissjonijiet tat-trasport bit-triq jibqgħu jiżdiedu, dan se jisboq it-tnaqqis li jagħmlu setturi oħra kontra t-tibdil fil-klima.
(5)  Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Ottubru 2014 approvaw tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta' 30 % sal-2030 meta mqabbel mal-2005 għas-setturi li mhumiex parti mill-Iskema tal-Unjoni għall-Iskambju tal-Kwoti tal-Emissjonijiet. It-trasport bit-triq kien responsabbli għal 25 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni fl-2016, u l-emissjonijiet tiegħu żdiedu għat-tielet sena konsekuttiva u għadhom ferm ogħla mil-livelli tal-1990. Jekk l-emissjonijiet tat-trasport bit-triq jibqgħu jiżdiedu, dan se jisboq it-tnaqqis li jagħmlu setturi oħra kontra t-tibdil fil-klima.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 8a (ġdida)
(8a)   Fid-dawl taż-żieda stmata għal madwar 9 % fil-proporzjon ta' emissjonijiet minn vetturi tqal u l-fatt li bħalissa ma hemm l-ebda rekwiżit biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi tqal, huma meħtieġa miżuri speċifiċi għal din il-kategorija ta' vetturi.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 9
(9)  Sabiex jiġi realizzat bis-sħiħ il-potenzjal tal-effiċjenza enerġetika u jkun żgurat li s-settur tat-trasport bit-triq kollu kemm hu jikkontribwixxi għat-tnaqqis miftiehem fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra, huwa xieraq li l-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 diġà eżistenti għall-karozzi tal-passiġġieri ġodda u għall-vetturi kummerċjali ħfief ġodda jiġu kkomplementati billi jiġu stabbiliti standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda. Dawn l-istandards jixprunaw l-innovazzjoni f'teknoloġiji effiċjenti fl-użu tal-fjuwil, u jikkontribwixxu biex tissaħħaħ it-tmexxija teknoloġika tal-fornituri u tal-manifatturi tal-Unjoni.
(9)  Sabiex jiġi realizzat bis-sħiħ il-potenzjal tal-effiċjenza enerġetika u jkun żgurat li s-settur tat-trasport bit-triq kollu kemm hu jikkontribwixxi għat-tnaqqis miftiehem fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra, huwa xieraq li l-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 diġà eżistenti għall-karozzi tal-passiġġieri ġodda u għall-vetturi kummerċjali ħfief ġodda jiġu kkomplementati billi jiġu stabbiliti standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda. Dawn l-istandards se jkunu forza li tagħti spinta lill-innovazzjoni f'teknoloġiji effiċjenti fl-użu tal-fjuwil, u jikkontribwixxu biex tissaħħaħ il-pożizzjoni fuq quddiem fit-teknoloġija tal-fornituri u tal-manifatturi tal-Unjoni u jiġu żgurati impjiegi b'livell għoli ta' ħiliet fuq terminu twil.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 10
(10)  Filwaqt li jitqiesu li t-tibdil fil-klima hu problema transfruntiera u l-ħtieġa li jitħares suq uniku li jiffunzjona sew għas-servizzi tat-trasport bit-triq u anki għall-vetturi tqal, jixraq li jiġu stabbiliti standards tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal fil-livell tal-Unjoni. Jenħtieġ li dawn l-istandards jitfasslu b'mod li jkun mingħajr preġudizzju għal-liġi dwar il-kompetizzjoni.
(10)  Filwaqt li jitqies li t-tibdil fil-klima hu problema li tmur lil hinn mill-fruntieri u l-ħtieġa li jitħares suq uniku li jiffunzjona sew għas-servizzi tat-trasport bit-triq u anki għall-vetturi tqal u tiġi evitata kwalunkwe frammentazzjoni tas-suq, huwa xieraq li jiġu stabbiliti standards tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal fil-livell tal-Unjoni. Jenħtieġ li dawn l-istandards jitfasslu b'mod li jkun mingħajr preġudizzju għal-liġi dwar il-kompetizzjoni.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 12a (ġdida)
(12a)  It-tranżizzjoni soċjalment aċċettabbli u ġusta lejn mobbiltà mingħajr emissjonijiet sa nofs is-seklu teħtieġ bidliet fil-katina tal-valur tal-karozzi kollha, filwaqt li jitqiesu ċ-ċittadini u r-reġjuni fl-Istati Membri kollha li jistgħu jkunu affettwati b'mod negattiv. Huwa importanti li jitqiesu l-impatti soċjali tat-tranżizzjoni u li jkunu indirizzati minn qabel l-implikazzjonijiet fuq l-impjiegi. Għalhekk, huwa ta' importanza kbira li l-miżuri attwali jkunu wkoll akkumpanjati minn programmi mmirati għat-taħriġ mill-ġdid, it-titjib tal-ħiliet u r-riallokazzjoni tal-ħaddiema fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali, kif ukoll f'inizjattivi dwar l-edukazzjoni u t-tfittix ta' impjieg f'komunitajiet u reġjuni milquta b'mod negattiv imwettqa fi djalogu mill-qrib mas-sħab soċjali u l-awtoritajiet kompetenti.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 12b (ġdida)
(12b)   Jenħtieġ li jiġu implimentati malajr infrastrutturi għall-iċċarġjar u għar-riforniment sabiex tinkiseb il-fiduċja tal-konsumaturi favur vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi, filwaqt li jeħtieġ li l-istrumenti ta' appoġġ differenti kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll tal-Istati Membri jaħdmu flimkien b'mod effettiv biex jimmobilizzaw investimenti pubbliċi u privati sinifikanti.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 12c (ġdida)
(12c)   L-istrateġija għal mobbiltà b'emissjonijiet baxxi enfasizzat l-importanza li jiġi żgurat li l-elettriku ġġenerat għall-vetturi elettriċi jkun ġej minn sorsi ta' enerġija sostenibbli u l-ħtieġa li tiġi adottata mill-aktar fis possibbli inizjattiva Ewropa fit-tul dwar il-batteriji tal-ġenerazzjoni li jmiss. Sabiex jiġi żgurat li jintlaħqu dawk il-miri, se jkunu meħtieġa aktar finanzjamenti favur ir-riċerka teknoloġika fir-rigward tal-produzzjoni, il-ġestjoni u r-rimi tal-batteriji tal-muturi elettriċi, sabiex dawn isiru dejjem aktar ekoloġiċi;
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 12d (ġdida)
(12d)   Ħafna mill-operaturi tat-trasport tal-merkanzija tal-Unjoni huma intrapriżi żgħar u ta' daqs medju b'aċċess limitat għall-finanzi. Għalhekk, is-soluzzjonijiet futuri jridu jkunu kosteffettivi u bbilanċjati. Huwa essenzjali li jkun hemm struttura b'saħħitha ta' inċentivi li tappoġġa l-użu ta' vetturi aktar effiċjenti fl-użu tal-fjuwil, kif ukoll li jkunu previsti mekkaniżmi ta' finanzjament tal-Unjoni.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 13
(13)  Fid-dawl tal-innovazzjoni u biex titqies l-implimentazzjoni ta' teknoloġiji ġodda li jtejbu l-effiċjenza tal-fjuwil tal-vetturi tqal, l-għodda tas-simulazzjoni VECTO u r-Regolament (UE) 2017/2400 se jiġu aġġornati kontinwament u fil-ħin.
(13)  Fid-dawl tal-innovazzjoni u biex titqies l-implimentazzjoni ta' teknoloġiji ġodda li jtejbu l-effiċjenza tal-fjuwil tal-vetturi tqal, kif ukoll l-evoluzzjoni tar-rappreżentanza tal-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 fid-dinja reali determinati mir-Regolament (UE) 2017/2400, l-għodda tas-simulazzjoni VECTO u r-Regolament (UE) 2017/2400 se jiġu aġġornati kontinwament u fil-ħin, u jkollhom baġit suffiċjenti allokat b'mod adegwat. Meta jitqies ir-rwol li dawk it-teknoloġiji l-ġodda jista' jkollhom fuq il-potenzjal ta' tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 fis-settur tat-trasport, ir-rieżami tal-2022 jenħtieġ li jqis b'mod sħiħ l-evoluzzjoni tal-għodda tas-simulazzjoni VECTO.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 14
(14)  Id-data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 iddeterminata skont ir-Regolament (UE) 2017/2400 trid tiġi monitorjata skont ir-Regolament (UE) Nru .../2018 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25. Jenħtieġ li dik id-data tifforma l-bażi biex jiġu ddeterminati l-miri tat-tnaqqis li jridu jilħqu l-erba' gruppi ta' vetturi tqal li jiġġeneraw l-iżjed emissjonijiet fl-Unjoni, u biex jiġu ddeterminati wkoll l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' manifattur f'sena kalendarja partikolari.
(14)  Id-data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 iddeterminata skont ir-Regolament (UE) 2017/2400 trid tiġi monitorjata skont ir-Regolament (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25. Jenħtieġ li dik id-data tifforma l-bażi biex jiġu ddeterminati l-miri tat-tnaqqis li jridu jilħqu l-erba' gruppi ta' vetturi tqal li jiġġeneraw l-iżjed emissjonijiet fl-Unjoni, u biex jiġu ddeterminati wkoll l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' manifattur f'sena kalendarja partikolari.
(Din l-emenda tapplika għat-test kollu. L-adozzjoni tagħha timponi adattamenti tekniċi fit-test kollu.)
__________________
__________________
25 Ir-Regolament (UE) Nru …/2018 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi heavy-duty ġodda u l-konsum tal-fjuwil tagħhom (ĠU L, …, …, p. ).
25 Ir-Regolament (UE) Nru 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi heavy-duty ġodda u l-konsum tal-fjuwil tagħhom (ĠU L 173, 9.7.2018, p. 1).
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 15
(15)  Jenħtieġ li tiġi stabbilita mira tat-tnaqqis għall-2025 bħala tnaqqis relattiv ibbażat fuq l-emissjonijiet tas-CO2 medji ta' dawk il-vetturi tqal fl-2019, li tkun tirrifletti l-użu ta' teknoloġiji kosteffettivi disponibbli faċilment għall-vetturi konvenzjonali. Il-mira tal-2030 jenħtieġ titqies bħala aspirazzjoni u l-mira finali jenħtieġ tiġi ddeterminata skont reviżjoni li trid issir fl-2022 għax hemm aktar inċertezzi dwar l-użu ta' teknoloġiji aktar avvanzati li għadhom mhumiex disponibbli.
(15)  Jenħtieġ li tiġi stabbilita mira tat-tnaqqis għall-2025 bħala tnaqqis relattiv ibbażat fuq l-emissjonijiet tas-CO2 medji ta' dawk il-vetturi tqal fl-2019, li tkun tirrifletti l-użu ta' teknoloġiji kosteffettivi disponibbli faċilment għall-vetturi konvenzjonali. Jenħtieġ li tiġi stabbilita wkoll mira ta' tnaqqis għall-2030, skont reviżjoni li trid issir fl-2022, li jenħtieġ li ma tnaqqasx l-ambizzjoni ta' dan ir-Regolament, filwaqt li tqis li hemm aktar inċertezzi dwar l-użu ta' teknoloġiji aktar avvanzati li għadhom mhumiex disponibbli.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 16
(16)  Il-gass naturali likwifikat (LNG) hu fjuwil disponibbli alternattiv għad-diżil għall-vetturi tqal. L-użu ta' teknoloġiji attwali u futuri aktar innovattivi u bbażati fuq l-LNG se jgħin biex jintlaħqu l-miri tal-emissjonijiet tas-CO2 fit-terminu qasir u medju għax l-użu tat-teknoloġiji tal-gass naturali likwifikat (LNG) iwassal għal inqas emissjonijiet tas-CO2 meta mqabbel mal-vetturi li jaħdmu bid-diżil. Il-potenzjal ta' tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi bl-LNG diġà hu rifless għalkollox fil-VECTO. Minbarra dan, it-teknoloġiji attwali tal-LNG jiżguraw livell baxx ta' emissjonijiet ta' sustanzi niġġiesa tal-arja bħall-NOx u l-materja partikulata. Fis-seħħ teżisti infrastruttura minima biżżejjed għar-riforniment u qed tintuża iżjed bħala parti minn oqfsa ta' politika nazzjonali għal infrastruttura tal-fjuwils alternattivi.
(16)  Jenħtieġ li, f'konformità mal-ambizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, titnieda iżjed infrastruttura effiċjenti, newtrali għat-teknoloġija u suffiċjenti għar-riforniment u għall-iċċarġjar bħala parti minn oqfsa ta' politika nazzjonali għal infrastruttura tal-fjuwils alternattivi.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 17a (ġdida)
(17a)  B'referenza għall-vetturi vokazzjonali u għall-vetturi tal-kategoriji M2 u M3, il-Kummissjoni jenħtieġ li mill-aktar fis possibbli tispeċifika l-kriterji tekniċi għad-definizzjoni tal-iskop vokazzjonali ta' vettura u għad-definizzjoni tal-kunċett ta' xarabanks, koperti minn dan ir-Regolament.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 17b (ġdida)
(17b)  Jenħtieġ li jiġi żviluppat mekkaniżmu ta' validazzjoni għal-linja bażi tal-2019 biex jiġu ggarantiti l-preċiżjoni u l-benefiċċji ta' dan ir-Regolament.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 20a (ġdida)
(20a)   Sabiex ikun hemm flessibilità fil-mekkaniżmu ta' inċentiv għall-iżvilupp ta' vetturi tqal mingħajr emissjonijiet, il-manifatturi konnessi jenħtieġ li jkunu jistgħu jiffurmaw akkomunament fuq bażi miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja. Jenħtieġ li l-ftehim biex jiġi ffurmat akkomunament ma jaqbiżx il-ħames snin, iżda jenħtieġ li jkun jista' jiġġedded. Il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha s-setgħat li tistabbilixxi regoli u kundizzjonijiet dettaljati għall-manifatturi konnessi biex jifformaw akkomunament fuq bażi miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja, f'konformità mad-dritt tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 21
(21)  Kuntrarjament għall-karozzi u l-vannijiet, il-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi għadhom mhumiex disponibbli fis-suq, għajr ix-xarabanks. Għalhekk jenħtieġ jiddaħħal mekkaniżmu apposta, fil-forma ta' superkrediti, biex teħfief it-tranżizzjoni bla xkiel lejn mobbiltà mingħajr emissjonijiet. Dan jipprovdi inċentivi għall-iżvilupp u l-użu ta' vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi fis-suq tal-Unjoni li jikkumplimentaw l-istrumenti tan-naħa tad-domanda, bħad-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Vetturi Nodfa26.
(21)  Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel lejn mobbiltà mingħajr emissjonijiet, u biex jingħataw inċentivi għall-iżvilupp u l-użu ta' vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi fis-suq tal-Unjoni li jikkumplimentaw l-istrumenti tan-naħa tad-domanda, bħad-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Vetturi Nodfa26, jenħtieġ li jiġi stabbilit, għall-2025 u l-2030, punt ta' referiment għas-sehem ta' emissjonijiet baxxi u mingħajr emissjonijiet għal vetturi tqal fil-flotta ta' vetturi ta' manifattur.
_________________
_________________
26Id-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni ta' vetturi ta' trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija kif emendata bid-Direttiva …/…/UE [COM(2017)0653] (ĠU L 120, 15.5.2009, p. 5).
26Id-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni ta' vetturi ta' trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija kif emendata bid-Direttiva …/…/UE [COM(2017)0653] (ĠU L 120, 15.5.2009, p. 5).
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 21a (ġdida)
(21a)  Is-sehem minimu ta' vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi jenħtieġ li jiġi ddisinjat b'mod li jiżgura ċ-ċertezza tal-investiment għall-fornituri u l-manifatturi tal-infrastruttura tal-iċċarġjar bil-għan li tiġi promossa l-introduzzjoni rapida fis-suq tal-Unjoni ta' vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi, filwaqt li titħalla ċerta flessibbiltà għall-manifatturi biex jiddeċiedu dwar il-kalendarju għall-investiment tagħhom. Jenħtieġ li jiġi introdott mekkaniżmu li jinċentiva lill-manifatturi biex idaħħlu mill-aktar fis possibbli fis-suq tal-Unjoni vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Premessa 22
(22)  Għall-finijiet tal-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' manifattur, kull vettura tqila mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi jenħtieġ tingħadd għal ħafna drabi. Jenħtieġ li l-livell tal-inċentivi jvarja skont l-emissjonijiet tas-CO2 attwali tal-vettura. Biex jiġi evitat li jiddgħajfu l-għanijiet ambjentali, l-iffrankar li jirriżulta jenħtieġ ikun soġġett għal limitu massimu.
(22)  Għall-finijiet tal-kalkolu tal-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 ta' manifattur, jenħtieġ li titqies il-prestazzjoni tiegħu kontra l-punt ta' riferiment tal-2025 u tal-2030 ta' vetturi mingħajr emissjonijiet jew b'emissjoni baxxi. Sabiex jiġu inċentivati l-iżvilupp u l-varar ta' tali vetturi filwaqt li jiġi evitat li jiddgħajfu l-objettivi ambjentali u tal-effiċjenza tal-magni b'kombustjoni interna konvenzjonali, l-aġġustamenti li jirriżultaw jenħtieġ li jkunu soġġetti għal limitu massimu.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Premessa 24
(24)  Meta jkun qed jitfassal il-mekkaniżmu tal-inċentivi għall-użu tal-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet, dan jenħtieġ jinkludi wkoll it-trakkijiet iżgħar, ix-xarabanks u l-kowċis li mhumiex soġġetti għall-miri tal-emissjonijiet tas-CO2. Dawn il-vetturi għandhom benefiċċji sinifikanti wkoll meta jgħinu biex jingħelbu l-problemi tat-tniġġis tal-arja fil-bliet. Iżda jenħtieġ jiġi nnutat li x-xarabanks mingħajr emissjonijiet diġà jinsabu fis-suq u jiġu inċentivati b'miżuri tan-naħa tad-domanda bħall-akkwist pubbliku. Biex ikun żgurat li l-inċentivi huma bbilanċjati sew bejn tipi differenti ta' vetturi, jenħtieġ li l-iffrankar li jirriżulta mit-trakkijiet iżgħar, ix-xarabanks u l-kowċis mingħajr emissjonijiet ikun soġġett ukoll għal limitu massimu.
(24)  Meta jkun qed jitfassal il-mekkaniżmu tal-inċentivi għall-użu tal-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet, dan jenħtieġ jinkludi wkoll it-trakkijiet iżgħar u l-kategoriji l-oħra ta' vetturi tqal li għadhom mhumiex soġġetti għall-miri tal-emissjonijiet tas-CO2. Dawn il-vetturi għandhom benefiċċji sinifikanti wkoll meta jgħinu biex jingħelbu l-problemi tat-tniġġis tal-arja fil-bliet.
Emenda 28
Proposta għal regolament
Premessa 29
(29)  Il-Kummissjoni jenħtieġ timponi penali finanzjarja, fil-forma ta' primjum għall-emissjonijiet żejda, meta manifattur jinstab li għandu emissjonijiet żejda, filwaqt li jitqiesu l-krediti u d-djun tal-emissjonijiet. Biex il-manifatturi jingħataw inċentiv biżżejjed ħalli jieħdu miżuri biex jonqsu l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi mill-vetturi tqal, il-primjum jenħtieġ ikun ogħla mill-ispejjeż marġinali medja tat-teknoloġiji meħtieġa biex jintlaħqu l-miri. Jenħtieġ li l-primjum jitqies bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni. Il-metodoloġija għall-ġbir tal-primjums jenħtieġ tiġi ddeterminata permezz ta' att ta' implimentazzjoni, filwaqt li titqies il-metodoloġija adottata skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009.
(29)  Il-Kummissjoni jenħtieġ li timponi penali finanzjarja, fil-forma ta' primjum għall-emissjonijiet żejda, meta manifattur jinstab li għandu emissjonijiet żejda, filwaqt li jitqiesu l-krediti u d-djun tal-emissjonijiet. Biex il-manifatturi jingħataw inċentiv biżżejjed ħalli jieħdu miżuri biex jonqsu l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi mill-vetturi tqal, huwa importanti li l-primjum dejjem ikun ogħla mill-ispejjeż marġinali medja tat-teknoloġiji meħtieġa biex jintlaħqu l-miri. L-ammonti mill-primjum għall-emissjonijiet eċċessivi jenħtieġ li jitqiesu bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni. Dawk l-ammonti jenħtieġ li jintużaw biex jappoġġaw, f'kollaborazzjoni mill-qrib mas-sħab soċjali u l-awtoritajiet kompetenti, it-tranżizzjoni ġusta tas-settur awtomobilistiku lejn mobbiltà mingħajr emissjonijiet kif ukoll soluzzjonijiet innovattivi li jinċentivaw l-użu rapidu ta' vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi. Il-metodoloġija għall-ġbir tal-primjums jenħtieġ li tiġi ddeterminata permezz ta' att ta' implimentazzjoni, filwaqt li titqies il-metodoloġija adottata skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.
_____________
1aIr-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1).
Emenda 29
Proposta għal regolament
Premessa 30
(30)  Hemm bżonn mekkaniżmu robust tal-konformità ħalli jkun żgurat li jintlaħqu l-miri skont dan ir-Regolament. L-obbligi imposti fuq il-manifatturi biex jipprovdu data preċiża skont ir-Regolament (UE) Nru .../2018 [dwar il-Monitoraġġ u r-Rappurtar tal-HDV] u l-multi amministrattivi li jistgħu jiġu imposti fil-każ ta' nuqqas ta' konformità ma' dak l-obbligu, jikkontribwixxu biex jiżguraw is-sodezza tad-data użata għall-finijiet tal-konformità mal-miri skont dan ir-Regolament.
(30)  Hemm bżonn mekkaniżmu robust tal-konformità ħalli jkun żgurat li jintlaħqu l-miri skont dan ir-Regolament. L-obbligi imposti fuq il-manifatturi biex jipprovdu data preċiża skont ir-Regolament (UE) Nru 2018/956 u l-multi amministrattivi li jistgħu jiġu imposti fil-każ ta' nuqqas ta' konformità ma' dak l-obbligu, jikkontribwixxu biex jiżguraw is-sodezza tad-data użata għall-finijiet tal-konformità mal-miri skont dan ir-Regolament. Huwa fl-interess tal-konsumaturi u tal-pubbliku ġenerali li jkunu jafu liema manifatturi huma u dawk li mhumiex konformi mal-istandards il-ġodda tal-emissjonijiet.
Emenda 30
Proposta għal regolament
Premessa 31
(31)  Biex jinkiseb it-tnaqqis tas-CO2 skont dan ir-Regolament, hu essenzjali li l-emissjonijiet tas-CO2 mill-vetturi tqal użati jkunu konformi maċ-ċifri ddeterminati skont ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu. Għaldaqstant, jenħtieġ ikun possibbli li fil-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' manifattur, il-Kummissjoni tqis kwalunkwe nuqqas ta' konformità sistematika misjub mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi tqal użati.
(31)  Biex jinkiseb it-tnaqqis tas-CO2 skont dan ir-Regolament, hu essenzjali li l-emissjonijiet tas-CO2 mill-vetturi tqal użati u fit-triq ikunu konformi maċ-ċifri ddeterminati skont ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu. Għaldaqstant, jenħtieġ li jkun possibbli li fil-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' manifattur, il-Kummissjoni tqis kwalunkwe nuqqas ta' konformità sistematika misjub mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi tqal waqt l-użu u fuq it-triq. Jenħtieġ li jiġi introdott ukoll ittestjar indipendenti minn partijiet terzi fuq il-vetturi waqt l-użu u fuq it-triq.
Emenda 31
Proposta għal regolament
Premessa 33
(33)  L-effikaċja tal-miri stipulati f'dan ir-Regolament biex jonqsu l-emissjonijiet tas-CO2 hi ferm dipendenti fuq ir-rappreżentanza tal-metodoloġija użata biex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet tas-CO2. F'konformità mar-Rakkomandazzjonijiet tal-Mekkaniżmi għall-Parir Xjentifiku (SAM)27 b'rabta mal-vetturi ħfief, jixraq ukoll fil-każ tal-vetturi tqal li jiddaħħal fis-seħħ mekkaniżmu li jivvaluta r-rappreżentanza fid-dinja reali taċ-ċifri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-enerġija ddeterminati skont ir-Regolament (UE) 2017/2400. Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħat biex tiżgura d-disponibbiltà pubblika ta' dik id-data u, meta meħtieġ, jiġu żviluppati l-proċeduri meħtieġa għall-identifikazzjoni u l-ġbir tad-data meħtieġa għal dawn il-valutazzjonijiet.
(33)  L-effikaċja tal-miri stipulati f'dan ir-Regolament biex jonqsu l-emissjonijiet tas-CO2 hi ferm dipendenti fuq ir-rappreżentanza tal-metodoloġija użata biex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet tas-CO2. F'konformità mal-Opinjoni tal-Mekkaniżmi għall-Parir Xjentifiku (SAM)27 b'rabta mal-vetturi ħfief, jixraq ukoll fil-każ tal-vetturi tqal li jiddaħħal fis-seħħ mekkaniżmu li jivvaluta r-rappreżentanza fid-dinja reali taċ-ċifri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-enerġija ddeterminati skont ir-Regolament (UE) 2017/2400. Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħat biex tiżgura d-disponibbiltà pubblika ta' dik id-data u, meta meħtieġ, jiġu żviluppati l-proċeduri meħtieġa għall-identifikazzjoni u l-ġbir tad-data meħtieġa għal dawn il-valutazzjonijiet. Meta tiġi identifikata diskrepanza sinifikanti bejn il-valuri reali tal-emissjonijiet u dawk determinati skont ir-Regolament (UE) Nru 2017/2400, il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha s-setgħat li tadatta kif xieraq il-medja tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi ta' manifattur u, fejn xieraq, ir-referenza tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-2019 użati għall-finijiet tal-konformità ma' dan ir-Regolament.
__________________
__________________
27 Opinjoni tal-Grupp ta' Livell Għoli ta' Konsulenti Xjentifiċi Nru 1/2016 "Closing the gap between light-duty vehicle real-world CO2 emissions and laboratory testing".
27 Opinjoni tal-Grupp ta' Livell Għoli ta' Konsulenti Xjentifiċi Nru 1/2016 "Closing the gap between light-duty vehicle real-world CO2 emissions and laboratory testing".
Emenda 32
Proposta għal regolament
Premessa 34a (ġdida)
(34a)  Fir-rapport tagħha għall-2022, il-Kummissjoni jenħtieġ li tevalwa wkoll il-possibbiltà li tiżviluppa metodoloġija għall-valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-emissjonijiet tas-CO2 ta' vetturi tqal. Abbażi ta' dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tipproponi, jekk xieraq, li tistabbilixxi obbligi ta' rappurtar fuq il-manifatturi u tispeċifika r-regoli u l-proċeduri meħtieġa għal dak ir-rappurtar.
Emenda 33
Proposta għal regolament
Premessa 36
(36)  Is-setgħat ta' implimentazzjoni relatati mal-Artikoli 8(3), 9(3), 11(3) u 12(2), jenħtieġ jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill28.
(36)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sabiex tiddetermina l-mezzi għall-ġbir ta' primjums għal emissjonijiet eċċessivi, filwaqt li tadotta regoli dettaljati dwar il-proċeduri għar-rapportar ta' devjazzjonijiet misjuba fl-emissjonijiet tas-CO2 ta' vetturi tqal li huma fis-servizz, li tippubblika data, tadotta regoli dettaljati dwar il-proċeduri għar-rapportar ta' data minn miters tal-konsum tal-fjuwil kif ukoll li tistabbilixxi metodoloġija għad-definizzjoni ta' vettura rappreżentattiva waħda jew aktar ta' subgrupp ta' vetturi . Dawk is-setgħat ta' implimentazzjoni jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/201128 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
__________________
__________________
28 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
28 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
Emenda 34
Proposta għal regolament
Premessa 37
(37)  Biex jiġu emendati jew issupplimentati l-elementi mhux essenzjali tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ tingħata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-aġġustament tal-emissjonijiet tas-CO2 ta' referenza skont l-Artikolu 12(2) u, għall-emendar tal-Annessi I u II fir-rigward ta' ċerti parametri tekniċi, inkluż il-ponderazzjonijiet tal-profili tal-missjoni, it-tagħbija, u l-kilometraġġi annwali kif ukoll il-fatturi tal-aġġustament tat-tagħbija. Hu importanti b'mod partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa tul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anke fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet29. B'mod partikolari, biex jiżguraw parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jenħtieġ jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħalma jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u jenħtieġ li sistematikament l-esperti tagħhom ikollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jieħdu ħsieb it-tħejjija tal-atti delegati.
(37)  Biex jiġu emendati u ssupplimentati l-elementi mhux essenzjali tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ tingħata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-ispeċifikar tal-kriterji tekniċi għad-definizzjoni tal-iskop vokazzjonali ta' vettura u għad-definizzjoni tax-xarabanks urbani filwaqt li jiġu stabbiliti regoli u kundizzjonijiet dettaljati li jippermettu manifatturi konnessi jiffurmaw akkomunament, tiġi stabbilita skema ta' ttestjar annwali għal kampjun rappreżentattiv ta' komponenti, unitajiet u sistemi fir-rigward tal-aġġustament tal-emissjonijiet tas-CO2 ta' referenza, l-introduzzjoni ta' test tal-konformità waqt is-servizz fuq it-triq u, għall-emendar tal-Annessi I u II fir-rigward ta' ċerti parametri tekniċi, inkluż il-ponderazzjonijiet tal-profili tal-missjoni, it-tagħbija, u l-kilometraġġi annwali kif ukoll il-fatturi tal-aġġustament tat-tagħbija. Hu importanti b'mod partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa tul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anke fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet29. B'mod partikolari, biex jiżguraw parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħalma jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u li sistematikament l-esperti tagħhom ikollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jieħdu ħsieb it-tħejjija tal-atti delegati.
__________________
__________________
29 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
29 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Sabiex jikkontribwixxu għat-twettiq tal-mira tal-Unjoni li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tagħha bi 30 % inqas mil-livelli tal-2005 sal-2030 fis-setturi koperti bl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 2018/... [ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi], u biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi u biex ikun żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, dan ir-Regolament jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda, fejn l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tal-flotta tal-Unjoni ta' vetturi tqal ġodda għandhom jitnaqqsu, meta mqabbel mal-emissjonijiet tas-CO2 ta' referenza, kif ġej:
Sabiex jikkontribwixxu għat-twettiq tal-mira tal-Unjoni li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tagħha bi 30 % inqas mil-livelli tal-2005 sal-2030 fis-setturi koperti bl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 2018/842, u biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi u biex ikun żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda, fejn l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tal-flotta tal-Unjoni ta' vetturi tqal ġodda għandhom jitnaqqsu, meta mqabbel mal-emissjonijiet tas-CO2 ta' referenza, kif ġej:
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a
(a)  Mill-1 ta' Jannar 2025 sal-31 ta' Diċembru 2029 bi 15 %;
(a)  Mill-1 ta' Jannar 2025 sal-31 ta' Diċembru 2029, b'20 %;
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b
(b)  Mill-1 ta' Jannar 2030 'il quddiem b'mill-inqas 30 %, soġġetta għal reviżjoni skont l-Artikolu 13.
(b)  Mill-1 ta' Jannar 2030 'il quddiem b'mill-inqas 35 %, soġġetta għal reviżjoni skont l-Artikolu 13.
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 2a (ġdid)
Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel lejn mobbiltà mingħajr emissjonijiet u biex jiġu pprovduti inċentivi għall-iżvilupp u l-użu tas-suq u tal-infrastruttura tal-Unjoni għall-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi, dan ir-Regolament jistabbilixxi punt ta' riferiment għas-sehem ta' vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi fil-flotta tal-manifatturi kollha għall-2025 u l-2030, skont l-Artikolu 5.
L-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 għandhom jiġu aġġustati skont il-prestazzjoni fuq il-bażi tal-punt ta' riferiment f'konformità mal-punt 4 tal-Anness I.
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
Dan ir-Regolament għandu japplika għall-vetturi ġodda tal-kategoriji N2 u N3 li jissodisfaw il-karatteristiċi li ġejjin:
Dan ir-Regolament għandu japplika bħala l-ewwel pass għall-vetturi ġodda tal-kategoriji N2 u N3 li jissodisfaw il-karatteristiċi li ġejjin:
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Dan għandu japplika wkoll, għall-finijiet tal-Artikolu 5 u tal-punt 2.3 tal-Anness I, għall-vetturi tal-kategoriji M2 u M3, u għall-vetturi tal-kategorija N li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 u li ma jissodisfawx il-karatteristiċi stabbiliti fil-punti (a) sa (d).
Dan għandu japplika wkoll, għall-finijiet tal-Artikolu 1(2a), tal-Artikolu 5 u tal-punt 4 tal-Anness I, għall-vetturi tal-kategorija N li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a u li ma jissodisfawx il-karatteristiċi stabbiliti fil-punti (a) sa (d). Barra minn hekk, dan għandu japplika, għall-finijiet tal-Artikolu 1(2b) għall-vetturi tal-kategoriji M2 u M3 li jissodisfaw il-kriterji tekniċi msemmija fil-paragrafu 2a ta' dan l-Artikolu.
_________________
1a Ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (ĠU L 145, 31.5.2011, p. 1)
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Il-Kummissjoni għandha tadotta, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2019, atti delegati skont l-Artikolu 15 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika l-kriterji tekniċi għad-definizzjoni tal-iskop vokazzjonali ta' vettura u għad-definizzjoni ta' xarabanks urbani koperti mir-Regolament.
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt h
(h)  "vettura vokazzjonali" tfisser vettura tqila li mhix maħsuba għat-twassil tal-merkanzija u li għaliha ġew iddeterminati l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil, skont ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu, biss għal profili oħra tal-missjoni għajr dawk definiti fil-punt 2.1 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament;
(h)  "vettura vokazzjonali" tfisser vettura tqila li mhix maħsuba għat-twassil tal-merkanzija, li l-iskop vokazzjonali tagħha jkun ġie ddefinit abbażi tal-kriterji tekniċi speċifikati skont l-Artikolu 2(2a), u li għaliha ġew iddeterminati l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil, skont ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu, biss għal profili oħra tal-missjoni għajr dawk definiti fil-punt 2.1 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament;
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt k
(k)  "vettura tqila b'emissjonijiet baxxi" tfisser vettura tqila, li mhix vettura tqila mingħajr emissjonijiet, li għandha emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi ta' inqas minn 350 g CO2/km, kif iddeterminat skont il-punt 2.1 tal-Anness I;
(k)  "vettura tqila b'emissjonijiet baxxi" tfisser vettura tqila, li mhix vettura tqila mingħajr emissjonijiet, li għandha emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi, kif iddeterminat skont il-punt 2.1 tal-Anness I, li huma 50 % anqas mill-emissjonijiet ta' referenza tas-CO2 għal kull subgrupp, kif determinat skont il-punt 3 tal-Anness I;
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b
(b)  il-fattur tal-vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi ddeterminat skont l-Artikolu 5.
imħassar
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Mill-2020 u kull sena kalendarja sussegwenti, il-Kummissjoni għandha tiddetermina, permezz tal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(1), għal kull manifattur, il-fattur tal-vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi msemmija fl-Artikolu 4(b) għas-sena kalendarja preċedenti.
Mill-ta' Jannar 2025, is-sehem speċifiku ta' vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi fil-flotta tal-manifattur f'sena kalendarja għandu jitqabbel mal-valuri li ġejjin:
Sitwazzjoni fl-2025: minimu ta' 5 %;
Sitwazzjoni fl-2030: 20 %, soġġetta għal reviżjoni skont l-Artikolu 13.
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Il-fattur tal-vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi għandu jqis l-għadd u l-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi fil-flotta tal-manifattur f'sena kalendarja, inkluż il-vetturi mingħajr emissjonijiet tal-kategoriji msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1), kif ukoll il-vetturi vokazzjonali mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi.
imħassar
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 3
Il-fattur tal-vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi għandu jiġi kkalkulat skont il-punt 2.3 tal-Anness I.
imħassar
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi għandhom jitqiesu kif ġej:
Għall-finijiet tal-ilħuq tal-miri msemmija fil-paragrafu 1, dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għall-vetturi tal-kategorija N li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 u li ma jissodisfawx il-karatteristiċi stabbiliti fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 2(1), ta' dan ir-Regolament.
(a)  vettura tqila mingħajr emissjonijiet għandha tingħadd bħala żewġ (2) vetturi;
(b)  il-vetturi tqal b'emissjonijiet baxxi għandhom jingħadd sa massimu ta' żewġ (2) vetturi skont funzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tagħhom u l-livell limitu tal-emissjonijiet ta' 350 g CO2/km.
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 3
3.  Il-fattur tal-vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi għandu jnaqqas l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' manifattur b'massimu ta' 3 %. Il-kontribut tal-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet fil-kategoriji msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1) għal dak il-fattur għandu jnaqqas l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' manifattur b'massimu ta' 1,5 %.
imħassar
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2
2.  It-trajettorja tat-tnaqqis tas-CO2 imsemmija fil-paragrafu 1(a) għandha tiġi stabbilita għal kull manifattur skont il-punt 5.1 tal-Anness I, abbażi ta' trajettorja lineari bejn l-emissjonijiet tas-CO2 ta' referenza msemmijin fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1 u l-mira tal-2025 speċifikata fil-punt (a) ta' dak l-Artikolu, u bejn il-mira tal-2025 u l-mira tal-2030 speċifikati fil-punt (b) ta' dak l-Artikolu.
2.  It-trajettorja tat-tnaqqis tas-CO2 imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandha tiġi stabbilita għal kull manifattur skont il-punt 5.1 tal-Anness I, abbażi ta' trajettorja lineari bejn l-emissjonijiet tas-CO2 ta' referenza msemmijin fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(1) u l-mira tal-2025 speċifikata fil-punt (a) ta' dak l-Artikolu, u bejn il-mira tal-2025 u l-mira tal-2030 speċifikati fil-punt (b) ta' dak l-Artikolu.
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 7a (ġdid)
Artikolu 7a
L-akkomunament
1.  Il-manifatturi konnessi jistgħu jiffurmaw akkomunament bil-għan li jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 5.
2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 15 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament bil-għan li tistabbilixxi regoli u kundizzjonijiet dettaljati li jippermettu lill-manifatturi konnessi jifformaw akkomunament fuq bażi miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja.
Emendi 74 u 75
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1
1.  Meta manifattur jinstab li għandu emissjonijiet żejda skont il-paragrafu 2 f'sena kalendarja partikolari mill-2025 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha timponi primjum għall-emissjonijiet żejda kkalkulat skont il-formula li ġejja:
1.  Meta manifattur jinstab li għandu emissjonijiet żejda skont il-paragrafu 2 f'sena kalendarja partikolari mill-2025 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha timponi fuq il-manifattur jew il-maniġer tal-akkomunament, skont kif ikun il-każ, primjum għall-emissjonijiet żejda kkalkulat skont il-formula li ġejja:
Mill-perjodu 2025 sal-2029,
(il-primjum għall-emissjonijiet żejda) = (l-emissjonijiet żejda x 6 000 €/gCO2/tkm)
(il-primjum għall-emissjonijiet żejda) = (l-emissjonijiet żejda x 5 000 €/gCO2/tkm)
Mill-2030 'il quddiem
(il-primjum għall-emissjonijiet żejda) = (l-emissjonijiet żejda x 6 800 €/gCO2/tkm)
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-livell tal-primjum għall-eċċess ta' emissjonijiet dejjem jeċċedi l-ispejjeż marġinali medji tat-teknoloġiji meħtieġa biex jintlaħqu l-miri msemmija fl-Artikolu 1(1).
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 4
4.  L-ammonti tal-primjum għall-emissjonijiet żejda għandhom jitqiesu bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.
4.  L-ammonti tal-primjum għall-emissjonijiet żejda għandhom jitqiesu bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni. Dawk l-ammonti għandhom jintużaw biex jikkumplimentaw il-miżuri tal-Unjoni jew dawk nazzjonali li, f'kooperazzjoni mill-qrib mas-sħab soċjali u l-awtoritajiet kompetenti, jippromwovu l-iżvilupp tal-ħiliet jew ir-riallokazzjoni tal-ħaddiema fis-settur tal-karozzi fl-Istati Membri kollha affettwati, b'mod partikolari fir-reġjuni u l-komunitajiet l-aktar affettwati mit-tranżizzjoni, sabiex jikkontribwixxu għal tranżizzjoni ġusta lejn mobbiltà mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi.
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tqis dawk id-devjazzjonijiet għall-finijiet tal-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' manifattur.
2.  Il-Kummissjoni għandha tqis dawk id-devjazzjonijiet għall-finijiet tal-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' manifattur, u tadotta, fejn ikun xieraq, l-emissjonijiet tas-CO2 ta' referenza tal-2019 ikkalkulati f'konformità mal-punt 3 tal-Anness I.
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Sabiex tiġi żgurata l-preċiżjoni tad-data rrapportata mill-manifatturi skont ir-Regolament (UE) 2018/956 u r-Regolament (UE) 2017/2400, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 15 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament bil-għan li tistabbilixxi, sa mill-2019, skema ta' ttestjar annwali, għal kampjun rappreżentattiv minn kull manifattur tal-komponenti, tal-unitajiet tekniċi separati u tas-sistemi speċifikati fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2017/2400 tal-vetturi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Ir-riżultati ta' dawk it-testijiet għandhom jitqabblu mad-data mdaħħla mill-manifatturi skont ir-Regolament (UE) 2017/2400 u, meta jinstabu irregularitajiet sistematiċi, l-emissjonijiet speċifiċi medji kkalkulati f'konformità mal-punt 2.7 tal-Anness I u, fejn xieraq, l-emissjonijiet tas-CO2 ta' referenza tal-2019 kkalkulati f'konformità mal-Punt 3 tal-Anness I, għandhom jiġu aġġustati.
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b
(b)  mill-2020, il-fattur tal-vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi, kif imsemmi fl-Artikolu 5;
(b)  mill-2020, għal kull manifattur, is-sehem speċifiku tiegħu ta' vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi fis-sena kalendarja preċedenti, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1);
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 11
Artikolu 11
Artikolu 11
L-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-enerġija fid-dinja reali
L-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-enerġija fid-dinja reali
1.  Il-Kummissjoni għandha timmonitorja u tivvaluta r-rappreżentanza fid-dinja reali taċ-ċifri tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-valuri tal-konsum tal-fjuwil iddeterminati skont ir-Regolament (UE) 2017/2400. Għandha tiżgura li l-pubbliku jkun infurmat dwar kif dan jevolvi maż-żmien.
1.  Il-Kummissjoni għandha timmonitorja u tivvaluta r-rappreżentanza fid-dinja reali taċ-ċifri tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-valuri tal-konsum tal-fjuwil iddeterminati skont ir-Regolament (UE) 2017/2400.
2.  Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tiżgura d-disponibbiltà, mingħand il-manifatturi jew l-awtoritajiet nazzjonali, skont il-każ, ta' data robusta mhux personali dwar l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-enerġija fid-dinja reali mill-vetturi tqal.
2.  Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tiżgura d-disponibbiltà, inkluża għal partijiet terzi għall-fini ta' ttestjar indipendenti, mingħand il-manifatturi jew l-awtoritajiet nazzjonali, skont il-każ, ta' data robusta dwar l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-enerġija fid-dinja reali mill-vetturi tqal, abbażi ta' data minn miters standardizzati tal-konsum tal-fjuwil.
2a.  Il-Kummissjoni għandha tadotta, mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2019, atti delegati skont l-Artikolu 15 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tintroduċi test tal-konformità waqt is-servizz fuq it-triq biex tiżgura li l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil fuq it-triq tal-vetturi tqal ma jaqbżux id-data tal-monitoraġġ irrappurtata skont ir-Regolament (UE) 2017/2400 u r-Regolament (UE) 2018/956 b'aktar minn 10 %. Il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe devjazzjoni li taqbeż dak il-limitu għall-finijiet tal-kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji ta' manifattur, u tadotta, fejn ikun xieraq, l-emissjonijiet tas-CO2 ta' referenza tal-2019.
2b.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-pubbliku jkun infurmat dwar kif ir-rappreżentanza f'użu reali msemmija fil-paragrafu 1 tevolvi maż-żmien.
3.  Il-Kummissjoni tista' tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, l-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 14(2).
3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, regoli dettaljati dwar il-proċeduri għar-rapportar tad-data minn miters tal-konsum tal-fjuwil imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 14(2).
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1
1.  Biex ikun żgurat li l-parametri tekniċi użati għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' manifattur skont l-Artikolu 4 u l-kalkolu tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi skont l-Artikolu 6 jqisu l-progress tekniku u l-iżvilupp tal-loġistika tat-trasport tal-merkanzija, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 15 biex temenda d-dispożizzjonijiet li ġejjin stabbiliti fl-Annessi I u II.
1.  Biex ikun żgurat li l-parametri tekniċi użati għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' manifattur skont l-Artikolu 4 u l-kalkolu tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi skont l-Artikolu 6 jqisu l-progress tekniku u l-iżvilupp tal-loġistika tat-trasport tal-merkanzija, il-Kummissjoni għandha kontinwament u fil-ħin taġġorna l-għodda ta' simulazzjoni VECTO u tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 15 biex temenda d-dispożizzjonijiet li ġejjin stabbiliti fl-Annessi I u II.
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1
Sal-31 ta' Diċembru 2022, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-effikaċja ta' dan ir-Regolament, il-mira tat-tnaqqis tas-CO2 li għandha tiġi ddeterminata għall-2030 skont l-Artikolu 1 u l-iffissar ta' miri tat-tnaqqis tas-CO2 għal tipi oħra ta' vetturi tqal inkluż it-trejlers. Dak ir-rapport għandu jinkludi wkoll valutazzjoni tal-effikaċja tal-modalitajiet li jindirizzaw, b'mod partikolari, il-vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi, l-aktar ix-xarabanks, filwaqt li jitqiesu l-miri stabbiliti fid-Direttiva 2009/33/KE, u s-sistema tal-krediti tas-CO2, u l-adegwatezza li tittawwal l-applikazzjoni ta' dawk il-modalitajiet fl-2030 u lil hinn u, meta xieraq, magħha tinhemeż proposta biex jiġi emendat dan ir-Regolament.
Sal-31 ta' Diċembru 2022, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-effikaċja ta' dan ir-Regolament, il-mira tat-tnaqqis tas-CO2 li għandha tiġi aġġustata, jekk meħtieġ, għall-2030 skont l-Artikolu 1, il-punt ta' riferiment għas-sehem ta' vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi għall-2030 skont l-Artikolu 5, u l-iffissar ta' miri tat-tnaqqis tas-CO2 għal tipi oħra ta' vetturi tqal inkluż it-trejlers u l-vetturi vokazzjonali bħat-trakkijiet tal-ġbir tal-iskart. Dak ir-rapport għandu jinkludi wkoll valutazzjoni tal-effikaċja tal-modalitajiet li jindirizzaw, b'mod partikolari, l-varar ta' vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi, l-aktar ix-xarabanks, filwaqt li jitqiesu l-miri stabbiliti fid-Direttiva 2009/33/KE30, u s-sistema tal-krediti tas-CO2, u l-adegwatezza li tittawwal l-applikazzjoni ta' dawk il-modalitajiet fl-2030 u lil hinn, l-introduzzjoni tal-infrastruttura meħtieġa ta' ċċarġjar u ta' riforniment ta' fjuwil, il-possibbiltà li jkunu introdotti standards tas-CO2 għall-magni partikolarment għal vetturi vokazzjonali, il-kumbinazzjonijiet differenti lil hinn mid-dimensjonijiet standard applikabbli għat-trasport nazzjonali, bħall-Kunċetti Modulari, ir-rappreżentanza tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-valuri tal-konsum tal-fjuwil fid-dinja reali determinati f'konformità mar-Regolament (UE) 2017/2400 kif ukoll valutazzjoni tal-aġġornament tal-għodda ta' simulazzjoni VECTO. Ir-rapport għandu, kif xieraq, ikun akkumpanjat minn proposta biex jiġi emendat dan ir-Regolament.
_______________
________________
30 Id-Direttiva 2009/33/KE dwar Vetturi Nodfa kif emendata bid-Direttiva .../.../UE
30 Id-Direttiva 2009/33/KE dwar Vetturi Nodfa kif emendata bid-Direttiva .../.../UE
Emenda 76
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1a (ġdid)
Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2020, il-Kummissjoni għandha tiżvluppa metodoloġija speċifika biex, fil-każ tal-applikazzjonijiet CNG u LNG, tinkludi l-effett tal-użu ta' fjuwils tat-trasport gassużi avvanzati u rinnovabbli – konformi mal-kriterji sostenibbli definiti skont RED II – għall-komputazzjoni tal-emissjonijiet medji tal-flotta. Fejn xieraq, din il-metodoloġija għandha tkun akkumpanjata minn proposta biex jiġi emendat dan ir-Regolament.
Emenda 73
Proposta għal regolament
Artikolu 13 - paragrafu 1b (ġdid)
Il-Kummissjoni għandha barra minn hekk tevalwa l-possibbiltà li tiġi żviluppata metodoloġija għall-valutazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 tul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-vetturi tqal kollha mqiegħda fis-suq tal-Unjoni. Abbażi ta' dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sabiex jiġu stabbiliti l-obbligi ta' rapportar taċ-ċiklu tal-ħajja għall-manifatturi u biex jiġu speċifikati r-regoli u l-proċeduri meħtieġa għal dak ir-rapportar.
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat ta' [...] stabbilit bir-Regolament (UE) Nru .../2018 [Governanza]. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima stabbilit bl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
_________________
1a Ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 13).
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 2
2.  Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 10(2) u 12(1) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu taż-żmien mhux determinat minn [enter the date of entry into force of this Regulation].
2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 2(2a), 7a, 9(3a), 10(2), 11(2a) u 12(1) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 3
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 10(2) u 12(1) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f'dik id-Deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' xi att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 2(2a), 7a, 9(3a), 10(2), 11(2a) u 12(1) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f'dik id-Deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' xi att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 6
6.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 10(2) u 12(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jkunu esprimew l-ebda oġġezzjoni għalih fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma għarrfu lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż għal xahrejn b'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
6.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 2(2a), 7a, 9(3a), 10(2), 11(2a) u 12(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1
Regolament (KE) Nru 595/2009
Artikolu 5 – paragrafu 4 – punt l
"(1) proċedura li tivverifika, abbażi ta' kampjuni xierqa u rappreżentattivi, jekk il-vetturi li jkunu ġew irreġistrati u daħlu fis-servizz humiex konformi maċ-ċifri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil iddeterminati skont dan ir-Regolament u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu;"
"(1) proċedura li tivverifika, abbażi ta' kampjuni xierqa u rappreżentattivi, jekk il-vetturi li jkunu ġew irreġistrati u daħlu fis-servizz humiex konformi maċ-ċifri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil iddeterminati skont dan ir-Regolament u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu; dik il-proċedura għandha titwettaq ukoll minn partijiet terzi akkreditati u indipendenti skont l-Artikolu 13(10) tar-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a."
_______________
1a Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).
Emenda 77
Proposta għal regolament
Artikolu 16a (ġdid)
Artikolu 16a
Emenda għad-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE
Fl-Anness I tad-Direttiva 96/53/KE1a il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 2.2.4.2:
"2.2.5 Il-piż massimu awtorizzat tal-kombinazzjonijiet ta' vetturi li jaħdmu bi fjuwils alternattivi kif iddefinit fil-punt (b) tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) .../... [Proposta għal regolament COM(2018)0284] jiżdied bil-piż addizzjonali meħtieġ għat-teknoloġija ta' fjuwils alternattivi b'massimu ta' tunnellata.
2.2.6  Il-piż massimu awtorizzat tal-kombinazzjonijiet ta' vetturi mingħajr emissjonijiet huwa miżjud bil-piż addizzjonali meħtieġ għat-teknoloġiji mingħajr emissjonijiet li għandhom jiddependu fuq il-medda mingħajr emissjonijiet tal-vettura, b'massimu ta' 2 tunnellati. Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2019, tadotta formula biex tikkalkula l-piż meħtieġ."
____________________________
1a Id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta' Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità d-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59).
Emenda 67
Proposta għal regolament
Anness I – punt 2 – punt 2.3
2.3.  Kalkolu tal-fattur ta' mingħajr emissjonijiet u tal-emissjonijiet baxxi kif imsemmi fl-Artikolu 5
imħassar
Għal kull manifattur u għal kull sena kalendarja, il-fattur ta' mingħajr emissjonijiet u tal-emissjonijiet baxxi (ZLEV) imsemmi fl-Artikolu 5 għandu jiġi kkalkulat kif ġej:
ZLEV = V / (Vconv + Vzlev) b'minimu ta' 0,97
Fejn:
V hu l-għadd ta' vetturi tqal ġodda tal-manifattur fl-2025 għajr il-vetturi vokazzjonali kollha skont l-Artikolu 4(a).
Vconv hu l-għadd ta' vetturi tqal ġodda tal-manifattur għajr il-vetturo vokazzjonali skont l-Artikolu 4(a) u għajr il-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet jew b'emissjonijiet baxxi.
Vzlev hi s-somma ta' Vin u Vout,
Fejn,
null
hi s-somma tal-vetturi tqal kollha mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi bil-karatteristiċi stabbiliti fl-Artikolu 2(1)(a) sa (d);
null
huma l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi fi g/km ta' vettura tqila mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi v iddeterminati skont il-punt 2.1.
hu l-għadd totali ta' vetturi tqal mingħajr emissjonijiet tal-kategoriji msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1), immultiplikat bi 2, u sa massimu ta' 1,5% ta' Vconv.
Emenda 68
Proposta għal regolament
Anness I – punt 2 – punt 2.7 – formula
CO2 = ZLEV × sg share,sg× MPWsg × avgCO2sg
CO2 = ∑ sg share,sg× MPWsg × avgCO2sg
Fejn,
Fejn,
∑ hi s-somma tas-subgruppi kollha;
∑ hi s-somma tas-subgruppi kollha;
ZLEV hu kif iddeterminat fil-punt 2.3
share,sg hu kif iddeterminat fil-punt 2.4
share,sg hu kif iddeterminat fil-punt 2.4
MPW,sg hu kif iddeterminat fil-punt 2.6
MPW,sg hu kif iddeterminat fil-punt 2.6
avgCO2,sg hu kif iddeterminat fil-punt 2.2
avgCO2,sg hu kif iddeterminat fil-punt 2.2
Emenda 69
Proposta għal regolament
Anness I – punt 4 – paragrafu 1 – formula – linja 1
T = ∑ sg sharesg × MPWsg × (1 - rf) × rCO2sg
T = ZLEV_benchmark_factor * ∑ sg sharesg × MPWsg × (1 - rf) × rCO2sg
Emenda 70
Proposta għal regolament
Anness I – punt 4 – paragrafu 1 – formula – linja 4
rf hi l-mira tat-tnaqqis tas-CO2 (bħala %) kif speċifikat fl-Artikolu 1(a) u (b) għas-sena kalendarja speċifika;
rf hi l-mira tat-tnaqqis tas-CO2 (bħala %) kif speċifikat fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1 għas-sena kalendarja speċifika;
Emenda 71
Proposta għal regolament
Anness I – punt 4 – paragrafu 1a (ġdid)
Għall-perjodu mill-2025 sal-2029, ZLEV_benchmark_factor huwa (1+y-x) sakemm dan l-ammont ma jkunx akbar minn 1,03 jew iżgħar minn 0,97, f'liema każ ZLEV_benchmark_factor għandu jkun stabbilit għal 1,03 jew 0,97, kif meħtieġ.
Fejn,
x huwa 5 %
y huwa s-sehem ta' vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi fil-flotta ta' vetturi tqal ġodda rreġistrati tal-manifattur, ikkalkulat bħala s-somma tal-għadd totali ta' vetturi mingħajr emissjonijiet tal-kategorija N li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 u li ma jissodisfawx il-karatteristiċi stabbiliti fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 2(1) u tal-għadd totali ta' vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi li jissodisfaw il-karatteristiċi stabbiliti fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 2(1), fejn kull waħda minnhom tingħadd bħala ZLEV_specific f'konformità mal-formula ta' hawn taħt, diviż bin-numru totali ta' vetturi rreġistrati fis-sena kalendarja rilevanti;
ZLEV_specific = 1- (CO2v/(0,5*rCO2sg), fejn:
Co2v2v huma l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi fi g/km ta' vettura tqila mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi v iddeterminati skont il-punt 2.1.
rCO2,sg hu kif iddeterminat fit-Taqsima 3
Emenda 72
Proposta għal regolament
Anness I – punt 4 – paragrafu 1b (ġdid)
Għall-2030 ZLEV_benchmark_factor huwa (1+y-x) sakemm dan l-ammont ma jkunx akbar minn 1,05, f'liema każ ZLEV_benchmark_factor għandu jkun stabbilit għal 1,05;
jekk din is-somma tkun bejn 1,0 u 0,98, ZLEV_benchmark_factor għandu jkun stabbilit għal 1,0;
jekk din is-somma tkun aktar baxxa minn 0,95 ZLEV_benchmark_factor għandu jkun stabbilit għal 0,95.
Fejn,
x huwa 20 %, soġġetta għal reviżjoni skont l-Artikolu 13.
y huwa s-sehem ta' vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi fil-flotta ta' vetturi tqal ġodda rreġistrati tal-manifattur, ikkalkulat bħala s-somma tal-għadd totali ta' vetturi mingħajr emissjonijiet tal-kategorija N li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 u li ma jissodisfawx il-karatteristiċi stabbiliti fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 2(1) u tal-għadd totali ta' vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi li jissodisfaw il-karatteristiċi stabbiliti fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 2(1), fejn kull waħda minnhom tingħadd bħala ZLEV_specific f'konformità mal-formula ta' hawn taħt, diviż bin-numru totali ta' vetturi rreġistrati fis-sena kalendarja rilevanti
ZLEV_specific = 1- (CO2v/(0,5*rCO2sg), fejn:
Co2v2v huma l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi fi g/km ta' vettura tqila mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi v ddeterminati skont il-punt 2.1.
rCO2,sg hu kif iddeterminat fil-punt 3.

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għal negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli, skont l-. Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A8-0354/2018).


Il-ħtieġa ta' mekkaniżmu komprensiv dwar id-Demokrazija, l-Istat tad-Dritt u d-Drittijiet Fundamentali
PDF 136kWORD 52k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2018 dwar il-ħtieġa ta' mekkaniżmu komprensiv tal-UE għall-protezzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali (2018/2886(RSP))
P8_TA(2018)0456B8-0523/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2016 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali(1) (DRF),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEDB), il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, u l-konvenzjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet, ir-riżoluzzjonijiet u r-rapporti tal-Assemblea Parlamentari, il-Kumitat tal-Ministri, il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Kummissjoni ta' Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa,

–  wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Nru 1/2018 tas-17 ta’ Lulju 2018 dwar il-proposta tat-2 ta' Mejju 2018 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri,

–  wara li kkunsidra r-Rapport dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-2018 tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Marzu 2014 bit-titlu "Qafas ġdid tal-UE biex jissaħħaħ l-Istat tad-Dritt" (COM(2014)0158),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tat-12 ta' Settembru 2018 dwar proposta li titlob lill-Kunsill jiddetermina, skont l-Artikolu 7(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-eżistenza ta' riskju ċar ta' ksur serju mill-Ungerija tal-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-1 ta' Marzu 2018 dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex jiġi attivat l-Artikolu 7(1) tat-TUE minħabba s-sitwazzjoni fil-Polonja(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2017 dwar l-istat tad-dritt f'Malta(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tad-19 ta' April 2018 dwar il-protezzjoni tal-ġurnalisti investigattivi fl-Ewropa: il-każ tal-ġurnalist Slovakk Ján Kuciak u ta' Martina Kušnírová(5),

–  wara li kkunsidra d-dibattitu tiegħu fil-plenarja dwar l-istat tad-dritt fir-Rumanija, li sar fit-3 ta' Ottubru 2018,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Marzu 2018 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-UE fl-2016(6),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-2 ta' Mejju 2018 għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021 sa 2027 (COM(2018)0322),

–  wara li kkunsidra t-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE 2018,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Unjoni Ewropea hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi, u billi dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri kollha;

B.  billi l-istat tad-dritt, id-demokrazija u d-drittijiet fundamentali huma f'relazzjoni trijangolari, li jsaħħu lil xulxin u flimkien jissalvagwardjaw il-qalba kostituzzjonali tal-UE u tal-Istati Membri tagħha;

C.  billi fl-2014, il-Kummissjoni stabbiliet qafas tal-istat tad-dritt; billi dan il-qafas intuża darba biss, u billi dan l-istrument wera li ma kienx biżżejjed biex jipprevjeni jew jirrimedja t-theddid għall-istat tad-dritt;

D.  billi l-Unjoni Ewropea m'għandhiex mekkaniżmu oġġettiv u permanenti fis-seħħ biex timmonitorja d-demokrazija, id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt fl-Istati Membri kollha;

E.  billi t-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE tal-2018 tindika li għad hemm sfidi f'termini tal-funzjonament tas-sistemi ġudizzjarji tal-Istati Membri kif ukoll f'termini tal-impatt ta' ċerti riformi mwettqa fl-Istati Membri;

F.  billi hemm għadd kbir ta' proċeduri ta' ksur pendenti fil-qasam tal-ġustizzja, tad-drittijiet fundamentali u taċ-ċittadinanza(7);

G.  billi l-FRA ppubblikat diversi rapporti li jenfasizzaw l-isfidi għad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fi Stati Membri varji, dwar kwistjonijiet li jinkludu l-ispazju dejjem jiċkien għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-Ewropa(8);

H.  billi kien hemm reazzjonijiet ad hoc għat-theddid għad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, u dan wassal għal approċċi differenti ħafna fi Stati Membri differenti;

I.  billi l-proċedura tal-Artikolu 7(1) TUE inbdiet mill-Kummissjoni fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Polonja, u l-istess proċedura nbdiet mill-Parlament Ewropew fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ungerija;

J.  billi l-Kumitat tiegħu għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern stabbilixxa Grupp ta' Monitoraġġ dwar l-Istat tad-Dritt li beda l-ħidma tiegħu fir-rigward tal-qtil ta' ġurnalisti investigattivi u l-istat tad-dritt;

K.  billi dawn ir-reazzjonijiet tal-UE huma primarjament reattivi aktar milli preventivi, u huma mxekkla mill-attenzjoni inugwali u politiċizzata li qiegħda tingħata għall-isfidi tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet fundamentali fi Stati Membri differenti;

L.  billi fit-2 ta' Mejju 2018, il-Kummissjoni ppubblikat proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri (COM(2018)0324),

M.  billi l-opinjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Nru 1/2018 dwar il-proposta għal regolament enfasizzat il-ħtieġa li jiġu ċċarati aktar is-sorsi ta' gwida u proċeduri li abbażi tagħhom jistgħu jiġu stabbiliti nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri;

N.  billi rapporti preċedenti tal-UE dwar il-Ġlieda Kontra l-Korruzzjoni u r-rapporti tal-pajjiżi tas-Semestru Ewropew tal-2018 jindikaw tħassib serju fir-rigward tal-korruzzjoni f'diversi Stati Membri, u għaldaqstant qiegħda titnaqqar il-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet u fl-istat tad-dritt;

O.  billi l-isfidi għall-istat tad-dritt u għad-demokrazija fl-Istati Membri qegħdin ipoġġu f'riskju l-fiduċja reċiproka fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, li hija bbażata fuq is-suppożizzjoni konfutabbli (praesumptio iuris tantum);

P.  billi l-isfidi għall-istat tad-dritt u għad-demokrazija fl-Istati Membri qegħdin ipoġġu f'riskju l-leġittimità tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-politiki tagħha dwar l-adeżjoni u l-viċinat;

Q.  billi l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji kollha tal-Unjoni huma obbligati li jirrispettaw, jipproteġu u jippromwovu d-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali;

R.  billi l-Unjoni għadha ma aderixxietx mal-KEDB, minkejja l-obbligu tagħha li tagħmel dan skont l-Artikolu 6(2) tat-TUE;

S.  billi l-Kummissjoni u l-Kunsill ma ħadux azzjoni fuq ir-riżoluzzjoni tal-Parlament dwar mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, u s'issa rrifjutaw li jadottaw il-ftehim interistituzzjonali dwar il-Patt tal-UE għad-DRF;

1.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-Kummissjoni għadha ma ppreżentatx proposta għal mekkaniżmu komprensiv tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, u jistieden lill-Kummissjoni tagħmel dan, b'mod partikolari billi tipproponi l-adozzjoni tal-ftehim interistituzzjonali dwar il-Patt tal-UE għad-DRF fl-inizjattiva mhux leġiżlattiva tagħha li jmiss biex issaħħaħ l-infurzar tal-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea;

2.  Itenni t-talba tiegħu għal mekkaniżmu tal-UE komprensiv, permanenti u oġġettiv għall-protezzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, u jissottolinja li tali mekkaniżmu huwa meħtieġ b'mod aktar urġenti aktar minn qatt qabel;

3.  Itenni l-elementi ewlenin ta' tali mekkaniżmu kif propost mill-Parlament fil-forma ta' Patt Interistituzzjonali għad-DRF, li jikkonsisti f'rieżami annwali bbażat fuq l-evidenza u mhux diskriminatorju li jivvaluta, fuq bażi ugwali, il-konformità tal-Istati Membri kollha tal-UE mal-valuri stabbiliti fl-Artikolu 2 TUE, b'rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż (ir-Rapport Ewropew dwar id-DRF) li jkun segwit b'dibattitu interparlamentari, u Ċiklu ta' Politika dwar id-DRF fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-UE;

4.  Itenni li r-Rapport Ewropew dwar id-DRF irid jinkorpora u jikkomplementa strumenti eżistenti, b'mod partikolari t-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Ġustizzja, l-Istrument ta' Sorveljanza tal-Pluraliżmu tal-Midja, ir-Rapport Kontra l-Korruzzjoni u l-proċeduri ta' evalwazzjoni bejn il-pari abbażi tal-Artikolu 70 tat-TFUE u jissostitwixxi l-Mekkaniżmu ta' Kooperazzjoni u Verifika għall-Bulgarija u r-Rumanija; jiddispjaċih dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tippubblikax ir-Rapport tal-UE Kontra l-Korruzzjoni fl-2017;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra torbot ir-regolament propost tagħha dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri ma' mekkaniżmu tal-UE komprensiv, permanenti u oġġettiv għall-protezzjoni tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt u tad-drittjiet fundamentali;

6.  Jistieden lill-Kunsill jaqbel li jimpenja ruħu għall-ftehim interistituzzjonali dwar il-Patt għad-DRF, u jappoġġja proposti ulterjuri tal-Kummissjoni għat-tisħiħ tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali;

7.  Iqis li, jekk il-Kummissjoni u l-Kunsill ikomplu jirrifjutaw l-istabbiliment ta' Patt għad-DRF, il-Parlament jista' jieħu l-inizjattiva li jniedi rapport pilota dwar id-DRF u dibattitu interparlamentari;

8.  Jistieden lill-Kunsill jassumi sew ir-rwol istituzzjonali tiegħu fil-proċeduri li għaddejjin bħalissa fil-qafas tal-Artikolu 7(1) tat-TUE, jinforma lill-Parlament immedjatament u b'mod sħiħ fl-istadji kollha tal-proċedura, u jistieden lill-Parlament jippreżenta l-proposta motivata tiegħu lill-Kunsill;

9.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, u lill-parlament u l-gvernijiet tal-Istati Membri, kif ukoll lill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni biex titqassam lill-parlamenti u l-kunsilli sottonazzjonali.

(1) ĠU C 215, 19.6.2018, p. 162.
(2) Testi adottati, P8_TA(2018)0340.
(3) Testi Adottati, P8_TA(2018)0055.
(4) ĠU C 356, 4.10.2018, p. 29.
(5) Testi adottati, P8_TA(2018)0183.
(6) Testi adottati, P8_TA(2018)0056.
(7)  http://ec.europa.eu/atwork/applying-eu-law/infringements-proceedings/infringement_decisions/index.cfm?lang_code=EN&typeOfSearch=true&active_only=1&noncom=0&r_dossier=&decision_date_from=&decision_date_to=&PressRelease=true&DG=JUST&title=&submit=Search
(8) Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, Challenges facing civil society organisations working on human rights in the EU (L-isfidi li jiffaċċjaw l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jaħdmu fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem fl-UE), Vjenna, 18 ta' Jannar 2018.


Implimentazzjoni tal-ftehim ta' assoċjazzjoni tal-UE mal-Georgia
PDF 183kWORD 60k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2018 dwar l-implimentazzjoni tal-ftehim ta' assoċjazzjoni tal-UE mal-Georgia (2017/2282(INI))
P8_TA(2018)0457A8-0320/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 8 u t-Titolu V, b'mod partikolari l-Artikoli 21, 22, 36 u 37 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), kif ukoll il-Parti Ħamsa tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Georgia, min-naħa l-oħra, li daħal fis-seħħ b'mod sħiħ fl-1 ta' Lulju 2016,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu tat-18 ta' Diċembru 2014 li jinkludu l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, ta' Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Georgia, min-naħa l-oħra(1), u tal-21 ta' Jannar 2016 dwar il-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni / Żoni ta' Kummerċ Ħieles Approfonditi u Komprensivi mal-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna(2), ir-rakkomandazzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2017 dwar is-Sħubija tal-Lvant(3) u r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tal-14 ta' Marzu 2018 dwar proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja ulterjuri lill-Georgia(4), u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Ġunju 2018 dwar it-territorji okkupati tal-Georgia għaxar snin wara l-invażjoni Russa(5),

–  wara li kkunsidra l-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali annwali għall-Implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Georgia,

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma konġunt tal-persunal tal-Kummissjoni Ewropea u tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) tad-9 ta' Novembru 2017 dwar ir-Rapport rigward l-Implimentazzjoni tal-Assoċjazzjoni dwar il-Georgia [traduzzjoni mhux uffiċjali] (SWD(2017)0371),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet konġunti tas-Summits tas-Sħubija tal-Lvant, l-aktar reċenti dik tal-24 ta' Novembru 2017 fi Brussell,

–  wara li kkunsidra l-qafas ta' kooperazzjoni "20 riżultat konkret għall-2020" stabbiliti matul is-summit ta' Riga fl-2015 u l-promozzjoni ta' ekonomija, governanza, konnettività u soċjetà aktar b'saħħithom,

–  wara li kkunsidra l-Qafas ta' Appoġġ Uniku għall-appoġġ tal-UE lill-Georgia (2017-2020),

–  wara li kkunsidra l-eżitu tar-raba' laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Georgia tal-5 ta' Frar 2018,

–  wara li kkunsidra l-eżiti tal-laqgħat tal-assemblea ta' Euronest, l-aktar reċenti dawk ta' bejn il-25 u s-27 ta' Ġunju 2018, li rriżultaw f'seba' riżoluzzjonijiet u jappellaw lill-UE biex iżżid l-isforzi tagħha ta' medjazzjoni fil-kunflitti ffriżati,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni finali u r-rakkomandazzjonijiet tas-sitt laqgħa tal-Kumitat Parlamentari ta' Assoċjazzjoni UE-Georgia li saret fis-26 ta' April 2018,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tat-tielet laqgħa tal-Pjattaforma tas-Soċjetà Ċivili UE-Georgia tat-22 ta' Marzu 2018,

–  wara li kkunsidra l-ewwel rapport tal-Kummissjoni taħt il-mekkaniżmu ta' sospensjoni tal-eżenzjoni ta' viża, ippubblikat fl-20 ta' Diċembru 2017 (COM(2017)0815),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni finali tal-Kummissjoni ta' Venezja tad-19 ta' Marzu 2018 dwar ir-riforma kostituzzjonali tal-Georgia (CDL-AD(2018)005),

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma konġunt tal-persunal tal-21 ta' Settembru 2015 intitolat "Gender Equality and Women's Empowerment: Transforming the Lives of Girls and Women through EU External Relations 2016-2020" (L-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Emanċipazzjoni tan-Nisa: Nittrasformaw Ħajjet il-Bniet u n-Nisa permezz tar-Relazzjonijiet Esterni tal-UE 2016-2020) (SWD(2015)0182),

–  wara li kkunsidra r-rapport tat-2 ta' Lulju 2015 minn Transparency International intitolat "The State of Corruption: Armenia, Azerbaijan, Georgia, Moldova and Ukraine" (L-Istat ta' Korruzzjoni: l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna),

–  wara li kkunsidra l-istudji esperti magħmula għall-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, inkluż l-istudju dwar "The electoral reforms in three association countries of the Eastern Neighbourhood – Ukraine, Georgia and Moldova and their impact on political developments in these countries" (Ir-riformi elettorali fi tliet pajjiżi assoċjati tal-Viċinat tal-Lvant – l-Ukrajna, il-Georgia u l-Moldova u l-impatt tagħhom fuq l-iżviluppi politiċi f'dawn il-pajjiżi), ippubblikat fis-26 ta' Ottubru 2017(6), l-istudju intitolat "Association agreements between the EU and Moldova, Georgia and Ukraine" (Ftehimiet ta' assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Moldova, il-Georgia u l-Ukrajna), ippubblikat fit-28 ta' Ġunju 2018(7) u l-istudju komparattiv intitolat "The Development of an Institutional Framework for the Implementation of the Association Agreements in Georgia, Moldova and Ukraine: a comparative perspective" (L-Iżvilupp ta' Qafas Istituzzjonali għall-Implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni fil-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna: perspettiva komparattiva), ippubblikat f'Settembru 2018(8),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) u l-Anness 3 tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2002 dwar il-proċedura ta' awtorizzazzjoni għat-tħejjija ta' rapporti fuq inizjattiva proprja,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0320/2018),

A.  billi r-relazzjonijiet UE-Georgia qed jiġu approfonditi kontinwament permezz ta' kisbiet ġodda maġġuri f'konformità mal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Georgia, maż-Żona ta' Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva (DCFTA) u mal-Aġenda ta' Assoċjazzjoni, inkluż id-dħul fis-seħħ tas-sistema mingħajr viża u l-adeżjoni tal-Georgia mal-Komunità tal-Enerġija;

B.  billi r-rispett sħiħ għall-valuri ewlenin, li jinkludu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, u anke d-drittijiet tal-minoranzi, jirrappreżenta pedament għal aktar integrazzjoni Ewropea;

C.  billi s-sitwazzjoni umanitarja u l-iżolament tar-reġjuni okkupati tal-Ossezja tan-Nofsinhar u l-Abkażja għadhom jirrappreżentaw waħda mill-isfidi ewlenin għall-Georgia;

D.  billi l-indiċi dwar il-perċezzjoni tal-korruzzjoni għall-2017 ta' Transparency International juri li għad hemm riżultati tajbin fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni;

E.  billi l-Istrateġija Nazzjonali l-ġdida dwar il-Ġlieda Kontra l-Kriminalità Organizzata tal-2017-2020 u l-Pjan ta' Azzjoni tagħha, adottata fl-2017, jiffokaw fuq il-ġlieda kontra l-hekk imsejħin "thieves in law", fuq it-tranżitu tad-drogi narkotiċi u ċ-ċiberkriminalità, u fuq l-introduzzjoni tal-pulizija fil-komunità u bbażata fuq l-analiżi;

F.  billi l-Konvenzjoni ta' Istanbul, li ngħatat il-mandat biex tipprevjeni u tiġġieled il-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika, daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2017 u billi ġiet stabbilita Kummissjoni Bejn l-Aġenziji dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri, il-Vjolenza kontra n-Nisa u l-Vjolenza Domestika;

G.  billi l-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa ta' Reporters Without Borders juri titjib żgħir, bil-Georgia timxi 'l fuq mill-64 post fl-2017 għall-61 post fl-2018;

1.  Jilqa' b'sodisfazzjon id-direzzjoni meħuda tar-riforma u l-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u d-DCFTA, li stabbilixxiet lill-Georgia bħala sieħeb ewlieni tal-UE fir-reġjun; jistieden lill-awtoritajiet tal-Georgia jkomplu jiżguraw l-istabbiltà, aktar riformi demokratiċi u t-titjib ekonomiku u soċjali għall-tal-Georgia, li huma milquta mill-faqar, mill-qgħad u mil-livell għoli ta' emigrazzjoni ekonomika, bħala fattur ewlieni biex jikkonvinċi lin-nies fit-triq lejn is-sovranità tal-Georgia u l-integrità territorjali fi ħdan il-fruntieri tagħha rikonoxxuti internazzjonalment, u lejn it-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Georgia;

2.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-aġenda Ewropea tal-Georgia għadha tgawdi l-approvazzjoni bejn il-partiti u l-appoġġ tal-maġġoranza taċ-ċittadini tal-Georgia; jirrimarka li skont l-Artikolu 49 tat-TUE u f'konformità mad-Dikjarazzjoni ta' Ruma tal-25 ta' Marzu 2017, kwalunkwe Stat Ewropew jista' japplika biex isir membru tal-UE, dment li jkun jirrispetta l-kriterji ta' Copenhagen; ifakkar, sadanittant, fil-proposta ta' politika "Sħubija tal-Lvant Plus" (EaP+) irrakkomandata mill-Parlament sabiex jinfetħu perspettivi addizzjonali; jilqa' l-inizjattiva tal-Gvern tal-Georgia li jabbozza Pjan Direzzjonali għall-Integrazzjoni tal-UE li għandu l-għan li jsaħħaħ ir-relazzjonijiet attwali bejn l-UE u l-Georgia; jilqa' l-impenn attiv tal-Georgia fl-attivitajiet tal-pjattaformi multilaterali tas-Sħubija tal-Lvant;

3.  Ifaħħar lill-awtoritajiet tal-Georgia għall-kampanji ta' informazzjoni rikorrenti tagħhom dwar il-benefiċċji u l-opportunitajiet ekonomiċi li jirriżultaw mill-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u mid-DCFTA u għall-assistenza li pprovdew fil-ġestjoni tal-adattamenti meħtieġa;

Il-qafas istituzzjonali fis-seħħ għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni

4.  Jinnota li l-appoġġ tal-UE lill-Georgia se jilħaq bejn EUR 371 miljun u EUR 453 miljun għall-2017-2020, b'fondi addizzjonali disponibbli skont il-prinċipju "aktar għal aktar" f'konformità mal-Aġenda ta' Assoċjazzjoni UE-Georgia; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprovdi din l-assistenza b'mod proporzjonat lill-kapaċità ta' assorbiment u lill-isforzi għar-riforma tal-Georgia; jieħu nota tad-deċiżjoni tal-Georgia li tnaqqas l-għadd totali ta' ministeri minn 14 għal 11 bl-għan ta' ottimizzazzjoni funzjonali u ta' tnaqqis fl-ispejjeż, u jilqa' d-deċiżjoni tal-Gvern tal-Georgia li jerġa' jalloka t-tfaddil li jirriżulta għas-settur tal-edukazzjoni;

5.  Jappella għal involviment aktar b'saħħtu tal-Prim Ministru u tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin biex jipprovdi sorveljanza politika ta' livell għoli għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, notevolment permezz tas-semplifikazzjoni tal-istrutturi rilevanti tal-gvern, il-koordinazzjoni u s-sinkronizzazzjoni tal-pjanijiet tal-ministeri kompetenti u l-implimentazzjoni sħiħa u effettiva tagħhom; jilqa' l-inkorporazzjoni tal-Uffiċċju tal-Ministru tal-Istat għall-Integrazzjoni Ewropea fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin; jissuġġerixxi, madankollu, li dik is-sjieda tal-integrazzjoni Ewropea għandha tiġi kondiviża fost l-apparat ministerjali kollu;

6.  Jilqa' l-adozzjoni ta' verżjoni fuq tliet snin tal-Pjan ta' Implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni/DCFTA, u jistieden lill-awtoritajiet ifasslu strateġija ta' riforma li tikkomplementa dawn il-Pjanijiet, li tiffoka fuq ir-riżultati lil hinn mil-leġiżlazzjoni u mit-taħriġ tal-persunal, u li tibbaża fuq valutazzjoni tal-impatt mill-esperti, li għandha tindirizza wkoll il-kooperazzjoni interistituzzjonali bejn il-Parlament, il-Gvern u l-amministrazzjoni presidenzjali; iħeġġeġ, f'dan il-kuntest, lill-Parlament tal-Georgia biex iżid il-kontrolli ta' konformità tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ta' abbozzi ta' proposti għal riformi domestiċi;

7.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Georgia tassenja persunal ikkwalifikat ħafna biex timplimenta l-Aġenda ta' Assoċjazzjoni; jistieden, għalhekk, lill-awtoritajiet tal-Georgia jiggarantixxu li l-unitajiet strutturali li jittrattaw kwistjonijiet ta' integrazzjoni Ewropea fil-ministeri kollha jkunu mgħammra b'għadd suffiċjenti ta' uffiċjali kwalifikati speċifikament; jistieden lis-SEAE u/jew lill-Kummissjoni jipprovdu assistenza fil-bini ta' kapaċità u fit-taħriġ tal-uffiċjali tal-Georgia li jittrattaw l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni/DCFTA;

8.  Jilqa' l-istabbiliment tal-Assemblea Interparlamentari tal-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna u jħeġġeġ lil din l-assemblea biex twettaq skrutinju fuq l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni;

9.  Iħeġġeġ lis-SEAE u/jew lill-Kummissjoni jagħtu spinta lill-kapaċitajiet interni biex itejbu l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, b'mod partikolari permezz ta' żieda fir-riżorsi umani ddedikati b'għarfien espert profond tas-sistema amministrattiva u legali tal-Georgia, kif ukoll biex jimxu lejn valutazzjoni kwalitattiva tal-progress, partikolarment permezz tal-introduzzjoni ta' proċessi ta' skrinjar, li jippermettu li jiġi vvalutat il-livell ta' allinjament mal-acquis tal-UE, kif jirrikjedi l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni;

10.  Jissottolinja r-rwol kruċjali li s-soċjetà ċivili, inklużi s-sħab soċjali, jiżvolġu fl-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bħala atturi li jissorveljaw ir-riformi u jilqa' l-isforzi tagħhom fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-ftehim; jistieden lill-awtoritajiet tal-Georgia jiżguraw li r-riformi skont il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni/DCFTA jitwettqu bl-involviment sħiħ tal-awtoritajiet lokali u tar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili kif ukoll tas-sħab soċjali dwar il-kwistjoni tal-kisba ta' mudell soċjali "Ewropew", u jistieden lill-awtoritajiet u lill-UE jiżguraw l-aċċess tagħhom, u dik tal-popolazzjoni f'żoni periferali, għal informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni;

11.  Jenfasizza l-importanza ta' komunikazzjoni proattiva għaċ-ċittadini tal-Georgia dwar il-benefiċċji u l-għanijiet tanġibbli tas-Sħubija tal-Lvant kif ukoll il-ħtieġa li tiġi miġġielda d-diżinformazzjoni permezz ta' informazzjoni bbażata fuq il-fatti, aċċessibbli u ta' kwalità għolja bil-lingwi kollha tal-pajjiż sieħeb; jistieden lill-Georgia, bl-appoġġ tal-UE u tal-Istati Membri tagħha, biex issaħħaħ l-istrateġija ta' komunikazzjoni tagħha;

12.  Jilqa' l-ftuħ, fl-4 ta' Settembru 2018, tal-Iskola Ewropea tas-Sħubija tal-Lvant bi Programm Internazzjonali tal-Baċellerat għall-istudenti mill-pajjiżi kollha tas-Sħubija tal-Lvant f'Tbilisi; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Georgia jtejbu r-rwol tal-istudji Ewropej fil-kurrikuli regolari tal-iskejjel u l-universitajiet;

13.  Jappoġġja s-sejbiet u l-konklużjonijiet preliminari dwar l-ewwel ċiklu tal-elezzjonijiet presidenzjali tal-2018 fil-Georgia kif ippreżentati mill-Missjoni Internazzjonali ta' Osservazzjoni Elettorali, inkluża d-delegazzjoni tagħha tal-Parlament Ewropew; jilqa' n-natura kompetittiva tal-elezzjonijiet u n-nuqqas ta' każijiet ta' vjolenza; jiddeplora l-okkupazzjoni tar-Russja tal-Ossezja tan-Nofsinhar u tal-Abkażja, kif ukoll id-deċiżjoni tal-awtoritajiet li qed jirregolaw de facto fin-Nofsinhar tal-Ossezja biex jagħlqu l-fruntiera amministrattiva mal-Georgia, u b'hekk jipprevjenu lil ħafna ċittadini Georgjani milli jitfgħu l-vot tagħhom; jistieden lill-awtoritajiet u lill-partiti politiċi jindirizzaw il-kwistjonijiet ta' tħassib qabel it-tieni ċiklu, b'mod partikolari l-użu ħażin tar-riżorsi tal-Istat, il-limiti eċċessivament għoljin fuq il-finanzjament tal-kampanji u l-fatt li l-organizzazzjonijiet indipendenti tas-soċjetà ċivili huma fil-mira ta' attakki verbali intensi minn persuni f'karigi għoljin;

Djalogu politiku

14.  Itenni l-fatt li l-pożizzjoni tal-UE dwar ir-riforma kostituzzjonali tal-Georgia tikkoinċidi mal-valutazzjoni ġenerali pożittiva tal-Kummissjoni ta' Venezja; jiddispjaċih għall-posponiment tal-implimentazzjoni ta' sistema elettorali kompletament proporzjonali sal-2024; itenni r-rieda tiegħu li josserva elezzjonijiet futuri fil-Georgia u li jgħin lill-awtoritajiet tal-Georgia fis-segwitu u fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet li se jiġu ppreżentati; itenni li l-għamla tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali għandha tkun ħielsa minn influwenza politika u li l-perjodu ta' qabel l-elezzjoni għandu jkun ħieles minn kwalunkwe użu ħażin tar-riżorsi amministrattivi; jistieden lill-awtoritajiet tal-Georgia jwettqu investigazzjoni sinifikanti dwar l-inċidenti vjolenti politikament motivati matul l-elezzjonijiet parlamentari tal-2016;

15.  Jappoġġja t-tisħiħ demokratiku tal-istituzzjonijiet politiċi tal-Georgia u huwa ddedikat biex jgħin f'dan il-qasam; jinnota li l-Georgia hija fost il-ftit pajjiżi fejn il-fergħat kollha ta' setgħa huma involuti fis-Sħubija ta' Governanza Miftuħa; jissottolinja l-importanza li titkompla aġenda ambizzjuża ta' riforma mmirata lejn in-newtralità politika tal-istituzzjonijiet tal-Istat u tal-persunal tagħhom; jisħaq fuq ir-rwol tal-oppożizzjoni f'sistema parlamentari u jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti li jiddaħħlu fis-seħħ mekkaniżmi aktar rigorużi għall-iskrutinju tal-eżekuttiv, inkluż permezz tal-kapaċità tal-Membri tal-Parlament li jagħmlu mistoqsijiet lill-ministri u lill-Prim Ministru fuq bażi regolari sabiex iżommuhom responsabbli;

16.  Jilqa' l-implimentazzjoni effettiva tar-reġim ħieles mill-viża għaċ-ċittadini tal-Georgia mis-27 ta' Marzu 2017; jieħu nota tal-konformità tal-Georgia mal-punti referenzjarji tal-liberalizzazzjoni tal-viża u jħeġġeġ il-monitoraġġ regolari tagħhom sabiex tiġi żgurata konformità kontinwa; jinnota li l-introduzzjoni ta' reġimi mingħajr viża ġġib riżultati pożittivi f'termini tal-iżvilupp ta' kuntatti bejn il-popli; ifaħħar lill-Georgia dwar il-miżuri li ħadet biex tindirizza fil-pront il-ksur ta' reġim mingħajr viża, u jistieden lill-Istati Membri tal-UE jirrikonoxxu lill-Georgia bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu; jisħaq fuq l-importanza li tiżdied il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji u l-aġenziji ta' infurzar tal-Georgia u tal-Istati Membri tal-UE;

17.  Jilqa' l-implimentazzjoni kontinwa tal-Istrateġija u l-Pjan ta' Azzjoni tal-Georgia dwar il-Migrazzjoni u t-tisħiħ tar-riabilitazzjoni tas-setturi fi fruntiera mat-Turkija u l-Ażerbajġan;

18.  Jappoġġja lill-Georgia fit-tfittxija tagħha għal politika ta' riżoluzzjoni paċifika ta' kunflitti, rikonċiljazzjoni u impenn u fil-parteċipazzjoni kostruttiva tagħha fid-Diskussjonijiet Internazzjonali ta' Ġinevra; jilqa' l-isforzi tal-Georgia biex jinżamm djalogu mar-Russja; ifaħħar l-inizjattiva bit-titlu "A Step to a Better Future" (Pass għal Futur Aħjar), ippreżentata fl-4 ta' April 2018, bil-għan li jitjiebu l-kundizzjonijiet umanitarji u soċjoekonomiċi tal-popolazzjonijiet li jgħixu f'reġjuni okkupati u li jitrawmu il-kuntatt bejn il-popli u l-bini ta' kunfidenza bejn komunitajiet diviżi;

19.  Ifakkar b'dispjaċir fil-fatt li, wara 10 snin, il-Federazzjoni Russa għadha għaddejja bl-okkupazzjoni illegali tagħha ta' territorji tal-Georgia, u jtenni l-appoġġ inekwivokabbli tiegħu għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Georgia; jieħu nota tal-kawża tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB) kontra r-Russja dwar l-użu ta' miżuri ta' koerċizzjoni kontra persuni li jgħixu fl-Abkażja u fl-Ossezja tan-Nofsinhar u tal-adozzjoni mill-Parlament tal-Georgia ta' riżoluzzjoni li tistabbilixxi lista sewda Otkhozoria-Tatunashvili ta' persuni ħatja ta' qtil, ħtif, tortura jew trattament inuman jew li jinsabu taħt investigazzjoni għal dawn ir-reati; jisħaq li l-komunità internazzjonali jeħtiġilha tieħu pożizzjoni konsistenti, koordinata, magħquda u soda kontra l-okkupazzjoni u l-politika ta' annessjoni tar-Russja;

20.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Georgia jagħmlu aktar sforzi biex jegħlbu l-ostakli eżistenti u jippruvaw jestendu l-benefiċċji tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u tad-DCFTA għall-popolazzjonijiet tal-Abkażja u tar-Reġjun ta' Tskhinvali/l-Ossezja tan-Nofsinhar billi jtejbu l-komunikazzjoni dwar l-opportunitajiet il-ġodda li ġejjin mill-ftehim u jiżviluppaw proġetti ad hoc ta' kooperazzjoni kummerċjali u ekonomika fil-livell lokali;

21.  Ifaħħar il-parteċipazzjoni kontinwa tal-Georgia f'operazzjonijiet ta' ġestjoni ta' kriżijiet ċivili u militari fil-qafas tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK); jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żviluppat ulterjorment djalogu ta' livell għoli dwar kwistjonijiet ta' sigurtà bejn l-UE u l-Georgia, b'mod partikolari dwar il-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni, l-estremiżmu vjolenti, il-propaganda u t-theddid ibridu;

L-istat tad-dritt, il-governanza tajba u l-libertà tal-midja

22.  Jirrikonoxxi r-riżultati tal-Georgia fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni f'livell baxx u medju li jwasslu għal klassifikazzjoni reġjonali tajba fl-indiċijiet tal-perċezzjoni; jenfasizza madankollu li l-korruzzjoni minn persuni ta' livell għoli għadha kwistjoni serja; ifaħħar l-implimentazzjoni mill-Georgia tal-Istrateġija kontra l-Korruzzjoni u l-Pjan ta' Azzjoni tagħha; jistieden lill-Georgia tiżgura li l-Aġenzija Kontra l-Korruzzjoni tkun indipendenti, ħielsa minn kull interferenza politika u separata mis-Servizz tas-Sigurtà tal-Istat; itenni l-importanza ta' separazzjoni effettiva tas-setgħat u dissoċjazzjoni ċara bejn il-politika u l-interessi ekonomiċi, u jisħaq li l-ġlieda kontra l-korruzzjoni tirrikjedi ġudikatura indipendenti u rekord stabbli ta' investigazzjonijiet f'każijiet ta' livell għoli ta' korruzzjoni, li għad iridu jiġu stabbiliti; jikkunsidra lill-Georgia bħala sieħeb importanti tal-UE f'oqsma differenti ta' kooperazzjoni bħall-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata;

23.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Georgia jdaħħlu fis-seħħ mekkaniżmu indipendenti u effettiv fih innifsu, separat mill-awtorità tal-uffiċċju tal-prosekutur ġenerali, għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' każijiet ta' abbuż minn uffiċjali tal-infurzar tal-liġi sabiex jindirizzaw in-nuqqas persistenti ta' responsabbiltà; jilqa', għalhekk, il-ħolqien tas-Servizz tal-Ispettur tal-Istat għall-investigazzjoni tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem minn uffiċjali tal-infurzar tal-liġi;

24.  Jinsab ferm imħasseb dwar il-pressjoni li t-Turkija qed teżerċita fuq ir-residenti Torok fil-Georgia, kif ukoll fuq istituzzjonijiet edukattivi, minħabba l-affiljazzjoni allegata tagħhom mal-moviment Gülen; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Georgia jsegwu dan il-każ mill-qrib, filwaqt li jiżguraw li l-proċeduri ġudizzjarji u kwalunkwe azzjoni li tittieħed ikunu kompletament konformi mal-prinċipji u l-istandards Ewropej; iħeġġeġ lill-UE tappoġġja u tgħin lill-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant biex jirreżistu l-pressjoni li saret matul dawn l-aħħar xhur, b'mod partikolari, mit-Turkija;

25.  Jieħu nota tar-riforma ġudizzjarja li għaddejja u tas-sinjali ta' imparzjalità u trasparenza akbar tal-ġudikatura, iżda jfakkar fit-tħassib tal-Kummissjoni ta' Venezja dwar l-emendi leġiżlattivi proposti li ma jiżgurawx in-newtralità politika tal-Kunsill tal-Avukati tal-Prosekuzzjoni tal-Georgia; jitlob li l-miżuri kollha meħtieġa biex tissaħħaħ is-sistema ġudizzjarja – inkluż permezz ta' tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva – jiġu stabbiliti u biex tiġi garantita l-indipendenza sħiħa tal-Ġudikatura u tal-Uffiċċju tal-Prosekutur, u jitlob li jkun hemm skrutinju demokratiku tal-Ministeru għall-Intern, inklużi s-servizzi tal-pulizija u tas-sigurtà, li jeħtieġu tiġdid u riforma, ukoll bil-ħsieb li tiġi garantita t-trasparenza, partikolarment f'termini tal-għażla, il-ħatra u l-promozzjoni tal-imħallfin kif ukoll fi proċedimenti dixxiplinari li jappartjenu għalihom;

26.  Jissottolinja l-importanza tar-riformi li għaddejjin bħalissa fl-amministrazzjoni pubblika; jilqa' l-Liġi dwar is-Servizz Ċivili li għadha kif ġiet adottata u jistenna l-implimentazzjoni rapida tagħha bil-għan li tiġi żgurata żieda sostenibbli fil-fiduċja tal-pubbliku;

27.  Jinnota bi tħassib li l-Gvern tal-Georgia naqas milli jadotta leġiżlazzjoni ġdida biex itejjeb l-aċċess tal-pubbliku għall-informazzjoni; jiddeplora l-fatt li r-riforma proposta tillimita aktar l-aċċess f'dan il-qasam; jistieden lill-Gvern tal-Georgia jiżgura aċċess effettiv għall-informazzjoni pubblika; ifakkar li dan huwa impenn essenzjali li sar fi ħdan il-qafas tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni;

28.  Iħeġġeġ lill-gvern tal-Georgia biex isegwi l-implimentazzjoni tar-riforma fil-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi;

29.  Jilqa' l-adozzjoni tal-Istrateġija Nazzjonali dwar il-Ġlieda kontra l-Kriminalità Organizzata;

30.  Jistieden lill-Parlament tal-Georgia biex jikkunsidra pakkett ta' emendi mmirati lejn ir-riforma fil-leġiżlazzjoni dwar il-politika dwar id-droga f'konformità mad-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali tat-30 ta' Novembru 2017;

31.  Jilqa' l-approvazzjoni tal-Parlament tal-Georgia għal pakkett ta' liġijiet biex tittejjeb is-sitwazzjoni tal-priġunieri;

Rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali

32.  Jistieden lill-awtoritajiet tal-Georgia jkomplu jħaddmu l-mekkaniżmu ta' koordinazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tal-pajjiż u jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom f'fora multilaterali; jesprimi tħassib dwar in-nuqqas ta' progress fl-investigazzjoni tal-ħtif tal-ġurnalist Ażerbajġani Afgan Mukhtarli minn Tbilisi, fatt li wera ħafna nuqqasijiet fir-rigward tal-funzjonament tas-servizzi tas-sigurtà, inkluża l-interferenza politika partiġjana; jistieden lill-Gvern tal-Georgia jasal għal konklużjoni rapida u kredibbli għall-investigazzjoni, u jenfasizza l-ħtieġa li l-Georgia tiżgura ambjent bla periklu u sigur għal difensuri tad-drittijiet tal-bniedem residenti fit-territorju tagħha biex tiżgura li dawn l-azzjonijiet ma jerġgħux iseħħu;

33.  Jinnota s-sentenza tal-QEDB tat-28 ta' Novembru 2017 fir-rigward tal-ex Prim Ministru Vano Merabishvili, li stabbiliet ksur tal-Artikolu 18 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem billi segwiet "aġenda moħbija" u "motivi ulterjuri" meta ġie arrestat l-ex Prim Ministru;

34.  Jisħaq fuq l-importanza ta' politika u mekkaniżmi ċari, trasparenti u bbażati fuq id-drittijiet tal-bniedem għall-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u l-kumpens għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem impenjati matul amministrazzjonijiet preċedenti, bl-assigurazzjoni li dan il-proċess jirrispetta b'mod sħiħ il-prinċipji tal-istat tad-dritt u l-proċess dovut;

35.  Jistieden lill-awtoritajiet tal-Georgia jieħdu passi ulterjuri sabiex jitħarsu l-libertajiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari għal gruppi vulnerabbli, billi jiġu miġġielda d-diskors ta' mibegħda u d-diskriminazzjoni, inkluż fis-suq tax-xogħol permezz ta' Kodiċi dwar ix-Xogħol emendat, kontra persuni LGBTQI, persuni Rom, persuni li jgħixu bl-HIV/AIDS, persuni b'diżabilità u minoranzi oħra; jitlob, b'mod partikolari, lill-Georgia tarmonizza l-leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet ta' persuni b'diżabilità mal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, li rratifikat fl-2014; jilqa' r-ratifika tal-Georgia tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul), kif ukoll l-adozzjoni tal-Liġi dwar il-Lingwa Uffiċjali u l-Istrateġija tal-Istat għall-Ugwaljanza Ċivika u l-Integrazzjoni, u jitlob li ssir l-implimentazzjoni rapida tagħhom u li jinħoloq mekkaniżmu effiċjenti ta' monitoraġġ;

36.  Jistieden lill-awtoritajiet tal-Georgia jieħdu passi ulterjuri biex jipproteġu lin-nisa kontra kull forma ta' vjolenza, abbuż sesswali u fastidju fuq ix-xogħol u f'postijiet pubbliċi, u biex iżidu n-numru ta' nisa fis-suq tax-xogħol u fil-politika fejn għadhom mhumiex rappreżentati biżżejjed;

37.  Jappella għal tisħiħ tal-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal, li tinkludi l-prevenzjoni tal-vjolenza fuq it-tfal, l-aċċess għall-edukazzjoni għat-tfal kollha, inklużi dawk b'diżabilità; itenni r-responsabbiltà tal-Gvern tal-Georgia biex jissorvelja bir-reqqa s-sitwazzjoni tat-tfal fl-orfanatrofji u l-istituzzjonijiet residenzjali reliġjużi;

38.  Ifakkar fl-importanza tal-mezzi tal-massa ħielsa u indipendenti, tal-indipendenza editorjali kif ukoll tal-pluraliżmu u t-trasparenza tas-sjieda fl-ambjent medjatiku bħala prinċipji demokratiċi ewlenin; jinnota b'sodisfazzjon it-titjib fil-Georgia kif rifless fl-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa tal-2018 stabbilit mir-Reporters mingħajr fruntieri; jissottolinja l-politiċizzazzjoni tal-kontenut tal-midja; ifakkar fil-każ tal-istazzjon tat-TV Rustavi 2;

Kooperazzjoni ekonomika u kummerċjali

39.  Jilqa' l-enfasi li saret fuq il-ħolqien tal-impjiegi kif ukoll fuq id-drittijiet tal-ħaddiema, b'mod partikolari permezz tal-adozzjoni tal-liġi dwar is-sikurezza okkupazzjonali biex jiġi indirizzat b'mod effettiv l-ammont drammatiku ta' nies li jkollhom inċidenti fuq il-post tax-xogħol; iħeġġeġ lill-Parlament tal-Georgia jwessa' l-ambitu tal-liġi biex jiġu evitati l-eżenzjonijiet; ifakkar lill-awtoritajiet tal-Georgia dwar l-obbligu li jirrispettaw l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tax-xogħol, u jenfasizza l-ħtieġa li d-Dipartiment ta' Spezzjoni dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol jiġi ttrasformat f'sistema sħiħa u indipendenti ta' spezzjonijiet tax-xogħol allinjata mal-konvenzjoni 81 tal-ILO sabiex tittejjeb is-sikurezza fuq il-post tax-xogħol u jitnaqqas ix-xogħol mhux iddikjarat; jitlob li l-impjegaturi jieqfu jiddiskriminaw kontra dawk li jagħmlu użu mid-drittijiet tagħhom tat-trade unions; huwa mħasseb dwar it-tħaddim tat-tfal u dwar in-nuqqas ta' libertà ta' assoċjazzjoni għat-trejdjunjins; ifakkar li skont ir-rekwiżiti tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni s-sikurezza okkupazzjonali hija ta' importanza kritika;

40.  Jinnota li l-UE hija l-akbar sieħba kummerċjali tal-Georgia, billi tirrapreżenta kważi terz tal-kummerċ totali, kif ukoll bħala l-aktar donatur sinifikanti u l-akbar sors ta' investiment barrani dirett; jilqa' l-implimentazzjoni ta' riformi strutturali ewlenin immirati lejn it-titjib tal-ambjent ekonomiku u tan-negozju u l-massimizzazzjoni tal-benefiċċji pprovduti mid-DCFTA; jinnota b'mod pożittiv il-progress li għamlet il-Georgia fl-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni tagħha fl-oqsma relatati mal-kummerċ, inklużi l-miżuri sanitarji u fitosanitarji, iżda jappella għal aktar progress fis-sikurezza tal-ikel; jissottolinja l-importanza ta' riformi strutturali kontinwi marbuta mat-titjib tal-klima ta' investiment fil-Georgia; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-awtoritajiet tal-Georgia jiggarantixxu tqassim ġust tar-riżultati tat-tkabbir ekonomiku tal-Georgia fost il-popolazzjoni, u tal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni għall-benefiċċju tal-SMEs;

41.  Jinnota b'sodisfazzjon li għadd ta' prodotti ġodda bdew jiġu esportati lejn l-UE, għalkemm l-esportazzjonijiet tal-Georgia għadhom fil-biċċa l-kbira tagħhom komoditajiet agrikoli u materja prima; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tappoġġja lill-Georgia sabiex tidentifika dawk l-oqsma li jistgħu jrawmu aktar id-diversifikazzjoni ekonomika u tagħtihom prijorità fil-proċess tal-implimentazzjoni tad-DCFTA; jirrakkomanda li l-Georgia tikkunsidra strateġija ta' diversifikazzjoni għall-prodotti esportati lejn is-swieq tal-UE;

42.  Jinnota b'mod pożittiv il-progress li sar fil-qasam tal-akkwist pubbliku bl-allinjament ippjanat tal-leġiżlazzjoni sal-2022; jisħaq fuq l-importanza ta' korp ta' rieżami imparzjali u indipendenti; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Georgia itejjeb it-trasparenza tas-sistema tal-akkwist pubbliku, b'mod partikolari billi jnaqqas l-eżenzjonijiet minn offerti miftuħa fil-liġi tal-akkwist sabiex jitnaqqas il-volum globali ta' kuntrattar mhux kompetittiv;

43.  Jilqa' l-adeżjoni tal-Georgia mal-Konvenzjoni dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji, li tippermetti akkumulazzjoni ta' oriġini fil-qafas tad-DCFTA; iħeġġeġ lill-Georgia biex, bl-istess mod, taderixxi mal-Konvenzjoni dwar Proċedura Komuni ta' Transitu;

Enerġija u oqsma oħra ta' kooperazzjoni

44.  Jilqa' s-sħubija tal-Georgia mal-Komunità tal-Enerġija u l-progress lejn l-integrazzjoni tas-suq tal-enerġija tal-Georgia ma' dak tal-UE permezz ta' konverġenza regolatorja, f'konformità mal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija; jemmen bis-sħiħ li dan imur lil hinn mill-fatt li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għal taħlita tal-enerġija pan-Ewropea f'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi dwar miżuri għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-Għan 10 tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-NU fir-rigward ta' miżuri għall-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Georgia jagħmlu l-isforzi kollha meħtieġa biex iżidu l-adozzjoni tal-Acquis tal-UE dwar l-Enerġija bl-appoġġ tal-UE, kif ukoll il-kooperazzjoni xjentifika u l-iżvilupp tal-innovazzjoni fil-qasam tal-effiċjenza fl-enerġija u l-enerġija rinnovabbli; jinnota li l-pjanijiet bħall-inkorporazzjoni tal-Ministeru għall-Enerġija fil-Ministeru għall-Ekonomija u l-Iżvilupp Sostenibbli għandhom isiru f'koordinazzjoni mill-qrib mal-Parlament tal-Georgia;

45.  Jirrakkomanda li l-awtoritajiet tal-Georgia jiżviluppaw strateġija robusta u nazzjonali tal-enerġija, inaqqsu l-livell tas-sussidji tal-enerġija u jsaħħu s-sigurtà tal-provvisti tal-enerġija u l-indipendenza tal-enerġija; iħeġġeġ l-iżvilupp ta' enerġija rinnovabbli u effiċjenza fl-enerġija u l-adozzjoni tal-liġijiet meħtieġa, kif ukoll adattament tal-qafas istituzzjonali; jinkoraġġixxi t-tisħiħ tal-funzjonijiet tat-tranżitu tal-enerġija;

46.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li jsiru aktar sforzi ta' implimentazzjoni fil-qasam tat-trasport u l-ambjent; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Georgia biex jadotta strateġija għall-ġlieda kontra t-tniġġis tal-arja; jistieden lill-awtoritajiet tal-Georgia jżidu l-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta' deċiżjonijiet ambjentali u sa liema punt l-informazzjoni ambjentali hija kondiviża sabiex jiġi stimulat l-interess pubbliku;

47.  Ifakkar li l-governanza ambjentali hija karatteristika ewlenija tar-rekwiżiti tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni; jilqa' d-dħul fis-seħħ ta' Kodiċi tal-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali ġdid f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE kif ukoll l-adozzjoni tal-pjan direzzjonali għall-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Klima; jitlob aktar allinjament tal-politiki ambjentali nazzjonali mal-miri tal-UE sabiex jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima, f'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 u, b'mod partikolari, mal-finalizzazzjoni u l-adozzjoni tal-Istrateġija ta' Żvilupp b'Emissjonijiet Baxxi ta' Karbonju;

48.  Jinnota li l-Georgia impenjat ruħha li timplimenta b'mod effettiv il-ftehimiet ambjentali multilaterali taħt il-Kapitolu dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli, li jeħtieġ aktar titjib;

49.  Jieħu nota tal-pjan tal-Gvern tal-Georgia biex jiżviluppa aktar l-idroenerġija; jistieden, f'dan il-kuntest, lill-awtoritajiet tal-Georgia biex jadottaw u jikkonformaw mal-istandards tal-UE fil-proġetti kollha u, b'mod partikolari, biex japplikaw proċedura ta' Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali miftuħa u trasparenti li tinvolvi lill-partijiet interessati rilevanti kollha fl-istadji ewlenin tal-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet;

Dispożizzjonijiet istituzzjonali

50.  Iqis li l-involviment tal-awtoritajiet tal-Georgia mill-mument tal-abbozzar tal-leġiżlazzjoni rilevanti huwa utli sabiex il-proċess ikun aktar inklużiv u jitnaqqsu l-ispejjeż ta' tranżizzjoni għall-Georgia, u jistieden lill-Kummissjoni tagħmel użu sħiħ mill-mekkaniżmi ta' skambju ta' informazzjoni ex ante;

51.  Itenni r-rieda tiegħu li jżid il-monitoraġġ tiegħu tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet internazzjonali mas-sħab tal-Lvant tal-UE; jistieden għal darb'oħra lill-Kummissjoni u lis-SEAE biex jgħaddu lill-Parlament u lill-Kunsill rapporti bil-miktub, aktar spissi u dettaljati dwar l-implimentazzjoni ta' dawn il-ftehimiet;

52.  Jinnota li l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tad-DCFTA hija ffokata ħafna fuq il-flussi kummerċjali u l-ostakli għall-kummerċ; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja u tivvaluta l-implimentazzjoni tad-DCFTA b'mod xieraq, billi tagħti attenzjoni partikolari lit-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tal-acquis, u lill-impatt fuq is-soċjetà tal-Georgia, u tipprovdi rapportar annwali pubbliku u eżawrjenti, inkluż dwar l-appoġġ tekniku u finanzjarju pprovdut mill-UE;

53.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jkomplu jużaw kull ingranaġġ possibbli biex iħeġġu u jassistu lill-Georgia fl-isforzi tagħha biex timplimenta d-DCFTA b'mod effettiv, u jfakkar li l-implimentazzjoni sostenibbli tad-DCFTA ma tistax tiddependi biss mill-assistenza min-naħa tal-UE, iżda tirrikjedi amministrazzjoni indipendenti min-naħa tal-Georgia, bil-ħsieb li tiġi promossa żieda fil-flussi kummerċjali, tnaqqis fil-piż burokratiku u s-semplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi; jistieden liż-żewġ naħat joffru appoġġ akbar lill-Intrapriżi Mikro, Żgħar u ta' daqs Medju (MSMEs) u jipprovdu assistenza teknika; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkunsidra li tistabbilixxi grupp ta' appoġġ għall-Georgia, b'mod simili għal dak maħluq għall-Ukrajna;

54.  Jistieden lis-SEAE u/jew lill-Kummissjoni jippubblikaw ir-rapporti annwali kollha dwar l-implimentazzjoni tal-assoċjazzjoni fl-istess ħin, u jippubblikaw simultanjament evalwazzjoni komparattiva tal-livell ta' progress lejn l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni/DCFTA minn kull sieħeb assoċjat, imkejla skont punti ta' riferiment speċifiċi;

55.  Jiddeċiedi li jfassal rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni;

o
o   o

56.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, u lill-Gvern u lill-Parlament tal-Georgia.

(1) ĠU C 294, 12.8.2016, p. 31.
(2) ĠU C 11, 12.1.2018, p. 82.
(3) ĠU C 356, 4.10.2018, p. 130.
(4) Testi adottati, P8_TA(2018)0073.
(5) Testi adottati, P8_TA(2018)0266.
(6) "The electoral reforms in three association countries of the Eastern Neighbourhood – Ukraine, Georgia and Moldova" (Ir-riformi elettorali fi tliet pajjiżi assoċjati tal-Viċinat tal-Lvant – l-Ukrajna, il-Georgia u l-Moldova), il-Parlament Ewropew, is-26 ta' Ottubru 2017.
(7) "Association agreements between the EU and Moldova, Georgia and Ukraine" (Ftehimiet ta' assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Moldova, il-Georgia u l-Ukrajna), il-Parlament Ewropew, it-28 ta' Ġunju 2018.
(8) "The Development of an Institutional Framework for the Implementation of the Association Agreements in Georgia, Moldova and Ukraine" (L-Iżvilupp ta' Qafas Istituzzjonali għall-Implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni fil-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna), il-Parlament Ewropew, Settembru 2018.


Implimentazzjoni tal-ftehim ta' assoċjazzjoni tal-UE mal-Moldova
PDF 183kWORD 61k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2018 dwar l-implimentazzjoni tal-ftehim ta' assoċjazzjoni tal-UE mal-Moldova (2017/2281(INI))
P8_TA(2018)0458A8-0322/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u t-Titolu V, b'mod partikolari l-Artikoli 21, 22, 36 u 37 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), kif ukoll il-Parti Ħamsa tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2016,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu, b'mod partikolari dawk tal-5 ta' Lulju 2018 dwar il-kriżi politika fil-Moldova wara l-invalidazzjoni tal-elezzjonijiet muniċipali f'Chișinău(1), tal-15 ta' Novembru 2017 dwar is-Sħubija tal-Lvant, fit-tħejjija għas-Summit ta' Novembru 2017 (2), tal-4 ta' Lulju 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja lir-Repubblika tal-Moldova(3) u tal-21 ta' Jannar 2016 dwar il-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni / Żoni ta' Kummerċ Ħieles Approfonditi u Komprensivi mal-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna(4),

–  wara li kkunsidra l-iffirmar f'Novembru 2017, ta' Memorandum ta' Qbil, ta' Ftehim dwar Faċilità ta' Self u ta' Ftehim ta' Għotja dwar l-assistenza mikrofinanzjarja li jammonta għal EUR 100 miljun għall-perjodu 2017-2018,

–  wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali tal-Moldova dwar l-Implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn il-Moldova u l-Unjoni Ewropea fl-2017-2019 (NAPIAA),

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma konġunt tal-persunal tal-Kummissjoni Ewropea u tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) dwar ir-Rapport rigward l-Implimentazzjoni tal-Assoċjazzjoni dwar il-Moldova tat-3 ta' April 2018 (SWD(2018)0094),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjonijiet Konġunti tas-Summits tas-Sħubija tal-Lvant, l-aktar riċenti dik tal-24 ta' Novembru 2017 fi Brussell,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin dwar ir-Repubblika tal-Moldova tas-26 ta' Frar 2018,

–  wara li kkunsidra r-rapport tat-2 ta' Lulju 2015 minn Transparency International intitolat "The State of Corruption: Armenia, Azerbaijan, Georgia, Moldova and Ukraine" (L-Istat ta' Korruzzjoni: l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna),

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (ODIHR) u tal-Kummissjoni ta' Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa, b'mod partikolari dik tal-15 ta' Marzu 2018 dwar ir-riforma elettorali fil-Moldova,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet u l-azzjonijiet tal-Assemblea Parlamentari Euronest, tal-Forum tas-Soċjetà Ċivili tas-Sħubija tal-Lvant u ta' rappreżentanti oħra tas-soċjetà ċivili fil-Moldova,

–  wara li kkunsidra l-eżitu tal-missjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin fil-Moldova fit-3 u l-4 ta' April 2018,

–  wara li kkunsidra l-istudji esperti magħmula għall-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, inkluż l-istudju dwar "The electoral reforms in three association countries of the Eastern Neighbourhood – Ukraine, Georgia and Moldova and their impact on political developments in these countries" (Ir-riformi elettorali fi tliet pajjiżi assoċjati tal-Viċinat tal-Lvant – l-Ukrajna, il-Georgia u l-Moldova u l-impatt tagħhom fuq l-iżviluppi politiċi f'dawn il-pajjiżi), ippubblikat fis-26 ta' Ottubru 2017(5), il-Valutazzjoni tal-Implimentazzjoni Ewropea bit-titolu "Association agreements between the EU and Moldova, Georgia and Ukraine" (Ftehimiet ta' assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Moldova, il-Georgia u l-Ukrajna), ippubblikata fit-28 ta' Ġunju 2018(6) u l-istudju komparattiv bit-titolu "The Development of an Institutional Framework for the Implementation of the Association Agreements in Georgia, Moldova and Ukraine" (L-Iżvilupp ta' Qafas Istituzzjonali għall-Implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni fil-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna), ippubblikat f'Lulju 2018(7),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) u l-Anness 3 tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2002 dwar il-proċedura għall-awtorizzazzjoni tat-tfassil tar-rapporti fuq inizjattiva proprja,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0322/2018),

A.  billi r-relazzjonijiet politiċi u ekonomiċi bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova ġew approfonditi fil-qafas tas-Sħubija tal-Lvant u b'mod partikolari bl-iffirmar, fis-27 ta' Ġunju 2014, u d-dħul fis-seħħ, fl-1 ta' Lulju 2016, tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Moldova inkluż Żona ta' Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva (DCFTA);

B.  billi l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni huwa bbażat fuq valuri komuni li jinkludu, "ir-rispett lejn il-prinċipji demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, kif ipproklamati fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u kif definiti fil-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, l-Att Finali ta' Ħelsinki tal-1975 tal-Konferenza dwar is-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa u l-Karta ta' Pariġi għal Ewropa Ġdida tal-1990";

C.  billi permezz ta' dan il-ftehim, il-Moldova hija impenjata li twettaq riformi domestiċi maġġuri skont il-liġijiet u l-prattika tal-UE, f'firxa wiesa' ta' oqsma li jwasslu għal governanza tajba, żvilupp ekonomiku u kooperazzjoni msaħħa mal-UE; billi bħala appoġġ għal dawn l-isforzi, l-UE timpenja ruħha li tipprovdi assistenza finanzjarja u baġitarja sostanzjali lill-Moldova, li tammonta għal EUR 1,14-il biljun f'fondi allokati sa mill-2007, flimkien mal-finanzjament ta' programm reġjonali;

D.  billi d-DCFTA tippermetti aċċess privileġġjat għal beni u servizzi mill-Moldova lejn is-suq tal-UE; billi, bħala konsegwenza tad-DCFTA, fl-2017, kien hemm żieda ta' 20 % fil-kummerċ UE-Moldova, li jammonta għal EUR 4 biljun; billi l-UE attwalment hija l-akbar sieħba kummerċjali tal-Moldova, u tirrappreżenta aktar minn 55 % tal-kummerċ totali; billi l-UE hija wkoll l-akbar investitur fil-Moldova; billi d-data inizjali għall-2018 tikkonferma din ix-xejra pożittiva; billi r-rata ta' użu preferenzjali ta' 90 % għall-Moldova turi kif id-DCFTA kien ta' benefiċċju għall-impriżi, il-ħaddiema u ċ-ċittadini tal-Moldova; billi sar progress f'oqsma essenzjali bħalma huma l-miżuri sanitarji u fitosanitarji, l-ostakoli tekniċi għall-kummerċ, id-dwana u l-akkwist pubbliku; billi l-Gruppi Konsultattivi Domestiċi (DAGs) ġew stabbiliti f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-kapitolu dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli u s'issa kellhom tliet laqgħat;

E.  billi bi skambju għar-riformi fil-Moldova fl-oqsma tal-ġustizzja u s-sigurtà inkluż fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, l-UE qablet ukoll fl-2014 li ddaħħal ivvjaġġar mingħajr viża lejn iż-żona ta' Schengen għaċ-ċittadini tal-Moldova li jkollhom passaport bijometriku; billi aktar minn 1,5 miljun ċittadin tal-Moldova bbenefikaw minn dan ir-reġim mingħajr viża matul l-ewwel erba' snin mill-implimentazzjoni tiegħu;

F.  billi l-UE, ripetutament esprimiet tħassib fir-rigward tat-tħassir tal-istandards demokratiċi minħabba d-deċiżjonijiet riċenti mill-awtoritajiet Moldovani, inkluż l-invalidar tal-elezzjonijiet lokali f'Lulju 2018 f'Chișinău, abbażi ta' raġunijiet dubjużi u b'mod mhux trasparenti, ir-riforma elettorali ta' Lulju 2017 li ġiet adottata minkejja r-rakkomandazzjonijiet negattivi mill-ODIHR u mill-Kummissjoni ta' Venezja, in-nuqqas ta' progress fil-prosekuzzjoni ta' dawk responsabbli għall-frodi bankarja ta' USD 1 biljun li nkixfet fl-2014, u ż-żieda fil-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, b'enfasi partikolari fuq l-imħallfin indipendenti, il-ġurnalisti u l-avversarji politiċi;

G.  billi, fl-2017, bħala riżultat ta' dawn l-iżviluppi, l-UE ma ħallsitx l-aħħar żewġ pagamenti taħt il-programm ta' appoġġ baġitarju għar-riformi fis-settur tal-ġustizzja minħabba li l-awtoritajiet tal-Moldova ma wrewx impenn suffiċjenti dirett lejn ir-riforma ta' dan is-settur u, fl-2018, l-UE ssospendiet l-iżborż tal-ewwel pagament tal-assistenza makrofinanzjarja minħabba n-nuqqas ta' sodisfazzjon tal-kundizzjonijiet politiċi annessi mad-deċiżjoni tal-4 ta' Lulju 2017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li speċifikat li "kundizzjoni preliminari għall-għoti tal-assistenza makrofinanzjarja hija li l-pajjiż benefiċjarju jirrispetta l-mekkaniżmi demokratiċi effettivi – inkluża sistema parlamentari b'diversi partiti – u l-istat tad-dritt, u jiggarantixxi r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem";

H.  billi, peress li sa minn dawn id-deċiżjonijiet, aktar żviluppi riċenti komplew iqajmu tħassib, b'mod partikolari l-hekk imsejjaħ "pakkett ta' riforma fiskali" adottat f'Lulju 2018, l-iskema ta' amnestija tat-taxxa li żżid ir-riskju ta' ħasil tal-flus, kif ukoll il-pressjoni ulterjuri li saret fuq l-oppożizzjoni u d-dimostrazzjonijiet paċifiċi tagħha u fuq il-mezzi ta' xandir indipendenti żgħar li qed jissieltu biex iżommu ħajjin l-attivitajiet tagħhom minkejja l-adozzjoni, f'Lulju 2018, tal-Kodiċi l-ġdid tas-Servizzi tal-Mezzi Awdjoviżivi;

I.  billi Transparency International ikklassifikat lill-Moldova fil-pożizzjoni 122 minn 180 fl-Indiċi ta' Perċezzjoni tal-Korruzzjoni 2017 tagħha, flimkien mal-Azerbajġan u l-Mali; billi Reporters Without Borders ikklassifikaw lill-Moldova fil-pożizzjoni 81 minn 180 fil-World Press Freedom Index tagħha, li tfisser rigress mill-pożizzjoni 56 tal-2014;

Prinċipji ġenerali u valuri komuni

1.  Jenfasizza l-importanza tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni / DCFTA, u jieħu nota tal-progress miksub mill-Moldova sal-lum; jinsisti, madankollu, li l-implimentazzjoni sħiħa tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni/DCFTA, fir-rigward, b'mod partikolari, tar-riformi politiċi, trid tkun prijorità ewlenija, li tippermetti approfondiment ulterjuri tar-relazzjonijiet tal-pajjiż mal-UE, għall-benefiċċju taċ-ċittadini Moldovani kollha, kif ukoll li jinfetħu perspettivi addizzjonali f'konformità mal-politika tas-Sħubija tal-Lvant Plus (EaP+) irrakkomandata mill-Parlament;

2.  Ifaħħar lill-aġenti kuraġġużi għal bidla pożittiva fil-Moldova, b'mod partikolari dawk li qed imexxu l-isforzi, li jenħtieġ li jiġu segwiti, f'konformità mas-sejħiet mill-UE u mill-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) biex jiġi riformat is-settur bankarju bħala segwitu tal-frodi bankarja fl-2014 b'valur ta' USD 1 biljun (li tirrappreżenta 12 % tal-PDG); jilqa' l-evalwazzjoni b'suċċess tal-FMI ta' Lulju 2018 tal-implimentazzjoni tal-programm b'appoġġ mill-FMI; jistieden lill-politiċi u lill-ġudikatura tal-Moldova sabiex jingħaqdu flimkien f'dawn l-isforzi biex jirriformaw il-pajjiż u jiġġieldu l-korruzzjoni f'konformità mal-impenji tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, peress li n-nuqqas ta' rieda politika hija waħda mill-ostakoli ewlenin li jxekklu riforma kredibbli; jappella lill-forzi politiċi kollha jipparteċipaw fi djalogu kostruttiv fl-interess tal-pajjiż;

3.  Jesprimi tħassib serju dwar ir-rigress fir-rigward tal-istandards demokratiċi fil-Moldova, b'valuri ewlenin, li l-Moldova kienet qablet magħhom bħala parti mill-AA, bħad-demokrazija – inklużi elezzjonijiet ġusti u trasparenti li jirrispettaw ir-rieda taċ-ċittadini – u l-istat tad-dritt – inkluża l-indipendenza tal-ġudikatura – jisfgħu mdgħajfa mill-mexxejja politiċi attwali f'konfoffa ma' interessi kummerċjali u bi ftit li xejn oppożizzjoni mill-klassi politika u mill-ġudikatura, li jwasslu biex ir-Repubblika tal-Moldova tkun stat mifni mill-interessi oligarkiċi bil-konċentrazzjoni ta' setgħa ekonomika u politika fl-idejn ta' grupp żgħir ta' nies li jeżerċitaw l-influwenza tagħhom fuq il-parlament, il-gvern, il-partiti politiċi, l-amministrazzjoni tal-istat, il-pulizija, il-ġudikatura u l-midja u li jwasslu għal implimentazzjoni ferm mhux sodisfaċenti tal-leġiżlazzjoni b'benefiċċju minimu għaċ-ċittadini; itenni d-determinazzjoni tiegħu li jiffoka fuq it-twettiq ta' impenji biex jiġu rispettati l-valuri komuni aktar milli l-hekk imsejħa argumenti "ġeopolitiċi" xejn konvinċenti;

4.  Jiddispjaċih li l-ksur intenzjonali tal-kundizzjonijiet politiċi relatati mal-istandards demokratiċi fil-Moldova, b'mod partikolari l-bidliet riċenti fil-leġiżlazzjoni elettorali nazzjonali, li ma ndirizzawx uħud mir-rakkomandazzjonijiet ewlenin tal-opinjoni konġunta tal-ODIHR u tal-Kummissjoni ta' Venezja, kif ukoll is-sospensjoni ta' Dorin Chirtoacă mill-kariga ta' sindku ta' Chișinău u l-invalidazzjoni tal-elezzjoni ta' Andrei Năstase, li wasslu għas-sospensjoni tal-iżborż tal-Assistenza Makrofinanzjarja u tal-pagamenti pendenti tal-appoġġ baġitarju tal-UE;

5.  Itenni l-pożizzjoni tiegħu li kwalunkwe deċiżjoni dwar l-iżborż futur tal-Assistenza Makrofinanzjarja jenħtieġ li tittieħed biss wara l-elezzjonijiet parlamentari skedati għal Frar 2019 u bil-kondizzjoni li dawn jitwettqu skont standards rikonoxxuti internazzjonalment u vvalutati minn korpi internazzjonali speċjalizzati, u li l-pagament tal-programmi kollha ta' appoġġ baġitarju jenħtieġ li jibqa' ffriżat sakemm isir progress sinifikanti fl-istandards demokratiċi, inkluża r-riforma tal-ġudikatura u tal-azzjoni ġudizzjarja kontra persuni responsabbli minn frodi bankarja bi qbil mar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2018; jistieden, fl-istess ħin lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) biex ikomplu jirrilokaw fondi bħala appoġġ għas-soċjetà ċivili u l-midja indipendenti fil-Moldova, kif ukoll lis-settur privat u lill-awtoritajiet lokali, inkluż permezz ta' proġetti ta' sħubija u żvilupp ġodda, preferibbilment b'mod koordinat mal-assistenza minn pajjiżi oħrajn tal-UE u biex jiġu kkoordinati l-isforzi ma' organizzazzjonijiet oħrajn, bħall-FMI, sabiex tiġi żgurata koerenza akbar f'termini tal-kundizzjonalità tal-assistenza finanzjarja; jistenna b'kawtela r-riżultat tar-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni elettorali mill-Kumitat Legali tal-Parlament tal-Moldova għall-ħatriet u l-immunitajiet; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tiżviluppa mekkaniżmu għall-monitoraġġ tar-riformi li jkun jinkludi punti referenzjarji ċari;

6.  Ifakkar fil-kontenut tal-Artikoli 2 u 455 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, skont liema r-rispett għall-prinċipji demokratiċi jikkostitwixxi element essenzjali tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, li jekk jinkiser, jista' jwassal ukoll għas-sospensjoni tad-drittijiet relatati ma' dan il-ftehim; ifakkar li hemm bżonn ta' sforzi akbar sabiex ikomplu jintlaħqu l-punti referenzjarji kontra l-korruzzjoni u kontra l-ħasil tal-flus; jitlob li kull ftehim futur ikun kondizzjonali wkoll fuq ir-riforma tal-ġudikatura u fuq investigazzjoni dettaljata u l-prosekuzzjoni ta' dawk responsabbli għall-frodi ta' USD 1 biljun; ifakkar ukoll fil-punti referenzjarji ta' kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus relatati mal-politika tal-liberalizzazzjoni tal-viża;

Il-qafas istituzzjonali fis-seħħ għall-implimentazzjoni tal-Ftehim

7.  Jilqa' l-adozzjoni ta' bosta liġijiet li jikkonformaw mal-impenji tal-Moldova bħala parti mill-Ftehim ta' Assoċjazzjoni; jissottolinja madankollu l-importanza ta' implimentazzjoni rapida u sħiħa ta' dawn il-liġijiet sabiex jintlaħaq l-objettiv aħħari li l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni jwassal għal titjib tanġibbli u sostenibbli fil-kondizzjonijiet ta' għajxien taċ-ċittadini ordinarji fil-Moldova;

8.  Jappella għal involviment aktar b'saħħtu tal-Prim Ministru u tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin u tal-Integrazzjoni Ewropea tal-Moldova fil-provvista ta' sorveljanza politika ta' livell għoli u l-iskrutinju tal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, partikolarment permezz tas-simplifikazzjoni kontinwa tal-istrutturi parlamentari u governattivi rilevanti, kif ukoll it-tisħiħ tal-kapaċitajiet amministrattivi tagħhhom u l-koordinament u s-sinkronizzazzjoni tal-pjanijiet tal-ministeri kompetenti u tal-implimentazzjoni sħiħa u effettiva tagħhom;

9.  Jilqa' l-istabbiliment tal-assemblea interparlamentari tal-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna u l-ewwel laqgħa tagħha li nżammet bejn it-8 u d-9 ta' Ġunju 2018 fi Kiev; iħeġġeġ lil din l-assemblea tiskrutinizza wkoll l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni;

10.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Moldova jwettqu sforzi akbar fl-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u jorganizzaw l-azzjonijiet tiegħu – b'mod partikolari permezz tal-Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni (NAPIAA) innifsu – skont setturi speċifiċi u r-riżultati speċifiċi li għandhom jiġu ġġenerati, aktar milli skont l-artikoli tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, sabiex tiġi żviluppata prijoritizzazzjoni dettaljata u s-sekwenzjar ta' miżuri, xprunati mill-valutazzjoni tal-impatt u mfassla minn unitajiet speċjalizzati ta' esperti;

11.  Jappella lis-SEAE u lill-Kummissjoni biex soġġett għall-progress fuq standards demokratiċi, jistabbilixxu Grupp ta' Appoġġ tal-UE għall-Moldova, sabiex jiżdied it-twassil ta' għarfien espert, partikolarment dwar l-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni Moldovana ma' dik tal-UE, u biex jikkoordinaw it-twassil ta' assistenza finanzjarja lill-Moldova, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati, bħala appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni;

12.  Iħeġġeġ lis-SEAE u lill-Kummissjoni jagħtu spinta lill-kapaċitajiet interni biex itejbu l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, b'mod partikolari permezz ta' żieda sinifikanti fir-riżorsi umani ddedikati, kif ukoll biex jimxu lejn valutazzjoni kwalitattiva tal-progress, partikolarment permezz tal-introduzzjoni ta' proċessi ta' skrinjar, li jivvalutaw il-livell ta' allinjament mal-acquis tal-UE, kif attwalment huwa rikjest mill-Ftehim ta' Assoċjazzjoni;

13.  Jilqa' d-djalogu mtejjeb fil-livell ministerjali mal-Moldova u ma' sħab assoċjati oħra dwar riformi relatati mal-assoċjazzjoni fil-qasam tal-kummerċ u jappoġġa, soġġett għal progress fl-istandards demokratiċi, it-tnedija ta' djalogi simili f'oqsma oħra koperti mill-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, inklużi kwistjonijiet politiċi, il-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà, u l-kooperazzjoni settorjali;

14.  Ifakkar u jappoġġa l-opinjoni tal-Kummissjoni ta' Venezja dwar ir-riforma elettorali fil-Moldova, skont liema l-bidla lejn sistema elettorali mħallta għall-elezzjonijiet parlamentari kienet nieqsa minn kunsens (għajr mill-partiti Demokratiċi u Soċjalisti) u tista' twassal biex il-kandidati jkunu influwenzati b'mod mhux xieraq mill-interessi kummerċjali; itenni għalhekk l-appell tiegħu lill-awtoritajiet Moldovani biex itejbu s-sistema elettorali sabiex jiżguraw li l-elezzjonijiet futuri jirriflettu r-rieda taċ-ċittadini Moldovani aktar minn dik tal-ftit; jappella lill-awtoritajiet Moldovani wkoll jimplimentaw bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet tal-ODIHR, partikolarment dwar il-finanzjament tal-partiti u l-libertà tal-midja u l-pluraliżmu; itenni li l-Parlament jinsab lest li josserva l-elezzjonijiet parlamentari li jmiss tal-Moldova;

Djalogu politiku u riforma, kooperazzjoni fil-qasam tal-politika estera u ta' sigurtà komuni (PESK)

15.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-bidliet tal-aħħar mument li saru lill-Kodiċi tas-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva li ġie adottat f'Lulju 2018 li ma kinux soġġetti għal konsultazzjonijiet mas-soċjetà ċivili; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Moldovani jimplimentaw bis-sħiħ il-Kodiċi f'konformità mal-istandards Ewropej għall-libertà u l-pluraliżmu tal-midja kif irrakkomandat mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Kummissjoni ta' Venezja; jenfasizza l-importanza ta' konsultazzjonijiet ġenwini mas-soċjetà ċivili u mal-midja indipendenti f'dan il-proċess u fl-adozzjoni ta' liġi ġdida dwar ir-reklamar; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu evitati t-tentattivi kollha li jimminaw il-pluraliżmu tal-midja, b'mod partikolari dawk li jinkoraġġixxu aktar il-kartelizzazzjoni tas-suq tal-midja u tas-suq tar-reklamar relatat; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Moldovani jadottaw il-liġi l-ġdida dwar ir-reklamar wara konsultazzjoni ġenwina mas-soċjetà ċivili; jinnota bi tħassib li, attwalment il-midja hija monopolizzata ħafna u subordinata għall-gruppi politiċi u tan-negozju tal-pajjiż; jappella għal trasparenza dwar is-sjieda tal-midja u l-għoti ta' assistenza apposta għal midja indipendenti, speċjalment il-ħwienet lokali, sabiex jkun hemm konformità mar-rekwiżiti tal-Kodiċi fir-rigward tal-kontenut obbligatorju lokali; jenfasizza l-importanza li tiġi żgurata l-indipendenza ġenwina tal-aġenzija regolatorja tal-enerġija;

16.  Jilqa' l-isforzi ta' riforma fl-oqsma tal-amministrazzjoni pubblika u tal-ġestjoni finanzjarja pubblika u jinkoraġġixxi li jittieħdu passi ulterjuri li għandhom jittieħdu biex tiżdied it-trasparenza;

17.  Jilqa' l-kooperazzjoni tajba dwar kwistjonijiet tal-PESK, partikolarment ir-rata għolja ta' allinjament mad-Dikjarazzjonijiet tal-PESK u l-parteċipazzjoni f'missjonijiet u operazzjonijiet tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK), kif ukoll il-kooperazzjoni tal-Moldova man-NATO; jinnota l-progress fl-adozzjoni ta' Strateġija ta' Difiża Nazzjonali u tal-Pjan ta' Azzjoni għall-implimentazzjoni tagħha għall-2017-2021 wara l-irtirar tal-Istrateġija ta' Sigurtà Nazzjonali mill-President tal-Moldova; jilqa' d-dħul fis-seħħ tal-ftehim UE-Moldova dwar l-iskambju ta' informazzjoni klassifikata;

18.  Ifaħħar lill-awtoritajiet Moldovani għat-titjib inkrementali tar-relazzjonijiet ma' Tiraspol, b'mod partikolari bl-implimentazzjoni ta' miżuri ta' bini ta' fiduċja inkluż bil-ftuħ tal-pont Gura Bîcului-Bîcioc u bl-iffirmar ta' sitt protokolli oħra, li tejbu l-ħajja taċ-ċittadini fuq iż-żewġ naħat tax-xmara Nistru; itenni l-impenn sod kif ukoll l-appoġġ tal-UE favur is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Moldova u l-isforzi biex tintlaħaq soluzzjoni paċifika għall-kwistjoni Transnistrijana; jappoġġa bla ebda kundizzjoni l-isforzi tal-OSKE, l-UE u l-partijiet interessati oħra u jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet jikkooperaw b'mod partikolari ma' SMEs mit-Transnistrija, biex tkompli ssir ħidma fuq dan il-livell ta' involviment, biex jitwettqu sforzi addizzjonali fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u biex jimxu mad-deċiżjonijiet kollha tal-KEDB; jistieden lill-awtoritajiet Moldovani jwettqu sforzi addizzjonali diretti lejn l-adozzjoni rapida u finali tal-Liġi dwar l-istatut legali speċjali ta' Gagauzia;

L-istat tad-dritt u l-governanza tajba

19.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet biex jiżguraw l-indipendenza, l-imparzjalità u l-effikaċja tal-ġudikatura u tal-istituzzjonijiet speċjalizzati fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, inklużi l-Kunsill Superjuri tal-Prosekuturi, iċ-Ċentru Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni u l-Prosekutur Kontra l-Korruzzjoni, l-Awtorità Nazzjonali dwar l-Integrità u l-Aġenzija ta' Rkupru ta' Assi Kriminali, b'mod partikolari billi jkomplu jallokaw riżorsi adegwati li jiggarantixxu proċeduri trasparenti ta' reklutaġġ bil-parteċipazzjoni ta' reklutaturi esperti indipendenti u bl-adozzjoni ta' emendi kostituzzjonali, bi qbil mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja, immirati b'mod partikolari lejn it-tneħħija tal-mandat inizjali ta' ħames snin għall-ħatra tal-imħallfin, il-bidla fil-kompożizzjoni u t-tisħiħ tar-rwol tal-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura u t-tneħħija tas-setgħat tal-Parlament fil-ħatra tal-imħallfin tal-Qorti Suprema; jibqa' mħasseb ħafna dwar il-prattiki tal-ġustizzja selettiva tal-ġudikatura Moldovana u jindika li, skont l-aħħar rapporti ta' Transparency International, din għadha tbati minn indipendenza limitata mill-eżekuttiv u tintuża bħala strument kontra l-avversarji politiċi u l-interessi kummerċjali; itenni l-importanza tal-istabbiliment ta' rekord sod ta' investigazzjonijiet f'każijiet ta' livell għoli ta' korruzzjoni, inkluż fil-konfront ta' profili ta' livell għoli;

20.  Jilqa' l-emendi leġiżlattivi adottati f'Lulju 2018 li kellhom l-għan li jsaħħu l-għażla tal-imħallfin, ibbażata fuq il-meritu u l-promozzjoni, kif ukoll dwar ir-responsabbiltà tagħhom;

21.  Itenni t-talbiet tiegħu, imsejsa fuq is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-ewwel u t-tieni rapporti Kroll, li għandu jiġi ppubblikat bis-sħiħ, għal prosekuzzjoni rapida u trasparenti ta' dawk kollha responsabbli mill-frodi bankarja ta' USD 1 biljun żvelata fl-2014, kif ukoll l-irkupru tal-assi misruqa; jieħu nota tal-istrateġija dwar l-irkupru tal-assi adottata mill-awtoritajiet Moldovani, iżda jinnota bi tħassib li l-investigazzjoni f'dan il-każ twettqet b'mod ftit li xejn effettiv; jenfasizza l-bżonn li l-qrati jieqfu jonqsu milli jkomplu jipproċedu fuq evidenza solida u biex jeżaminaw minnufih, f'seduti pubbliċi, il-każijiet pendenti jew taħt investigazzjoni, b'mod partikolari dak ta' Ilhan Shor; jenfasizza li l-għażla politika li l-banek jiġu salvati b'finanzi pubbliċi kompliet issaħħaħ is-sens ta' nuqqas qawwi ta' fiduċja fil-politika tal-Moldova; jistieden lill-Kunsill jikkunsidra sanzjonijiet personali u lill-Istati Membri tal-UE jipprovdi appoġġ għall-investigazzjoni;

22.  Jesprimi tħassib dwar iż-żieda fir-riskju ta' ħasil tal-flus wara l-adozzjoni b'għaġġla tal-hekk imsejjaħ "pakkett ta' riforma fiskali" f'Lulju 2018, li jinkludi skema ta' amnestija mit-taxxa li tista' tillegalizza l-assi miksuba b'mod illeċitu; jappella biex il-pakkett jiġi emendat sabiex jingħalqu dawn il-lakuni, u biex fl-istess ħin tinżamm attenzjoni qawwija fuq l-implimentazzjoni tiegħu b'koordinament mal-Kummissjoni, is-SEAE u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn;

23.  Jenfasizza l-bżonn li jiġu indirizzati u skoraġġuti okkorrenzi oħrajn ta' kriminalità organizzata, inkluż il-kuntrabandu tal-armi, it-traffikar tal-bnedmin u l-ħasil tal-flus fuq skala kbira, partikolarment mir-Russja; jissottolinja r-responsabbiltà tal-imħallfin fiż-żamma tal-istat tad-dritt u jenfasizza li dawk l-imħallfin ikkundannati leġittimament għandhom jiskontaw is-sentenzi tagħhom;

24.  Jitlob li jsiru konsultazzjonijiet diretti onlajn dwar id-dikjarazzjonijiet elettroniċi tal-assi ta' individwi politiċi u amministrattivi anzjani, skont l-eżempju tal-Ukrajna;

25.  Jistieden lill-awtoritajiet Moldovani jirrispettaw il-prinċipji u jimplimentaw l-aħjar prattiki fil-livell internazzjonali li jiggarantixxu ambjent favorevoli għas-soċjetà ċivili; jissottolinja r-rwol essenzjali tas-soċjetà ċivili fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-riformi kif ukoll fil-promozzjoni tat-trasparenza u tar-responsabbiltà tal-istituzzjonijiet pubbliċi; jistenna, b'mod partikolari, li l-ebda leġiżlazzjoni futura ma xxekkel il-finanzjament nazzjonali jew barrani għall-NGOs u għall-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili Moldovani jew li jkabbru b'mod mhux ġustifikat il-piż amministrattiv u ta' rappurtar fuqhom; jiddispjaċih li f'numru ta' każijiet, il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini ġiet ristretta, pereżempju bir-rifjut tal-applikazzjoni għall-organizzazzjoni ta' referendum dwar tibdil fis-sistema elettorali mill-Kummissjoni Elettorali Ċentrali f'Marzu 2018;

Rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali

26.  Jesprimi t-tħassib dwar sinjali ta' tnaqqis ulterjuri fl-ispazju tas-soċjetà ċivili tal-pajjiż, u jistieden lill-awtoritajiet biex iwaqqfu minnufih proċeduri kriminali mhux xierqa jew sproporzjonati, li wħud minnhom oriġinaw minn akkużi ivvintati, u minn ġustizzja selettiva kontra avversarji politiċi, l-avukati tagħhom u/jew il-familji tagħhom; jikkritika l-fatt li l-monitoraġġ tal-proċess mill-Istati Membri tal-UE jew mid-delegazzjoni tas-SEAE qed jiġi mxekkel dejjem aktar mill-esklużjoni tal-pubbliku mill-proċessi; jesprimi tħassib speċifiku dwar proċedimenti mmirati lejn id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, imħallfin indipendenti bħal Domnica Manole u Gheorghe Bălan, ġurnalisti u kritiċi tal-gvern jew tal-President tal-Partit Demokratiku tal-Moldova, Vladimir Plahotniuc; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jiggarantixxu d-dritt għal proċess ġust u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem f'bini ta' detenzjoni; jenfasizza l-bżonn għal investigazzjonijiet effettiv fl-allegazzjonijiet ta' tortura fl-istituzzjonijiet ta' detenzjoni u psikjatriċi; jappella lill-awtoritajiet biex jiggarantixxu wkoll il-libertà tal-assemblea u tal-espressjoni u b'mod partikolari, iż-żamma ta' dimostrazzjonijiet paċifiċi, kif ukoll għar-rispett strett ta' dan id-dritt fundamentali bi qbil mal-istandards internazzjonali;

27.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-adozzjoni ta' Strateġija Nazzjonali ġdida dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi fl-2017, u jistieden lill-awtoritajiet jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa tagħha;

28.  Jistieden lill-awtoritajiet biex iżidu b'mod sinifikanti l-isforzi biex jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, b'mod partikolari għal gruppi vulnerabbli, billi jiġġieldu d-diskors ta' mibegħda, il-vjolenza, l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni kontra persuni LGBTQI, li kollha għadhom ta' tħassib qawwi, persuni b'diżabbiltà u minoranzi bħall-popolazzjoni tar-Rom, kif ukoll id-diskors ta' mibegħda u d-diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru jew l-affiljazzjoni politika;

29.  Jikkundanna bil-qawwa l-estradizzjoni/is-sekwestru reċenti ta' ċittadini Torok li ttieħdu t-Turkija minħabba l-allegazzjonijiet dwar ir-rabtiet tagħhom mal-moviment Gülen, bi ksur tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet tal-bniedem bażiċi; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Moldova jiggarantixxu li kull talba għal estradizzjoni li toriġina minn pajjiż terz tiġi pproċessata b'mod trasparenti filwaqt li jiġu segwiti l-proċeduri ġudizzjarji b'konformità sħiħa mal-prinċipji u mal-istandards Ewropej;

Kooperazzjoni ekonomika u kummerċjali

30.  Jilqa' ż-żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet tal-Moldova lejn l-UE bħala riżultat tad-dħul fis-seħħ tad-DCFTA u tal-fatt li l-UE hija l-ikbar investitur fil-Moldova, iżda jiddeplora l-fatt li dan ma wassalx għal titjib fis-sitwazzjoni soċjali u ekonomika taċ-ċittadini; iwissi li n-nuqqas ta' progress fit-titjib tal-istandard ta' għajxien tal-popolazzjoni jhedded l-approvazzjoni taċ-ċittadini lejn l-orjentazzjoni pro-Ewropea tal-pajjiż;

31.  Ifakkar dwar l-importanza ta' ġudikatura indipendenti u tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni kif ukoll it-tnaqqis fil-piżijiet amministrattivi u burokratiċi fit-titjib tal-klima tal-investiment u tan-negozju;

32.  Iħeġġeġ progress akbar fl-oqsma tal-istandards sanitarji u fitosanitarji u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi;

33.  Jitlob konformità effettiva tal-klawsoli dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli u l-impenji internazzjonali, u speċifikament l-implimentazzjoni tajba tal-konvenzjonijiet ewlenin tal-ILO.

34.  Iqis li l-approssimazzjoni regolatorja mal-acquis tal-UE bħala d-dimensjoni ewlenija tad-DCFTA minħabba li l-aċċess reali għas-suq tal-UE u r-riformi jiddependu ħafna fuq l-implimentazzjoni u l-infurzar xierqa tal-leġiżlazzjoni rilevanti; huwa konxju mill-isfida enormi li dan jirrappreżenta għall-governanza, l-istituzzjonijiet u l-amministrazzjoni pubblika fil-Moldova u jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tipprovdi appoġġ tekniku u finanzjarju adegwat;

L-enerġija u oqsma oħra ta' kooperazzjoni

35.  Jilqa' l-promulgazzjoni tal-Liġi dwar l-Enerġija fl-2017 bħala pass ieħor lejn it-traspożizzjoni tat-Tielet Pakkett dwar l-Enerġija u jħeġġeġ il-passi konkreti mwettqa biex tiġi żgurata l-indipendenza tal-aġenzija regolatorja tal-enerġija, ANRE; jirrikonoxxi l-isforzi tal-Moldova lejn il-promozzjoni tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza tal-enerġija u jikkunsidra kruċjali t-tisħiħ ta' metodi ta' biedja agroekoloġika fil-qafas tal-iżvilupp rurali sostenibbli;

36.  Jitlob azzjoni aktar determinata fl-oqsma tal-ħarsien tal-ambjent, b'mod partikolari fir-rigward tal-ġestjoni tal-ilma mix-xmara Nistru, il-ġestjoni tal-iskart u t-tibdil fil-klima, b'mod partikolari f'termini tal-implimentazzjoni u tal-koordinazzjoni tal-leġiżlazzjoni;

Dispożizzjonijiet istituzzjonali

37.  Jistieden lill-UE, lill-Istati Membri u lill-Moldova biex ikabbru l-isforzi ta' komunikazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-AA u dwar il-benefiċċji previsti għaċ-ċittadini tal-Moldova dwar ir-riformi relatati u l-integrazzjoni aktar mill-qrib mal-Unjoni Ewropea; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi miġġielda d-diżinformazzjoni Russa permezz ta' informazzjoni bbażata fuq il-fatti, aċċessibbli u ta' kwalità bil-lingwi kollha ewlenin użati fil-Moldova;

38.  Itenni r-rieda tiegħu li jżid il-monitoraġġ tiegħu tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet internazzjonali mas-sħab tal-Lvant tal-UE; jistieden għal darb'oħra lill-Kummissjoni u lis-SEAE biex jgħaddu lill-Parlament u lill-Kunsill rapporti bil-miktub, aktar spissi u regolari dwar l-implimentazzjoni ta' dawn il-ftehimiet;

39.  Iqis utli l-prattika li l-awtoritajiet tal-Moldova jkunu involuti mill-istadju tal-abbozzar tal-leġiżlazzjoni rilevanti minħabba li dan jagħmel il-proċess aktar inklużiv u jnaqqas l-ispejjeż ta' tranżizzjoni għall-Moldova, u jistieden lill-Kummissjoni tagħmel użu sħiħ mill-mekkaniżmi ta' skambju ta' informazzjoni ex ante;

40.  Jinnota li l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tad-DCFTA hija ffokata ħafna fuq il-flussi tal-kummerċ u l-ostakli għall-kummerċ; jappella lill-Kummissjoni tosserva u tivvaluta b'mod xieraq l-implimentazzjoni tad-DCFTA, b'attenzjoni partikolari mogħtija lit-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tal-acquis, kif ukoll l-impatt fuq is-soċjetà tal-Moldova, u biex tiżgura rapportar annwali pubbliku u komprensiv, inkluż dwar l-appoġġ tekniku u finanzjarju pprovdut mill-UE;

41.  Jistieden lis-SEAE u lill-Kummissjoni jippubblikaw ir-rapporti annwali kollha dwar l-implimentazzjoni tal-assoċjazzjoni fl-istess ħin, u jippubblikaw simultanjament evalwazzjoni komparattiva tal-livell ta' progress lejn l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni/DCFTA minn kull sieħeb assoċjat, skont punti ta' riferiment speċifiċi;

42.  Jiddeċiedi li jfassal rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni;

o
o   o

43.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà kif ukoll lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika tal-Moldova.

(1) Testi adottati, P8_TA(2018)0303.
(2) ĠU C 356, 4.10.2018, p. 130.
(3) ĠU C 334, 19.9.2018, p. 199.
(4) ĠU C 11, 12.1.2018, p. 82.
(5) Studju bit-titolu "The electoral reforms in three association countries of the Eastern Neighbourhood – Ukraine, Georgia and Moldova" (Ir-riformi elettorali fi tliet pajjiżi assoċjati tal-Viċinat tal-Lvant – l-Ukrajna, il-Georgia u l-Moldova), il-Parlament Ewropew, 26 ta' Ottubru 2017.
(6) Valutazzjoni tal-Implimentazzjoni Ewropea bit-titolu "Association agreements between the EU and Moldova, Georgia and Ukraine" (Ftehimiet ta' assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Moldova, il-Georgia u l-Ukrajna), il-Parlament Ewropew, 28 ta' Ġunju 2018.
(7) Studju bit-titolu "The Development of an Institutional Framework for the Implementation of the Association Agreements in Georgia, Moldova and Ukraine" (L-Iżvilupp ta' Qafas Istituzzjonali għall-Implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni fil-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna), il-Parlament Ewropew, Lulju 2018.

Avviż legali - Politika tal-privatezza