Indiċi 
Testi adottati
Il-Ħamis, 13 ta' Diċembru 2018 - Strasburgu
Soluzzjoni mħaffa tat-tilwim kummerċjali
 Stabbiliment tal-programm spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali ***I
 Stabbiliment tal-programm Ewropa Diġitali għall-perjodu 2021-2027 ***I
 Ftehim bejn l-Istati Uniti u l-UE dwar kooperazzjoni fir-regolazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili ***
 Sistema komuni ta' taxxa fuq is-servizzi diġitali fir-rigward tad-dħul li jirriżulta mill-provvista ta' ċerti servizzi diġitali *
 Tassazzjoni korporattiva ta' preżenza diġitali sinifikanti *
 L-Iran, b'mod partikolari l-każ ta' Nasrin Sotoudeh
 L-Eġittu, b'mod partikolari s-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem
 It-Tanzanija
 Blockchain: politika kummerċjali mfassla għall-ġejjieni
 L-adegwatezza tal-protezzjoni tad-data personali mogħtija mill-Ġappun
 Il-kunflitt ta' interess u l-protezzjoni tal-baġit tal-UE fir-Repubblika Ċeka
 Attivitajiet tal-Ombudsman fl-2017
 Deliberazzjonijiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet matul is-sena 2017

Soluzzjoni mħaffa tat-tilwim kummerċjali
PDF 167kWORD 56k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2018 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar soluzzjoni mħaffa ta' tilwim kummerċjali (2018/2079(INL))
P8_TA(2018)0519A8-0396/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 67(4) u 81(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 19(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-"Karta"),

–  wara li kkunsidra l-istudju mid-Direttorat Ġenerali għall-politika interna bl-isem "Inkattru l-kompetenza fil-liġi kummerċjali fl-Istati Membri",

–  wara li kkunsidra t-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE 2018,

–  wara li kkunsidra n-Netwerk Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju tal-2016 (EJTN) "Judicial Training Principles" (Prinċipji ta' Taħriġ Ġudizzjarju)(1),

–  wara li kkunsidra l-acquis tal-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 46 u 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0396/2018),

A.  billi d-dritt għal smigħ ġust u pubbliku fi żmien raġonevoli, kif minqux fl-Artikolu 47 tal-Karta u fl-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, jikkostitwixxi waħda mill-garanziji fundamentali tal-istat tad-dritt u tad-demokrazija u huwa parti intrinsika mill-proċedimenti ċivili b'mod ġenerali;

B.  billi l-introduzzjoni ta' Proċedura Ċivili Ewropea Mħaffa tista' tikkontribwixxi għall-modernizzazzjoni tal-proċedimenti nazzjonali, għal kundizzjonijiet ekwivalenti għan-negozji u għal żieda fit-tkabbir ekonomiku, permezz ta' sistemi ġudizzjarji effettivi u effiċjenti, filwaqt li fl-istess ħin tiffaċilita l-aċċess għall-ġustizzja fl-Unjoni u tgħin biex jiġu rispettati l-libertajiet fundamentali tal-Unjoni;

C.  billi t-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-2018 uriet li d-disponibbiltà tal-għajnuna legali u l-livell tat-tariffi tal-qorti għandhom impatt ewlieni fuq l-aċċess għall-ġustizzja, b'mod partikolari għaċ-ċittadini li jinstabu f'sitwazzjoni ta' faqar;

D.  billi l-kooperazzjoni ġudizzjarja ġiet promossa, appoġġata u inkoraġġuta minn diversi atti proċedurali tal-leġislazzjoni sekondarja tal-Unjoni, inklużi r-Regolament dwar Talbiet Żgħar, id-Direttiva dwar l-Għajnuna Legali, ir-Regolament dwar il-Kumpilazzjoni ta' Xhieda u r-Regolament dwar in-notifika ta' dokumenti;

E.  billi l-għanjiet tal-kooperazzjoni ġudizzjarja bejn l-Istati Membri huma, fost oħrajn, li jiġi żgurat ir-rispett sħiħ tad-dritt għal rimedju effettiv u proċess ġust f'każijiet transfruntiera, li jiġu garantiti proċeduri ġudizzjarji effikaċi u bla xkiel anki f'dawk is-sitwazzjonijiet u li tiġi stabbilita fiduċja reċiproka fis-sistemi ġudizzjarji, li hija l-bażi għal aktar rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi madwar l-Unjoni;

F.  billi bosta kwistjonijiet fir-rigward tal-liġi proċedurali fil-qasam tal-ġustizzja ċivili huma rregolati fil-livell nazzjonali, u b'hekk il-liġi proċedurali f'dan il-qasam hija differenti minn Stat Membru għall-ieħor, u dan huwa konformi mal-prinċipju ta' sussidjarjetà u proporzjonalità; billi proċedura mħaffa tista' twassal għall-approssimizzazzjoni neċessarja tas-sistemi proċedurali fl-Unjoni;

G.  billi huwa neċessarju li tiżdied il-kooperazzjoni msaħħa bejn l-awtoritajiet u s-sistemi ġudizzjarji tal-Istati Membri fil-livell tal-Unjoni, ħalli jitneħħa kwalunkwe ostaklu li jista' jinħoloq mill-inkompatibbiltajiet bejn is-sistemi ġudizzjarji u amministrattivi differenti;

H.  billi r-Regolament Brussell I jistabbilixxi regoli bażiċi dwar il-ġuriżdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' kwistjonijiet ċivili u kummerċjali transfruntiera fl-Unjoni; billi l-verżjoni riformulata, li daħlet fis-seħħ fl-2015 (Brussell Ia), introduċiet għadd ta' aġġustamenti ewlenin għas-soluzzjoni ta' tilwim transfruntier tal-UE, u b'hekk tiffranka ħin u flus għan-negozji u l-individwi;

I.  billi r-Regolament Ruma I jistabbilixxi regoli dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali ċivili u kummerċjali;

J.  billi regoli proċedurali jenħtieġ li jiggarantixxu kemm il-protezzjoni tad-drittijiet tal-partijiet kif ukoll is-soluzzjoni rapida tat-tilwim;

K.  billi s-soluzzjoni ta' kwistjonijiet kummerċjali fil-qrati pubbliċi fl-Istati Membri, b'mod ġenerali, timxi bil-mod u ma tissodisfax l-aspettattivi tal-partijiet involuti f'tilwim kummerċjali, fatt li huwa aċċentwat bl-introduzzjoni tal-proċedura Ewropea għal talbiet żgħar, li, min-naħa l-oħra, wasslet għal soluzzjoni sostanzjalment aktar mgħaġġla għat-tilwim tal-konsumaturi; u billi l-użu xieraq tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni fil-qorti jikkontribwixxi għat-tħaffif tal-proċedimenti u għat-tnaqqis fl-ispejjeż.

L.  billi s-soluzzjoni bil-mod ta' tilwim kummerċjali fl-Unjoni tista' twassal biex il-partijiet kummerċjali jfittxu soluzzjoni alternattiva tat-tilwim jew soluzzjoni tat-tilwim fi Stati mhux membri, u jagħżlu li japplikaw liġi nazzjonali ta' Stat li mhux membru għal kuntratti;

M.  billi s-soluzzjoni ta' kwalità għolja ta' tilwim kummerċjali tiddependi fuq livell għoli ta' kompetenza u esperjenza f'dawn il-kwistjonijiet fil-qrati, fost l-imħallfin u l-avukati u l-ġuristi;

N.  billi d-disponibbiltà ta' proċedura mħaffa u kosteffikaċi appoġġata minn imħallfin u avukati kompetenti ħafna u b'esperjenza kbira fl-Istati Membri tagħmel aktar probabbli deċiżjoni favur l-għażla ta' liġi nazzjonali ta' Stat Membru, u bħala konsegwenza, tarrikkixxi l-kompetenza fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali fl-Istati Membri;

O.  billi jidher neċessarju li tinstab soluzzjoni xierqa fir-rigward tas-sistemi lingwistiċi differenti li tista' tikkonsisti f'forom armonizzati, disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni;

P.  billi l-qrati u l-awli speċjalizzati fi kwistjonijiet kummerċjali se jiggarantixxu livell ogħla ta' kompetenza u indipendenza fi kwistjonijiet bħal dawn u b'hekk jattiraw każijiet bħal dawn fil-qrati tal-Istati Membri;

1.  Jinnota li s-soluzzjoni ta' kwistjonijiet kummerċjali hija ħafna aktar bil-mod milli tista' tkun, u tieħu medja ta' bejn tliet snin u erba' snin u li dan iwassal għal telf sostanzjali għan-negozju, u mhux biss f'termini ekonomiċi iżda wkoll fir-rigward tal-ħin, l-enerġija u riżorsi oħra li jistgħu jiġu ddedikati minflok għal opportunitajiet oħra;

2.  Jenfasizza l-bżonn li jiġi żgurat ir-rispett sħiħ tad-dritt tal-partijiet għal rimedju effettiv u għal proċess ġust, kif stabbilit fil-karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u li jiġu garantiti proċedimenti ġudizzjarji ta' kwalità għolja fi kwistjonijiet kummerċjali;

3.  Jenfasizza l-implimentazzjoni b'suċċess tal-proċedura Ewropea għal talbiet żgħar (ESCP), li pprovdiet mezz biex tinstab soluzzjoni għat-tilwim transfruntier tal-konsumaturi u tilwim ieħor dwar ammonti żgħar fl-Unjoni b'ħeffa u b'mod kosteffikaċi filwaqt li tinżamm il-protezzjoni għad-drittijiet tal-partijiet;

4.  Jenfasizza li l-fiduċja reċiproka hija kunċett kumpless, u li ħafna fatturi jaqdu rwol fil-bini ta' dik il-fiduċja, bħall-edukazzjoni ġudizzjarja u t-titjib tal-ħiliet, il-kooperazzjoni ġudizzjarja transfruntiera u l-iskambju ta' esperjenzi u tal-aħjar prattiki bejn l-imħallfin;

5.  Jisħaq li, fir-rigward tal-proċess ġust u l-aċċess għall-ġustizzja, in-netwerks ta' kooperazzjoni u l-bażijiet tad-data li jtejbu l-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-iskambju ta' informazzjoni għandhom jinżammu u jiġu estiżi ulterjorment, inkluż in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew u tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika, li se jsir punt uniku ta' servizz fil-qasam tal-ġustizzja fl-Unjoni;

6.  Isostni li l-adozzjoni ta' regolament simili għall-ESCP, il-Proċedura Ċivili Ewropea Mħaffa, applikabbli għal tilwim kummerċjali transfruntier, tkun l-aħjar mod kif jiġu indirizzati l-ħinijiet twal ta' stennija għal tilwim kummerċjali fl-Unjoni, filwaqt li possibbilment isir iffrankar kbir għan-negozji Ewropej u jiġi mmobilizzat il-kapital mhux użat;

7.  Isostni li l-partijiet kummerċjali se jkollhom opportunitajiet aħjar biex iħallsu għal rappreżentanza u jħejju għal kawża fil-qorti, li jfisser li għandhom iktar possibbiltajiet li jipproteġu d-drittijiet tagħhom, u dan jippermetti proċedura aktar imħaffa;

8.  Josserva li proċedura bħal din tista' tibni fuq rekwiżiti għal tħejjijiet bir-reqqa mill-partijiet qabel ma tiġi varata l-proċedura, skadenzi stretti, ftit possibbiltajiet biex jiżdiedu l-fatti jew l-evidenza matul il-proċess u l-ebda appell separat għal deċiżjonijiet proċedurali, biex b'hekk tinkiseb proċedura mgħaġġla;

9.  Huwa tal-fehma li sistema proċedurali stretta bħal din hija kompatibbli mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-partijiet fuq il-kundizzjoni li l-Proċedura Ċivili Ewropea Mħaffa tkun volontarja u tapplika biss:

   fejn il-partijiet ikunu qablu li jagħmlu użu mill-proċedura wara li jkun qam it-tilwim, jew
   fejn il-konvenut jaċċetta li jieħu sehem fil-proċedura wara li r-rikorrent ikun ressaq azzjoni taħt l-Proċedura Ċivili Ewropea Mħaffa, sakemm il-konvenut ikollu ħin biżżejjed biex iħejji ruħu b'mod xieraq qabel il-bidu tal-proċedura;

10.  Jemmen li l-Proċedura Ċivili Ewropea Mħaffa għandha tkun f'kull każ valida biss meta l-partijiet ikunu ġew debitament informati mill-qabel dwar il-konsegwenzi li jirriżultaw mill-kunsens biex tintuża tali proċedura; iqis li l-ispejjeż tal-Proċedura Ċivili Ewropea Mħaffa m'għandhomx ikunu eċċessivi għall-partijiet, sabiex jiġi garantit ir-rispett tad-dritt tal-aċċess għall-ġustizzja;

11.  Jisħaq li spiss il-partijiet fit-tilwima jilħqu soluzzjoni amikevoli biss meta ċ-ċirkostanzi u l-argumenti jiġu żviluppati bis-sħiħ, li jfisser li, f'sistema proċedurali li kienet teħtieġ li l-partijiet jinvestigaw iċ-ċirkostanzi u jkomplu jiżviluppaw l-argumenti tagħhom qabel ma jmorru l-qorti, aktar tilwim jiġi solvut b'mod amikevoli fi stadju aktar bikri;

12.  Josserva li l-għan li tiġi pprovduta soluzzjoni mħaffa u aktar kosteffikaċi ta' tilwim kummerċjali fl-Unjoni ma jistax jintlaħaq unikament permezz tal-introduzzjoni ta' sistema proċedurali mħaffa armonizzata; għal dan il-għan, ikunu meħtieġa qrati, imħallfin, avukati u ġuristi li jkunu profiċjenti ħafna u jkollhom ħafna esperjenza fid-dritt kummerċjali u fid-dritt internazzjonali privat sabiex din is-sistema proċedurali tkun effiċjenti;

13.  Jenfasizza li d-distribuzzjoni attwali fl-għażla tal-liġi f'kuntratti kummerċjali bejn il-ġurisdizzjonijiet Ewropej differenti mhijiex ugwali bejn l-Istati Membri;

14.  Josserva li ħafna drabi l-għażliet tal-liġi applikabbli huma bbażati fuq kunsiderazzjonijiet kumplessi, iżda li l-kombinazzjoni ta' liġi barranija u ta' qorti barranija spiss tesponi lil parti għal riskji ekonomiċi sostanzjali, u li dispożizzjonijiet bħal dawn huma speċifikament dubjużi jekk ikun hemm qbil bħala parti minn kuntratti standard jew f'sitwazzjonijiet fejn waħda mill-partijiet ma jkollha l-ebda possibbiltà jew ikollha ftit li xejn possibbiltà li tinfluwenza l-ftehim f'dan ir-rigward;

15.  Jifhem li l-ostakli lingwistiċi jistgħu jkunu xkiel addizzjonali u b'hekk raġuni oħra biex tintgħażel liġi, u mhux oħra, bħala l-liġi applikabbli;

16.  Jissottolinja li d-disponibbiltà ta' forom standard uniformi, disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE, tiffaċilita l-aċċess għall-Proċedura Ċivili Ewropea Mħaffa;

17.  Jissuġġerixxi, li sabiex jiġu żgurati forom uniformi standard, għandhom jingħataw lill-Kummissjoni setgħat ta' implimentazzjoni, eżerċitati b'mod konformi mal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet;

18.  Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-ħtieġa li tirrevedi r-Regolamenti Ruma I, Ruma II u Brussell Ia sabiex issaħħaħ ir-rabta bejn l-għan u s-suġġett tal-kuntratti u l-liġi magħżula filwaqt li fl-istess ħin tiżgura li l-partijiet l-aktar dgħajfa fir-relazzjonijiet u l-kuntratti bejn in-negozji jkunu protetti, u tippreserva l-awtonomija tal-partijiet fir-rigward tal-għażla tal-liġi;

19.  Jenfasizza li l-miżuri leġislattivi ma jistgħux jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet waħedhom, u huma meħtieġa wkoll miżuri prattiċi biex iżidu l-għarfien espert kemm tal-qrati kif ukoll tal-avukati, bħal taħriġ imtejjeb fi kwistjonijiet kummerċjali u aċċess aħjar għad-dritt tal-Unjoni u d-dritt nazzjonali tal-istati Membri, b'mod partikolari l-ġurisprudenza;

20.  Josserva li d-dritt kummerċjali u d-dritt internazzjonali privat huma oqsma inqas ikkodifikati minn oqsma oħra tad-dritt, li jfisser li hemm rwol aktar importanti għar-riċerka akkademika, u għalhekk waħda mill-miżuri biex tissaħħaħ il-kompetenza fi kwistjonijiet kummerċjali fl-Istati Membri hija li jsiru disponibbli aktar riżorsi għar-riċerka f'dan il-qasam;

21.  Jilqa' għalhekk b'sodisfazzjon id-disa' prinċipji tat-taħriġ ġudizzjarju tal-EJTN adottati fl-Assemblea Ġenerali tiegħu tal-2016, peress li jipprovdu pedament u qafas komuni għall-ġudikatura Ewropea kif ukoll għall-istituzzjonijiet ta' taħriġ ġudizzjarju;

22.  Jisħaq li l-kwalità tal-liġi applikabbli għal kwistjonijiet kummerċjali u kemm hija adattata sew għall-prattiki u l-iżviluppi fis-settur kummerċjali huma ta' importanza kbira;

23.  Jitlob għalhekk li, skont l-Artikolu 225 tat-TFUE, sal-1 ta' Jannar 2020 u abbażi tal-Artikolu 81(2) tat-TFUE, il-Kummissjoni tressaq proposta għal att leġislattiv dwar Proċedura Ċivili Ewropea Mħaffa u, bi qbil mar-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fl-Anness għal din il-proposta, wara li l-Kummissjoni tevalwa l-ħtieġa għal tali rieżami, proposta possibbli għal emendi għar-Regolamenti Ruma I u Ruma II u Brussell Ia;

24.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jissupplementaw dawn il-proposti b'miżuri oħra ta' appoġġ bil-għan li jiżdied l-għarfien espert fl-Istati Membri fil-liġi kummerċjali u fid-dritt internazzjonali privat.

25.  Jikkonferma li r-rakkomandazzjonijiet annessi ma' din ir-riżoluzzjoni jirrispettaw id-drittijiet fundamentali, il-prinċipju ta' awtonomija proċedurali nazzjonali u l-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità;

26.  Iqis li kwalunkwe implikazzjoni finanzjarja tal-proposta, b'mod partikolari l-ispejjeż tal-proċedimenti mressqa taħt il-Proċedura Ċivili Ewropea Mħaffa, jiġu kkumpensati bi tfaddil ekwivalenti, peress li l-Proċedura Ċivili Ewropea Mħaffa x'aktarx li tkun sostanzjalment aktar kosteffikaċi mill-proċeduri ordinarji tal-Istati Membri u billi t-tilwim inkwistjoni mhux se jinġieb taħt is-sistema proċedurali ġenerali tal-Istat Membru inkwistjoni;

27.  Jenfasizza li d-dritt kummerċjali huwa biss wieħed mill-oqsma fejn hemm bżonn ta' aktar azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġi żgurat aċċess aħjar għall-ġustizzja, proċedimenti ta' kwalità ogħla, salvagwardji aktar b'saħħithom għall-partijiet u soluzzjoni aktar rapida tat-tilwim;

28.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u r-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fl-annessi lill-Kummissjoni u lill-Kunsill kif ukoll lill-parlamenti u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI:

RAKKOMANDAZZJONIJIET GĦAL MIŻURI GĦALL-INTRODUZZJONI U L-APPOĠĠ TA' PROĊEDURA ĊIVILI EWROPEA MĦAFFA

PRINĊIPJI U OBJETTIVI TAL-PROPOSTA MITLUBA

I.  Proċedura Ċivili Ewropea Mħaffa

L-għan ewlieni tal-proposta li ġejja huwa li tiġi introdotta Proċedura Ċivili Ewropea Mħaffa volontarja sabiex il-kumpaniji Ewropej jingħataw possibbiltà li jsibu soluzzjoni għal tilwim purament kummerċjali bejn in-negozji ta' natura transfruntiera f'perjodu ta' żmien raġonevoli.

Proċedura Ċivili Ewropea Mħaffa tista' tibni fuq il-prinċipji li ġejjin:

1.  Għandha tapplika għal tilwim kummerċjali transfruntier li għalih il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar ma tapplikax;

2.  Għandha tapplika jekk il-partijiet jaqblu dwar dan wara li tqum it-tilwima jew jekk ir-rikorrent jiftaħ talba taħt il-proċedura u l-konvenut jaċċettaha;

3.  Għandha tapplika meta l-partijiet ikunu ġew debitament informati mill-qabel dwar il-konsegwenzi li jirriżultaw mill-kunsens biex tintuża din il-proċedura;

4.  Għandha teħtieġ li l-partijiet iħejju t-talbiet tagħhom sa grad għoli qabel ma jmorru l-qorti; flimkien ma' preklużjoni bikrija tal-possibbiltà li joħorġu fatti ġodda jew evidenza ġdida fil-qorti;

5.  Ma għandhiex tippermetti appell separat kontra d-deċiżjonijiet proċedurali;

6.  Fil-prinċipju tista' tkun proċedura bil-miktub, li tippermetti għal seduti orali meta tal-inqas wieħed mill-partijiet jitlob dan;

7.  Għandha, bħala punt tat-tluq, tapplika dati ta' skadenza qosra ħafna għall-proċedura, u dan jippermetti lill-qorti, bi qbil mal-partijiet, tapplika skadenzi itwal f'każijiet ta' kumplessità akbar;

8.  Tħeġġeġ soluzzjoni amikevoli ta' tilwim transfruntier ġewwa u barra l-qorti, inkluż permezz ta' medjazzjoni;

9.  Tinkoraġġixxi l-użu ta' teknoloġiji moderni għal raġunijiet ta' seduti orali, kumpilazzjoni ta' xhieda u notifika ta' dokumenti;

10.  L-ispejjeż tal-proċedura għandhom ikunu limitati, sabiex jiġi garantit ir-rispett tad-dritt tal-aċċess għall-ġustizzja;

11.  Tippermetti r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tas-sentenza finali skont il-proċedura bl-aktar mod sempliċi u faċli għall-utent disponibbli skont id-dritt tal-Unjoni.

II.  Bidliet possibbli għar-Regolamenti Ruma I, Ruma II u Brussell Ia

Il-proposta dwar Proċedura Ċivili Ewropea Mħaffa tista' tiġi appoġġata bi proposta biex jiġu emendati r-Regolamenti Ruma I, Ruma II u Brussell Ia sabiex tinkiseb konnessjoni aktar b'saħħitha bejn l-għan u l-fini ta' ftehimiet u l-liġi magħżula fi ħdan l-UE, ukoll biex il-partijiet għal kuntratti purament kummerċjali jingħataw aktar awtonomija filwaqt li tiġi żgurata l-protezzjoni tal-partijiet aktar dgħajfa f'relazzjonijiet bejn negozji.

L-emendi għar-Regolament Ruma I jistgħu jinkludu:

1.  Il-konsiderazzjoni tat-tisħiħ tal-konnessjoni bejn il-liġi magħżula u l-kontenut, l-għan u l-fini tal-kuntratt u tal-partijiet;

2.  Il-konsiderazzjoni mill-ġdid tar-regoli applikabbli għall-validità ta' għażla tal-liġi, dan għandu jitqies taħt il-liġi prestabbilita applikabbli għall-kuntratt.

III.  Miżuri oħrajn biex tinbena kompetenza fi kwistjonijiet kummerċjali fl-Istati Membri

1.  Dawn il-proposti għandhom ikunu appoġġati ulterjorment b'azzjonijiet mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri biex tinbena kompetenza fi kwistjonijiet kummerċjali, bħal:

a)  taħriġ ta' mħallfin u avukati u ġuristi fi kwistjonijiet kummerċjali;

b)  aċċess simplifikat u mtejjeb għad-dritt tal-Unjoni u għal-liġi nazzjonali tal-Istati Membri, inkluża l-ġurisprudenza;

c)  aktar enfasi fuq il-liġi kummerċjali u d-dritt internazzjonali privat fl-edukazzjoni legali;

d)  riżorsi addizzjonali għar-riċerka akkademika fl-oqsma tad-dritt kummerċjali u d-dritt internazzjonali privat; u

e)  il-ħakma ta' lingwa barranija u tat-terminoloġija ġuridika tagħha.

2.  Barra minn hekk, l-Istati Membri huma mistiedna jiżguraw li l-qrati li japplikaw il-Proċedura Ċivili Ewropea Mħaffa jkollhom kompetenza speċifika fil-qasam tal-liġi kummerċjali, pereżempju billi jinnominaw jew isaħħu qrati jew kmamar kummerċjali eżistenti.

3.  Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija mistiedna tistudja ulterjorment il-possibbiltà li tiġi stabbilita Qorti Kummerċjali Ewropea biex tissupplimenta l-qrati tal-Istati Membri u toffri lill-partijiet fil-kawża forum addizzjonali internazzjonali speċjalizzat fis-soluzzjoni ta' tilwim kummerċjali.

4.  Bħala miżura finali, l-Istati Membri huma mistiedna jikkunsidraw ir-reviżjoni tal-liġijiet tagħhom applikabbli għal kwistjonijiet kummerċjali f'sitwazzjonijiet bejn negozji, peress li wieħed mill-fatturi importanti għall-għażla tal-liġi huwa l-effikaċja u l-kwalità tal-liġi kummerċjali ta' pajjiż.

(1) http://www.ejtn.eu/PageFiles/15756/Judicial%20Training%20Principles_EN.pdf


Stabbiliment tal-programm spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali ***I
PDF 379kWORD 109k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-13 ta' Diċembru 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013 u (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni 541/2014/UE (COM(2018)0447 – C8-0258/2018 – 2018/0236(COD))(1)
P8_TA(2018)0520A8-0405/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva   Emenda
Emenda 1
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva
Kunsiderazzjoni 5a (ġdida)
–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Settembru 2016 bit-titolu "Konnettività għal Suq Uniku Diġitali Kompetittiv – Lejn Soċjetà Ewropea tal-Gigabits" (COM(2016)0587) u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjaha (SWD(2016)0300),
Emenda 2
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva
Kunsiderazzjoni 5b (ġdida)
–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Settembru 2016 bit-titolu "5G għall-Ewropa: Pjan ta' Azzjoni "(COM(2016)0588) u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjaha (SWD(2016)0306),
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 1
(1)  It-teknoloġija, id-data u s-servizzi spazjali saru indispensabbli fil-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini Ewropej u jaqdu rwol essenzjali biex jiġu mħarsa ħafna interessi strateġiċi. L-industrija spazjali tal-Unjoni diġà hija waħda mill-iktar kompetittivi fid-dinja. Madankollu, il-fatt li qegħdin jitfaċċaw atturi ġodda u l-fatt li qegħdin jiġu żviluppati teknoloġiji ġodda qegħdin jirrivoluzzjonaw il-mudelli industrijali tradizzjonali. Għalhekk, huwa kruċjali li l-Unjoni tibqa' attur internazzjonali ewlieni b'libertà estensiva ta' azzjoni fil-qasam tal-ispazju, tħeġġeġ il-progress xjentifiku u tekniku, u toffri sostenn għall-kompetittività u għall-kapaċità ta' innovazzjoni tal-industriji tas-settur spazjali fl-Unjoni, b'mod partikolari l-impriżi żgħar u ta' daqs medju, in-negozji ġodda u n-negozji innovattivi.
(1)  It-teknoloġija, id-data u s-servizzi spazjali saru indispensabbli fil-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini Ewropej u jaqdu rwol essenzjali biex jiġu mħarsa ħafna interessi strateġiċi. L-industrija spazjali tal-Unjoni diġà hija waħda mill-iktar kompetittivi fid-dinja. Madankollu, il-fatt li qegħdin jitfaċċaw atturi ġodda u l-fatt li qegħdin jiġu żviluppati teknoloġiji ġodda qegħdin jirrivoluzzjonaw il-mudelli industrijali tradizzjonali. Għalhekk, huwa kruċjali li l-Unjoni tibqa' attur internazzjonali ewlieni b'libertà estensiva ta' azzjoni fil-qasam tal-ispazju, tħeġġeġ il-progress xjentifiku u tekniku, u toffri sostenn għall-kompetittività u għall-kapaċità ta' innovazzjoni tal-industriji tas-settur spazjali fl-Unjoni, b'mod partikolari l-impriżi żgħar u ta' daqs medju, in-negozji ġodda u n-negozji innovattivi. Fl-istess ħin huwa importanti li jinħolqu l-kundizzjonijiet xierqa sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-kumpaniji fis-settur tal-ispazju.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 2
(2)  L-iżvilupp tas-settur spazjali storikament dejjem kien marbut mas-sigurtà. F'ħafna każijiet, it-tagħmir, il-komponenti u l-istrumenti li jintużaw fis-settur spazjali huma oġġetti b'użu doppju. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu sfruttati l-possibbiltajiet li joffri l-ispazju għas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha.
(2)  L-iżvilupp tas-settur spazjali storikament dejjem kien marbut mas-sigurtà. F'ħafna każijiet, it-tagħmir, il-komponenti u l-istrumenti li jintużaw fis-settur spazjali huma oġġetti b'użu doppju. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu sfruttati l-possibbiltajiet li joffru l-ispazju u l-aċċess awtonomu għall-ispazju għas-sigurtà u l-indipendenza ġeopolitika tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 3
(3)  L-Unjoni ilha tiżviluppa l-inizjattivi u l-programmi spazjali tagħha stess sa minn tmiem id-Disgħinijiet, b'mod partikolari s-Servizz Ewropew ta' Navigazzjoni b'Kopertura Ġeostazzjonarja (EGNOS) u mbagħad Galileo u Copernicus, li jirrispondu għall-ħtiġijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u għar-rekwiżiti tal-politiki pubbliċi. Mhux biss jenħtieġ li tiġi żgurata l-kontinwità ta' dawk l-inizjattivi, iżda dawn iridu jiġu mtejba, sabiex jibqgħu minn ta' quddiem fid-dawl tal-iżvilupp fit-teknoloġija u tat-trasformazzjonijiet fl-oqsma diġitali u tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet il-ġodda tal-utenti u sabiex ikunu jistgħu jissodisfaw il-prijoritajiet politiċi bħat-tibdil fil-klima, inkluż il-monitoraġġ tat-tibdil fl-Artiku, is-sigurtà u d-difiża.
(3)  L-Unjoni ilha tiżviluppa l-inizjattivi u l-programmi spazjali tagħha stess sa minn tmiem id-Disgħinijiet, b'mod partikolari s-Servizz Ewropew ta' Navigazzjoni b'Kopertura Ġeostazzjonarja (EGNOS) u mbagħad Galileo u Copernicus, li jirrispondu għall-ħtiġijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u għar-rekwiżiti tal-politiki pubbliċi. Il-kontinwità ta' dawk l-inizjattivi, kif ukoll l-adozzjoni u l-użu tagħhom, jenħtieġ li jiġi żgurati u jridu wkoll jiġu mtejba, sabiex jibqgħu minn ta' quddiem fid-dawl tal-iżvilupp fit-teknoloġija u tat-trasformazzjonijiet fl-oqsma diġitali u tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet il-ġodda tal-utenti u sabiex ikunu jistgħu jissodisfaw il-prijoritajiet politiċi. Il-Programm jenħtieġ li jippromwovi wkoll servizzi bbażati fuq l-ispazju sabiex b'hekk l-Istati Membri kollha u ċ-ċittadini tagħhom ikunu jistgħu jisfruttaw bis-sħiħ il-benefiċċji tal-Programm.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 4
(4)  Jeħtieġ li l-Unjoni tiżgura l-libertà ta' azzjoni u l-awtonomija tagħha sabiex ikollha aċċess għall-ispazju u tkun tista' tużah b'mod sikur. Għalhekk, huwa essenzjali li jibqa' jkollha aċċess spazjali awtonomu, affidabbli u kosteffettiv, speċjalment fir-rigward tal-infrastruttura u t-teknoloġija kritiċi, is-sigurtà pubblika u s-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha l-possibbiltà li taggrega s-servizzi tal-illanċjar fil-livell Ewropew, kemm għall-ħtiġijiet tagħha stess u kemm għal dawk ta' entitajiet oħra, fuq talba tagħhom, inklużi l-Istati Membri, b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 189(2) tat-Trattat. Huwa kruċjali wkoll li l-Unjoni jibqa' jkollha faċilitajiet infrastrutturali ta' llanċjar li jkunu moderni, effiċjenti u flessibbli. Minbarra l-miżuri meħuda mill-Istati Membri u mill-Aġenzija Spazjali Ewropea, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkunsidra modi kif tagħti sostenn lil dawn il-faċilitajiet. B'mod partikolari, fejn l-infrastruttura spazjali tal-art meħtieġa biex jitwettaq l-illanċjar b'konformità mal-ħtiġijiet tal-Programm trid tinżamm jew tiġi aġġornata, jenħtieġ li jkun possibbli li tali adattamenti jiġu ffinanzjati parzjalment fil-qafas tal-Programm, b'konformità mar-Regolament Finanzjarju u fejn ikun jista' jiġi stabbilit valur miżjud ċar għall-UE, bil-ħsieb li tinkiseb kosteffiċjenza aħjar għall-Programm.
(4)  Jeħtieġ li l-Unjoni tiżgura l-libertà ta' azzjoni u l-awtonomija tagħha sabiex ikollha aċċess għall-ispazju u tkun tista' tużah b'mod sikur. Għalhekk, huwa essenzjali li jibqa' jkollha aċċess spazjali awtonomu, affidabbli u kosteffettiv, inklużi teknoloġiji tal-illanċjar alternattivi u sistemi jew servizzi innovattivi, speċjalment fir-rigward tal-infrastruttura u t-teknoloġija kritiċi, is-sigurtà pubblika u s-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha l-possibbiltà li taggrega s-servizzi tal-illanċjar fil-livell Ewropew, kemm għall-ħtiġijiet tagħha stess u kemm għal dawk ta' entitajiet oħra, fuq talba tagħhom, inklużi l-Istati Membri, b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 189(2) tat-Trattat. Huwa kruċjali wkoll li l-Unjoni jibqa' jkollha faċilitajiet infrastrutturali ta' llanċjar li jkunu moderni, effiċjenti u flessibbli. Minbarra l-miżuri meħuda mill-Istati Membri u mill-Aġenzija Spazjali Ewropea, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkunsidra modi kif tagħti sostenn lil dawn il-faċilitajiet. B'mod partikolari, fejn l-infrastruttura spazjali tal-art meħtieġa biex jitwettaq l-illanċjar b'konformità mal-ħtiġijiet tal-Programm trid tinżamm jew tiġi aġġornata, jenħtieġ li jkun possibbli li tali adattamenti jiġu ffinanzjati parzjalment fil-qafas tal-Programm, b'konformità mar-Regolament Finanzjarju u fejn ikun jista' jiġi stabbilit valur miżjud ċar għall-UE, bil-ħsieb li tinkiseb kosteffiċjenza aħjar għall-Programm.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 5
(5)  Sabiex issaħħaħ il-kompetittività tal-industrija spazjali tal-Unjoni u tikseb kapaċitajiet fid-disinn, fil-bini u fit-tħaddim tas-sistemi tagħha stess, jenħtieġ li l-Unjoni tagħti sostenn għall-ħolqien, għat-tkabbir u għall-iżvilupp tal-industrija spazjali kollha. Jenħtieġ li l-ħolqien ta' mudell li jiffavorixxi n-negozju u l-innovazzjoni jingħata sostenn anke fil-livelli Ewropej, reġjonali u nazzjonali billi jiġu stabbiliti ċentri spazjali li jġibu flimkien is-setturi spazjali, diġitali u tal-utenti. Jenħtieġ li l-Unjoni trawwem l-espansjoni ta' kumpaniji spazjali bbażati fl-Unjoni biex tgħinhom jirnexxu, inkluż billi tagħtihom sostenn fl-aċċess għall-finanzjament ta' riskju fid-dawl tan-nuqqas ta' aċċess xieraq fl-Unjoni għall-ekwità privata għan-negozji ġodda tal-qasam spazjali u billi toħloq sħubijiet għall-innovazzjoni (l-approċċ tal-ewwel kuntratt).
(5)  Sabiex issaħħaħ il-kompetittività tal-industrija spazjali tal-Unjoni u tikseb kapaċitajiet fid-disinn, fil-bini u fit-tħaddim tas-sistemi tagħha stess, jenħtieġ li l-Unjoni tagħti sostenn għall-ħolqien, għat-tkabbir u għall-iżvilupp tal-industrija spazjali kollha. Jenħtieġ li l-ħolqien ta' mudell li jiffavorixxi n-negozju u l-innovazzjoni jingħata sostenn anke fil-livelli Ewropej, reġjonali u nazzjonali permezz ta' inizjattivi bħal ċentri spazjali li jġibu flimkien is-setturi spazjali, diġitali u tal-utenti. Iċ-ċentri spazjali jenħtieġ li jaħdmu f'kooperazzjoni maċ-ċentri tal-innovazzjoni diġitali biex irawmu l-intraprenditorija u l-ħiliet. Jenħtieġ li l-Unjoni trawwem l-espansjoni ta' kumpaniji spazjali bbażati fl-Unjoni biex tgħinhom jirnexxu, inkluż billi tagħtihom sostenn fl-aċċess għall-finanzjament ta' riskju fid-dawl tan-nuqqas ta' aċċess xieraq fl-Unjoni għall-ekwità privata għan-negozji ġodda tal-qasam spazjali u billi toħloq sħubijiet għall-innovazzjoni (l-approċċ tal-ewwel kuntratt).
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 6
(6)  Minħabba l-kopertura u l-potenzjal tiegħu li jgħin biex jissolvew l-isfidi globali, il-programm spazjali tal-Unjoni ("Programm") għandu dimensjoni internazzjonali qawwija. Għalhekk, il-Kummissjoni trid tkun tista' tiġġestixxi u tikkoordina, f'isem l-Unjoni, l-attivitajiet fix-xena internazzjonali, b'mod partikolari biex tiddefendi l-interessi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha fil-fora internazzjonali, inkluż fil-qasam tal-frekwenzi, tippromwovi t-teknoloġija u l-industrija tal-Unjoni, u tħeġġeġ il-kooperazzjoni fil-qasam tat-taħriġ, filwaqt li tqis il-ħtieġa li tiżgura r-reċiproċità tad-drittijiet u tal-obbligi tal-partijiet. Huwa partikolarment importanti li l-Unjoni tiġi rrappreżentata mill-Kummissjoni fil-korpi tal-Programm Internazzjonali Cospas-Sarsat jew fil-korpi settorjali rilevanti tan-NU inkluża l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura, kif ukoll l-Organizzazzjoni Meteoroloġika Dinjija.
(6)  Minħabba l-kopertura u l-potenzjal tiegħu li jgħin biex jissolvew l-isfidi globali, il-programm spazjali tal-Unjoni ("Programm") għandu dimensjoni internazzjonali qawwija. Għalhekk, il-Kummissjoni trid tkun tista' tiġġestixxi u tikkoordina, f'isem l-Unjoni, l-attivitajiet fix-xena internazzjonali, b'mod partikolari biex tiddefendi l-interessi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha fil-fora internazzjonali, inkluż fil-qasam tal-frekwenzi. Il-Kummissjoni jenħtieġ li ssaħħaħ id-diplomazija ekonomika biex tippromwovi t-teknoloġija u l-industrija tal-Unjoni, u tħeġġeġ il-kooperazzjoni fil-qasam tat-taħriġ, filwaqt li tqis il-ħtieġa li tiżgura r-reċiproċità tad-drittijiet u tal-obbligi tal-partijiet u l-kompetizzjoni ġusta fil-livell internazzjonali. Huwa partikolarment importanti li l-Unjoni tiġi rrappreżentata mill-Kummissjoni fil-korpi tal-Programm Internazzjonali Cospas-Sarsat jew fil-korpi settorjali rilevanti tan-NU inkluża l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura, kif ukoll l-Organizzazzjoni Meteoroloġika Dinjija.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 7
(7)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippromwovi, flimkien mal-Istati Membri u r-Rappreżentant Għoli, imġiba responsabbli fl-ispazju u fl-ispazju lil hinn mill-atmosfera, u li tesplora l-possibbiltà għal adeżjoni mal-Konvenzjonijiet rilevanti tan-NU.
(7)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippromwovi, flimkien mal-Istati Membri u r-Rappreżentant Għoli, imġiba responsabbli fl-ispazju u fl-ispazju lil hinn mill-atmosfera, partikolarment biex issib soluzzjonijiet kontra l-proliferazzjoni tat-tifrik fl-ispazju u biex tesplora l-possibbiltà għal adeżjoni mal-Konvenzjonijiet rilevanti tan-NU, inkluż it-Trattat dwar il-Prinċipji li Jirregolaw l-Attivitajiet tal-Istati fl-Esplorazzjoni u fl-Użu tal-Ispazju extratmosferiku, inkluż il-Qamar u Korpi Ċelesti Oħrajn (it-Trattat dwar l-ispazju extratmosferiku) .
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 8
(8)  Il-Programm għandu għanijiet simili bħal ta' programmi oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari Horizon Europe, il-Fond InvestEU, il-Fond Ewropew għad-Difiża u l-Fondi fil-qafas tar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni]. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi previst il-finanzjament kumulattiv minn dawk il-programmi, diment li ma jkoprix l-istess partiti tal-kostijiet, b'mod partikolari permezz ta' arranġamenti għal finanzjament kumplementari mill-programmi tal-Unjoni fejn il-modalitajiet ta' ġestjoni jippermettu f'sekwenza, b'mod alternanti, jew permezz ta' kombinazzjoni tal-fondi, inkluż għall-finanzjament konġunt tal-azzjonijiet, li jippermettu, fejn ikun possibbli, li jkun hemm sħubijiet għall-innovazzjoni u operazzjonijiet ta' taħlit. Għaldaqstant, matul l-implimentazzjoni tal-Programm, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippromwovi sinerġiji ma' programmi oħra relatati tal-Unjoni li jippermettu, fejn ikun possibbli, l-użu ta' aċċess għall-finanzjament ta' riskju, għas-sħubijiet għall-innovazzjoni, u għall-finanzjament kumulattiv jew imħallat.
(8)  Il-Programm għandu għanijiet simili bħal ta' programmi oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari Horizon Europe, il-Fond InvestEU, il-Fond Ewropew għad-Difiża u l-Fondi fil-qafas tar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni]. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi previst il-finanzjament kumulattiv minn dawk il-programmi, dment li ma jkoprix l-istess kostijiet, b'mod partikolari permezz ta' arranġamenti għal finanzjament kumplementari mill-programmi tal-Unjoni fejn il-modalitajiet ta' ġestjoni jippermettu f'sekwenza, b'mod alternanti, jew permezz ta' kombinazzjoni tal-fondi, inkluż għall-finanzjament konġunt tal-azzjonijiet, li jippermettu, fejn ikun possibbli, li jkun hemm sħubijiet għall-innovazzjoni u operazzjonijiet ta' taħlit. Għaldaqstant, matul l-implimentazzjoni tal-Programm, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippromwovi sinerġiji ma' programmi oħra relatati tal-Unjoni li jippermettu, fejn ikun possibbli, l-użu ta' aċċess għall-finanzjament ta' riskju, għas-sħubijiet għall-innovazzjoni, u għall-finanzjament kumulattiv jew imħallat. Huwa importanti li tiġi garantita l-kontinwità bejn is-soluzzjonijiet żviluppati permezz ta' Horizon Europe u l-programmi l-oħra tal-Unjoni u l-komponenti tal-Programm.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 10a (ġdida)
(10a)  Madwar 200 000 professjonist huma impjegati fis-settur Spazjali tal-Unjoni. Għalhekk, huwa essenzjali li nkomplu niżviluppaw l-infrastruttura tal-ogħla livell għal dan is-settur u b'hekk nistimolaw attivitajiet ekonomiċi upstream u downstream; Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata l-kompetittività tal-industrija Spazjali Ewropea fil-futur, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-iżvilupp ta' ħiliet avvanzati f'oqsma relatati mal-ispazju u jappoġġa attivitajiet ta' edukazzjoni u taħriġ, b'enfasi speċjali fuq il-bniet u n-nisa, sabiex jintlaħaq il-potenzjal sħiħ taċ-ċittadini tal-Unjoni f'dak il-qasam.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 13a (ġdida)
(13a)   Il-Programm jenħtieġ li jisfrutta s-sinerġiji bejn is-setturi tal-ispazju u tat-trasport, b'kunsiderazzjoni tal-fatt li t-teknoloġiji spazjali jaqdu rwol strateġiku biex it-trasport fuq l-art, bil-baħar, bl-ajru u fl-ispazju jsir aktar intelliġenti, aktar effikaċi, sikur, aktar sigur, sostenibbli u integrat, u fl-istess ħin settur tat-trasport li qed jikber u innovattiv se jżid it-talba għal teknoloġiji spazjali innovattivi u aġġornati.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 14
(14)  Jenħtieġ li kwalunkwe dħul iġġenerat mill-Programm imur għall-Unjoni sabiex jikkumpensa parzjalment l-investimenti li diġà tkun għamlet, u jenħtieġ li dak id-dħul jintuża biex jingħata sostenn għall-għanijiet tal-Programm. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li jkun possibbli li jkun previst mekkaniżmu ta' kondiviżjoni tad-dħul fil-kuntratti konklużi ma' entitajiet tas-settur privat.
(14)  Jenħtieġ li kwalunkwe dħul iġġenerat mill-komponenti tal-Programm imur għall-Unjoni sabiex jikkumpensa parzjalment l-investimenti li diġà tkun għamlet, u jenħtieġ li dak id-dħul jintuża biex jingħata sostenn għall-ilħuq tal-għanijiet tal-Programm. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li jkun possibbli li jkun previst mekkaniżmu ta' kondiviżjoni tad-dħul fil-kuntratti konklużi ma' entitajiet tas-settur privat.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 16
(16)  Il-Programm jiddependi fuq teknoloġiji kumplessi u li jinbidlu b'mod kostanti. Id-dipendenza fuq tali teknoloġiji tirriżulta f'inċertezza u f'riskji għall-kuntratti pubbliċi konklużi fil-qafas ta' dan il-programm, peress li dawk il-kuntratti jinvolvu impenji fit-tul għat-tagħmir jew għas-servizzi. Għalhekk, minbarra r-regoli stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, huma meħtieġa miżuri speċifiċi li jikkonċernaw il-kuntratti pubbliċi. Għaldaqstant, jenħtieġ li jkun possibbli li jingħata kuntratt fil-forma ta' kuntratt kundizzjonali b'pagamenti fi stadji, tiddaħħal emenda, taħt ċerti kundizzjonijiet, fil-kuntest tal-prestazzjoni tiegħu, jew jiġi impost livell minimu ta' sottokuntrattar. Fl-aħħar nett, minħabba l-inċertezzi teknoloġiċi li jikkaratterizzaw il-komponenti tal-Programm, il-prezzijiet tal-kuntratti mhux dejjem jistgħu jitbassru b'mod akkurat u għalhekk jenħtieġ li jkun possibbli li jiġu konklużi kuntratti mingħajr ma jiġi stipulat prezz fiss riġidu u li jiġu inklużi klawżoli li jissalvagwardjaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.
(16)  Il-Programm jiddependi fuq teknoloġiji kumplessi u li jinbidlu b'mod kostanti. Id-dipendenza fuq tali teknoloġiji tirriżulta f'inċertezza u f'riskji għall-kuntratti pubbliċi konklużi fil-qafas ta' dan il-programm, peress li dawk il-kuntratti jinvolvu impenji fit-tul għat-tagħmir jew għas-servizzi. Għalhekk, minbarra r-regoli stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, huma meħtieġa miżuri speċifiċi li jikkonċernaw il-kuntratti pubbliċi. Għaldaqstant, jenħtieġ li jkun possibbli li jingħata kuntratt fil-forma ta' kuntratt kundizzjonali b'pagamenti fi stadji, tiddaħħal emenda, taħt ċerti kundizzjonijiet, fil-kuntest tal-prestazzjoni tiegħu, jew jiġi impost livell minimu ta' sottokuntrattar, partikolarment għal impriżi żgħar u ta' daqs medju u negozji ġodda. Fl-aħħar nett, minħabba l-inċertezzi teknoloġiċi li jikkaratterizzaw il-komponenti tal-Programm, il-prezzijiet tal-kuntratti mhux dejjem jistgħu jitbassru b'mod akkurat u għalhekk jenħtieġ li jkun possibbli li jiġu konklużi kuntratti mingħajr ma jiġi stipulat prezz fiss riġidu u li jiġu inklużi klawżoli li jissalvagwardjaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 25
(25)  Governanza pubblika tajba tal-Programm tirrikjedi d-distribuzzjoni rigoruża tar-responsabbiltajiet u tal-kompiti fost id-diversi entitajiet involuti sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni u sabiex jitnaqqsu l-kostijiet li jaqbżu l-baġit u d-dewmien.
(25)  Governanza pubblika tajba tal-Programm tirrikjedi d-distribuzzjoni rigoruża tar-responsabbiltajiet u tal-kompiti fost id-diversi entitajiet involuti sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni u sabiex jitnaqqsu l-kostijiet li jaqbżu l-baġit u d-dewmien, u jenħtieġ li jkunu fil-mira l-prijoritizzazzjoni tal-użu tal-infrastruttura Ewropea eżistenti u l-iżvilupp tas-setturi professjonali u industrijali Ewropej.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 25a (ġdida)
(25a)  Il-Programmi Spazjali huma mmexxija mill-utent u għalhekk jeħtieġu l-involviment kontinwu u effettiv tar-rappreżentanti tal-utenti għall-implimentazzjoni u l-iżvilupp tagħhom.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 26
(26)  L-Istati Membri ilhom attivi fil-qasam tal-ispazju. Għandhom sistemi, infrastruttura, aġenziji u korpi nazzjonali marbuta mal-ispazju. Għalhekk, jistgħu jagħtu kontribut kbir għall-Programm, speċjalment għall-implimentazzjoni tiegħu, u jenħtieġ li jkunu meħtieġa jikkooperaw għalkollox mal-Unjoni biex jippromwovu s-servizzi u l-applikazzjonijiet tal-Programm. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' timmobilizza l-mezzi għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri, u jaf tinkarigalhom kompiti mhux regolatorji fl-eżekuzzjoni tal-Programm u tibbenefika mill-assistenza tagħhom. Barra minn hekk, l-Istati Membri kkonċernati jenħtieġ li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw il-protezzjoni tal-istazzjonijiet tal-art stabbiliti fit-territorji tagħhom. Minbarra dan, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jaħdmu flimkien u ma' korpi internazzjonali u ma' awtoritajiet regolatorji xierqa biex jiżguraw li l-frekwenzi meħtieġa għall-Programm ikunu disponibbli u protetti sabiex ikun hemm lok għall-iżvilupp u għall-implimentazzjoni bis-sħiħ tal-applikazzjonijiet abbażi tas-servizzi offruti, b'konformità mad-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2012 li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju.
(26)  L-Istati Membri ilhom attivi fil-qasam tal-ispazju. Għandhom sistemi, infrastruttura, aġenziji u korpi nazzjonali marbuta mal-ispazju. Għalhekk, jistgħu jagħtu kontribut kbir għall-Programm, speċjalment għall-implimentazzjoni tiegħu, u jenħtieġ li jkunu meħtieġa jikkooperaw għalkollox mal-Unjoni biex jippromwovu s-servizzi u l-applikazzjonijiet tal-Programm. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' timmobilizza l-mezzi għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri, u jaf tinkarigalhom kompiti mhux regolatorji fl-eżekuzzjoni tal-Programm u tibbenefika mill-assistenza tagħhom. Barra minn hekk, l-Istati Membri kkonċernati jenħtieġ li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw il-protezzjoni tal-istazzjonijiet tal-art stabbiliti fit-territorji tagħhom. Minbarra dan, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jaħdmu flimkien u ma' korpi internazzjonali u ma' awtoritajiet regolatorji xierqa biex jiżguraw li l-frekwenzi meħtieġa għall-Programm ikunu disponibbli u jkollhom protezzjoni adegwata sabiex ikun hemm lok għall-iżvilupp u għall-implimentazzjoni bis-sħiħ tal-applikazzjonijiet abbażi tas-servizzi offruti, b'konformità mad-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2012 li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju.
__________________
__________________
15 Id-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2012 li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju (ĠU L 81, 21.3.2012, p. 7).
15 Id-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2012 li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju (ĠU L 81, 21.3.2012, p. 7).
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 27
(27)  Bħala promotur tal-interess ġenerali tal-Unjoni, huwa l-kompitu tal-Kummissjoni li timplimenta l-Programm, tassumi responsabbiltà ġenerali u tippromwovi l-użu tiegħu. Sabiex tottimizza r-riżorsi u l-kompetenzi tad-diversi partijiet ikkonċernati, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tiddelega ċerti kompiti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinsab fl-aqwa pożizzjoni biex tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u operazzjonali prinċipali meħtieġa biex tiġi implimentata l-evoluzzjoni tas-sistemi u tas-servizzi.
(27)  Bħala promotur tal-interess ġenerali tal-Unjoni, huwa l-kompitu tal-Kummissjoni li tissorvelja l-implimentazzjoni tal-Programm, tassumi responsabbiltà ġenerali u tippromwovi l-użu tiegħu. Sabiex tottimizza r-riżorsi u l-kompetenzi tad-diversi partijiet ikkonċernati, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tiddelega ċerti kompiti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinsab fl-aqwa pożizzjoni biex tistabbilixxi r-rekwiżiti prinċipali meħtieġa biex tiġi implimentata l-evoluzzjoni tas-sistemi u tas-servizzi.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 28
(28)  Il-missjoni tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali ("l-Aġenzija"), li tissostitwixxi u tissuċċedi lill-Aġenzija tal-GNSS Ewropea stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 912/2010, hija li tagħti kontribut għall-Programm, b'mod partikolari fir-rigward tas-sigurtà. Għalhekk, jenħtieġ li ċerti kompiti marbuta mas-sigurtà u mal-promozzjoni tal-Programm jiġu assenjati lill-Aġenzija. Fir-rigward tas-sigurtà b'mod partikolari, u minħabba l-esperjenza tagħha f'dan il-qasam, jenħtieġ li l-Aġenzija tkun responsabbli għall-kompiti ta' akkreditazzjoni tas-sigurtà għall-azzjonijiet kollha tal-Unjoni fis-settur spazjali. Barra minn hekk, jenħtieġ li twettaq il-kompiti li l-Kummissjoni tikkonferilha permezz ta' ftehim ta' kontribuzzjoni wieħed jew iktar li jkopri/u diversi kompiti speċifiċi oħra assoċjati mal-programm.
(28)  Il-missjoni tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali ("l-Aġenzija"), li tissostitwixxi u tissuċċedi lill-Aġenzija tal-GNSS Ewropea stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 912/2010, hija li tagħti kontribut għall-Programm, b'mod partikolari fir-rigward tas-sigurtà, iċ-ċibersigurtà u l-promozzjoni tas-servizzi u tas-settur downstream. Il-kompiti marbuta ma' dawk l-oqsma jenħtieġ li għalhekk jiġu assenjati lill-Aġenzija. Fir-rigward tas-sigurtà b'mod partikolari, u minħabba l-esperjenza tagħha f'dan il-qasam, jenħtieġ li l-Aġenzija tkun responsabbli għall-kompiti ta' akkreditazzjoni tas-sigurtà għall-azzjonijiet kollha tal-Unjoni fis-settur spazjali. Abbażi tar-rekord pożittiv tagħha fil-promozzjoni tal-użu min-naħa tal-utenti u tas-suq ta' Galileo u EGNOS u bl-għan li l-programmi jiġu promossi bħala pakkett, l-Aġenzija jenħtieġ li tiġi inkarigata wkoll bil-kompitu li twettaq attivitajiet promozzjonali u kummerċjali għal Copernicus. Barra minn hekk, jenħtieġ li twettaq il-kompiti li l-Kummissjoni tikkonferilha permezz ta' ftehim ta' kontribuzzjoni wieħed jew iktar li jkopri diversi kompiti speċifiċi oħra assoċjati mal-programm.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 29
(29)  L-Aġenzija Spazjali Ewropea hija organizzazzjoni internazzjonali b'għarfien espert estensiv fil-qasam spazjali u li ntrabtet bi Ftehim Qafas mal-Komunità Ewropea fl-2004. Għalhekk, hija sħab importanti fl-implimentazzjoni tal-Programm, li magħha jenħtieġ li tiġi stabbilita kwalunkwe relazzjoni xierqa. F'dan ir-rigward, u b'konformità mar-Regolament Finanzjarju, huwa importanti li jiġi konkluż ftehim qafas ta' sħubija finanzjarja mal-Aġenzija Spazjali Ewropea li jirregola r-relazzjonijiet finanzjarji kollha bejn il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-Aġenzija Spazjali Ewropea u li jiżgura l-konsistenza u l-konformità tagħhom mal-Ftehim Qafas mal-Aġenzija Spazjali Ewropea, b'mod partikolari mal-Artikolu 5 tiegħu. Madankollu, peress li l-Aġenzija Spazjali Ewropea mhijiex korp tal-Unjoni u mhijiex soġġetta għad-dritt tal-Unjoni, huwa essenzjali, sabiex jiġu protetti l-interessi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, li tali ftehim isir bil-kundizzjoni li jiġu introdotti regoli operazzjonali xierqa fl-Aġenzija Spazjali Ewropea. Jenħtieġ li l-ftehim ikun fih ukoll il-klawżoli kollha meħtieġa biex jiġu ssalvagwardjati l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.
(29)  L-Aġenzija Spazjali Ewropea hija organizzazzjoni internazzjonali b'għarfien espert estensiv fil-qasam spazjali u li ntrabtet bi Ftehim Qafas mal-Komunità Ewropea fl-2004. Għalhekk, hija sħab importanti fl-implimentazzjoni tal-Programm, li magħha jenħtieġ li tiġi stabbilita kwalunkwe relazzjoni xierqa. F'dan ir-rigward, u b'konformità mar-Regolament Finanzjarju, huwa importanti li jiġi konkluż ftehim qafas ta' sħubija finanzjarja mal-Aġenzija Spazjali Ewropea li jirregola r-relazzjonijiet finanzjarji kollha bejn il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-Aġenzija Spazjali Ewropea u li jiżgura l-konsistenza u l-konformità tagħhom mal-Ftehim Qafas mal-Aġenzija Spazjali Ewropea, b'mod partikolari mal-Artikolu 5 tiegħu. Peress li l-Aġenzija Spazjali Ewropea mhijiex korp tal-Unjoni u mhijiex soġġetta għad-dritt tal-Unjoni, huwa essenzjali li tali ftehim jinkludi rekwiżiti xierqa fir-rigward tar-regoli operazzjonali fl-Aġenzija Spazjali Ewropea, sabiex jiġu protetti l-interessi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha. Jenħtieġ li l-ftehim ikun fih ukoll il-klawżoli kollha meħtieġa biex jiġu ssalvagwardjati l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 31
(31)  Sabiex ir-rappreżentazzjoni tal-utenti tiġi inkorporata b'mod strutturali fil-governanza ta' GOVSATCOM u sabiex il-ħtiġijiet u r-rekwiżiti tal-utenti jiġu aggregati tul il-konfini nazzjonali u ċivili-militari, jenħtieġ li l-entitajiet rilevanti tal-Unjoni b'rabtiet iktar mill-qrib mal-utenti, bħall-Aġenzija Ewropea għad-Difiża, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi, il-Kapaċità Militari ta' Ppjanar u ta' Kondotta/il-Kapaċità Ċivili ta' Ppjanar u ta' Kondotta u ċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni għal Rispons ta' Emerġenza ikollhom rwoli ta' koordinazzjoni għal gruppi speċifiċi ta' utenti. F'livell aggregat, jenħtieġ li l-Aġenzija u l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża rispettivament jirrappreżentaw il-komunitajiet tal-utenti ċivili u militari u jistgħu jimmonitorjaw l-użu operazzjonali, id-domanda, il-konformità mar-rekwiżiti u l-ħtiġijiet u r-rekwiżiti li qed jevolvu.
(31)  Sabiex ir-rappreżentanza tal-utenti tiġi inkorporata b'mod strutturali fil-governanza ta' GOVSATCOM u sabiex il-ħtiġijiet u r-rekwiżiti tal-utenti jiġu aggregati tul il-konfini nazzjonali u ċivili, jenħtieġ li l-entitajiet rilevanti tal-Unjoni b'rabtiet iktar mill-qrib mal-utenti, bħall-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi, il-Kapaċità Ċivili ta' Ppjanar u ta' Kondotta u ċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni għal Rispons ta' Emerġenza ikollhom rwoli ta' koordinazzjoni għal gruppi speċifiċi ta' utenti. F'livell aggregat, jenħtieġ li l-Aġenzija tirrappreżenta l-komunità tal-utenti u tista' timmonitorja l-użu operazzjonali, id-domanda, il-konformità mar-rekwiżiti u l-ħtiġijiet u r-rekwiżiti li qed jevolvu.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 36
(36)  Sabiex tiġi żgurata ċ-ċirkolazzjoni sigura tal-informazzjoni, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli xierqa biex ikun hemm l-ekwivalenza tar-regoli dwar is-sigurtà għall-entitajiet pubbliċi u privati differenti, kif ukoll għall-persuni fiżiċi, involuti fl-implimentazzjoni tal-Programm.
(36)  Sabiex tiġi żgurata ċ-ċirkolazzjoni sigura tal-informazzjoni, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli xierqa biex ikun hemm l-ekwivalenza tar-regoli dwar is-sigurtà għall-entitajiet pubbliċi u privati differenti, kif ukoll għall-persuni fiżiċi, involuti fl-implimentazzjoni tal-Programm, bl-istabbiliment ta' diversi livelli ta' aċċess għal informazzjoni u, b'mod impliċitu, is-sigurtà tal-aċċess għall-informazzjoni.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 36a (ġdida)
(36a)  Iċ-ċibersigurtà tal-infrastrutturi spazjali Ewropej, kemm tal-art kif ukoll tal-ispazju, hija ewlenija biex tiżgura l-kontinwità tal-operat tas-sistemi u l-kapaċità effettiva tagħhom biex iwettqu l-kompiti b'mod kontinwu u biex jipprovdu s-servizzi meħtieġa.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 38
(38)  Għadd dejjem jikber ta' setturi ekonomiċi ewlenin, b'mod partikolari t-trasport, it-telekomunikazzjoni, l-agrikoltura u l-enerġija, kulma jmur qed jużaw is-sistemi tan-navigazzjoni bis-satellita, biex ma nsemmux is-sinerġiji ma' attivitajiet marbuta mas-sigurtà u mad-difiża tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha. Għalhekk, jenħtieġ li l-kontroll sħiħ tan-navigazzjoni bis-satellita jiggarantixxi l-indipendenza teknoloġika tal-Unjoni, inkluż iktar fit-tul għall-komponenti tat-tagħmir infrastrutturali, u jiżgura l-awtonomija strateġika tagħha.
(38)  Għadd dejjem akbar ta' setturi ekonomiċi ewlenin, b'mod partikolari t-trasport, it-telekomunikazzjonijiet, l-agrikoltura u l-enerġija, qegħdin jużaw dejjem aktar is-sistemi ta' navigazzjoni bis-satellita. In-navigazzjoni bis-satellita taqdi wkoll rwol fil-kuntest tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha. Għalhekk, jenħtieġ li l-kontroll sħiħ tan-navigazzjoni bis-satellita jiggarantixxi l-indipendenza teknoloġika tal-Unjoni, inkluż fuq terminu twil għall-komponenti tat-tagħmir infrastrutturali, u jiżgura l-awtonomija strateġika tagħha.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Premessa 40
(40)  L-għan ta' EGNOS huwa li ttejjeb il-kwalità tas-sinjali miftuħa mis-sistemi globali eżistenti tan-navigazzjoni bis-satellita, b'mod partikolari dawk li jiġu emessi mis-sistema Galileo. Jenħtieġ li s-servizzi pprovduti minn EGNOS ikopru, bħala prijorità, it-territorji tal-Istati Membri li jinsabu ġeografikament fl-Ewropa, inklużi għal dan l-iskop l-Azores, il-Gżejjer Kanarji u l-Madeira, bl-għan li jkopru dawk it-territorji sal-aħħar tal-2025. Soġġett għall-fattibbiltà teknika u, għas-sikurezza tal-ħajja, abbażi ta' ftehimiet internazzjonali, il-kopertura ġeografika tas-servizzi pprovduti minn EGNOS tista' tiġi estiża għal reġjuni oħra tad-dinja. Mingħajr preġudizzju għar-Regolament [2018/XXXX] [ir-Regolament dwar l-EASA] u għall-monitoraġġ meħtieġ tal-kwalità tas-servizz ta' Galileo għal skopijiet tal-avjazzjoni, jenħtieġ li jiġi nnutat li filwaqt li s-sinjali emessi minn Galileo jistgħu jintużaw effettivament biex jiffaċilitaw il-pożizzjonament tal-inġenji tal-ajru, is-sistemi ta' awmentazzjoni lokali jew reġjonali biss bħall-EGNOS fl-Ewropa jistgħu jikkostitwixxu servizzi ta' ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru (ANS).
(40)  L-għan ta' EGNOS huwa li ttejjeb il-kwalità tas-sinjali miftuħa mis-sistemi globali eżistenti tan-navigazzjoni bis-satellita, b'mod partikolari dawk li jiġu emessi mis-sistema Galileo. Jenħtieġ li s-servizzi pprovduti minn EGNOS ikopru, bħala prijorità, it-territorji tal-Istati Membri li jinsabu ġeografikament fl-Ewropa, inklużi għal dan l-iskop l-Azores, il-Gżejjer Kanarji u l-Madeira, bl-għan li jkopru dawk it-territorji sal-aħħar tal-2025. Soġġett għall-fattibbiltà teknika u, għas-sikurezza tal-ħajja, abbażi ta' ftehimiet internazzjonali, il-kopertura ġeografika tas-servizzi pprovduti minn EGNOS tista' tiġi estiża għal reġjuni oħra tad-dinja. Mingħajr preġudizzju għar-Regolament  (UE) 2018/1139 tal-Parlament u tal-Kunsill1a u għall-monitoraġġ meħtieġ tal-kwalità tas-servizz ta' Galileo u s-sikurezza tal-prestazzjoni għal skopijiet tal-avjazzjoni, jenħtieġ li jiġi nnutat li filwaqt li s-sinjali emessi minn Galileo jistgħu jintużaw effettivament biex jiffaċilitaw il-pożizzjonament tal-inġenji tal-ajru, is-sistemi ta' awmentazzjoni lokali jew reġjonali biss bħall-EGNOS fl-Ewropa jistgħu jikkostitwixxu servizzi ta' ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru (ANS).
_________________
1a Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91, (ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1).
Emenda 26
Proposta għal regolament
Premessa 40a (ġdida)
(40a)   L-EGNOS tista' tgħin lill-agrikoltura ta' preċiżjoni u tgħin lill-bdiewa Ewropej jeliminaw l-iskart, inaqqsu l-użu sproporzjonat ta' fertilizzanti u erbiċidi u jottimizzaw ir-rendiment tal-għelejjel. L-EGNOS diġà għandha "komunità tal-utenti" importanti, iżda l-għadd ta' makkinarji tal-biedja kompatibbli mat-teknoloġija tan-navigazzjoni huwa aktar limitat. Din il-kwistjoni jenħtieġ li tiġi indirizzata.
Emenda 27
Proposta għal regolament
Premessa 41
(41)  Huwa importanti li jiġu żgurati l-kontinwità, is-sostenibbiltà u d-disponibbiltà fil-ġejjieni tas-servizzi pprovduti bis-sistemi ta' Galileo u ta' EGNOS. F'ambjent li qed jinbidel u f'suq li qed jiżviluppa b'mod rapidu, jenħtieġ li l-iżvilupp tagħhom ikompli u jenħtieġ li jitħejjew ġenerazzjonijiet ġodda ta' dawn is-sistemi.
(41)  Huwa importanti li jiġu żgurati l-kontinwità, is-sostenibbiltà, is-sigurtà, l-affidabilità, il-preċiżjoni u d-disponibbiltà fil-ġejjieni tas-servizzi pprovduti bis-sistemi ta' Galileo u ta' EGNOS. F'ambjent li qed jinbidel u f'suq li qed jiżviluppa b'mod rapidu, jenħtieġ li l-iżvilupp tagħhom ikompli u jenħtieġ li jitħejjew ġenerazzjonijiet ġodda ta' dawn is-sistemi.
Emenda 28
Proposta għal regolament
Premessa 44a (ġdida)
(44a)    Bil-għan li jingħata appoġġ għall-isfruttament tas-servizzi pprovduti minn Galileo u EGNOS u biex jingħata appoġġ lis-servizzi downstream, b'mod partikolari fis-settur tat-trasport, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jiżvilupp standards u ċertifikazzjonijiet komuni fil-livell internazzjonali. 
Emenda 29
Proposta għal regolament
Premessa 45
(45)  Fid-dawl tal-importanza għal Galileo u għal EGNOS tal-infrastruttura tal-art tagħhom u tal-impatt tagħha fuq is-sigurtà tagħhom, jenħtieġ li tkun il-Kummissjoni li tistabbilixxi l-post fejn tinsab l-infrastruttura. Jenħtieġ li l-varar tal-infrastruttura tal-art tas-sistemi jkompli biex isegwi proċess miftuħ u trasparenti.
imħassar
Emenda 30
Proposta għal regolament
Premessa 46
(46)  Sabiex jiġu mmassimizzati l-benefiċċji soċjoekonomiċi ta' Galileo u ta' EGNOS, b'mod partikolari fil-qasam tas-sigurtà, jenħtieġ li l-użu tas-servizzi pprovduti minn EGNOS u minn Galileo f'politiki oħra tal-Unjoni jiġi promoss fejn dan ikun iġġustifikat u ta' benefiċċju.
(46)  Sabiex jiġu mmassimizzati l-benefiċċji soċjoekonomiċi ta' Galileo u ta' EGNOS, b'mod partikolari fil-qasam tas-sigurtà, jenħtieġ li l-użu tas-servizzi pprovduti minn EGNOS u minn Galileo f'politiki oħra tal-Unjoni jiġi integrat fejn dan ikun possibli. Il-miżuri li jinkoraġġixxu l-użu ta' dawk is-servizzi fl-Istati Membri kollha huma wkoll pass importanti fil-proċess.
Emenda 31
Proposta għal regolament
Premessa 47
(47)  Jenħtieġ li Copernicus jiżgura aċċess awtonomu għall-għarfien ambjentali u għat-teknoloġiji ewlenin għas-servizzi tal-osservazzjoni tad-dinja u tal-ġeoinformazzjoni, sabiex b'hekk l-Unjoni tkun tista' tikseb teħid tad-deċiżjonijiet u azzjonijiet indipendenti fl-oqsma tal-ambjent, tat-tibdil fil-klima, tal-protezzjoni ċivili, tas-sigurtà, kif ukoll tal-ekonomija diġitali, fost oħrajn.
(47)  Jenħtieġ li Copernicus jiżgura aċċess awtonomu għall-għarfien ambjentali u għat-teknoloġiji ewlenin għas-servizzi tal-osservazzjoni tad-dinja u tal-ġeoinformazzjoni, sabiex b'hekk l-Unjoni tkun tista' tikseb teħid tad-deċiżjonijiet u azzjonijiet indipendenti fl-oqsma tal-ambjent, inklużi tal-agrikoltura, tal-bijodiversità, tal-użu tal-art, tal-forestrija, tal-iżvilupp rurali u tas-sajd, tat-tibdil fil-klima, tas-siti ta' wirt kulturali, tal-protezzjoni ċivili, tas-sigurtà, inkluż tal-infrastrutturi, kif ukoll tal-ekonomija diġitali, fost oħrajn.
Emenda 32
Proposta għal regolament
Premessa 48
(48)  Jenħtieġ li Copernicus jiżgura u jkompli jibni fuq il-kontinwità mal-attivitajiet u mal-kisbiet fil-qafas tar-Regolament (UE) Nru 377/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill17 li jistabbilixxi l-programm tal-Unjoni ta' osservazzjoni u ta' monitoraġġ tad-dinja (Copernicus) kif ukoll tar-Regolament (UE) Nru 911/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programm Ewropew ta' monitoraġġ tad-dinja (GMES) u l-operazzjonijiet inizjali tiegħu18 li jistabbilixxi l-programm predeċessur tal-Monitoraġġ Globali għall-Ambjent u għas-Sigurtà (GMES) u r-regoli għall-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet inizjali tiegħu, filwaqt li jitqiesu x-xejriet reċenti fir-riċerka, fl-avvanzi teknoloġiċi u fl-innovazzjonijiet li jkollhom impatt fuq il-qasam tal-osservazzjoni tad-dinja, kif ukoll l-iżviluppi fl-analitika tal-big data u fl-Intelliġenza Artifiċjali, u l-istrateġiji u l-inizjattivi relatati fil-livell tal-Unjoni19. Kemm jista' jkun, jenħtieġ li juża wkoll il-kapaċitajiet għall-osservazzjonijiet spazjali tal-Istati Membri, tal-Aġenzija Spazjali Ewropea u ta' EUMETSAT20, kif ukoll ta' entitajiet oħra, inklużi l-inizjattivi kummerċjali fl-Ewropa, u b'hekk jagħti kontribut ukoll għall-iżvilupp ta' settur spazjali kummerċjali vijabbli fl-Ewropa. Fejn ikun fattibbli u xieraq, jenħtieġ li juża wkoll id-data fil-post u anċillari disponibbli pprovduta b'mod prinċipali mill-Istati Membri b'konformità mad-Direttiva 2007/2/KE21. Jenħtieġ li l-Kummissjoni taħdem flimkien mal-Istati Membri u mal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent biex tiżgura aċċess u użu effiċjenti tas-settijiet tad-data fil-post għal Copernicus.
(48)  Il-kapaċitajiet eżistenti jenħtieġ li jiġu żviluppati aktar u jenħtieġ li jiġu kkomplementati b'assi ġodda li jistgħu jiġu żviluppati b'mod konġunt fost l-entitajiet responsabbli. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni jenħtieġ li taħdem mill-qrib mal-Aġenzija Spazjali Ewropea, l-Istati Membri u, fejn applikabbli, entitajiet oħra proprjetarji ta' spazju rilevanti u assi in situ. Jenħtieġ li Copernicus jiżgura u jkompli jibni fuq il-kontinwità mal-attivitajiet u mal-kisbiet fil-qafas tar-Regolament (UE) Nru 377/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill17 li jistabbilixxi l-programm tal-Unjoni ta' osservazzjoni u ta' monitoraġġ tad-dinja (Copernicus) kif ukoll tar-Regolament (UE) Nru 911/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programm Ewropew ta' monitoraġġ tad-dinja (GMES) u l-operazzjonijiet inizjali tiegħu18 li jistabbilixxi l-programm predeċessur tal-Monitoraġġ Globali għall-Ambjent u għas-Sigurtà (GMES) u r-regoli għall-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet inizjali tiegħu, filwaqt li jitqiesu x-xejriet reċenti fir-riċerka, fl-avvanzi teknoloġiċi u fl-innovazzjonijiet li jkollhom impatt fuq il-qasam tal-osservazzjoni tad-dinja, kif ukoll l-iżviluppi fl-analitika tal-big data u fl-Intelliġenza Artifiċjali, u l-istrateġiji u l-inizjattivi relatati fil-livell tal-Unjoni19. Kemm jista' jkun, jenħtieġ li juża wkoll il-kapaċitajiet għall-osservazzjonijiet spazjali tal-Istati Membri, tal-Aġenzija Spazjali Ewropea u ta' EUMETSAT20, kif ukoll ta' entitajiet oħra, inklużi l-inizjattivi kummerċjali fl-Ewropa, u b'hekk jagħti kontribut ukoll għall-iżvilupp ta' settur spazjali kummerċjali vijabbli fl-Ewropa. Fejn ikun fattibbli u xieraq, jenħtieġ li juża wkoll id-data in situ u anċillari disponibbli pprovduta b'mod prinċipali mill-Istati Membri b'konformità mad-Direttiva 2007/2/KE21. Jenħtieġ li l-Kummissjoni taħdem flimkien mal-Istati Membri u mal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent biex tiżgura aċċess u użu effiċjenti tas-settijiet tad-data in situ għal Copernicus.
__________________
__________________
17 Ir-Regolament (UE) Nru 377/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-Programm Copernicus u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 911/2010 (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 44).
17 Ir-Regolament (UE) Nru 377/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-Programm Copernicus u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 911/2010 (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 44).
18 Ir-Regolament (UE) Nru 911/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 dwar il-programm Ewropew ta' monitoraġġ tad-dinja (GMES) u l-operazzjonijiet inizjali tiegħu (2011-2013)(ĠU L 276, 20.10.2010, p. 1).
18 Ir-Regolament (UE) Nru 911/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 dwar il-programm Ewropew ta' monitoraġġ tad-dinja (GMES) u l-operazzjonijiet inizjali tiegħu (2011-2013)(ĠU L 276, 20.10.2010, p. 1).
19 Il-Komunikazzjoni "L-Intelliġenza Artifiċjali għall-Ewropa" (COM(2018)0237), il-Komunikazzjoni "Għal spazju tad-data komuni Ewropew" (COM(2018)0232), il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-Impriża Konġunta Ewropea tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja (COM(2018)0008).
19 Il-Komunikazzjoni "L-Intelliġenza Artifiċjali għall-Ewropa" (COM(2018)0237), il-Komunikazzjoni "Għal spazju tad-data komuni Ewropew" (COM(2018)0232), il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-Impriża Konġunta Ewropea tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja (COM(2018)0008).
20 L-Organizzazzjoni Ewropea għall-Esplojtazzjoni tas-Satelliti Meteoroloġiċi
20 L-Organizzazzjoni Ewropea għall-Esplojtazzjoni tas-Satelliti Meteoroloġiċi
21 Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire).
21 Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire).
Emenda 33
Proposta għal regolament
Premessa 49a (ġdida)
(49a)  Il-potenzjal sħiħ ta' Copernicus għas-soċjetà u l-ekonomija tal-Unjoni jenħtieġ li jiġi sfruttat kompletament lil hinn mill-benefiċjarji diretti billi jiġu intensifikati l-miżuri tal-użu min-naħa tal-utenti, li jirrikjedi azzjoni ulterjuri sabiex id-data tkun tista' tintuża minn persuni mhux speċjalisti u b'hekk jiġu stimolati t-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u t-trasferimenti tal-għarfien;
Emenda 34
Proposta għal regolament
Premessa 52
(52)  Fir-rigward tal-akkwiżizzjoni tad-data, jenħtieġ li l-attivitajiet fil-qafas ta' Copernicus ikollhom l-għan li jlestu u jżommu l-infrastrutturi spazjali eżistenti, iħejju s-sostituzzjoni fit-tul tas-satelliti fi tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, kif ukoll jagħtu bidu għal missjonijiet ġodda li jindirizzaw sistemi ġodda ta' osservazzjoni biex jingħata sostenn għall-issodisfar tal-isfida tat-tibdil fil-klima globali (eż. il-monitoraġġ tal-emissjonijiet antropoġeniċi ta' CO2 u ta' emissjonijiet oħra tal-gassijiet b'effett ta' serra). Jenħtieġ li l-attivitajiet fil-qafas ta' Copernicus jespandu l-kopertura globali tal-monitoraġġ fuq ir-reġjuni polari u jagħtu sostenn għall-assigurazzjoni tal-konformità ambjentali, għall-monitoraġġ u għar-rapportar ambjentali statutorji, u għall-applikazzjonijiet ambjentali innovattivi (eż. għall-monitoraġġ tal-għelejjel, għall-ġestjoni tal-ilma u għall-monitoraġġ imtejjeb tan-nirien). B'dan il-mod, jenħtieġ li Copernicus jingrana u jieħu vantaġġ massimu mill-investimenti li jkunu saru fil-qafas tal-perjodu ta' finanzjament preċedenti (2014-2020), filwaqt li jesplora mudelli operazzjonali u ta' negozju ġodda biex jikkumplementaw b'mod ulterjuri l-kapaċitajiet ta' Copernicus. Jenħtieġ ukoll li Copernicus jissejjes fuq sħubijiet ta' suċċess mal-Istati Membri biex ikompli jiżviluppa d-dimensjoni tas-sigurtà tiegħu fil-qafas ta' mekkaniżmi xierqa ta' governanza, sabiex iwieġeb għall-ħtiġijiet tal-utenti li qed jevolvu.
(52)  Fir-rigward tal-akkwiżizzjoni tad-data, jenħtieġ li l-attivitajiet fil-qafas ta' Copernicus ikollhom l-għan li jlestu u jżommu l-infrastrutturi spazjali eżistenti, iħejju s-sostituzzjoni fit-tul tas-satelliti fi tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, kif ukoll jagħtu bidu għal missjonijiet ġodda, li l-fattibbiltà tagħhom bħalissa qiegħda tiġi esplorata mill-Aġenzija Spazjali Ewropea, li jindirizzaw sistemi ġodda ta' osservazzjoni biex jingħata sostenn għall-issodisfar tal-isfida tat-tibdil fil-klima globali (eż. il-monitoraġġ tal-emissjonijiet antropoġeniċi ta' CO2 u ta' emissjonijiet oħra tal-gassijiet b'effett ta' serra). Jenħtieġ li l-attivitajiet fil-qafas ta' Copernicus jespandu l-kopertura globali tal-monitoraġġ fuq ir-reġjuni polari u jagħtu sostenn għall-assigurazzjoni tal-konformità ambjentali, għall-monitoraġġ u għar-rapportar ambjentali statutorji, u għall-applikazzjonijiet ambjentali innovattivi (eż. għall-monitoraġġ tal-għelejjel, għall-ġestjoni tal-ilma u għall-monitoraġġ imtejjeb tan-nirien). B'dan il-mod, jenħtieġ li Copernicus jingrana u jieħu vantaġġ massimu mill-investimenti li jkunu saru fil-qafas tal-perjodu ta' finanzjament preċedenti (2014-2020), filwaqt li jesplora mudelli operazzjonali u ta' negozju ġodda biex jikkumplementaw b'mod ulterjuri l-kapaċitajiet ta' Copernicus. Jenħtieġ ukoll li Copernicus jissejjes fuq sħubijiet ta' suċċess mal-Istati Membri biex ikompli jiżviluppa d-dimensjoni tas-sigurtà tiegħu fil-qafas ta' mekkaniżmi xierqa ta' governanza, sabiex iwieġeb għall-ħtiġijiet tal-utenti li qed jevolvu.
Emenda 35
Proposta għal regolament
Premessa 53
(53)  Bħala parti mill-funzjoni tal-ipproċessar tad-data u tal-informazzjoni, jenħtieġ li Copernicus jiżgura s-sostenibbiltà fit-tul u l-iżvilupp ulterjuri tas-servizzi ewlenin ta' Copernicus, filwaqt li jipprovdi l-informazzjoni sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tas-settur pubbliku u dawk li jirriżultaw mill-impenji internazzjonali tal-Unjoni, u sabiex jiġu mmassimizzati l-opportunitajiet għal esplojtazzjoni kummerċjali. B'mod partikolari, jenħtieġ li Copernicus iwassal informazzjoni dwar l-istat tal-atmosfera fuq skala lokali, nazzjonali, Ewropea u globali; informazzjoni dwar l-istat tal-oċeani; informazzjoni b'sostenn għall-monitoraġġ tal-art li jappoġġa l-implimentazzjoni ta' politiki lokali, nazzjonali u tal-Unjoni; informazzjoni b'sostenn għall-adattament għat-tibdil fil-klima u għall-mitigazzjoni tiegħu; informazzjoni ġeospazjali b'sostenn għall-ġestjoni tal-emerġenzi, inkluż permezz ta' attivitajiet ta' prevenzjoni, għall-assigurazzjoni tal-konformità ambjentali, kif ukoll għas-sigurtà ċivili inkluż is-sostenn għall-azzjoni esterna tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tidentifika arranġamenti kuntrattwali xierqa favur is-sostenibbiltà tal-forniment tas-servizzi.
(53)  Bħala parti mill-funzjoni tal-ipproċessar tad-data u tal-informazzjoni, jenħtieġ li Copernicus jiżgura s-sostenibbiltà fit-tul u l-iżvilupp ulterjuri tas-servizzi ewlenin ta' Copernicus, filwaqt li jipprovdi l-informazzjoni sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tas-settur pubbliku u dawk li jirriżultaw mill-impenji internazzjonali tal-Unjoni, u sabiex jiġu mmassimizzati l-opportunitajiet għal esplojtazzjoni kummerċjali. B'mod partikolari, jenħtieġ li Copernicus iwassal informazzjoni dwar l-istat tal-atmosfera fuq skala lokali, nazzjonali, Ewropea u globali, inkluża dwar il-kwalità tal-arja; informazzjoni dwar l-istat tal-oċeani; informazzjoni b'sostenn għall-monitoraġġ tal-art li jappoġġa l-implimentazzjoni ta' politiki lokali, nazzjonali u tal-Unjoni; informazzjoni b'sostenn għall-adattament għat-tibdil fil-klima u għall-mitigazzjoni tiegħu; informazzjoni ġeospazjali b'sostenn għall-ġestjoni tal-emerġenzi, inkluż permezz ta' attivitajiet ta' prevenzjoni, għall-assigurazzjoni tal-konformità ambjentali, kif ukoll għas-sigurtà ċivili inkluż is-sostenn għall-azzjoni esterna tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tidentifika arranġamenti kuntrattwali xierqa favur is-sostenibbiltà tal-forniment tas-servizzi.
Emenda 36
Proposta għal regolament
Premessa 54a (ġdida)
(54a)  F'dan il-kuntest, sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' Copernicus fuq bażi sostenibbli, jista' jiġi stabbilit kumitat (is-sottokumitat Copernicus) biex jassisti lill-Kummissjoni fl-iżgurar tal-koordinazzjoni tal-kontributi lil Copernicus mill-Unjoni, il-fora tal-utenti, l-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet intergovernattivi kif ukoll is-settur privat, billi jagħmel l-aħjar użu tal-kapaċitajiet eżistenti u jidentifika lakuni li għandhom jiġu indirizzati fil-livell tal-Unjoni.
Emenda 37
Proposta għal regolament
Premessa 55
(55)  L-implimentazzjoni tas-servizzi ta' Copernicus jenħtieġ li tiffaċilita l-użu pubbliku tas-servizzi peress li l-utenti jkunu jistgħu jantiċipaw id-disponibbiltà u l-evoluzzjoni tas-servizzi kif ukoll il-kooperazzjoni mal-Istati Membri u ma' partijiet oħra. Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-entitajiet inkarigati tagħha li jipprovdu s-servizzi jinvolvu ruħhom mill-qrib ma' komunitajiet tal-utenti differenti mill-Ewropa kollha fl-iżvilupp ulterjuri tal-portafoll tas-servizzi u tal-informazzjoni ta' Copernicus sabiex jiżguraw li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta' politika u dawk tas-settur pubbliku li qed jevolvu u għaldaqstant ikun jista' jiġi mmassimizzat l-użu tad-data tal-osservazzjoni tad-dinja. Jenħtieġ li l-Kummissjoni taħdem flimkien mal-Istati Membri biex jiġi żviluppat il-komponent fil-post ta' Copernicus u biex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni tas-settijiet tad-data fil-post mas-settijiet tad-data spazjali għas-servizzi aġġornati ta' Copernicus.
(55)  L-implimentazzjoni tas-servizzi ta' Copernicus jenħtieġ li tiffaċilita l-użu pubbliku tas-servizzi peress li l-utenti jkunu jistgħu jantiċipaw id-disponibbiltà u l-evoluzzjoni tas-servizzi kif ukoll il-kooperazzjoni mal-Istati Membri u ma' partijiet oħra. Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-Aġenzija u l-entitajiet inkarigati minn Copernicus jinvolvu ruħhom mill-qrib ma' komunitajiet tal-utenti differenti mill-Ewropa kollha fl-iżvilupp ulterjuri tal-portafoll tas-servizzi u tal-informazzjoni ta' Copernicus sabiex jiżguraw li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta' politika u dawk tas-settur pubbliku li qed jevolvu u għaldaqstant ikun jista' jiġi mmassimizzat l-użu tad-data tal-osservazzjoni tad-dinja fl-interess taċ-ċittadini Ewropej. Jenħtieġ li l-Kummissjoni taħdem flimkien mal-Istati Membri biex jiġi żviluppat il-komponent fil-post ta' Copernicus u biex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni tas-settijiet tad-data fil-post mas-settijiet tad-data spazjali għas-servizzi aġġornati ta' Copernicus.
Emenda 38
Proposta għal regolament
Premessa 56a (ġdida)
(56a)  L-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-entitajiet responsabbli jenħtieġ li perjodikament imexxu l-kampanji ta' informazzjoni ta' Copernicus dwar il-benefiċċji tal-programm, fejn jagħtu aċċess għall-informazzjoni u d-data rilevanti lill-utenti potenzjali kollha.
Emenda 39
Proposta għal regolament
Premessa 57a (ġdida)
(57a)  Is-servizzi tat-Tibdil fil-Klima ta' Copernicus, għalkemm għadhom f'fażi preoperattiva, diġà mexjin fid-direzzjoni t-tajba peress li l-għadd ta' utenti rdoppja bejn l-2015 u l-2016. Is-servizzi kollha tat-Tibdil fil-Klima jenħtieġ li jibdew joperaw bis-sħiħ mill-aktar fis possibbli u b'hekk jipprovdu l-fluss kontinwu tad-data meħtieġa għal azzjonijiet effettivi ta' mitigazzjoni u ta' adattament għat-tibdil fil-klima;
Emenda 40
Proposta għal regolament
Premessa 59
(59)  Sabiex jippromwovu u jiffaċilitaw l-użu tad-data u tat-teknoloġiji tal-osservazzjoni tad-dinja mill-awtoritajiet lokali, mill-impriżi żgħar u ta' daqs medju, mix-xjentisti u mir-riċerkaturi, jenħtieġ li permezz ta' attivitajiet tal-użu mill-utenti, jiġu promossi netwerks iddedikati għad-distribuzzjoni tad-data ta' Copernicus, li jinkludu l-korpi nazzjonali u reġjonali. Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jagħmlu l-almu tagħhom biex jistabbilixxu rabtiet iktar mill-qrib bejn Copernicus u l-politiki nazzjonali u tal-Unjoni sabiex jagħtu spinta lid-domanda għall-applikazzjonijiet u għas-servizzi kummerċjali u jippermettu lill-impriżi, b'mod partikolari l-impriżi żgħar u ta' daqs medju u n-negozji ġodda, jiżviluppaw applikazzjonijiet ibbażati fuq id-data u l-informazzjoni ta' Copernicus, bl-għan li fl-Ewropa tiġi żviluppata ekosistema tad-data tal-osservazzjoni tad-dinja li tkun kompetittiva.
(59)  Sabiex jippromwovu u jiffaċilitaw l-użu tad-data u tat-teknoloġiji tal-osservazzjoni tad-dinja mill-awtoritajiet lokali u reġjonali, mill-impriżi żgħar u ta' daqs medju, mix-xjentisti u mir-riċerkaturi, jenħtieġ li permezz ta' attivitajiet tal-użu mill-utenti, jiġu promossi netwerks iddedikati għad-distribuzzjoni tad-data ta' Copernicus, li jinkludu l-korpi nazzjonali u reġjonali. Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jagħmlu l-almu tagħhom biex jistabbilixxu rabtiet iktar mill-qrib bejn Copernicus u l-politiki nazzjonali u tal-Unjoni sabiex jagħtu spinta lid-domanda għall-applikazzjonijiet u għas-servizzi kummerċjali u jippermettu lill-impriżi, b'mod partikolari l-impriżi żgħar u ta' daqs medju u n-negozji ġodda, jiżviluppaw applikazzjonijiet ibbażati fuq id-data u l-informazzjoni ta' Copernicus, bl-għan li fl-Ewropa tiġi żviluppata ekosistema tad-data tal-osservazzjoni tad-dinja li tkun kompetittiva.
Emenda 41
Proposta għal regolament
Premessa 59a (ġdida)
(59a)   Minħabba l-potenzjal kbir tal-immaġni satellitari għall-ġestjoni tar-riżorsi sostenibbli u effiċjenti, li tipprovdi informazzjoni affidabbli u f'waqtha, pereżempju, dwar il-kundizzjonijiet tal-għelejjel u tal-ħamrija, dak is-servizz jenħtieġ li jittejjeb aktar biex jissodisfa l-ħtiġijiet tal-utent finali u jiżgura l-kollegament tad-data.
Emenda 42
Proposta għal regolament
Premessa 62
(62)  Wara t-talbiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-Unjoni stabbiliet qafas għall-appoġġ tas-sorveljanza u l-insegwiment fl-ispazju (SST) permezz tad-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li tistabbilixxi Qafas għall-Appoġġ tas-Sorveljanza u l-Insegwiment fl-Ispazju24. It-tifrik spazjali sar theddida serja għas-sigurtà, għas-sikurezza u għas-sostenibbiltà tal-attivitajiet spazjali. Għalhekk, l-SST huwa primordjali sabiex tiġi kkonservata l-kontinwità tal-komponenti tal-Programm u tal-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-politiki tal-Unjoni. Billi jipprova jipprevjeni l-proliferazzjoni tat-tifrik spazjali, l-SST jagħti kontribut għall-iżgurar ta' aċċess sostenibbli u garantit għall-ispazju u għall-użu tiegħu, bħala ġid komuni globali.
(62)  Wara t-talbiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-Unjoni stabbiliet qafas għall-appoġġ tas-sorveljanza u l-insegwiment fl-ispazju (SST) permezz tad-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24. It-tifrik spazjali sar theddida serja għas-sigurtà, għas-sikurezza u għas-sostenibbiltà tal-attivitajiet spazjali. Għalhekk, l-SST huwa primordjali sabiex tiġi kkonservata l-kontinwità tal-komponenti tal-Programm u tal-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-politiki tal-Unjoni. Billi jipprova jipprevjeni l-proliferazzjoni tat-tifrik spazjali, l-SST jagħti kontribut għall-iżgurar ta' aċċess sostenibbli u garantit għall-ispazju u għall-użu tiegħu, bħala ġid komuni globali. L-SST huwa maħsub ukoll biex jiffaċilita t-tħejjija ta' proġetti Ewropej ta' "tindif" tal-orbita madwar id-dinja.
__________________
__________________
24 ĠU L 158, 27.5.2014, p. 227.
24 Id-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li tistabbilixxi Qafas għall-Appoġġ tas-Sorveljanza u l-Insegwiment fl-Ispazju (ĠU L 158, 27.5.2014, p. 227).
Emenda 43
Proposta għal regolament
Premessa 63
(63)  Jenħtieġ li l-SST ikompli jiżviluppa l-prestazzjoni u l-awtonomija tal-kapaċitajiet tal-SST. Għal dan l-għan, jenħtieġ li jwassal għall-istabbiliment ta' katalogu Ewropew awtonomu tal-oġġetti spazjali, imsejjes fuq id-data min-netwerk ta' sensuri tal-SST. Jenħtieġ ukoll li l-SST ikompli jagħti sostenn għat-tħaddim u għat-twassil tas-servizzi tal-SST. Peress li l-SST huwa sistema ffokata fuq l-utenti, jenħtieġ li jkun hemm fis-seħħ mekkaniżmi xierqa għall-ġbir tar-rekwiżiti tal-utenti, inklużi dawk marbuta mas-sigurtà.
(63)  Jenħtieġ li l-SST ikompli jiżviluppa l-prestazzjoni u l-awtonomija tal-kapaċitajiet tal-SST. Għal dan l-għan, jenħtieġ li jwassal għall-istabbiliment ta' katalogu Ewropew awtonomu tal-oġġetti spazjali, imsejjes fuq id-data min-netwerk ta' sensuri tal-SST. Il-katalogu jista' jsegwi l-eżempju ta' nazzjonijiet oħra li jwettqu attivitajiet fl-ispazju u jagħmel xi ftit mid-data tiegħu disponibbli għal finijiet mhux kummerċjali u ta' riċerka. Jenħtieġ ukoll li l-SST ikompli jagħti sostenn għat-tħaddim u għat-twassil tas-servizzi tal-SST. Peress li l-SST huwa sistema ffokata fuq l-utenti, jenħtieġ li jkun hemm fis-seħħ mekkaniżmi xierqa għall-ġbir tar-rekwiżiti tal-utenti, inklużi dawk marbuta mas-sigurtà, u t-trażmissjoni ta' informazzjoni rilevanti lil u minn istituzzjonijiet pubbliċi biex tittejjeb l-effettività tas-sistema.
Emenda 44
Proposta għal regolament
Premessa 67
(67)  Barra minn hekk, jenħtieġ li l-SST ikun kumplementari għall-miżuri ta' mitigazzjoni eżistenti, bħal pereżempju l-Linji Gwida dwar il-Mitigazzjoni tat-Tifrik Spazjali tal-Kumitat dwar l-Użu Paċifiku tal-Ispazju (COPUOS) u l-Linji Gwida għas-Sostenibbiltà fit-Tul tal-Attivitajiet Spazjali lil Hinn mill-Atmosfera, jew inizjattivi oħra, sabiex jiġu żgurati s-sikurezza, is-sigurtà u s-sostenibbiltà tal-attivitajiet spazjali lil hinn mill-atmosfera. Bil-ħsieb li jitnaqqsu r-riskji ta' kolliżjoni, l-SST jista' wkoll ifittex sinerġiji ma' inizjattivi ta' tneħħija attiva u ma' miżuri ta' passivazzjoni tat-tifrik spazjali. Jenħtieġ li l-SST jagħti kontribut għall-iżgurar tal-użu u tal-esplorazzjoni tal-ispazju b'mod paċifiku lil hinn mill-atmosfera. Iż-żieda ta' attivitajiet spazjali jaf ikollha implikazzjoni fuq l-inizjattivi internazzjonali fil-qasam tal-ġestjoni tat-traffiku spazjali. Jenħtieġ li l-Unjoni timmonitorja dawk l-iżviluppi u tista' tqishom fil-kuntest tar-rieżami ta' nofs it-terminu tal-QFP attwali.
(67)  Barra minn hekk, jenħtieġ li l-SST ikun kumplementari għall-miżuri ta' mitigazzjoni eżistenti, bħal pereżempju l-Linji Gwida dwar il-Mitigazzjoni tat-Tifrik Spazjali tal-Kumitat dwar l-Użu Paċifiku tal-Ispazju (COPUOS) u l-Linji Gwida għas-Sostenibbiltà fit-Tul tal-Attivitajiet Spazjali lil Hinn mill-Atmosfera, jew inizjattivi oħra, sabiex jiġu żgurati s-sikurezza, is-sigurtà u s-sostenibbiltà tal-attivitajiet spazjali lil hinn mill-atmosfera. Bil-ħsieb li jitnaqqsu r-riskji ta' kolliżjoni, l-SST jista' wkoll ifittex sinerġiji ma' inizjattivi li għandhom l-għan li jippromwovu l-iżvilupp u l-użu ta' sistemi teknoloġiċi ddisinjati għat-tneħħija attiva tat-tifrik spazjali. Jenħtieġ li l-SST jagħti kontribut għall-iżgurar tal-użu u tal-esplorazzjoni tal-ispazju b'mod paċifiku lil hinn mill-atmosfera. Iż-żieda ta' attivitajiet spazjali jaf ikollha implikazzjoni fuq l-inizjattivi internazzjonali fil-qasam tal-ġestjoni tat-traffiku spazjali. Jenħtieġ li l-Unjoni timmonitorja dawk l-iżviluppi u tista' tqishom fil-kuntest tar-rieżami ta' nofs it-terminu tal-QFP attwali.
Emenda 45
Proposta għal regolament
Premessa 70
(70)  L-avvenimenti estremi u maġġuri tat-temp spazjali (SWE) jistgħu jheddu s-sikurezza taċ-ċittadini u jfixklu l-operazzjonijiet tal-infrastruttura spazjali u tal-art. Għalhekk, jenħtieġ li tiġi stabbilita funzjoni tat-temp spazjali bħala parti mill-Programm bl-għan li jiġu vvalutati r-riskji tat-temp spazjali u l-ħtiġijiet korrispondenti tal-utenti, titqajjem kuxjenza dwar ir-riskji tat-temp spazjali, jiġi żgurat it-twassil tas-servizzi tat-temp spazjali ffokati fuq l-utenti, u jittejbu l-kapaċitajiet tal-Istati Membri li jipproduċu servizz tat-temp spazjali. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħti prijorità lil dawk is-setturi li jridu jiġu pprovduti b'servizzi operazzjonali tat-temp spazjali filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-utenti, ir-riskji u l-istat ta' tħejjija teknoloġika. Fit-tul, jistgħu jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ta' setturi oħra. It-twassil ta' servizzi fil-livell tal-Unjoni skont il-ħtiġijiet tal-utenti jkun jirrikjedi attivitajiet ta' riċerka u ta' żvilupp immirati, ikkoordinati u kontinwi biex jagħtu sostenn għall-evoluzzjoni tas-servizzi tat-temp spazjali. Jenħtieġ li t-twassil ta' servizzi tat-temp spazjali jissejjes fuq il-kapaċitajiet eżistenti nazzjonali u tal-Unjoni u jippermetti l-parteċipazzjoni wiesgħa tal-Istati Membri u l-involviment tas-settur privat.
(70)  L-avvenimenti estremi u maġġuri tat-temp spazjali (SWE) jistgħu jheddu s-sikurezza taċ-ċittadini u jfixklu l-operazzjonijiet tal-infrastruttura spazjali u tal-art. Għalhekk, jenħtieġ li tiġi stabbilita funzjoni tat-temp spazjali bħala parti mill-Programm bl-għan li jiġu vvalutati r-riskji tat-temp spazjali u l-ħtiġijiet korrispondenti tal-utenti, titqajjem kuxjenza dwar ir-riskji tat-temp spazjali, jiġi żgurat it-twassil tas-servizzi tat-temp spazjali ffokati fuq l-utenti, u jittejbu l-kapaċitajiet tal-Istati Membri li jipproduċu servizz tat-temp spazjali. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħti prijorità lil dawk is-setturi li jridu jiġu pprovduti b'servizzi operazzjonali tat-temp spazjali filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-utenti, ir-riskji u l-istat ta' tħejjija teknoloġika. Fit-tul, jistgħu jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ta' setturi oħra. It-twassil ta' servizzi fil-livell tal-Unjoni skont il-ħtiġijiet tal-utenti jkun jirrikjedi attivitajiet ta' riċerka u ta' żvilupp immirati, ikkoordinati u kontinwi biex jagħtu sostenn għall-evoluzzjoni tas-servizzi tat-temp spazjali. Jenħtieġ li t-twassil ta' servizzi tat-temp spazjali jissejjes fuq il-kapaċitajiet eżistenti nazzjonali u tal-Unjoni u jippermetti l-parteċipazzjoni wiesgħa tal-Istati Membri, tal-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-involviment tas-settur privat.
Emenda 46
Proposta għal regolament
Premessa 73
(73)  GOVSATCOM hija programm iffokat fuq l-utenti, b'dimensjoni ta' sigurtà qawwija. Il-każijiet tal-użu jistgħu jiġu analizzati għal tliet familji prinċipali: il-ġestjoni tal-kriżijiet, li tista' tinkludi l-missjonijiet u l-operazzjonijiet ċivili u militari tas-Sigurtà u tad-Difiża Komuni, id-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem, il-kriżijiet umanitarji, u l-emerġenzi marittimi; is-sorveljanza, li tista' tinkludi s-sorveljanza tal-fruntieri, is-sorveljanza ta' qabel il-fruntieri, is-sorveljanza tal-fruntieri fil-baħar, is-sorveljanza marittima u s-sorveljanza tat-traffikar illegali; u l-infrastrutturi ewlenin, li jistgħu jinkludu n-netwerk diplomatiku, il-komunikazzjoni tal-pulizija, l-infrastrutturi kritiċi (eż. l-enerġija, it-trasport, l-ilqugħ tal-ilma) u l-infrastrutturi spazjali.
(73)  GOVSATCOM hija programm iffokat fuq l-utenti, b'dimensjoni ta' sigurtà qawwija. Il-każijiet tal-użu jistgħu jiġu analizzati għal tliet familji prinċipali: il-ġestjoni tal-kriżijiet, id-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem, il-kriżijiet umanitarji, u l-emerġenzi marittimi; is-sorveljanza, li tista' tinkludi s-sorveljanza tal-fruntieri, is-sorveljanza ta' qabel il-fruntieri, is-sorveljanza tal-fruntieri fil-baħar, is-sorveljanza marittima u s-sorveljanza tat-traffikar illegali; u l-infrastrutturi ewlenin, li jistgħu jinkludu n-netwerk diplomatiku, il-komunikazzjoni tal-pulizija, l-infrastruttura diġitali (eż. ċentri tad-data, servers), l-infrastrutturi kritiċi (eż. l-enerġija, it-trasport, l-ilqugħ tal-ilma bħal digi) u l-infrastrutturi spazjali.
Emenda 47
Proposta għal regolament
Premessa 78
(78)  Għall-utenti tal-komunikazzjoni bis-satellita, it-tagħmir tal-utenti huwa l-iktar interfaċċa operazzjonali importanti. L-approċċ tal-UE għall-GOVSATCOM jagħmilha possibbli għall-biċċa l-kbira tal-utenti li jkomplu jużaw it-tagħmir eżistenti tagħhom għas-servizzi ta' GOVSATCOM diment li jużaw teknoloġiji tal-Unjoni.
(78)  Għall-utenti tal-komunikazzjoni bis-satellita, it-tagħmir tal-utenti huwa l-iktar interfaċċa operazzjonali importanti. L-approċċ tal-UE għall-GOVSATCOM jenħtieġ li jagħmilha possibbli għall-utenti li jkomplu jużaw it-tagħmir eżistenti tagħhom għas-servizzi ta' GOVSATCOM.
Emenda 48
Proposta għal regolament
Premessa 86
(86)  L-infrastruttura ddedikata għall-Programm jaf tirrikjedi riċerka u innovazzjoni addizzjonali, li jistgħu jingħataw sostenn fil-qafas ta' Horizon Europe, bl-għan li jkun hemm koerenza mal-attivitajiet f'dan il-qasam tal-Aġenzija Spazjali Ewropea. Jenħtieġ li s-sinerġiji ma' Horizon Europe jiżguraw li l-ħtiġijiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni tas-settur spazjali jiġu identifikati u stabbiliti bħala parti mill-proċess ta' ppjanar strateġiku għar-riċerka u għall-innovazzjoni. Id-data u s-servizzi spazjali li jkunu disponibbli mingħajr ħlas bis-saħħa tal-Programm se jintużaw biex jiġu żviluppati soluzzjoni rivoluzzjonarji permezz tar-riċerka u tal-innovazzjoni, inkluż f'Horizon Europe, b'mod partikolari għall-ikel sostenibbli u għar-riżorsi naturali, għall-monitoraġġ tal-klima, għall-bliet intelliġenti, għall-vetturi awtomatizzati, għas-sigurtà u għall-ġestjoni tad-diżastri. Il-proċess tal-ippjanar strateġiku fil-qafas ta' Horizon Europe se jidentifika l-attivitajiet tar-riċerka u tal-innovazzjoni li jenħtieġ li jużaw infrastrutturi b'sjieda tal-Unjoni bħal Galileo, EGNOS u Copernicus. L-infrastrutturi tar-riċerka, b'mod partikolari n-netwerks tal-osservazzjoni fil-post se jikkostitwixxu elementi essenzjali tal-infrastruttura tal-osservazzjoni fil-post li tippermetti s-servizzi ta' Copernicus.
(86)  L-infrastruttura ddedikata għall-Programm jaf tirrikjedi riċerka u innovazzjoni addizzjonali, li jistgħu jingħataw sostenn fil-qafas ta' Horizon Europe, bl-għan li jkun hemm koerenza mal-attivitajiet f'dan il-qasam tal-Aġenzija Spazjali Ewropea. Jenħtieġ li s-sinerġiji ma' Horizon Europe jiżguraw li l-ħtiġijiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni tas-settur spazjali jiġu identifikati u stabbiliti bħala parti mill-proċess ta' ppjanar strateġiku għar-riċerka u għall-innovazzjoni. Huwa importanti li tiġi żgurata l-kontinwità bejn is-soluzzjonijiet żviluppati permezz ta' Horizon Europe u l-operazzjonijiet tal-komponenti tal-Programm. Id-data u s-servizzi spazjali li jkunu disponibbli mingħajr ħlas bis-saħħa tal-Programm se jintużaw biex jiġu żviluppati soluzzjoni rivoluzzjonarji permezz tar-riċerka u tal-innovazzjoni, inkluż f'Horizon Europe, dwar il-politiki Ewropej ewlenin. Il-proċess tal-ippjanar strateġiku fil-qafas ta' Horizon Europe se jidentifika l-attivitajiet tar-riċerka u tal-innovazzjoni li jenħtieġ li jużaw infrastrutturi b'sjieda tal-Unjoni bħal Galileo, EGNOS u Copernicus. L-infrastrutturi tar-riċerka, b'mod partikolari n-netwerks tal-osservazzjoni fil-post se jikkostitwixxu elementi essenzjali tal-infrastruttura tal-osservazzjoni fil-post li tippermetti s-servizzi ta' Copernicus.
Emenda 49
Proposta għal regolament
Premessa 87
(87)  Ir-Regolament (UE) Nru 912/2010 stabbilixxa Aġenzija tal-Unjoni, imsejħa l-Aġenzija tal-GNSS Ewropea, sabiex tiġġestixxi ċerti aspetti tal-programmi tan-navigazzjoni bis-satellita Galileo u EGNOS. Dan ir-Regolament jistipula b'mod partikolari li l-Aġenzija tal-GNSS Ewropea se tiġi inkarigata b'kompiti ġodda, mhux biss fir-rigward ta' Galileo u ta' EGNOS iżda wkoll b'rabta ma' komponenti oħra tal-Programm, speċjalment l-akkreditazzjoni tas-sigurtà. Għalhekk, l-isem, il-kompiti u l-aspetti organizzattivi tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea jridu jiġu adattati skont dan.
(87)  Ir-Regolament (UE) Nru 912/2010 stabbilixxa Aġenzija tal-Unjoni, imsejħa l-Aġenzija tal-GNSS Ewropea, sabiex tiġġestixxi ċerti aspetti tal-programmi tan-navigazzjoni bis-satellita Galileo u EGNOS. Dan ir-Regolament jistipula b'mod partikolari li l-Aġenzija tal-GNSS Ewropea se tiġi inkarigata b'kompiti ġodda, mhux biss fir-rigward ta' Galileo u ta' EGNOS iżda wkoll b'rabta ma' komponenti oħra tal-Programm, speċjalment l-akkreditazzjoni tas-sigurtà u ċ-ċibersigurtà. Għalhekk, l-isem, il-kompiti u l-aspetti organizzattivi tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea jridu jiġu adattati skont dan.
Emenda 50
Proposta għal regolament
Premessa 88
(88)  Fid-dawl tal-ambitu estiż tagħha, li mhux se jibqa' limitat għal Galileo u għal EGNOS, jenħtieġ li l-Aġenzija tal-GNSS Ewropea tinbidel. Madankollu, il-kontinwità tal-attivitajiet tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea, inkluża l-kontinwità fir-rigward tad-drittijiet u tal-obbligi, il-persunal u l-validità ta' kwalunkwe deċiżjoni meħuda, jenħtieġ li tiġi żgurata fil-qafas tal-Aġenzija.
(88)  Fid-dawl tal-ambitu estiż tagħha, li mhux se jibqa' limitat għal Galileo u għal EGNOS, jenħtieġ li l-Aġenzija tal-GNSS Ewropea tinbidel. Meta tinkariga l-kompiti lill-Aġenzija, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura il-finanzjament xieraq għall-immaniġġjar u l-eżekuzzjoni ta' dawk il-kompiti, inklużi riżorsi umani u finanzjarji adegwati. Madankollu, il-kontinwità tal-attivitajiet tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea, inkluża l-kontinwità fir-rigward tad-drittijiet u tal-obbligi, il-persunal u l-validità ta' kwalunkwe deċiżjoni meħuda, jenħtieġ li tiġi żgurata fil-qafas tal-Aġenzija.
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2
(2)  "avvenimenti tat-temp spazjali" tfisser varjazzjonijiet li jseħħu b'mod naturali fl-ambjent spazjali bejn ix-xemx u d-dinja, inklużi żbruffar solari, partiċelli enerġetiċi solari, riħ solari u espulsjonijiet tal-massa koronali li jistgħu jwasslu għal tempesti solari (tempesti ġeomanjetiċi, tempesti tar-radjazzjoni solari u disturbi jonosferiċi) li jistgħu potenzjalment ikollhom impatt fuq id-dinja;
(2)  "avvenimenti tat-temp spazjali" tfisser varjazzjonijiet li jseħħu b'mod naturali fl-ambjent spazjali bejn ix-xemx u d-dinja, inklużi żbruffar solari, partiċelli enerġetiċi solari, riħ solari u espulsjonijiet tal-massa koronali li jistgħu jwasslu għal tempesti solari (tempesti ġeomanjetiċi, tempesti tar-radjazzjoni solari u disturbi jonosferiċi) li jistgħu potenzjalment ikollhom impatt fuq id-dinja jew fuq infrastrutturi spazjali;
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5
(5)  "għarfien tas-sitwazzjoni fl-ispazju" ("SSA") tfisser approċċ olistiku lejn il-perikli spazjali prinċipali, li jinkludu l-kolliżjonijiet bejn is-satelliti u t-tifrik spazjali, il-fenomeni tat-temp spazjali, u l-oġġetti qrib id-dinja;
(5)  "għarfien tas-sitwazzjoni fl-ispazju" ("SSA") tfisser għarfien u fehim komprensiv tal-perikli spazjali prinċipali, li jinkludu l-kolliżjonijiet bejn is-satelliti u t-tifrik spazjali, il-fenomeni tat-temp spazjali, u l-oġġetti qrib id-dinja;
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6
(6)  "operazzjoni ta' taħlit" tfisser azzjonijiet li jingħataw sostenn mill-baġit tal-UE, inkluż fil-faċilitajiet ta' taħlit skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolament Finanzjarju, li jikkombina forom ta' sostenn li mhumiex ripagabbli u/jew strumenti finanzjarji mill-baġit tal-UE b'forom ta' sostenn ripagabbli mill-iżvilupp jew minn istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi oħra, kif ukoll minn istituzzjonijiet u minn investituri finanzjarji kummerċjali;
(6)  "operazzjoni ta' taħlit" tfisser azzjonijiet li jingħataw sostenn mill-baġit tal-UE, inkluż fil-faċilitajiet ta' taħlit skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolament Finanzjarju, li jikkombina forom ta' sostenn li mhumiex ripagabbli u/jew strumenti finanzjarji u/jew garanziji baġitarji mill-baġit tal-UE b'forom ta' sostenn ripagabbli mill-iżvilupp jew minn istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi oħra, kif ukoll minn istituzzjonijiet u minn investituri finanzjarji kummerċjali;
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10
(10)  "data tal-SST" tfisser il-parametri fiżiċi tal-oġġetti spazjali miksuba mis-sensuri tal-SST jew il-parametri orbitali tal-oġġetti spazjali miksuba mill-osservazzjonijiet tas-sensuri tal-SST fil-qafas tal-komponent tas-sorveljanza u l-insegwiment fl-ispazju ("SST");
(10)  "data tal-SST" tfisser il-parametri fiżiċi tal-oġġetti spazjali, inkluż tifrik spazjali, miksuba mis-sensuri tal-SST jew il-parametri orbitali tal-oġġetti spazjali miksuba mill-osservazzjonijiet tas-sensuri tal-SST fil-qafas tal-komponent tas-sorveljanza u l-insegwiment fl-ispazju ("SST");
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 14a (ġdid)
(14a)   "Informazzjoni ta' parti terza ta' Copernicus" tfisser l-informazzjoni bil-liċenzja u prevista għall-użu fl-attivitajiet ta' Copernicus li toriġina minn sorsi għajr mis-satelliti Sentinel ta' Copernicus;
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 23 – subparagrafu 1
"utenti ewlenin ta' Copernicus" li jibbenefikaw mid-data ta' Copernicus u mill-informazzjoni ta' Copernicus u li jkollhom ir-rwol addizzjonali li jmexxu l-evoluzzjoni ta' Copernicus, li jinkludu l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni u l-korpi pubbliċi reġjonali, nazzjonali jew Ewropej inkarigati b'missjoni ta' servizz pubbliku għad-definizzjoni, għall-implimentazzjoni, għall-infurzar jew għall-monitoraġġ tal-politiki ambjentali, tal-protezzjoni ċivili, tas-sikurezza jew tas-sigurtà;
"utenti ewlenin ta' Copernicus" li jibbenefikaw mid-data ta' Copernicus u mill-informazzjoni ta' Copernicus u li jkollhom ir-rwol addizzjonali li jmexxu l-evoluzzjoni ta' Copernicus, li jinkludu l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni u l-korpi pubbliċi reġjonali, nazzjonali jew Ewropej inkarigati b'missjoni ta' servizz pubbliku għad-definizzjoni, għall-implimentazzjoni, għall-infurzar jew għall-monitoraġġ tal-politiki ambjentali, tal-protezzjoni ċivili, tas-sikurezza, inkluża l-politiika s-sikurezza tal-infrastruttura jew tas-sigurtà;
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 23 – subparagrafu 2a (ġdid)
"servizzi ewlenin ta' Copernicus" tfisser is-servizzi operazzjonali raggruppati fil-komponent tal-ipproċessar tad-data u tal-informazzjoni jew fil-komponent tas-servizz, li huma ta' interess ġenerali u komuni tal-Istati Membri u tal-Unjoni;
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 23a (ġdid)
(23a)  "settur spazjali" tfisser:
"is-settur upstream", li jinkludi attivitajiet li jwasslu għal sistema spazjali operazzjonali u l-esplorazzjoni tal-ispazju;
"is-settur downstream" li jinkludi attivitajiet relatati mal-isfruttar ta' data satellitari biex jiġu żviluppati prodotti u servizzi relatati mal-ispazju lill-utenti finali.
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a
(a)  sistema awtonoma ċivili u globali tan-navigazzjoni bis-satellita (GNSS) taħt il-kontroll ċivili, li tinkludi kostellazzjoni ta' satelliti, ċentri u netwerk globali ta' stazzjonijiet tal-art, li joffru servizzi ta' pożizzjonament, ta' navigazzjoni u ta' kejl tal-ħin u li jintegraw għalkollox il-ħtiġijiet u r-rekwiżiti tas-sigurtà ("Galileo");
(a)  sistema awtonoma ċivili u globali tan-navigazzjoni bis-satellita (GNSS) taħt il-kontroll ċivili, li tinkludi kostellazzjoni ta' satelliti, ċentri u netwerk globali ta' stazzjonijiet tal-art, li joffru servizzi ta' pożizzjonament, ta' navigazzjoni u ta' kejl tal-ħin u, fejn xieraq, li jintegraw għalkollox il-ħtiġijiet u r-rekwiżiti tas-sigurtà ("Galileo");
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c
(c)  sistema awtonoma tal-osservazzjoni tad-dinja, iffokata fuq l-utenti, taħt kontroll ċivili, li toffri data u servizzi ta' ġeoinformazzjoni, li jinkludu satelliti, infrastruttura tal-art, faċilitajiet tal-ipproċessar tad-data u tal-informazzjoni, u infrastruttura tad-distribuzzjoni, u li tintegra għalkollox il-ħtiġijiet u r-rekwiżiti tas-sigurtà ("Copernicus");
(c)  sistema awtonoma tal-osservazzjoni tad-dinja, iffokata fuq l-utenti, taħt kontroll ċivili, li toffri data u servizzi ta' ġeoinformazzjoni bbażati fuq politika tad-data mingħajr ħlas u miftuħa, li jinkludu satelliti, infrastruttura tal-art, faċilitajiet tal-ipproċessar tad-data u tal-informazzjoni, u infrastruttura tad-distribuzzjoni, u li tintegra għalkollox il-ħtiġijiet u r-rekwiżiti tas-sigurtà ("Copernicus");
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt d
(d)  sistema ta' sorveljanza u ta' insegwiment fl-ispazju, bl-għan li ttejjeb, tħaddem u tipprovdi d-data, l-informazzjoni u s-servizzi marbuta mas-sorveljanza u mal-insegwiment ta' inġenji spazjali attivi u mhux attivi, ta' stadji skartati tal-lanċjaturi, ta' tifrik u ta' frammenti ta' tifrik li jorbitaw madwar id-dinja, u kkumplementata b'parametri ta' osservazzjoni marbuta mal-monitoraġġ tal-avvenimenti tat-temp spazjali u tar-riskju ta' oġġetti qrib id-dinja ("NEOs") li joqorbu iktar lejn id-dinja ("SST");
(d)  sistema ta' sorveljanza u ta' insegwiment fl-ispazju, bl-għan li ttejjeb, tħaddem u tipprovdi d-data, l-informazzjoni u s-servizzi marbuta mas-sorveljanza u mal-insegwiment ta' inġenji spazjali attivi u mhux attivi u tal-ispazju, tifrik li jorbita madwar id-dinja, u kkumplementata b'parametri ta' osservazzjoni marbuta mal-monitoraġġ tal-avvenimenti tat-temp spazjali u tar-riskju ta' oġġetti qrib id-dinja ("NEOs") li joqorbu iktar lejn id-dinja ("SST");
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2
Barra minn hekk, il-Programm għandu jinkludi miżuri biex jiżgurawlu aċċess effiċjenti għall-ispazju u biex irawmu settur spazjali innovattiv.
Barra minn hekk, il-Programm għandu jinkludi miżuri li jiżguraw aċċess awtonomu għall-ispazju, sabiex jittrattaw it-theddid ċibernetiku, irawmu settur spazjali innovattiv u kompetittiv, upstream u downstream, u biex jappoġġaw id-diplomazija spazjali.
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Il-Programm għandu jkollu l-għanijiet ġenerali li ġejjin:
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a
(a)  jipprovdi, jew jagħti kontribut għall-forniment ta', data, informazzjoni u servizzi spazjali ta' kwalità għolja, aġġornati, u fejn ikun xieraq, siguri, mingħajr interruzzjoni u kull fejn ikun possibbli fil-livell globali, sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet eżistenti u tal-ġejjieni u sabiex ikunu jistgħu jiġu ssodisfati l-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, inkluż fir-rigward tat-tibdil fil-klima, is-sigurtà u d-difiża;
(a)  jipprovdi, jew jagħti kontribut għall-forniment ta' data, informazzjoni u servizzi spazjali ta' kwalità għolja, aġġornati, u fejn ikun xieraq, siguri, mingħajr interruzzjoni u kull fejn ikun possibbli fil-livell globali, sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet eżistenti u tal-ġejjieni u sabiex ikunu jistgħu jiġu ssodisfati l-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, inkluż it-tibdil fil-klima; u jappoġġa l-kapaċità għat-teħid tad-deċiżjonijiet ibbażati fuq l-evidenza u indipendenti tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha;
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b
(b)  jimmassimizza l-benefiċċji soċjoekonomiċi, inkluż billi jippromwovi l-iżjed użu wiesa' possibbli tad-data, tal-informazzjoni u tas-servizzi pprovduti permezz tal-komponenti tal-Programm;
(b)  jimmassimizza l-benefiċċji soċjoekonomiċi, b'mod partikolari billi jsaħħaħ is-settur downstream Ewropew, b'hekk jippermetti t-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi fl-Unjoni u jippromwovi l-iżjed użu wiesa' possibbli ta' servizzi u tad-data, tal-informazzjoni u tas-servizzi pprovduti permezz tal-komponenti tal-Programm kemm fi ħdan kif ukoll barra l-Unjoni;
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c
(c)  itejjeb is-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, il-libertà ta' azzjoni tal-Unjoni u l-awtonomija strateġika tagħha, b'mod partikolari f'termini tat-teknoloġiji u tat-teħid tad-deċiżjonijiet ibbażati fuq l-evidenza;
(c)  itejjeb is-sigurtà, inkluża ċ-ċibersigurtà, tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, u jsaħħaħ l-awtonomija strateġika tagħha, b'mod partikolari f'termini industrijali u teknoloġiċi;
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca)  isaħħaħ l-ekosistema industrijali u xjentifika Ewropea fil-qasam tal-ispazju, billi jistabbilixxi qafas koerenti li jgħaqqad l-eċċellenza tat-taħriġ u l-għarfien Ewropew, l-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta' disinn, ta' manifattura ta' livell għoli u l-viżjoni strateġika meħtieġa f'settur dejjem aktar kompetittiv;
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt d
(d)  jippromwovi r-rwol tal-Unjoni fix-xena internazzjonali bħala attur ewlieni fis-settur spazjali u t-tisħiħ tar-rwol tagħha fl-indirizzar tal-isfidi globali u fis-sostenn għall-inizjattivi globali, inkluż fir-rigward tat-tibdil fil-klima u l-iżvilupp sostenibbli.
(d)  jippromwovi r-rwol tal-Unjoni fix-xena internazzjonali bħala attur ewlieni fis-settur spazjali u t-tisħiħ tar-rwol tagħha fl-indirizzar tal-isfidi globali u fis-sostenn għall-inizjattivi globali, inkluż fir-rigward tal-iżvilupp sostenibbli.
Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)
(da)  isaħħaħ id-diplomazija spazjali tal-Unjoni u jħeġġeġ il-kooperazzjoni internazzjonali biex jiżdied l-għarfien dwar l-ispazju bħala wirt komuni tal-umanità;
Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt db (ġdid)
(db)  jippromwovi t-teknoloġija u l-industrija tal-Unjoni u jrawwem il-prinċipju tar-reċiproċità u l-kompetizzjoni ġusta fuq livell internazzjonali;
Emenda 71
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt dc (ġdid)
(dc)  itejjeb is-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha f'diversi oqsma, b'mod partikolari t-trasport (l-avjazzjoni, inkluż il-vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ, it-trasport ferrovjarju, in-navigazzjoni, it-trasport bit-triq u s-sewqan awtonomu), il-bini u l-monitoraġġ tal-infrastruttura, il-monitoraġġ tal-art u l-ambjent.
Emenda 72
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt a
(a)  fir-rigward ta' Galileo u ta' EGNOS: il-forniment ta' servizzi mill-aqwa u fejn ikun xieraq, ta' servizzi siguri tal-pożizzjonament, tan-navigazzjoni u tat-teħid tal-ħinijiet;
(a)  fir-rigward ta' Galileo u ta' EGNOS: il-forniment ta' servizzi mill-aqwa fuq terminu twil u b'mod kontinwu u, fejn ikun xieraq, ta' servizzi siguri tal-pożizzjonament, tan-navigazzjoni u tat-teħid tal-ħinijiet;
Emenda 73
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt b
(b)  fir-rigward ta' Copernicus: it-twassil ta' data u ta' informazzjoni akkurati u affidabbli tal-osservazzjoni tad-dinja, ipprovduti fit-tul, b'sostenn għall-implimentazzjoni u għall-monitoraġġ tal-politiki tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha fl-oqsma tal-ambjent, tat-tibdil fil-klima, tal-agrikoltura, tal-iżvilupp rurali, tal-protezzjoni ċivili, tas-sikurezza, tas-sigurtà, kif ukoll tal-ekonomija diġitali;
(b)  fir-rigward ta' Copernicus: it-twassil ta' data u ta' informazzjoni akkurati u affidabbli tal-osservazzjoni tad-dinja, ipprovduti fit-tul, b'sostenn għall-implimentazzjoni u għall-monitoraġġ tal-politiki u tal-azzjonijiet immexxija mill-utenti tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha;
Emenda 74
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt c
(c)  fir-rigward tal-Għarfien tas-Sitwazzjoni fl-Ispazju ("SSA"): it-titjib tal-kapaċitajiet tal-SST għall-monitoraġġ, għall-insegwiment u għall-identifikazzjoni tal-oġġetti spazjali, għall-monitoraġġ tat-temp spazjali u għall-immappjar u għall-ħolqien ta' netwerk tal-kapaċitajiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-NEO;
(c)  fir-rigward tal-Għarfien tas-Sitwazzjoni fl-Ispazju ("SSA"): it-titjib tal-kapaċitajiet tal-SST għall-monitoraġġ, għall-insegwiment u għall-identifikazzjoni tal-oġġetti spazjali u tat-tifrik spazjali, għall-monitoraġġ tat-temp spazjali u għall-immappjar u għall-ħolqien ta' netwerk tal-kapaċitajiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-NEO;
Emenda 75
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt e
(e)  il-kontribut, fejn dan ikun meħtieġ għall-ħtiġijiet tal-Programm, għal kapaċità awtonoma, sigura u kosteffiċjenti ta' aċċess għall-ispazju;
(e)  l-iżgurar ta' kapaċità awtonoma, sigura u kosteffiċjenti ta' aċċess għall-ispazju;
Emenda 76
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt f
(f)  is-sostenn u r-rinfurzar tal-kompetittività, tal-imprenditorija, tal-ħiliet u tal-kapaċità ta' innovazzjoni tal-persuni ġuridiċi u fiżiċi mill-Unjoni, li jkunu attivi jew jixtiequ jsiru attivi f'dak is-settur, b'mod partikolari fir-rigward tal-pożizzjoni u tal-ħtiġijiet tal-impriżi żgħar u ta' daqs medju u tan-negozji ġodda.
(f)  it-tħeġġiġ tal-iżvilupp ta' ekonomija spazjali tal-Unjoni b'saħħitha u kompetittiva u l-mmassimizzazzjoni tal-opportunitajiet għall-impriżi tal-Unjoni ta' kull daqs u għar-reġjuni kollha tal-Unjoni.
Emenda 77
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Il-Programm għandu jagħti sostenn:
Il-programm, f'sinerġija ma' programmi u skemi ta' finanzjament oħra tal-Unjoni u tal-Aġenzija Spazjali Ewropea, għandu jagħti sostenn:
Emenda 78
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a
(a)  għall-forniment tas-servizzi tal-illanċjar għall-ħtiġijiet tal-Programm;
(a)  għall-forniment tas-servizzi għall-Programm, inkluż servizz tal-illanċjar aggregat għall-Unjoni u għal entitajiet oħra, fuq it-talba tagħhom, billi jitqiesu l-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 25, sabiex tittejjeb il-kompetittività tal-lanċjaturi u l-industriji Ewropej fis-suq globali;
Emenda 79
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b
(b)  għall-attivitajiet tal-iżvilupp marbuta mal-aċċess awtonomu, affidabbli u kosteffiċjenti għall-ispazju;
(b)  għall-attivitajiet tal-iżvilupp marbuta mal-aċċess awtonomu, affidabbli u kosteffiċjenti għall-ispazju inklużi teknoloġiji tal-illanċjar alternattivi u sistemi jew servizzi innovattivi, b'kunsiderazzjoni tal-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, f'konformità mal-Artikolu 25;
Emenda 80
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c
(c)  fejn dan ikun meħtieġ għall-ħtiġijiet tal-Programm, għall-adattamenti fl-infrastruttura spazjali tal-art.
(c)  fejn dan ikun meħtieġ għall-objettivi tal-Programm, l-appoġġ meħtieġ għall-manutenzjoni, għall-adattamenti u għall-iżviluppi tal-infrastruttura spazjali tal-art, b'mod partikolari l-infrastrutturi eżistenti, iż-żoni fejn jiġu llanċjati l-missili u ċ-ċentri ta' riċerka.
Emenda 81
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – titolu
Azzjonijiet b'sostenn għal settur spazjali innovattiv tal-Unjoni
Azzjonijiet b'sostenn għal settur spazjali innovattiv u kompetittiv tal-Unjoni
Emenda 82
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a
(a)  għall-attivitajiet ta' innovazzjoni biex isir l-aqwa użu mit-teknoloġiji, mill-infrastruttura jew mis-servizzi spazjali;
(a)  għall-attivitajiet ta' innovazzjoni biex jiġu żviluppati u jsir l-aqwa użu mit-teknoloġiji, mill-infrastruttura jew mis-servizzi spazjali;
Emenda 83
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa)  miżuri xierqa biex tiġi ffaċilitata l-adozzjoni ta' soluzzjonijiet innovattivi li jirriżultaw minn attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni, b'mod partikolari permezz ta' sinerġiji ma' Fondi oħrajn tal-Unjoni, bħal Horizon Europe u InvestEU, sabiex jiġi appoġġat l-iżvilupp ta' setturi downstream tal-komponenti kollha tal-Programm;
Emenda 84
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid)
(ab)  għat-tisħiħ tas-settur spazjali Ewropew fis-suq tal-esportazzjoni;
Emenda 85
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b
(b)  għall-istabbiliment ta' sħubijiet għall-innovazzjoni marbuta mal-ispazju biex jiġu żviluppati prodotti jew servizzi innovattivi u għax-xiri sussegwenti tal-forniment jew tas-servizzi li jirriżultaw minnhom;
(b)  għall-istabbiliment ta' sħubijiet għall-innovazzjoni marbuta mal-ispazju biex jiġu żviluppati prodotti jew servizzi innovattivi u għax-xiri sussegwenti tal-prodotti jew tas-servizzi li jirriżultaw minnhom għall-ħtiġijiet tal-Programm;
Emenda 86
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba)  għat-tfassil, l-ittestjar, l-implimentazzjoni u t-tnedija ta' soluzzjonijiet interoperabbli tal-ispazju mmexxija mid-data għal servizzi pubbliċi, filwaqt li titrawwem l-innovazzjoni u jiġu stabbiliti oqfsa komuni sabiex jintlaħaq il-potenzjal sħiħ tas-servizzi tal-amministrazzjonijiet pubbliċi għaċ-ċittadini u għan-negozji;
Emenda 87
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt c
(c)  għall-imprenditorija, mill-istadju bikri sal-istadju tat-tkabbir, skont l-Artikolu 21 u dispożizzjonijiet oħra marbuta mal-aċċess għall-finanzjament kif imsemmi fl-Artikolu 18 u fil-Kapitolu I tat-Titolu III;
(c)  għall-imprenditorija, inkluż mill-istadju bikri sal-istadju tat-tkabbir, skont l-Artikolu 21 u billi jistrieħ fuq dispożizzjonijiet oħra marbuta mal-aċċess għall-finanzjament kif imsemmi fl-Artikolu 18 u fil-Kapitolu I tat-Titolu III;
Emenda 88
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt d
(d)  għall-kooperazzjoni bejn l-impriżi fil-forma ta' ċentri spazjali li jlaqqgħu flimkien, fil-livelli reġjonali u nazzjonali, atturi mis-setturi spazjali u diġitali, kif ukoll utenti, u li jipprovdu sostenn għaċ-ċittadini u għall-kumpaniji biex jitrawmu l-imprenditorija u l-ħiliet;
(d)  għall-kooperazzjoni fil-forma ta' netwerk ta' ċentri spazjali li jlaqqa' flimkien, b'mod partikolari fil-livelli reġjonali u nazzjonali, atturi mis-setturi spazjali u diġitali, kif ukoll utenti, u li jipprovdi sostenn, faċilitajiet u servizzi għaċ-ċittadini u għall-kumpaniji biex jitrawmu l-imprenditorija u l-ħiliet; għat-trawwim ta' kooperazzjoni bejn iċ-ċentri spazjali u ċ-ċentri ta' innovazzjoni diġitali stabbiliti taħt il-Programm tal-Ewropa Diġitali;
Emenda 89
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)
(da)  l-iżvilupp possibbli ta' "strateġija tal-approċċ tal-ewwel kuntratt" mal-atturi kollha rilevanti tas-settur pubbliku u privat biex jappoġġaw l-iżvilupp ta' negozji ġodda fil-qasam spazjali.
Emenda 90
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt db (ġdid)
(db)  Sinerġiji mas-setturi tat-trasport, tal-ispazju u diġitali sabiex jitrawwem uża aktar wiesa' ta' teknoloġiji ġodda (bħall-e-call, it-takografija diġitali, is-superviżjoni u l-ġestjoni tat-traffiku, is-sewqan awtonomu, l-inġenji mingħajr bdot u d-droni) u biex jiġu trattati l-bżonnijiet ta' konnettività sigura u bla xkiel, il-pożizzjonament b'saħħtu, l-intermodalità u l-interoperabbiltà, biex b'hekk tissaħħaħ il-kompetittività tas-servizzi u tal-industrija tat-trasport;
Emenda 91
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt e
(e)  għall-forniment ta' attivitajiet ta' edukazzjoni u ta' taħriġ;
(e)  għall-forniment ta' attivitajiet ta' edukazzjoni u taħriġ sabiex jiġu żviluppati ħiliet spazjali avvanzati;
Emenda 92
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt f
(f)  għall-aċċess għall-faċilitajiet tal-ipproċessar u tal-ittestjar;
(f)  għall-aċċess għall-faċilitajiet tal-ipproċessar u tal-ittestjar għall-professjonisti fis-settur privat u pubbliku, għall-istudenti u l-imprendituri;
Emenda 93
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt c
(c)  ma jikkonferix setgħa tat-teħid tad-deċiżjonijiet lill-pajjiż terz jew lill-organizzazzjoni internazzjonali fir-rigward tal-programm;
(c)  ma jikkonferix setgħa tat-teħid tad-deċiżjonijiet lill-pajjiż terz jew lill-organizzazzjoni internazzjonali fir-rigward tal-programm jew, fejn xieraq, aċċess għal informazzjoni sensittiva jew klassifikata;
Emenda 94
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)
(da)  jippreżerva, fejn xieraq, l-interessi strateġiċi u sovrani tal-Unjoni fl-oqsma rilevanti kollha, inkluż fl-awtonomija teknoloġika jew l-istrateġija industrijali Ewropea;
Emenda 95
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 3
3.  Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi meħtieġa biex tiżgura li l-kuntratti, il-ftehimiet u arranġamenti oħra marbuta mal-attivitajiet imsemmija fl-ewwel paragrafu jkun fihom dispożizzjonijiet li jistabbilixxu r-reġim ta' sjieda xieraq għal dawk l-assi u, fir-rigward tal-punt (c), li l-Unjoni tkun tista' tuża r-riċevituri tal-PRS mingħajr ħlas b'konformità mad-Deċiżjoni 1104/2011/UE.
3.  Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi meħtieġa biex tiżgura li l-kuntratti, il-ftehimiet u arranġamenti oħra marbuta mal-attivitajiet imsemmija fit-tieni paragrafu jkun fihom dispożizzjonijiet li jistabbilixxu r-reġim ta' sjieda u użu xieraq għal dawk l-assi u, fir-rigward tal-punt (c), li l-Unjoni tkun tista' tuża u tagħti d-dritt ta' użu tar-riċevituri tal-PRS mingħajr ħlas b'konformità mad-Deċiżjoni 1104/2011/UE.
Emenda 96
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1
Is-servizzi, id-data u l-informazzjoni pprovduta mill-komponenti tal-Programm għandhom jiġu pprovduti mingħajr xi garanzija espliċita jew impliċita fir-rigward tal-kwalità, tal-akkuratezza, tad-disponibbiltà, tal-affidabbiltà, tal-veloċità u tal-idoneità tagħhom għal kwalunkwe skop. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi meħtieġa biex tiżgura li l-utenti ta' dawk is-servizzi, id-data u l-informazzjoni jkunu infurmati, b'mod xieraq, dwar l-assenza ta' tali garanzija.
Is-servizzi, id-data u l-informazzjoni pprovduta mill-komponenti tal-Programm għandhom jiġu pprovduti mingħajr xi garanzija espliċita jew impliċita fir-rigward tal-kwalità, tal-akkuratezza, tad-disponibbiltà, tal-affidabbiltà, tal-veloċità u tal-idoneità tagħhom għal kwalunkwe skop, sakemm tali garanzija mhix meħtieġa mid-dritt tal-Unjoni applikabbli għall-forniment tas-servizzi kkonċernati. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi meħtieġa biex tiżgura li l-utenti ta' dawk is-servizzi, id-data u l-informazzjoni jkunu infurmati, b'mod xieraq, dwar l-assenza ta' tali garanzija.
Emenda 97
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-2021-2027 għandu jkun ta' EUR [16-il] biljun fil-prezzijiet kurrenti.
Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-2021-2027 għandu jkun ta' EUR [16,9] biljun fil-prezzijiet kurrenti.
Emenda 98
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt b
(b)  fir-rigward ta' Copernicus: EUR [5,8] biljun;
(b)  fir-rigward ta' Copernicus: EUR [6] biljun;
Emenda 99
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt c
(c)  fir-rigward tal-SSA/GOVSATCOM: EUR [0,5] biljun.
(c)  fir-rigward tal-SSA/GOVSATCOM: EUR [1,2] biljun.
Emenda 100
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 2
2.  L-attivitajiet trasversali kif previsti skont l-Artikolu 3 għandhom jiġu ffinanzjati skont il-komponenti tal-Programm.
2.  L-attivitajiet trasversali kif previsti skont l-Artikoli 3, 5 u 6 għandhom jiġu ffinanzjati skont il-komponenti tal-Programm.
Emenda 101
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt a
(a)  il-promozzjoni fl-Istati Membri kollha, tul il-katina tal-provvista kollha, tal-iktar parteċipazzjoni wiesgħa u miftuħa possibbli tan-negozji ġodda, tal-entranti ġodda, tal-impriżi żgħar u ta' daqs medju, u ta' operaturi ekonomiċi oħra, inkluż ir-rekwiżit tas-sottokuntrattar mill-offerenti;
(a)  il-promozzjoni fl-Unjoni kollha u tul il-katina tal-provvista kollha, tal-iktar parteċipazzjoni wiesgħa u miftuħa possibbli tal-operaturi ekonomiċi kollha, u b'mod partikolari tan-negozji ġodda, tal-parteċipanti ġodda u tal-impriżi żgħar u ta' daqs medju, inkluż ir-rekwiżit tas-sottokuntrattar mill-offerenti;
Emenda 102
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt d
(d)  it-trawwim tal-awtonomija tal-Unjoni, b'mod partikolari f'termini teknoloġiċi;
(d)  it-trawwim tal-awtonomija strateġika tal-Unjoni, b'mod partikolari f'termini industrijali u teknoloġiċi, tul il-katina kollha tal-valur;
Emenda 103
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)
(da)  is-segwitu tal-prinċipji tal-aċċess miftuħ u l-kompetizzjoni ġusta tul il-katina tal-provvista industrijali, is-sejħiet għall-offerti abbażi tal-għoti ta' informazzjoni trasparenti u f'waqtha, il-komunikazzjoni ċara tar-regoli li japplikaw dwar l-akkwist, il-kriterji tal-għażla u tal-għoti u kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti li twassal għal kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-offerenti potenzjali kollha;
Emenda 104
Proposta għal regolament
Artikolu 17 − paragrafu 1
1.  Sabiex l-entranti ġodda, l-impriżi żgħar u ta' daqs medju u n-negozji ġodda jiġu mħeġġa joffru l-iktar kopertura ġeografika wiesgħa possibbli filwaqt li tiġi protetta l-awtonomija strateġika tal-Unjoni, l-awtorità kontraenti tista' titlob li l-offerent jissottokuntratta parti mill-kuntratt permezz ta' sejħa għall-offerti kompetittiva fil-livelli xierqa ta' sottokuntrattar lil kumpaniji oħra għajr dawk li jiffurmaw parti mill-grupp tal-offerent.
1.  Sabiex l-entranti ġodda, b'mod partikolari l-impriżi żgħar u ta' daqs medju u n-negozji ġodda jiġu mħeġġa joffru l-iktar kopertura ġeografika wiesgħa possibbli filwaqt li tiġi protetta l-awtonomija strateġika tal-Unjoni, l-awtorità kontraenti għandha titlob li l-offerent jissottokuntratta parti mill-kuntratt permezz ta' sejħa għall-offerti kompetittiva fil-livelli xierqa ta' sottokuntrattar lil kumpaniji oħra għajr dawk li jiffurmaw parti mill-grupp tal-offerent.
Emenda 105
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 2
2.  L-awtorità kontraenti għandha tesprimi s-sehem rikjest tal-kuntratt li jrid jiġi sottokuntrattat fil-forma ta' firxa minn persentaġġ minimu sa wieħed massimu.
2.  L-awtorità kontraenti għandha tesprimi s-sehem rikjest tal-kuntratt li għandu jiġi sottokuntrattat lill-industrija fil-livelli kollha, skont il-paragrafu 1, fil-forma ta' firxa minn perċentwal minimu sa wieħed massimu.
Emenda 106
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 3
3.  Kwalunkwe deroga minn talba skont il-paragrafu 1 għandha tiġi ġġustifikata mill-offerent.
3.  Kwalunkwe deroga minn talba skont il-paragrafu 1 għandha tiġi ġġustifikata mill-offerent u vvalutata mill-awtorità kontraenti.
Emenda 107
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 2
Fil-każ ta' sejħa konġunta, għandhom jiġu stabbiliti proċeduri konġunti għall-għażla u għall-evalwazzjoni tal-proposti. Il-proċeduri jridu jinvolvu grupp ibbilanċjat ta' esperti maħtura minn kull parti.
Fil-każ ta' sejħa konġunta, għandhom jiġu stabbiliti proċeduri konġunti għall-għażla u għall-evalwazzjoni tal-proposti. Il-proċeduri għandhom jinvolvu grupp ibbilanċjat ta' esperti maħtura minn kull parti. Dawk l-esperti m'għandhomx jevalwaw, jagħtu pariri jew jgħinu f'materji li fir-rigward tagħhom għandhom kunflitt ta' interessi.
Emenda 108
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 1
1.  Minbarra d-dispożizzjonijiet tal-[Artikolu 165] tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni u l-Aġenzija jistgħu jwettqu proċeduri ta' akkwist konġunt mal-Aġenzija Spazjali Ewropea jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra involuti fl-implimentazzjoni tal-komponenti tal-Programm.
1.  Minbarra d-dispożizzjonijiet tal-[Artikolu 165] tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni jew l-Aġenzija jistgħu jwettqu proċeduri ta' akkwist konġunt mal-Aġenzija Spazjali Ewropea jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra involuti fl-implimentazzjoni tal-komponenti tal-Programm.
Emenda 110
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 1 – punt a
(a)  distribuzzjoni rigoruża tal-kompiti u tar-responsabbiltajiet bejn l-entitajiet involuti fl-implimentazzjoni tal-Programm, b'mod partikolari bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-Aġenzija Spazjali Ewropea;
(a)  distribuzzjoni rigoruża tal-kompiti u tar-responsabbiltajiet bejn l-entitajiet involuti fl-implimentazzjoni tal-Programm, b'mod partikolari bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-Aġenzija Spazjali Ewropea, abbażi tal-kompetenzi ta' kull entità, li ttejjeb it-trasparenza, l-effettività u l-kosteffiċjenza u l-evitar ta' trikkib tal-attivitajiet;
Emenda 111
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 1 – punt b
(b)  kontroll qawwi tal-Programm, inkluża aderenza rigoruża għall-kost u għall-iskeda mill-entitajiet kollha, fl-oqsma rispettivi ta' kompetenza tagħhom skont dan ir-Regolament;
(b)  kontroll qawwi tal-Programm, inkluża aderenza rigoruża għall-kost u għall-prestazzjoni teknika mill-entitajiet kollha, fl-oqsma rispettivi ta' responsabbiltà tagħhom skont dan ir-Regolament;
Emenda 112
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 1 – punt d
(d)  kunsiderazzjoni sistematika tal-ħtiġijiet tal-utenti tas-servizzi pprovduti mill-komponenti tal-Programm, kif ukoll tal-evoluzzjonijiet xjentifiċi u teknoloġiċi marbuta ma' dawk is-servizzi;
(d)  kunsiderazzjoni sistematika tal-ħtiġijiet tal-utenti tas-servizzi pprovduti mill-komponenti tal-Programm, kif ukoll tal-evoluzzjonijiet xjentifiċi u teknoloġiċi marbuta ma' dawk is-servizzi, anke permezz tal-konsultazzjoni tal-Fora tal-Utent ta' konsulenza fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni;
Emenda 113
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni jew, għall-kompiti msemmija fl-Artikolu 30, l-Aġenzija, jistgħu jinkarigaw kompiti speċifiċi lill-Istati Membri jew lill-aġenziji nazzjonali jew lil gruppi ta' dawn l-Istati Membri jew l-aġenziji nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-Programm jimxi ħarir, u biex jippromwovu l-użu tagħhom, inkluż billi jgħinu fil-protezzjoni tal-frekwenzi meħtieġa għal dan il-programm.
2.  Il-Kummissjoni jew, għall-kompiti msemmija fl-Artikolu 30, l-Aġenzija, jistgħu jinkarigaw kompiti speċifiċi lill-Istati Membri jew lil gruppi ta' dawn l-Istati Membri, suġġett għal ftehim speċifiku każ b'każ. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-Programm jimxi ħarir, u biex jippromwovu l-użu tagħhom, inkluż billi jgħinu fil-protezzjoni tal-frekwenzi meħtieġa għal dan il-programm f'livell adegwat.
Emenda 114
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  L-Istati Membri għandhom isegwu konsultazzjoni proattiva u kkoordinata tal-komunitajiet tal-utenti finali, b'mod partikolari fir-rigward ta' Galileo, EGNOS u Copernicus, inkluż permezz ta' Fora tal-Utenti ta' konsulenza.
Emenda 115
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni għandu jkollha r-responsabbiltà ġenerali għall-implimentazzjoni tal-Programm, inkluż fil-qasam tas-sigurtà. B'konformità ma' dan ir-Regolament, għandha tistabbilixxi l-prijoritajiet u l-evoluzzjoni fit-tul tal-Programm u għandha twettaq is-superviżjoni tal-implimentazzjoni tiegħu, filwaqt li tqis kif suppost l-impatt tiegħu fuq politiki oħra tal-Unjoni.
1.  Il-Kummissjoni għandu jkollha r-responsabbiltà ġenerali għall-implimentazzjoni tal-Programm, u r-responsabbiltà fil-qasam tas-sigurtà għall-komponenti tal-Programm mhux inkarigati lill-Aġenzija skont l-Artikolu 30. B'konformità ma' dan ir-Regolament, għandha tistabbilixxi l-prijoritajiet u l-evoluzzjoni fit-tul tal-Programm u għandha twettaq is-superviżjoni tal-implimentazzjoni tiegħu, filwaqt li tqis kif suppost l-impatt tiegħu fuq politiki oħra tal-Unjoni.
Emenda 116
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tiġġestixxi l-komponent tal-Programm fejn tali ġestjoni ma tkunx inkarigata lil entità oħra.
2.  Il-Kummissjoni għandha tiġġestixxi l-komponent tal-Programm fejn tali ġestjoni ma tkunx inkarigata lil entitajiet oħra msemmija fl-Artikoli 30, 31 u 32.
Emenda 117
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 3
3.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm diviżjoni ċara tal-kompiti bejn id-diversi entitajiet involuti fil-Programm u għandha tikkoordina l-attivitajiet bejn dawk l-entitajiet.
3.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm diviżjoni ċara tal-kompiti bejn id-diversi entitajiet involuti fil-Programm u għandha tikkoordina l-attivitajiet bejn dawk l-entitajiet u għandha tiżgura l-protezzjoni sħiħa tal-interess tal-Unjoni, il-ġestjoni tajba tal-fondi tagħha u l-applikazzjoni tar-regoli tagħha, b'mod partikolari dawk relatati mal-akkwist . Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tikkonkludi Ftehim qafas ta' sħubija finanzjarja mal-Aġenzija u l-Aġenzija Spazjali Ewropea, relatat mal-kompiti inkarigati liż-żewġ entitajiet, kif imsemmi fl-Artikolu 31a.
Emenda 118
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Rigward id-dispożizzjoni speċifika dwar il-funzjonament u l-governanza tat-temp spazjali u l-funzjonijiet tal-NEO, u ta' GOVSATCOM, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 105.
Emenda 119
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
Meta jkun meħtieġ biex il-funzjonament tal-Programm jimxi ħarir u biex il-forniment tas-servizzi pprovduti mill-komponenti tal-Programm jimxu ħarir, il-Kummissjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, għandha tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u operazzjonali meħtieġa għall-implimentazzjoni u għall-evoluzzjoni ta' dawk il-komponenti u tas-servizzi li jipprovdu wara li tkun ikkonsultat lill-utenti u lill-partijiet ikkonċernati rilevanti l-oħra kollha. Meta tistabbilixxi dawk l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u operazzjonali, il-Kummissjoni għandha tevita li tnaqqas il-livell ġenerali tas-sigurtà u li tissodisfa imperattiv ta' retrokompatibbiltà.
Meta jkun meħtieġ biex il-funzjonament tal-Programm jimxi ħarir u biex il-forniment tas-servizzi pprovduti mill-komponenti tal-Programm jimxu ħarir, il-Kummissjoni, permezz ta' atti delegati, għandha tiddetermina r-rekwizit ta' livell għoli għall-implimentazzjoni u għall-evoluzzjoni ta' dawk il-komponenti u tas-servizzi li jipprovdu wara li tkun ikkonsultat lill-utenti u lill-partijiet ikkonċernati rilevanti l-oħra kollha, inkluż is-settur downstream. Meta tistabbilixxi dawk ir-rekwiżiti ta' livell għoli, il-Kummissjoni għandha tevita li tnaqqas il-livell ġenerali tas-sigurtà u li tissodisfa imperattiv ta' retrokompatibbiltà.
Emenda 120
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(3).
Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati f'konformità mal-Artikolu 21.
Emenda 121
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 5
5.  Il-Kummissjoni għandha tippromwovi u tiżgura l-użu tad-data u tas-sistemi pprovduti mill-komponenti tal-Programm fis-setturi pubbliċi u privati tal-ekonomija, inkluż b'sostenn għall-iżvilupp xieraq ta' dawk is-servizzi u bit-trawwim ta' ambjent stabbli fit-tul. Għandha tiżviluppa sinerġiji bejn l-applikazzjonijiet tad-diversi komponenti tal-Programm. Għandha tiżgura l-kumplementarjetà, il-konsistenza, is-sinerġiji u r-rabtiet bejn il-Programm u azzjonijiet u programmi oħra tal-Unjoni.
5.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-kumplementarjetà, il-konsistenza, is-sinerġiji u r-rabtiet bejn il-Programm u azzjonijiet u programmi oħra tal-Unjoni. F'kooperazzjoni mill-qrib mal-Aġenzija u, fejn applikabbli, mal-Aġenzija Spazjali Ewropea u mal-entitajiet ta' Copernicus, din għandha tappoġġa u tikkontribwixxi għal:
—  l-attivitajiet relatati mal-adozzjoni u l-użu tad-data u s-servizzi pprovduti mill-komponenti tal-Programm fis-settur pubbliku u dak privat tal-Unjoni;
—  l-iżvilupp ta' sinerġiji bejn l-applikazzjonijiet;
—  l-iżvilupp xieraq ta' dawk is-servizzi;
—  it-tħeġġiġ ta' ambjent fuq terminu twil stabbli.
Emenda 122
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 6
6.  Fejn ikun xieraq, għandha tiżgura l-koordinazzjoni mal-attivitajiet li jitwettqu fis-settur spazjali fil-livelli nazzjonali, internazzjonali u tal-Unjoni. Għandha tħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u tippromwovi l-konverġenza tal-kapaċitajiet teknoloġiċi u tal-iżviluppi tagħhom fil-qasam spazjali.
6.  Fejn ikun xieraq, u f'kooperazzjoni mal-Aġenzija u l-Aġenzija Spazjali Ewropea, din għandha tiżgura l-koordinazzjoni mal-attivitajiet li jitwettqu fis-settur spazjali fil-livelli nazzjonali, internazzjonali u tal-Unjoni. Għandha tħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u tippromwovi l-konverġenza tal-kapaċitajiet teknoloġiċi u tal-iżviluppi tagħhom fil-qasam spazjali.
Emenda 123
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba)  il-promozzjoni u l-iżgurar tal-użu tad-data u tas-servizzi pprovduti mill-komponenti tal-Programm, inkluż l-iżvilupp tal-applikazzjonijiet u tas-servizzi downstream abbażi tal-komponenti tal-Programm;
Emenda 124
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)
(bb)  l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet b'appoġġ għal Settur Spazjali innovattiv tal-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 6;
Emenda 125
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 1 – punt bc (ġdid)
(b c)  l-appoġġ tal-aċċess għall-finanzi permezz tal-istrumenti finanzjarji skont it-Titolu III u InvestEU, kif ukoll, f'kooperazzjoni mal-BEI, permezz tal-istrumenti finanzjarji stabbiliti minn dan tal-aħħar li jindirizzaw b'mod partikolari l-SMEs;
Emenda 126
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 1 – punt c
(c)  it-twettiq ta' attivitajiet ta' komunikazzjoni u ta' promozzjoni, kif ukoll attivitajiet marbuta mal-kummerċjalizzazzjoni tas-servizzi offruti minn Galileo u minn EGNOS;
(c)  it-twettiq ta' attivitajiet ta' komunikazzjoni u ta' promozzjoni, kif ukoll attivitajiet marbuta mal-kummerċjalizzazzjoni tas-servizzi offruti minn Galileo, EGNOS u Copernicus;
Emenda 127
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca)  fir-rigward ta' Galileo u ta' EGNOS: il-ġestjoni ta' EGNOS u ta' Galileo, kif imsemmi fl-Artikolu 43;
Emenda 128
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 1 – punt d
(d)  l-għoti ta' għarfien espert tekniku lill-Kummissjoni.
(d)  jipprovdu għarfien espert tekniku lill-Kummissjoni, filwaqt li jevitaw id-duplikazzjoni mal-kompiti tal-ASE skont l-Artikoli 27 u 31.
Emenda 129
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 2 – punt a
(a)  il-ġestjoni tal-esplojtazzjoni ta' EGNOS u ta' Galileo, kif imsemmi fl-Artikolu 43;
imħassar
Emenda 130
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)
(ba)  l-għoti ta' rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-prijoritajiet tad-dominju tal-ispazju f'Horizon Europe u l-parteċipazzjoni fl-implimentazzjoni tagħha;
Emenda 131
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 2 – punt c
(c)  l-implimentazzjoni tal-attivitajiet marbuta mal-iżvilupp tal-applikazzjonijiet u tas-servizzi downstream abbażi tal-komponenti tal-Programm.
imħassar
Emenda 132
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 3
3.  Il-Kummissjoni tista' tinkariga kompiti oħra lill-Aġenzija, inkluż it-twettiq tal-attivitajiet ta' komunikazzjoni, ta' promozzjoni u ta' kummerċjalizzazzjoni tad-data u tal-informazzjoni, kif ukoll attivitajiet oħra marbuta mal-użu mill-utenti fir-rigward tal-komponenti tal-Programm għajr Galileo u EGNOS.
3.  Il-Kummissjoni tista' tinkariga kompiti oħra lill-Aġenzija, filwaqt li tevita d-duplikazzjoni u fuq il-bażi ta' effiċjenza mtejba fl-implimentazzjoni tal-objettivi tal-Programm.
Emenda 133
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  L-Aġenzija tista' tiffirma ftehimiet ta' sħubija jew ftehimiet oħra ma' aġenziji spazjali nazzjonali, grupp ta' aġenziji spazjali nazzjonali jew entitajiet oħra għall-finijijiet tat-twettiq tal-kompiti tagħha.
Emenda 134
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 4
4.  Il-kompiti msemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandhom jiġu inkarigati mill-Kummissjoni permezz ta' ftehim ta' kontribuzzjoni skont l-[Artikolu 2(18)] u t-[Titolu VI] tar-Regolament Finanzjarju.
4.  Il-kompiti msemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandhom jiġu inkarigati mill-Kummissjoni permezz ta' ftehim ta' kontribuzzjoni skont l-[Artikolu 2(18)] u t-[Titolu VI] tar-Regolament Finanzjarju u għandhom jiġu riveduti f'konformità mal-Artikolu 102(6) ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward tal-komponent ta' Copernicus.
Emenda 135
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.  Kull meta tkun qed tinkariga kompiti lill-Aġenzija, il-Kummissjoni għandha tiżgura finanzjament xieraq għall-ġestjoni u l-eżekuzzjoni tagħhom, inklużi riżorsi umani u amministrattivi adegwati.
Emenda 136
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 1 – punt a
(a)  fir-rigward ta' Copernicus: l-iżvilupp, id-disinn u l-kostruzzjoni tal-infrastruttura spazjali ta' Copernicus, inklużi l-operazzjonijiet ta' dik l-infrastruttura;
(a)  fir-rigward ta' Copernicus: l-iżvilupp, id-disinn u l-kostruzzjoni tal-infrastruttura spazjali u tal-art ta' Copernicus, inklużi l-operazzjonijiet ta' dik l-infrastruttura;
Emenda 137
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 1 – punt b
(b)  fir-rigward ta' Galileo u ta' EGNOS: l-evoluzzjoni tas-sistemi, l-iżvilupp tas-segment tal-art u d-disinn u l-iżvilupp tas-satelliti;
(b)  fir-rigward ta' Galileo u ta' EGNOS: appoġġ lill-Aġenzija fit-twettiq tal-kompiti ewlenin tagħha. Meta previst fi ftehimiet speċifiċi konklużi bejn l-Aġenzija u l-Aġenzija Spazjali Ewropea, l-akkwist f'isem l-Aġenzija, tas-sistemi, l-iżvilupp tas-segment tal-art u d-disinn u l-iżvilupp tas-segment tal-ispazju;
Emenda 138
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 1 – punt c
(c)  fir-rigward tal-komponenti kollha tal-Programm b'attivitajiet ta' riċerka u ta' żvilupp fl-oqsma tal-għarfien espert tagħha.
(c)  fir-rigward tal-komponenti kollha tal-Programm b'attivitajiet ta' riċerka u ta' żvilupp li jikkonċernaw l-infrastruttura tal-komponenti tal-Programm.
Emenda 139
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca)  l-inkoraġġiment tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-promozzjoni tal-konverġenza tal-kapaċitajiet teknoloġiċi u tal-iżviluppi tagħhom fil-segment spazjali.
Emenda 140
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tikkonkludi ftehim qafas ta' sħubija finanzjarja kif previst fl-[Artikolu 130] tar-Regolament Finanzjarju, flimkien mal-Aġenzija u mal-Aġenzija Spazjali Ewropea. Dak il-ftehim qafas ta' sħubija finanzjarja għandu:
imħassar
–  jiddefinixxi b'mod ċar ir-responsabbiltajiet u l-obbligi tal-Aġenzija Spazjali Ewropea fir-rigward tal-Programm;
–  jirrikjedi li l-Aġenzija Spazjali Ewropea tikkonforma mar-regoli tas-sigurtà tal-programm tal-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-ipproċessar ta' informazzjoni klassifikata;
–  jistipula l-kundizzjonijiet tal-ġestjoni tal-fondi mogħtija lill-Aġenzija Spazjali Ewropea, partikolarment fir-rigward tal-akkwist pubbliku, il-proċeduri ta' ġestjoni, ir-riżultati mistennija li jkun tkejlu permezz ta' indikaturi tal-prestazzjoni, il-miżuri applikabbli f'każ ta' nuqqas ta' implimentazzjoni jew implimentazzjoni frawdolenti tal-kuntratti f'termini tal-kostijiet, l-iskeda u r-riżultati, kif ukoll l-istrateġija ta' komunikazzjoni u r-regoli fir-rigward tas-sjieda tal-assi tanġibbli u intanġibbli kollha; dawn il-kundizzjonijiet għandhom ikunu konformi mat-Titoli III u V ta' dan ir-Regolament u mar-Regolament Finanzjarju;
–  jirrikjedi l-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni u, fejn ikun rilevanti, tal-Aġenzija fil-laqgħat tal-Bord tal-Evalwazzjoni tal-Offerti tal-Aġenzija Spazjali Ewropea fir-rigward tal-Programm;
–  jistabbilixxi miżuri ta' monitoraġġ u ta' kontroll, li għandhom jinkludu, b'mod partikolari, sistema ta' tbassir tal-kostijiet, il-forniment sistematiku ta' informazzjoni dwar il-kostijiet u l-iskeda lill-Kummissjoni jew, fejn ikun xieraq, lill-Aġenzija, u fil-każ ta' diskrepanza bejn il-baġits ippjanati, il-prestazzjoni u l-iskeda, azzjoni korrettiva li tiżgura t-twettiq tal-kompiti assenjati fil-limiti tal-baġits allokati u penali kontra l-Aġenzija Spazjali Ewropea fejn din id-diskrepanza tkun attribwibbli direttament lilha;
–  jistabbilixxi l-prinċipji għar-remunerazzjoni tal-Aġenzija Spazjali Ewropea, li għandhom ikunu proporzjonati għad-diffikultà tal-kompiti li jridu jitwettqu, b'konformità mal-prezzijiet tas-suq u mat-tariffi tal-entitajiet l-oħra involuti, inkluża l-Unjoni, u li jistgħu, fejn ikun xieraq, ikunu bbażati fuq indikaturi tal-prestazzjoni; dawk it-tariffi ma għandhomx ikopru l-kostijiet ġenerali li mhumiex assoċjati mal-attivitajiet fdati lill-Aġenzija Spazjali Ewropea mill-Unjoni.
Emenda 141
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 3
3.  Il-konklużjoni tal-ftehim qafas ta' sħubija finanzjarja msemmi fil-paragrafu 2 għandha tkun kontinġenti fuq l-istabbiliment, fl-Aġenzija Spazjali Ewropea, ta' strutturi interni u ta' metodu operazzjonali, b'mod partikolari għat-teħid tad-deċiżjonijiet, għall-metodi ta' ġestjoni u għar-responsabbiltà, li jagħmluha possibbli li tiġi żgurata protezzjoni massima għall-interessi tal-Unjoni u li jkun hemm konformità mad-deċiżjonijiet tagħha, inkluż għall-attivitajiet iffinanzjati mill-Aġenzija Spazjali Ewropea, li jkollhom impatt fuq il-Programm.
imħassar
Emenda 142
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 4
4.  Mingħajr preġudizzju għall-ftehim qafas ta' sħubija finanzjarja msemmi fil-paragrafu 4, il-Kummissjoni jew l-Aġenzija jistgħu jitolbu lill-Aġenzija Spazjali Ewropea tipprovdi l-għarfien espert tekniku u l-informazzjoni meħtieġa biex iwettqu l-kompiti assenjati lilhom b'dan ir-Regolament.
imħassar
Emenda 143
Proposta għal regolament
Artikolu 31a (ġdid)
Artikolu 31a
Il-ftehim qafas ta' sħubija finanzjarja
1.  Il-Kummissjoni għandha tikkonkludi ftehim qafas ta' sħubija finanzjarja kif previst fl-[Artikolu 130] tar-Regolament Finanzjarju, flimkien mal-Aġenzija u mal-Aġenzija Spazjali Ewropea. Dak il-ftehim qafas ta' sħubija finanzjarja għandu:
(a)  jiddefinixxi b'mod ċar ir-rwoli, ir-responsabbiltajiet u l-obbligi tal-Kummissjoni, tal-Aġenzija u tal-Aġenzija Spazjali Ewropea fir-rigward tal-Programm;
(b)  jiddefinixxi b'mod ċar l-istrumenti ta' koordinazzjoni u ta' kontroll għall-implimentazzjoni tal-komponenti tal-Programm, filwaqt li jitqiesu r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni biex twettaq il-koordinazzjoni ġenerali tal-komponenti tal-Programm;
(c)  jirrikjedi li l-Aġenzija Spazjali Ewropea tikkonforma mar-regoli tas-sigurtà tal-programm tal-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-ipproċessar ta' informazzjoni klassifikata;
(d)  jistipula l-kundizzjonijiet tal-ġestjoni tal-fondi mogħtija lill-Aġenzija Spazjali Ewropea, inkluż l-applikazzjoni tar-regoli tal-akkwist pubbliku tal-Unjoni, meta l-akkwist isir f'isem u għall-Unjoni, il-proċeduri ta' ġestjoni, ir-riżultati mistennija li jkunu tkejlu permezz ta' indikaturi tal-prestazzjoni, il-miżuri applikabbli f'każ ta' nuqqas ta' implimentazzjoni jew implimentazzjoni frawdolenti tal-kuntratti f'termini tal-kostijiet, l-iskeda u r-riżultati, kif ukoll l-istrateġija ta' komunikazzjoni u r-regoli fir-rigward tas-sjieda tal-assi tanġibbli u intanġibbli kollha; dawn il-kundizzjonijiet għandhom ikunu konformi mat-Titoli III u V ta' dan ir-Regolament u mar-Regolament Finanzjarju;
(e)  jirrikjedi l-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni u, meta rilevanti, tal-Aġenzija fil-laqgħat tal-Bord tal-Evalwazzjoni tal-Offerti tal-Aġenzija Spazjali Ewropea fir-rigward tal-Programm, fejn din tal-aħħar tagħmel l-akkwist f'isem u għall-Unjoni skont il-paragrafu 1a;
(f)  jistabbilixxi miżuri ta' monitoraġġ u ta' kontroll, li għandhom jinkludu, b'mod partikolari, sistema ta' tbassir tal-kostijiet, il-forniment sistematiku ta' informazzjoni dwar il-kostijiet u l-iskeda lill-Kummissjoni jew, fejn ikun xieraq, lill-Aġenzija, u fil-każ ta' diskrepanza bejn il-baġits ippjanati, il-prestazzjoni u l-iskeda, azzjoni korrettiva li tiżgura t-twettiq tal-kompiti assenjati fil-limiti tal-baġits allokati u penali kontra l-Aġenzija Spazjali Ewropea fejn din id-diskrepanza tkun attribwibbli direttament lilha;
(g)  jistabbilixxi l-prinċipji għar-remunerazzjoni tal-Aġenzija Spazjali Ewropea, li jqisu l-mudell tal-kost tagħha bħala entità pubblika, li għandhom ikunu proporzjonati għad-diffikultà tal-kompiti li jridu jitwettqu, b'konformità mal-prezzijiet tas-suq u mat-tariffi tal-entitajiet l-oħra involuti, inkluża l-Unjoni, u li jistgħu, fejn ikun xieraq, ikunu bbażati fuq indikaturi tal-prestazzjoni; dawk it-tariffi ma għandhomx ikopru l-kostijiet ġenerali li mhumiex assoċjati mal-attivitajiet inkarigati lill-Aġenzija Spazjali Ewropea mill-Unjoni;
(h)  jirrikjedi li l-Aġenzija Spazjali Ewropea tiżgura protezzjoni sħiħa tal-interessi tal-Unjoni u tad-deċiżjonijiet tagħha, li jistgħu jwasslu wkoll biex l-Aġenzija Spazjali Ewropea jkollha tadatta t-teħid tad-deċiżjonijiet, il-metodi tal-ġestjoni u d-dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltà tagħha.
2.  Mingħajr preġudizzju għall-ftehim qafas ta' sħubija finanzjarja msemmi fl-Artikolu 31a, il-Kummissjoni jew l-Aġenzija jistgħu jitolbu lill-Aġenzija Spazjali Ewropea tipprovdi l-għarfien espert tekniku u l-informazzjoni meħtieġa biex iwettqu l-kompiti assenjati lilhom minn dan ir-Regolament. Il-kundizzjonijiet għal talbiet bħal dawn u l-implimentazzjoni tagħhom għandhom jiġu maqbula b'mod reċiproku.
Emenda 144
Proposta għal regolament
Artikolu 32 – titolu
Rwol l-entitajiet l-oħra
Rwol tal-EURMETSAT u ta' entitajiet oħra
Emenda 145
Proposta għal regolament
Artikolu 32 - paragrafu 1 - parti introduttorja
1.  Il-Kummissjoni tista' tinkariga, għalkollox jew parzjalment, permezz ta' ftehimiet ta' kontribuzzjoni, l-implimentazzjoni tal-komponenti tal-Programm lil entitajiet oħra għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 30 u 31, inkluż:
1.  Il-Kummissjoni tista' tinkariga, għalkollox jew parzjalment, permezz ta' ftehimiet ta' kontribuzzjoni, l-implimentazzjoni tal-kompiti li ġejjin lil entitajiet oħra għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 30 u 31, inkluż:
Emenda 146
Proposta għal regolament
Artikolu 32 – paragrafu 1 – punt a
(a)  it-tħaddim tal-infrastruttura spazjali ta' Copernicus jew ta' partijiet minnha, li jista' jiġi inkarigat lill-EUMETSAT;
(a)  it-tiġdid u t-tħaddim tal-infrastruttura spazjali ta' Copernicus jew ta' partijiet minnha, li jista' jiġi inkarigat lill-EUMETSAT;
Emenda 147
Proposta għal regolament
Artikolu 32 – paragrafu 1 – punt b
(b)  l-implimentazzjoni tas-servizzi ta' Copernicus jew ta' partijiet minnhom lill-aġenziji, lill-korpi jew lill-organizzazzjonijiet rilevanti.
(b)  l-implimentazzjoni tas-servizzi ta' Copernicus jew ta' partijiet minnhom lill-aġenziji, lill-korpi jew lill-organizzazzjonijiet rilevanti, filwaqt li tiġġestixxi wkoll l-akkwist ta' informazzjoni rilevanti ta' partijiet terzi.
Emenda 148
Proposta għal regolament
Artikolu 32 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Il-Kummissjoni għandha tqis il-parir xjentifiku u tekniku taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għall-implimentazzjoni tal-Programm.
Emenda 149
Proposta għal regolament
Artikolu 33 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Is-sigurtà tal-Programm għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji li ġejjin:
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)
Emenda 150
Proposta għal regolament
Artikolu 33 – paragrafu 1 – punt a
(a)  il-kunsiderazzjoni tal-esperjenza tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà u t-teħid ta' ispirazzjoni mill-aqwa prattiki tagħhom;
(a)  il-kunsiderazzjoni tal-esperjenza tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà u t-teħid ta' ispirazzjoni mill-aqwa prattiki u mil-liġijiet nazzjonali tagħhom;
Emenda 151
Proposta għal regolament
Artikolu 33 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa)  il-kunsiderazzjoni tal-esperjenza miksuba fit-tħaddim ta' Galileo, EGNOS u Copernicus;
Emenda 152
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
Il-Kummissjoni, fil-qasam ta' kompetenza tagħha, għandha tiżgura livell għoli ta' sigurtà rigward, b'mod partikolari:
Il-Kummissjoni u l-Aġenzija, fl-oqsma rispettivi tagħhom, għandhom jiżguraw livell għoli ta' sigurtà rigward, b'mod partikolari:
Emenda 153
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tiżgura li titwettaq analiżi tar-riskji u tat-theddid għal kull komponent tal-Programm. Abbażi ta' dik l-analiżi tar-riskji u tat-theddid, għandha tistabbilixxi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, ir-rekwiżiti ġenerali tas-sigurtà għal kull komponent tal-Programm. B'hekk, il-Kummissjoni għandha tqis l-impatt ta' dawk ir-rekwiżiti fuq il-funzjonament bla intoppi ta' dak il-komponent, b'mod partikolari f'termini ta' kostijiet, ta' ġestjoni tar-riskji u ta' skeda, u għandha tiżgura li ma tnaqqasx il-livell ġenerali tas-sigurtà jew li ma timminax il-funzjonament tat-tagħmir eżistenti abbażi ta' dak il-komponent. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(3).
Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tiżgura, f'konsultazzjoni mal-utenti finali fl-Istati Membri u mal-entitajiet rilevanti li jiġġestixxu l-implimentazzjoni ta' komponent tal-Programm, analiżi tar-riskji u tat-theddid għall-komponenti ta' Copernicus, SST u GOVSATCOM. L-Aġenzija għandha twettaq ananiżi tar-riskju u tat-theddid għall-komponenti ta' Galileo u EGNOS. Abbażi ta' dik l-analiżi tar-riskji u tat-theddid, il-Kummissjoni, f'konsultazzjoni mal-utenti finali fl-Istati Membri u mal-entitajiet rilevanti li jiġġestixxu l-implimentazzjoni ta' komponent tal-Programm, għandha tiddetermina, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, ir-rekwiżiti ġenerali tas-sigurtà għal kull komponent tal-Programm. B'hekk, il-Kummissjoni għandha tqis l-impatt ta' dawk ir-rekwiżiti fuq il-funzjonament bla intoppi ta' dak il-komponent, b'mod partikolari f'termini ta' kostijiet, ta' ġestjoni tar-riskji u ta' skeda, u għandha tiżgura li ma tnaqqasx il-livell ġenerali tas-sigurtà jew li ma timminax il-funzjonament tat-tagħmir eżistenti abbażi ta' dak il-komponent. Ir-rekwiżiti ġenerali tas-sigurtà għandhom jistabbilixxu l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti kull meta s-sigurtà tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha tista' tiġi affettwata mill-operazzjoni ta' komponent. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(3).
Emenda 154
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 2
2.  L-entità responsabbli għall-ġestjoni ta' komponent tal-Programm għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni tas-sigurtà ta' dak il-komponent u għandha, għal dak l-għan, twettaq analiżi tar-riskji u tat-theddid u l-attivitajiet meħtieġa kollha biex tiżgura u timmonitorja s-sigurtà ta' dak il-komponent, b'mod partikolari billi tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-proċeduri operazzjonali, u billi timmonitorja l-konformità tagħhom mar-rekwiżiti ġenerali tas-sigurtà msemmija fil-paragrafu 1.
2.  Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni tas-sigurtà tal-komponenti ta' Copernicus, SSA u GOVSATCOM. L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni tas-sigurtà tal-komponenti ta' Galileo u EGNOS. Għal dak l-għan, huma għandhom iwettqu l-attivitajiet meħtieġa kollha biex jiżguraw u jimmonitorjaw is-sigurtà tal-komponenti li huma responsabbli għalihom, b'mod partikolari billi jistabbilixxu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-proċeduri operazzjonali, u għandhom jimmonitorjaw il-konformità tagħhom mar-rekwiżiti ġenerali tas-sigurtà msemmija fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1.
Emenda 155
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 3 – parti introduttorja
3.  L-Aġenzija għandha:
3.  L-Aġenzija għandha barra minn hekk:
Emenda 156
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 3 – punt da (ġdid)
(da)  tiżgura ċ-ċibersigurtà tal-Programm;
Emenda 157
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 4 – punt a
(a)  jieħdu miżuri li minn tal-inqas ikunu ekwivalenti għal dawk meħtieġa għall-protezzjoni tal-infrastrutturi kritiċi Ewropej skont it-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE tat-8 ta' Diċembru 2008 dwar l-identifikazzjoni u l-indikazzjoni tal-Infrastruttura Kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għat-titjib tal-ħarsien tagħhom u għal dawk meħtieġa għall-protezzjoni tal-infrastrutturi kritiċi nazzjonali tagħhom stess sabiex jiżguraw il-protezzjoni tal-infrastrutturi tal-art li jiffurmaw parti integrali mill-Programm u li jinsabu fit-territorju tagħhom;
(a)  jieħdu miżuri li minn tal-inqas ikunu ekwivalenti għal dawk meħtieġa għall-protezzjoni tal-infrastrutturi kritiċi Ewropej skont it-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE tat-8 ta' Diċembru 2008 dwar l-identifikazzjoni u l-indikazzjoni tal-Infrastruttura Kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għat-titjib tal-ħarsien tagħhom u għal dawk meħtieġa għall-protezzjoni tal-infrastrutturi kritiċi nazzjonali tagħhom stess sabiex jiżguraw il-protezzjoni tal-infrastrutturi li jiffurmaw parti integrali mill-Programm u li jinsabu fit-territorju tagħhom;
__________________
__________________
29 ĠU L 345, 23.12.2008, p. 75.
29 ĠU L 345, 23.12.2008, p. 75.
Emenda 158
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 5
5.  L-entitajiet involuti fil-Programm għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw is-sigurtà tal-Programm.
5.  L-entitajiet involuti fil-Programm għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa, ukoll fid-dawl tal-kwistjonijiet identifikati fl-analiżi tar-riskji,biex jiżguraw is-sigurtà tal-Programm.
Emenda 159
Proposta għal regolament
Artikolu 38 – paragrafu 2
2.  Rappreżentant tal-Aġenzija Spazjali Ewropea għandu jiġi mistieden jattendi l-laqgħat tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà bħala osservatur. Fuq bażi eċċezzjonali, rappreżentanti ta' aġenziji tal-Unjoni, ta' pajjiżi terzi jew ta' organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu wkoll jiġu mistiedna jattendu l-laqgħat bħala osservaturi għal kwistjonijiet relatati direttament ma' dawk il-pajjiżi terzi jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali, speċjalment kwistjonijiet li jikkonċernaw l-infrastruttura li tappartjeni lilhom jew li tkun stabbilita fit-territorju tagħhom. L-arranġamenti għal tali parteċipazzjoni ta' rappreżentanti ta' pajjiżi terzi jew ta' organizzazzjonijiet internazzjonali u l-kundizzjonijiet għaliha għandhom jiġu stabbiliti fil-ftehimiet rilevanti u għandhom ikunu konformi mar-regoli ta' proċedura tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà.
2.  Rappreżentant tal-Aġenzija Spazjali Ewropea għandu jiġi mistieden jattendi l-laqgħat tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà bħala osservatur. Fuq bażi eċċezzjonali, rappreżentanti ta' aġenziji tal-Unjoni, ta' pajjiżi terzi jew ta' organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu wkoll jiġu mistiedna jattendu l-laqgħat bħala osservaturi, speċjalment għal kwistjonijiet li jikkonċernaw l-infrastruttura li tappartjeni lilhom jew li tkun stabbilita fit-territorju tagħhom. L-arranġamenti għal tali parteċipazzjoni ta' rappreżentanti ta' pajjiżi terzi jew ta' organizzazzjonijiet internazzjonali u l-kundizzjonijiet għaliha għandhom jiġu stabbiliti fil-ftehimiet rilevanti u għandhom ikunu konformi mar-regoli ta' proċedura tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà.
Emenda 160
Proposta għal regolament
Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt b
(b)  il-ġestjoni, il-manutenzjoni, it-titjib kontinwu, l-evoluzzjoni u l-protezzjoni tal-infrastruttura tal-art, b'mod partikolari n-netwerks, is-siti u l-faċilitajiet ta' sostenn, inklużi l-aġġornamenti u l-ġestjoni tal-obsolexxenza;
(b)  il-ġestjoni, il-manutenzjoni, it-titjib kontinwu, l-evoluzzjoni u l-protezzjoni tal-infrastruttura tal-art, inkluża l-infrastruttura li tinsab barra mit-territorju tal-UE iżda li tkun meħtieġa biex tingħata kopertura sħiħa tat-territorji tal-Istati Membri li ġeografikament jinsabu fl-Ewropa lil Galileo u lill-EGNOS, b'mod partikolari n-netwerks, is-siti u l-faċilitajiet ta' sostenn, inklużi l-aġġornamenti u l-ġestjoni tal-obsolexxenza;
Emenda 161
Proposta għal regolament
Artikolu 43, paragrafu 1, punt c
(c)  l-iżvilupp tal-ġenerazzjoni tal-ġejjieni tas-sistemi u l-evoluzzjoni tas-servizzi pprovduti minn Galileo u minn EGNOS, mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet tal-ġejjieni dwar il-perspettivi finanzjarji tal-Unjoni;
(c)  l-iżvilupp tal-ġenerazzjoni tal-ġejjieni tas-sistemi u l-evoluzzjoni tas-servizzi pprovduti minn Galileo u minn EGNOS, mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet tal-ġejjieni dwar il-perspettivi finanzjarji tal-Unjoni, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-partijiet ikkonċernati rilevanti;
Emenda 162
Proposta għal regolament
Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca)  l-appoġġ għall-iżvilupp u l-evoluzzjoni ta' elementi fundamentali, bħal chipsets u riċevituri abilitati għall-Galileo;
Emenda 163
Proposta għal regolament
Artikolu 43 - paragrafu 1 - punt cb (ġdid)
(cb)  appoġġ għall-iżvilupp tal-applikazzjonijiet downstream ta' Galileo u ta' EGNOS u tal-applikazzjonijiet downstream integrati li jużaw kemm EGNOS/Galileo kif ukoll Copernicus;
Emenda 164
Proposta għal regolament
Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt e
(e)  il-forniment u l-iżvilupp tas-suq tas-servizzi pprovduti minn Galileo u minn EGNOS;
(e)  il-forniment u l-iżvilupp tas-suq tas-servizzi pprovduti minn Galileo u minn EGNOS, b'mod partikolari, sabiex jiġu massimizzati l-benefiċċji soċjoekonomiċi msemmija fl-Artikolu 4(1);
Emenda 165
Proposta għal regolament
Artikolu 45 – paragrafu 1 – punt c
(c)  servizz ta' sikurezza tal-ħajja (SoL), li għandu jkun mingħajr ħlasijiet diretti għall-utenti u li għandu jipprovdi informazzjoni ta' pożizzjonament u ta' sinkronizzazzjoni b'livell għoli ta' kontinwità, ta' disponibbiltà u ta' akkuratezza, inkluż messaġġ ta' integrità li javża lill-utenti bi kwalunkwe ħsara, jew sinjali li nqabżu l-parametri ta' tolleranza emessi minn Galileo u minn GNSS oħra, li tawmenta fiż-żona ta' kopertura, maħsuba b'mod prinċipali għall-utenti li għalihom is-sikurezza hija essenzjali, b'mod partikolari fis-settur tal-avjazzjoni ċivili għall-iskop tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru.
(c)  servizz ta' sikurezza tal-ħajja (SoL), li għandu jkun mingħajr ħlasijiet diretti għall-utenti u li għandu jipprovdi informazzjoni ta' pożizzjonament u ta' sinkronizzazzjoni tal-ħin b'livell għoli ta' kontinwità, ta' disponibbiltà, ta' akkuratezza u ta' integrità. Dak is-servizz huwa pprovdut f'konformità mar-Regolament EASA biex tkun żgurata l-konformitá mar-rekwiżiti tas-sikurezza tal-avjazzjoni, inkluż messaġġ ta' integrità li javża lill-utenti bi kwalunkwe ħsara, jew sinjali li nqabżu l-parametri ta' tolleranza emessi minn Galileo u minn GNSS oħra, li tawmenta fiż-żona ta' kopertura, maħsuba b'mod prinċipali għall-utenti li għalihom is-sikurezza hija essenzjali, b'mod partikolari fis-settur tal-avjazzjoni ċivili għall-iskop tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru.
Emenda 166
Proposta għal regolament
Artikolu 45 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
Is-servizzi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu pprovduti bħala prijorità fit-territorju tal-Istati Membri li jinsabu ġeografikament fl-Ewropa.
Is-servizzi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu pprovduti bħala prijorità fit-territorju tal-Istati Membri li jinsabu ġeografikament fl-Ewropa bl-għan li sat-tmiem tal-2023 jiġu koperti t-territorji kontinentali u sat-tmiem tal-2025 jiġu koperti t-territorji kollha.
Emenda 167
Proposta għal regolament
Artikolu 45 – paragrafu 3
3.  Il-kost ta' tali estensjoni, inklużi l-kostijiet relatati tat-tħaddim li jkunu speċifiċi għal dawn ir-reġjuni, ma għandux jiġi kopert bil-baġit imsemmi fl-Artikolu 11. Tali estensjoni ma għandhiex iddewwem l-offerta tas-servizzi msemmija fil-paragrafu 1 fit-territorju kollu tal-Istati Membri li jinsabu ġeografikament fl-Ewropa.
3.  Il-kost ta' tali estensjoni, inklużi l-kostijiet relatati tat-tħaddim li jkunu speċifiċi għal dawn ir-reġjuni, ma għandux jiġi kopert bil-baġit imsemmi fl-Artikolu 11, iżda l-Kummissjoni għandha tqis l-isfruttament tal-programmi u ta' ftehimiet ta' sħubija u, jekk ikun xieraq, l-iżvilupp ta' strument finanzjarju speċifiku biex din tiġi sostnuta. Tali estensjoni ma għandhiex iddewwem l-offerta tas-servizzi msemmija fil-paragrafu 1 fit-territorju kollu tal-Istati Membri li jinsabu ġeografikament fl-Ewropa.
Emenda 168
Proposta għal regolament
Artikolu 47 – titolu
Kompatibbiltà u interoperabbiltà
Kompatibbiltà, interoperabbiltà u standardizzazzjoni
Emenda 169
Proposta għal regolament
Artikolu 47 – paragrafu 2
2.  Galileo u EGNOS, u s-servizzi li jipprovdu, għandhom ikunu kompatibbli u interoperabbli mas-sistemi l-oħra tan-navigazzjoni bis-satellita u mal-mezzi konvenzjonali ta' radjunavigazzjoni, fejn ir-rekwiżiti meħtieġa ta' kompatibbiltà u ta' interoperabbiltà jkunu stabbiliti fi ftehimiet internazzjonali.
2.  Galileo u EGNOS, u s-servizzi li jipprovdu, għandhom ikunu kompatibbli u interoperabbli b'mod reċiproku mas-sistemi l-oħra tan-navigazzjoni bis-satellita u mal-mezzi konvenzjonali ta' radjunavigazzjoni, fejn ir-rekwiżiti meħtieġa ta' kompatibbiltà u ta' interoperabbiltà jkunu stabbiliti fi ftehimiet internazzjonali.
Emenda 170
Proposta għal regolament
Artikolu 47 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Galileo u EGNOS għandhom ifittxu li jikkonformaw bis-sħiħ mal-istandards u ċ-ċertifikazzjonijiet internazzjonali.
Emenda 171
Proposta għal regolament
Artikolu 48 – paragrafu 1
1.  Copernicus għandu jiġi implimentat billi jissejjes fuq investimenti preċedenti tal-Unjoni, u, fejn ikun xieraq, billi jissejjes fuq il-kapaċitajiet nazzjonali jew reġjonali tal-Istati Membri u billi jqis il-kapaċitajiet tal-fornituri kummerċjali ta' data u ta' informazzjoni komparabbli u l-ħtieġa li jitrawmu l-kompetizzjoni u l-iżvilupp tas-suq.
1.  Copernicus għandu jiġi implimentat billi jissejjes fuq investimenti preċedenti tal-Unjoni, tal-Aġenzija Spazjali Ewropea u ta' EUMETSAT u, fejn ikun xieraq, billi jissejjes fuq il-kapaċitajiet nazzjonali jew reġjonali tal-Istati Membri u billi jqis il-kapaċitajiet tal-fornituri kummerċjali ta' data u ta' informazzjoni komparabbli u l-ħtieġa li jitrawmu l-kompetizzjoni u l-iżvilupp tas-suq.
Emenda 172
Proposta għal regolament
Artikolu 48 – paragrafu 2
2.  Copernicus għandu jwassal id-data u l-informazzjoni b'politika dwar id-data sħiħa, mingħajr ħlas u miftuħa.
2.  Copernicus għandu jwassal id-data u l-informazzjoni abbażi ta' politika dwar id-data sħiħa, mingħajr ħlas u miftuħa.
Emenda 173
Proposta għal regolament
Artikolu 48 – paragrafu 3 – punt a – inċiż 1
–  l-iżvilupp u l-operazzjonijiet tas-satelliti Sentinel ta' Copernicus;
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)
Emenda 174
Proposta għal regolament
Artikolu 48 – paragrafu 3 – punt c
(c)  il-komponent tal-aċċess għad-data u d-distribuzzjoni tagħha, li għandu jinkludi l-infrastruttura u s-servizzi biex jiġu żgurati l-iskoperta, il-wiri, id-distribuzzjoni u l-esplojtazzjoni tad-data ta' Copernicus u tal-informazzjoni ta' Copernicus u l-aċċess għalihom;
(c)  il-komponent tal-aċċess għad-data u d-distribuzzjoni tagħha, li għandu jinkludi l-infrastruttura u s-servizzi biex jiġu żgurati l-iskoperta, il-wiri, l-arkivjar fit-tul, l-aċċess għal, id-distribuzzjoni u l-esplojtazzjoni tad-data ta' Copernicus u tal-informazzjoni ta' Copernicus u l-aċċess għalihom, b'mod li jkun faċli għall-utent;
Emenda 175
Proposta għal regolament
Artikolu 48 – paragrafu 3 – punt d
(d)  il-komponent tal-użu mill-utenti u tal-iżvilupp tas-suq skont l-Artikolu 29(5), li għandu jinkludi l-attivitajiet, ir-riżorsi u s-servizzi rilevanti għall-promozzjoni ta' Copernicus, tad-data u tas-servizzi tiegħu fil-livelli kollha biex jiġu mmassimizzati l-benefiċċji soċjoekonomiċi msemmija fl-Artikolu 4(1).
(d)  il-komponent tal-użu mill-utenti, tal-bini tal-kapaċità u tal-iżvilupp tas-suq skont l-Artikolu 29(5), li għandu jinkludi l-attivitajiet, ir-riżorsi u s-servizzi rilevanti għall-promozzjoni ta' Copernicus, tad-data u tas-servizzi tiegħu fil-livelli kollha biex jiġu mmassimizzati l-benefiċċji soċjoekonomiċi msemmija fl-Artikolu 4(1).
Emenda 176
Proposta għal regolament
Artikolu 48 – paragrafu 4
4.  Copernicus għandu jippromwovi l-koordinazzjoni internazzjonali tas-sistemi ta' osservazzjoni u l-iskambji relatati ta' data, sabiex tissaħħaħ id-dimensjoni globali u l-kumplementarjetà tiegħu filwaqt li jitqiesu l-ftehimiet internazzjonali u l-proċessi ta' koordinazzjoni eżistenti.
4.  Copernicus għandu jippromwovi l-koordinazzjoni internazzjonali tas-sistemi ta' osservazzjoni u l-iskambji relatati ta' data, sabiex tissaħħaħ id-dimensjoni globali u l-kumplementarjetà tiegħu filwaqt li jitqiesu l-ftehimiet internazzjonali u l-proċessi ta' koordinazzjoni eżistenti u futuri.
Emenda 177
Proposta għal regolament
Artikolu 49 – titolu
Akkwiżizzjoni tad-data
Azzjonijiet eliġibbli
Emenda 178
Proposta għal regolament
Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt a
(a)  l-azzjonijiet biex tiġi pprovduta l-kontinwità tal-missjonijiet eżistenti tas-satelliti Sentinel u għall-iżvilupp, għall-illanċjar, għaż-żamma u għat-tħaddim ta' satelliti Sentinel ulterjuri li jespandu l-ambitu ta' osservazzjoni, filwaqt li tingħata prijorità: lill-kapaċitajiet ta' osservazzjoni għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet antropoġeniċi ta' CO2 u tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra, li jippermettu l-kopertura polari, u li jagħtu lok għal applikazzjonijiet ambjentali innovattivi fl-oqsma tal-agrikoltura, tal-foresti u tal-ġestjoni tal-ilma;
(a)  l-azzjonijiet biex tiġi pprovduta l-kontinwità tal-missjonijiet eżistenti tas-satelliti Sentinel u għall-iżvilupp, għall-illanċjar, għaż-żamma u għat-tħaddim ta' satelliti Sentinel ulterjuri li jespandu l-ambitu ta' osservazzjoni, bħal: il-kapaċitajiet ta' osservazzjoni għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet antropoġeniċi ta' CO2 u tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra, li jippermettu l-kopertura polari, u li jagħtu lok għal applikazzjonijiet ambjentali innovattivi fl-oqsma tal-agrikoltura, tal-foresti u tal-ġestjoni tal-ilma;
Emenda 179
Proposta għal regolament
Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt b
(b)  l-azzjonijiet li jipprovdu l-aċċess għad-data ta' partijiet terzi li tkun meħtieġa biex jiġu ġġenerati s-servizzi ta' Copernicus jew biex tintuża mill-istituzzjonijiet, mill-aġenziji u mis-servizzi deċentralizzati tal-Unjoni;
(b)  l-azzjonijiet li jipprovdu aċċess għal data ta' partijiet terzi meħtieġa biex jiġu ġġenerati servizzi ta' Copernicus jew għall-użu minn utenti ewlenin, filwaqt li tingħata prijorità lil data pprovduta u/jew iffinanzjata minn entitajiet pubbliċi fl-Istati Membri, bħal aġenziji nazzjonali ;
Emenda 180
Proposta għal regolament
Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca)  appoġġ għall-iżvilupp ta' applikazzjonijiet u servizzi downstream rilevanti ta' Copernicus.
Emenda 181
Proposta għal regolament
Artikolu 50 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Copernicus għandu jinkludi l-azzjonijiet b'sostenn għas-servizzi li ġejjin:
Copernicus għandu jinkludi l-azzjonijiet b'sostenn għas-servizzi ewlenin li ġejjin:
Emenda 182
Proposta għal regolament
Artikolu 50 – paragrafu 1 – punt a – inċiż 3
–  il-monitoraġġ tal-art u l-agrikoltura biex tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-kopertura tal-art, l-użu tal-art u l-bidla fl-użu tal-art, iż-żoni urbani, il-kwantità u l-kwalità tal-ilmijiet interni, il-foresti, l-agrikoltura u riżorsi naturali oħra, il-bijodiversità u l-krijosfera;
–  il-monitoraġġ tal-art u l-agrikoltura biex tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-kopertura tal-art, l-użu tal-art u l-bidla fl-użu tal-art, il-kwalità tal-ħamrija, id-deżertifikazzjoni, is-siti ta' wirt kulturali, il-kwantità u l-kwalità tal-ilmijiet interni, il-foresti u b'mod partikolari d-deforestazzjoni, l-agrikoltura u riżorsi naturali oħra, il-bijodiversità u l-krijosfera; l-Istati Membri se jkunu jistgħu jużaw l-informazzjoni u d-data li jirriżultaw mill-monitoraġġ taż-żona agrikola fir-rigward tal-grad ta' kopertura tal-art u tal-użu tal-art agrikola, sabiex jitnaqqas aktar il-piż amministrattiv tal-għoti tas-sussidji agrikoli;
Emenda 183
Proposta għal regolament
Artikolu 50 – paragrafu 1 – punt a – inċiż 4a (ġdid)
–  l-immappjar tal-art agrikola li teħtieġ irrigazzjoni, it-tbassir tal-għelejjel u l-użu tal-art u l-iżgurar ta' sikurezza u kwalità aħjar tal-ikel permezz tas-salvagwardja tal-ambjent;
Emenda 184
Proposta għal regolament
Artikolu 50 – paragrafu 1 – punt a – inċiż 4b (ġdid)
–  il-monitoraġġ tal-attivitajiet tas-sajd sabiex jiġu żgurati sikurezza u kwalità aħjar tal-ikel permezz tas-salvagwardja tal-ambjent;
Emenda 185
Proposta għal regolament
Artikolu 50 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa)  Il-monitoraġġ tal-appoġġ għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni;
Emenda 186
Proposta għal regolament
Artikolu 53 - paragrafu 1 - parti introduttorja
Il-komponent tal-SST għandu jagħti sostenn għall-attivitajiet li ġejjin:
Il-programm tal-SST għandu l-għan li b'mod progressiv jgħammar lill-Unjoni b'kapaċità awtonoma tal-SST.
Il-komponent tal-SST għandu jagħti sostenn għall-attivitajiet li ġejjin:
Emenda 187
Proposta għal regolament
Artikolu 53 – paragrafu 1 – punt a
(a)  l-istabbiliment, l-iżvilupp u t-tħaddim ta' netwerk ta' sensuri tal-art u/jew spazjali tal-Istati Membri, inklużi sensuri żviluppati permezz ta' sensuri tal-Aġenzija Spazjali Ewropea u permezz ta' sensuri tal-Unjoni mħaddma nazzjonalment, għas-sorveljanza u l-insegwiment tal-oġġetti u għall-produzzjoni ta' katalogu Ewropew ta' oġġetti spazjali adattat għall-ħtiġijiet tal-utenti msemmija fl-Artikolu 55;
(a)  l-istabbiliment, l-iżvilupp u t-tħaddim ta' netwerk ta' sensuri tal-art u/jew spazjali tal-Istati Membri jew tal-Unjoni, inklużi sensuri żviluppati permezz ta' sensuri tal-Aġenzija Spazjali Ewropea u permezz ta' sensuri tal-Unjoni mħaddma nazzjonalment, għas-sorveljanza u l-insegwiment tal-oġġetti u għall-produzzjoni ta' katalogu Ewropew ta' oġġetti spazjali adattat għall-ħtiġijiet tal-utenti msemmija fl-Artikolu 55;
Emenda 188
Proposta għal regolament
Artikolu 56 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
L-Istati Membri li jkunu jixtiequ jipparteċipaw fit-twassil tas-servizzi tal-SST imsemmija fl-Artikolu 54 għandhom jippreżentaw applikazzjoni konġunta lill-Kummissjoni, fejn juru l-konformità mal-kriterji li ġejjin:
L-Istati Membri li jkunu jixtiequ jipparteċipaw fit-twassil tas-servizzi tal-SST imsemmija fl-Artikolu 54 għandhom jippreżentaw applikazzjoni individwali jew konġunta lill-Kummissjoni, fejn juru l-konformità mal-kriterji li ġejjin:
Emenda 189
Proposta għal regolament
Artikolu 57 − paragrafu 8
8.  Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, regoli dettaljati dwar il-funzjonament tal-qafas organizzattiv tal-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fl-SST. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(3).
8.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 105 li jikkonċerna d-dispożizzjoni speċifika, regoli dettaljati dwar il-funzjonament tal-qafas organizzattiv tal-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fl-SST. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(3).
Emenda 190
Proposta għal regolament
Artikolu 58a (ġdid)
Artikolu 58a
Monitoraġġ tal-provvista u tad-domanda għall-SST
Qabel il-31 ta' Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni tal-komponent tal-SST, b'mod partikolari fir-rigward tal-evoluzzjoni tal-ħtiġijiet tal-utenti b'rabta mal-kapaċità tas-sensuri tal-art u spazjali, u għandha tikkompleta l-produzzjoni tal-katalgu Ewropew previst fl-Artikolu 53(1a).
L-evalwazzjoni għandha teżamina, b'mod partikolari, il-ħtieġa għal infrastrutturi spazjali u tal-art addizzjonali.
L-evalwazzjoni għandha tkun akkumpanjata, jekk ikun meħtieġ, bi proposta xierqa għall-iżvilupp ta' infrastrutturi spazjali u tal-art addizzjonali fil-qafas tal-komponent tal-SST.
Emenda 191
Proposta għal regolament
Artikolu 60 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca)  il-ħolqien ta' katalogu Ewropew tal-NEO.
Emenda 192
Proposta għal regolament
Artikolu 61 - paragrafu 1 - parti introduttorja
Fil-qafas tal-komponent ta' GOVSATCOM, il-kapaċitajiet u s-servizzi tal-komunikazzjoni bis-satellita għandhom jiġu kkombinati f'ġabra komuni ta' kapaċitajiet u ta' servizzi ta' komunikazzjoni bis-satellita tal-Unjoni. Dan il-komponent jinkludi:
Fil-qafas tal-komponent ta' GOVSATCOM, il-kapaċitajiet u s-servizzi tal-komunikazzjoni bis-satellita għandhom jiġu kkombinati f'ġabra komuni ta' kapaċitajiet u ta' servizzi ta' komunikazzjoni bis-satellita tal-Unjoni bir-rekwiżiti ta' sigurtà xierqa. Dan il-komponent jista' jinkludi:
Emenda 193
Proposta għal regolament
Artikolu 61 – paragrafu 1 – punt a
(a)  l-iżvilupp, il-kostruzzjoni, u l-operazzjonijiet tal-infrastruttura tas-segment tal-art;
(a)  l-iżvilupp, il-kostruzzjoni, u l-operazzjonijiet tal-infrastruttura tas-segment tal-art u tal-ispazju;
Emenda 194
Proposta għal regolament
Artikolu 62 – paragrafu 3
3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-portafoll tas-servizzi għas-servizzi pprovduti fil-qafas ta' GOVSATCOM, fil-forma ta' lista ta' kategoriji ta' kapaċitajiet u ta' servizzi ta' komunikazzjoni bis-satellita u tal-attributi tagħhom, li tinkludi l-kopertura ġeografika, il-frekwenza, il-bandwidth, it-tagħmir tal-utenti, u l-karatteristiki tas-sigurtà. Dawk il-miżuri għandhom jiġu bbażati fuq ir-rekwiżiti operazzjonali u fuq ir-rekwiżiti tas-sigurtà msemmija fil-paragrafu 1 u għandhom jipprijoritizzaw is-servizzi pprovduti lill-utenti fil-livell tal-Unjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(3).
3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-portafoll tas-servizzi għas-servizzi pprovduti fil-qafas ta' GOVSATCOM, fil-forma ta' lista ta' kategoriji ta' kapaċitajiet u ta' servizzi ta' komunikazzjoni bis-satellita u tal-attributi tagħhom, li tinkludi l-kopertura ġeografika, il-frekwenza, il-bandwidth, it-tagħmir tal-utenti, u l-karatteristiki tas-sigurtà. Dawk il-miżuri għandhom jiġu bbażati fuq ir-rekwiżiti operazzjonali u fuq ir-rekwiżiti tas-sigurtà msemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(3).
Emenda 195
Proposta għal regolament
Artikolu 62 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Il-portafoll tas-servizz msemmi fil-paragrafu 3 għandu jikkunsidra s-servizzi kummerċjalment disponibbli eżistenti sabiex ma jkunx hemm tgħawwiġ tal-kompetizzjoni fis-suq intern.
Emenda 196
Proposta għal regolament
Artikolu 63 – paragrafu 1 – punt b
(b)  l-persuni ġuridiċi debitament akkreditati biex jipprovdu kapaċitajiet jew servizzi satellitari b'konformità mal-proċedura ta' akkreditazzjoni tas-sigurtà fl-Artikolu 36, abbażi tar-rekwiżiti speċifiċi tas-sigurtà għall-komponent ta' GOVSATCOM imsemmi fl-Artikolu 34(1).
(b)  il-persuni ġuridiċi debitament akkreditati biex jipprovdu kapaċitajiet jew servizzi satellitari b'konformità mal-proċedura ta' akkreditazzjoni tas-sigurtà fl-Artikolu 36.
Emenda 197
Proposta għal regolament
Artikolu 63 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba)  Il-fornituri tal-kapaċitajiet jew tas-servizzi ta' komunikazzjoni bis-satellita taħt dan il-komponent għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' sigurtà speċifiċi għall-komponent GOVSATCOM stabbilit skont l-Artikolu 34(1).
Emenda 198
Proposta għal regolament
Artikolu 65 – paragrafu 1
1.  L-akkomunament tal-kapaċitajiet, tas-servizzi u tat-tagħmir tal-utenti tal-komunikazzjoni bis-satellita, għandu jiġi kondiviż u pprijoritizzat bejn il-parteċipanti ta' GOVSATCOM abbażi ta' analiżi tar-riskji għas-sigurtà mill-utenti fil-livell tal-Unjoni jew tal-Istati Membri. Din il-kondiviżjoni u din il-prijoritizzazzjoni għandhom jipprijoritizzaw l-utenti fil-livell tal-Unjoni.
1.  L-akkomunament tal-kapaċitajiet, tas-servizzi u tat-tagħmir tal-utenti tal-komunikazzjoni bis-satellita, għandu jiġi kondiviż u pprijoritizzat bejn il-parteċipanti ta' GOVSATCOM abbażi ta' analiżi tar-riskji għas-sigurtà mill-utenti fil-livell tal-Unjoni jew tal-Istati Membri.
Emenda 199
Proposta għal regolament
Artikolu 66 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Iċ-ċentri GOVSATCOM għandhom jikkunsidraw is-servizzi kummerċjalment disponibbli eżistenti sabiex ma jkunx hemm tgħawwiġ tal-kompetizzjoni fis-suq intern.
Emenda 200
Proposta għal regolament
Artikolu 69 – paragrafu 1
Qabel l-aħħar tal-2024, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni tal-komponent ta' GOVSATCOM, b'mod partikolari fir-rigward tal-evoluzzjoni tal-ħtiġijiet tal-utenti b'rabta mal-kapaċità tal-komunikazzjoni bis-satellita. L-evalwazzjoni għandha teżamina partikolarment il-ħtieġa għal infrastruttura spazjali addizzjonali. L-evalwazzjoni għandha tiġi akkumpanjata, jekk ikun meħtieġ, bi proposta xierqa għall-iżvilupp ta' infrastruttura spazjali addizzjonali fil-qafas tal-komponent ta' GOVSATCOM.
Qabel l-aħħar tal-2024, il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-entitajiet responsabbli, għandha tevalwa l-implimentazzjoni tal-komponent ta' GOVSATCOM, b'mod partikolari fir-rigward tal-evoluzzjoni tal-ħtiġijiet tal-utenti b'rabta mal-kapaċità tal-komunikazzjoni bis-satellita. L-evalwazzjoni għandha teżamina partikolarment il-ħtieġa għal infrastruttura spazjali addizzjonali. L-evalwazzjoni għandha tiġi akkumpanjata, jekk ikun meħtieġ, bi proposta xierqa għall-iżvilupp ta' infrastruttura spazjali addizzjonali fil-qafas tal-komponent ta' GOVSATCOM.
Emenda 201
Proposta għal regolament
Artikolu 71 – paragrafu 1
Is-sede tal-Aġenzija għandha tinsab fi Praga (ir-Repubblika Ċeka).
Is-sede tal-Aġenzija għandha tinsab fi Praga (ir-Repubblika Ċeka). F'konformità mal-ħtiġijiet tal-Programm, jistgħu jiġu stabbiliti uffiċċji lokali tal-Aġenzija, kif stabbilit fl-Artikolu 79(2).
Emenda 202
Proposta għal regolament
Artikolu 73 – paragrafu 4
4.  Il-membri u l-membri supplenti tal-Bord Amministrattiv għandhom jinħatru fid-dawl tal-għarfien tagħhom fil-qasam tal-kompiti ewlenin tal-Aġenzija, filwaqt li jitqiesu l-ħiliet maniġerjali, amministrattivi u baġitarji rilevanti. Il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-almu tagħhom biex jillimitaw it-tibdil tar-rappreżentanti tagħhom fil-Bord Amministrattiv, sabiex jiżguraw il-kontinwità tal-attivitajiet tal-Bord. Il-partijiet kollha għandu jkollhom l-għan li jiksbu rappreżentanza bbilanċjata bejn l-irġiel u n-nisa fil-Bord Amministrattiv.
4.  Il-membri u l-membri supplenti tal-Bord Amministrattiv għandhom jinħatru fid-dawl tal-għarfien tagħhom fil-qasam tal-kompiti tal-Aġenzija, filwaqt li jitqiesu l-ħiliet maniġerjali, amministrattivi u baġitarji rilevanti. Il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-almu tagħhom biex jillimitaw it-tibdil tar-rappreżentanti tagħhom fil-Bord Amministrattiv, sabiex jiżguraw il-kontinwità tal-attivitajiet tal-Bord. Il-partijiet kollha għandu jkollhom l-għan li jiksbu rappreżentanza bbilanċjata bejn l-irġiel u n-nisa fil-Bord Amministrattiv.
Emenda 203
Proposta għal regolament
Artikolu 73 – paragrafu 5
5.  Il-mandat tal-membri tal-Bord Amministrattiv u tal-membri supplenti tagħhom għandu jkun ta' erba' snin u jista' jiġġedded darba.
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)
Emenda 204
Proposta għal regolament
Artikolu 75 – paragrafu 3
3.  Il-Bord Amministrattiv għandu jorganizza laqgħa ordinarja darbtejn fis-sena. Barra minn hekk, għandu jiltaqa' fuq l-inizjattiva tal-President tiegħu jew fuq it-talba ta' minn tal-inqas terz tal-membri tiegħu.
3.  Il-Bord Amministrattiv għandu jorganizza laqgħa ordinarja mill-inqas darba fis-sena. Barra minn hekk, għandu jiltaqa' fuq l-inizjattiva tal-President tiegħu jew fuq it-talba ta' minn tal-inqas terz tal-membri tiegħu.
Emenda 205
Proposta għal regolament
Artikolu 75 – paragrafu 5
5.  [Għal kwalunkwe komponent tal-Programm li jinvolvi l-użu tal-infrastruttura nazzjonali sensittiva, jistgħu jattendu l-laqgħat u d-deliberazzjonijiet tal-Bord Amministrattiv ir-rappreżentanti tal-Istati Membri kollha u r-rappreżentant tal-Kummissjoni biss, iżda biss dawk l-Istati Membri li jkollhom tali infrastruttura jistgħu jieħdu sehem fil-votazzjoni. Fejn il-President tal-Bord Amministrattiv ma jkunx jirrappreżenta wieħed mill-Istati Membri li jkollhom tali infrastruttura, dan għandu jiġi sostitwit mir-rappreżentanti ta' Stat Membru li jkollu tali infrastruttura.]
5.  [Għal kwalunkwe komponent tal-Programm li jinvolvi l-użu tal-infrastruttura nazzjonali sensittiva, jistgħu jattendu l-laqgħat u d-deliberazzjonijiet tal-Bord Amministrattiv ir-rappreżentanti tal-Istati Membri kollha u r-rappreżentant tal-Kummissjoni biss, iżda biss dawk ir-rappreżentanti tal-Istati Membri li għandhom din l-istruttura għandhom jieħdu sehem fil-votazzjoni. Fejn il-President tal-Bord Amministrattiv ma jkunx jirrappreżenta wieħed mill-Istati Membri li jkollhom tali infrastruttura, dan għandu jiġi sostitwit mir-rappreżentanti ta' Stat Membru li jkollu tali infrastruttura.]
Emenda 206
Proposta għal regolament
Artikolu 77 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)
(aa)  jadotta, sat-30 ta' Ġunju tal-ewwel sena tal-qafas finanzjarju pluriennali previst fl-Artikolu 312 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-programm ta' ħidma pluriennali tal-Aġenzija għall-perijodu kopert mill-qafas finanzjarju pluriennali wara li tkun ġiet inkluża fih, mingħajr ebda tibdil, il-parti żviluppata mill-Bord ta' Akkreditament ta' Sigurtà f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 11(80) u wara li jkun irċieva l-opinjoni tal-Kummissjoni. Il-Parlament Ewropew għandu jiġi kkonsultat dwar dan il-programm ta' ħidma pluriennali.
Emenda 207
Proposta għal regolament
Artikolu 77 - paragrafu 2 - punt da (ġdid)
(da)  jadotta regoli ta' trasparenza dwar il-kuntratti industrijali u jiġi infurmat b'mod regolari dwarhom mid-Direttur Eżekuttiv;
Emenda 208
Proposta għal regolament
Artikolu 79 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca)  jikkonforma mar-regoli ta' trasparenza dwar il-kuntratti industrijali u jinforma lill-Bord Amministrattiv;
Emenda 209
Proposta għal regolament
Artikolu 79 – paragrafu 2
2.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddeċiedi jekk ikunx meħtieġ li impjegat wieħed jew iktar mill-persunal kollu jkun jinsab fi Stat Membru wieħed jew iktar għall-iskop tat-twettiq tal-kompiti tal-Aġenzija b'mod effiċjenti u effettiv. Qabel ma jiddeċiedi li jistabbilixxi uffiċċju lokali, id-Direttur Eżekuttiv għandu jikseb l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, tal-Bord Amministrattiv u tal-Istat(i) Membru/i kkonċernat(i). Id-deċiżjoni għandha tispeċifika l-ambitu tal-attivitajiet li jridu jitwettqu fl-uffiċċju lokali b'tali mod li jiġu evitati l-kostijiet bla bżonn u d-duplikazzjoni tal-funzjonijiet amministrattivi tal-Aġenzija. Jaf ikun meħtieġ ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali mal-Istat(i) Membru/i kkonċernat(i).
2.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddeċiedi jekk ikunx meħtieġ li impjegat wieħed jew iktar mill-persunal kollu jkun jinsab fi Stat Membru wieħed jew iktar għall-iskop tat-twettiq tal-kompiti tal-Aġenzija b'mod effiċjenti u effettiv. Qabel ma jiddeċiedi li jistabbilixxi uffiċċju lokali, id-Direttur Eżekuttiv għandu jikseb l-approvazzjoni minn qabel tal-Bord Amministrattiv u tal-Istat(i) Membru/i kkonċernat(i). Id-deċiżjoni għandha tispeċifika l-ambitu tal-attivitajiet li jridu jitwettqu fl-uffiċċju lokali b'tali mod li jiġu evitati l-kostijiet bla bżonn u d-duplikazzjoni tal-funzjonijiet amministrattivi tal-Aġenzija. Jaf ikun meħtieġ ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali mal-Istat(i) Membru/i kkonċernat(i). Fejn ikun possibbli, l-impatt f'termini ta' allokazzjoni u baġit tal-persunal għandu jiġi inkorporat fil-programm ta' ħidma annwali, u fi kwalunkwe każ dan il-proġett għandu jiġi nnotifikat lill-awtorità baġitarja skont l-Artikolu 84(11).
Emenda 210
Proposta għal regolament
Artikolu 88 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Il-persunal tal-Aġenzija għandu jitħallas mir-riżorsi proprji tal-Aġenzija u, fejn meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti delegati tal-Aġenzija, permezz tal-użu tal-baġit delegat mill-Kummissjoni.
Emenda 211
Proposta għal regolament
Artikolu 89 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord Amministrattiv abbażi tal-mertu u tal-ħiliet amministrattivi u maniġerjali ddokumentati, kif ukoll abbażi tal-kompetenza u tal-esperjenza rilevanti, minn lista ta' kandidati proposta mill-Kummissjoni, b'kompetizzjoni miftuħa u trasparenti, wara l-pubblikazzjoni ta' sejħa għall-espressjonijiet ta' interess f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew xi mkien ieħor.
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord Amministrattiv abbażi tal-mertu u tal-ħiliet amministrattivi u maniġerjali ddokumentati, kif ukoll abbażi tal-kompetenza u tal-esperjenza rilevanti, minn lista ta' mill-inqas tliet kandidati proposta mill-Kummissjoni, b'kompetizzjoni miftuħa u trasparenti, wara l-pubblikazzjoni ta' sejħa għall-espressjonijiet ta' interess f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew xi mkien ieħor.
Emenda 212
Proposta għal regolament
Artikolu 89 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
Abbażi ta' proposta mill-Kummissjoni li tqis il-valutazzjoni msemmija fl-ewwel sottoparagrafu, il-Bord Amministrattiv jista' jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba għal perjodu ta' żmien sa erba' snin.
Abbażi ta' proposta mill-Kummissjoni li tqis il-valutazzjoni msemmija fl-ewwel sottoparagrafu, il-Bord Amministrattiv jista' jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba għal perjodu ta' żmien sa ħames snin.
Emenda 213
Proposta għal regolament
Artikolu 92 – titolu
Il-ftehim dwar il-kwartieri ġenerali u l-kundizzjonijiet tat-tħaddim
Il-ftehim dwar il-kwartieri ġenerali u l-Uffiċċji Lokali u l-kundizzjonijiet tat-tħaddim
Emenda 214
Proposta għal regolament
Artikolu 92 – paragrafu 1
1.  L-arranġamenti meħtieġa fir-rigward tal-akkomodazzjoni li trid tiġi pprovduta għall-Aġenzija fl-Istat Membru ospitanti u l-faċilitajiet li dak l-Istat Membru jrid jara li jkunu disponibbli flimkien mar-regoli speċifiċi applikabbli fl-Istat Membru ospitanti għad-Direttur Eżekuttiv, għall-membri tal-Bord Amministrattiv, għall-persunal tal-Aġenzija u għall-membri tal-familji tagħhom, għandhom jiġu stabbiliti fi Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali bejn l-Aġenzija u l-Istat Membru fejn ikun tkun tinsab is-sede, li jiġi konkluż wara li tinkiseb l-approvazzjoni tal-Bord Amministrattiv.
1.  L-arranġamenti meħtieġa fir-rigward tal-akkomodazzjoni li trid tiġi pprovduta għall-Aġenzija fl-Istati Membri ospitanti u l-faċilitajiet li dak l-Istat Membru jrid jara li jkunu disponibbli flimkien mar-regoli speċifiċi applikabbli fl-Istati Membri ospitanti għad-Direttur Eżekuttiv, għall-membri tal-Bord Amministrattiv, għall-persunal tal-Aġenzija u għall-membri tal-familji tagħhom, għandhom jiġu stabbiliti fi Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji Lokali bejn l-Aġenzija u l-Istat Membru fejn ikun tkun tinsab is-sede jew l-infrastruttura lokali, li jiġi konkluż wara li tinkiseb l-approvazzjoni tal-Bord Amministrattiv.
Emenda 215
Proposta għal regolament
Artikolu 98 – paragrafu 1
1.  L-Aġenzija għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi li jkunu daħlu fi ftehimiet mal-Unjoni għal dan ir-rigward.
1.  L-Aġenzija għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, li jkunu daħlu fi ftehimiet mal-Unjoni f'dan ir-rigward.
Emenda 216
Proposta għal regolament
Artikolu 101 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.   Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi metodoloġija biex tipprevedi indikaturi kwalitattivi għal valutazzjoni preċiża tal-progress miksub lejn il-kisba tal-objettivi ġenerali stipulati fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 4(1). Abbażi ta' dik il-metodoloġija l-Kummissjoni għandha tikkomplementa l-Anness sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2021.
Emenda 217
Proposta għal regolament
Artikolu 102 – paragrafu 2
2.  L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-programm, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm.
2.  L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn tliet snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm. Taqsima speċifika ta' din l-evalwazzjoni għandha tkun iddedikata għall-governanza tal-Programm bl-għan li tagħti informazzjoni dwar jekk ikunux meħtieġa emendi għall-kompiti u għall-kompetenzi inkarigati lill-atturi differenti tal-Programm;
Emenda 218
Proposta għal regolament
Artikolu 102 – paragrafu 4
4.  Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.
4.  Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni u jekk xieraq tista' takkumpanja l-evalwazzjoni bi proposta leġiżlattiva ġdida.
Emenda 219
Proposta għal regolament
Artikolu 102 – paragrafu 6 – subparagrafu 1
Sat-30 ta' Ġunju 2024, u kull ħames snin wara din id-data, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-prestazzjoni tal-Aġenzija, b'rabta mal-għanijiet, mal-mandat, mal-kompiti u mal-post fejn tinsab, b'konformità mal-linji gwida tal-Kummissjoni. B'mod partikolari, l-evalwazzjoni għandha tindirizza l-ħtieġa possibbli li jiġi mmodifikat il-mandat tal-Aġenzija, u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta' kwalunkwe modifikazzjoni ta' dan it-tip. Għandha wkoll tindirizza l-politika tal-Aġenzija dwar il-kunflitti ta' interess, l-indipendenza u l-awtonomija tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà.
Sat-30 ta' Ġunju 2024, u kull tliet snin wara din id-data, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-prestazzjoni tal-Aġenzija, b'rabta mal-għanijiet, mal-mandat, mal-kompiti u mal-post fejn tinsab, b'konformità mal-linji gwida tal-Kummissjoni. L-evalwazzjoni għandha tindirizza l-ħtieġa possibbli li jsiru modifiki fil-mandat tal-Aġenzija, b'mod partikolari rigward il-possibbiltà li tiġi inkarigata b'kompiti addizzjonali, skont l-Artikolu 30, u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta' kwalunkwe waħda minn dawn il-modifiki. Għandha wkoll tindirizza l-politika tal-Aġenzija dwar il-kunflitti ta' interess, l-indipendenza u l-awtonomija tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà.
Emenda 220
Proposta għal regolament
Artikolu 105 – paragrafu 2
2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 52 u 101 għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat sal-31 ta' Diċembru 2028.
2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 52 u 101 hija mogħtija lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2028.
Emenda 221
Proposta għal regolament
Artikolu 107 - paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat li jiltaqa' f'konfigurazzjonijiet/sottokumitati speċifiċi dedikati għal kull komponent ewlieni tal-Programm (Galileo u EGNOS, Copernicus, SSA, GOVSATCOM). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Emenda 222
Proposta għal regolament
Artikolu 107 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Il-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni jistgħu jipprevedu l-involviment, kif ikun xieraq, ta' rappreżentanti ta' pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali fil-ħidma tal-Kumitat taħt il-kundizzjonijiet stipulati fir-regoli ta' proċedura tiegħu, filwaqt li titqies is-sigurtà tal-Unjoni.

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għal negozjati interistituzzjonali lill-kumitati responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’subparagrafu (A8-0405/2018).


Stabbiliment tal-programm Ewropa Diġitali għall-perjodu 2021-2027 ***I
PDF 366kWORD 114k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-13 ta' Diċembru 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm Ewropa Diġitali għall-perjodu 2021-2027 (COM(2018)0434 – C8-0256/2018 – 2018/0227(COD))(1)
P8_TA(2018)0521A8-0408/2018

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva   Emenda
Emenda 1
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva
Kunsiderazzjoni 3a (ġdida)
–   wara li kkunsidraw ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Mejju 2017 dwar dwar FinTech: l-influwenza tat-teknoloġija fuq il-futur tas-settur finanzjarju,
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 4
(4)  Skont [referenza trid tiġi aġġornata kif xieraq skont id-deċiżjoni l-ġdida dwar il-PTEE: l-Artikolu 88 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill / / UE53], persuni u entitatijiet stabbiliti f'pajjiżi u territorji extra-Ewropej (PTEE) għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u għall-objettivi tal-Programm u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li magħhom il-pajjiż jew territorju extra-Ewropew rilevanti huwa marbut.
(4)  Skont [referenza trid tiġi aġġornata kif xieraq skont id-deċiżjoni l-ġdida dwar il-PTEE: l-Artikolu 88 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill / / UE53], persuni u entitatijiet stabbiliti f'pajjiżi u territorji extra-Ewropej (PTEE) jenħtieġ li jkunu eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u għall-objettivi tal-Programm u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li magħhom il-pajjiż jew territorju extra-Ewropew rilevanti huwa marbut. Ir-restrizzjonijiet marbutin mal-parteċipazzjoni tal-pajjiżi jew it-territorji extra-Ewropej iridu jitqiesu waqt l-implimentazzjoni tal-Programm u l-parteċipazzjoni effettiva tagħhom fil-Programm trid tkun immonitorjata u evalwata regolarment.
_________________
_________________
53 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill / /UE.
53 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill / /UE.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 5
(5)  Skont il-paragrafu 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201654, hemm il-ħtieġa li dan il-Programm jiġi evalwat abbażi tal-informazzjoni li tinġabar permezz ta' rekwiżiti ta' monitoraġġ speċifiċi, filwaqt li jiġu evitati piżijiet ta' regolamentazzjoni żejda u amministrattivi, b'mod partikolari fuq l-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, fejn ikun xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi biex jiġu evalwati l-effetti tal-Programm fil-prattika.
(5)  Skont il-paragrafu 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201654, hemm il-ħtieġa li dan il-Programm jiġi evalwat abbażi tal-informazzjoni li tinġabar permezz ta' rekwiżiti ta' monitoraġġ speċifiċi, korrelatata mal-ħtiġijiet eżistenti u li tikkonforma mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament u tal-Kunsill54a, filwaqt li jiġu evitati piżijiet ta' regolamentazzjoni żejda u amministrattivi għall-benefiċjarji kollha, b'mod partikolari fuq l-Istati Membri u l-SMEs. Dawn ir-rekwiżiti, fejn ikun xieraq, jenħtieġ li jinkludu indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi biex jiġu evalwati l-effetti tal-Programm fil-prattika.
__________________
__________________
54 Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016; ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
54 Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016; ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
54a Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 5a (ġdida)
(5a)  Il-Programm jenħtieġ li jiżgura l-ogħla livell ta' trasparenza, obbligu ta' rendikont u skrutinju demokratiku ta' strumenti u mekkaniżmi finanzjarji innovattivi li jinvolvu l-baġit tal-Unjoni, speċjalment fir-rigward tal-kontribut tagħhom, kemm fir-rigward tal-aspettattivi inizjali kif ukoll tar-riżultati finali li jsiru biex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 6
(6)  Is-Summit Diġitali ta' Tallinn55 ta' Settembru 2017 u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew56 tad-19 ta' Ottubru 2017 indikaw il-ħtieġa għall-Ewropa li tinvesti fid-diġitilizzazzjoni tal-ekonomiji tagħna u tindirizza id-diskrepanza fil-ħiliet biex iżżomm u ssaħħaħ kompetittività Ewropea, il-kwalità tal-ħajja tagħna u n-nisġa soċjali. Il-Kunsill Ewropew ikkonkluda li t-trasformazzjoni diġitali toffri opportunitajiet kbar għall-innovazzjoni, it-tkabbir u l-impjiegi, se tikkontribwixxi għall-kompetittività globali tagħna, u ttejjeb l-kreattività u d-diversità kulturali. Biex jiġu sfruttati dawn l-opportunitajiet jeħtieġ li jiġu ttrattati b'mod kollettiv uħud mill-isfidi li ġġib magħha t-trasformazzjoni diġitali u jiġu rieżaminati l-politiki affettwati mit-trasformazzjoni diġitali.
(6)  Is-Summit Diġitali ta' Tallinn55 ta' Settembru 2017 u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew56 tad-19 ta' Ottubru 2017 indikaw il-ħtieġa għall-Ewropa li tinvesti fid-diġitilizzazzjoni effiċjenti tal-ekonomiji tagħna u tindirizza d-diskrepanza fil-ħiliet biex iżżomm u ssaħħaħ il-kompetittività u innovazzjoni Ewropej, il-kwalità tal-ħajja tagħna u n-nisġa soċjali. Il-Kunsill Ewropew ikkonkluda li t-trasformazzjoni diġitali toffri opportunitajiet kbar għall-innovazzjoni, it-tkabbir u l-impjiegi, se tikkontribwixxi għall-kompetittività globali tagħna, u ttejjeb l-kreattività u d-diversità kulturali. Biex jiġu sfruttati dawn l-opportunitajiet jeħtieġ li jiġu ttrattati b'mod kollettiv l-isfidi li ġġib magħha t-trasformazzjoni diġitali f'diversi modi, inkluż billi jiġi żgurat li l-bażi essenzjali li fuqha jistrieħu t-teknoloġiji l-ġodda tkun ġiet stabbilita sew, billi jinħolqu regoli legali effettivi u inforzabbli u filwaqt li jiġu rieżaminati l-politiki affettwati mit-trasformazzjoni diġitali, u billi jinħoloq ambjent favorevoli għall-innovazzjoni fejn l-interessi tal-utenti jkunu ssalvagwardjati bis-sħiħ. Idealment, il-pakkett finanzjarju għal dan il-Programm, li jikkostitwixxi sforz fil-livell Ewropew, għandu jiżdied permezz ta' fondi sinifikanti mis-settur privat u kontribuzzjonijiet min-naħa tal-Istati Membri.
__________________
__________________
55 https://www.eu2017.ee/news/insights/conclusions-after-tallinn-digital-summit
55 https://www.eu2017.ee/news/insights/conclusions-after-tallinn-digital-summit
56 https://www.consilium.europa.eu/media/21620/19-euco-final-conclusions-en.pdf
56 https://www.consilium.europa.eu/media/21620/19-euco-final-conclusions-en.pdf
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 6a (ġdida)
(6a)  Il-futur tas-soċjetà Ewropea u tal-ekonomija Ewropea se jiddependi ħafna fuq politika armonizzata u konsistenti dwar l-ispettru, fuq infrastruttura tal-5G, li se tirrikjedi objettiv tal-infrastruttura rigward netwerks VHC, bil-għan li jiġu pprovduti servizzi ta' komunikazzjoni ta' kwalità għolja u aktar veloċi; dan huwa prerekwiżit għall-implimentazzjoni tajba tal-Programm. F'dan ir-rigward, il-Programm jenħtieġ li jibbenefika mill-implimentazzjoni tajba tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u b'mod partikolari l-inizjattiva Wif4EU li għandha l-għan li tippromwovi l-konnettività għaċ-ċittadini fl-ispazji pubbliċi tal-Unjoni; il-kombinazzjoni ta' dawk iż-żewġ programmi se timmassimizza r-riżultati u se tikseb l-objettivi tal-Unjoni li tipprovdi kopertura affidabbli u konsistenti tan-netwerk b'veloċità għolja fl-Unjoni kollha.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 7
(7)  Il-Kunsill Ewropew ikkonkluda b'mod partikolari li l-Unjoni għandha tindirizza b'mod urġenti t-tendenzi emerġenti: dan jinkludi kwistjonijiet bħall-intelliġenza artifiċjali u teknoloġiji tar-reġistru distribwit (eż. katina ta' blokok ta' tranżazzjonijiet), filwaqt li fl-istess ħin jiżgura livell għoli ta' protezzjoni tad-data, tad-drittijiet diġitali u tal-istandards etiċi. Il-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni tressaq approċċ Ewropew għall-intelliġenza artifiċjali sal-bidu tal-2018 u talab lill-Kummissjoni biex tressaq l-inizjattivi meħtieġa għat-tisħiħ tal-kundizzjonijiet qafas bil-għan li l-UE tkun tista' tesplora swieq ġodda permezz ta' innovazzjonijiet radikali bbażati fuq ir-riskju u tafferma mill-ġdid ir-rwol ewlieni tal-industrija tagħha.
(7)  Il-Kunsill Ewropew ikkonkluda b'mod partikolari li l-Unjoni jenħtieġ li tindirizza b'mod urġenti t-tendenzi emerġenti: dan jinkludi kwistjonijiet bħad-distakk diġitali, l-intelliġenza artifiċjali, filwaqt li fl-istess ħin jiżgura livell għoli ta' protezzjoni tad-data f'konformità sħiħa mar-Regolament (UE) 2016/679, tad-drittijiet, tad-drittijiet fundamentali u tal-istandards etiċi. Il-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni tressaq approċċ Ewropew għall-intelliġenza artifiċjali sal-bidu tal-2018 u talab lill-Kummissjoni biex tressaq l-inizjattivi meħtieġa għat-tisħiħ tal-kundizzjonijiet qafas bil-għan li l-UE tkun tista' tesplora swieq ġodda permezz ta' innovazzjonijiet radikali bbażati fuq ir-riskju u tafferma mill-ġdid ir-rwol ewlieni tal-industrija tagħha.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 7a (ġdida)
(7a)   Fl-10 ta' April 2018, l-Istati Membri esprimew l-appoġġ u r-rieda komuni tagħhom li jikkooperaw flimkien fuq inizjattivi fil-qasam tal-intelliġenza artifiċjali u s-servizzi ta' infrastruttura fil-qasam tat-teknoloġiji tar-reġistru distribwit (pereżempju l-blockchain) bl-iffirmar ta' ftehimiet ta' kooperazzjoni.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 7b (ġdida)
(7b)   Għal implimentazzjoni b'suċċess ta' dan il-programm, jeħtieġ li jsir aktar milli jiġu segwiti t-tendenzi attwali. Jeħtieġ li l-Unjoni tkun impenjata favur it-teknoloġiji li jsaħħu l-privatezza (jiġifieri l-kriptografija u applikazzjonijiet deċentralizzati (DApps)), kif ukoll favur investimenti akbar f'infrastruttura li tibqa' valida fil-futur (netwerks tal-fibra ottika) biex tagħmel possibbli li jkun hemm soċjetà diġitalizzata indipendenti.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 7c (ġdida)
(7c)   L-Ewropa jeħtieġ li tagħmel investimenti deċiżivi fil-futur tagħha, filwaqt li tibni kapaċitajiet diġitali strateġiċi sabiex tibbenefika mir-rivoluzzjoni diġitali. Irid jiġi żgurat baġit sostanzjali (ta' mill-inqas EUR 9,2 biljun) fil-livell tal-UE għal dan il-għan, li jrid jiġi kkomplementat bi sforzi ta' investimenti mdaqqsa fil-livell nazzjonali u reġjonali, b'mod partikolari b'relazzjoni konsistenti u komplementari ma' fondi strutturali u ta' koeżjoni.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 8
(8)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar "Qafas Finanzjarju Pluriennali ġdid u modern għal Unjoni Ewropea li tagħti riżultati fuq il-prijoritajiet tagħha b'mod effiċjenti wara l-2020"57 jiddeskrivi fost l-għażliet għall-programm tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali tal-futur għat-trasformazzjonijiet diġitali tal-Ewropa li jwasslu "progress qawwi lejn it-tkabbir intelliġenti f'oqsma bħalma huma data ta' kwalità għolja tal-infrastruttura, il-konnettività u ċ-ċibersigurtà". Din tfittex li tiżgura t-tmexxija Ewropea fis-supercomputing, l-internet tal-ġenerazzjoni li jmiss, l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u l-big data. Hija ssaħħaħ il-pożizzjoni kompetittiva tal-industrija u n-negozji fl-Ewropa fl-ekonomija diġitali kollha u jkollha impatt sinifikanti fuq l-eliminazzjoni tad-diskrepanza tal-ħiliet fl-Unjoni kollha.
(8)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar "Qafas Finanzjarju Pluriennali ġdid u modern għal Unjoni Ewropea li tagħti riżultati fuq il-prijoritajiet tagħha b'mod effiċjenti wara l-2020"57 tiddeskrivi fost l-għażliet għall-programm tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali tal-futur għat-trasformazzjonijiet diġitali tal-Ewropa li jwasslu "progress qawwi lejn it-tkabbir intelliġenti f'oqsma bħalma huma data ta' kwalità għolja tal-infrastruttura, il-konnettività, iċ-ċibersigurtà u d-diġitalizzazzjoni tal-amministrazzjonijiet pubbliċi. Din tfittex li tiżgura t-tmexxija Ewropea fis-supercomputing, l-internet tal-ġenerazzjoni li jmiss, l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u l-big data. Hija ssaħħaħ il-pożizzjoni kompetittiva tal-industrija u n-negozji fl-Ewropa fl-ekonomija diġitali kollha u jkollha impatt sinifikanti fuq it-tnaqqis u l-eliminazzjoni tad-diskrepanza tal-ħiliet fl-Unjoni kollha, filwaqt li tiżgura li ċ-ċittadini Ewropej ikollhom il-ħiliet, il-kompetenzi u l-għarfien meħtieġa biex jiffaċċjaw it-trasformazzjoni diġitali.
__________________
__________________
57 COM(2018)0098 final
57 COM(2018)0098 final
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 8a (ġdida)
(8a)   Billi, fid-dawl tad-dewmien fl-iżvilupp tal-kapaċitajiet diġitali strateġiċi tal-Unjoni u l-isforzi li saru sabiex dan jiġi rimedjat, jenħtieġ li jiġi garantit baġit proporzjonat mal-ambizzjonijiet ta' dan il-programm u ta' mill-anqas EUR 9,2 biljun.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 9
(9)  Il-Komunikazzjoni "Għal spazju komuni Ewropew tad-data"58, tindirizza l-miżura ġdida li trid tittieħed bħala pass fundamentali lejn spazju komuni tad-data fl-UE - qasam diġitali bla xkiel bi skala li tippermetti l-iżvilupp ta' prodotti u servizzi ġodda bbażati fuq id-data.
(9)  Il-Komunikazzjoni "Għal spazju komuni Ewropew tad-data"58, tindirizza l-miżura ġdida li trid tittieħed bħala pass fundamentali lejn spazju komuni tad-data fl-UE - qasam diġitali bla xkiel bi skala li tippermetti l-iżvilupp u l-innovazzjoni ta' prodotti u servizzi ġodda bbażati fuq id-data.
_________________
_________________
58 COM(2018)0125
58 COM(2018)0125
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 9a (ġdida)
(9a)   L-inizjattiva għall-Internet tal-Ġenerazzjoni li Jmiss imnedija mill-Kummissjoni Ewropea fl-2017 jenħtieġ li tipprovdi wkoll bażi għall-implimentazzjoni tal-Programm billi timmira lejn Internet aktar miftuħ b'servizzi aħjar, b'aktar intelliġenza, aktar involviment u parteċipazzjoni, li jindirizza l-opportunitajiet teknoloġiċi li jinħolqu mill-avvanzi f'diversi oqsma ta' riċerka, li jestendu minn arkitetturi tan-netwerk ġodda u infrastrutturi ddefiniti minn softwer għal kunċetti ġodda għal servizzi u applikazzjonijiet.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 10
(10)  L-objettiv ġenerali tal-Programm jenħtieġ li jkun li jappoġġa t-trasformazzjoni diġitali tal-industrija u li jrawwem l-isfruttament aħjar tal-potenzjal industrijali tal-politiki ta' innovazzjoni, riċerka u żvilupp teknoloġiku, għall-benefiċċju tan-negozji u ċ-ċittadini fl-Unjoni kollha. Il-programm jenħtieġ li jkun strutturat f'ħames Objettivi Speċifiċi li jirriflettu oqsma ta' politika ewlenin, jiġifieri (i) il-computing ta' prestazzjoni għolja, iċ-ċibersigurtà, l-intelliġenza artifiċjali, il-ħiliet diġitali avvanzati u l-iskjerament, l-aħjar użu tal-kapaċitajiet diġitali u l-interoperabbiltà. Għal dawk l-oqsma kollha, il-Programm għandu jkollu l-għan ukoll li jallinja aħjar lill-Unjoni, l-Istati Membri u l-politiki reġjonali, u li jiġbor riżorsi privati u industrijali sabiex jiżdied l-investiment u jiġu żviluppati sinerġiji aktar b'saħħithom.
(10)  L-objettiv ġenerali tal-Programm jenħtieġ li jkun li jappoġġa t-trasformazzjoni diġitali tal-industrija u li jrawwem l-isfruttament aħjar tal-potenzjal industrijali tal-politiki ta' innovazzjoni, riċerka u żvilupp teknoloġiku, kif ukoll li jimmodernizza setturi speċifiċi ta' interess pubbliku, għall-benefiċċju tan-negozji – speċjalment l-SMEs – u ċ-ċittadini fl-Unjoni kollha. Barra minn hekk, il-Programm jenħtieġ li jsaħħaħ il-kompetittività tal-Unjoni u r-reżiljenza tal-ekonomija tagħha.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 10a (ġdida)
(10a)   Hemm il-ħtieġa urġenti li jingħata appoġġ lill-SMEs li għandhom l-intenzjoni li jużaw it-trasformazzjoni diġitali fil-proċessi ta' produzzjoni tagħhom. Ir-riċerka u l-innovazzjoni fis-settur diġitali se jippermettu lill-SMEs jikkontribwixxu għat-tkabbir tal-ekonomija Ewropea permezz ta' użu effiċjenti tar-riżorsi.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 10b (ġdida)
(10b)  Il-Programm jenħtieġ li jkun strutturat f'ħames objettivi speċifiċi li jirriflettu oqsma ta' politika ewlenin, jiġifieri: (a) il-computing ta' prestazzjoni għolja, (b) l-intelliġenza artifiċjali u t-teknoloġiji tar-reġistru distribwit, (c) iċ-ċibersigurtà, (d) il-ħiliet diġitali avvanzati, u (e) l-implimentazzjoni, l-aħjar użu tal-kapaċitajiet diġitali u l-interoperabbiltà. Għal dawk l-oqsma kollha, il-Programm jenħtieġ li jkollu l-għan ukoll li jallinja aħjar lill-Unjoni, l-Istati Membri u l-politiki reġjonali, u li jiġbor f'pul komuni r-riżorsi privati u industrijali sabiex jiżdied l-investiment u jiġu żviluppati sinerġiji aktar b'saħħithom.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 10c (ġdida)
(10c)  Flimkien mal-objettiv ġenerali tat-trasformazzjoni diġitali, il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi biex jiġu żgurati l-objettivi ta' sigurtà strateġiċi fit-tul permezz tal-bini tal-kapaċitajiet u l-abbilitajiet fl-Unjoni, filwaqt li tingħata prijorità lill-azzjonijiet li jżidu l-potenzjal strateġiku u jillimitaw id-dipendenza fuq fornituri u prodotti ta' pajjiżi terzi, biex b'hekk tiġi żgurata l-kompetittività ekonomika u innovattiva tal-Unjoni.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 11
(11)  Rwol ċentrali fl-implimentazzjoni tal-Programm għandu jingħata lill-Hubs ta' Innovazzjoni Diġitali, li għandhom jistimolaw l-adozzjoni wiesgħa ta' teknoloġiji diġitali avvanzati mill-industrija, mill-organizzazzjonijiet pubbliċi u mid-dinja akkademika. Netwerk ta' Hubs ta' Innovazzjoni Diġitali jeħtieġ li jiżgura l-aktar kopertura ġeografika wiesgħa fl-Ewropa kollha59. L-ewwel sett ta' Hubs ta' Innovazzjoni Diġitali se jintgħażlu abbażi tal-proposti mill-Istati Membri u mbagħad in-netwerk se jitkabbar permezz ta' proċess miftuħ u kompetittiv. Il-Hubs ta' Innovazzjoni Diġitali se jservu bħala punti ta' aċċess għall-aħħar kapaċitajiet diġitali, inklużi l-computing ta' prestazzjoni għolja (HPC), l-intelliġenza artifiċjali, iċ-ċibersigurtà, kif ukoll teknoloġiji innovattivi oħra eżistenti tal-Teknoloġiji Abilitanti Essenzjali, disponibbli wkoll f'fablabs jew citylabs. Huma għandhom jaġixxu bħala punti uniċi ta' kuntatt biex jaċċessaw teknoloġiji ttestjati u validati u jippromwovu innovazzjoni miftuħa. Huma se jipprovdu wkoll appoġġ fil-qasam tal-ħiliet diġitali avvanzati. In-netwerk tal-Hubs ta' Innovazzjoni Diġitali għandu jikkontribwixxi wkoll għall-parteċipazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi fis-Suq Uniku Diġitali.
(11)  Rwol ċentrali fl-implimentazzjoni tal-Programm jenħtieġ li jingħata lill-Hubs ta' Innovazzjoni Diġitali Ewropej, li jenħtieġ li jistimolaw l-adozzjoni wiesgħa ta' teknoloġiji diġitali avvanzati mill-industrija, inklużi l-SMEs, mill-organizzazzjonijiet pubbliċi u mill-akkademja. Netwerk ta' Hubs ta' Innovazzjoni Diġitali Ewropej jeħtieġ li jiżgura l-aktar kopertura ġeografika wiesgħa fl-Ewropa kollha59. L-ewwel sett ta' Hubs ta' Innovazzjoni Diġitali Ewropej se jintgħażlu abbażi tal-proposti mill-Istati Membri u mbagħad in-netwerk se jitkabbar permezz ta' proċess miftuħ, trasparenti u kompetittiv. Il-Hubs ta' Innovazzjoni Diġitali Ewropej se jservu bħala punti ta' aċċess għall-aħħar kapaċitajiet diġitali, inklużi l-computing ta' prestazzjoni għolja (HPC), l-intelliġenza artifiċjali, iċ-ċibersigurtà, kif ukoll teknoloġiji innovattivi oħra eżistenti tal-Teknoloġiji Abilitanti Essenzjali, disponibbli wkoll f'fablabs jew citylabs. Huma għandhom jaġixxu bħala punti uniċi ta' servizz biex jaċċessaw teknoloġiji ttestjati u validati u jippromwovu innovazzjoni miftuħa. Huma se jipprovdu wkoll appoġġ fil-qasam tal-ħiliet diġitali avvanzati. In-netwerk tal-Hubs ta' Innovazzjoni Diġitali Ewropej jenħtieġ li jikkontribwixxi wkoll għall-parteċipazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi fis-Suq Uniku Diġitali u jappoġġja t-trasformazzjoni diġitali fil-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej.
__________________
__________________
59 Kif indikat fil-Komunikazzjoni dwar id-Diġitalizzazzjoni tal-Industrija Ewropea (COM(2016)0180)
59 Kif indikat fil-Komunikazzjoni dwar id-Diġitalizzazzjoni tal-Industrija Ewropea (COM(2016)0180)
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 11a (ġdida)
(11a)  Sabiex jinħolqu sinerġiji bejn l-investimenti fl-ambitu ta' dan il-Programm u l-investimenti tal-Unjoni fir-riċerka u l-iżvilupp, b'mod partikolari fl-ambitu tal-programm Orizzont Ewropa, jenħtieġ li l-Hubs ta' Innovazzjoni Diġitali Ewropej jaġixxu bħala pjattaforma li tlaqqa' lill-industrija, in-negozji u l-amministrazzjoni – li għandhom bżonn soluzzjonijiet ibbażati fuq teknoloġiji ġodda – mal-kumpaniji, speċjalment in-negozji l-ġodda, li min-naħa tagħhom għandhom soluzzjonijiet lesti għas-suq.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 11b (ġdida)
(11b)  L-ippjanar, l-iżvilupp u l-akkwist tal-programm jenħtieġ li jitwettqu bil-ħsieb li jissaħħu l-kapaċitajiet u l-kompetittività tal-Unjoni fuq medda medja u twila ta' żmien. Jenħtieġ li tingħata prijorità lill-azzjonijiet li jżidu l-potenzjal strateġiku u l-kompetittività tal-Unjoni li għandhom l-għan li jillimitaw id-dipendenza fuq fornituri u prodotti ta' pajjiżi terzi. Il-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi f'objettivi speċifiċi tal-Programm jenħtieġ li għalhekk tiddependi fuq il-kontribuzzjoni li tali pajjiżi jagħmlu lejn l-Unjoni.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 12
(12)  Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz ta' proġetti li jsaħħu l-kapaċitajiet diġitali essenzjali u l-użu wiesa' tagħhom. Dan għandu jinvolvi koinvestimenti mal-Istati Membri u, meta jkun meħtieġ, mas-settur privat. B'mod partikolari, jenħtieġ li din tirrikjedi li tilħaq massa kritika fl-akkwist biex tikseb valur aħjar għall-flus u garanzija li l-fornituri fl-Ewropa jibqgħu fuq quddiem nett tal-avvanzi teknoloġiċi.
(12)  Jenħtieġ li l-Programm jiġi implimentat permezz ta' proġetti li jsaħħu l-kapaċitajiet diġitali essenzjali u l-awtonomija strateġika tal-Unjoni. Għal dan il-għan, il-Programm jenħtieġ li jiżgura baġit tal-UE ta' mill-inqas EUR 9,2 biljun ikkumplimentat b'koinvestimenti mill-Istati Membri u/jew mis-settur privat. B'mod partikolari, jenħtieġ li din tirrikjedi li tilħaq massa kritika fl-akkwist biex tikseb valur aħjar għall-flus u garanzija li l-fornituri fl-Ewropa jaslu quddiem nett fl-avvanzi teknoloġiċi.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 14
(14)  Jenħtieġ li jintużaw l-azzjonijiet tal-Programm sabiex jindirizzaw il-fallimenti tas-suq, jew sitwazzjonijiet ta' investiment baxxi, b'mod proporzjonat, mingħajr ma jidduplikaw jew jibdlu l-finanzjament privat u jkollhom valur miżjud Ewropew ċar.
(14)  Jenħtieġ li l-azzjonijiet tal-Programm jintużaw sabiex isaħħu u jestendu l-bażi diġitali tal-Unjoni, jindirizzaw sfidi soċjetali kbar, ikomplu jkabbru l-kompetenzi industrijali diġitali tal-Unjoni, kif ukoll jindirizzaw il-fallimenti tas-suq, jew sitwazzjonijiet ta' investiment baxxi, b'mod proporzjonat, mingħajr ma jidduplikaw jew jibdlu l-finanzjament privat u jkollhom valur miżjud Ewropew ċar.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 15
(15)  Sabiex tinkiseb flessibbiltà massima matul il-ħajja tal-programm u jiġu żviluppati sinerġiji bejn il-komponenti tiegħu, kull wieħed mill-objettivi speċifiċi jista' jiġi implimentat permezz tal-istrumenti kollha disponibbli skont ir-Regolament Finanzjarju. Il-mekkaniżmi eżekuttivi li jridu jintużaw huma ġestjoni diretta u ġestjoni indiretta meta il-finanzjament tal-Unjoni jenħtieġ li jiġi kkombinat ma' sorsi oħra ta' finanzjament jew meta l-eżekuzzjoni tirrikjedi l-istabbiliment ta' strutturi regolati b'mod komuni.
(15)  Sabiex tinkiseb flessibbiltà massima matul il-ħajja tal-programm u jiġu żviluppati sinerġiji bejn il-komponenti tiegħu, kull wieħed mill-objettivi speċifiċi jista' jiġi implimentat permezz tal-istrumenti kollha disponibbli skont ir-Regolament Finanzjarju. Il-mekkaniżmi eżekuttivi li jridu jintużaw huma ġestjoni diretta u ġestjoni indiretta meta il-finanzjament tal-Unjoni jenħtieġ li jiġi kkombinat ma' sorsi oħra ta' finanzjament jew meta l-eżekuzzjoni tirrikjedi l-istabbiliment ta' strutturi regolati b'mod komuni. F'każ ta' ġestjoni indiretta, il-Kummissjoni se tiżgura li l-istandards kollha ta' kwalità u ta' sikurezza meħtieġa għall-ġestjoni diretta tal-programm jinżammu u jiġu rrispettati.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Premessa 16
(16)  Il-computing ta' prestazzjoni għolja u l-kapaċitajiet tal-ipproċessar tad-data relatati fl-Unjoni, jenħtieġ li jippermettu li jiżguraw użu usa' tal-computing ta' prestazzjoni għolja mill-industrija u, b'mod aktar ġenerali, f'oqsma ta' interess pubbliku sabiex jaħtfu opportunitajiet uniċi li s-superkompjuters iġibu lis-soċjetà fir-rigward tas-saħħa, l-ambjent u s-sigurtà kif ukoll il-kompetittività tal-industrija, b'mod partikolari l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs).
(16)  Il-computing ta' prestazzjoni għolja u l-kapaċitajiet tal-ipproċessar u tal-ħżin tad-data relatati fl-Unjoni, jenħtieġ li jippermettu li jiġi żgurat użu usa' tal-computing ta' prestazzjoni għolja mill-industrija u, b'mod aktar ġenerali, f'oqsma ta' interess pubbliku sabiex jaħtfu l-opportunitajiet uniċi li s-superkompjuters iġibu lis-soċjetà fir-rigward tas-saħħa, l-ambjent u s-sigurtà kif ukoll il-kompetittività tal-industrija, b'mod partikolari l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs). L-Unjoni jeħtieġ takkwista superkompjuters ta' klassi dinjija, tiżgura s-sistema tal-provvista tagħha u tforni servizzi għas-simulazzjoni, il-viżwalizzazzjoni u l-ħolqien ta' prototipi filwaqt li tiżgura sistema ta' computing ta' prestazzjoni għolja (HPC) li tirrispetta l-valuri u l-prinċipji tal-Unjoni.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Premessa 17
(17)  L-appoġġ għall-intervent tal-Unjoni f'dan il-qasam ġie espress mill-Kunsill60 u mill-Parlament Ewropew61. Barra minn hekk, fl-2017, disa' Stati Membri ffirmaw id-Dikjarazzjoni EuroHPC62, ftehim bejn ħafna gvernijiet fejn jintrabtu li jikkollaboraw mal-Kummissjoni biex jibnu u jiskjeraw HPC u infrastrutturi tad-data tal-ogħla livell fl-Ewropa li jkunu disponibbli fl-Unjoni kollha għall-komunitajiet xjentifiċi, is-sħab pubbliċi u privati.
(17)  L-appoġġ għall-intervent tal-Unjoni f'dan il-qasam ġie espress mill-Kunsill60 u mill-Parlament Ewropew61. Barra minn hekk, fl-2017, disa' Stati Membri ffirmaw id-Dikjarazzjoni EuroHPC62, ftehim bejn ħafna gvernijiet fejn jintrabtu li jikkollaboraw mal-Kummissjoni biex jibnu u jutilizzaw infratstrutturi tad-data u HPC tal-ogħla livell fl-Ewropa li jkunu disponibbli fl-Unjoni kollha għall-komunitajiet xjentifiċi, is-sħab pubbliċi u privati u jsaħħu l-valur miżjud tal-UE.
__________________
__________________
60
60
61
61
62
62
Emenda 27
Proposta għal regolament
Premessa 18
(18)  Għall-objettiv speċifiku tal-computing ta' prestazzjoni għolja, impriża konġunta titqies l-iktar mekkaniżmu ta' implimentazzjoni adattat, b'mod partikolari biex tikkoordina l-istrateġiji nazzjonali u tal-Unjoni u l-investimenti fl-infrastruttura tal-computing ta' prestazzjoni għolja u r-riċerka u l-iżvilupp, biex tiġbor flimkien ir-riżorsi minn fondi pubbliċi u privati, u biex jissalvagwardja l-interessi ekonomiċi u strateġiċi tal-Unjoni63. Barra minn hekk, iċ-ċentri tal-kompetenzi tal-computing ta' prestazzjoni għolja fl-Istati Membri se jipprovdu servizzi ta' computing ta' prestazzjoni għolja lill-industrija, lill-korpi akkademiċi u l-amministrazzjonijiet pubbliċi.
(18)  Għall-objettiv speċifiku tal-computing ta' prestazzjoni għolja, impriża konġunta titqies l-iktar mekkaniżmu ta' implimentazzjoni adattat, b'mod partikolari biex tikkoordina l-istrateġiji nazzjonali u tal-Unjoni u l-investimenti fl-infrastruttura tal-computing ta' prestazzjoni għolja u r-riċerka u l-iżvilupp, biex tiġbor flimkien ir-riżorsi minn fondi pubbliċi u privati, u biex jissalvagwardja l-interessi ekonomiċi u strateġiċi tal-Unjoni63. Barra minn hekk, iċ-ċentri tal-kompetenzi tal-computing ta' prestazzjoni għolja fl-Istati Membri se jipprovdu servizzi ta' computing ta' prestazzjoni għolja lill-industrija, inklużi l-SMEs u n-negozji ġodda, lid-dinja akkademika u l-amministrazzjonijiet pubbliċi stabbiliti fl-Unjoni.
__________________
__________________
63 Il-valutazzjoni tal-Impatt li takkumpanja d-dokument "Proposal for a Council Regulation on establishing the EuroHPC Joint Undertaking" (Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-Impriża Konġunta EuroHPC)https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/news/proposal-council-regulation-establishing-eurohpc-joint-undertaking-impact-assessment)
63 Il-valutazzjoni tal-Impatt li takkumpanja d-dokument "Proposal for a Council Regulation on establishing the EuroHPC Joint Undertaking" (Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-Impriża Konġunta EuroHPC)https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/news/proposal-council-regulation-establishing-eurohpc-joint-undertaking-impact-assessment)
Emenda 28
Proposta għal regolament
Premessa 19
(19)  L-iżvilupp tal-kapaċità relatata mal-intelliġenza artifiċjali huwa xprun kruċjali għat-trasformazzjoni diġitali tal-industrija kif ukoll tas-settur pubbliku. Fil-fabbriki, fl-applikazzjonijiet fil-fond tal-baħar, fid-djar, fl-ibliet u fl-isptarijiet qegħdin jintużaw robots dejjem aktar awtonomi. Il-pjattaformi kummerċjali tal-intelliġenza artifiċjali, mill-ittestjar inbidlu għall-applikazzjonijiet reali fis-saħħa u l-ambjent; il-manifatturi ewlenin kollha tal-karozzi qegħdin jiżviluppaw karozzi mingħajr sewwieq, u tekniki ta' apprendiment awtomatiku jinsabu fil-qalba tal-pjattaformi tal-web ewlenin kollha u fl-applikazzjonijiet tal-big data.
(19)  L-iżvilupp tal-kapaċità relatata mal-intelliġenza artifiċjali huwa xprun kruċjali għat-trasformazzjoni diġitali tal-industrija kif ukoll tas-settur pubbliku. Fil-fabbriki, fl-applikazzjonijiet fil-fond tal-baħar, fid-djar, fl-ibliet u fl-isptarijiet qegħdin jintużaw robots dejjem aktar awtonomi. Il-pjattaformi kummerċjali tal-intelliġenza artifiċjali, mill-ittestjar inbidlu għall-applikazzjonijiet reali fis-saħħa u l-ambjent; il-manifatturi ewlenin kollha tal-karozzi qegħdin jiżviluppaw karozzi mingħajr sewwieq, u tekniki ta' apprendiment awtomatiku jinsabu fil-qalba tal-pjattaformi tal-web ewlenin kollha u fl-applikazzjonijiet tal-big data. Sabiex jinħolqu l-aħjar kundizzjonijiet ta' qafas biex jitrawmu dawn it-teknoloġiji ġodda fl-Ewropa, l-Unjoni jeħtieġ li żżid il-prinċipju tal-innovazzjoni fil-proċess tat-tfassil tal-politika tagħha.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Premessa 19a (ġdida)
(19a)   Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Ġunju 2017 dwar id-diġitalizzazzjoni tal-Industrija Ewropea, il-Parlament Ewropew ġibed l-attenzjoni għall-impatt tal-ostakoli lingwistiċi fuq l-industrija u d-diġitalizzazzjoni tagħha. F'dan il-kuntest, l-iżvilupp ta' teknoloġiji tal-lingwa bbażati fuq l-Intelliġenza Artifiċjali fuq skala kbira, bħat-traduzzjoni awtomatika, ir-rikonoxximent tad-diskors, l-analitika tat-test tal-big data, is-sistemi ta' djalogu u tat-tweġib tal-mistoqsijiet huma essenzjali biex tiġi ppreservata d-diversità lingwistika, tiġi żgurata l-inklużività u tiġi permessa l-komunikazzjoni bejn il-bnedmin u bejn il-bniedem u l-magni.
Emenda 30
Proposta għal regolament
Premessa 19b (ġdida)
(19b)  L-iżvilupp dejjem aktar rapidu tar-robots li jitgħallmu waħedhom u tal-intelliġenza artifiċjali, kif ukoll il-kapaċità tagħhom li jimmultiplikaw l-għarfien u l-kontenut tat-tagħlim fi ftit sekondi, jagħmilha diffiċli biex wieħed ibassar kwalunkwe stadju ta' żvilupp minn hawn u tmiem il-Programm fl-2027. Konsegwentement, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari lil din ix-xejra diġitali li qed tevolvi malajr u, jekk ikun applikabbli, tadatta l-objettivi tal-programm ta' ħidma malajr, skont il-każ.
Emenda 31
Proposta għal regolament
Premessa 19c (ġdida)
(19c)  Fid-dawl tad-domanda dejjem akbar, min-naħa tal-industrija Ewropea, għal soluzzjonijiet robotiċi ta' intelliġenza artifiċjali u l-importanza li tiġi evitata diskrepanza sinifikanti fl-investiment f'dan il-qasam, jenħtieġ li l-objettivi tal-Programm dwar l-intelliġenza artifiċjali jinkludu r-robotika mħaddma bl-intelliġenza artifiċjali.
Emenda 32
Proposta għal regolament
Premessa 19d (ġdida)
(19d)  Jenħtieġ li l-prodotti u s-servizzi bbażati fuq l-intelliġenza artifiċjali jkunu faċli biex jintużaw, legalment konformi b'mod awtomatiku u jagħtu aktar għażla u informazzjoni lill-konsumaturi, b'mod partikolari dwar il-kwalità tal-prodotti u s-servizzi.
Emenda 33
Proposta għal regolament
Premessa 20
(20)  Id-disponibbiltà ta' settijiet tad-data fuq skala kbira u l-faċilitajiet tal-ittestjar u tal-esperimentazzjoni għandhom importanza kbira għall-iżvilupp tal-intelliġenza artifiċjali.
(20)  Id-disponibbiltà ta' settijiet tad-data fuq skala kbira u l-faċilitajiet tal-ittestjar u tal-esperimentazzjoni biex tiġi żgurata s-sikurezza tas-suq intern fejn tintuża l-intelliġenza artifiċjali kif ukoll l-aċċess għall-estrazzjoni ta' testi u ta' data, hija ta' importanza kbira għall-iżvilupp tal-intelliġenza artifiċjali, inklużi t-teknoloġiji lingwistiċi.
Emenda 34
Proposta għal regolament
Premessa 20a (ġdida)
(20a)   Fil-25 ta' April 2018, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tipproponi approċċ Ewropew billi tiżviluppa abbozz ta' linji gwida dwar l-intelliġenza artifiċjali f'kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati fil-qafas tal-Alleanza Ewropea għall-Intelliġenza Artifiċjali, grupp ta' esperti fl-intelliġenza artifiċjali, sabiex tingħata spinta lill-applikazzjonijiet u n-negozji tal-intelliġenza artifiċjali fl-Ewropa.
Emenda 35
Proposta għal regolament
Premessa 21
(21)  Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Ġunju 2017 dwar id-diġitalizzazzjoni tal-industrija Ewropea64, il-Parlament Ewropew enfasizza l-importanza ta' approċċ komuni Ewropew dwar iċ-ċibersigurtà, filwaqt li rrikonoxxa l-ħtieġa li titqajjem il-kuxjenza u jqis li r-reżiljenza ċibernetika bħala responsabbiltà kruċjali għall-mexxejja tan-negozju u għal dawk li jfasslu l-politika nazzjonali u dik Ewropea dwar is-sigurtà industrijali.
(21)  Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Ġunju 2017 dwar id-diġitalizzazzjoni tal-industrija Ewropea64, il-Parlament Ewropew enfasizza l-importanza ta' approċċ komuni Ewropew dwar iċ-ċibersigurtà, filwaqt li rrikonoxxa l-ħtieġa li titqajjem il-kuxjenza u jqis li r-reżiljenza ċibernetika bħala responsabbiltà kruċjali għall-mexxejja tan-negozju u għal dawk li jfasslu l-politika nazzjonali u dik Ewropea dwar is-sigurtà industrijali, kif ukoll l-implimentazzjoni tas-sigurtà u l-privatezza b'mod awtomatiku u bid-disinn.
__________________
__________________
64 Id-Dokument ref. A8-0183/2017, jinsab: http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+TA+P8-TA-2017-0240+0+DOC+XML+V0//MT
64 Id-Dokument ref. A8-0183/2017, jinsab fuq: http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+TA+P8-TA-2017-0240+0+DOC+XML+V0//MT
Emenda 36
Proposta għal regolament
Premessa 22
(22)  Iċ-ċibersigurtà hija sfida għall-Unjoni kollha li ma tistax tibqa' tiġi indirizzata biss b'inizjattivi nazzjonali frammentati. Il-kapaċità taċ-ċibersigurtà tal-Ewropa għandha tissaħħaħ biex tagħti lill-Ewropa l-kapaċitajiet meħtieġa sabiex tipproteġi liċ-ċittadini u n-negozji tagħha minn theddid ċibernetiku. Barra minn hekk, il-konsumaturi jenħtieġ li jkunu protetti meta jużaw il-prodotti konnessi li jistgħu jiġu aċċessi b'mod illegali u jikkompromettu s-sikurezza tagħhom. Dan jenħtieġ li jinkiseb flimkien mal-Istati Membri u s-settur privat billi jiġu żviluppati proġetti ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-Ewropa fiċ-ċibersigurtà u fl-istess ħin tiġi żgurata l-koordinazzjoni bejn dawn il-proġetti u b'dan il-mod jiġi żgurat l-iskjerament tal-aħħar soluzzjonijiet taċ-ċibersigurtà fl-ekonomija kollha, kif ukoll permezz tal-aggregazzjoni tal-kompetenzi f'dan il-qasam biex jiġu żgurati l-massa kritika u l-eċċellenza.
(22)  Iċ-ċibersigurtà hija sfida għall-Unjoni kollha li ma tistax tibqa' tiġi indirizzata biss b'inizjattivi nazzjonali frammentati. Il-kapaċità taċ-ċibersigurtà tal-Ewropa jenħtieġ li tissaħħaħ biex tagħti lill-Ewropa l-kapaċitajiet meħtieġa sabiex tipproteġi liċ-ċittadini, l-amministrazzjonijiet pubbliċi u n-negozji minn theddid ċibernetiku. Barra minn hekk, il-konsumaturi jenħtieġ li jkunu protetti meta jużaw il-prodotti konnessi li jistgħu jiġu aċċessi b'mod illegali u jikkompromettu s-sikurezza tagħhom. Dan jenħtieġ li jinkiseb flimkien mal-Istati Membri u s-settur privat billi jiġu żviluppati proġetti ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-Ewropa fiċ-ċibersigurtà u fl-istess ħin tiġi żgurata l-koordinazzjoni bejn dawn il-proġetti u b'dan il-mod jiġi żgurat l-iskjerament tal-aħħar soluzzjonijiet taċ-ċibersigurtà fl-ekonomija kollha, kif ukoll permezz tal-aggregazzjoni tal-kompetenzi f'dan il-qasam biex jiġu żgurati l-massa kritika u l-eċċellenza.
Emenda 37
Proposta għal regolament
Premessa 23
(23)  F'Settembru 2017, il-Kummissjoni ressqet pakkett ta' inizjattivi65 li jistabbilixxu approċċ komprensiv tal-Unjoni għaċ-ċibersigurtà, bil-għan li jissaħħu l-kapaċitajiet tal-Ewropa biex tilqa' l-attakki ċibernetiċi u t-theddid u biex issaħħaħ il-kapaċità industrijali u teknoloġika f'dan il-qasam.
(23)  F'Settembru 2017, il-Kummissjoni ressqet pakkett ta' inizjattivi65 li jistabbilixxu approċċ komprensiv tal-Unjoni għaċ-ċibersigurtà, bil-għan li jissaħħu l-kapaċitajiet tal-Ewropa biex tilqa' għall-attakki ċibernetiċi u t-theddid, iżżid ir-reżiljenza ċibernetika u biex issaħħaħ il-kapaċità industrijali u teknoloġika f'dan il-qasam.
_________________
_________________
65 https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/policies/cybersecurity
65 https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/policies/cybersecurity
Emenda 38
Proposta għal regolament
Premessa 23a (ġdida)
(23a)  Bħala kwistjoni ta' prinċipju, jenħtieġ li s-soluzzjonijiet taċ-ċibersigurtà jkun fihom standards ta' sigurtà u sikurezza bħala parametri tad-disinn ewlenin skont it-teknoloġija avvanzata disponibbli u l-prinċipji ta' "sigurtà mid-disinn" u "sigurtà b'mod awtomatiku".
Emenda 39
Proposta għal regolament
Premessa 24
(24)  Il-fiduċja hija prerekwiżit biex is-Suq Uniku Diġitali jiffunzjona. It-teknoloġiji taċ-ċibersigurtà bħall-identitajiet diġitali, il-kriptografija jew is-sejbien ta' intrużjoni, u l-applikazzjoni tagħhom f'oqsma bħall-finanzi, l-industrija 4.0, l-enerġija, it-trasport, il-kura tas-saħħa, jew il-gvern elettroniku huma essenzjali għas-salvagwardja tas-sigurtà u l-fiduċja tal-attività online u t-tranżazzjonijiet miċ-ċittadini, mill-amministrazzjonijiet pubbliċi u mill-kumpaniji.
(24)  Il-fiduċja hija prerekwiżit biex is-Suq Uniku Diġitali jiffunzjona. It-teknoloġiji taċ-ċibersigurtà bħat-teknoloġija tar-reġistru distribwit, l-identitajiet diġitali, il-kriptografija, il-kriptaġġ jew is-sejbien ta' intrużjoni, u l-applikazzjoni tagħhom f'oqsma bħall-finanzi, l-industrija 4.0, il-loġistika, l-enerġija, it-trasport, it-turiżmu, il-kura tas-saħħa, jew il-gvern elettroniku huma essenzjali għas-salvagwardja tas-sigurtà, it-trasparenza u l-fiduċja tal-attività online, inklużi l-pjattaformi 5G, u t-tranżazzjonijiet miċ-ċittadini, mill-amministrazzjonijiet pubbliċi u mill-kumpaniji.
Emenda 40
Proposta għal regolament
Premessa 25
(25)  Fil-konklużjonijiet tiegħu tad-19 ta' Ottubru 2017, il-Kunsill Ewropew saħaq li biex tinbena Ewropa Diġitali b'suċċess, l-Unjoni teħtieġ b'mod partikolari swieq tax-xogħol, kif ukoll sistemi ta' taħriġ u ta' edukazzjoni li jkunu adattati għall-era diġitali u li hemm il-ħtieġa li jsir investiment fil-ħiliet diġitali, sabiex tingħata s-setgħa u l-awtorità lill-Ewropej kollha;
(25)  Fil-konklużjonijiet tiegħu tad-19 ta' Ottubru 2017, il-Kunsill Ewropew saħaq li biex tinbena Ewropa Diġitali b'suċċess, l-Unjoni teħtieġ b'mod partikolari swieq tax-xogħol, kif ukoll sistemi ta' taħriġ u ta' edukazzjoni li jkunu adattati għall-era diġitali u li hemm il-ħtieġa li jsir investiment fl-iżvilupp tal-ħiliet diġitali u li jtijieb il-litteriżmu diġitali, sabiex tingħata s-setgħa u l-awtorità lill-Ewropej kollha b'approċċ integrat;
Emenda 41
Proposta għal regolament
Premessa 26a (ġdida)
(26a)   Fid-dawl tal-bżonn ta' approċċ olistiku, jenħtieġ li l-Programm iqis ukoll l-oqsma tal-inklużjoni, il-kwalifiki, it-taħriġ u l-ispeċjalizzazzjoni li, flimkien ma' kompetenzi diġitali avvanzati, huma deċiżivi għall-ħolqien ta' valur miżjud fis-soċjetà tal-għarfien.
Emenda 42
Proposta għal regolament
Premessa 27
(27)  Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Ġunju 2017 dwar id-diġitalizzazzjoni tal-industrija Ewropea67, il-Parlament Ewropew stqarr li l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-apprendiment tul il-ħajja huma l-pedament tal-koeżjoni soċjali f'soċjetà diġitali.
(27)  Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Ġunju 2017 dwar id-diġitalizzazzjoni tal-industrija Ewropea67, il-Parlament Ewropew stqarr li l-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja huma l-pedament tal-koeżjoni soċjali f'soċjetà diġitali. Barra minn hekk, huwa talab li l-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi tkun inkorporata fl-inizjattivi diġitali kollha, filwaqt li enfasizza l-ħtieġa li tiġi indirizzata d-diskrepanza gravi bejn is-sessi fis-settur tal-ICT, peress li dan huwa essenzjali għat-tkabbir u l-prosperità fit-tul tal-Ewropa;
__________________
__________________
67 Id-Dokument ref. A8-0183/2017, jinsab: http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+TA+P8-TA-2017-0240+0+DOC+XML+V0//MT
67 Id-Dokument ref. A8-0183/2017, jinsab fuq: http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+TA+P8-TA-2017-0240+0+DOC+XML+V0//MT
Emenda 43
Proposta għal regolament
Premessa 27a (ġdida)
(27a)  Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016 dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-għoti tas-setgħa lin-nisa fl-era diġitali, il-Parlament Ewropew enfasizza l-ħtieġa li tinġabar data diżaggregata skont is-sessi dwar l-użu tal-ICT, u li jiġu żviluppati miri, indikaturi u punti ta' riferiment biex jiġi segwit il-progress tal-aċċess tan-nisa għall-ICT u jiġu promossi eżempji tal-aħjar prattiki fost il-kumpaniji;
Emenda 44
Proposta għal regolament
Premessa 27b (ġdida)
(27b)  Fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2016, "Lejn Att dwar is-Suq Uniku Diġitali", il-Parlament Ewropew appoġġa bis-sħiħ u ħeġġeġ kultura intraprenditorjali diġitali għan-nisa, kif ukoll l-integrazzjoni u l-parteċipazzjoni tagħhom fis-soċjetà tal-informazzjoni.
Emenda 45
Proposta għal regolament
Premessa 28
(28)  It-teknoloġiji diġitali avvanzati appoġġati minn dan il-Programm, bħall-computing ta' prestazzjoni għolja, iċ-ċibersigurtà u l-intelliġenza artifiċjali huma issa maturi biżżejjed biex jimxu lil hinn mill-arena tar-riċerka u jiġu skjerati, implimentati u mkabbra fil-livell tal-Unjoni. Bħal kif l-iskjerament ta' dawn it-teknoloġiji jirrikjedu rispons mill-Unjoni hekk ukoll titlob id-dimensjoni tal-ħiliet. Hemm bżonn li l-opportunitajiet ta' taħriġ f'ħiliet diġitali avvanzati jaraw espansjoni, żieda u jsiru aċċessibbli fl-UE kollha. Nuqqas ta' dan jista' jimpedixxi l-iskjerament bla xkiel tat-teknoloġiji diġitali avvanzati u jfixkel il-kompetittività globali tal-ekonomija tal-Unjoni. L-azzjonijiet appoġġati minn dan il-programm huma komplimentari għal dawk appoġġati mill-FSE, mill-FEŻR u mill-programmi ta' Orizzont Ewropa.
(28)  It-teknoloġiji diġitali avvanzati appoġġati minn dan il-Programm, bħall-computing ta' prestazzjoni għolja, iċ-ċibersigurtà, il-cloud computing, il-protezzjoni tad-data u l-governanza tal-informazzjoni u l-intelliġenza artifiċjali huma issa maturi biżżejjed biex jimxu lil hinn mill-arena tar-riċerka u jiġu introdotti, implimentati u mkabbra fil-livell tal-Unjoni. Daqs kemm l-użu ta' dawn it-teknoloġiji jirrikjedi rispons mill-Unjoni, daqstant ieħor titlob id-dimensjoni tal-ħiliet. Hemm bżonn li l-opportunitajiet ta' tagħlim u ta' taħriġ f'ħiliet diġitali avvanzati jaraw espansjoni, żieda u jsiru aċċessibbli fl-UE kollha. In-nuqqas ta' dan jista' jimpedixxi l-introduzzjoni bla xkiel tat-teknoloġiji diġitali avvanzati u jfixkel il-kompetittività globali tal-ekonomija tal-Unjoni. L-azzjonijiet appoġġati minn dan il-programm huma komplimentarji għal dawk appoġġati mill-FSE, mill-FEŻR, mill-ERASMUS u mill-programmi ta' Orizzont Ewropa.
Emenda 46
Proposta għal regolament
Premessa 29
(29)  L-immodernizzar tal-amministrazzjonijiet u s-servizzi pubbliċi permezz ta' mezzi diġitali huwa kruċjali biex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-industrija u ċ-ċittadini b'mod ġenerali billi jitħaffu aktar l-interazzjonijiet tagħhom mal-awtoritajiet pubbliċi u jsiru aktar konvenjenti u irħas, kif ukoll billi tiżdied l-effiċjenza u l-kwalità tas-servizzi pprovduti liċ-ċittadini u lill-kumpaniji. Peress li għadd ta' servizzi ta' interess pubbliku diġà għandhom dimensjoni tal-Unjoni, l-appoġġ għall-implimentazzjoni u l-iskjerament tagħhom fil-livell tal-Unjoni għandu jiżgura li ċ-ċittadini u n-negozji jibbenefikaw mill-aċċess għal servizzi diġitali ta' kwalità għolja fl-Ewropa kollha.
(29)  L-immodernizzar tal-amministrazzjonijiet u s-servizzi pubbliċi permezz ta' mezzi diġitali huwa kruċjali biex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq iċ-ċittadini u l-industrija billi jitħaffu aktar l-interazzjonijiet tagħhom mal-awtoritajiet pubbliċi u jsiru aktar konvenjenti u irħas, kif ukoll billi tiżdied l-effiċjenza, it-trasparenza u l-kwalità tas-servizzi pprovduti liċ-ċittadini u lill-kumpaniji, filwaqt li fl-istess ħin tiżdied l-effiċjenza tal-infiq pubbliku. Peress li għadd ta' servizzi ta' interess pubbliku diġà għandhom dimensjoni tal-Unjoni, l-appoġġ għall-implimentazzjoni u l-użu tagħhom fil-livell tal-Unjoni jenħtieġ li jiżgura li ċ-ċittadini u n-negozji jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-aċċess għal servizzi diġitali multilingwi ta' kwalità għolja fl-Ewropa kollha. Huwa importanti wkoll li dawn is-servizzi jkunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà.
Emenda 47
Proposta għal regolament
Premessa 29a (ġdida)
(29a)   Id-diġitalizzazzjoni tista' tiffaċilita u ttejjeb l-aċċessibbiltà mingħajr ostakoli għal kulħadd, inklużi l-persuni anzjani, il-persuni b'mobbiltà mnaqqsa jew b'diżabbiltà u dawk f'żoni remoti jew rurali.
Emenda 48
Proposta għal regolament
Premessa 30
(30)  It-trasformazzjoni diġitali tal-oqsma ta' interess pubbliku bħalma huma l-kura tas-saħħa68, il-mobilità, il-ġustizzja, il-monitoraġġ ambjentali/tad-dinja, l-edukazzjoni u l-kultura tirrikejdi l-kontinwazzjoni u l-espansjoni tal-Infrastrutturi ta' Servizz Diġitali, li jagħmlu possibbli l-skambju sikur tad-data transfruntiera u jrawmu l-iżvilupp nazzjonali. Il-koordinazzjoni tagħhom skont dan ir-Regolament tikseb bl-aħjar mod il-potenzjal għall-isfruttar ta' sinerġiji.
(30)  It-trasformazzjoni diġitali tal-oqsma ta' interess pubbliku bħalma huma l-kura tas-saħħa68, il-mobbiltà, il-ġustizzja, il-monitoraġġ ambjentali/tad-dinja, is-sigurtà, it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju, l-infrastruttura tal-enerġija, l-edukazzjoni u t-taħriġ u l-kultura tirrikjedi l-kontinwazzjoni, l-aġġornament u l-espansjoni tal-Infrastrutturi ta' Servizzi Diġitali, li jagħmlu possibbli l-iskambju sigur tad-data u informazzjoni transfruntiera u multilingwi u jrawmu l-iżvilupp nazzjonali. Il-koordinazzjoni tagħhom skont dan ir-Regolament tikseb bl-aħjar mod il-potenzjal għall-isfruttar ta' sinerġiji u għall-iżgurar tal-komplementarjetà. It-trasformazzjoni diġitali madankollu jenħtieġ li tqis li - minħabba raġunijiet varji - xi ċittadini mhumiex qed jieħdu sehem fiha, u n-netwerks jenħtieġ li jiġu appoġġati biex ikomplu jinfurmaw lil dawk iċ-ċittadini, jgħinuhom jibqgħu fil-pussess sħiħ tad-drittijiet tagħhom u tal-parteċipazzjoni tagħhom fid-dmirijiet soċjali u ċiviċi kollha.
_________________
_________________
68 https://ec.europa.eu/transparency/regdoc/rep/1/2018/MT/COM-2018-233-F1-MT-MAIN-PART-1.PDF
68 https://ec.europa.eu/transparency/regdoc/rep/1/2018/MT/COM-2018-233-F1-MT-MAIN-PART-1.PDF
Emenda 49
Proposta għal regolament
Premessa 30a (ġdida)
(30a)   Fi kwalunkwe każ it-trasformazzjoni diġitali f'dan is-settur trid tippermetti liċ-ċittadini Ewropej jaċċessaw id-data tagħhom, jużawha u jimmaniġġjawha b'mod sigur fuq livell transfruntier, irrispettivament minn fejn ikunu ċ-ċittadini u d-data.
Emenda 50
Proposta għal regolament
Premessa 30b (ġdida)
(30b)   L-introduzzjoni u l-aċċess għat-teknoloġiji avvanzati fl-oqsma ta' interess pubbliku, bħall-edukazzjoni, ukoll jirrikjedu taħriġ fil-ħiliet meħtieġ biex isir użu minn dawn it-teknoloġiji. Għalhekk, l-objettivi inklużi fl-Objettiv Speċifiku 8 jenħtieġ ukoll li jkopru programmi tat-taħriġ għal dawk il-persuni li se jkunu qed jużaw it-teknoloġiji avvanzati.
Emenda 51
Proposta għal regolament
Premessa 32
(32)  Il-modernizzazzjoni tal-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej hija waħda mill-prijoritajiet ewlenin għall-implimentazzjoni b'suċċess tal-Istrateġija għas-Suq Uniku Diġitali. L-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-Istrateġija enfasizzat il-ħtieġa biex tissaħħaħ it-trasformazzjoni tal-amministrazzjonijiet pubbliċi u biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini jkollhom aċċess faċli, affidabbli, u bla xkiel għas-servizzi pubbliċi.
(32)  Il-modernizzazzjoni tal-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej hija waħda mill-prijoritajiet ewlenin għall-implimentazzjoni b'suċċess tal-Istrateġija għas-Suq Uniku Diġitali. L-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-Istrateġija enfasizzat il-ħtieġa biex tissaħħaħ it-trasformazzjoni tal-amministrazzjonijiet pubbliċi u biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini jkollhom aċċess faċli, affidabbli, sigur, bla xkiel u inklużiv għas-servizzi pubbliċi.
Emenda 52
Proposta għal regolament
Premessa 33
(33)  L-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir ippubblikat mill-Kummissjoni fl-201769 juri li l-kwalità tal-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej għandha impatt dirett fuq l-ambjent ekonomiku u għalhekk hija kruċjali għall-istimulazzjoni tal-produttività, tal-kompetittività, tal-kooperazzjoni ekonomika, tat-tkabbir u tal-impjiegi. B'mod partikolari, l-amministrazzjoni pubblika effiċjenti u trasparenti u s-sistemi ġudizzjarji effettivi huma meħtieġa biex jappoġġaw it-tkabbir ekonomiku u jwasslu servizzi ta' kwalità għolja lid-ditti u liċ-ċittadini.
(33)  L-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir ippubblikat mill-Kummissjoni fl-201769 juri li l-kwalità tal-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej għandha impatt dirett fuq l-ambjent ekonomiku u għalhekk hija kruċjali għall-istimulazzjoni tal-produttività, tal-kompetittività, tal-kooperazzjoni ekonomika, tat-tkabbir sostenibbli, tal-impjiegi u tax-xogħol ta' kwalità għolja. B'mod partikolari, l-amministrazzjoni pubblika effiċjenti u trasparenti u s-sistemi ġudizzjarji effettivi huma meħtieġa biex jappoġġaw it-tkabbir ekonomiku u jwasslu servizzi ta' kwalità għolja lid-ditti u liċ-ċittadini.
__________________
__________________
69 COM(2016)0725.
69 COM(2016)0725.
Emenda 53
Proposta għal regolament
Premessa 34
(34)  L-interoperabbiltà tas-servizzi pubbliċi Ewropej tikkonċerna l-livelli kollha tal-amministrazzjoni: Unjoni, nazzjonali, reġjonali u lokali. Barra t-tneħħija tal-ostakoli għal funzjonament tas-Suq Uniku, l-interoperabbiltà tiffaċilita l-implimentazzjoni b'suċċess tal-politiki u toffri potenzjal kbir biex jiġu evitati l-ostakoli elettroniċi transfruntiera, tiżgura aktar l-apparizzjoni ta' servizzi pubbliċi komuni ġodda jew il-konsolidazzjoni ta' servizzi pubbliċi komuni li għadhom qed jiġu żviluppati fil-livell tal-Unjoni. Sabiex tiġi eliminata l-frammentazzjoni tas-servizzi Ewropej, biex jiġu sostnuti l-libertajiet fundamentali u r-rikonoxximent reċiproku operattiv fl-UE, jenħtieġ li jiġi promoss approċċ olistiku transsettorjali u transfruntier lejn l-interoperabbiltà bl-aktar mod effettiv, u bl-aktar mod responsiv għall-utenti finali. Dan jimplika li l-interoperabbiltà trid tinftiehem f'sens wiesa' li jinfirex minn saffi tekniċi għal saffi ġuridiċi u li jinkludi elementi ta' politika f'dan il-qasam. Għaldaqstant, il-firxa ta' attivitajiet imorru lil hinn miċ-ċiklu tal-ħajja normali ta' soluzzjonijiet biex tinkludi l-elementi kollha ta' intervent li jappoġġaw il-kundizzjonijiet ta' qafas meħtieġa għall-interoperabilità sostnuta b'mod ġenerali.
(34)  L-interoperabbiltà tas-servizzi pubbliċi Ewropej tikkonċerna l-livelli kollha tal-amministrazzjoni: tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali u lokali. Barra t-tneħħija tal-ostakoli għall-funzjonament tas-Suq Uniku, l-interoperabbiltà tiffaċilita l-kooperazzjoni transfruntiera, l-allinjament ta' standards komuni, l-implimentazzjoni b'suċċess tal-politiki u toffri potenzjal kbir biex jiġu evitati l-ostakoli elettroniċi u lingwistiċi transfruntiera, tnaqqas il-burokrazija u tkompli tiżgura l-ħolqien ta' servizzi pubbliċi komuni ġodda jew il-konsolidazzjoni ta' servizzi pubbliċi komuni li għadhom qed jiġu żviluppati fil-livell tal-Unjoni kif ukoll tipprevjeni l-ħżin doppju bla bżonn. Sabiex tiġi eliminata l-frammentazzjoni tas-servizzi Ewropej, biex jiġu sostnuti l-libertajiet fundamentali u r-rikonoxximent reċiproku operattiv fl-UE, jenħtieġ li jiġi promoss approċċ transsettorjali u transfruntier olistiku u teknoloġikament newtrali lejn l-interoperabbiltà bl-aktar mod effettiv, u bl-aktar mod responsiv għall-utenti finali u dan jiżgura livell għoli ta' protezzjoni tad-data. Dan jimplika li l-interoperabbiltà trid tinftiehem f'sens wiesa' li jinfirex mill-aspetti tekniċi sal-aspetti ġuridiċi u li jinkludi elementi ta' politika f'dan il-qasam. Għaldaqstant, il-firxa ta' attivitajiet tmur lil hinn miċ-ċiklu tal-ħajja normali ta' soluzzjonijiet biex tinkludi l-elementi kollha ta' intervent li jappoġġaw il-kundizzjonijiet ta' qafas meħtieġa għall-interoperabilità sostnuta b'mod ġenerali.
Emenda 54
Proposta għal regolament
Premessa 34a (ġdida)
(34a)  Fis-6 ta' Ottubru 2017 f'Tallinn, il-Ministri tal-UE ddikjaraw li l-istrateġija diġitali Ewropea jenħtieġ li tkun ibbażata fuq il-kollaborazzjoni u l-interoperabbiltà, inkluż l-użu ta' politiki ta' liċenzjar miftuħ u standards miftuħa. Il-programm, għalhekk, jenħtieġ li jinkoraġġixxi soluzzjonijiet ta' sorsi miftuħa sabiex jippermetti użu mill-ġdid, iżid il-fiduċja u jiżgura t-trasparenza. Dan ikollu impatt pożittiv fuq is-sostenibbiltà tal-proġetti ffinanzjati.
Emenda 55
Proposta għal regolament
Premessa 37
(37)  F'April 2016, il-Kummissjoni adottat l-inizjattiva dwar id-Diġitalizzazzjoni tal-Industrija Ewropea biex tiżgura li "kull industrija fl-Ewropa, ikun xi jkun is-settur tagħha, tinsab fejn tinsab, u irrispettivament mid-daqs tagħha, tkun tista' tibbenefika b'mod sħiħ mill-innovazzjonijiet diġitali".71
(37)  F'April 2016, il-Kummissjoni adottat l-inizjattiva dwar id-Diġitalizzazzjoni tal-Industrija Ewropea biex tiżgura li "kull industrija fl-Ewropa, ikun xi jkun is-settur tagħha, tinsab fejn tinsab, u irrispettivament mid-daqs tagħha, tkun tista' tibbenefika b'mod sħiħ mill-innovazzjonijiet diġitali". Dan huwa partikolarment rilevanti għall-intrapriżi żgħar u medji fis-setturi kulturali u kreattivi.
__________________
71
Emenda 56
Proposta għal regolament
Premessa 39
(39)  L-ilħuq tal-objettivi fil-mira jista'jirrikjedi l-ingranaġġ tal-potenzjal ta' teknoloġiji komplimentari f'oqsma ta' netwerking u computing, kif ġie ddikjarat fil-Komunikazzjoni "Id-Diġitalizzazzjoni tal-Industrija Ewropea"73 li tirrikonoxxi "id-disponibbiltà ta' infrastruttura ta' netwerking u cloud ta' klassi dinjija" bħala ingredjent essenzjali għad-diġitalizzazzjoni tal-industrija.
(39)  L-ilħuq tal-objettivi fil-mira jista'jirrikjedi li jiġi llevat il-potenzjal ta' teknoloġiji komplimentari f'oqsma ta' netwerking u computing, kif ġie ddikjarat fil-Komunikazzjoni "Id-Diġitalizzazzjoni tal-Industrija Ewropea"73 li tirrikonoxxi "id-disponibbiltà ta' infrastruttura ta' netwerking u cloud ta' klassi dinjija" bħala komponent essenzjali għad-diġitalizzazzjoni tal-industrija.
__________________
__________________
73 COM(2016)0180: Id-Diġitalizzazzjoni tal-Industrija Ewropea – Ingawdu l-benefiċċji kollha ta' suq uniku diġitali.
73 COM0(2016)0180: Id-Diġitalizzazzjoni tal-Industrija Ewropea – Ingawdu l-benefiċċji kollha ta' suq uniku diġitali.
Emenda 57
Proposta għal regolament
Premessa 40
(40)  Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR), applikabbli minn Mejju 2018 'il quddiem, billi jipprovdi sett wieħed ta' regoli applikabbli direttament fl-ordnijiet ġuridiċi tal-Istati Membri, se jiggarantixxi l-fluss ħieles tad-data personali bejn l-Istati Membri tal-UE u jsaħħaħ il-fiduċja u s-sigurtà tal-individwi, żewġ elementi indispensabbli għal Suq Uniku Diġitali reali. Għalhekk l-azzjonijiet meħuda taħt dan il-Programm, meta dawn ikunu jinvolvu l-ipproċessar tad-data personali, jenħtieġ li jappoġġaw l-applikazzjoni tal-GDPR, pereżempju, fil-qasam tal-intelliġenza artifiċjali u fit-teknoloġija ta' katina ta' blokok ta' tranżazzjonijiet.
(40)  Ir-Regolament (UE) 2016/679, billi jipprovdi sett wieħed ta' regoli applikabbli direttament fl-ordnijiet ġuridiċi tal-Istati Membri, jiggarantixxi l-fluss ħieles tad-data personali bejn l-Istati Membri tal-UE u jsaħħaħ il-fiduċja u s-sigurtà tal-individwi, żewġ elementi indispensabbli għal Suq Uniku Diġitali reali. Għalhekk l-azzjonijiet kollha meħuda taħt dan il-Programm, meta dawn ikunu jinvolvu l-ipproċessar tad-data personali, jenħtieġ li jkunu f'konformità sħiħa ma' dak ir-Regolament. Dawn jenħtieġ li jappoġġaw b'mod speċjali l-iżvilupp ta' teknoloġiji diġitali li jikkonformaw mal-obbligi tal-"protezzjoni tad-data mit-tfassil" li huma vinkolanti skont dak ir-Regolament, kif ukoll l-obbligi tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, sa fejn l-ipproċessar jinvolvi data ta' komunikazzjoni elettronika.
_________________
1a Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).
Emenda 58
Proposta għal regolament
Premessa 41
(41)  Il-Programm jenħtieġ li jiġi implimentat b'rispett sħiħ tal-qafas internazzjonali u tal-UE għall-protezzjoni u l-infurzar tal-proprjetà intellettwali. Il-protezzjoni effettiva tal-proprjetà intellettwali tilgħab rwol ewlieni fl-innovazzjoni u għalhekk huwa meħtieġ l-implimentazzjoni effettiva tal-Programm.
(41)  Il-Programm jenħtieġ li jiġi implimentat b'rispett sħiħ tal-qafas internazzjonali u tal-UE għall-protezzjoni u l-infurzar tal-proprjetà intellettwali. Il-protezzjoni effettiva tal-proprjetà intellettwali għandha rwol ewlieni fl-innovazzjoni u biex jinżamm il-valur miżjud Ewropew u għalhekk hija meħtieġa għall-implimentazzjoni effettiva tal-Programm.
Emenda 59
Proposta għal regolament
Premessa 42
(42)  Il-korpi li jimplimentaw dan il-Programm għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni, u mal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrigwarda l-ġestjoni tal-informazzjoni, b'mod partikolari informazzjoni mhux klassifikata sensittiva u informazzjoni klassifikata tal-UE.
(42)  Sa fejn il-korpi li jimplimentaw dan il-Programm jittrattaw informazzjoni sensittiva u mhux klassifikata jew informazzjoni klassifikata tal-Unjoni, jenħtieġ li jirrispettaw id-dispożizzjonijiet rilevanti stabbiliti fl-atti tal-Unjoni jew fil-leġiżlazzjoni nazzjonali li jirrigwardaw il-ġestjoni tal-informazzjoni, fejn applikabbli.
Emenda 60
Proposta għal regolament
Premessa 43
(43)  Filwaqt li jirrifletti dwar l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex jimplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi biex jintegra l-azzjonijiet klimatiċi u jwassal għall-kisba ta' mira kumplessiva ta' 25 % ta' nfiq tal-baġit tal-UE li jappoġġaw l-objettivi tal-klima74. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm, u se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u tal-proċessi ta' rieżami rilevanti.
(43)  Filwaqt li jirrifletti l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima skont l-obbligi tal-Unjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi biex jintegra l-azzjonijiet klimatiċi u jgħin biex tintlaħaq mira kumplessiva ta' 25 % ta' nfiq tal-baġit tal-UE li jappoġġaw l-objettivi tal-klima74. L-azzjonijiet rilevanti jenħtieġ li jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm, u jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u tal-proċessi ta' rieżami rilevanti sabiex tiġi żgurata konformità sħiħa ma' dawn l-obbligi.
_________________
_________________
74 COM(2018)0321 final, paġna 1
74 COM(2018)0321 final, paġna 1
Emenda 61
Proposta għal regolament
Premessa 44
(44)  Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw is-setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni għall-adozzjoni tal-programmi ta' ħidma sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Programm skont il-prijoritajiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri filwaqt li jiġu żgurati l-konsistenza, it-trasparenza u l-kontinwità tal-azzjoni konġunta mill-Unjoni u l-Istati Membri. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 4 ta r-Regolament (UE) 182/201175 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni.
imħassar
__________________
75 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13)
Emenda 62
Proposta għal regolament
Premessa 45
(45)  Fil-prinċipju, il-programmi ta' ħidma jenħtieġ li jiġu adottati bħala programmi ta' ħidma pluriennali, tipikament kull sentejn, jew, jekk dan ikun iġġustifikat minn ħtiġijiet marbuta mal-implimentazzjoni tal-programm, bħala programmi ta' ħidma annwali. It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jintgħażlu abbażi tal-kapaċità tagħhom li jiksbu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b'mod partikolari jitqiesu l-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni ta' nuqqas ta' konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi konsiderazzjoni tal-użu ta' ammonti f'daqqa, rati fissi u kostijiet unitarji, kif ukoll finanzjament mhux marbut ma' kostijiet kif imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.
(45)  Jenħtieġ li jiġu adottati programmi ta' ħidma bil-għan li jintlaħqu l-objettivi tal-Programm skont il-prijoritajiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri, filwaqt li jiġu żgurati l-konsistenza, it-trasparenza u l-kontinwità tal-azzjoni konġunta min-naħa tal-Unjoni u l-Istati Membri. Fil-prinċipju, il-programmi ta' ħidma jenħtieġ li jiġu adottati kull sentejn, jew, jekk dan ikun iġġustifikat minn ħtiġijiet marbuta mal-implimentazzjoni tal-programm, fuq bażi annwali. It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jintgħażlu abbażi tal-kapaċità tagħhom li jiksbu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b'mod partikolari jitqiesu l-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni ta' nuqqas ta' konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi konsiderazzjoni tal-użu ta' ammonti f'daqqa, rati fissi u kostijiet unitarji, kif ukoll finanzjament mhux marbut ma' kostijiet kif imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.
Emenda 63
Proposta għal regolament
Premessa 46
(46)  Is-setgħa ta' adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jeħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendi tal-Anness II biex jiġu riveduti u/jew ikkomplimentati l-indikaturi. Hu tassew importanti li matul il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell espert, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.
(46)  Is-setgħa ta' adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jeħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendi tal-Annessi I u II biex jiġu riveduti u/jew ikkomplimentati l-indikaturi. Hu tassew importanti li matul il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell espert, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.
Emenda 64
Proposta għal regolament
Premessa 46a (ġdida)
(46a)   Sabiex jiġi żgurat, miżmum u żviluppat finanzjament fit-tul għall-Programm Ewropa Diġitali, dan jirrikjedi regoli komuni tal-UE li huma orjentati lejn il-futur u prokompetittivi sabiex jiġu inċentivati l-investiment u l-innovazzjoni u tiġi ppreservata l-affordabbiltà;
Emenda 65
Proposta għal regolament
Premessa 47
(47)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari dawk imsemmija skont l-Artikoli [8], [11], [16], [21], [35], [38] u [47] fir-rigward tal-protezzjoni tad-data personali, il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, il-libertà tal-intrapriża, il-projbizzjoni tad-diskrimnazzjoni, il-kura tas-saħħa, il-protezzjoni tal-konsumatur u d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali. Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat mill-Istati Membri bir-rispett ta' dawn id-drittijiet u l-prinċipji.
(47)  Azzjonijiet li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-Programm jenħtieġ li jirrispettaw id-drittijiet fundamentali u josservaw il-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari dawk imsemmija skont l-Artikoli [8], [11], [16], [21], [35], [38] u [47] fir-rigward tal-protezzjoni tad-data personali, il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, il-libertà tal-intrapriża, il-projbizzjoni tad-diskrimnazzjoni, id-diversità lingwistika u d-dritt li wieħed jikkomunika f'xi waħda mil-lingwi tal-UE, il-kura tas-saħħa, il-protezzjoni tal-konsumatur u d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali. Tali azzjonijiet jenħtieġ li jkunu f'konformità ma' kull obbligu legali inkluż id-dritt internazzjonali u ma' kull deċiżjoni rilevanti tal-Kummissjoni, kif ukoll mal-prinċipji etiċi, li jinkludu l-evitar ta' kwalunkwe ksur tal-integrità tar-riċerka.
Emenda 66
Proposta għal regolament
Premessa 47a (ġdida)
(47a)  F'April 2018 il-Kummissjoni impenjat ruħha1a li tistabbilixxi qafas għall-partijiet interessati u għall-esperti biex jiżviluppaw abbozz ta' linji gwida dwar l-Intelliġenza Artifiċjali f'kooperazzjoni mal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda; il-Kummissjoni se tappoġġa lill-organizzazzjonijiet tal-konsumatur fil-livell tal-UE u nazzjonali u l-awtoritajiet ta' sorveljanza tal-protezzjoni tad-data biex jibnu fehim tal-applikazzjonijiet li jaħdmu bl-Intelliġenza Artifiċjali bl-input tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għall-Konsumaturi u l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
__________________
1a Komunikazzjoni tal-25.4.2018 dwar l-Intelliġenza Artifiċjali għall-Ewropa, COM(2018)237 final, li tinsab fuq: http://www.europarl.europa.eu/RegData/docs_autres_institutions/commission_europeenne/com/2018/0237/COM_COM(2018)0237_MT.pdf
Emenda 67
Proposta għal regolament
Premessa 48
(48)  Pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jistgħu jipparteċipaw fil-programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilita skont il-ftehim ŻEE, li jipprevedi l-implimentazzjoni tal-programmi permezz ta' deċiżjoni skont dak il-ftehim. F'dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi introdotta dispożizzjoni speċifika biex jingħataw id-drittijiet meħtieġa għall-aċċess, kif ukoll l-aċċess, lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri sabiex jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b'mod komprensiv.
imħassar
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-programm Ewropa Diġitali ("il-Programm").
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-programm Ewropa Diġitali ("il-Programm"), li għandu jiġi implimentat għall-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2021 u l-31 ta' Diċembru 2027.
Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt e
(e)  "Hub ta' Innovazzjoni Diġitali" tfisser entità ġuridika maħtura jew magħżula fi proċedura miftuħa u kompetittiva sabiex twettaq il-kompiti taħt il-Programm, b'mod partikolari billi tipprovdi aċċess għall-għarfien espert teknoloġiku u għall-faċilitajiet ta' esperimentazzjoni, bħal tagħmir u għodod ta' softwer li jippermettu t-trasformazzjoni diġitali tal-industrija.
(e)  "Hub ta' Innovazzjoni Diġitali Ewropew" tfisser entità ġuridika eżistenti jew ġdida jew konsorzju ta' entitajiet ġuridiċi maħtura jew magħżula fi proċedura miftuħa, trasparenti u kompetittiva sabiex twettaq il-kompiti taħt il-Programm, b'mod partikolari billi tipprovdi aċċess għall-għarfien espert teknoloġiku u għall-faċilitajiet ta' esperimentazzjoni, bħal tagħmir u għodod ta' softwer li jippermettu t-trasformazzjoni diġitali tal-industrija, kif ukoll għall-iffaċilitar tal-aċċess għall-finanzi. Il-Hub ta' Innovazzjoni Diġitali Ewropew għandu jkun miftuħ għan-negozji ta' kull forma u daqs, b'mod partikolari għall-SMEs, in-negozji li qed jespandu u l-amministrazzjonijiet pubbliċi madwar l-Unjoni.
Il-Hubs ta' Innovazzjoni Diġitali Ewropej għandhom jaġixxu ta' punt uniku ta' servizz fejn il-kumpaniji – speċjalment l-SMEs, in-negozji ġodda u l-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja – jistgħu jirċievu għajnuna biex itejbu n-negozju, il-proċessi ta' produzzjoni, il-prodotti u s-servizzi tagħhom permezz ta' teknoloġija diġitali, li tista' twassal għal valur miżjud. Għaldaqstant il-Hubs għandhom joħolqu netwerk diċentralizzat madwar l-Unjoni li joffri appoġġ lill-kumpaniji biex jiġi żgurat li l-ħiliet tal-impjegati tagħhom jaqblu mal-għarfien espert meħtieġ għall-ġestjoni tat-teknoloġija diġitali disponibbli; Il-Hubs għandhom jikkoordinaw ukoll mal-fornituri tal-edukazzjoni bil-ħsieb li jappoġġaw it-taħriġ għall-istudenti u t-taħriġ fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema.
Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)
(fa)   "litteriżmu medjatiku" ifisser il-ħiliet analitiċi meħtieġa biex wieħed isib it-triq tal-fehim tiegħu fid-dinja diġitali.
Emenda 71
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt fb (ġdid)
(fb)  "Sħubija Ewropea" tfisser inizjattiva fejn l-Unjoni, flimkien ma' sħab privati u/jew pubbliċi (bħalma huma l-industrija, l-organizzazzjonijiet tar-riċerka, il-korpi b'missjoni ta' servizz pubbliku fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali jew internazzjonali jew l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili inklużi l-fondazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet tal-SMEs), jimpenjaw irwieħhom li jappoġġaw b'mod konġunt l-iżvilupp u l-eżekuzzjoni ta' attivitajiet ta' innovazzjoni diġitali u implimentazzjoni teknoloġika, inklużi dawk marbuta mat-teħid tas-suq, tar-regoli jew tal-politika;
Emenda 72
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt fc (ġdid)
(fc)  "intrapriżi żgħar u medji" jew "SMEs" tfisser intrapriżi żgħar u medji kif definiti fl-Artikolu 2 tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE;
Emenda 73
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt fd (ġdid)
(fd)  "konsorzju" tfisser raggruppament kollaborattiv ta' intrapriżi kostitwit biex iwettaq azzjoni skont il-Programm.
Emenda 74
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Il-Programm għandu l-objettiv ġenerali li ġej: li jappoġġa t-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija u tas-soċjetà Ewropea u li jġib l-benefiċċji tagħha liċ-ċittadini u lin-negozji Ewropej. Il-Programm se:
1.  Il-Programm għandu l-objettiv ġenerali li ġej: li jappoġġa u jħaffef it-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija, tal-industrija u tas-soċjetà Ewropea u li jġib il-benefiċċji tagħha liċ-ċittadini, lis-servizzi pubbliċi u lin-negozji Ewropej, kif ukoll li jsaħħaħ l-awtonomija strateġika u l-koeżjoni tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li jiżgura l-kompetittività u jnaqqas id-distakk diġitali. Il-Programm għandu:
Emenda 75
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b
(b)  iwessa' t-tixrid u l-adozzjoni tagħhom f'oqsma ta' interess pubbliku u fis-settur privat.
(b)  iwessa' t-tixrid u l-adozzjoni tagħhom fis-settur privat u f'oqsma ta' interess pubbliku, filwaqt li jappoġġa t-trasformazzjoni diġitali tagħhom u jiżguraw l-aċċess għat-teknoloġiji diġitali;
Emenda 76
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a
(a)  jiskjera, jikkoordina fil-livell tal-Unjoni u jħaddem supercomputing integrat fuq skala eksa77 u infrastruttura tad-data ta' klassi mondjali fl-Unjoni li għandhom ikunu aċċessibbli fuq bażi mhux kummerċjali għall-utenti pubbliċi u privati u għal skopijiet ta' riċerka ffinanzjata pubblikament;
(a)  jimplimenta, jikkoordina fil-livell tal-Unjoni u jħaddem infrastruttura interoperabbli ta' supercomputing fuq skala eksa77 u ta' data ta' klassi mondjali fl-Unjoni li għandhom ikunu aċċessibbli għall-utenti pubbliċi u privati u għal skopijiet ta' riċerka ffinanzjata pubblikament u privatament;
__________________
__________________
77 Biljuni ta' biljuni ta' operazzjonijiet b'punt varjabbli fis-sekonda
77 Biljuni ta' biljuni ta' operazzjonijiet b'punt varjabbli fis-sekonda
Emenda 77
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b
(b)  jiskjera teknoloġija lesta biex tintuża/operattiva li tirriżulta mir-riċerka u l-innovazzjoni biex tinbena ekosistema integrata ta' computing ta' prestazzjoni għolja tal-Unjoni, li tkopri s-segmenti kollha tal-katina tal-valur xjentifiċi u industrijali, inkluż il-ħardwer, is-softwer, l-applikazzjonijiet, is-servizzi, l-interkonnessjonijiet u l-ħiliet diġitali;
(b)  jimplimenta teknoloġija lesta biex tintuża/operattiva li tirriżulta mir-riċerka u l-innovazzjoni biex tinbena ekosistema integrata ta' computing ta' prestazzjoni għolja tal-Unjoni, li tkopri s-segmenti kollha tal-katina tal-valur xjentifiċi u industrijali, inkluż il-ħardwer, is-softwer, l-applikazzjonijiet, is-servizzi, l-interkonnessjonijiet u l-ħiliet diġitali, u fl-istess waqt tiżgura livell għoli ta' sigurtà u protezzjoni tad-data;
Emenda 78
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c
(c)  juża u jopera infrastruttura skala posteksa78, inkluża l-integrazzjoni ma' teknoloġiji ta' quantum computing u jiżviluppa infrastrutturi ġodda ta' riċerka għax-xjenza tal-computing.
(c)  juża u jopera infrastruttura skala posteksa78, inkluża l-integrazzjoni ma' teknoloġiji ta' quantum computing u jiżviluppa infrastrutturi ġodda ta' riċerka; jinkoraġġixxi l-iżvilupp fl-Unjoni tal-ħardwer u tas-softwer meħtieġ għal dan l-użu, għax-xjenza tal-computing.
__________________
__________________
78 Elf darba aktar malajr fuq skala eksa
78 Elf darba aktar veloċi mill-iskala eksa
Emenda 79
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  L-azzjonijiet skont l-Objettiv Speċifiku 1 għandhom jiġu implimentati prinċipalment permezz tal-Impriża Konġunta proposta mill-Kummissjoni u approvata mill-Kunsill tal-Ministri fil-25 ta' Ġunju 2018 skont ir-Regolament (UE) ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.
__________________
1a Ir-Regolament li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja. 10594/18. Brussell, 18 ta' Settembru 2018 (OR. en). http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-10594-2018-INIT/mt/pdf
Emenda 80
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a
(a)  tibni u ssaħħaħ il-kapaċitajiet ta' intelliġenza artifiċjali ewlenin fl-Unjoni, inklużi riżorsi tad-data u libreriji tal-algoritmi f'konformità mal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data;
(a)  tibni u ssaħħaħ il-kapaċitajiet ta' intelliġenza artifiċjali ewlenin fl-Unjoni, inklużi riżorsi tad-data u libreriji tal-algoritmi. F'konformità mal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq l-intelliġenza artifiċjali u r-riżorsi disponibbli għandhom jirrispettaw il-prinċipju tal-privatezza u s-sigurtà fid-disinn; u jiżguraw li l-bnedmin jibqgħu fiċ-ċentru tal-iżvilupp u l-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali,
Emenda 81
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b
(b)  tagħmel dawk il-kapaċitajiet aċċessibbli għan-negozji u l-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha;
(b)  tagħmel dawk il-kapaċitajiet aċċessibbli għan-negozji, speċjalment l-SMEs u n-negozji l-ġodda, u l-amministrazzjonijiet pubbliċi, kif ukoll għall-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ, l-istituzzjonijiet tar-riċerka u l-universitajiet,
Emenda 82
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca)  tiżviluppa u ssaħħaħ l-applikazzjoni industrijali u s-sistemi ta' produzzjoni, tiffaċilita l-integrazzjoni tat-teknoloġiji fil-ktajjen tal-valur, l-iżvilupp ta' mudelli ta' negozju innovattivi, u t-tnaqqis taż-żmien li jgħaddi mill-innovazzjoni għall-industrijalizzazzjoni; u biex trawwem l-adozzjoni ta' soluzzjonijiet bbażati fuq l-IA f'oqsma ta' interess pubbliku u fis-soċjetà
Emenda 83
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)
L-azzjonijiet taħt dan l-objettiv speċifiku ta' Intelliġenza Artifiċjali għandhom ikunu implimentati esklussivament permezz tal-ġestjoni diretta mill-Kummissjoni jew aġenzija eżekuttiva abbażi ta' analiżi tal-kost-benefiċċji.
Emenda 84
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1b (new)
Azzjonijiet imwettqa taħt l-Objettiv Speċifiku 2 għandhom ikunu konformi mal-prinċipji etiċi u l-liġijiet rilevanti nazzjonali, tal-Unjoni u dawk internazzjonali, inkluż il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Protokolli tagħha. Il-Kummissjoni, filwaqt li tqis ir-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli dwar l-Intelliġenza Artifiċjali, għandha tispeċifika l-kundizzjonijiet relatati ma' kwistjonijiet etiċi fil-programmi ta' ħidma skont l-Objettiv Speċifiku 2. Is-sejħiet jew il-ftehimiet ta' għotja għandhom jinkludu l-kundizzjonijiet rilevanti kif stabbilit fil-programmi ta' ħidma. Rieżami etika ta' kull proġett għandha titwettaq matul l-evalwazzjoni ta' kull azzjoni. Azzjonijiet li mhumiex etikament aċċettabbli jew li ma jissodisfawx il-ftehim dwar il-kundizzjonijiet m'għandhomx ikunu eliġibbli għall-finanzjament.
Emenda 85
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a
(a)  jappoġġaw, flimkien mal-Istati Membri, l-akkwist ta' tagħmir avvanzati għaċ-ċibersigurtà, għodod u infrastrutturi tad-data b'konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data;
(a)  jappoġġaw, flimkien mal-Istati Membri, l-akkwist ta' tagħmir, għodod u infrastrutturi tad-data taċ-ċibersigurtà avvanzati sabiex jinkiseb livell għoli komuni ta' ċibersigurtà fil-livell Ewropew, b'konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data u mad-drittijiet fundamentali filwaqt li jiżguraw l-awtonomija strateġika tal-UE;
Emenda 86
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b
(b)  jappoġġaw l-aħjar użu tal-għarfien, tal-kapaċità u tal-ħiliet Ewropej relatati maċ-ċibersigurtà;
(b)  jappoġġaw l-aħjar użu u ż-żieda tal-għarfien, tal-kapaċità u tal-ħiliet Ewropej relatati maċ-ċibersigurtà, u l-kondiviżjoni u l-integrazzjoni tal-aħjar prattiki;
Emenda 87
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt c
(c)  jiżguraw skjerament wiesa' tal-aħħar soluzzjonijiet taċ-ċibersigurtà fl-ekonomija kollha;
(c)  jiżguraw skjerament wiesa' tal-aħħar soluzzjonijiet taċ-ċibersigurtà fl-ekonomija kollha, b'attenzjoni speċjali għas-servizzi pubbliċi u l-operaturi ekonomiċi essenzjali bħall-SMEs;
Emenda 88
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt d
(d)  jirrinforzaw il-kapaċitajiet fl-Istati Membri u s-settur privat biex jgħinuhom jissodisfaw id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni fl-Unjoni kollha79.
(d)  jirrinforzaw il-kapaċitajiet fl-Istati Membri u s-settur privat biex jgħinuhom jissodisfaw id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni fl-Unjoni kollha79 inkluż permezz ta' miżuri mmirati lejn l-iżvilupp ta' kultura taċ-ċibersigurtà fi ħdan l-organizzazzjonijiet.
__________________
__________________
79 ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1
79 ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1
Emenda 89
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)
(da)  itejbu r-reżiljenza kontra l-attakki ċibernetiċi, biex tiżdied il-kuxjenza dwar ir-riskji u l-għarfien tal-proċessi ta' sigurtà bażiċi fost l-utenti, b'mod partikolari s-servizzi pubbliċi, l-SMEs u n-negozji ġodda, biex jiġi żgurat li l-kumpaniji jkollhom livelli bażiċi ta' sigurtà, bħal kriptaġġ minn tarf sa tarf tad-data u aġġornamenti tal-komunikazzjonijiet u tas-softwer, u biex jitħeġġeġ l-użu ta' sigurtà bid-disinn u l-għarfien b'mod awtomatiku tal-proċessi tas-sigurtà bażiċi kif ukoll l-iġjene ċibernetika;
Emenda 90
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)
L-azzjonijiet taħt l-Objettiv Speċifiku 3 "Ċibersigurtà u Fiduċja" għandhom jiġu implimentati primarjament permezz taċ-Ċentru Ewropew ta' Kompetenza Industrijali, Teknoloġika u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà skont [ir-Regolament .... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a].
__________________
1a Regolament ...tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi ċ-Ċentru Ewropew ta' Kompetenza Industrijali, Teknoloġika u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà u n-Netwerk ta' Ċentri Nazzjonali ta' Koordinazzjoni
Emenda 91
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – parti introduttorja
L-intervent finanzjarju mill-Unjoni skont l-Objettiv Speċifiku 4. Il-Ħiliet Diġitali Avvanzati għandhom jappoġġaw l-iżvilupp ta' ħiliet diġitali avvanzati f'oqsma appoġġati minn dan il-programm biex b'hekk jikkontribwixxu biex tikber il-ġabra ta' talenti fl-Ewropa, irawmu aktar professjonaliżmu, b'mod speċjali fir-rigward tal-computing ta' prestazzjoni għolja, l-analitika tal-big data, iċ-ċibersigurtà, it-teknoloġiji ta' reġistru distribwit, ir-robotika u l-intelliġenza artifiċjali. L-intervent finanzjarju għandu jsegwi l-objettivi operazzjonali li ġejjin:
L-intervent finanzjarju mill-Unjoni skont l-Objettiv Speċifiku 4. Il-Ħiliet Diġitali Avvanzati għandhom jappoġġaw l-iżvilupp ta' ħiliet diġitali avvanzati f'oqsma appoġġati minn dan il-programm biex b'hekk jikkontribwixxu biex tikber il-ġabra ta' talenti tal-Unjoni, inaqqsu d-distakk diġitali, irawmu aktar professjonaliżmu b'mod li joffri bilanċ bejn is-sessi, b'mod speċjali fir-rigward tal-computing ta' prestazzjoni għolja, l-analitika tal-big data, iċ-ċibersigurtà, it-teknoloġiji ta' reġistru distribwit, ir-robotika, il-cloud computing, is-sistemi u n-netwerks ta' komunikazzjoni, il-kompetenzi tal-protezzjoni tad-data, l-intelliġenza artifiċjali. Sabiex jiġi stimulat u mtejjeb is-suq tax-xogħol, u l-ispeċjalizzazzjoni fit-teknoloġiji u l-applikazzjonijiet diġitali, l-intervent finanzjarju għandu jsegwi l-objettivi operazzjonali li ġejjin:
Emenda 92
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt a
(a)  jappoġġa t-tfassil u t-twassil ta' taħriġ fit-tul u korsijiet għal-istudenti, il-professjonisti tal-IT u l-forza tax-xogħol;
(a)  jappoġġa t-tfassil u t-twassil ta' korsijiet ta' taħriġ ta' kwalità għolja fit-tul inkluż tagħlim imħallat għall-istudenti, l-għalliema, l-edukaturi, il-professjonisti tal-IT, ir-riċerkaturi u l-forza tax-xogħol inklużi impjegati pubbliċi, b'kollaborazzjoni mal-iskejjel, l-universitajiet u ċ-ċentri ta' riċerka;
Emenda 93
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b
(b)  jappoġġa t-tfassil u t-twassil ta' taħriġ u korsijiet ta' terminu qasir għall-imprendituri, il-mexxejja tan-negozji ż-żgħar u l-forza tax-xogħol;
(b)  jappoġġa t-tfassil u t-twassil ta' taħriġ u korsijiet ta' terminu qasir ta' kwalità għolja, inkluż tagħlim imħallat, għall-imprendituri, il-mexxejja tan-negozji ż-żgħar u n-negozji l-ġodda u l-forza tax-xogħol, inklużi l-impjegati pubbliċi u l-persuni li jaħdmu għal rashom;
Emenda 94
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt c
(c)  jappoġġa t-taħriġ fuq il-post tax-xogħol u apprendistati għall-istudenti, l-intraprendituri żgħażagħ u l-gradwati.
(c)  jappoġġa t-taħriġ ta' kwalità għolja fuq il-post tax-xogħol, inkluż tagħlim imħallat, u traineeships għall-istudenti, l-intraprendituri żgħażagħ u l-gradwati.
Emenda 95
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1a (ġdid)
L-azzjonijiet taħt l-Objettiv Speċifiku 4 "Ħiliet Diġitali Avvanzati" għandhom jiġu implimentati primarjament permezz ta' ġestjoni diretta mill-Kummissjoni Ewropea. Il-Hubs Ewropej tal-Innovazzjoni Diġitali jistgħu jaġixxu bħala faċilitaturi għal opportunitajiet ta' taħriġ, kumpaniji ta' konsulenza u jservu ta' kuntatt maċ-ċentri ta' kompetenza xierqa biex tiġi żgurata l-aktar kopertura ġeografika wiesgħa madwar l-Unjoni.
Emenda 96
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – parti introduttorja
L-intervent finanzjarju mill-Unjoni skont l-Objettiv Speċifiku 5. L-iskjerament, l-aħjar użu tal-kapaċitajiet diġitali u l-Interoperabbiltà għandhom jiksbu l-objettivi operazzjonali li ġejjin:
L-intervent finanzjarju mill-Unjoni skont l-Objettiv Speċifiku 5. L-iskjerament, l-aħjar użu tal-kapaċitajiet diġitali u l-Interoperabbiltà għandhom jiksbu l-objettivi operazzjonali li ġejjin biex jikkumplimentaw l-azzjonijiet tal-infrastruttura diġitali għal dak il-għan filwaqt li jitnaqqas id-distakk diġitali:
Emenda 97
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt a
(a)  jiżguraw li s-settur pubbliku u oqsma ta' interessi pubbliċi, bħalma huma s-saħħa u l-kura, l-edukazzjoni, il-ġudikatura, it-trasport, l-enerġija, l-ambjent, is-setturi kulturali u kreattivi, jistgħu jiskjeraw u jaċċessaw teknoloġiji diġitali avvanzati, b'mod partikolari l-computing ta' prestazzjoni għolja, l-intelliġenza artifiċjali u ċ-ċibersigurtà;
(a)  jiżguraw li s-settur pubbliku u oqsma ta' interessi pubbliċi, bħalma huma s-saħħa u l-kura, l-edukazzjoni, il-ġudikatura, it-trasport u l-komunikazzjoni, l-enerġija, l-ambjent, is-setturi kulturali u kreattivi, kif ukoll negozji stabbiliti fl-Unjoni jistgħu jiskjeraw b'mod effikaċi u jkollhom il-ħiliet neċessarji permezz ta' taħriġ biex jużaw teknoloġiji diġitali avvanzati, b'mod partikolari l-computing ta' prestazzjoni għolja, it-teknoloġija lingwistika, l-intelliġenza artifiċjali u ċ-ċibersigurtà;
Emenda 98
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b
(b)  jiskjeraw, iħaddmu u jżommu l-Infrastrutturi ta' Servizz Diġitali interoperabbli trans-Ewropej (inklużi servizzi relatati) f'komplimentarjetà ma' azzjonijiet nazzjonali u reġjonali;
(b)  jiskjeraw, iħaddmu u jżommu l-Infrastrutturi ta' Servizz Diġitali interoperabbli trans-Ewropej tal-ogħla livell mal-Unjoni kollha (inklużi servizzi relatati) f'komplimentarjetà ma' azzjonijiet nazzjonali u reġjonali;
Emenda 99
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt c
(c)  jiffaċilitaw l-iżvilupp, l-aġġornament u l-użu ta' soluzzjonijiet u oqfsa mill-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej, in-negozji u ċ-ċittadini, inkluż l-użu mill-ġdid ta' soluzzjonijiet u oqsfa ta' interoperabbiltà;
(c)  jiffaċilitaw l-iżvilupp, l-aġġornament u l-użu ta' soluzzjonijiet u oqfsa mill-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej, in-negozji u ċ-ċittadini, inkluż is-sors miftuħ u l-użu mill-ġdid ta' soluzzjonijiet u oqfsa ta' interoperabbiltà;
Emenda 100
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt d
(d)  joffru lill-amministrazzjonijiet pubbliċi aċċess għall-ittestjar u l-pilotaġġ tat-teknoloġiji diġitali, inkluż l-użu transfruntier tagħhom;
(d)  joffru lill-amministrazzjonijiet pubbliċi aċċess għall-ittestjar, il-pilotaġġ u ż-żieda gradwali tat-teknoloġiji diġitali, inkluż l-użu transfruntier tagħhom;
Emenda 101
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt e
(e)  jappoġġaw it-teħid tat-teknoloġiji avvanzati diġitali u dawk relatati, inkluż b'mod partikolari l-computing ta' prestazzjoni għolja, l-intelliġenza artifiċjali, iċ-ċibersigurtà u t-teknoloġiji futuri u emerġenti mill-industrija tal-Unjoni, b'mod partikolari l-SMEs;
(e)  jappoġġaw it-teħid tat-teknoloġiji avvanzati diġitali u dawk relatati, inkluż b'mod partikolari l-computing ta' prestazzjoni għolja, l-intelliġenza artifiċjali, it-teknoloġiji ta' reġistru distribwit, iċ-ċibersigurtà, il-protezzjoni tad-data, il-cloud computing u l-governanza tal-informazzjoni u t-teknoloġiji futuri u emerġenti mill-industrija tal-Unjoni, b'mod partikolari l-SMEs u n-negozji l-ġodda;
Emenda 102
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt f
(f)  jappoġġaw it-tfassil, l-ittestjar, l-implimentazzjoni u l-iskjerament tas-soluzzjonijiet diġitali interoperabbli għas-servizzi pubbliċi fil-livell tal-UE mwassla permezz ta' pjattaforma ta' soluzzjonijiet li jistgħu jerġgħu jintużaw u huma xprunati mid-data, it-trawwim tal-innovazzjoni u l-istabbiliment ta' oqfsa komuni sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tas-servizzi tal-amministrazzjonijiet pubbliċi għaċ-ċittadini u n-negozji Ewropej;
(f)  jappoġġaw it-tfassil, iż-żamma, l-ittestjar, l-implimentazzjoni u l-iskjerament tas-soluzzjonijiet diġitali interoperabbli għas-servizzi pubbliċi fil-livell tal-UE mwassla permezz ta' pjattaforma ta' soluzzjonijiet li jistgħu jerġgħu jintużaw u huma xprunati mid-data, it-trawwim tal-innovazzjoni u l-istabbiliment ta' oqfsa komuni sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tas-servizzi tal-amministrazzjonijiet pubbliċi għaċ-ċittadini u n-negozji Ewropej;
Emenda 103
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt g
(g)  jiżguraw il-kapaċità kontinwa fil-livell tal-Unjoni li josservaw, janalizzaw u jadattaw ix-xejriet diġitali li qed jevolvu malajr, kif ukoll il-kondiviżjoni ul-integrazzjoni tal-aħjar prattiki.
(g)  jiżguraw il-kapaċità kontinwa fil-livell tal-Unjoni li jpoġġu fuq quddiem l-iżvilupp diġitali, flimkien ma' li josservaw, janalizzaw u jadattaw ix-xejriet diġitali li qed jevolvu malajr, kif ukoll jikkondividu u jintegraw l-aħjar prattiki u jiffaċilitaw il-kondiviżjoni ta' ideat bejn inizjattivi nazzjonali differenti, li jwasslu għall-iżvilupp tas-soċjetà diġitali grazzi għal kooperazzjoni permanenti fost l-atturi kollha involuti fil-livell tal-UE;
Emenda 104
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt h
(h)  jappoġġaw il-kooperazzjoni lejn il-kisba ta' ekosistema Ewropea għall-infrastrutturi li jgawdu l-fiduċja bl-użu ta' servizzi u applikazzjonijiet ta' reġistri distribwiti, inkluż l-appoġġ għall-interoperabbiltà u l-istandardizzazzjoni u t-trawwim tal-iskjerament tal-applikazzjonijiet transkonfinali tal-UE.
(h)  jappoġġaw il-kooperazzjoni lejn il-kisba ta' ekosistema Ewropea għall-infrastrutturi li jgawdu l-fiduċja bl-użu, fost l-oħrajn, ta' servizzi u applikazzjonijiet ta' reġistri distribwiti, inkluż l-appoġġ għall-interoperabbiltà u l-istandardizzazzjoni u t-trawwim tal-iskjerament tal-applikazzjonijiet transfruntieri tal-UE bbażati fuq is-sigurtà u l-privatezza bid-disinn, billi jiggarantixxu l-protezzjoni tad-data u s-sikurezza tal-konsumatur;
Emenda 105
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1a (ġdid)
L-azzjonijiet taħt l-Objettiv Speċifiku 5 "L-iskjerament, l-aħjar użu tal-kapaċitajiet diġitali u l-Interoperabbiltà" għandhom jiġu implimentati primarjament permezz ta' ġestjoni diretta mill-Kummissjoni Ewropea. Il-Hubs Ewropej tal-Innovazzjoni Diġitali u ċ-ċentri ta' kompetenza jistgħu jaġixxu bħala faċilitaturi.
Emenda 106
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1
1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021-2027 għandu jkun EUR 9 194 000 000 fi prezzijiet attwali.
1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021-2027 għandu jkun ta' EUR 8 192 391 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 9 194 000 000 fi prezzijiet kurrenti).
Emenda 107
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt a
(a)  sa EUR 2 698 240 000 għall-Objettiv Speċifiku 1, il-Computing ta' Prestazzjoni Għolja
(a)  sa EUR 2 404 289 438 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 2 698 240 000 fi prezzijiet kurrenti) għall-Objettiv Speċifiku 1, "Computing ta' Prestazzjoni Għolja"
Emenda 108
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt b
(b)  sa EUR 2 498 369 000 għall-Objettiv Speċifiku 2, l-Intelliġenza Artifiċjali
(b)  sa EUR 2 226 192 703 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 2 498 369 000 fi prezzijiet kurrenti) għall-Objettiv Speċifiku 2, "l-Intelliġenza Artifiċjali"
Emenda 109
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt c
(c)  sa EUR 1 998 696 000 għall-Objettiv Speċifiku 3, iċ-Ċibersigurtà u l-Fiduċja
(c)  sa EUR 1 780 954 875 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 1 998 696 000 fi prezzijiet kurrenti) għall-Objettiv Speċifiku 3, "Ċibersigurtà u Fiduċja"
Emenda 110
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt d
(d)  sa EUR 699 543 000 għall-Objettiv Speċifiku 4, il-Ħiliet Diġitali Avvanzati
(d)  sa EUR 623 333 672 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 699 543 000 fi prezzijiet kurrenti) għall-Objettiv Speċifiku 4, "Ħiliet Diġitali Avvanzati"
Emenda 111
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt e
(e)  sa EUR 1 299 152 000 għal Objettiv Speċifiku 5, "L-iskjerament, l-aħjar użu tal-kapaċitajiet diġitali u l-Interoperabbiltà"
(e)  sa EUR 1 157 620 312 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 1 299 152 000 fi prezzijiet kurrenti) għall-Objettiv Speċifiku 5, "L-iskjerament, l-aħjar użu tal-kapaċitajiet diġitali u l-Interoperabbiltà"
Emenda 112
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 5
5.  Riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża jistgħu, fuq it-talba tagħhom, jiġu ttrasferiti għall-Programm. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawn ir-riżorsi direttament skont il-punt (a) tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament skont il-punt (c) ta' dak l-Artikolu. Fejn possibbli dawn ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.
5.  Riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża jistgħu, fuq it-talba tagħhom, jiġu ttrasferiti għall-Programm. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawn ir-riżorsi direttament skont il-punt (a) tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament skont il-punt (c) ta' dak l-Artikolu. Fejn possibbli dawn ir-riżorsi għandhom jintużaw sal-punt massimu possibbli għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.
Emenda 113
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Il-programm għandu jkun miftuħ għal:
imħassar
Emenda 114
Proposta għal regolament
Artikolu 10 - paragrafu 1 - punt 1
1.  Il-Membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles, li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea, b'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea;
1.  Il-programm għandu jkun miftuħ għall-Membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles, li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea, b'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea;
Emenda 115
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 2
2.  Pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, b'konformità mal-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, jew arranġamenti simili, u b'konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u huma;
2.  Assoċjazzjoni sħiħa jew parzjali għall-programm ta' pajjiżi terzi li mhumiex imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni ta' każ b'każ tal-Objettivi Speċifiċi, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz fi kwalunkwe programm tal-Unjoni, sakemm dan il-ftehim speċifiku jirrispetta bis-sħiħ il-kriterji li ġejjin:
—  il-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz tkun fl-interess tal-Unjoni;
—  il-parteċipazzjoni tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 3;
—  il-parteċipazzjoni ma tqajjem l-ebda tħassib dwar is-sigurtà u tirrispetta bis-sħiħ ir-rekwiżiti rilevanti tas-sigurtà stabbiliti fl-Artikolu 12;
—  il-ftehim jiżgura bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u l-benefiċċji ta' pajjiż terz li jipparteċipa fil-programmi tal-Unjoni;
—  il-ftehim jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni fil-programmi, inkluż il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal programmi individwali u l-ispejjeż amministrattivi tagħhom. Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat f'konformità mal-Artikolu [21(5)] tar-[Regolament Finanzjarju l-ġdid];
—  il-ftehim ma jagħtix lill-pajjiż terz is-setgħa li jieħu deċiżjonijiet dwar il-programm;
—  il-ftehim jiggarantixxi d-drittijiet tal-Unjoni biex tiżgura ġestjoni finanzjarja soda u tipproteġi l-interessi finanzjarji tagħha.
Emenda 116
Proposta għal regolament
Artikolu 10 - paragrafu 1 - punt 2a (ġdid)
2 a.  Meta jkunu qed iħejju l-programmi ta' ħidma, il-Kummissjoni Ewropea jew korpi ta' implimentazzjoni rilevanti oħra, għandhom jivvalutaw fuq bażi ta' każ b'każ jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim imsemmi fil-paragrafu 2 humiex issodisfati għall-azzjonijiet inklużi fil-programmi ta' ħidma.
Emenda 117
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 3
3.  Il-pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, jew fi ftehimiet simili, u skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;
imħassar
Emenda 118
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 4
4.  il-Pajjiżi terzi, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz fi kwalunkwe programm tal-Unjoni, sakemm dak il-ftehim
imħassar
—  jiżgura bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u tal-benefiċċji tal-pajjiż terz li jkun qed jipparteċipa fil-programmi tal-Unjoni;
—  jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni fil-programmi, inkluż il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal programmi individwali u l-kostijiet amministrattivi tagħhom. Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat f'konformità mal-Artikolu [21(5)] ta' [the new Financial Regulation];
—  ma jagħtix lill-pajjiż terz, is-setgħa li jieħu deċiżjonijiet dwar il-programm;
—  jiggarantixxi d-drittijiet tal-Unjoni li tiżgura ġestjoni finanzjarja tajba u li tipproteġi l-interessi finanzjarji tagħha.
Emenda 119
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 2
2.  Il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 taħt l-Objettiv Speċifiku 3. Iċ-ċibersigurtà u l-Fiduċja għandhom ikunu soġġetti għall-Artikolu [12].
2.  Il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 taħt l-Objettivi Speċifiċi 1 "Computing ta' Prestazzjoni Għolja", 2 "Intelliġenza Artifiċjali" u 3 "Ċibersigurtà u Fiduċja" għandha tkun soġġetta għall-Artikolu [12].
Emenda 120
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 5
5.  Il-programm ta' ħidma jista' jipprevedi wkoll li l-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f'pajjiżi assoċjati u entitajiet ġuridiċi stabbiliti fl-UE iżda kkontrollati minn pajjiżi terzi ma jkunux eliġibbli għall-parteċipazzjoni fl-azzjonijiet kollha jew uħud minnhom skont l-Objettiv Speċifiku 3 għal raġunijiet ta' sigurtà. F'każijiet bħal dawn, sejħiet għall-proposti u sejħiet għall-offerti għandhom ikunu ristretti għal entitajiet stabbiliti jew meqjusa li huma stabbiliti fl-Istati Membri u kkontrollat mill-Istati Membri u/jew minn ċittadini tal-Istati Membri.
5.  Il-programm ta' ħidma jista' jipprevedi wkoll li l-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f'pajjiżi assoċjati u entitajiet ġuridiċi stabbiliti fl-UE iżda kkontrollati minn pajjiżi terzi ma jkunux eliġibbli għall-parteċipazzjoni fl-azzjonijiet kollha jew uħud minnhom skont l-Objettivi Speċifiċi 1, 2 u 3 għal raġunijiet strateġiċi u ta' sigurtà. F'każijiet bħal dawn, sejħiet għall-proposti u sejħiet għall-offerti għandhom ikunu ristretti għal entitajiet stabbiliti jew meqjusa li huma stabbiliti fl-Istati Membri u kkontrollati mill-Istati Membri u/jew minn ċittadini tal-Istati Membri.
Emenda 121
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 5a (ġdid)
5 a.  L-azzjonijiet li jinkludu t-trasferiment ta' teknoloġija barra l-Unjoni ma għandhomx ikunu permessi. Bil-għan li jiġu żgurati l-objettivi strateġiċi tas-sigurtà fit-tul, għandha titwettaq evalwazzjoni tal-opportunità fir-rigward tal-parteċipazzjoni ta' entitajiet li s-sede prinċipali tagħhom ma tkunx fl-Unjoni.
Emenda 122
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 5b (ġdid)
5 b.  Fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament jistgħu jwettqu kontrolli ta' sigurtà, u azzjonijiet li ma jikkonformawx mar-regoli ta' sigurtà jistgħu jiġu esklużi jew jintemmu fi kwalunkwe ħin.
Emenda 123
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1
1.  Il-Programm tfassal biex jiġi implimentat filwaqt li jippermetti sinerġiji, kif deskritt aktar fl-Anness III, ma' programmi oħra ta' finanzjament tal-Unjoni, b'mod partikolari permezz ta' arranġamenti għall-finanzjament komplimentari minn programmi tal-UE fejn il-modalitajiet tal-ġestjoni jippermettu; jew f'sekwenza, f'mod li jalterna, jew permezz tat-tgħaqqid tal-fondi inkluż għall-finanzjament konġunt tal-azzjonijiet.
1.  Il-Programm tfassal biex jiġi implimentat filwaqt li jippermetti sinerġiji, kif deskritt aktar fl-Anness III, ma' programmi oħra ta' finanzjament tal-Unjoni, b'mod partikolari permezz ta' arranġamenti għall-finanzjament komplimentari minn programmi tal-UE fejn il-modalitajiet tal-ġestjoni jippermettu; jew f'sekwenza, f'mod li jalterna, jew permezz tat-tgħaqqid tal-fondi inkluż għall-finanzjament konġunt tal-azzjonijiet. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li meta tingrana l-karattru komplementari tal-programm ma' programmi Ewropej oħra ta' finanzjament, b'mod partikolari l-FSIE, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), l-Orizzont Ewropa u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF-2), l-investEU, l-Erasmus u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), il-kisba tal-Objettivi Speċifiċi 1 sa 5 ma jiġux imfixkla.
Il-Kummissjoni se tfittex mezzi li bihom ittejjeb l-effiċjenza globali ta' programmi li joffru riżorsi fil-qasam tad-diġitalizzazzjoni.
Emenda 124
Proposta għal regolament
Artikolu 13 - paragrafu 2
2.  Għandhom jiġu stabbiliti mekkaniżmi xierqa ta' koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet rilevanti u għodod ta' monitoraġġ xierqa sabiex b'mod sistematiku jiġu żgurati sinerġiji bejn il-Programm u kwalunkwe strument ta' finanzjament rilevanti tal-UE. L-arranġamenti għandhom jikkontribwixxi biex tiġi evitata d-duplikazzjoni u jiġi mmassimizzat l-impatt tal-infiq.
2.  Għandhom jiġu stabbiliti mekkaniżmi xierqa ta' koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet rilevanti u bejn l-awtoritajiet u l-Kummissjoni Ewropea, kif ukoll għodod ta' monitoraġġ xierqa sabiex b'mod sistematiku jiġu żgurati sinerġiji bejn il-Programm u kwalunkwe strument ta' finanzjament rilevanti tal-UE. L-arranġamenti għandhom jikkontribwixxu biex tiġi evitata d-duplikazzjoni u jiġi mmassimizzat l-impatt tal-infiq.
Emenda 125
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 2
2.  Il-Programm jista' jipprovdi finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, inkluż b'mod partikolari l-akkwist pubbliku bħala forma primarja kif ukoll għotjiet u premjijiet. Jista' jipprovdi wkoll finanzjament fil-forma ta' strumenti finanzjarji fi ħdan operazzjonijiet ta' taħlit.
2.  Il-Programm jista' jipprovdi finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, inkluż b'mod partikolari l-akkwist mill-Kummissjoni jew minn korp ta' finanzjament, mill-benefiċjarji individwali jew konġunti tal-għotjiet bħala forma primarja tal-azzjoni kif ukoll għotjiet u premjijiet. L-akkwisti jistgħu jawtorizzaw l-għoti ta' kuntratti multipli fl-istess proċedura u jistgħu jipprevedu t-tqegħid ta' kundizzjonijiet ta' prestazzjoni f'konformità ma' ftehimiet ta' akkwist internazzjonali applikabbli. Il-Programm jista' jipprovdi wkoll finanzjament fil-forma ta' strumenti finanzjarji f'operazzjonijiet ta' taħlit.
Emenda 126
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 1
Il-Programm jista' jiġi implimentat permezz ta' Sħubijiet Ewropej. Dawn jistgħu jinkludu b'mod partikolari l-kontribuzzjonijiet għal sħubijiet pubbliċi-privati eżistenti jew ġodda fil-forma ta' impriżi konġunti stabbiliti skont l-Artikolu 187 tat-TFUE. Għal dawn il-kontribuzzjonijiet, japplikaw dispożizzjonijiet relatati mas-Sħubijiet Ewropej skont ir-[Regolament Orizzont Ewropa, għandha tiżdied ref].
Il-Programm jista' jiġi implimentat permezz ta' Sħubijiet Ewropej miftiehma fil-Proċess ta' Programmazzjoni Strateġika bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri. Dawn jistgħu jinkludu b'mod partikolari l-kontribuzzjonijiet għal sħubijiet pubbliċi-privati eżistenti jew ġodda fil-forma ta' impriżi konġunti stabbiliti skont l-Artikolu 187 tat-TFUE. Għal dawn il-kontribuzzjonijiet, japplikaw dispożizzjonijiet relatati mas-Sħubijiet Ewropej skont ir-[Regolament Orizzont Ewropa, għandha tiżdied ref].
Emenda 127
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 1a (ġdid)
Is-Sħubijiet Ewropej għandhom:
(a)  Jiġu stabbiliti f'każijiet fejn jiksbu b'mod aktar effikaċi l-objettivi tal-Programm Ewropa Diġitali milli kieku l-Unjoni waħedha;
(b)  Jaderixxu mal-prinċipji tal-valur miżjud tal-Unjoni, it-trasparenza, il-ftuħ, l-impatt, l-effett ta' ingranaġġ, l-impenn finanzjarju fit-tul tal-partijiet kollha involuti, il-flessibbiltà, il-koerenza u l-komplimentarjetà ma' inizjattivi fil-livelli tal-Unjoni, lokali, reġjonali, nazzjonali u internazzjonali;
(c)  Ikunu limitati biż-żmien u jinkludu kundizzjonijiet għall-eliminazzjoni gradwali tal-finanzjament tal-Programm.
Emenda 128
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 1b (ġdid)
Id-dispożizzjonijiet u l-kriterji għall-għażla, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u l-eliminazzjoni gradwali tagħhom huma stabbiliti fi [għandha tiżdied referenza].
Emenda 129
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – titolu
Hubs ta' Innovazzjoni Diġitali
Hubs Ewropej ta' Innovazzjoni Diġitali
Emenda 130
Proposta għal regolament
Artikolu 16 - paragrafu 1
1.  Matul l-ewwel sena tal-implimentazzjoni tal-Programm, għandu jiġi stabbilit netwerk inizjali tal-Hubs ta' Innovazzjoni Diġitali.
1.  Matul l-ewwel sena tal-implimentazzjoni tal-Programm, għandu jiġi stabbilit netwerk inizjali tal-Hubs Ewropej ta' Innovazzjoni Diġitali fuq infrastruttura eżistenti u għandu jkun hemm tal-inqas Hub Ewropew ta' Innovazzjoni Diġitali wieħed għal kull Stat Membru.
Emenda 131
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2.  Għall-fini tal-istabbiliment tan-netwerk imsemmi fil-paragrafu 1, kull Stat Membru għandu jinnomina entitajiet kandidati permezz ta' proċess miftuħ u kompetittiv, abbażi tal-kriterji li ġejjin:
2.  Għall-fini tal-istabbiliment tan-netwerk imsemmi fil-paragrafu 1, kull Stat Membru għandu jinnomina entitajiet kandidati permezz ta' proċess miftuħ, trasparenti, inklużiv u kompetittiv, abbażi tal-kriterji li ġejjin:
Emenda 132
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt a
(a)  kompetenzi xierqa relatati mal-funzjonijiet tal-Hubs ta' Innovazzjoni Diġitali;
(a)  kompetenzi xierqa relatati mal-funzjonijiet tal-Hubs Ewropej ta' Innovazzjoni Diġitali;
Emenda 133
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt b
(b)  il-kapaċità ta' ġestjoni xierqa, il-persunal u l-infrastruttura;
(b)  il-kapaċità ta' ġestjoni, il-persunal u l-infrastruttura u l-ġabra ta' ħiliet xierqa;
Emenda 134
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)
(da)  kooperazzjoni ppruvata mas-settur privat biex tiġi żgurata r-rilevanza tas-suq tal-interventi taħt l-Objettivi Speċifiċi 1 sa 5;
Emenda 135
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt db (ġdid)
(db)  konnessjonijiet ma' Hubs tal-ICT maħluqa taħt Orizzont 2020, il-Hub investEU u n-netwerk European Enterprise;
Emenda 136
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 2a (ġdid)
2 a.  Il-kundizzjonijiet dettaljati li għandhom jiġu ssodisfati sabiex jiġu nnominati bħala "Hub Ewropew ta' Innovazzjoni Diġitali" u l-kompiti li jridu jitwettqu, għandhom jiġu armonizzati u ppubblikati fil-ħin dovut sabiex ikunu jistgħu jsiru l-preparazzjoni u l-implimentazzjoni xierqa tal-azzjonijiet.
Emenda 137
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 3 – parti introduttorja
3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni dwar l-għażla tal-entitajiet li jiffurmaw in-netwerk inizjali. Dawn l-entitajiet għandhom jintgħażlu mill-Kummissjoni minn fost l-entitajiet kandidati innominati mill-Istati Membri abbażi tal-kriterji msemmija fil-paragrafu 2 u l-kriterji addizzjonali li ġejjin:
3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni dwar l-għażla tal-entitajiet li jiffurmaw in-netwerk inizjali. Dawn l-entitajiet għandhom jintgħażlu u jiġu identifikati b'mod ċar mill-Kummissjoni minn fost l-entitajiet kandidati innominati mill-Istati Membri abbażi tal-kriterji msemmija fil-paragrafu 2 u l-kriterji addizzjonali li ġejjin:
Emenda 138
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt b
(b)  il-ħtieġa li n-netwerk inizjali jiżgura kopertura tal-ħtiġijiet tal-industrija u l-oqsma ta' interess pubbliku u kopertura ġeografika bbilanċjata u komprensiva.
(b)  il-ħtieġa li n-netwerk inizjali jiżgura kopertura tal-ħtiġijiet tal-industrija u l-oqsma ta' interess pubbliku u kopertura ġeografika bbilanċjata u komprensiva, li jtejbu l-konverġenza u jikkontribwixxu biex jitneħħa d-distakk bejn il-pajjiżi ta' koeżjoni u l-Istati Membri l-oħra u jnaqqsu d-distakk diġitali f'termini ġeografiċi.
Emenda 139
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 4
4.  Hubs ta' Innovazzjoni Diġitali addizzjonali għandhom jintgħażlu fuq il-bażi ta' proċess miftuħ u kompetittiv, b'mod li jiżgura l-aktar kopertura ġeografika wiesgħa madwar l-Ewropa. L-għadd ta' entitajiet tan-netwerk għandu jkun proporzjonat għall-popolazzjoni ta' Stat Membri partikolari u għandu jkun hemm mill-inqas Hub ta' Innovazzjoni Diġitali waħda għal kull Stat Membru. Biex jiġu indirizzati l-limitazzjonijiet speċifiċi affaċċjati mir-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE, jistgħu jiġu nominati entitajiet speċifiċi biex ikopru l-ħtiġijiet tagħhom.
4.  Hubs Ewropej ta' Innovazzjoni Diġitali addizzjonali għandhom jintgħażlu fuq il-bażi ta' proċess miftuħ, trasparenti u kompetittiv, b'mod li jiżgura l-aktar kopertura ġeografika wiesgħa madwar l-Ewropa. L-għadd ta' entitajiet tan-netwerk għandu jkun proporzjonat għall-popolazzjoni ta' Stat Membri partikolari. Biex jiġu indirizzati l-limitazzjonijiet speċifiċi affaċċjati mir-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE, jistgħu jintgħażlu Hubs ta' Innovazzjoni addizzjonali magħżula f'dawk ir-reġjuni.
Emenda 140
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 5
5.  Il-Hubs ta' Innovazzjoni Diġitali jistgħu jirċievu finanzjament fil-forom ta' għotjiet.
5.  Il-Hubs Ewropej ta' Innovazzjoni Diġitali għandhom ikunu identifikati b'mod ċar permezz ta' indikazzjonijiet speċifiċi u jirċievu finanzjament fil-forom ta' għotjiet.
Emenda 141
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 6 – parti introduttorja
6.  Il-Hubs ta' Innovazzjoni Diġitali li jirċievu l-finanzjament għandhom jiġu involuti fl-implimentazzjoni tal-Programm sabiex:
6.  Il-Hubs Ewropej ta' Innovazzjoni Diġitali li jirċievu l-finanzjament għandhom jiġu involuti fl-implimentazzjoni tal-Programm sabiex:
Emenda 142
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 6 – punt a
(a)  jipprovdu servizzi ta' trasformazzjoni diġitali - inkluż l-ittestjar u l-esperimentazzjoni tal-faċilitajiet - immirata lejn l-SMEs u l-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja, anke f'setturi li huma kajmana fl-użu tat-teknoloġiji diġitali u teknoloġiji relatati;
(a)  jipprovdu servizzi ta' trasformazzjoni diġitali u għarfien espert teknoloġiku - inkluż l-ittestjar u l-esperimentazzjoni tal-faċilitajiet - immirati lejn in-negozji l-ġodda, l-SMEs u l-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja, anke f'setturi li huma kajmana fl-użu tat-teknoloġiji diġitali u teknoloġiji relatati;
Emenda 143
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 6 – punt aa (ġdid)
(aa)  jappoġġaw lill-kumpaniji, speċjalment l-SMEs u n-negozji l-ġodda, lill-organizzazzjonijiet u lill-amministrazzjonijiet pubbliċi sabiex isiru aktar kompetittivi u jtejbu l-mudelli kummerċjali tagħhom permezz tal-użu tat-teknoloġiji l-ġodda koperti mill-Programm;
Emenda 144
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 6 – punt b
(b)  jittrasferixxu l-għarfien espert u l-knowhow bejn ir-reġjuni, b'mod partikolari permezz ta' netwerking għall-SMEs u l-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja stabbiliti f'reġjun partikolari mal-Hubs ta' Innovazzjoni Diġitali stabbiliti f'reġjuni oħra li huma l-aktar adattati biex jipprovdu servizzi rilevanti;
(b)  jittrasferixxu l-għarfien espert u n-knowhow bejn ir-reġjuni, b'mod partikolari permezz ta' netwerking għall-SMEs, in-negozji l-ġodda u l-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja stabbiliti f'reġjun partikolari mal-Hubs Ewropej ta' Innovazzjoni Diġitali stabbiliti f'reġjuni oħra li huma l-aktar adattati biex jipprovdu servizzi rilevanti; jinkoraġġixxu l-iskambji ta' ħiliet, inizjattivi konġunti u prattiki tajbin;
Emenda 145
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 6 – punt c
(c)  jipprovdu servizzi tematiċi, fosthom servizzi marbuta mal-computing ta' prestazzjoni għolja, l-intelliġenza artifiċjali u ċ-ċibersigurtà u l-fiduċja lill-amministrazzjonijiet, lill-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku, lill-SMEs u lill-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja. Il-Hubs ta' Innovazzjoni Diġitali individwali jistgħu jispeċjalizzaw f'servizzi tematiċi speċifiċi u m'għandhomx għalfejn jipprovdu s-servizzi tematiċi kollha msemmija f'dan il-paragrafu;
(c)  jipprovdu servizzi tematiċi, fosthom servizzi marbuta mal-computing ta' prestazzjoni għolja, l-intelliġenza artifiċjali u ċ-ċibersigurtà u l-fiduċja lill-amministrazzjonijiet, lill-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku, lill-SMEs, lin-negozji l-ġodda u lill-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja. Il-Hubs Ewropej ta' Innovazzjoni Diġitali individwali jistgħu jispeċjalizzaw f'servizzi tematiċi speċifiċi u m'għandhomx għalfejn jipprovdu s-servizzi tematiċi kollha msemmija f'dan il-paragrafu;
Emenda 146
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 6a (ġdid)
6a.  Il-Hubs Ewropej tal-Innovazzjoni Diġitali jistgħu wkoll jikkooperaw mal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, b'mod partikolari l-EIT Diġitali kif ukoll il-Hubs ta' Innovazzjoni Diġitali stabbiliti taħt Orizzont 2020.
Emenda 147
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 6b (ġdid)
6b.  Il-Hubs Ewropej ta' Innovazzjoni Diġitali jistgħu jwettqu l-attivitajiet tal-Hubs ta' Innovazzjoni Diġitali stabbiliti taħt il-Programmi Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, inklużi l-Hubs ta' Innovazzjoni tal-EIT Diġitali.
Emenda 148
Proposta għal regolament
Artikolu 17 − paragrafu 1
1.  L-azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-objettivi msemmija fl-Artikolu [3] u l-Artikoli [4]-[8] biss għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament.
1.  L-azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-objettivi msemmija fl-Artikolu [3] u l-Artikoli [4]-[8] biss għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament f'konformità mal-objettivi ġenerali stipulati fl-Anness I.
Emenda 149
Proposta għal regolament
Artikolu 18 - paragrafu 2 - punt a - punt ii
(ii)  pajjiż terz assoċjat mal-Programm;
(ii)  pajjiż terz assoċjat mal-Programm skont l-Artikoli 10 u 12;
Emenda 150
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 3
3.  L-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f'pajjiż terz li mhuwiex assoċjat mal-Programm huma eċċezzjonalment eliġibbli biex jipparteċipaw f'azzjonijiet speċifiċi fejn dan ikun meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Programm.
3.  L-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f'pajjiż terz li mhuwiex assoċjat mal-Programm huma eċċezzjonalment eliġibbli biex jipparteċipaw f'azzjonijiet speċifiċi fejn dan ikun meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Programm, u fejn dan ma jimplikax riskji ta' sigurtà addizzjonali għall-Unjoni jew jixħet dubju fuq l-awtonomija strateġika tal-Unjoni.
Emenda 151
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 4
4.  Il-persuni fiżiċi ma għandhomx ikunu eliġibbli, ħlief għall-għotjiet mogħtija skont l-Objettiv Speċifiku 4. Il-Ħiliet diġitali avvanzati.
4.  Il-persuni fiżiċi ma jistgħux ikunu eliġibbli, ħlief għall-għotjiet mogħtija skont l-Objettiv Speċifiku 4, "Ħiliet diġitali avvanzati". Iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jistgħu jkunu eliġibbli sakemm dawn ikunu residenti fl-Unjoni.
Emenda 152
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 1
Għotjiet li jaqgħu taħt il-Programm għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju.
Għotjiet li jaqgħu taħt il-Programm għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju u jistgħu jkopru sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli għal raġunijiet debitament ġustifikati, mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta' kofinanzjament; u skont l-ispeċifikazzjoni taħt kull objettiv.
Emenda 153
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Il-kriterji tal-għoti għandhom ikunu ddefiniti fil-programmi ta' ħidma u fis-sejħiet għall-proposti, filwaqt li jitqiesu bħala minimu l-elementi li ġejjin:
1.  Il-kriterji tal-għoti għandhom ikunu ddefiniti fil-programmi ta' ħidma u fis-sejħiet għall-proposti, filwaqt li jitqiesu tal-inqas l-elementi li ġejjin:
Emenda 154
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt e
(e)  fejn applikabbli, l-impatt ekonomiku, soċjali, fuq il-klima u dak ambjentali, u l-aċċessibbiltà;
(e)  fejn applikabbli, l-impatt ekonomiku, fuq il-klima, dak ambjentali u soċjali, b'mod partikolari l-promozzjoni tal-aċċessibbiltà u l-opportunitajiet edukattivi u professjonali ugwali;
Emenda 155
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt g
(g)  fejn applikabbli, distribuzzjoni ġeografika bilanċjata fl-Unjoni kollha, inkluż fir-reġjuni ultraperiferiċi.
(g)  fejn applikabbli, distribuzzjoni ġeografika bilanċjata fl-Unjoni kollha, inkluż fir-reġjuni ultraperiferiċi, inkluż fil-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej;
Emenda 156
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt ha (ġdid)
(ha)  fejn applikabbli, il-libertà għall-użu mill-ġdid u l-adattament tar-riżultati tal-proġetti;
Emenda 157
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt hb (ġdid)
(hb)  fejn applikabbli, l-interess pubbliku;
Emenda 158
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt hc (ġdid)
(hc)  fejn applikabbli, tnaqqis fid-distakk diġitali bejn reġjuni, ċittadini jew negozji.
Emenda 159
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 1
L-operazzjonijiet ta' taħlit deċiżi skont dan il-Programm għandhom jiġu implimentati b'konformità mar-[regolament InvestUE] u t-Titolu X tar-Regolament Finanzjarju.
L-operazzjonijiet ta' taħlit deċiżi skont dan il-Programm għandhom jiġu implimentati b'konformità mar-[regolament InvestUE] u t-Titolu X tar-Regolament Finanzjarju. L-ammont tan-nefqa minn dan il-programm li għandu jitħallat ma' strument finanzjarju m'għandux ikun rimborżabbli.
Emenda 160
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Fejn azzjoni tkun diġà ngħatat jew irċeviet kontribuzzjonijiet minn programm ieħor tal-Unjoni jew appoġġ minn fond tal-UE, dik il-kontribuzzjoni jew dak l-appoġġ għandhom jitniżżlu fl-applikazzjoni meta tintalab kontribuzzjoni mill-Programm.
Emenda 161
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 3
3.  L-ewwel programm ta' ħidma pluriennali għandu jiffoka fuq l-attivitajiet stabbiliti fl-Anness u għandu jiżgura li l-azzjonijiet appoġġati hemmhekk ma jeskludux il-finanzjament privat. Il-programmi ta' ħidma sussegwenti jistgħu jinkludu attivitajiet mhux imniżżla fl-Anness, sakemm dawn ikunu konsistenti mal-objettivi ta' dan ir-Regolament, kif stabbiliti fl-Artikoli [4 – 8].
3.  Il-programmi ta' ħidma għandhom jiffukaw fuq l-attivitajiet stabbiliti fl-Anness I u għandhom jiżguraw li l-azzjonijiet appoġġati hemmhekk ma jeskludux il-finanzjament privat.
Emenda 162
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta atti delegati skont l-Artikolu 27 biex temenda l-Anness I ħalli tirrieżamina jew tikkomplementa l-attivitajiet stabbiliti fih b'mod konsistenti mal-objettivi ta' dan ir-Regolament kif stipulat fl-Artikoli 4-8.
Emenda 163
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 1
1.  L-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u l-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-objettivi ġenerali u speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3 huma stabbiliti fl-Anness II.
1.  L-indikaturi li jistgħu jitkejlu għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u l-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-objettivi ġenerali u speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3 huma stabbiliti fl-Anness II.
Emenda 164
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi metodoloġija biex tipprevedi indikaturi li jistgħu jitkejlu għal valutazzjoni preċiża tal-progress għall-kisba tal-objettivi ġenerali stipulati fl-Artikolu 3(1). Abbażi ta' din il-metodoloġija, il-Kummissjoni għandha tikkomplementa l-Anness III sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2021.
Emenda 165
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 2
2.  Biex tiżgura valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Programm biex jikseb l-objettivi tiegħu, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 27 biex temenda l-Anness II biex tirrevedi jew tikkomplementa l-indikaturi fejn jitqies neċessarju u biex tissuplimenta dan ir-Regolament b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' qafas tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni.
2.  Biex tiżgura valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Programm biex jikseb l-objettivi tiegħu, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 27 biex temenda l-Anness II biex tirrevedi jew tikkomplementa l-indikaturi li jistgħu jitkejlu fejn jitqies neċessarju u biex tissupplimenta dan ir-Regolament b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' qafas tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni.
Emenda 166
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 3
3.  Is-sistema ta' rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-programm tinġabar b'mod effiċjenti, effettiv, u f'waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta' rapportar proporzjonat fuq dawk li jirċievu l-fondi tal-UE u l-Istati Membri.
3.  Is-sistema ta' rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-programm tkun adattata għal analiżi fil-fond tal-progress li jkun sar u d-diffikultajiet li jirriżultaw u li jinġabru b'mod effiċjenti, effettiv u f'waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta' rapportar proporzjonat fuq dawk li jirċievu l-fondi tal-UE u l-Istati Membri.
Emenda 167
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 4
4.  Għandha tintuża sal-massimu tagħha l-istatistika uffiċjali tal-UE bħall-istħarriġiet regolari tal-ICT. L-istituti Nazzjonali tal-Istatistika għandhom jiġu kkonsultati u involuti flimkien mal-Eurostat fit-tfassil inizjali u l-iżvilupp ulterjuri tal-indikaturi statistiċi użati għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-programm u l-progress li jkun sar fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni.
4.  L-istatistika uffiċjali tal-UE bħall-istħarriġiet regolari tal-ICT għandha tintuża bl-aktar mod effiċjenti possibbli, kif ukoll tintuża bħala ġbir ta' settijiet tad-data DESI f'NUTS-2 biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta' data reġjonali relatata mal-Ewropa Diġitali. L-istituti Nazzjonali tal-Istatistika għandhom jiġu kkonsultati u involuti flimkien mal-Eurostat fit-tfassil inizjali u l-iżvilupp ulterjuri tal-indikaturi statistiċi użati għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-programm u l-progress li jkun sar fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni.
Emenda 168
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – titolu
Evalwazzjoni
Evalwazzjoni tal-Programm
Emenda 169
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 1
1.  L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu f'waqthom sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.
1.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura monitoraġġ u evalwazzjoni esterna regolari tal-Programm, b'mod partikolari abbażi tas-sistema ta' rapportar dwar il-prestazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 24(3). L-evalwazzjonijiet għandhom jipprevedu wkoll valutazzjoni kwalitattiva tal-progress milħuq lejn il-kisba tal-objettivi ġenerali stipulati fl-Artikolu 3(1).
Emenda 170
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 2
2.  L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm.
2.  Minbarra li timmonitorja regolarment il-Programm, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rapport ta' evalwazzjoni interim u għandha tissottomettih lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2024. L-evalwazzjoni interim għandha tippreżenta l-konklużjonijiet meħtieġa biex tittieħed deċiżjoni dwar it-tkomplija tal-Programm lil hinn mill-2027 u l-objettivi tiegħu.
L-evalwazzjoni interim għandha tintbagħat lill-Parlament Ewropew.
Emenda 171
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 3
3.  Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu [1], għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm mill-Kummissjoni.
3.  Fuq il-bażi ta' evalwazzjoni finali esterna u indipendenti, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rapport ta' evalwazzjoni finali tal-Programm, li jivvaluta l-impatti aktar fit-tul tiegħu u s-sostenibbiltà tiegħu.
Emenda 172
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.  Il-Kummissjoni għandha tressaq ir-rapport ta' evalwazzjoni finali msemmi fil-paragrafu 3 lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2030.
Emenda 173
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 5
5.  Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.
imħassar
Emenda 174
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 4
4.  Bħala parti mis-sistema ta' kontroll, l-istrateġija tal-awditu tista' tkun ibbażata fuq l-awditu finanzjarju ta' kampjun rappreżentattiv tal-infiq. Dak il-kampjun rappreżentattiv għandu jiġi kkomplementat b'għażla bbażata fuq valutazzjoni tar-riskji relatati mal-infiq.
4.  Bħala parti mis-sistema ta' kontroll, l-istrateġija tal-awditu għandha tkun ibbażata fuq l-awditu finanzjarju ta', mill-inqas, kampjun rappreżentattiv tal-infiq. Dak il-kampjun rappreżentattiv għandu jiġi kkomplementat b'għażla bbażata fuq valutazzjoni tar-riskji relatati mal-infiq.
Emenda 175
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 2
2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 24 għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2028.
2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 23 u 24 għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2028.
Emenda 176
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 3
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 24 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f'dik id-Deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 23 u 24 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f'dik id-Deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.
Emenda 177
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 6
6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 24 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta jkunu ġew mgħarrfin bih jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew u kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
6.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 23 u 24 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta jkunu ġew mgħarrfin bih jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew u kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Emenda 178
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 1
1.  Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inkluż lill-midja u lill-pubbliku.
1.  Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, onesta, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inkluż lill-midja u lill-pubbliku.
Emenda 179
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tagħha. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu [3].
2.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tagħha. Hi għandha tiżgura wkoll l-integrazzjoni tal-informazzjoni u tal-aċċess għall-applikanti potenzjali għall-finanzjament tal-Unjoni fis-settur diġitali. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu [3].
Emenda 180
Proposta għal regolament
Anness I – parti 1 – paragrafu 2 – punt 1
1.  Qafas ta' akkwist konġunt għal netwerk integrat tal-HPC ta' klassi mondjali inkluż supercomputing ta' skala eksa u infrastruttura tad-data. Dan se jkun aċċessibbli fuq bażi mhux ekonomika għall-utenti pubbliċi u privati u għal skopijiet ta' riċerka ffinanzjata pubblikament.
1.  Qafas ta' akkwist konġunt għal netwerk integrat tal-HPC ta' klassi mondjali inkluż supercomputing ta' skala eksa u infrastruttura tad-data. Dan se jkun aċċessibbli għan-negozji u l-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha u, fuq bażi mhux ekonomika, għall-utenti pubbliċi u privati u għal skopijiet ta' riċerka ffinanzjata pubblikament.
Emenda 181
Proposta għal regolament
Anness I – parti 1 – paragrafu 2 – punt 6
6.  L-iskjerament ta' teknoloġija lesta biex tintuża/operattiva: supercomputing bħala servizz li jirriżulta mill-R&I biex tinbena ekosistema tal-HPC Ewropea integrata, li tkopri s-segmenti tal-katina tal-valur xjentifiku u industrijali kollha (ħardwer, softwer, applikazzjonijiet, servizzi, interkonnessjonijiet u ħiliet diġitali avvanzati).
6.  L-iskjerament ta' teknoloġija lesta biex tintuża/operattiva: supercomputing bħala servizz li jirriżulta mill-R&I, b'mod partikolari teknoloġiji ġodda li preċedentement ibbenefikaw jew li qed jibbenefikaw mill-finanzjament tal-Unjoni, biex tinbena ekosistema tal-HPC Ewropea integrata, li tkopri s-segmenti tal-katina tal-valur xjentifiku u industrijali kollha (ħardwer, softwer, applikazzjonijiet, servizzi, interkonnessjonijiet u ħiliet diġitali avvanzati).
Emenda 182
Proposta għal regolament
Anness 1 – parti 2 – paragrafu 1
Il-Programm għandu jibni u jsaħħaħ il-kapaċitajiet tal-Intelliġenza Artifiċjali ewlenin fl-Ewropa, inkluż ir-riżorsi tad-data u r-repożitorji ta' algoritmi filwaqt li jsiru aċċessibbli min-negozji u l-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha kif ukoll ir-rinforz u n-netwerking ta' faċilitajiet eżistenti tal-ittestjar u tal-isperimentazzjoni tal-intelliġenza artifiċjali fl-Istati Membri.
Il-Programm għandu jibni u jsaħħaħ il-kapaċitajiet ewlenin tal-Intelliġenza Artifiċjali u tat-teknoloġiji tar-reġistru distribwit fl-Ewropa, inklużi r-riżorsi tad-data u r-repożitorji tal-algoritmi filwaqt li jsiru aċċessibbli min-negozji u l-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha kif ukoll ir-rinforz u n-netwerking ta' faċilitajiet eżistenti tal-ittestjar u tal-isperimentazzjoni tal-intelliġenza artifiċjali fl-Istati Membri.
Emenda 183
Proposta għal regolament
Anness 1 – parti 4 – paragrafu 1
Il-Programm għandu jappoġġa aċċess faċli għall-ħiliet diġitali avvanzati, b'mod partikolari, fil-HPC, fl-intelliġenza artifiċjali, ir-reġistru distribwiti, (eż. blockchain) u ċ-ċibersigurtà għall-forza tax-xogħol attwali u futuri, billi l-istudenti, il-gradwati reċenti, u l-ħaddiema eżistenti, ikunu fejn ikunu, jiġu offruti l-mezzi biex jakkwistaw u jiżviluppaw dawn il-ħiliet.
Il-Programm għandu jappoġġa aċċess faċli u opportunitajiet ta' taħriġ fil-ħiliet diġitali avvanzati, b'mod partikolari, fil-HPC, fl-intelliġenza artifiċjali, fir-reġistri distribwiti, (eż. blockchain) u ċ-ċibersigurtà għall-forza tax-xogħol attwali u futura, billi l-istudenti, il-gradwati reċenti jew iċ-ċittadini ta' kull età li jeħtieġu titjib tal-ħiliet, persuni li qed ifittxu impjieg, u l-ħaddiema eżistenti, ikunu fejn ikunu, jiġu offruti l-mezzi biex jakkwistaw u jiżviluppaw dawn il-ħiliet.
Emenda 184
Proposta għal regolament
Anness I – parti 4 – paragrafu 2 – punt 1
1.  Aċċess għal taħriġ fuq il-post tax-xogħol bil-parteċipazzjoni f'apprendistati f'ċentri tal-kompetenzi u f'kumpaniji li qed jiskjeraw teknoloġiji avvanzati.
1.  Aċċess għal taħriġ fuq il-post tax-xogħol u opportunitajiet ta' tagħlim imħallat bil-parteċipazzjoni f'traineeships f'ċentri tal-kompetenzi u f'kumpaniji li qed jiskjeraw teknoloġiji avvanzati.
Emenda 185
Proposta għal regolament
Anness 1 – parti 4 – paragrafu 4
L-interventi kollha se jitfasslu u jiġu implimentati primarjament permezz tal-Hubs ta' Innovazzjoni Diġitali, kif definit fl-Artikolu 15.
L-interventi kollha se jitfasslu u jiġu implimentati primarjament permezz tal-Hubs ta' Innovazzjoni Diġitali, kif definit fl-Artikolu 16.
Emenda 186
Proposta għal regolament
Anness I – parti 5 – subparti I – punt 1 – punt 1.2
1.2.  Appoġġ għat-tfassil, il-pilotaġġ, l-iskjerament, il-manutenzjoni u l-promozzjoni ta' ekosistema koerenti tal-infrastruttura tas-servizzi diġitali transfruntiera u jiġu ffaċilitati soluzzjonijiet u oqsfa komuni fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika li huma mingħajr xkiel minn tarf sa tarf, siguri, interoperabbli, multilingwali, interoperabbli transfruntiera jew transsettorjali. Għandhom jiġu inklużi wkoll metodoloġiji għall-valutazzjoni tal-impatt u l-benefiċċji.
1.2.  Appoġġ għat-tfassil, il-pilotaġġ, l-iskjerament, il-manutenzjoni, l-espansjoni u l-promozzjoni ta' ekosistema koerenti tal-infrastruttura tas-servizzi diġitali transfruntiera u jiġu ffaċilitati soluzzjonijiet u oqsfa komuni fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika li huma mingħajr xkiel minn tarf sa tarf, siguri, interoperabbli, multilingwi, interoperabbli transfruntiera jew transsettorjali. Għandhom jiġu inklużi wkoll metodoloġiji għall-valutazzjoni tal-impatt u l-benefiċċji.
Emenda 187
Proposta għal regolament
Anness 1 – parti 5 – subparti I – punt 2 – punt 2.1
2.1.  Jiġi żgurat li ċ-ċittadini tal-UE jkunu jistgħu jaċċessaw, jikkondividu, jużaw u jiġġestixxu d-data personali tas-saħħa tagħhom b'mod sigur bejn il-fruntieri, irrispettivament minn fejn jinsabu jew fejn tinsab id-data. Titlesta l-Infrastruttura Ewropea ta' Servizzi Diġitali tas-Saħħa-e u tiġi estiża permezz ta' servizzi diġitali ġodda, tiġi appoġġata l-introduzzjoni ta' format ta' skambju Ewropew għar-rekords elettroniċi tas-saħħa.
2.1.  Jiġi żgurat li ċ-ċittadini tal-UE jkunu jistgħu jaċċessaw, jikkondividu, jużaw u jiġġestixxu d-data personali tas-saħħa tagħhom b'mod sigur u b'mod li jiggarantixxi l-privatezza tagħhom bejn il-fruntieri, irrispettivament minn fejn jinsabu jew fejn tinsab id-data. Titlesta l-Infrastruttura Ewropea ta' Servizzi Diġitali tas-Saħħa-e u tiġi estiża permezz ta' servizzi diġitali ġodda, tiġi appoġġata l-introduzzjoni ta' format ta' skambju Ewropew għar-rekords elettroniċi tas-saħħa.
Emenda 188
Proposta għal regolament
Anness I – parti 5 – subparti I – punt 3
3.  Il-ġudikatura: Ikun hemm komunikazzjoni elettronika bla xkiel u sigura bejn il-fruntieri fi ħdan il-ġudikatura u bejn il-ġudikatura u korpi oħra kompetenti oħra fil-qasam tal-ġustizzja ċivili u kriminali. Jitjieb l-aċċess għall-ġustizzja u għall-informazzjoni u l-proċeduri ta' karattru ġuridiku għaċ-ċittadini, in-negozji, il-prattikanti ġuridiċi u l-membri tal-ġudikatura b'interkonnessjonijiet semantikament interoperabbli mal-bażijiet tad-data u r-reġistri nazzjonali kif ukoll l-iffaċilitar ta' soluzzjoni tat-tilwim extraġudizzjarja online. Jiġu promossi l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi għall-qrati u l-prattikanti legali bbażati fuq soluzzjonijiet tal-intelliġenza artifiċjali li probabbilment jissimplifikaw u jħaffu l-proċeduri (pereżempju applikazzjonijiet "tekniċi ġuridiċi").
3.  Il-ġudikatura: Ikun hemm komunikazzjoni elettronika bla xkiel u sigura bejn il-fruntieri fi ħdan il-ġudikatura u bejn il-ġudikatura u korpi oħra kompetenti oħra fil-qasam tal-ġustizzja ċivili u kriminali. Jitjieb l-aċċess għall-ġustizzja u għall-informazzjoni u l-proċeduri ta' karattru ġuridiku għaċ-ċittadini, in-negozji, il-prattikanti ġuridiċi u l-membri tal-ġudikatura b'interkonnessjonijiet semantikament interoperabbli mal-bażijiet tad-data u r-reġistri kif ukoll l-iffaċilitar ta' soluzzjoni tat-tilwim straġudizzjarja online. Jiġu promossi l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi għall-qrati u l-prattikanti legali bbażati fuq soluzzjonijiet tal-intelliġenza artifiċjali li probabbilment jissimplifikaw u jħaffu l-proċeduri (pereżempju applikazzjonijiet "tekniċi ġuridiċi").
Emenda 189
Proposta għal regolament
Anness I – parti 5 – subparti I – punt 4
4.  It-trasport, l-enerġija u l-ambjent: Jiġu skjerati soluzzjonijiet deċentralizzati u infrastrutturi meħtieġa għal applikazzjonijiet diġitali fuq skala kbira bħal bliet intelliġenti jew żoni rurali intelliġenti b'appoġġ għall-politiki tat-trasport, l-enerġija u l-ambjent.
4.  It-trasport, l-enerġija u l-ambjent: Jiġu skjerati soluzzjonijiet deċentralizzati u infrastrutturi meħtieġa għal applikazzjonijiet diġitali fuq skala kbira bħal bliet intelliġenti, żoni rurali intelliġenti jew reġjuni ultraperiferiċi b'appoġġ għall-politiki tat-trasport, l-enerġija u l-ambjent.
Emenda 190
Proposta għal regolament
Anness 1 – parti 5 – subparti II – titolu
II L-attivitajiet inizjali relatati mad-diġitizzazzjoni tal-industrija:
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)
Emenda 191
Proposta għal regolament
Anness 2 – parti 2 – punt 2.2
2.2  L-għadd ta' kumpaniji u organizzazzjonijiet li jużaw l-intelliġenza artifiċjali
2.2  L-għadd ta' kumpaniji u organizzazzjonijiet li jittestjaw u jesperimentaw bl-IA f'kooperazzjoni mal-Hubs ta' Innovazzjoni Diġitali
Emenda 192
Proposta għal regolament
Anness 2 – parti 2 – punt 2.2 a (ġdid)
2.2a  Għadd ta' applikazzjonijiet konkreti tal-IA appoġġati mill-programm li qed jiġu kkummerċjalizzati bħalissa.
Emenda 193
Proposta għal regolament
Anness 2 – parti 4 – punt 4.1
4.1  L-għadd ta' nies speċjalizzati fl-ICT imħarrġa u qed jaħdmu
4.1  L-għadd ta' nies speċjalizzati fl-ICT imħarrġa u qed jaħdmu kull sena fl-Unjoni
Emenda 194
Proposta għal regolament
Anness 2 – parti 4 – punt 4.2
4.2  L-għadd ta' intrapriżi li jkollhom diffikultà biex jirreklutaw speċjalisti tal-ICT
4.2  L-għadd ta' intrapriżi li jkollhom diffikultà biex jirreklutaw speċjalisti tal-ICT kull sena fl-Unjoni
Emenda 195
Proposta għal regolament
Anness 2 – punt 4 – punt 4.2b (ġdid)
4.2b  Għadd ta' studenti, gradwati riċenti u persuni qiegħda li tejbu l-istatus tagħhom wara t-taħriġ ipprovdut fil-qafas tal-programm.
Emenda 196
Proposta għal regolament
Anness 2 – parti 5 – punt 5.1
5.1  It-teħid tas-servizzi pubbliċi diġitali
5.1  Il-frekwenza tal-użu tas-servizzi pubbliċi diġitali
Emenda 197
Proposta għal regolament
Anness 2 – parti 5 – punt 5.2
5.2  L-intrapriżi b'punteġġ għoli ta' intensità diġitali
5.2  In-numru ta' intrapriżi b'punteġġ għoli ta' intensità diġitali
Emenda 198
Proposta għal regolament
Anness 2 – parti 5 – punt 5.3
5.3  L-allinjament tal-Qafas Nazzjonali ta' Interoperabbiltà mal-Qafas Ewropew tal-Interoperabbiltà
5.3  Il-livell safejn sar l-allinjament tal-Qafas Nazzjonali ta' Interoperabbiltà mal-Qafas Ewropew tal-Interoperabbiltà
Emenda 199
Proposta għal regolament
Anness 3 – punt 1 – punt ba (ġdid)
(ba)   Il-Programm Diġitali Ewropew għandu attivament joħloq sinerġiji mal-Orizzont Ewropa madwar is-sostenibbiltà tad-data li toriġina minn proġetti ta' riċerka;
Emenda 200
Proposta għal regolament
Anness 3 – punt 1 – punt c
(c)  L-Ewropa Diġitali se jinvesti fi (i) il-bini ta' kapaċità diġitali fil-Computing ta' Prestazzjoni Għolja, l-Intelliġenza Artifiċjali, iċ-Ċibersigurtà u l-ħiliet diġitali avvanzati; u (ii) l-iskjerament nazzjonali u reġjonali fil-qafas tal-UE ta' kapaċitajiet diġitali u l-aħħar teknoloġiji diġitali f'oqsma ta' interess pubbliku (bħas-saħħa, l-amministrazzjoni pubblika, il-ġustizzja u l-edukazzjoni) jew il-falliment tas-suq (bħad-diġitalizzazzjoni tan-negozji, b'mod partikolari intrapriżi żgħar u ta' daqs medju);
(c)  L-Ewropa Diġitali se jinvesti fi (i) il-bini ta' kapaċità diġitali fil-Computing ta' Prestazzjoni Għolja, l-Intelliġenza Artifiċjali, iċ-Ċibersigurtà u l-ħiliet diġitali avvanzati; u (ii) l-iskjerament nazzjonali, reġjonali u lokali fil-qafas tal-UE ta' kapaċitajiet diġitali u l-aħħar teknoloġiji diġitali f'oqsma ta' interess pubbliku (bħas-saħħa, l-amministrazzjoni pubblika, il-ġustizzja u l-edukazzjoni) jew il-falliment tas-suq (bħad-diġitalizzazzjoni tan-negozji, b'mod partikolari intrapriżi żgħar u ta' daqs medju);
Emenda 201
Proposta għal regolament
Anness 3 – punt 3 – punt c
(c)  L-Ewropa Diġitali se jinvesti fi (i) il-bini ta' kapaċità diġitali fil-Computing ta' Prestazzjoni Għolja, l-Intelliġenza Artifiċjali, iċ-Ċibersigurtà u l-ħiliet diġitali avvanzati; u (ii) l-iskjerament nazzjonali u reġjonali fil-qafas tal-UE ta' kapaċitajiet diġitali u l-aħħar teknoloġiji diġitali f'oqsma ta' interess pubbliku (bħas-saħħa, l-amministrazzjoni pubblika, il-ġustizzja u l-edukazzjoni) jew il-falliment tas-suq (bħad-diġitalizzazzjoni tan-negozji, b'mod partikolari intrapriżi żgħar u ta' daqs medju);
(c)  L-Ewropa Diġitali se jinvesti fi (i) il-bini ta' kapaċità diġitali fil-Computing ta' Prestazzjoni Għolja, it-teknoloġija tar-reġistru distribwit, l-Intelliġenza Artifiċjali, iċ-Ċibersigurtà u l-ħiliet diġitali avvanzati; u (ii) l-iskjerament nazzjonali u reġjonali fil-qafas tal-UE ta' kapaċitajiet diġitali u l-aħħar teknoloġiji diġitali f'oqsma ta' interess pubbliku (bħas-saħħa, l-amministrazzjoni pubblika, il-ġustizzja u l-edukazzjoni) jew il-falliment tas-suq (bħad-diġitalizzazzjoni tan-negozji, b'mod partikolari intrapriżi żgħar u ta' daqs medju);

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għal negozjati interistituzzjonali lill-kumitati responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’subparagrafu (A8-0408/2018).


Ftehim bejn l-Istati Uniti u l-UE dwar kooperazzjoni fir-regolazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili ***
PDF 117kWORD 47k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, ta' emenda għall-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Komunità Ewropea dwar kooperazzjoni fir-regolazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili (07482/2018 – C8-0157/2018 – 2016/0343(NLE))
P8_TA(2018)0522A8-0432/2018

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (07482/2018),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Emenda Nru 1 għall-Ftehim dwar kooperazzjoni fir-regolazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Komunità Ewropea (07236/2017),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 100(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0157/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0432/2018),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Istati Uniti tal-Amerika.


Sistema komuni ta' taxxa fuq is-servizzi diġitali fir-rigward tad-dħul li jirriżulta mill-provvista ta' ċerti servizzi diġitali *
PDF 218kWORD 73k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq is-servizzi diġitali fir-rigward tad-dħul li jirriżulta mill-provvista ta' ċerti servizzi diġitali (COM(2018)0148 – C8-0137/2018 – 2018/0073(CNS))
P8_TA(2018)0523A8-0428/2018

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2018)0148),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8‑0137/2018),

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati preżentati mill-Parlament Daniż, il-Parlament Irlandiż, il-Parlament Malti u t-Tieni Kamra tan-Netherlands, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0428/2018),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 1
(1)  L-ekonomija globali qiegħda ssir diġitali b'rata mgħaġġla, u b'riżultat ta' dan, tfaċċaw modi ġodda ta' negozju. Il-kumpaniji diġitali huma kkaratterizzati mill-fatt li l-operati tagħhom huma konnessi mill-qrib ħafna mal-internet. B'mod partikulari, il-mudelli ta' negozju diġitali jserrħu ħafna fuq il-kapaċità li jwettqu attivitajiet mill-bogħod u bi ftit jew bl-ebda preżenza fiżika, fuq il-kontribut tal-utenti finali lejn il-ħolqien tal-valur, u fuq l-importanza tal-assi intanġibbli.
(1)  L-ekonomija globali qiegħda ssir diġitali b'rata mgħaġġla u, b'riżultat ta' dan, tfaċċaw modi ġodda ta' negozju. Il-kumpaniji diġitali huma kkaratterizzati mill-fatt li l-operati tagħhom huma konnessi mill-qrib ħafna mal-internet. B'mod partikulari, il-mudelli ta' negozju diġitali jserrħu ħafna fuq il-kapaċità li jwettqu attivitajiet mill-bogħod u bi ftit jew bl-ebda preżenza fiżika jew taxxabbli f'pajjiż partikolari, fuq il-kontribut tal-utenti finali lejn il-ħolqien tal-valur, u fuq l-importanza tal-assi intanġibbli.
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 2
(2)  Ir-regoli attwali tat-tassazzjoni korporattiva ġew żviluppati l-iktar matul is-seklu 20 għal negozji tradizzjonali. Huma msejsa fuq l-idea li t-tassazzjoni għandha ssir fejn jinħoloq il-valur. Madankollu, l-applikazzjoni tar-regoli attwali għall-ekonomija diġitali wasslet għal allinjament ħażin bejn il-post fejn il-profitti jiġu intaxxati u l-post fejn jinħoloq il-valur, speċifikament fil-każ ta' mudelli ta' negozju li jserrħu bil-qawwi fuq il-parteċipazzjoni tal-utenti. B'hekk sar evidenti li r-regoli attwali tat-taxxa korporattiva għall-intaxxar tal-profitti tal-ekonomija diġitali mhumiex xierqa, u jeħtieġ li jiġu rieżaminati.
(2)  Ir-regoli attwali tat-tassazzjoni korporattiva ġew żviluppati l-iktar matul is-seklu 20 għal negozji tradizzjonali. Huma msejsa fuq l-idea li t-tassazzjoni għandha ssir fejn jinħoloq il-valur. Madankollu, l-applikazzjoni tar-regoli attwali għall-ekonomija diġitali wasslet għal allinjament ħażin bejn il-post fejn il-profitti jiġu ntaxxati u l-post fejn jinħoloq il-valur, speċifikament fil-każ ta' mudelli ta' negozju li jserrħu bil-qawwi fuq il-parteċipazzjoni tal-utenti. Id-diġitalizzazzjoni biddlet ir-rwol tal-utenti, filwaqt li ħalliethom isiru involuti dejjem aktar fil-proċess tal-ħolqien tal-valur. B'hekk sar evidenti li r-regoli attwali tat-taxxa korporattiva għall-intaxxar tal-profitti tal-ekonomija diġitali mhumiex qed iqisu dan il-fattur ġdid u jeħtieġ li jiġu rieżaminati b'mod urġenti.
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 2a (ġdida)
(2a)   L-objettiv huwa li tiġi eliminata d-diskrepanza bejn it-tassazzjoni tad-dħul diġitali u d-dħul tradizzjonali. Attwalment, bħala medja, in-negozji diġitali jiffaċċjaw rata tat-taxxa effettiva ta' 9,5 % biss meta mqabbla ma' 23,2 % għall-mudelli ta' negozju tradizzjonali1a. Is-sistema tat-tassazzjoni trid tkun ġusta u ta' benefiċċju għas-soċjetà kollha kemm hi. Jenħtieġ li jkun hemm kundizzjonijiet ekwi għall-kumpaniji kollha li joperaw fis-Suq Uniku.
_________________
1a Sors: Komputazzjonijiet mill-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni Ewropea, abbażi ta' ZEW (2016, 2017) u ZEW et al. (2017).
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 3
(3)  Dan ir-rieżami jikkostitwixxi elementi importanti tas-Suq Uniku Diġitali3, billi s-Suq Uniku Diġitali jeħtieġ qafas tat-taxxa modern u stabbli għall-ekonomija diġitali, li jagħti spinta lill-innovazzjoni, jindirizza l-frammentazzjoni tas-suq, u jippermetti lill-atturi kollha japprofittaw mid-dinamiki ġodda tas-suq b'kundizzjonijiet ġusti u bbilanċjati.
(3)  Dan ir-rieżami jikkostitwixxi elementi importanti tas-Suq Uniku Diġitali3, billi s-Suq Uniku Diġitali jeħtieġ qafas tat-taxxa ġust, modern u stabbli għall-ekonomija diġitalizzata, li jagħti spinta lill-innovazzjoni u t-tkabbir inklużiv, jindirizza l-frammentazzjoni tas-suq, u jippermetti lill-atturi kollha japprofittaw mid-dinamiki ġodda tas-suq b'kundizzjonijiet ġusti u bbilanċjati. Id-diġitalizzazzjoni taffettwa l-ekonomija kollha, u dan imur lil hinn mill-ħolqien ta' taxxa fuq is-servizzi diġitali; għalhekk ir-regoli tat-taxxa għandhom jiġu riformati. Il-miżuri ad hoc inklużi f'din id-Direttiva jenħtieġ li ma jdewmux ix-xogħlijiet dwar it-tassazzjoni ta' preżenza diġitali sinifikanti u dwar l-inklużjoni ta' tali tassazzjoni fi ħdan Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva.
__________________
__________________
3 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Strateġija għal Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa (COM(2015)0192 tas-6 ta' Mejju 2015).
3 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Strateġija għal Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa (COM(2015)0192 tas-6 ta' Mejju 2015).
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 5
(5)  Billi l-problema tal-intaxxar tal-ekonomija diġitali hija ta' natura dinjija, l-approċċ ideali jkun li tinstab soluzzjoni multilaterali u internazzjonali għaliha. Huwa għal din ir-raġuni li l-Kummissjoni hija impenjata attivament fid-dibattitu internazzjonali. Bħalissa għaddejja l-ħidma fl-OECD. Madankollu, li jsir progress fil-livell internazzjonali huwa għadma iebsa. Għaldaqstant, qiegħda tittieħed azzjoni biex tadatta r-regoli tat-taxxa korporattiva fil-livell tal-Unjoni6, kif ukoll biex tħeġġeġ l-ilħiq ta' ftehimiet ma' ġurisdizzjonijiet mhux tal-Unjoni, bil-għan li l-qafas tat-taxxa korporattiva jkun jista' jsir xieraq għall-mudelli ta' negozju diġitali l-ġodda.
(5)  Billi l-problema tal-intaxxar tal-ekonomija diġitali hija ta' natura dinjija, l-approċċ ideali jkun li tinstab soluzzjoni multilaterali u internazzjonali għaliha. Huwa għal din ir-raġuni li l-Kummissjoni hija impenjata attivament fid-dibattitu internazzjonali. Bħalissa għaddejja l-ħidma fl-OECD, fil-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI), fin-Nazzjonijiet Uniti (NU) u fil-Grupp tal-Bank Dinji, li jiffurmaw il-pjattaforma għal Kollaborazzjoni dwar it-Taxxa. Madankollu, li jsir progress fil-livell internazzjonali huwa għadma iebsa. Għaldaqstant, qiegħda tittieħed azzjoni biex tadatta r-regoli tat-taxxa korporattiva fil-livell tal-Unjoni6, kif ukoll biex tħeġġeġ l-ilħiq ta' ftehimiet ma' ġurisdizzjonijiet mhux tal-Unjoni, bil-għan li l-qafas tat-taxxa korporattiva jkun jista' jsir xieraq għall-mudelli ta' negozju diġitali l-ġodda. Jenħtieġ li tiġi żgurata koerenza mal-Qafas Inklużiv tal-Erożjoni tal-Bażi u Trasferiment tal-Profitt (BEPS), biex jiġi garantit li ma jkun hemm l-ebda devjazzjoni mill-istandards internazzjonali u biex tiġi evitata kumplessità mmultiplikata.
__________________
__________________
6 Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi r-regoli dwar it-tassazzjoni korporattiva ta' preżenza diġitali sinifikanti (COM(2018)0147).
6 Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi r-regoli dwar it-tassazzjoni korporattiva ta' preżenza diġitali sinifikanti (COM(2018)0147).
7 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tassazzjoni korporattiva ta' preżenza diġitali sinifikanti (C(2018)1650).
7 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tassazzjoni korporattiva ta' preżenza diġitali sinifikanti (C(2018)1650).
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 6
(6)  Sakemm issir dik l-azzjoni, li jaf iddum ma tiġi adottata u implimentata, l-Istati Membri jinsabu taħt pressjoni biex jaġixxu fir-rigward tal-kwistjoni, minħabba r-riskju li l-bażijiet tat-taxxa korporattiva tagħhom jitnaqqru b'mod sinifikanti tul iż-żmien. In-nuqqas ta' koordinazzjoni bejn il-miżuri meħudin mill-Istati Membri b'mod individwali joħloq ir-riskju ta' aktar frammentazzjoni tas-Suq Uniku u distorsjoni tal-kompetizzjoni, sitwazzjoni li xxekkel l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet diġitali ġodda kif ukoll il-kompetittività tal-Unjoni kollha. Għalhekk jeħtieġ li jiġi adottat approċċ armonizzat fuq soluzzjoni temporanja li tindirizza din il-kwistjoni b'mod immirat, sakemm tidħol fis-seħħ soluzzjoni komprensiva.
(6)  Sakemm issir dik l-azzjoni, li jaf iddum ma tiġi adottata u implimentata, l-Istati Membri jinsabu taħt pressjoni biex jaġixxu fir-rigward tal-kwistjoni, minħabba r-riskju li l-bażijiet tat-taxxa korporattiva tagħhom jitnaqqru b'mod sinifikanti tul iż-żmien. In-nuqqas ta' koordinazzjoni bejn il-miżuri meħudin mill-Istati Membri b'mod individwali joħloq ir-riskju ta' aktar frammentazzjoni tas-Suq Uniku u distorsjoni tal-kompetizzjoni, sitwazzjoni li xxekkel l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet diġitali ġodda kif ukoll il-kompetittività tal-Unjoni kollha. Għalhekk jeħtieġ li jiġi adottat approċċ armonizzat fuq soluzzjoni temporanja li tindirizza din il-kwistjoni b'mod immirat, sakemm tidħol fis-seħħ soluzzjoni komprensiva. Is-soluzzjoni temporanja jenħtieġ li tiġi temporanjament ristretta sabiex jiġi evitat li din issir permanenti b'mod mhux intenzjonali. Għalhekk, jenħtieġ li tiġi introdotta klawsola ta' estinzjoni li twassal biex din id-Direttiva tiskadi awtomatikament meta tinstab soluzzjoni komprensiva, preferibbilment fuq livell internazzjonali. Sal-31 ta' Diċembru 2020, jekk ma tkun ġiet miftiehma l-ebda soluzzjoni komprensiva, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra proposta bbażata fuq l-Artikolu 116 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li permezz tiegħu l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Dan huwa essenzjali biex jintlaħaq ftehim mingħajr dewmien sabiex tiġi evitata l-multiplikazzjoni ta' taxxi diġitali nazzjonali unilaterali mill-Istati Membri.
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 7
(7)  Dik is-soluzzjoni temporanja jenħtieġ li tistabbilixxi s-sistema komuni ta' taxxa fuq is-servizzi diġitali ("TSD") fuq id-dħul idderivat mill-provvista ta' ċerti servizzi diġitali minn ċerti entitajiet. Jenħtieġ li tkun miżura li faċli timplimentaha, li timmira lejn id-dħul idderivat mill-provvista ta' servizzi diġitali fejn l-utenti jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-proċess tal-ħolqien tal-valur. Dan il-fattur (il-ħolqien tal-valur mill-utenti) jirfed ukoll l-azzjoni fir-rigward tar-regoli tat-taxxa korporattiva, kif deskritt fil-premessa (5).
(7)  Dik is-soluzzjoni temporanja jenħtieġ li tistabbilixxi s-sistema komuni ta' taxxa fuq is-servizzi diġitali ("TSD") fuq id-dħul idderivat mill-provvista ta' ċerti servizzi diġitali, inkluż kontenut diġitali minn ċerti entitajiet. Jenħtieġ li tkun miżura li faċli timplimentaha, li timmira lejn id-dħul idderivat mill-provvista ta' servizzi diġitali fejn l-utenti u l-assi intanġibbli jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-proċess tal-ħolqien tal-valur. Dan il-fattur (il-ħolqien tal-valur mill-utenti u d-dipendenza fuq assi intanġibbli) jirfed ukoll l-azzjoni fir-rigward tar-regoli tat-taxxa korporattiva, kif deskritt fil-premessa (5).
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 9
(9)  Jenħtieġ li t-TSD tiġi applikata fuq id-dħul idderivat mill-provvista ta' ċerti servizzi diġitali biss. Jenħtieġ li s-servizzi diġitali jkunu dawk li jiddependu ħafna fuq il-ħolqien tal-valur mill-utenti, fejn tipikament ikun hemm l-ikbar differenza bejn il-post fejn jiġu intaxxati l-profitti u l-post fejn l-utenti jkunu stabbiliti. Huwa d-dħul miksub mill-ipproċessar tal-input mill-utenti li jenħtieġ li jiġi intaxxat, mhux il-parteċipazzjoni tal-utent innifisha.
(9)  Jenħtieġ li t-TSD tiġi applikata fuq id-dħul idderivat mill-provvista ta' servizzi diġitali li jiddependu ħafna fuq il-ħolqien tal-valur mill-utenti u fuq il-kapaċità tagħhom li jwasslu servizzi mingħajr l-ebda preżenza fiżika jew bi preżenza fiżika limitata ħafna. F'dawn il-każijiet, tipikament ikun hemm l-ikbar differenza bejn il-post fejn jiġu ntaxxati l-profitti u l-post fejn l-utenti jkunu stabbiliti.
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 10
(10)  B'mod partikulari, jenħtieġ li d-dħul taxxabbli jkun dak idderivat mill-provvista tas-servizzi li ġejjin: (i) it-tqegħid fuq interfaċċa diġitali ta' reklamar immirat lejn l-utenti tal-istess interfaċċa; (ii) it-tqegħid ta' interfaċċi diġitali b'diversi naħat għad-dispożizzjoni tal-utenti, li jippermettu lill-utenti jsibu utenti oħra u jinteraġixxu magħhom, u li jistgħu jiffaċilitaw ukoll il-provvista ta' oġġetti jew servizzi sottostanti direttament bejn l-utenti (kultant imsejħa servizzi ta' "intermedjazzjoni"); u (iii) it-trażmissjoni ta' dejta miġbura dwar l-utenti u li tkun ġiet iġġenerata mill-attivitajiet ta' dawk l-utenti fuq l-interfaċċi diġitali. Jekk ma jkun inkiseb ebda dħul mill-provvista ta' tali servizzi, jenħtieġ li ma jkunx hemm obbligu tat-TSD. Dħul ieħor miksub mill-entità li tipprovdi tali servizzi iżda li ma jkunx idderivat direttament minn tali provvisti jenħtieġ li jaqa' wkoll barra mill-ambitu tat-taxxa.
(10)  B'mod partikulari, jenħtieġ li d-dħul taxxabbli jkun dak idderivat mill-provvista ta' dan li ġej: (i) it-tqegħid fuq interfaċċa diġitali ta' reklamar immirat lejn l-utenti tal-istess interfaċċa; (ii) it-tqegħid ta' interfaċċi diġitali b'diversi naħat għad-dispożizzjoni tal-utenti, li jippermettu lill-utenti jsibu utenti oħra u jinteraġixxu magħhom, u li jistgħu jiffaċilitaw ukoll il-provvista ta' oġġetti jew servizzi sottostanti direttament bejn l-utenti (kultant imsejħa servizzi ta' "intermedjazzjoni"); (iii)l-ipproċessar, it-trażmissjoni u l-bejgħ ta' dejta miġbura dwar l-utenti u li tkun ġiet iġġenerata mill-attivitajiet ta' dawk l-utenti fuq l-interfaċċi diġitali; u (iv) il-provvista ta' kontenut diġitali bħal vidjo, awdjo, logħob jew testi. Jekk ma jkun inkiseb ebda dħul mill-provvista ta' tali kontenut, oġġetti u servizzi, jenħtieġ li ma jkunx hemm obbligu tat-TSD. Dħul ieħor miksub mill-entità li tipprovdi tali servizzi iżda li ma jkunx idderivat direttament minn tali provvisti jenħtieġ li jaqa' wkoll barra mill-ambitu tat-taxxa.
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 13
(13)  Għal każijiet li jinvolvu interfaċċi diġitali b'diversi naħat li jiffaċilitaw il-provvista sottostanti ta' oġġetti jew ta' servizzi direttament bejn l-utenti tal-interfaċċa, it-tranżazzjonijiet sottostanti u d-dħul miksub mill-utenti permezz ta' dawk it-tranżazzjonijiet jenħtieġ li jibqgħu 'l barra mill-ambitu tat-taxxa. Id-dħul idderivat minn attivitajiet relatati mal-bejgħ bl-imnut ta' oġġetti jew ta' servizzi li jiġi miftiehem onlajn permezz tas-sit web tal-fornitur ta' tali oġġetti jew servizzi, u fejn il-fornitur ma jaġixxix bħala intermedjarju, jenħtieġ li jibqa' wkoll 'il barra mill-ambitu tat-TSD, billi l-ħolqien tal-valur għall-bejjiegħ bl-imnut jinsab fl-oġġetti jew fis-servizzi pprovduti filwaqt li l-interfaċċa diġitali tintuża sempliċement bħala mezz ta' komunikazzjoni. Jekk fornitur ikunx qed ibigħ oġġetti jew servizzi onlajn fuq il-kont tiegħu stess, jew jekk ikunx qiegħed jipprovdi servizzi ta' intermedjazzjoni, jista' jiġi ddeterminat billi titqies is-sustanza ġuridika u ekonomika ta' tranżazzjoni, kif riflessa fl-arranġamenti bejn il-partijiet rilevanti. Pereżempju, fornitur ta' interfaċċa diġitali fejn jitqiegħdu għad-dispożizzjoni oġġetti ta' parti terza jista' jitqies li qiegħed jipprovdi servizz ta' intermedjazzjoni (fi kliem ieħor, it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' interfaċċa diġitali b'diversi naħat) fejn ma jkun qed jittieħed ebda riskju sinifikanti għall-inventarju, jew fejn tkun il-parti terzi li effettivament tistabbilixxi l-prezz ta' tali oġġetti.
(13)  Għal każijiet li jinvolvu interfaċċi diġitali b'diversi naħat li jiffaċilitaw il-provvista sottostanti ta' oġġetti jew ta' servizzi direttament bejn l-utenti tal-interfaċċa, it-tranżazzjonijiet sottostanti u d-dħul miksub mill-utenti permezz ta' dawk it-tranżazzjonijiet jenħtieġ li jibqgħu 'l barra mill-ambitu tat-taxxa. Id-dħul idderivat minn attivitajiet relatati mal-bejgħ bl-imnut ta' oġġetti jew ta' servizzi li jiġi miftiehem onlajn permezz tas-sit web tal-fornitur ta' tali oġġetti jew servizzi, u fejn il-fornitur ma jaġixxix bħala intermedjarju, jenħtieġ li jibqa' wkoll 'il barra mill-ambitu tat-TSD. Madankollu, minħabba li huwa possibbli li d-dejta tal-utent tiġi pproċessata permezz ta' interfaċċa diġitali u b'hekk jinħoloq valur ulterjuri mit-tranżazzjoni , u minħabba li n-nuqqas ta' preżenza fiżika jista' joħloq opportunità għal ippjanar aggressiv tat-taxxa, jenħtieġ li t-tkabbir tal-ambitu ta' dawk is-servizzi jiġi kkunsidrat matul ir-rieżami ta' din id-Direttiva.
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 14
(14)  Is-servizzi li jikkonsistu fil-provvista ta' kontenut diġitali minn entità permezz ta' interfaċċa diġitali jenħtieġ li jiġu esklużi mill-ambitu tat-taxxa, irrispettivament jekk il-kontenut diġitali jkunx proprjetà ta' dik l-entità jew jekk l-entità tkunx kisbet id-drittijiet biex ixxerrdu. Anki jekk xi tip ta' interazzjoni bejn ir-riċevituri ta' tali kontenut diġitali tista' tkun permessa, u għaldaqstant il-fornitur ta' tali servizzi jista' jitqies li qiegħed jagħmel disponibbli interfaċċa diġitali b'diversi naħat, huwa inqas ċar li l-utent jaqdi rwol ċentrali fil-ħolqien tal-valur għall-kumpanija li tipprovdi l-kontenut diġitali. Minflok, l-enfasi mill-perspettiva tal-ħolqien tal-valur tinsab fuq il-kontenut diġitali nnifsu li jiġi pprovdut mill-entità. Għaldaqstant, id-dħul miksub minn tali provvisti jenħtieġ li jaqa' 'l barra mill-ambitu tat-taxxa.
(14)  Is-servizzi li jikkonsistu fil-provvista ta' kontenut diġitali minn entità permezz ta' interfaċċa diġitali jenħtieġ li jiġu inklużi fl-ambitu tat-taxxa, irrispettivament minn jekk il-kontenut diġitali jkunx proprjetà ta' dik l-entità jew jekk l-entità tkunx kisbet id-drittijiet biex ixxerrdu. Id-dħul miksub minn tali provvisti jenħtieġ li jiġi evalwat mill-Kummissjoni fi żmien [sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 15
(15)  Jenħtieġ li l-kontenut diġitali jiġi ddefinit biex ifisser id-dejta pprovduta f'forma diġitali, bħal programmi informatiċi, applikazzjonijiet, logħob, mużika, vidjo jew test, irrispettivament jekk jiġux aċċessati bi tniżżil jew bl-istreaming, u minbarra d-dejta rrappreżentata mill-interfaċċa diġitali nnifisha. L-għan huwa li jiġu koperti l-forom differenti li jista' jieħu l-kontenut diġitali meta jinkiseb minn utent, u dan ma jolqotx il-fatt li l-għan uniku jew ewlieni mill-perspettiva tal-utent ikun il-kisba tal-kontenut diġitali.
(15)  Jenħtieġ li l-kontenut diġitali jiġi ddefinit biex ifisser id-dejta pprovduta f'forma diġitali, bħal programmi informatiċi, applikazzjonijiet, logħob, mużika, vidjo jew test, irrispettivament jekk jiġux aċċessati bi tniżżil jew bl-istreaming, u minbarra d-dejta rrappreżentata mill-interfaċċa diġitali nnifisha.
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 15a (ġdida)
(15a)   Il-kumpaniji diġitali għandhom it-tendenza li jinvestu inqas fil-bini u fil-makkinarju mill-kumpaniji regolari.
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 16
(16)   Jenħtieġ li ssir distinzjoni bejn is-servizz deskritt fil-premessa (14) u servizz li jikkonsisti fit-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' interfaċċa diġitali b'diversi naħat li permezz tagħha l-utenti jistgħu jtellgħu u jaqsmu kontenut diġitali ma' utenti oħra, jew mit-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' interfaċċa li tiffaċilita l-provvista sottostanti ta' kontenut diġitali direttament bejn l-utenti. Dawn l-aħħar servizzi jikkostitwixxu servizz ta' intermedjazzjoni, u għalhekk jenħtieġ li jaqgħu fl-ambitu tat-TSD, irrispettivament min-natura tat-tranżazzjoni sottostanti.
imħassar
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Premessa 17
(17)  Is-servizzi taxxabbli li jikkonsistu fit-trażmissjoni ta' dejta miġbura dwar l-utenti jenħtieġ li jkopru biss id-dejta li tkun ġiet iġġenerata mill-attivitajiet ta' tali utenti f'interfaċċi diġitali, iżda mhux id-dejta li tkun ġiet iġġenerata minn sensuri jew b'mezzi oħra u li tkun inġabret b'mod diġitali. Dan għaliex is-servizzi li jaqgħu fl-ambitu tat-TSD jenħtieġ li jkunu dawk li jużaw l-interfaċċi diġitali bħala mod kif joħolqu l-input mill-utenti li jimmonetizzaw, pjuttost milli dawk is-servizzi li jużaw l-interfaċċi biss bħala mod kif jittrażmettu d-dejta li tkun ġiet iġġenerata mod ieħor. Għaldaqstant, jenħtieġ li t-TSD ma tkunx taxxa fuq il-ġbir tad-dejta, lanqas fuq l-użu tad-dejta miġbura minn negozju għall-iskopijiet interni tiegħu, u lanqas fuq il-qsim tad-dejta miġbura minn negozju ma' partijiet oħra b'xejn. Jenħtieġ li t-TSD timmira lejn il-ġenerazzjoni ta' dħul mit-trażmissjoni tad-dejta miksuba minn attività speċifika ħafna (l-attivitajiet tal-utenti fuq l-interfaċċi diġitali).
(17)  Is-servizzi taxxabbli li jikkonsistu fl-ipproċessar, fit-trażmissjoni jew fil-bejgħ ta' dejta miġbura dwar l-utenti jenħtieġ li jkopru d-dejta li tkun ġiet iġġenerata mill-attivitajiet ta' tali utenti f'interfaċċi diġitali. Dawn is-servizzi taxxabbli jenħtieġ li jkunu dawk li jużaw l-interfaċċi diġitali bħala mod kif joħolqu l-input mill-utenti li jimmonetizzaw. It-TSD mhijiex taxxa fuq il-ġbir tad-dejta bħala tali. Jenħtieġ li t-TSD timmira lejn il-ġenerazzjoni ta' dħul mill-ipproċessar, mill-bejgħ jew mit-trażmissjoni lil parti terza ta' din id-dejta miksuba minn attività speċifika ħafna (l-attivitajiet tal-utenti fuq l-interfaċċi diġitali).
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Premessa 22
(22)  Jenħtieġ li ċerti entitajiet biss jikkwalifikaw bħala persuni taxxabbli għall-finijiet tat-TSD, irrispettivament jekk ikunux stabbiliti fi Stat Membru jew f'ġurisdizzjoni mhux tal-Unjoni. B'mod partikulari, jenħtieġ li entità tikkwalifika bħala persuna taxxabbli biss jekk tissodisfa ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin: (i) l-ammont totali ta' dħul madwar id-dinja, irrappurtat mill-entità għall-aħħar sena finanzjarja kompluta li għaliha hemm dikjarazzjoni finanzjarja disponibbli, jaqbeż is-EUR 750 000 000; u (ii) l-ammont totali ta' dħul taxxabbli miksub mill-entità fl-Unjoni matul dik is-sena finanzjarja jaqbeż il-EUR 50 000 000.
(22)  Jenħtieġ li ċerti entitajiet biss jikkwalifikaw bħala persuni taxxabbli għall-finijiet tat-TSD, irrispettivament jekk ikunux stabbiliti fi Stat Membru jew f'ġurisdizzjoni mhux tal-Unjoni. B'mod partikulari, jenħtieġ li entità tikkwalifika bħala persuna taxxabbli biss jekk tissodisfa ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin: (i) l-ammont totali ta' dħul madwar id-dinja, irrappurtat mill-entità għall-aħħar sena finanzjarja kompluta li għaliha hemm dikjarazzjoni finanzjarja disponibbli, jaqbeż is-EUR 750 000 000; u (ii) l-ammont totali ta' dħul taxxabbli miksub mill-entità fl-Unjoni matul dik is-sena finanzjarja jaqbeż il-EUR 40 000 000.
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Premessa 23
(23)  Jenħtieġ li l-ewwel livell limitu (id-dħul totali annwali madwar id-dinja) jillimita l-applikazzjoni tat-TSD lill-kumpaniji ta' ċerta skala, jiġifieri dawk l-iktar kapaċi li jipprovdu dawk is-servizzi diġitali li għalihom il-kontribut tal-utenti jiżvolġi rwol fundamentali, u li jiddependu bil-qawwi fuq netwerks estensivi ta' utenti, fuq traffiku kbir ta' utenti, u fuq l-isfruttament ta' pożizzjoni b'saħħitha fis-suq. Tali mudelli ta' negozju, li jiddependu fuq il-ħolqien tal-valur mill-utenti għall-ksib tad-dħul u li huma vijabbli biss jekk jitwettqu minn kumpaniji ta' ċertu daqs, huma dawk responsabbli għad-differenza kbira bejn il-post fejn jiġu intaxxati u l-post fejn jinħoloq il-valur. Barra minn hekk, il-kumpaniji l-kbar huma l-iktar li jkollhom l-opportunità li jwettqu ppjanar aggressiv tat-taxxa. Huwa għalhekk li ġie propost l-istess livell limitu f'inizjattivi oħra tal-Unjoni9. Tali livell limitu huwa maħsub biex jagħti ċertezza tad-dritt, billi jkun jiffaċilita u jraħħas, għall-kumpaniji u għall-awtoritajiet tat-taxxa, id-determinazzjoni jekk entità jkollhiex l-obbligu tat-TSD. Dan il-livell limitu jeskludi wkoll lill-impriżi ż-żgħar u lill-istartups, billi l-piż tal-konformità mat-taxxa l-ġdida x'aktarx ikollu effett sproporzjonat fuqhom.
(23)  Jenħtieġ li l-ewwel livell limitu (id-dħul totali annwali madwar id-dinja) jillimita l-applikazzjoni tat-TSD lill-kumpaniji ta' ċerta skala, jiġifieri dawk l-iktar kapaċi li jipprovdu dawk is-servizzi diġitali, li jiddependu ħafna fuq assi mobbli intanġibbli u/jew diġitali, li għalihom il-kontribut tal-utenti jiżvolġi rwol fundamentali, u li jiddependu bil-qawwi fuq netwerks estensivi ta' utenti, fuq traffiku kbir ta' utenti, u fuq l-isfruttament ta' pożizzjoni b'saħħitha fis-suq. Tali mudelli ta' negozju, li jiddependu fuq il-ħolqien tal-valur mill-utenti għall-ksib tad-dħul u li huma vijabbli biss jekk jitwettqu minn kumpaniji ta' ċertu daqs, huma dawk responsabbli għad-differenza kbira bejn il-post fejn jiġu intaxxati u l-post fejn jinħoloq il-valur. Barra minn hekk, il-kumpaniji l-kbar huma l-iktar li jkollhom l-opportunità li jwettqu ppjanar aggressiv tat-taxxa. Il-livell limitu huwa wkoll maħsub biex jagħti ċertezza tad-dritt, billi jkun jiffaċilita u jraħħas, għall-kumpaniji u għall-awtoritajiet tat-taxxa, id-determinazzjoni jekk entità jkollhiex l-obbligu tat-TSD. Dan il-livell limitu jeskludi wkoll lill-impriżi ż-żgħar, u lill-istartups, billi l-piż tal-konformità mat-taxxa l-ġdida x'aktarx ikollu effett sproporzjonat fuqhom.
__________________
9 Ara l-Artikolu 2 tal-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva (BKKTK) (COM(2016)0683final).
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Premessa 27
(27)  Sabiex jittaffew każijiet possibbli ta' tassazzjoni doppja fejn l-istess dħul ikun soġġett għat-taxxa korporattiva u għat-TSD, huwa mistenni li l-Istati Membri jippermettu lin-negozji jnaqqsu t-TSD imħallsa bħala kost mill-bażi tat-taxxa korporattiva fit-territorju tagħhom, irrispettivament jekk iż-żewġ taxxi jitħallsux fl-istess Stat Membru jew fi Stati Membri differenti.
(27)  Sabiex jittaffew każijiet possibbli ta' tassazzjoni doppja fejn l-istess dħul ikun soġġett għat-taxxa korporattiva u għat-TSD, se jkollha tinstab soluzzjoni komuni wiesgħa futura għall-Unjoni kollha biex in-negozji jitħallew inaqqsu t-TSD imħallsa bħala kost mill-bażi tat-taxxa korporattiva fit-territorju tagħhom, irrispettivament jekk iż-żewġ taxxi jitħallsux fl-istess Stat Membru jew fi Stati Membri differenti.
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Premessa 29
(29)  Fejn l-utenti fir-rigward ta' servizz taxxabbli partikulari jinsabu fi Stati Membri jew f'ġurisdizzjonijiet tal-Unjoni differenti, jenħtieġ li d-dħul taxxabbli rilevanti miksub minn dak is-servizz jiġi allokat lil kull Stat Membru b'mod proporzjonali abbażi ta' ċerti kjavi ta' kontribuzzjoni speċifiċi. Jenħtieġ li tali kjavi jiġu stabbiliti skont in-natura ta' kull servizz taxxabbli u l-elementi distintivi li jiskattaw it-twassil ta' dħul għall-fornituri ta' tali servizz.
(29)  Fejn l-utenti fir-rigward ta' servizz taxxabbli partikulari jinsabu fi Stati Membri jew f'ġurisdizzjonijiet tal-Unjoni differenti, jenħtieġ li d-dħul taxxabbli rilevanti miksub minn dak is-servizz jiġi allokat lil kull Stat Membru b'mod proporzjonali abbażi ta' ċerti kjavi ta' kontribuzzjoni speċifiċi. Jenħtieġ li tali kjavi jiġu stabbiliti skont in-natura ta' kull servizz taxxabbli u l-elementi distintivi li jiskattaw it-twassil ta' dħul għall-fornituri ta' tali servizz. Meta l-kjavi ta' kontribuzzjoni tirriżulta fi tqassim żbilanċjat li ma jirriflettix l-attività ekonomika reali, mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim jista' jirrimedja tali sitwazzjoni. Fid-dawl ta' dan, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta l-istabbiliment possibbli ta' mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim sabiex tiżgura r-riżoluzzjoni xierqa tat-tilwim meta jkunu involuti Stati Membri differenti.
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Premessa 30
(30)  Fil-każ ta' servizz taxxabbli li jikkonsisti fit-tqegħid ta' reklamar fuq interfaċċa diġitali, l-għadd ta' drabi li reklam ikun deher fuq l-apparati tal-utenti f'perjodu tat-taxxa fi Stat Membru jenħtieġ li jitqies għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-proporzjon tad-dħul taxxabbli li jrid jiġi allokat lil dak l-Istat Membru f'dak il-perjodu tat-taxxa.
(30)  Fil-każ ta' servizz taxxabbli li jikkonsisti fit-tqegħid ta' reklamar jew il-forniment ta' kontenut fuq interfaċċa diġitali, jew l-għadd ta' drabi li reklam jew kontenut diġitali jkun deher fuq l-apparati tal-utenti f'perjodu tat-taxxa fi Stat Membru jenħtieġ li jitqies għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-proporzjon tad-dħul taxxabbli li jrid jiġi allokat lil dak l-Istat Membru f'dak il-perjodu tat-taxxa.
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Premessa 32
(32)  Fejn tidħol it-trażmissjoni tad-dejta miġbura dwar l-utenti, l-allokazzjoni tad-dħul taxxabbli fi Stat Membru f'perjodu tat-taxxa jenħtieġ li tqis l-għadd ta' utenti li minnhom tkun ġiet iġġenerata dejta trażmessa f'dak il-perjodu tat-taxxa, b'riżultat tal-użu ta' apparat minn tali utenti f'dak l-Istat Membru.
(32)  Fejn jidħlu l-ipproċessar, il-bejgħ jew it-trażmissjoni tad-dejta miġbura dwar l-utenti, l-allokazzjoni tad-dħul taxxabbli fi Stat Membru f'perjodu tat-taxxa jenħtieġ li tqis l-għadd ta' utenti li minnhom tkun ġiet iġġenerata dejta sfruttata, mibjugħa jew trażmessa f'dak il-perjodu tat-taxxa, b'riżultat tal-użu ta' apparat minn tali utenti f'dak l-Istat Membru.
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Premessa 34
(34)  Kull ipproċessar ta' dejta personali li jsir fil-kuntest tat-TSD jenħtieġ li jitwettaq skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill10, inkluż dak li jkun meħtieġ b'rabta mal-indirizzi tal-Protokoll tal-Internet jew b'mezzi oħra ta' ġeolokalizzazzjoni. B'mod partikulari, jenħtieġ li jitqies il-bżonn li jiġu pprovduti miżuri tekniċi u organizzazzjonali xierqa għall-konformità mar-regoli marbutin mal-legalità u mas-sigurtà tal-attivitajiet tal-ipproċessar, l-għoti ta' informazzjoni u d-drittijiet tas-soġġetti tad-dejta. Kull meta jkun possibbli, jenħtieġ li d-dejta personali ssir anonima.
(34)  Kull ipproċessar ta' dejta personali li jsir fil-kuntest tat-TSD jenħtieġ li jitwettaq skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill10, inkluż dak li jkun meħtieġ b'rabta mal-indirizzi tal-Protokoll tal-Internet jew b'mezzi oħra ta' ġeolokalizzazzjoni, mingħajr ma tiġi permessa l-identifikazzjoni tal-utenti. L-awtorità tat-taxxa tal-Istati Membri jenħtieġ li tiġi informata dwar il-metodu użat biex jiġi ddeterminat il-post tal-utenti. B'mod partikulari, jenħtieġ li jitqies il-bżonn li jiġu pprovduti miżuri tekniċi u organizzazzjonali xierqa għall-konformità mar-regoli marbutin mal-legalità u mas-sigurtà tal-attivitajiet tal-ipproċessar, speċjalment mal-prinċipji tan-neċessità u tal-proporzjonalità, l-għoti ta' informazzjoni u d-drittijiet tas-soġġetti tad-dejta. Kull meta jkun possibbli, jenħtieġ li d-dejta personali ssir anonima.
_________________
_________________
10 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
10 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Premessa 35
(35)  Jenħtieġ li d-dħul taxxabbli jkun ugwali għad-dħul gross totali miksub minn persuna taxxabbli, nett mit-taxxa fuq il-valur miżjud u taxxi oħra simili. Jenħtieġ li d-dħul taxxabbli jiġi rrikonoxxut bħala miksub minn persuna taxxabbli fil-mument li jsir dovut, irrispettivament jekk ikunx diġà tħallas sa dak il-mument. Jenħtieġ li t-TSD tkun imponibbli fi Stat Membru fuq il-proporzjon tad-dħul taxxabbli miksub minn persuna taxxabbli f'perjodu tat-taxxa li jiġi jitqies bħala miksub f'dak l-Istat Membru, u jenħtieġ li tiġi kkalkolata billi tiġi applikata r-rata tat-TSD lil dak il-proporzjon. Jenħtieġ li jkun hemm rata unika tat-TSD fil-livell tal-Unjoni, sabiex jiġu evitati d-distorsjonijiet fis-Suq Uniku. Ir-rata tat-TSD jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 3 %, li tippermetti li jintlaħaq bilanċ xieraq bejn id-dħul iġġenerat mit-taxxa u l-kunsiderazzjoni tal-impatti differenti tat-TSD fuq negozji b'marġnijiet tal-profitt differenti.
(35)  Jenħtieġ li d-dħul taxxabbli jkun ugwali għad-dħul gross totali miksub minn persuna taxxabbli, nett mit-taxxa fuq il-valur miżjud u taxxi oħra simili. Jenħtieġ li d-dħul taxxabbli jiġi rrikonoxxut bħala miksub minn persuna taxxabbli fil-mument li jsir dovut, irrispettivament jekk ikunx diġà tħallas sa dak il-mument. Jenħtieġ li t-TSD tkun imponibbli fi Stat Membru fuq il-proporzjon tad-dħul taxxabbli miksub minn persuna taxxabbli f'perjodu tat-taxxa li jiġi jitqies bħala miksub f'dak l-Istat Membru, u jenħtieġ li tiġi kkalkolata billi tiġi applikata r-rata tat-TSD lil dak il-proporzjon. Jenħtieġ li jkun hemm rata unika tat-TSD fil-livell tal-Unjoni, sabiex jiġu evitati d-distorsjonijiet fis-Suq Uniku. Ir-rata tat-TSD stabbilita għal 3 %, hija maħsuba biex jintlaħaq bilanċ xieraq bejn id-dħul iġġenerat mit-taxxa u l-kunsiderazzjoni tal-impatti differenti tat-TSD fuq negozji b'marġnijiet tal-profitt differenti.
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Premessa 37
(37)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu intitolati li jistabbilixxu obbligi ta' kontabbiltà, ta' żamma tar-rekords u oħrajn bil-għan li jiżguraw li t-TSD dovuta effettivament titħallas, kif ukoll miżuri oħra għall-prevenzjoni tal-evażjoni, tal-evitar u tal-abbuż tat-taxxa.
(37)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu intitolati li jistabbilixxu obbligi ta' kontabbiltà, ta' żamma tar-rekords u oħrajn bil-għan li jiżguraw li t-TSD dovuta effettivament titħallas, kif ukoll miżuri oħra, inklużi penali u sanzjonijiet, għall-prevenzjoni tal-evażjoni, tal-evitar u tal-abbuż tat-taxxa.
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Premessa 37a (ġdida)
(37a)   It-TSD imħallsa minn persuna taxxabbli għal kull Stat Membru jenħtieġ li tkun parti mis-sistema tar-rapportar għal kull pajjiż.
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Premessa 38a (ġdida)
(38a)  F'każ li persuna taxxabbli jkollha obbligu ta' TSD f'aktar minn Stat Membru wieħed, il-Kummissjoni jenħtieġ li tawditja, kull tliet snin, id-dikjarazzjoni tat-TSD ippreżentata lill-Istat Membru tal-identifikazzjoni.
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Premessa 40a (ġdida)
(40a)  It-TSD hija miżura temporanja li qed tistenna soluzzjoni permanenti, u jenħtieġ li ma tittardja bl-ebda mod id-dħul fis-seħħ ta' soluzzjoni permanenti. Din id-Direttiva jenħtieġ li tiskadi mal-adozzjoni, skont liema tiġi l-ewwel, tad-Direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi r-regoli relatati mat-tassazzjoni korporattiva ta' preżenza diġitali sinifikanti, jew id-Direttivi tal-Kunsill dwar Bażi Komuni għat-Taxxa Korporattiva u Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva, inkluż l-istabbiliment diġitali permanenti kif propost fir-riżoluzzjonijiet leġiżlattivi tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva, u dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar Bażi Komuni għat-Taxxa Korporattiva rispettivament, jew direttiva li timplimenta ftehim politiku milħuq f'forum internazzjonali bħall-OECD jew in-NU.
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Premessa 40b (ġdida)
(40b)   L-Istati Membri jenħtieġ li jirrapportaw b'mod regolari lill-Kummissjoni dwar il-ħlas tat-TSD minn entitajiet, il-funzjonament tal-punt uniku ta' servizz u l-kooperazzjoni ma' Stati Membri oħra għall-ġbir u l-ħlas tat-taxxa.
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Premessa 40c (ġdida)
(40c)   Sentejn wara...[id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq valutazzjoni tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat, fejn ikun xieraq, minn proposti għar-rieżami tagħha skont il-prinċipji tat-tassazzjoni ġusta tas-settur diġitali.
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Premessa 41
(41)  L-għanijiet ta' din id-Direttiva huma l-protezzjoni tal-integrità tas-Suq Uniku, l-iżgurar tal-funzjonament tajjeb tiegħu, u l-evitar tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni. Peress li dawn l-għanijiet, fid-dawl tan-natura tagħhom, ma jistgħux jintlaħqu b'mod xieraq mill-Istati Membri iżda jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet,
(41)  L-għanijiet ta' din id-Direttiva huma l-protezzjoni tal-integrità tas-Suq Uniku, l-iżgurar tal-funzjonament ġust u tajjeb tiegħu, u l-evitar tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni. Peress li dawn l-għanijiet, fid-dawl tan-natura tagħhom, ma jistgħux jintlaħqu b'mod xieraq mill-Istati Membri iżda jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet,
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 - paragrafu 1 - punt 7 a (ġdid)
(7a)  "ipproċessar ta' dejta" tfisser kwalunkwe attività jew sett ta' attivitajiet li jitwettqu fuq dejta personali jew fuq settijiet ta' dejta personali, sew jekk b'mezzi awtomatizzati u sew jekk mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħażna, l-adattament jew il-bidliet, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar bi trażmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b'xi mezz ieħor, l-allinjament jew il-kombinament, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda;
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c
(c)  it-trażmissjoni ta' dejta miġbura dwar l-utenti li tkun ġiet iġġenerata mill-attivitajiet ta' dawk l-utenti fuq l-interfaċċi diġitali.
(c)  l-ipproċessar u t-trażmissjoni ta' dejta miġbura dwar l-utenti li tkun ġiet iġġenerata mill-attivitajiet ta' dawk l-utenti fuq l-interfaċċi diġitali;
Emenda 35
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca)  it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-utenti ta' kontenut fuq interfaċċa diġitali bħal vidjo, awdjo, logħob jew test bl-użu ta' interfaċċa diġitali;
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 4 – punt a
(a)  it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' interfaċċa diġitali fejn l-għan uniku jew ewlieni tat-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-interfaċċa jkun li l-entità li tagħmilha disponibbli tkun tista' tipprovdi kontenut diġitali lill-utenti, jew tipprovdi servizzi ta' komunikazzjoni lill-utenti, jew tipprovdi servizzi ta' pagament lill-utenti;
(a)  it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' interfaċċa diġitali fejn l-għan uniku jew ewlieni tat-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-interfaċċa jkun li l-entità li tagħmilha disponibbli tkun tista' tipprovdi servizzi ta' komunikazzjoni lill-utenti, jew tipprovdi servizzi ta' pagament lill-utenti, dment li ma jiġi ġġenerat l-ebda dħul ieħor bis-saħħa tal-ipproċessar, it-trażmissjoni jew il-bejgħ tad-dejta tal-utenti;
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b
(b)  l-ammont totali ta' dħul taxxabbli miksub mill-entità fl-Unjoni matul dik is-sena finanzjarja rilevanti jaqbeż il-EUR 50 000 000.
(b)  l-ammont totali ta' dħul taxxabbli miksub mill-entità fl-Unjoni matul dik is-sena finanzjarja rilevanti jaqbeż il-EUR 40 000 000.
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)
(ca)  fil-każ ta' servizz skont l-punt (ca) tal-Artikolu 3(1), il-kontenut diġitali inkwistjoni jidher fuq l-apparat tal-utent f'mument meta l-apparat ikun qiegħed jintuża f'dak l-Istat Membru f'dak il-perjodu tat-taxxa biex jaċċessa interfaċċa diġitali;
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 6
6.  Id-dejta li tista' tinġabar mingħand l-utenti għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandha tkun limitata għal dejta li tindika l-Istat Membru fejn jinsabu l-utenti, mingħajr ma tippermetti l-identifikazzjoni ta' dawk l-utenti.
6.  Id-dejta li tista' tinġabar mingħand l-utenti għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandha tkun limitata għal dejta li tindika l-Istat Membru fejn jinsabu l-utenti, mingħajr ma tippermetti l-identifikazzjoni ta' dawk l-utenti. Kwalunkwe pproċessar ta' dejta personali li jsir fil-kuntest tat-TSD għandu jitwettaq skont ir-Regolament (UE) 2016/679, inkluż l-ipproċessar li jista' jkun neċessarju b'rabta mal-indirizzi tal-Protokoll tal-Internet (IP) jew mezzi oħra ta' ġeolokalizzazzjoni.
Emenda 40
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 6a (ġdid)
6a.   Il-Kummissjoni għandha tanalizza jekk l-istabbiliment ta' mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim iżidx aktar l-effikaċja u l-effiċjenza tas-soluzzjoni għal nuqqas ta' qbil bejn l-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar dan lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u, jekk ikun xieraq, tinkludi proposta leġiżlattiva.
Emenda 41
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 1
Ir-rata tat-TSD għandha tkun 3 %.
Ir-rata tat-TSD għandha tkun stabbilita għal 3 %.
Emenda 42
Proposta għal direttiva
Artikolu 10 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)
Meta jkun japplika l-punt (b) ta' dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tawditja, kull tliet snin, id-dikjarazzjoni tat-TSD ippreżentata lill-Istat Membru tal-identifikazzjoni.
Emenda 43
Proposta għal direttiva
Artikolu 13 – paragrafu 2
2.  Madankollu, jekk il-persuna taxxabbli ma tibqax bl-obbligu tat-TSD f'dak l-Istat Membru tal-identifikazzjoni magħżul skont l-Artikolu 10(3)(b), il-persuna taxxabbli għandha tibdel l-Istat Membru tal-identifikazzjoni tagħha skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 10.
2.  Madankollu, jekk il-persuna taxxabbli ma tibqax bl-obbligu tat-TSD f'dak l-Istat Membru tal-identifikazzjoni magħżul skont l-Artikolu 10(3)(b), il-persuna taxxabbli għandha tibdel l-Istat Membru tal-identifikazzjoni tagħha skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 10, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2a.
Emenda 44
Proposta għal direttiva
Artikolu 13 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.   Jekk il-persuna taxxabbli ma tibqax bl-obbligu tat-TSD f'dak l-Istat Membru tal-identifikazzjoni magħżul skont il-punt (b) tal-Artikolu 10(3), il-persuna taxxabbli tista' tiddeċiedi li żżomm l-Istat Membru tal-identifikazzjoni li tkun għażlet inizjalment, peress li dik il-persuna taxxabbli jista' jerġa' jkollha l-obbligu tat-TSD f'dak l-Istat Membri fil-perjodu tat-taxxa li jkun imiss. Jekk il-persuna taxxabbli ma jkollhiex l-obbligu tat-TSD f'dak l-Istat Membru għal aktar minn żewġ perjodi tat-taxxa konsekuttivi, din għandha tibdel l-Istat Membru tal-identifikazzjoni tagħha skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 10.
Emenda 45
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 – paragrafu 2
2.  L-emendi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitressqu b'mod elettroniku lill-Istat Membru tal-identifikazzjoni fi żmien tliet snin mid-data li fiha kien meħtieġ li titressaq id-dikjarazzjoni inizjali. L-emendi li jsiru wara tali perjodu għandhom ikunu rregolati mir-regoli u mill-proċeduri applikabbli f'kull Stat Membru fejn it-TSD tkun dovuta.
2.  L-emendi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitressqu b'mod elettroniku lill-Istat Membru tal-identifikazzjoni fi żmien sentejn mid-data li fiha kien meħtieġ li titressaq id-dikjarazzjoni inizjali. L-emendi li jsiru wara tali perjodu għandhom ikunu rregolati mir-regoli u mill-proċeduri applikabbli f'kull Stat Membru fejn it-TSD tkun dovuta.
Emenda 46
Proposta għal direttiva
Artikolu 18 – paragrafu 3
3.  L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri biex jipprevjenu l-evażjoni, l-evitar u l-abbuż tat-taxxa fir-rigward tat-TSD.
3.  L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri, inklużi penali u sanzjonijiet, biex jipprevjenu l-evażjoni, l-evitar u l-abbuż tat-taxxa fir-rigward tat-TSD.
Emenda 47
Proposta għal direttiva
Artikolu 18 – paragrafu 5a (ġdid)
5a.   Wara l-adozzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposta leġiżlattiva biex tiġi inkluża fid-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tal-iżvelar ta' informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu minn ċerti impriżi u fergħat, li tipprevedi l-ammont totali tat-TSD imħallas minn persuna taxxabbli lill-Istati Membri differenti li għandu jiżdied mal-lista tal-istandards tar-rapportar obbligatorju għal kull pajjiż.
Emenda 48
Proposta għal direttiva
Kapitolu 4 – titolu
KOOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA
KOOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA U SKAMBJU OBBLIGATORJU TA' INFORMAZZJONI
Emenda 49
Proposta għal direttiva
Artikolu -20 (ġdid)
Artikolu -20
Skambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni
Sabiex l-awtoritajiet tat-taxxa jivvalutaw it-taxxa dovuta kif xieraq u biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa u unformi ta' din id-Direttiva, l-iskambju ta' informazzjoni dwar kwistjonijiet relatati mat-taxxa għandu jkun awtomatiku u obbligatorju, kif stipulat bid-direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE. L-Istati Membri għandhom jallokaw persunal, għarfien espert u riżorsi baġitarji xierqa għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa nazzjonali tagħhom kif ukoll riżorsi għat-taħriġ tal-persunal tal-amministrazzjoni tat-taxxa b'attenzjoni partikolari fir-rigward tal-kooperazzjoni tat-taxxa transfruntiera u l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni sħiħa ta' din id-Direttiva.
Emenda 50
Proposta għal direttiva
Artikolu 24a (ġdid)
Artikolu 24a
Rapport u rieżami
Sentejn wara ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat, fejn ikun xieraq, minn proposti għar-rieżami tagħha skont il-prinċipji tat-tassazzjoni ġusta tas-settur diġitali.
B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tivvaluta:
(a)  iż-żieda fir-rata tat-TSD minn 3 % għal 5 % flimkien ma' benefiċċju tat-taxxa korrispondenti sabiex tiġi limitata d-differenza fir-rati tat-taxxa effettivi bejn il-kumpaniji tradizzjonali u dawk diġitali;
(b)  il-kamp ta' applikazzjoni tat-TSD, inkluża żieda f'tali l-ambitu biex jiġi inkluż il-bejgħ ta' oġġetti jew servizzi li jiġu kkuntrattati onlajn permezz ta' interfaċċi diġitali;
(c)  l-ammont ta' taxxa mħallsa f'kull Stat Membru;
(d)  it-tip ta' attivitajiet diġitali fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva;
(e)  il-prattiki potenzjali tal-ippjanar tat-taxxa li ġew applikati mill-entitajiet biex jevitaw li jħallsu t-TSD.
(f)  il-funzjonament tal-punt uniku ta' servizz, il-kooperazzjoni ma' Stati Membri; u
(g)  l-impatt globali fuq is-suq intern b'kont meħud tad-distorsjoni potenzjali tal-kompetizzjoni.
Emenda 51
Proposta għal direttiva
Artikolu 24b (ġdid)
Artikolu 24b
Obbligi tar-rapportar
L-Istati Membri għandhom jirrapportaw kull sena lill-Kummissjoni ċifri u informazzjoni rilevanti dwar il-ħlas tat-TSD minn entitajiet, il-funzjonament tal-punt uniku ta' servizz u l-kooperazzjoni ma' Stati Membri oħra għall-ġbir u l-ħlas tat-taxxa.
Emenda 52
Proposta għal direttiva
Artikolu 25a (ġdid)
Artikolu 25a
Klawżola ta' estinzjoni kondizzjonali fuq miżuri permanenti
It-TSD hija miżura temporanja li qed tistenna soluzzjoni permanenti; għalhekk, din id-Direttiva għandha tiskadi mal-adozzjoni, skont liema tiġi l-ewwel, ta':
(a)  id-Direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi r-regoli relatati mat-tassazzjoni korporattiva ta' preżenza diġitali sinifikanti;
(b)  id-Direttivi tal-Kunsill dwar Bażi Komuni għat-Taxxa Korporattiva u Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva, inkluż l-istabbiliment diġitali permanenti kif propost fir-riżoluzzjonijiet leġiżlattivi tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva, u dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar Bażi Komuni għat-Taxxa Korporattiva rispettivament; jew
(c)  Direttiva li timplimenta l-ftehim politiku milħuq f'fora internazzjonali bħall-OECD jew in-NU.

Tassazzjoni korporattiva ta' preżenza diġitali sinifikanti *
PDF 196kWORD 62k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi r-regoli dwar it-tassazzjoni korporattiva ta' preżenza diġitali sinifikanti (COM(2018)0147 – C8-0138/2018 – 2018/0072(CNS))
P8_TA(2018)0524A8-0426/2018

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2018)0147),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 115 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0138/2018),

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati, fi ħdan il-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, mill-Parlament Daniż, il-Parlament Irlandiż, il-Parlament Malti u t-Tieni Kamra tan-Netherlands, li jiddikjaraw li l-abbozz tal-att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0426/2018),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 1
(1)  It-trasformazzjoni rapida tal-ekonomija globali bħala riżultat tad-diġitalizzazzjoni qiegħda twassal pressjonijiet ġodda fuq is-sistemi tat-taxxa korporattiva kemm fil-livell tal-Unjoni u kemm fil-livell internazzjonali, u qiegħda tpoġġi f'dubju l-kapaċità li jiġi stabbilit fejn jenħtieġ li l-kumpaniji diġitali jħallsu t-taxxi tagħhom u kemm jenħtieġ li jħallsu. Għalkemm huwa rikonoxxut fil-livell internazzjonali, minn korpi bħall-G20, li jeħtieġ li r-regoli dwar it-taxxa korporattiva jiġu adattati għall-ekonomija diġitali, x'aktarx li tkun għadma iebsa li jintlaħaq qbil fil-livell globali.
(1)  It-trasformazzjoni rapida tal-ekonomija globali bħala riżultat tad-diġitalizzazzjoni qiegħda twassal pressjonijiet ġodda fuq is-sistemi tat-taxxa korporattiva kemm fil-livell tal-Unjoni u kemm fil-livell internazzjonali, u qiegħda tpoġġi f'dubju l-kapaċità li jiġi stabbilit fejn jenħtieġ li l-kumpaniji diġitali jħallsu t-taxxi tagħhom u kemm jenħtieġ li jħallsu. Għalkemm huwa rikonoxxut fil-livell internazzjonali, minn korpi bħall-G20, li jeħtieġ li r-regoli dwar it-taxxa korporattiva jiġu adattati għall-ekonomija diġitali, x'aktarx li tkun għadma iebsa li jintlaħaq qbil fil-livell globali u li dan mhux se jseħħ fil-futur qarib.
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 1a (ġdida)
(1a)   Fl-era diġitali, issa li d-data saret riżorsa ekonomika ġdida flimkien mar-riżorsi tax-xogħol u tradizzjonali tal-imgħoddi, u peress li ħafna drabi l-kumpaniji multinazzjonali li jiddependu ħafna fuq attivitajiet diġitali jagħmlu arranġamenti fiskali li jippermettulhom jevitaw jew jevadu t-taxxi, jeħtieġ li jiġi żviluppat approċċ ġdid sabiex ikun hemm sistema ġusta u sostenibbli tat-tassazzjoni diġitali, li tiżgura li l-kumpaniji diġitali jħallsu t-taxxi tagħhom fejn isseħħ l-attività ekonomika reali tagħhom.
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 2
(2)  F'Ottubru 2015, ir-rapport tal-OECD dwar l-Azzjoni 1 tal-Erożjoni tal-Bażi u Trasferiment tal-Profitt (BEPS) "Addressing the Tax Challenges of the Digital Economy" (Nindirizzaw l-Isfidi tat-Taxxa tal-Ekonomija Diġitali) stabbilixxa diversi approċċi differenti għall-intaxxar tal-ekonomija diġitali li ġew eżaminati b'mod ulterjuri fir-rapport tal-OECD "Tax challenges Arising from Digitalisation – Interim Report 2018" (L-Isfidi tat-Taxxa li Ġejjin mid-Diġitalizzazzjoni – Rapport Interim tal-2018). Kulma jmur qiegħda tikber il-ħtieġa li jinstabu soluzzjonijiet li jiżguraw tassazzjoni ġusta u effettiva tal-kumpaniji diġitali hekk kif qiegħda taċċellera t-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija.
(2)  F'Ottubru 2015, ir-rapport tal-OECD dwar l-Azzjoni 1 tal-Erożjoni tal-Bażi u Trasferiment tal-Profitt (BEPS) "Addressing the Tax Challenges of the Digital Economy" (Nindirizzaw l-Isfidi tat-Taxxa tal-Ekonomija Diġitali) stabbilixxa diversi approċċi differenti għall-intaxxar tal-ekonomija diġitali li ġew eżaminati b'mod ulterjuri fir-rapport tal-OECD "Tax challenges Arising from Digitalisation – Interim Report 2018" (L-Isfidi tat-Taxxa li Ġejjin mid-Diġitalizzazzjoni – Rapport Interim tal-2018). Kulma jmur qiegħda tikber il-ħtieġa urġenti li jinstabu soluzzjonijiet li jiżguraw tassazzjoni ġusta u effettiva tal-kumpaniji diġitali hekk kif qiegħda taċċellera t-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija. Madankollu, sal-lum il-ħidma tal-OECD dwar it-tassazzjoni tal-ekonomija diġitali għadha ma rriżultatx fi progress suffiċjenti, li juri l-ħtieġa li l-Unjoni tavvanza dwar din il-kwistjoni fil-livell tal-Unjoni. Minkejja d-diffikultajiet biex jintlaħaq ftehim globali u l-azzjoni meħuda mill-Unjoni fir-rigward ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li tali ftehim jibqa' jiġi segwit bi sforz kbir. Madankollu, fin-nuqqas ta' approċċ komuni tal-Unjoni, l-Istati Membri se jadottaw soluzzjonijiet unilaterali, li se jwasslu għal inċertezza regolatorja u li se jkun diffiċli għall-kumpaniji li joperaw b'mod transfruntier u għall-awtoritajiet tat-taxxa. Kif mitlub fil-Kumitat ta' Inkjesta tal-Parlament Ewropew dwar il-Ħasil tal-Flus, l-Evitar tat-Taxxa u l-Evażjoni tat-Taxxa (PANA) u fil-Kumitat Speċjali tiegħu dwar id-Deċiżjonijiet fil-Qasam tat-Taxxa u Miżuri Oħra ta' Natura jew Effett Simili (TAXE2), jenħtieġ li jitwaqqaf korp tat-taxxa tan-NU li jingħata s-setgħa biex iservi bħala l-forum għal dibattiti u diskussjonijiet dwar ftehimiet globali u kwistjonijiet oħra relatati mas-sistema internazzjonali tat-taxxa.
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 3a (ġdida)
(3a)  Il-Parlament Ewropew, fir-rapporti finali tiegħu tal-Kumitat ta' Inkjesta dwar il-Ħasil tal-Flus, l-Evitar tat-Taxxa u l-Evażjoni tat-Taxxa u l-Kumitati Speċjali dwar id-Deċiżjonijiet fil-Qasam tat-Taxxa u Miżuri Oħra ta' Natura jew Effett Simili, wasal għall-konklużjoni li hemm ħtieġa li jiġu indirizzati l-isfidi tat-taxxa marbutin mal-ekonomija diġitali.
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 4
(4)  Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-19 ta' Ottubru 2017 enfasizzaw il-ħtieġa għal sistema effettiva u ġusta ta' tassazzjoni adegwata għall-era diġitali u stennew b'interess proposti xierqa mill-Kummissjoni sa kmieni fl-201815. Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill ECOFIN tal-5 ta' Diċembru 2017 enfasizzaw li definizzjoni li tkun aċċettata globalment għal stabbiliment permanenti u għar-regoli tal-ipprezzar ta' trasferiment u l-attribuzzjoni ta' profitti marbuta miegħu għandha tibqa' ċentrali meta jiġu indirizzati l-isfidi ta' tassazzjoni fuq il-profitti tal-ekonomija diġitali, u ħeġġew kooperazzjoni mill-qrib bejn l-UE, l-OECD u sħab oħra internazzjonali fir-reazzjoni għall-isfidi tat-tassazzjoni tal-profitti tal-ekonomija diġitali16. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jinkludu regoli fis-sistemi tagħhom tat-taxxa korporattiva nazzjonali fuq l-introjtu sabiex jeżerċitaw id-drittijiet tal-intaxxar tagħhom. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu ċċarati d-diversi taxxi korporattivi applikabbli fl-Istati Membri. Jenħtieġ li dawn ir-regoli jestendu d-definizzjoni ta' stabbiliment permanenti u jistabbilixxu rabta taxxabbli għal preżenza diġitali sinifikanti fil-ġurisdizzjonijiet rispettivi tagħhom. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti prinċipji ġenerali għall-allokazzjoni tal-profitti taxxabbli għal dik il-preżenza diġitali. Fil-prinċipju, jenħtieġ li dawk ir-regoli japplikaw għall-kontribwenti korporattivi kollha irrispettivament minn fejn ikunu residenti għat-taxxa, kemm fl-Unjoni jew xi mkien ieħor.
(4)  Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-19 ta' Ottubru 2017 enfasizzaw il-ħtieġa għal sistema effettiva u ġusta ta' tassazzjoni adegwata għall-era diġitali u esprimew stennija b'interess li l-Kummissjoni toħroġ bi proposti xierqa sa kmieni fl-201815. Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill ECOFIN tal-5 ta' Diċembru 2017 enfasizzaw li definizzjoni li tkun aċċettata globalment għal stabbiliment permanenti u għar-regoli tal-ipprezzar ta' trasferiment u l-attribuzzjoni ta' profitti marbuta miegħu jenħtieġ li tibqa' ċentrali meta jiġu indirizzati l-isfidi ta' tassazzjoni fuq il-profitti tal-ekonomija diġitali, u ħeġġew kooperazzjoni mill-qrib bejn l-UE, l-OECD u sħab oħra internazzjonali fir-reazzjoni għall-isfidi tat-tassazzjoni tal-profitti tal-ekonomija diġitali16.F'dan ir-rigward, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jinkludu regoli fis-sistemi tagħhom tat-taxxa korporattiva nazzjonali fuq l-introjtu sabiex jeżerċitaw id-drittijiet tal-intaxxar tagħhom. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu ċċarati d-diversi taxxi korporattivi applikabbli fl-Istati Membri. Jenħtieġ li dawn ir-regoli jestendu d-definizzjoni ta' stabbiliment permanenti u jistabbilixxu rabta taxxabbli għal preżenza diġitali sinifikanti fil-ġurisdizzjonijiet rispettivi tagħhom. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti prinċipji ġenerali għall-allokazzjoni tal-profitti taxxabbli għal dik il-preżenza diġitali. Fil-prinċipju, jenħtieġ li dawk ir-regoli japplikaw għall-kontribwenti korporattivi kollha irrispettivament mid-daqs jew minn fejn ikunu residenti għat-taxxa, kemm fl-Unjoni jew xi mkien ieħor. Barra minn hekk, ir-regoli komuni stabbiliti f'din id-Direttiva jitolbu armonizzazzjoni usa' tal-bażi tat-taxxa korporattiva fl-Unjoni għall-korporazzjonijiet kollha. Huwa għalhekk li din id-Direttiva jenħtieġ li ma xxekkilx jew iddewwem xogħlijiet dwar il-proposta għal Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva.
_________________
_________________
15 Il-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew (id-19 ta' Ottubru 2017) – (dok. EUCO 14/17).
15 Il-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew (id-19 ta' Ottubru 2017) – (dok. EUCO 14/17).
16 Il-konklużjonijiet tal-Kunsill (il-5 ta' Diċembru 2017) – Nirreaġixxu għall-isfidi tat-tassazzjoni tal-profitti tal-ekonomija diġitali (FISC 346 ECOFIN 1092).
16 Il-konklużjonijiet tal-Kunsill (il-5 ta' Diċembru 2017) – Nirreaġixxu għall-isfidi tat-tassazzjoni tal-profitti tal-ekonomija diġitali (FISC 346 ECOFIN 1092).
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 5
(5)  Madankollu, jenħtieġ li r-regoli ma japplikawx għal entitajiet li jkunu residenti għat-taxxa f'ġurisdizzjoni mhux tal-Unjoni li jkollha Konvenzjoni kontra t-Tassazzjoni Doppja fis-seħħ mal-Istat Membru li fih ikun hemm preżenza diġitali sinifikanti, sakemm dik il-Konvenzjoni ma tinkludix dispożizzjonijiet dwar preżenza diġitali sinifikanti li joħolqu drittijiet u obbligi simili għal dawk li nħolqu b'din id-Direttiva, fir-rigward tal-ġurisdizzjoni mhux tal-Unjoni. Dan sabiex jiġi evitat kwalunkwe kunflitt mal-Konvenzjonijiet kontra t-Tassazzjoni Doppja ma' ġurisdizzjonijiet mhux tal-Unjoni, peress li ġeneralment dawn mhumiex marbuta bid-dritt tal-Unjoni.
(5)  Madankollu, jenħtieġ li r-regoli ma japplikawx għal entitajiet li jkunu residenti għat-taxxa f'ġurisdizzjoni mhux tal-Unjoni li jkollha Konvenzjoni kontra t-Tassazzjoni Doppja fis-seħħ mal-Istat Membru li fih ikun hemm preżenza diġitali sinifikanti, sakemm dik il-Konvenzjoni ma tinkludix dispożizzjonijiet dwar preżenza diġitali sinifikanti li joħolqu drittijiet u obbligi simili għal dawk li nħolqu b'din id-Direttiva, fir-rigward tal-ġurisdizzjoni mhux tal-Unjoni. Dan sabiex jiġi evitat kwalunkwe kunflitt mal-Konvenzjonijiet kontra t-Tassazzjoni Doppja ma' ġurisdizzjonijiet mhux tal-Unjoni, peress li ġeneralment dawn mhumiex marbuta bid-dritt tal-Unjoni. Minkejja dan, sabiex id-dispożizzjonijiet li jinsabu f'dan it-test ikunu effettivi bis-sħiħ, l-Istati Membri jenħtieġ li jitħeġġew jadattaw, fejn ikun meħtieġ, il-Konvenzjonijiet kontra t-Tassazzjoni Doppja li attwalment għandhom fis-seħħ sabiex jinkludu dispożizzjonijiet dwar preżenza diġitali sinifikanti li joħolqu drittijiet u obbligi simili b'rabta mal-ġurisdizzjonijiet mhux tal-Unjoni kif stabbilit b'din id-Direttiva. Il-Kummissjoni tista' tressaq proposta biex tistabbilixxi mudell tal-Unjoni ta' emenda ta' trattat tat-taxxa li jintuża biex jiġu adattati l-eluf ta' trattati bilaterali konklużi minn kull wieħed mill-Istati Membri.
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 8
(8)  Għan ewlieni ta' din id-Direttiva huwa t-titjib tar-reżiljenza tas-suq intern kollu sabiex jiġu indirizzati l-isfidi tat-tassazzjoni tal-ekonomija diġitalizzata. Dan l-għan ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti permezz tal-azzjoni individwali tal-Istati Membri peress li n-negozji diġitali kapaċi jkunu transfruntiera fl-operat tagħhom mingħajr ma jkollhom l-ebda preżenza fiżika f'ġurisdizzjoni, u għalhekk huma meħtieġa regoli biex jiġi żgurat li jħallsu t-taxxi fil-ġurisdizzjonijiet fejn jagħmlu l-profitti. Minħabba din id-dimensjoni transfruntiera, inizjattiva fil-livell tal-Unjoni żżid il-valur meta mqabbla ma' dak li jistgħu jiksbu għadd kbir ta' miżuri nazzjonali. Hija meħtieġa inizjattiva komuni fis-suq intern kollu biex tiġi żgurata l-applikazzjoni diretta u armonizzata tar-regoli dwar preżenza diġitali sinifikanti fl-Unjoni. Approċċi unilaterali u diverġenti minn kull Stat Membru jistgħu ma jkunux effettivi u jifframmentaw is-Suq Uniku billi joħolqu kunflitti fil-politika nazzjonali, distorsjonijiet u ostakli tat-taxxa għan-negozji fl-Unjoni. Peress li l-għanijiet ta' din id-Direttiva jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.
(8)  Għan ewlieni ta' din id-Direttiva huwa t-titjib tar-reżiljenza tas-suq intern kollu sabiex jiġu indirizzati l-isfidi tat-tassazzjoni tal-ekonomija diġitalizzata, filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju tan-newtralità tat-taxxa iżda wkoll il-moviment liberu tas-servizzi fis-Suq Uniku Ewropew u mingħajr ma ssir diskriminazzjoni bejn il-kumpaniji tal-Unjoni u dawk mhux tal-Unjoni. Dan l-għan ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti permezz tal-azzjoni individwali tal-Istati Membri peress li n-negozji diġitali kapaċi jkunu transfruntiera fl-operat tagħhom mingħajr ma jkollhom l-ebda preżenza fiżika jew ikollhom biss preżenza fiżika żgħira f'ġurisdizzjoni, u għalhekk huma meħtieġa regoli biex jiġi żgurat li dawn iħallsu t-taxxi fil-ġurisdizzjonijiet fejn jagħmlu l-profitti. Minħabba din id-dimensjoni transfruntiera, inizjattiva fil-livell tal-Unjoni żżid il-valur meta mqabbla ma' dak li jistgħu jiksbu għadd kbir ta' miżuri nazzjonali. Hija meħtieġa inizjattiva komuni fis-suq intern kollu biex tiġi żgurata l-applikazzjoni diretta u armonizzata tar-regoli dwar preżenza diġitali sinifikanti fl-Unjoni. Approċċi unilaterali u diverġenti minn kull Stat Membru jistgħu ma jkunux effettivi u jifframmentaw is-Suq Uniku billi joħolqu kunflitti fil-politika nazzjonali, distorsjonijiet u ostakli tat-taxxa għan-negozji fl-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċifika sabiex jiġi żgurat li l-approċċ tal-Unjoni jkun ġust u mhux diskriminatorju kontra xi Stat Membru partikolari. Peress li l-għanijiet ta' din id-Direttiva jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 8a (ġdida)
(8a)  Sabiex titwaqqaf bażi ta' taxxa koerenti u konsistenti għall-korporazzjonijiet kollha, il-kunċett ta' preżenza diġitali sinifikanti u s-soluzzjonijiet ippreżentati f'din id-Direttiva jenħtieġ li jsiru wkoll parti integrali tad-Direttivi tal-Kunsill dwar Bażi Komuni għat-Taxxa Korporattiva u dwar Bażi Komuni Konsolidata tat-Taxxa Korporattiva.
Emenda 40
Proposta għal direttiva
Premessa 8b (ġdida)
(8b)  Jekk din il-proposta ma tirriżultax fi ftehim u għalhekk tonqos milli telimina d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u l-ostakli tat-taxxa għan-negozji fl-Unjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li toħroġ proposta ġdida bbażata fuq l-Artikolu 116 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja biex joħorġu d-direttivi meħtieġa.
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 9
(9)  Jenħtieġ li kwalunkwe pproċessar tad-dejta personali li jitwettaq fil-kuntest ta' din id-Direttiva, jitwettaq b'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill17, inklużi l-obbligi li jiġu pprovduti miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa għall-konformità mal-obbligi imposti b'dak ir-Regolament, b'mod partikolari dawk marbuta mal-legalità tal-ipproċessar, mas-sigurtà tal-attivitajiet tal-ipproċessar, mal-għoti ta' informazzjoni u mad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta, kif ukoll tal-protezzjoni tad-dejta mid-disinn u b'mod awtomatiku. Kull meta jkun possibbli, jenħtieġ li d-dejta personali ssir anonima.
(9)  Jenħtieġ li kwalunkwe pproċessar tad-data personali li jitwettaq fil-kuntest ta' din id-Direttiva, jitwettaq b'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill17, inklużi l-obbligi li jiġu pprovduti miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa għall-konformità mal-obbligi imposti b'dak ir-Regolament, b'mod partikolari dawk marbuta mal-legalità tal-ipproċessar, mas-sigurtà tal-attivitajiet tal-ipproċessar, mal-għoti ta' informazzjoni u mad-drittijiet tas-suġġetti tad-data, kif ukoll tal-protezzjoni tad-data mid-disinn u b'mod awtomatiku, b'kunsiderazzjoni xierqa tal-prinċipji tan-neċessità u tal-proporzjonalità Kull meta jkun possibbli, jenħtieġ li d-data personali ssir anonima. Id-data li tista' tinġabar mill-utenti għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva jenħtieġ li tiġi limitata b'mod strett għal data li tindika l-Istat Membru li fih jinsabu l-utenti, mingħajr ma tkun tista' ssir identifikazzjoni tal-utent.
__________________
__________________
17 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
17 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 10
(10)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tagħha u tirrapporta lill-Kunsill dwarha. Jenħtieġ li l-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha meħtieġa għal din l-evalwazzjoni. Jenħtieġ li jiġi stabbilit kumitat konsultattiv, il-Kumitat DigiTax, sabiex jeżamina kwistjonijiet dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva.
(10)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva sa... [tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwarha, b'mod partikolari dwar il-piż amministrattiv u l-ispejjeż addizzjonali għall-kumpaniji u speċjalment l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), l-impatt tas-sistema ta' tassazzjoni prevista f'din id-Direttiva fuq id-dħul tal-Istati Membri, l-impatt fuq id-data personali tal-utenti u l-impatt fuq is-Suq Uniku kollu kemm hu, b'mod partikolari fir-rigward tad-distorsjoni possibbli tal-kompetizzjoni bejn il-kumpaniji soġġetti għar-regoli l-ġodda stabbiliti f'din id-Direttiva. Ir-rieżami jenħtieġ li jeżamina wkoll jekk jenħtiġx li jinbidlu t-tipi ta' servizzi koperti minn din id-Direttiva jew id-definizzjoni ta' preżenza diġitali sinifikanti . Jenħtieġ li l-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha meħtieġa għal din l-evalwazzjoni. Jenħtieġ li jiġi stabbilit kumitat konsultattiv, il-Kumitat DigiTax, sabiex jeżamina kwistjonijiet dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva. Dak il-kumitat jenħtieġ li jippubblika l-aġendi tiegħu u, qabel l-għażla tagħhom, jenħtieġ li jkun żgurat li l-membri ta' dak il-kumitat ma jkollhom l-ebda kunflitt ta' interess. Jenħtieġ li jiġi mistieden osservatur tal-Parlament Ewropew biex jattendi l-laqgħat tiegħu.
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 10a (ġdida)
(10a)  Minħabba l-ispejjeż aministrattivi għal preżenza diġitali sinifikanti, jenħtieġ li jiġi żgurat li l-SMEs ma jaqgħux b'mod mhux intenzjonat fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Jenħtieġ li l-Kummissjoni, bħala parti mill-proċess ta' rieżami, teżamina sa fejn din id-Direttiva taffettwa ħażin lill-SMEs.
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 12a (ġdida)
(12a)   Peress li d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva huma maħsuba biex jipprovdu soluzzjoni permanenti u komprensiva għall-kwistjoni ta' tassazzjoni diġitali, is-soluzzjoni interim ta' taxxa fuq is-servizzi diġitali kif previst fid-Direttiva dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq is-servizzi diġitali fir-rigward tad-dħul li jirriżulta mill-provvista ta' ċerti servizzi diġitali ma għandhiex tibqa' tapplika awtomatikament ladarba d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva jsiru applikabbli.
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1
Din id-Direttiva tapplika għall-entitajiet irrispettivament minn fejn ikunu residenti għall-finijiet tat-taxxa korporattiva, kemm fi Stat Membru u kemm jekk f'pajjiż terz.
Din id-Direttiva tapplika għall-entitajiet irrispettivament mid-daqs tagħhom u minn fejn ikunu residenti għall-finijiet tat-taxxa korporattiva, kemm fi Stat Membru u kemm jekk f'pajjiż terz.
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 6
6.  L-Istat Membru fejn jintuża apparat ta' utent għandu jkun stabbilit b'referenza għall-indirizz tal-Protokoll tal-Internet (IP) tal-apparat jew, jekk b'mod aktar preċiż, b'referenza għal kwalunkwe metodu ieħor ta' ġeolokalizzazzjoni.
6.  L-Istat Membru fejn jintuża apparat ta' utent għandu jkun stabbilit b'referenza għall-indirizz tal-Protokoll tal-Internet (IP) tal-apparat jew, jekk b'mod aktar preċiż, b'referenza għal kwalunkwe metodu ieħor ta' ġeolokalizzazzjoni, mingħajr ma tkun tista' ssir identifikazzjoni tal-utent, skont ir-Regolament (UE) 2016/679. L-awtorità tat-taxxa tal-Istati Membri għandha tiġi informata dwar il-metodu użat biex jiġi ddeterminat il-post tal-utenti.
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 7a (ġdid)
7a.   Kontribwent għandu jintalab jiżvela lill-awtoritajiet tat-taxxa l-informazzjoni kollha rilevanti għad-determinazzjoni tal-preżenza diġitali sinifikanti skont dan l-Artikolu.
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 5 – punt a
(a)  il-ġbir, il-ħżin, l-ipproċessar, l-analiżi, it-twassil u l-bejgħ tad-dejta fil-livell tal-utenti;
(a)  il-ġbir, il-ħżin, l-ipproċessar, l-analiżi, l-isfruttament, it-trażmissjoni, it-twassil u l-bejgħ tad-data fil-livell tal-utenti;
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 6a (ġdid)
6a.   L-Istati Membri għandhom jallokaw persunal, għarfien espert u riżorsi baġitarji adegwati lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa nazzjonali tagħhom kif ukoll riżorsi għat-taħriġ tal-persunal sabiex ikunu jistgħu jattribwixxu profitti għall-istabbiliment permanenti u sabiex jirriflettu l-attivitajiet diġitali f'dak l-Istat Membru.
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Artikolu 5a (ġdid)
Artikolu 5a
1.  Sa ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] il-Kummissjoni għandha toħroġ linji gwida għall-awtoritajiet tat-taxxa dwar kif għandhom jiġu identifikati, imkejla u ntaxxati preżenza diġitali sinifikanti u servizzi diġitali. Dawk ir-regoli għandhom jiġu armonizzati fl-Unjoni kollha u għandhom jinħarġu bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni.
2.  Abbażi tal-linji gwida msemmija fl-ewwel paragrafu, il-Kummissjoni għandha toħroġ linji gwida b'metodoloġija ċara għall-kumpaniji biex jivvalutaw huma stess jekk l-attivitajiet tagħhom u liema minnhom għandhom jingħaddu fil-preżenza diġitali sinifikanti. Dawk il-linji gwida għandhom jinħarġu fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni u għandhom ikunu disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni.
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Artikolu 5b (ġdid)
Artikolu 5b
Kooperazzjoni amministrattiva
Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tad-Direttiva fl-Unjoni Ewropea, l-iskambju ta' informazzjoni dwar kwistjonijiet tat-taxxa għandu jkun awtomatiku u obbligatorju, kif stabbilit mid-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE.
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – titolu
Rieżami
Rapport ta' Implimentazzjoni u Rieżami
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tagħha u tirrapporta lill-Kunsill dwarha.
1.  Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tagħha u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwarha. F'dak ir-rapport għandha ssir enfasi partikulari fuq il-piż amministrattiv u l-ispejjeż addizzjonali għall-kumpaniji u speċjalment l-SMEs, l-impatt tas-sistema ta' tassazzjoni prevista f'din id-Direttiva fuq id-dħul tal-Istati Membri, l-impatt fuq id-data personali tal-utenti u l-impatt fuq is-Suq Uniku kollu kemm hu, b'mod partikolari fir-rigward tad-distorsjoni possibbli tal-kompetizzjoni bejn il-kumpaniji soġġetti għar-regoli l-ġodda stabbiliti f'din id-Direttiva. Ir-rapport għandu jeżamina wkoll jekk għandhomx jinbidlu t-tipi ta' servizzi koperti minn din id-Direttiva jew id-definizzjoni ta' preżenza diġitali sinifikanti.
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Artikolu 6a (ġdid)
Artikolu 6a
Eżerċizzju tad-delega
1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn … [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].
3.  Id-delega ta' setgħa msemmija tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' xi att delegat li diġà jkun fis-seħħ.
4.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah lill-Kunsill.
5.  Att delegat adottat għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Kunsill ikun informa lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjona. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Kunsill.
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Artikolu 6b (ġdid)
Artikolu 6b
Ir-rikors tal-appell
Il-kumpaniji – kemm dawk tal-Unjoni kif ukoll dawk li mhumiex – jistgħu jappellaw id-deċiżjoni li s-servizzi li huma jipprovdu huma servizzi diġitali b'konformità mal-liġi nazzjonali.
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Artikolu 6c (ġdid)
Artikolu 6c
L-għoti ta' informazzjoni lill-Parlament Ewropew
Il-Parlament Ewropew għandu jiġi infurmat dwar l-adozzjoni ta' atti delegati mill-Kummissjoni, dwar kwalunkwe oġġezzjoni fformulata għalihom, u dwar ir-revoka ta' dik id-delega ta' setgħat mill-Kunsill.
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Artikolu 6d (ġdid)
Artikolu 6d
Mandat lill-Kummissjoni Ewropea biex tinnegozja t-trattati tat-taxxa ma' pajjiżi terzi
L-Istati Membri għandhom jipprovdu delega ta' setgħat lill-Kummissjoni biex tinnegozja f'isimhom ir-reviżjoni jew l-adozzjoni tat-trattati tat-taxxa ma' pajjiżi terzi skont ir-regoli stabbiliti f'din id-Direttiva, b'mod partikolari fir-rigward tal-inklużjoni tad-definizzjoni ta' preżenza diġitali sinifikanti għal finijiet ta' taxxa.
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 2
2.  Il-Kumitat DigiTax għandu jikkonsisti minn rappreżentanti tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni. Il-president tal-Kumitat għandu jkun rappreżentant tal-Kummissjoni. Is-servizzi segretarjali tal-Kumitat għandhom jiġu pprovduti mill-Kummissjoni.
2.  Il-Kumitat DigiTax għandu jikkonsisti minn rappreżentanti tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni u osservatur tal-Parlament Ewropew. Il-president tal-Kumitat għandu jkun rappreżentant tal-Kummissjoni. Is-servizzi segretarjali tal-Kumitat għandhom jiġu pprovduti mill-Kummissjoni. Dan il-Kumitat għandu jippubblika l-aġendi tiegħu u l-parteċipanti tiegħu għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe kunflitt ta' interess qabel l-għażla tagħhom. Il-partijiet ikkonċernati, inklużi s-sħab soċjali, għandhom jitħallew jattendu l-laqgħat rilevanti bħala osservaturi.
Emenda 35
Proposta għal direttiva
Article 7 – paragraph 4
4.  Il-Kumitat DigiTax għandu jeżamina l-kwistjonijiet dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, kif imqajma mill-President tal-Kumitat, kemm jekk fuq inizjattiva tal-President stess u kemm jekk fuq it-talba tar-rappreżentant ta' Stat Membru, u għandu jinforma lill-Kummissjoni bil-konklużjonijiet tiegħu.
4.  Il-Kumitat DigiTax għandu jeżamina l-kwistjonijiet dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, kif imqajma mill-President tal-Kumitat, kemm jekk fuq inizjattiva tal-President stess u kemm jekk fuq it-talba tal-Parlament Ewropew jew ta' rappreżentant ta' Stat Membru, u għandu jinforma lill-Kummissjoni bil-konklużjonijiet tiegħu.
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 4 – subparagrafu 1a (ġdid)
Il-Kumitat DigiTax għandu jfassal rapport annwali dwar l-attivitajiet u s-sejbiet tiegħu u għandu jaqsam dan ir-rapport mal-Parlament, mal-Kunsill u mal-Kummissjoni.
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.  Il-Kumitat DigiTax għandu jivverifika u jikkontrolla l-implimentazzjoni korretta ta' din id-Direttiva mill-kumpaniji. Huwa għandu jkun kapaċi jiġbor u juża d-data miġbura mill-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa biex jeżamina l-implimentazzjoni korretta tar-regoli dwar il-preżenza diġitali sinifikanti u biex iservi ta' korp li jiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa biex titnaqqas kemm jista' jkun il-possibbiltà ta' tassazzjoni doppja u ta' nontassazzjoni doppja.
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 1
Id-data li tista' tinġabar mingħand l-utenti għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandha tkun limitata għal data li tindika l-Istat Membru li jinsabu fih l-utenti, mingħajr ma tippermetti l-identifikazzjoni tal-utenti.
Id-data li tista' tinġabar mingħand l-utenti għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandha tkun limitata għal data li tindika l-Istat Membru li jinsabu fih l-utenti, mingħajr ma tippermetti l-identifikazzjoni tal-utenti. Kwalunkwe pproċessar ta' data personali mwettaq għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandu jikkonforma bis-sħiħ mar-Regolament (UE) 2016/679.
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Artikolu 9a (ġdid)
Artikolu 9a
Rabta mat-Taxxa fuq is-Servizzi Diġitali fir-rigward tad-Dħul
Ladarba din id-Direttiva jsir applikabbli, id-Direttiva dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq is-servizzi diġitali fir-rigward tad-dħul li jirriżulta mill-provvista ta' ċerti servizzi diġitali għandha tiskadi awtomatikament.

L-Iran, b'mod partikolari l-każ ta' Nasrin Sotoudeh
PDF 132kWORD 52k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2018 dwar l-Iran, u b'mod partikolari l-każ ta' Nasrin Sotoudeh (2018/2967(RSP))
P8_TA(2018)0525RC-B8-0562/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Iran,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni dwar l-Iran tad-29 ta' Novembru 2018 mir-Rapporteur Speċjali dwar is-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, ir-Rapporteur Speċjali dwar l-indipendenza tal-imħallfin u l-avukati, il-President-Rapporteur tal-Grupp ta' Ħidma dwar id-Detenzjoni Arbitrarja, il-President tal-Grupp ta' Ħidma dwar il-kwistjoni tad-diskriminazzjoni kontra n-nisa fil-liġi u fil-prattika u r-Rapporteur Speċjali dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Iżlamika tal-Iran,

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar il-Piena tal-Mewt, dwar it-tortura u t-trattament jew piena krudili, inumana jew degradanti oħra, dwar il-Libertà ta' Espressjoni u dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra r-rapport tas-27 ta' Settembru 2018 tar-Rapporteur Speċjali dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Iżlamika tal-Iran,

–  wara li kkunsidra l-għoti tal-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb u ta' Espressjoni lill-blogger Nasrin Sotoudeh fl-2012,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966 u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali, Kulturali tal-1966, li tagħhom l-Iran huwa firmatarju,

–  wara li kkunsidra l-Karta tal-President Iranjan dwar id-Drittijiet taċ-Ċittadini,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi Nasrin Sotoudeh, avukata prominenti Iranjana tad-drittijiet tal-bniedem, ġiet arrestata fit-13 ta' Ġunju 2018 wara li rrappreżentat mara li qed tiffaċċja priġunerija talli pprotestat b'mod paċifiku kontra l-liġi obbligatorja tal-hijab fl-Iran billi neħħietu fil-pubbliku; billi Nasrin Sotoudeh ilha fis-sezzjoni tan-nisa tal-Ħabs ta' Evin mindu ġiet arrestata u fis-26 ta' Novembru 2018 bdiet it-tielet strajk tal-ġuħ tagħha biex tipprotesta kontra r-rifjut tal-awtoritajiet Iranjani li jippermettu li Farhad Meysami jingħata trattament fi sptar;

B.  billi Nasrin Sotoudeh ġiet infurmata li hija kienet ġiet arrestata b'riżultat ta' sentenza ta' ħames snin ħabs li nħarġet kontriha in absentia fl-2015 minn imħallef tal-Qorti Rivoluzzjonarja; billi hija ġiet akkużata bi "spjunaġġ waqt li staħbiet";

C.  billi Nasrin Sotoudeh irċeviet in absential-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb fl-2012 għax-xogħol u l-impenn tagħha favur id-drittijiet tal-bniedem; billi Nasrin Sotoudeh għamlet kampanja twila u bla heda għad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, u diġà qattgħet diversi snin fil-ħabs minħabba l-isforzi tagħha; billi l-prosekuzzjoni tagħha u l-akkużi miġjuba kontriha juru sa liema punt serju l-ġudikatura Iranjana qed tikkriminalizza l-attiviżmu tad-drittijiet tal-bniedem;

D.  billi Nasrin Sotoudeh f'bosta okkażjonijiet tkellmet pubblikament dwar in-nuqqasijiet tal-istat tad-dritt fl-Iran u l-inadegwatezzi fis-sistema ġudizzjarja tal-pajjiż; billi l-arrest ta' Nasrin Sotoudeh huwa parti minn repressjoni intensifikata kontra difensuri tad-drittijiet tan-nisa fl-Iran; billi d-difensuri tad-drittijiet tan-nisa li b'mod attiv għamlu kampanja biex isaħħu l-emanċipazzjoni u d-drittijiet tan-nisa sofrew fastidju, arresti u detenzjoni arbitrarji, u d-drittijiet tagħhom għal proċess ġust u dovut ġew miksura;

E.  billi f'Settembru 2018, ir-raġel tagħha, Reza Khandan, ġie arrestat waqt li kien qed jipprotesta b'mod paċifiku għall-ħelsien ta' Nasrin Sotoudeh, u ġie akkużat b' "tixrid ta' propaganda kontra s-sistema" u bi "promozzjoni tal-prattika li tidher fil-pubbliku mingħajr velu" fost akkużi oħra;

F.  billi fl-Iran, il-protesti tas-soċjetà ċivili kontra l-faqar, l-inflazzjoni, il-korruzzjoni u l-awtoritarjaniżmu politiku ilhom jiżdiedu u l-awtoritajiet Iranjani rreaġixxew b'repressjoni qawwija; billi s-servizz tal-intelligence Iranjan intensifika r-repressjoni tiegħu fuq il-ħaddiema tas-soċjetà ċivili u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, l-avukati, l-attivisti ambjentali, id-difensuri tad-drittijiet tan-nisa, l-istudenti, l-għalliema, is-sewwieqa tat-trakkijiet u l-attivisti paċifiċi; billi fl-2018, l-awtoritajiet Iranjani żiedu r-repressjoni kontra dawk li kienu qed ifittxu li jeżerċitaw b'mod paċifiku d-drittijiet tal-libertà ta' espressjoni, ta' assoċjazzjoni u ta' għaqda paċifika, u bagħtu l-ħabs mijiet ta' persuni fuq akkużi ta' sigurtà nazzjonali wesgħin u bi kliem vag;

G.  billi esperti tad-drittijiet tal-bniedem tan-NU talbu lill-Iran jiggarantixxi d-drittijiet tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u tal-avukati li ġew arrestati talli appoġġaw pubblikament protesti kontra l-ilbies obbligatorju tal-hijab fl-Iran;

H.  billi r-Rapporteur Speċjali dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran tenna t-tħassib serju li kien ġie espress preċedentement mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, mill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem u mill-predeċessur tiegħu fir-rigward tal-eżekuzzjonijiet kontinwi ta' delinkwenti minorenni fl-Iran;

I.  billi fir-rapporti tar-Rapporteur Speċjali dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran u s-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti ġie deskritt ksur sostanzjali tad-drittijiet tal-minoranzi reliġjużi u etniċi fl-Iran, inklużi allegazzjonijiet ta' diskriminazzjoni kontra minoranzi reliġjużi, inklużi l-Kristjani u l-Baha'i;

J.  billi l-qrati Iranjani jonqsu milli jipprovdu proċess ekwu u ġust, b'ċaħda tal-aċċess għal konsulenti legali, b'mod partikolari matul il-perjodu ta' investigazzjoni, u ċ-ċaħda ta' żjarat konsulari, tan-NU jew ta' organizzazzjonijiet umanitarji; billi s-sentenzi mill-ġudikatura Iranjana ta' spiss huma bbażati fuq akkużi vagi jew mhux speċifikati ta' sigurtà nazzjonali u spjunaġġ;

K.  billi kien hemm diversi rapporti dwar il-kundizzjonijiet inumani u degradanti fil-ħabsijiet u n-nuqqas ta' aċċess adegwat għall-kura medika matul id-detenzjoni bil-għan li jiġu intimiditi, ikkastigati jew sfurzati d-detenuti, bi ksur tar-regoli standard minimi tan-NU dwar it-trattament tal-priġunieri;

L.  billi fit-12 ta' April 2018, il-Kunsill estenda sat-13 ta' April 2019 il-miżuri restrittivi tiegħu b'reazzjoni għall-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, inklużi l-iffriżar tal-assi u l-projbizzjoni tal-viża għal individwi u entitajiet responsabbli minn ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u projbizzjoni fuq l-esportazzjonijiet lejn l-Iran ta' tagħmir li jista' jintuża għar-repressjoni interna u ta' tagħmir għall-monitoraġġ tat-telekomunikazzjonijiet;

M.  billi l-UE u l-Iran kellhom ir-raba' laqgħa tad-Djalogu Politiku ta' Livell Għoli fis-26 ta' Novembru 2018 fi Brussell; billi d-diskussjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem saru bħala parti integrali mid-djalogu politiku bejn l-UE u l-Iran u bħala kontinwazzjoni ta' skambji regolari li saru f'Novembru 2017 u fi Frar 2016;

N.  billi l-implimentazzjoni attwali tal-Karta tad-Drittijiet taċ-Ċittadini tkun pass 'il quddiem lejn it-titjib tad-drittijiet ċivili tal-poplu Iranjan;

1.  Jitlob lill-Gvern tal-Iran biex minnufih u mingħajr kundizzjonijiet jeħles lil Nasrin Sotoudeh; ifaħħar lil Nasrin Sotoudeh għall-kuraġġ u l-impenn tagħha; iħeġġeġ lis-sistema ġudizzjarja tal-Iran tirrispetta l-proċess ekwu u ġust u tiżvela informazzjoni dwar l-akkużi kontra Nasrin Sotoudeh;

2.  Jistieden lill-awtoritajiet Iranjani jiżguraw li t-trattament ta' Nasrin Sotoudehli waqt li tkun tinsab f'detenzjoni jkun konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-'Korp tal-Prinċipji għall-Protezzjoni tal-Persuni Kollha taħt Kwalunkwe Forma ta' Detenzjoni jew Priġunerija', adottat mill-Assemblea Ġenerali tan-NU permezz tar-riżoluzzjoni 43/173 tad-9 ta' Diċembru 1988; jenfasizza li l-awtoritajiet Iranjani jridu jiggarantixxu s-sikurezza u l-benessri tad-detenuti kollha waqt id-detenzjoni, inkluż permezz tal-għoti ta' kura medika adegwata; jistieden lill-awtoritajiet Iranjani jinvestigaw l-allegazzjonijiet kollha ta' trattament ħażin matul id-detenzjoni u jressqu lill-awturi quddiem il-ġustizzja; jikkundanna t-tortura sistematika mwettqa fil-ħabsijiet Iranjani u jitlob li kull forma ta' tortura u trattament ħażin tal-priġunieri kollha tinġieb fi tmiemha immedjata; jistieden lill-Iran jiżgura, fil-liġi u fil-prattika, li ħadd ma jkun soġġett għal tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra;

3.  Jistieden lill-Gvern tal-Iran jirrispetta d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, inklużi d-dritt tal-opinjoni u tal-espressjoni; jitlob għall-ħelsien ta' dawk kollha arrestati għall-eżerċizzju paċifiku tad-drittijiet għal-libertà ta' għaqda, tal-opinjoni u tal-espressjoni, inkluż Reza Khandan, kif ukoll ta' difensuri oħra tad-drittijiet tal-bniedem, attivisti ambjentali, sindakalisti, attivisti favur id-drittijiet tan-nisa u priġunieri tal-kuxjenza; jistieden lill-awtoritajiet Iranjani jirrispettaw bis-sħiħ id-drittijiet tal-bniedem universali tal-persuni kollha, b'mod partikolari d-drittijiet tal-libertà ta' espressjoni online u offline; jistieden lill-awtoritajiet Iranjani jirrispettaw u jipproteġu d-drittijiet ta' għaqda paċifika, u joqogħdu lura milli jużaw il-forza vjolenti fid-dispersjoni ta' assemblej mhux paċifiċi;

4.  Jesprimi s-simpatija u s-solidarjetà tiegħu mal-kampanja kontra l-kodiċi obbligatorju tal-ilbies tal-pajjiż; jikkundanna d-detenzjoni ta' nisa li neħħew il-veli tagħhom bħala parti mill-kampanja, u jitlob għall-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tagħhom;

5.  Jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-Iranjani li jipprotestaw biex itejbu s-sitwazzjoni soċjali u ekonomika tagħhom u li jfittxu d-drittijiet soċjali u ekonomiċi;

6.  Jesprimi tħassib serju dwar l-arresti ta' ċittadini doppji tal-UE u Iranjani mad-dħul tagħhom fl-Iran; jenfasizza li dawn l-arresti jfixklu l-opportunitajiet għal kuntatti bejn il-persuni, u jistieden lill-awtoritajiet Iranjani jippermettu lill-Iranjani kollha jivvjaġġaw b'mod sikur lejn il-pajjiż tat-twelid tagħhom;

7.  Jistieden lill-awtoritajiet Iranjani jiżguraw id-dritt tal-konvenuti kollha għal konsulent legali tal-għażla tagħhom fil-kawżi kollha fil-qorti mingħajr limitazzjonijiet bla bżonn, u d-dritt għal proċess ġust, f'konformità mal-impenji internazzjonali tal-Iran skont il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi; jistieden lill-Gvern Iranjan jiżgura d-drittijiet għal proċess ġust taċ-ċittadini kollha detenuti fl-Iran u jagħtihom proċess ekwu;

8.  Jistieden lill-awtoritajiet Iranjani jiggarantixxu l-libertà reliġjuża bi qbil mal-Kostituzzjoni Iranjana u mal-impenji internazzjonali tal-Iran, u jwaqqfu d-diskriminazzjoni kontra l-minoranzi reliġjużi kif ukoll kontra l-persuni li ma jemmnux; jikkundanna l-persekuzzjoni sistematika tal-minoranza Baha'i; jistieden, barra minn hekk, lill-awtoritajiet Iranjani jiżguraw li dawk kollha li jgħixu fil-pajjiż ikollhom l-istess protezzjoni quddiem il-liġi, irrispettivament mill-etniċità, ir-reliġjon jew it-twemmin tagħhom;

9.  Jistieden lill-awtoritajiet Iranjani jiggarantixxu f'kull ċirkostanza li d-difensuri kollha tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran ikunu jistgħu jwettqu l-attivitajiet leġittimi tagħhom tad-drittijiet tal-bniedem mingħajr il-biża' ta' rappreżalji u ħielsa minn kull restrizzjoni, inkluża ċ-ċaħda tal-libertà, l-intimidazzjoni u l-fastidju ġudizzjarju; jistieden lill-awtoritajiet Iranjani jwaqqfu l-atti kollha ta' intimidazzjoni u ta' rappreżalji kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż biex jikkomunikaw ma' uffiċjali tal-UE u tan-NU u ma' organizzazzjonijiet indipendenti tad-drittijiet tal-bniedem;

10.  Jistieden lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u lill-Kummissjoni jżidu l-isforzi tagħhom b'appoġġ għar-rebbieħa tal-Premju Sakharov li jinsabu f'riskju, inklużi Nasrin Sotoudeh u oħrajn li ġew arrestati jew ikkundannati jew li qed jiffaċċjaw il-piena tal-mewt jew proċessi manifestament inġusti f'pajjiżi terzi;

11.  Jistieden lill-Istati Membri tal-UE b'missjonijiet diplomatiċi fuq il-post jimplimentaw bis-sħiħ il-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem u jipprovdu l-appoġġ kollu xieraq lil Nasrin Sotoudeh u lil difensuri oħra tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi żjarat fil-ħabs, monitoraġġ tal-proċessi u l-għoti ta' assistenza legali jew kwalunkwe forma oħra ta' assistenza li jistgħu jeħtieġu;

12.  Jikkundanna bil-qawwa l-użu tal-piena tal-mewt, inkluż l-użu tagħha kontra delinkwenti minorenni, u jistieden lill-awtoritajiet Iranjani jintroduċu moratorju immedjat fuq l-użu tal-piena tal-mewt bħala pass lejn l-abolizzjoni tagħha; jinnota l-emendi għal-liġi dwar it-traffikar tad-droga, li għandhom inaqqsu l-impożizzjoni tal-piena kapitali;

13.  Itenni t-talba tiegħu li l-Iran japprofondixxi l-involviment tiegħu f'mekkaniżmi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem billi jikkoopera mar-Rapporteurs Speċjali u mekkaniżmi speċjali, fosthom billi japprova talbiet għall-aċċess għall-pajjiż min-naħa ta' detenturi ta' mandat; jenfasizza l-ħtieġa għal impenn aktar mill-qrib mal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem;

14.  Jitlob lill-UE, inkluż il-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, u lill-Istati Membri biex b'mod sistematiku jqajmu tħassib dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-pubbliku u fil-privat mal-awtoritajiet Iranjani f'fora bilaterali u multilaterali, inkluż dwar is-sitwazzjoni tal-priġunieri politiċi u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, u dwar il-libertà ta' espressjoni u ta' assoċjazzjoni, bħala kundizzjoni essenzjali biex isir aktar progress fir-relazzjonijiet ekonomiċi u politiċi; jesprimi l-appoġġ tiegħu għad-diskussjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza, madankollu, il-ħtieġa ta' djalogu formali bejn l-UE u l-Iran dwar id-drittijiet tal-bniedem ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem universali;

15.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u lill-Gvern u lill-Parlament tal-Iran.


L-Eġittu, b'mod partikolari s-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem
PDF 147kWORD 59k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2018 dwar l-Eġittu, partikolarment is-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem (2018/2968(RSP))
P8_TA(2018)0526RC-B8-0568/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Eġittu, b'mod partikolari dik tat-8 ta' Frar 2018 dwar l-eżekuzzjonijiet fl-Eġittu(1), dik tal-10 ta' Marzu 2016 dwar l-Eġittu, b'mod partikolari l-każ ta' Giulio Regeni(2), dik tas-17 ta' Diċembru 2015 dwar Ibrahim Halawa, li qed jiffaċċa l-possibiltà tal-piena tal-mewt(3) u dik tal-15 ta' Jannar 2015 dwar is-sitwazzjoni fl-Eġittu(4);

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar il-Piena tal-Mewt, dwar it-Tortura, dwar il-Libertà ta' Espressjoni u dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tal-UE dwar l-Eġittu ta' Awwissu 2013 u Frar 2014,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Eġittu tal-2001, li daħal fis-seħħ fl-2004, u msaħħaħ permezz tal-Pjan ta' Azzjoni tal-2007; wara li kkunsidra wkoll il-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu 2017-2020, adottati fil-25 ta' Lulju 2017, id-dikjarazzjoni konġunta maħruġa wara l-laqgħa tal-2017 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Eġittu, u d-dikjarazzjoni konġunta maħruġa wara l-5 laqgħa tas-Sottokumitat UE-Eġittu dwar Kwistjonijiet Politiċi, id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija f'Jannar 2018,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-10 ta' Ottubru 2017 mill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ), Federica Mogherini, u s-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Jum Ewropew u Dinji kontra l-Piena tal-Mewt, u d-dikjarazzjoni tat-2 ta' Novembru 2018 mill-kelliem tas-SEAE dwar l-attakk fuq pellegrini Nsara Kopti fl-Eġittu,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tas-26 ta' Jannar 2018 minn esperti tan-NU inklużi Nils Melzer, ir-Rapporteur Speċjali dwar it-tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, li tħeġġeġ lill-awtoritajiet Eġizzjani jwaqqfu l-eżekuzzjonijiet imminenti, id-dikjarazzjoni tal-4 ta' Diċembru 2018 mir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar akkomodazzjoni adegwata, Leilani Farha, u r-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, Michel Forst, u d-dikjarazzjoni tad-9 ta' Settembru 2018 mill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, Michelle Bachelet, li tikkundanna s-sentenzi tal-mewt mogħtija en masse lil 75 persuna,

–  wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tal-Eġittu, b'mod partikolari l-Artikolu 52 (dwar il-projbizzjoni tat-tortura fil-forom u t-tipi kollha), l-Artikolu 73 (dwar il-libertà tal-għaqda) u l-Artikolu 93 (dwar in-natura vinkolanti tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem),

–  wara li kkunsidra l-Protokolli 6 u 13 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 2 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Prinċipji u l-Linji Gwida Afrikani dwar id-Dritt għal Proċess Ġust u Assistenza Legali, li jipprojbixxu proċessi militari ta' persuni ċivili fi kwalunkwe ċirkostanza,

–  wara li kkunsidra l-Qafas Strateġiku u l-Pjan ta' Azzjoni ġodda tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, li għandhom l-għan li jqiegħdu l-protezzjoni u s-sorveljanza tad-drittijiet tal-bniedem fil-qalba tal-politiki kollha tal-UE,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra, il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Karta Għarbija tad-Drittijiet tal-Bniedem, li ġew ratifikati mill-Eġittu,

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR), li l-Eġittu hu parti tiegħu, u b'mod partikolari l-Artikoli 14 u 18 tiegħu u t-tieni protokoll fakultattiv dwar il-piena tal-mewt,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-kamra inferjuri tal-Italja, il-Kamra tad-Deputati, li tissospendi r-relazzjonijiet tagħha mal-Parlament Eġizzjan minħabba n-nuqqas ta' progress fl-investigazzjoni tal-mewt tal-istudent Taljan Giulio Regeni,

–  wara li kkunsidra l-impatt fuq id-drittijiet tal-bniedem, fil-livell domestiku kif ukoll reġjonali, tas-sanzjonijiet imposti mill-Arabja Sawdija, l-Eġittu, il-Bahrain u l-Emirati Għarab Magħquda kontra l-Qatar f'Ġunju, u r-rapport dwar l-impatt tal-kriżi tal-Golf fuq id-drittijiet tal-bniedem ippubblikat mill-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR) f'Diċembru 2017,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Gvern Eġizzjan intensifika t-trażżin tiegħu kontra l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, l-attivisti paċifiċi, l-avukati, il-bloggers, il-ġurnalisti, id-difensuri tad-drittijiet tal-ħaddiema u t-trejdjunjonisti, fosthom bl-arrest u l-għajbien ta' bosta minnhom u bl-użu dejjem akbar tal-liġijiet kontra t-terroriżmu u tal-istat ta' emerġenza; billi minn tard f'Ottubru 2018, mill-inqas 40 ħaddiem tad-drittijiet tal-bniedem, avukat u attivist politiku ġew arrestati, u wħud minnhom għebu b'mod sfurzat; billi d-difensuri u l-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem tan-nisa li jiddefendu d-drittijiet ta' persuni LGBTQI fl-Eġittu qed ikomplu jħabbtu wiċċhom ma' diversi forom ta' fastidju mmexxi mill-istat, b'mod partikolari permezz ta' kampanji ta' malafama u prosekuzzjoni ġudizzjarja;

B.  billi l-avukat tad-drittijiet tal-bniedem Ezzat Ghoneim, kap tal-Koordinazzjoni Eġizzjana għad-Drittijiet u l-Libertajiet (ECRF), ilu minn Marzu 2018 miżmum f'detenzjoni ta' qabel il-proċess, fuq akkużi ta' "terroriżmu tad-drittijiet tal-bniedem"; billi għadu mhux magħruf fejn jinsab minn meta qorti ordnat il-ħelsien tiegħu fl-4 ta' Settembru 2018; billi l-avukat tad-drittijiet tal-bniedem Ibrahim Metwally Hegazy, kofundatur tal-Lega tal-Familji ta' dawk li Għebu, ġie soġġett għal għajbien sfurzat u ttorturat u wara ordnat jinżamm f'detenzjoni preventiva arbitrarja, u għadu qed jinżamm f'reklużjoni; billi ċ-Ċentru El Nadeem ġie mġiegħel jagħlaq fl-2017;

C.  billi Amal Fathy, difensur tad-drittijiet tal-bniedem ngħatat sentenza ta' sentejn ħabs f'Settembru 2018, fuq akkużi ta' "tixrid ta' aħbarijiet foloz" bl-intenzjoni li tagħmel ħsara lill-istat Eġizzjan u ta' "indeċenza pubblika" wara li ppubblikat vidjo fuq il-midja soċjali li jikkritika l-fatt li l-gvern naqas milli jiġġieled il-vjolenza sesswali; billi s-Sa Fathy qed tinżamm f'detenzjoni ta' qabel il-proċess sakemm titwettaq investigazzjoni dwar sensiela ta' akkużi relatati mas-sigurtà nazzjonali;

D.  billi Ola al-Qaradawi, ċittadina tal-Qatar, u żewġha Hosam Khalaf, ċittadin Eġizzjan, ilhom mit-30 ta' Ġunju 2017 detenuti f'kundizzjonijiet terribbli fl-Eġittu, mingħajr ma ġew ifformulati akkużi kontrihom; billi f'Ġunju 2018, il-Grupp ta' Ħidma tan-NU dwar id-Detenzjoni Arbitrarja sab li dawn ġew soġġetti għal trattament krudili, inuman jew degradanti li jista' jammonta għal tortura, u ddikjara d-detenzjoni tagħhom bħala arbitrarja, filwaqt li talab lill-gvern Eġizzjan jeħlishom;

E.  billi fit-2 ta' Frar 2016 instab il-ġisem ta' Giulio Regeni, li għeb fil-Kajr fil-25 ta' Jannar, b'evidenza ta' torturi orribbli u mewt vjolenti; billi l-awtoritajiet Eġizzjani għadhom ma żvelawx il-verità dwar il-mewt tiegħu u ma ressqux it-trasgressuri kollha quddiem il-ġustizzja; billi l-Eġittu għal darba oħra ċaħad it-talba tal-uffiċċju tal-prosekutur Taljan li jidentifika l-aġenti involuti fl-għajbien u l-mewt ta' Regeni;

F.  billi Reporters Mingħajr Fruntieri ddokumentaw mill-inqas 38 ħaddiem tal-midja li bħalissa jinsabu detenuti fl-Eġittu għax-xogħol tagħhom, fuq il-bażi ta' prosekuzzjoni bbażata fuq il-politika u ksur multiplu tal-proċess dovut; billi l-ħaddiema tal-midja barranin huma wkoll fil-mira, u diversi korrispondenti tal-midja internazzjonali ġew deportati jew miżmuma milli jidħlu fl-Eġittu; billi l-fotoġurnalista Mahmoud 'Shawkan' Abu Zeid ngħata sentenza ta' ħames snin ħabs fi proċess tal-massa għall-attivitajiet professjonali leġittimi tiegħu u għadu qed jiskonta sentenza addizzjonali ta' sitt xhur ħabs minħabba li ma ħallasx multa sostanzjali; billi Ismail al-Iskandarani, ġurnalist prominenti u wieħed mill-ftit li jkopru l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sinaj, ġie arrestat f'Novembru 2015 u f'Mejju 2018 ġie kkundannat għal għaxar snin priġunerija minn qorti militari;

G.  billi f'Lulju 2018 ġiet adottata liġi tal-midja ġdida li twessa' d-definizzjoni tal-istampa biex tinkludi kwalunkwe kont tal-midja soċjali b'aktar minn 5 000 segwaċi, biex b'hekk kontijiet bħal dawn ikunu soġġetti għall-prosekuzzjoni fil-każ ta' pubblikazzjoni ta' "aħbarijiet foloz" jew kwalunkwe ħaġa li titqies li tikkostitwixxi inċitament biex tinkiser il-liġi; billi r-rispett għal-libertajiet ċivili - inklużi l-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-midja - huwa parti essenzjali mis-sisien ta' soċjetà demokratika, u l-ġurnalisti għandhom ikunu liberi li jeżerċitaw il-professjoni tagħhom mingħajr biża' ta' prosekuzzjoni jew priġunerija;

H.  billi kumpaniji bbażati f'diversi Stati Membri tal-UE komplew jesportaw teknoloġija ta' sorveljanza lill-Eġittu li tiffaċilita l-hacking u l-malware, kif ukoll forom oħra ta' attakki fuq id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-attivisti tas-soċjetà ċivili fuq il-midja soċjali; billi dan wassal għar-ripressjoni tal-libertà tal-espressjoni online;

I.  billi l-Eġittu fetaħ front legali kontra l-NGOs s-sena l-oħra permezz ta' liġi li tirrikjedi li l-aġenziji tas-sigurtà tal-Istat japprovaw il-finanzjament tagħhom, barrani jew domestiku, u b'hekk prattikament qed tipprojbixxu l-funzjonament tagħhom; billi fil-15 ta' Novembru 2018, il-President Al-Sisi talab li jsir rieżami tal-liġi dwar l-NGOs biex din issir aktar "ibbilanċjata" u inkariga lill-parlament biex jagħmel dan ir-rieżami; billi l-proċess mill-ġdid ta' 16-il imputat tal-"kawża ta' finanzjament barrani" 173/2011 huwa skedat għall-20 ta' Diċembru 2018, u l-akkużati qed jiffaċċjaw akkużi ta' twaqqif u ta' operat ta' fergħat ta' organizzazzjonijiet internazzjonali mingħajr liċenzja tal-gvern;

J.  billi fl-Eġittu għadu għaddej stat ta' emerġenza li ilu fis-seħħ minn April 2017 u li ġie estiż għal tliet xhur mill-21 ta' Ottubru 2018; billi skont il-midja tal-Istat, l-istat ta' emerġenza ġie introdott biex jgħin biex jiġu indirizzati l-"perikli u l-finanzjament tat-terroriżmu"; billi l-President u dawk li jaġixxu f'ismu għandhom is-setgħa li jirreferu liċ-ċivili quddiem qrati ta' emerġenza tas-sigurtà tal-istat matul il-perjodu tat-tliet xhur; billi l-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, Michelle Bachelet, ikkritikat l-isforzi biex tingħata immunità mill-prosekuzzjoni għal reati li allegatament twettqu minn membri tal-forzi tas-sigurtà, u dan idgħajjef il-fiduċja tal-poplu Eġizzjan fil-kapaċità tal-Gvern li jagħti ġustizzja lil kulħadd;

K.  billi l-liġi Eġizzjana kontra t-terroriżmu tal-2015 tuża definizzjoni wiesgħa ta' terroriżmu li tinkludi "l-ksur tal-ordni pubbliku, l-ipperikolar tas-sikurezza, l-interessi, jew is-sigurtà tas-soċjetà, l-ostakolar tad-dispożizzjonijiet tal-kostituzzjoni u tal-liġi, jew il-ħsara lill-għaqda nazzjonali, il-paċi soċjali jew is-sigurtà nazzjonali", u dan ipoġġi lill-dissidenti paċifiċi, lill-attivisti favur id-demokrazija u lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fis-sogru li jiġu ttikkettati bħala terroristi u kkundannati għall-mewt;

L.  billi tul il-mandat tal-President el-Sisi, il-qrati Eġizzjani rrakkomandaw mill-inqas 2443 sentenza ta' mewt preliminari - li fosthom, mill-inqas 12 huma tfal - u kkonfermaw mill-inqas 1451 sentenza ta' mewt; billi mill-inqas 926 sentenza ta' mewt ikkonfermata huma r-riżultat ta' proċessi tal-massa, ta' 15-il persuna jew aktar b'mod simultanju; billi matul l-istess perjodu, l-Eġittu ġġustizzja mill-inqas 144 persuna; billi l-piena tal-mewt, b'mod partikolari fi proċessi tal-massa, sikwit ġiet applikata kontra persuni li eżerċitaw id-drittijiet fundamentali tagħhom, inkluża l-libertà ta' għaqda;

M.  billi f'Awwissu, qorti fl-Eġittu kkonfermat is-sentenzi ta' aktar minn 739 persuna b'rabta mal-protesti li saru fi Pjazza Ramaa wara l-kolp ta' stat tal-2013; billi l-qorti rratifikat 75 sentenza ta' mewt u kkonfermat sentenzi ta' għomor ħabs għal 47 persuna oħra; billi ġew denunzjati diversi irregolaritajiet waqt il-proċess, u l-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem iddeskrivih bħala nuqqas serju ta' ġustizzja;

N.  billi fi tmiem Novembru, l-Eġittu ħabbar l-istabbiliment ta' "Kummissjoni Għolja Permanenti għad-Drittijiet tal-Bniedem", allegatament sabiex "jirrispondi għal talbiet" magħmula kontra r-rekord tad-drittijiet tal-bniedem tal-Eġittu u "jifformula viżjoni Eġizzjana unifikata"; billi l-membri ewlenin ta' din il-kummissjoni huma rappreżentanti tal-ministeri tal-affarijiet barranin u tal-intern, il-militar u s-servizzi tal-intelligence;

O.  billi minkejja r-rikonoxximent kostituzzjonali tal-kultura Kopta bħala "pilastru" tal-pajjiż, il-vjolenza u d-diskriminazzjoni kontra l-Eġizzjani ta' dixxendenza Kopta, li jiffurmaw il-maġġoranza tad-disa' miljun Nisrani fl-Eġittu, żdiedu mill-2011; billi l-Insara Kopti, li jammontaw għal madwar 10 % tal-popolazzjoni Eġizzjana prevalentement Musulmana, ġarrbu l-piż tal-vjolenza settarja; billi fit-2 ta' Novembru 2018 attakk imwettaq minn militanti Iżlamiċi fuq xarabank ta' pellegrini Insara Kopti f'Minya qatel sebgħa u ħalla 19 midruba, u dan wera l-isfidi ta' sigurtà li l-Eġittu qed iħabbat wiċċu magħhom;

P.  billi l-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Eġittu għandu jiltaqa' fl-20 ta' Diċembru 2018; billi missjoni tas-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Parlament Ewropew lejn l-Eġittu ġiet skedata qabel il-laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni; billi l-Eġittu ma espandiex b'mod uffiċjali stedina għal din id-delegazzjoni;

Q.  billi l-Eġittu għadda minn diversi żviluppi diffiċli mir-rivoluzzjoni tal-2011 u l-komunità internazzjonali qed tappoġġa lill-pajjiż fl-indirizzar tal-isfidi ekonomiċi, politiċi u tas-sigurtà tiegħu; billi jeżistu sfidi serji tas-sigurtà fl-Eġittu, b'mod partikolari fis-Sinaj, fejn xi gruppi terroristiċi wettqu attakki fuq il-forzi tas-sigurtà; billi fl-Eġittu seħħew għadd ta' attakki terroristiċi devastanti;

R.  billi l-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu ġodda għall-2017-2020, adottati f'Lulju 2017 huma ggwidati minn impenn komuni favur il-valuri universali tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, u jikkostitwixxu qafas imġedded għal impenn politiku u kooperazzjoni msaħħa, inkluż dwar is-sigurtà, ir-riforma ġudizzjarja u l-ġlieda kontra t-terroriżmu, fuq bażi ta' rispett xieraq għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali; billi s-Sottokumitat dwar Kwistjonijiet Politiċi, id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Eġittu u l-Unjoni Ewropea kellu l-ħames sessjoni tiegħu li saret fil-Kajr fl-10 u l-11 ta' Jannar 2018, u dan indirizza l-kooperazzjoni fl-oqsma tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt; billi s-6 laqgħa tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni Eġittu-UE saret fit-8 ta' Novembru 2018;

S.  billi l-UE hija s-sieħba ekonomika ewlenija tal-Eġittu u s-sors ewlieni ta' investiment barrani tiegħu; billi l-assistenza bilaterali tal-UE lill-Eġittu fl-ambitu tal-Istrument Ewropew tal-Viċinat għall-2017-2020 tammonta għal madwar EUR 500 miljun; billi fil-21 ta' Awwissu 2013 il-Kunsill Affarijiet Barranin inkariga lir-Rappreżentant Għoli biex teżamina mill-ġdid l-assistenza tal-UE lill-Eġittu; billi l-Kunsill iddeċieda li l-kooperazzjoni tal-UE mal-Eġittu għandha tkun aġġustata mill-ġdid skont l-iżviluppi fil-post;

T.  billi t-toroq biex tinkiseb oppożizzjoni politika paċifika ġew eliminati matul il-proċess tal-elezzjoni presidenzjali tal-2018, b'ċaħda massiċċa tad-dritt tal-votanti Eġizzjani għal parteċipazzjoni politika;

U.  billi l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tal-21 ta' Awwissu 2013 iddikjaraw li l-Istati Membri qablu wkoll li jissospendu l-liċenzji tal-esportazzjoni lejn l-Eġittu ta' kwalunkwe tagħmir li jista' jintuża għar-ripressjoni interna u li jerġgħu jivvalutaw il-liċenzji tal-esportazzjoni ta' tagħmir koperti mill-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK u jeżaminaw mill-ġdid l-assistenza ta' sigurtà tagħhom mal-Eġittu; billi l-KAB tenna dawn il-konklużjonijiet fi Frar 2014; billi l-VP/RGħ ikkonfermat permezz ta' tweġiba bil-miktub datata s-27 ta' Ottubru 2015 li dawn il-konklużjonijiet kienu jikkostitwixxu "impenn politiku kontra kwalunkwe appoġġ militari lill-Eġittu";

1.  Jikkundanna bil-qawwa r-restrizzjonijiet kontinwi fuq id-drittijiet demokratiċi fundamentali, b'mod partikolari l-libertà ta' espressjoni kemm online kif ukoll offline, il-libertà ta' assoċjazzjoni u ta' għaqda, il-pluraliżmu politiku u l-istat tad-dritt fl-Eġittu; jitlob li jieqfu minnufih l-atti kollha ta' vjolenza, inċitament, diskors ta' mibegħda, fastidju, intimidazzjoni, għajbien sfurzat u ċensura diretti kontra difensuri tad-drittijiet tal-biedem, avukati, persuni li jipprotestaw, ġurnalisti, bloggers, sindakalisti, studenti, attivisti tad-drittijiet tan-nisa, persuni LGBTI, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, avversarji politiċi u minoranzi, inklużi n-Nubjani, min-naħa tal-awtoritajiet tal-istat, il-forzi u s-servizzi tas-sigurtà u gruppi oħra fl-Eġittu; jikkundanna l-użu tal-vjolenza eċċessiva fil-konfront tad-dimostranti; jitlob li ssir investigazzjoni indipendenti u trasparenti dwar il-ksur kollu tad-drittijiet tal-bniedem u li dawk li jwettquh jinżammu responsabbli;

2.  Jistieden lill-Gvern Eġizzjan biex minnufih u mingħajr kundizzjonijiet jeħles lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem Ahmad Amasha, Hanan Badr el-Din, Amal Fathy, Ezzat Ghoneim, Hoda Abdelmoneim, Ibrahim Metwally Hegazy u Azzouz Mahgoub, u tal-ħaddiema tal-midja Mahmoud "Shawkan" Abu Zeid, Hisham Gaafar, Mohammed "Oxygen" Ibraim, Ismail Iskandarani, Adel Sabri, Adel Sari, Ahmed Tarek Ibrahim Ziada, Alaa Abdelfattah, Shady Abu Zaid, Mostafa al-Aasar, Hassan al-Bannaand u Moataz Wadnan, u tal-oħrajn kollha miżmuma sempliċement għall-eżerċizzju paċifiku tal-libertà ta' espressjoni tagħhom, bi ksur tal-kostituzzjoni Eġizzjana u tal-obbligi internazzjonali; sakemm jinħelsu, jistieden lill-Eġittu jippermettilhom aċċess sħiħ għall-familji tagħhom, l-avukati tal-għażla tagħhom u kura medika adegwata, u jwettqu investigazzjonijiet kredibbli dwar kwalunkwe allegazzjoni ta' trattament ħażin jew tortura; jistieden lill-UE timplimenta b'mod sħiħ il-kontrolli tal-esportazzjoni tagħha lejn l-Eġittu, fir-rigward ta' oġġetti li jistgħu jintużaw għat-tortura jew għall-piena kapitali;

3.  Ifakkar lill-Gvern Eġizzjan li l-prosperità fuq żmien twil tal-Eġittu u tal-poplu tiegħu timxi id f'id mal-protezzjoni tad-drittijiet universali tal-bniedem u l-istabbiliment u l-ankrar ta' istituzzjonijiet demokratiċi u trasparenti li jkunu impenjati li jipproteġu d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini; jistieden, għalhekk, lill-awtoritajiet Eġizzjani jimplimentaw bis-sħiħ il-prinċipji tal-konvenzjonijiet internazzjonali li l-Eġittu aderixxa għalihom;

4.  Jistieden lill-awtoritajiet Eġizzjani jwaqqgħu l-investigazzjonijiet kriminali eżistenti kollha li huma bla bażi kontra l-NGOs, inkluż il-"każ ta' finanzjament barrani", u jirrevokaw il-liġi dwar l-NGOs iebsa immens; iħeġġeġ is-sostituzzjoni ta' dik il-liġi b'qafas leġiżlattiv ġdid, li għandu jiġi abbozzat f'konsultazzjoni ġenwina mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili f'konformità mal-obbligi domestiċi u internazzjonali tal-Eġittu sabiex tiġi protetta l-libertà ta' assoċjazzjoni;

5.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar il-proċessi tal-massa mill-qrati Eġizzjani u l-għadd kbir ta' sentenzi tal-mewt u ta' sentenzi twal ta' ħabs mogħtija minnhom; jistieden lill-awtoritajiet ġudizzjarji Eġizzjani jieqfu japplikaw il-piena tal-mewt kontra individwi, anke kontra dawk ta' anqas minn 18-il sena fil-mument tar-reat allegat tagħhom, u jżommu u jirrispettaw il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, li fih l-Eġittu huwa parti kontraenti, u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu dwar id-dritt għal proċess ġust u f'waqtu bbażat fuq akkużi ċari, u jiżgura r-rispett tad-drittijiet tal-konvenuti;

6.  Itenni l-istedina tiegħu biex l-Eġittu jiffirma u jirratifika t-Tieni Protokoll Fakultattiv għall-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi mmirat lejn l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt, kif ukoll il-Konvenzjoni Internazzjonali tan-NU għall-Ħarsien tal-Persuni Kollha mill-Għajbien Sfurzat; iħeġġeġ lill-Gvern Eġizzjan joħroġ stedina miftuħa lir-Rapporteurs Speċjali rilevanti tan-NU biex iżuru l-pajjiż;

7.  Jistieden lill-Parlament Eġizzjan jirrevedi l-Kodiċi Kriminali, il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, il-leġiżlazzjoni kontra t-terroriżmu u l-Kodiċi Militari tal-Eġittu; jistieden lill-awtoritajiet Eġizzjani jieqfu mill-proċessi kontra persuni ċivili fi qrati militari;

8.  Jesprimi tħassib serju dwar ir-rappreżalji kontra persuni li jikkooperaw jew ifittxu li jikkooperaw ma' organizzazzjonijiet internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem jew ma' entitajiet tad-drittijiet tal-bniedem tan-NU, bħal, l-aktar reċentement, ir-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar alloġġ xieraq; ifakkar lill-awtoritajiet Eġizzjani fl-obbligi tal-Eġittu bħala membru tan-NU li jżomm lura minn atti bħal dawn;

9.  Jikkundanna l-persekuzzjoni kontinwa ta' gruppi ta' minoranza fl-Eġittu; itenni l-impenn tiegħu favur il-libertà tal-kuxjenza u tar-reliġjon fl-Eġittu, u jappella għall-promozzjoni ta' kollaborazzjoni internazzjonali, inkluża investigazzjoni indipendenti min-NU biex tiġi vvalutata s-sitwazzjoni tal-Insara Kopti fl-Eġittu; jistieden lill-Eġittu jirrevedi l-liġijiet tiegħu dwar il-blasfemija u jiżgura l-protezzjoni minnha għal minoranzi reliġjużi;

10.  Iħeġġeġ lill-Gvern Eġizzjan itemm il-miżuri diskriminatorji kollha li ġew stabbiliti wara Ġunju 2017 kontra ċittadini tal-Qatar, b'referenza partikolari għall-każ ta' Ola al-Qaradawi u żewġha Hosam Khalaf;

11.  Jappoġġa l-aspirazzjonijiet tal-maġġoranza tal-poplu Eġizzjan li jixtiequ jistabbilixxu pajjiż liberu, stabbli, prosperu, inklużiv u demokratiku li jirrispetta l-impenji nazzjonali u internazzjonali tiegħu dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali; ifakkar li r-rispett tal-espressjoni paċifika tal-opinjoni u l-kritika huwa importanti;

12.  Jestendi l-kondoljanzi l-aktar sinċieri tiegħu lill-familji tal-vittmi tat-terroriżmu; jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-poplu Eġizzjan, u jafferma mill-ġdid l-impenn tiegħu biex jiġġieled it-tixrid ta' ideoloġiji radikali u gruppi terroristiċi;

13.  Iħeġġeġ lill-Gvern Eġizzjan jiżgura li l-operazzjonijiet kollha fis-Sinaj jitwettqu f'konformità mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, jinvestiga bir-reqqa l-abbużi kollha, jiftaħ immedjatament it-Tramuntana tas-Sinai għal osservaturi u ġurnalisti indipendenti, jipprovdi lir-residenti bi bżonnijiet essenzjali u jippermetti li organizzazzjonijiet indipendenti li jagħtu għajnuna jipprovduha lil persuni fil-bżonn;

14.  Jistieden lill-VP/RGħ tagħti prijorità lis-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fl-Eġittu, u tikkundanna s-sitwazzjoni allarmanti tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż, inkluż l-użu tal-piena tal-mewt; iħeġġeġ lis-SEAE jindirizza l-iżviluppi reċenti fl-Eġittu u juża l-mezzi kollha ta' influwenza għad-dispożizzjoni tiegħu biex jagħmel pressjoni fuq l-Eġittu sabiex dan itejjeb is-sitwazzjoni tiegħu tad-drittijiet tal-bniedem u jwaqqaf l-eżekuzzjonijiet imminenti, u jitlob il-ħelsien immedjat ta' dawk li jinsabu f'detenzjoni, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet Eġizzjani jirrispettaw l-impenji tagħhom lejn normi u liġijiet internazzjonali;

15.  Jissottolinja l-importanza li l-UE tagħti lill-kooperazzjoni tagħha mal-Eġittu bħala ġar u sieħeb importanti; iħeġġeġ bil-qawwa għalhekk lill-Eġittu jirrispetta l-impenn tiegħu meħud fil-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu adottati fis-27 ta' Lulju 2017 għall-promozzjoni tad-demokrazija, il-libertajiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem, f'konformità mal-kostituzzjoni u l-istandards internazzjonali; jissottolinja li l-Prijoritajiet tas-Sħubija ġew konklużi mal-Eġittu fl-2017 minkejja deterjorament kontinwu fl-oqsma tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt; iħeġġeġ lill-VP/RGħ u lill-Istati Membri jagħmlu l-kooperazzjoni ulterjuri mal-Eġittu kondizzjonali fuq ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, u jintegraw it-tħassib dwar id-drittijiet tal-bniedem fit-taħditiet kollha mal-awtoritajiet Eġizzjani, speċjalment fir-rigward tat-tliet prijoritajiet stabbiliti; itenni li d-drittijiet tal-bniedem m'għandhomx jiġu mminati mill-ġestjoni tal-migrazzjoni jew minn azzjonijiet kontra t-terroriżmu;

16.  Ifakkar lill-awtoritajeit Eġizzjani li l-livell ta' impenn tal-UE fil-konfront tal-Eġittu għandu jkun abbażi ta' inċentivi, bi qbil mal-prinċipju "aktar għal aktar" tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, u għandu jiddependi mill-progress fir-riformi tal-istituzzjonijiet demokratiċi, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem;

17.  Iħeġġeġ lill-VP/RGħ u lill-Istati Membri jżommu pożizzjoni b'saħħitha u magħquda dwar il-pożizzjoni tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Eġittu skedata għall-20 ta' Diċembru 2018, kif għandhom jagħmlu fil-fora kollha tad-drittijiet tal-bniedem u f'laqgħat bilaterali u multilaterali, u jartikolaw b'mod ċar il-konsegwenzi li l-Gvern Eġizzjan se jiffaċċja f'każ li ma jreġġax lura t-tendenza abbużiva tiegħu, bħal sanzjonijiet immirati kontra individwi responsabbli minn ksur tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden ukoll lill-UE toħroġ dikjarazzjoni soda fis-sessjoni li jmiss tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, anke fid-dawl tar-rakkomandazzjonijiet tal-Eżami Perjodiku Universali tan-NU tal-2019 (EPU);

18.  Ifakkar fir-rabja kontinwa tiegħu dwar it-tortura u l-qtil tar-riċerkatur Taljan Giulio Regeni; jenfasizza li se jkompli jagħmel pressjoni fuq l-awtoritajiet tal-UE biex jimpenjaw ruħhom mal-kontrapartijiet Eġizzjani tagħhom sakemm tkun stabbilita l-verità dwar dan il-każ u dawk ħatja jinżammu responsabbli; ifakkar lill-awtoritajiet Eġizzjani fir-responsabbiltà tagħhom għas-sikurezza tat-tim legali Taljan u Eġizzjan li qed jinvestiga l-każ ta' Giulio Regeni;

19.  Itenni t-talba tiegħu lill-Istati Membri biex iwaqqfu l-esportazzjonijiet ta' teknoloġija ta' sorveljanza u ta' tagħmir ta' sigurtà lejn l-Eġittu li jistgħu jiffaċilitaw attakki fuq difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u attivisti tas-soċjetà ċivili, inkluż fuq il-midja soċjali;

20.  Jiddispjaċih ħafna dwar in-nuqqas ta' rieda murija mill-awtoritajiet Eġizzjani li jorganizzaw missjoni tas-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Parlament Ewropew lejn il-Kajr; jistenna li l-UE tiddenunzja r-rifjut kontinwu tal-awtoritajiet Eġizzjani li jawtorizzaw din iż-żjara;

21.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, u lill-Gvern u lill-Parlament tal-Eġittu.

(1) Testi adottati, P8_TA(2018)0035.
(2) ĠU C 50, 9.2.2018, p. 42.
(3) ĠU C 399, 24.11.2017, p. 130.
(4) ĠU C 300, 18.8.2016, p. 34.


It-Tanzanija
PDF 129kWORD 52k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2018 dwar it-Tanzanija (2018/2969(RSP))
P8_TA(2018)0527RC-B8-0570/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar it-Tanzanija, fosthom dik tat-12 ta' Marzu 2015(1),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni f'isem l-UE tar-Rappreżentant Għoli Federica Mogherini tal-15 ta' Novembru 2018 dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Tanzanija,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni lokali tal-UE tat-23 ta' Frar 2018 dwar iż-żieda fil-vjolenza u l-intimidazzjoni marbuta mal-politika fit-Tanzanija,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2016 dwar l-ugwaljanza tal-persuni LGBTI,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' Michelle Bachelet, il-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR), tat-2 ta' Novembru 2018 dwar il-prosekuzzjoni u l-arresti ta' persuni LGBT fit-Tanzanija;

–  wara li kkunsidra s-Sett ta' Miżuri tal-Kunsill tal-UE għall-promozzjoni u l-protezzjoni tat-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem kollha minn persuni leżbjani, omosesswali, bisesswali u transesswali (sett ta' miżuri LGBT),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Patt dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal,

–  wara li kkunsidra l-Karta Afrikana għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli (ACHPR),

–  wara li kkunsidrat il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE ("l-Ftehim ta' Cotonou"),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, sa mill-elezzjoni tal-President tat-Tanzanija John Pombe Magufuli fl-2015, id-drittijiet bażiċi fil-pajjiż ġew imminati permezz ta' liġijiet u digrieti repressivi; billi l-ġurnalisti kritiċi, il-politiċi tal-oppożizzjoni u l-attivisti tas-soċjetà ċivili li ma jibżgħux jitkellmu kienu vittmi ta' theddid, detenzjoni arbitrarja u fastidju;

B.  billi matul dawn l-aħħar sentejn, fil-pajjiż kien hemm żieda fl-istigmitizzazzjoni, fil-vjolenza u fl-arresti mmirati kontra persuni LGBTI; billi skont id-dritt Tanzani, relazzjonijiet bejn persuni tal-istess sess huma reat punibbli bi tletin sena priġunerija sa priġunerija għall-għomor; billi l-liġi kontra l-omosesswalità tat-Tanzanija hija fost l-aktar ħarxa fid-dinja;

C.  billi fit-Tanzanija, irġiel suspettati li huma omosesswali huma soġġetti għal eżamijiet anali b'mod sfurzat, metodu skreditat ta' kif tiġi "ppruvata" imġiba omosesswali, li n-Nazzjonijiet Uniti u l-Kummissjoni Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli ddefinixxew bħala tortura;

D.  billi Paul Makonda, il-kummissarju reġjonali ta' Dar es Salaam, huwa promotur prominenti tar-repressjoni; billi, f'konferenza stampa fil-31 ta' Ottubru 2018, huwa ħabbar il-ħolqien ta' task force sabiex tintraċċa persuni omosesswali, prostituti u persuni li jiġbru fondi frodulenti fuq il-midja soċjali; billi huwa stieden lill-pubbliku jirrapporta lill-awtoritajiet persuni suspettati li huma omosesswali;

E.  billi l-Ministeru għas-Saħħa issospenda temporanjament il-provvediment ta' servizzi ta' HIV u AIDS fil-livell tal-komunità u għalaq ċentri ta' akkoljenza għal gruppi ewlenin tal-popolazzjoni, fosthom irġiel omosesswali; billi fis-17 ta' Frar 2017, il-Ministeru għalaq 40 ċentru tas-saħħa abbażi li allegatament dawn ħeġġew l-omosesswalità; billi diversi organizzazzjonijiet irrapportaw li b'riżultat tar-repressjoni fuq il-komunità LGBTI, irġiel li huma pożittivi għall-HIV ma jistgħux isibu aċċess għat-trattament antiretrovirali tagħhom, filwaqt li oħrajn waqfu jaċċessaw servizzi ta' ttestjar u ta' prevenzjoni;

F.  billi f'Novembru 2019, għaxar irġiel ġew arrestati f'Żanżibar talli allegatament wettqu ċerimonja ta' żwieġ bejn persuni tal-istess sess; billi fis-17 ta' Ottubru 2018, 13-il attivist tas-saħħa u tad-drittijiet tal-bniedem ġew arrestati talli pparteċipaw f'laqgħa biex jiddiskutu liġi li tillimita l-aċċess ta' persuni LGBTI għal xi servizz tas-saħħa;

G.  billi bosta tfal u żgħażagħ, b'mod partikolari bniet, huma esposti għal abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u prattiki dannużi, inklużi vjolenza sesswali mifruxa, pieni korporali, żwieġ tat-tfal u tqala fost it-tfajliet adolexxenti, li jagħmluha diffiċli jew impossibbli għalihom li jattendu l-iskola; billi l-Gvern Tanzinjan qiegħed jostakola l-aċċess għas-servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva u jintimida organizzazzjonijiet li jipprovdu informazzjoni dwar dawn is-servizzi;

H.  billi fit-22 ta' Ġunju 2018, il-President Magufuli ħareġ dikjarazzjoni li tipprojbixxi lill-bniet tqal milli jattendu l-iskola; billi l-awtoritajiet qegħdin jintimidaw lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jippromwovu d-drittijiet tal-bniet tqal biex imorru lura l-iskola;

I.  billi l-Kummissjoni tat-Tanzanija għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Governanza Tajba ilha ma topera għal xi żmien; billi l-President Magufuli ma ħatarx kummissarji jew persuni oħra fil-kariga tal-Kummissjoni;

J.  billi l-gvern għalaq jew hedded l-istazzjonijiet tar-radju u l-gazzetti li huma proprjetà privata, u temm it-trażmissjonijiet diretti ta' dibattiti parlamentari; billi ngħalqu stazzjonijiet lokali u dekodifikaturi li kienu juru stazzjonijiet lokali;

K.  billi l-Assemblea Nazzjonali tat-Tanzanija għaddiet l-Att dwar iċ-Ċiberkriminalità fl-2015 u r-Regolamenti dwar il-Kontenut Online f'Settembru 2018 bl-għan li tikkontrolla l-kontenut użat fuq il-midja soċjali; billi l-Att dwar l-Istatistika adottat fl-2015 jiddikjara li mhuwiex permess li jiġu diskussi jew mistoqsija ċerti statistiċi kkomunikati mill-gvern;

L.  billi membri ewlenin tal-oppożizzjoni huma arrestati regolarment fuq akkużi li jvarjaw minn li allegatament insultaw lill-President għal informazzjoni falza u tixwix; billi 20 membru tal-partit ewlieni tal-oppożizzjoni tat-Tanzanija ġew arrestati f'Lulju 2018 fuq allegazzjonijiet li kienu qegħdin joħolqu problemi; billi mill-bidu tal-2018, diversi membri u parlamentari tal-oppożizzjoni politika kienu attakkati b'mod vjolenti u saħansitra nqatlu; billi fit-22 ta' Frar 2018, Godfrey Luena, membru tal-parlament tal-partit ewlieni tal-oppożizzjoni tat-Tanzanija, Chama Cha Demokrasia na Maendeleo (CHADEMA) u difensur lokali tad-drittijiet fuq l-art, inqatel b'machetes barra daru; billi f'Novembru 2018, il-koordinatur tal-programm tal-Kumitat għall-Ħarsien tal-Ġurnalisti (CPJ), Africa Angela Quintal, u l-kollega tagħha, Muthoki Mumo, ġew arrestati u rilaxxati wara pressjoni internazzjonali;

M.  billi l-iżvilupp tat-turiżmu f'dawn l-aħħar snin, wassal għal żieda fl-attività, b'mod partikolari fir-reġjun ta' Serengeti fejn jgħixu l-Maasai; billi l-kontroll tal-art li tinħadem jew li hija skarsa għall-finijiet ta' spekulazzjoni wasslet għal tensjonijiet qawwija f'din iż-żona;

N.  billi l-Kap tad-Delegazzjoni tal-UE, Roeland van de Geer, ġie sfurzat jitlaq mill-pajjiż wara li l-awtoritajiet Tanzanin żiedu l-pressjoni fuqu; billi, wara l-elezzjoni tal-President Magufuli, il-Kap tal-UN Women, il-Kap tal-UNDP u l-Kap tal-Unesco, ilkoll tkeċċew mit-Tanzanija;

O.  billi r-Rappreżentant Għoli tal-UE Federica Mogherini ħabbret rieżami komprensiv tar-relazzjonijiet tal-Unjoni mat-Tanzanija;

1.  Jinsab imħasseb dwar is-sitwazzjoni politika li qiegħda tiddeterjora fit-Tanzanija, ikkaratterizzata minn tnaqqis tal-ispazju pubbliku permezz tal-issikkar tar-restrizzjonijiet fuq l-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, tal-midja u ta' bosta partiti politiċi; jinsab imħasseb ferm dwar id-deterjorament tas-sitwazzjoni għall-persuni LGBTI;

2.  Jikkundanna kull inċitament għall-mibegħda u l-vjolenza għal raġunijiet ta' orjentament sesswali; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Tanzanin jiżguraw li Paul Makonda jtemm il-provokazzjoni tiegħu kontra l-komunità LGBTI u jitressaq quddiem il-ġustizzja għal inċitament għall-vjolenza;

3.  Jappella biex isiru investigazzjonijiet indipendenti dwar il-każijiet ta' attakki u assalti fuq ġurnalisti, persuni LGBTI, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u membri tal-partit tal-oppożizzjoni, bil-għan li dawk suspettati li wettqu reat jitressqu quddiem il-ġustizzja;

4.  Ifakkar lill-Gvern Tanzani dwar l-obbligi tiegħu, fosthom l-impenji li għamel fil-qafas tal-Ftehim ta' Cotonou, biex jipproteġi d-drittijiet, id-dinjità u l-integrità fiżika taċ-ċittadini kollha fi kwalunkwe ċirkostanza;

5.  Jistieden lit-Tanzanija tirrevoka l-liġijiet li jikkriminalizzaw l-omosesswalità;

6.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri tagħha jagħmlu użu sħiħ mis-Sett ta' Miżuri LGBT u jħeġġu lil pajjiżi terzi jiddekriminalizzaw l-omosesswalità, filwaqt li jgħinu biex tonqos il-vjolenza u d-diskriminazzjoni, u jipproteġu d-drittijiet ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem LGBTI;

7.  Jistieden lill-awtoritajiet Tanzanin jemendaw d-dispożizzjonijiet restrittivi kollha fl-Att dwar iċ-Ċiberkriminalità, fir-Regolamenti dwar il-Komunikazzjonijiet Elettroniċi u Postali (Kontenut Online) u l-Att dwar is-Servizzi tal-Midja, u jissostitwixxuhom b'dispożizzjonijiet li jiggarantixxu l-libertà ta' espressjoni u tal-midja f'konformità mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem;

8.  Jistieden lill-awtoritajiet Tanzanin jirrevokaw kwalunkwe liġi, politika jew ostaklu ieħor għas-servizzi u l-informazzjoni li n-nisa, il-bniet, u l-ommijiet żgħażagħ jeħtieġu għal ħajja b'saħħitha, l-aktar b'mod partikolari d-dikjarazzjoni tal-President Magufuli li l-bniet li jsiru omm ma għandhomx jitħallew jirritornaw l-iskola, inkluż it-tħassir ta' regolamenti li jagħmluha legali li tfajliet tqal jitkeċċew mill-iskola;

9.  Iħeġġeġ lill-President tat-Tanzanija jagħmel il-Kummissjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-pajjiż operattiva malajr kemm jista' jkun, jaħtar kummissarji sabiex jagħtu segwitu għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, u jieħu azzjoni biex jappoġġa ħaddiema domestiċi barra minn pajjiżhom;

10.  Jitlob lill-awtoritajiet tat-Tanzanija jirrilaxxaw lill-priġunieri politiċi kollha;

11.  Jesprimi tħassib serju dwar il-pressjoni eżerċitata mill-Gvern tat-Tanzanija fuq il-Kap tad-Delegazzjoni tal-UE, Roeland van de Ger; jilqa' d-deċiżjoni tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha li jwettqu rieżami komprensiv tal-politiki tal-UE fil-konfront tat-Tanzanija; jinsisti fuq l-importanza ta' djalogu politiku biex jinstabu impenji tanġibbli min-naħa tal-awtoritajiet Tanzanin lejn il-ħolqien ta' ambjent favorevoli għall-operat tas-soċjetà ċivili, tal-partiti politiċi u tal-midja; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li referenza espliċita għal nondiskriminazzjoni abbażi tal-orjentazzjoni sesswali tkun inkluża fil-ftehim ta' sħubija AKP-UE futur ta' wara l-2020;

12.  Jesprimi tħassib dwar is-sitwazzjoni tal-persuni Maasai; jikkundanna l-użu tal-forza mill-awtoritajiet u l-forzi tas-sigurtà;

13.  Jistieden lill-awtoritajiet Tanzanin jaġixxu b'mod deċiżiv biex jissalvagwardjaw id-drittijiet tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, tal-ġurnalisti, tal-ħaddiema tas-saħħa u tal-attivisti politiċi skont il-kostituzzjoni tat-Tanzanija, il-Karta Afrikana tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli u l-obbligi u l-impenji internazzjonali u reġjonali tal-pajjiż;

14.  Jappella lill-UE tkompli tissorvelja mill-qrib is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fit-Tanzanija, b'mod partikolari permezz ta' rapportar regolari mid-delegazzjoni tagħha; jistieden lid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jipprovdu protezzjoni ta' emerġenza u appoġġ lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jinsabu f'riskju;

15.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-Kunsill AKP-UE, lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Afrikana, lill-istituzzjonijiet tal-Komunità tal-Afrika tal-Lvant, u lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tat-Tanzanija.

(1) ĠU C 316, 30.8.2016, p. 122.


Blockchain: politika kummerċjali mfassla għall-ġejjieni
PDF 176kWORD 60k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2018 dwar il-blockchain: politika kummerċjali mfassla għall-ġejjieni (2018/2085(INI))
P8_TA(2018)0528A8-0407/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 207(3) u 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim dwar it-Teknoloġija tal-Informazzjoni (ITA) tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ,

–  wara li kkunsidra l-Programm ta' Ħidma dwar il-Kummerċ Elettroniku tad-WTO,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Faċilitazzjoni tal-Kummerċ tad-WTO,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Riveduta ta' Kjoto mill-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Mejju 2016 dwar muniti virtwali(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Lulju 2016 dwar strateġija futura ġdida progressiva u innovattiva dwar il-kummerċ u l-investiment(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Diċembru 2017 dwar "Lejn strateġija għall-kummerċ diġitali"(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Mejju 2017 dwar l-evalwazzjoni tal-aspetti esterni ta' prestazzjoni u l-ġestjoni doganali bħala għodda biex jiġi ffaċilitat il-kummerċ u jiġi miġġieled il-kummerċ illeċitu(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Settembru 2017 dwar l-impatt tal-kummerċ internazzjonali u l-politiki kummerċjali tal-UE fuq il-katini ta' valur mondjali(5),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-Kummerċ u l-Għoti tas-Setgħa Ekonomika lin-Nisa fl-Okkażjoni tal-Konferenza Ministerjali tad-WTO f'Buenos Aires f'Diċembru 2017(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data jew GDPR)(7),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni dwar dispożizzjonijiet orizzontali għal flussi ta' data transkonfinali għall-protezzjoni tad-data personali (fi ftehimiet ta' kummerċ u investiment tal-UE),

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Politika "Kummerċjali għal Kulħadd: It-Twettiq ta' Politika Kummerċjali Progressiva li Tisfrutta b'Mod Għaqli l-Globalizzazzjoni'" (COM(2017)0491),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-2016 tal-Kap Konsulent Xjentifiku tal-Uffiċċju għax-Xjenza tal-Gvern tar-Renju Unit dwar "Distributed Ledger Technology: beyond blockchain" (It-Teknoloġija tar-Reġistru Distribwit: lil hinn mill-blockchain)(8),

–  wara li kkunsidra l-White Paper tal-2018 taċ-Ċentru tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iffaċilitar tal-Kummerċ u għan-Negozju Elettroniku (UN/CEFACT) dwar l-applikazzjonijiet tekniċi tal-blockchain,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-10 ta' April 2018 minn 21 Stat Membru tal-UE u n-Norveġja dwar l-istabbiliment ta' Sħubija ta' Blockchain Ewropea(9), li warajha ħames Stati Membri oħra ngħaqdu mas-Sħubija, li wassal għan-numru attwali ta' 27 pajjiż firmatarju,

–  wara li kkunsidra t-tnedija tal-Kummissjoni tal-Osservatorju u l-Forum tal-Blockchain tal-UE fl-1 ta' Frar 2018(10),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta' Ottubru 2017(11),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0407/2018),

A.  billi f'dan ir-rapport il-blockchain se jitqies, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, bħala teknoloġija tar-reġistru distribwit (DLT) privata u permessa, li tinkludi bażi tad-data magħmula minn blokki ta' data sekwenzjali li huma miżjuda bil-kunsens tal-operaturi tan-netwerk;

B.  billi diversi studji ta' każijiet u industriji se jiksbu utilità differenti minn taħlita ta' blockchains privati/pubbliċi, bil-permess/mingħajr permess;

C.  Billi kull blokka fuq blockchain għandha hash li tivverifika d-data fuq blokok preċedenti, li b'hekk tippermetti lil partijiet separati jidħlu fi tranżazzjonijiet b'fiduċja u obbligu ta' rendikont mtejba peress li d-data maħżuna fuq ir-reġistru ma tistax tiġi ffalsifikata faċilment;

D.  billi t-teknoloġija blockchain open-source hija s-sisien taż-żieda ta' blockchains permessi mad-dinja kollha, u tgħin biex jiżdied il-livell ta' fiduċja tal-parteċipanti f'netwerk partikolari relatat man-negozju;

E.  billi l-blockchain jista' jippermetti lil ċerti amministraturi jiddefinixxu b'mod ċar ir-rwoli, ir-responsabbiltajiet, il-livelli ta' aċċess u d-drittijiet ta' validazzjoni tal-parteċipanti;

F.  billi l-kummerċ globali huwa bbażat fuq settur stmat ta' EUR 16-il triljun ta' katina ta' forniment li fih l-ispejjeż tranżazzjonali għolja u l-burokrazija ta' piż iwasslu għal kumplessità ta' proċessi u sistemi suxxettibbli għal żball;

G.  billi ġew imnedija inizjattivi pilota b'potenzjal promettenti biex jitnaqqsu l-ispejjeż tat-trasport, jagħmlu l-industrija aktar favur l-ambjent u jagħtu spinta lill-prestazzjoni ekonomika;

H.  billi hemm mill-inqas 202 inizjattivi ta' blockchain tal-gvern f'45 pajjiż madwar id-dinja u l-ekonomiji f'reġjuni tal-Asja-Paċifiku, il-Kontinent Amerikan u l-Lvant Nofsani, b'mod partikolari, qed jinvestu f'teknoloġiji blockchain għall-kummerċ;

I.  billi l-blockchain jista' jsaħħaħ u jtejjeb il-politiki kummerċjali tal-UE, bħal Ftehimiet ta' Kummerċ Ħieles (FTAs), Ftehimiet ta' Rikonoxximent Reċiproku (MRAs), b'mod partikolari ta' Operaturi Ekonomiċi Awtorizzati (AEOs), deċiżjonijiet ta' adegwatezza tad-data u miżuri ta' difiża kummerċjali;

J.  billi l-blockchain għandha potenzjal kbir biex ittejjeb it-trasparenza u t-traċċabbiltà tul il-katina tal-provvista, jgħolli l-livell ta' fiduċja tal-parteċipanti f'netwerk partikolari, jissimplifika l-kontrolli doganali u l-konformità regolatorja, inaqqas l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet, isaħħaħ l-immutabbiltà u s-sigurtà tad-data u jiffunzjona bħala għodda biex jiġġieled kontra l-korruzzjoni; billi l-benefiċċji potenzjali huma akkumpanjati minn diversi sfidi, bħaċ-ċibersigurtà;

K.  billi l-blockchain jista' jipprovdi qafas għat-trasparenza f'katina tal-provvista, inaqqas il-korruzzjoni, jiskopri evażjoni tat-taxxa, jippermetti r-rintraċċar ta' pagamenti illegali u jindirizza l-ħasil tal-flus ibbażat fuq negozju (TBML); billi hemm riskji assoċjati mal-użu ta' applikazzjonijiet ta' blockchain mhux ippenalizzati għal attivitajiet kriminali, inklużi l-evażjoni tat-taxxa, l-evitar tat-taxxa u t-TBML; billi l-Kummissjoni u l-Istati Membri jeħtiġilhom jimmonitorjaw u jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet bħala kwistjoni urġenti;

L.  billi l-blockchain għadu qed jevolvi fil-qasam tal-kummerċ internazzjonali u b'hekk jeħtieġ approċċ favur l-innovazzjoni, ta' abilitazzjoni u ta' inkoraġġiment li jipprovdi ċertezza legali li fl-istess ħin jippromwovi l-protezzjoni tal-konsumatur, tal-investitur u dik ambjentali, iżid il-valur soċjali tat-teknoloġija, inaqqas id-distakk diġitali u jtejjeb il-ħiliet diġitali taċ-ċittadini;

M.  billi t-teknoloġija blockchain tista' tipprovdi lill-partijiet kollha involuti fil-kummerċ, kemm jekk huma pubbliċi jew privati, b'aċċess permanenti f'ħin reali għal bażi tad-data immutabbli u stampata bil-ħin li żżomm dokumenti li jappartjenu għal tranżazzjonijiet, u b'hekk tgħin biex tinbena l-fiduċja, tevita kwistjonijiet ta' konformità u tittratta l-użu ta' oġġetti ffalsifikati jew dokumenti foloz;

N.  billi xi żoni reġjonali u metropolitani tal-UE diġà bdew jiżviluppaw din it-teknoloġija permezz ta' proġetti u programmi speċifiċi, ibbażati fuq il-karatteristiċi tagħhom stess, u joħolqu netwerks għat-tixrid tal-aħjar prattiki;

Il-politika kummerċjali tal-UE

1.  Jirrikonoxxi li minkejja s-suċċessi preċedenti tal-kummerċ, l-FTAs tal-UE għandhom potenzjal kbir mhux sfruttat u għadhom ma ġewx utilizzati bis-sħiħ minn, medja ta', biss 67 % tal-esportaturi tal-UE u 90 % tal-importaturi tal-UE li jagħmlu użu mit-tariffi preferenzjali kemm fil-pajjiżi kif ukoll fir-reġjuni tagħha, u tappoġġja l-analiżi ta' soluzzjonijiet tekniċi li jistgħu jżidu l-utilizzazzjoni u l-esportazzjoni tal-FTA; jinnota li l-esportaturi jistgħu jtellgħu d-dokumenti kollha tagħhom għal applikazzjoni ta' awtorità pubblika bbażata fuq il-blockchain u juru l-konformità tagħhom ma' trattament preferenzjali mogħti minn FTA, bħal kwalifikazzjoni għal regoli preferenzjali ta' oriġini, sanitarji u fitosanitarji (SPS), u Dispożizzjonijiet ta' Kummerċ u Żvilupp Sostenibbli (TSD); jemmen li l-blockchain jista' jtejjeb d-dispożizzjonijiet għall-akkumulazzjoni fl-FTAs;

2.  Iqis il-proċeduri biex tinkiseb iċ-ċertifikazzjoni kemm għar-regoli ta' oriġini preferenzjali kif ukoll għal dawk mhux preferenzjali li jkunu għaljin u ta' piż għall-intrapriżi; iqis li, fil-każ tar-regoli preferenzjali, il-blockchain jista' jgħin fl-istabbiliment tan-nazzjonalità ekonomika ta' prodott; iqis ukoll li, fil-każ ta' regoli mhux preferenzjali, il-blockchain jista' jgħin fl-użu proporzjonat tal-Unjoni tal-istrumenti tad-difiża tal-kummerċ billi jipprovdi trasparenza dwar il-provenjenza tal-prodotti li jidħlu fis-suq Ewropew u ħarsa ġenerali lejn l-influss tal-importazzjonijiet biex jiġu żgurati kundizzjonijiet aktar ekwi għan-negozji;

3.  Jenfasizza li l-blockchain għandu l-potenzjal li jappoġġja l-aġenda tat-TSD billi jipprovdi fiduċja fil-provenjenza tal-materja prima u l-prodotti, proċessi ta' produzzjoni trasparenti u ktajjen tal-forniment, u fil-konformità tagħhom mar-regoli internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tax-xogħol, soċjali u ambjentali, filwaqt li titqies ir-rilevanza partikolari għall-minerali ta' kunflitt, il-kummerċ illeċitu f'prodotti kulturali, il-kontroll tal-esportazzjonijiet u l-korruzzjoni; jenfasizza li l-blockchain jista' jikkontribwixxi għall-ħidma ta' sostenibbiltà tal-kumpaniji u jippromwovi kondotta responsabbli tan-negozji;

4.  Jemmen li l-MRAs tal-AEOs jippermettu lin-negozji jiddiversifikaw il-ktajjen tal-forniment tagħhom permezz ta' ħin imnaqqas u spejjeż assoċjati ma' dwana transkonfinali; jinnota li hemm kwistjonijiet ta' implimentazzjoni li għandhom jiġu indirizzati; iħoss li l-blockchain joffri l-potenzjal li titnaqqas l-inċertezza assoċjata mal-implimentazzjoni ta' MRAs ta' AEOs, permezz ta' skambju ta' data mingħajr xkiel;

L-aspetti esterni tat-tħaffif tad-dwana u tal-kummerċ

5.  Jilqa' bi pjaċir il-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ (TFA); iqis it-TFA bħala l-pedament għall-membri tad-WTO biex jesploraw aktar modi biex iħaffu l-kummerċ, inkluż permezz tal-blockchain; jilqa' l-isforzi tal-UE biex iżżomm u ssaħħaħ id-WTO u l-impenn tagħha għal sistema kummerċjali bbażata fuq ir-regoli sabiex tiżgura kundizzjonijiet ekwi u tinforza r-regoli tal-kummerċ globali;

6.  Iqis li l-blockchain jista' jippermetti lill-awtoritajiet doganali jiksbu awtomatikament l-informazzjoni meħtieġa għal dikjarazzjoni tad-dwana, inaqqsu l-ħtieġa għal verifika manwali u rendikonti stampati, u jipprovdu aġġornament preċiż dwar l-istatus u l-karatteristiċi tal-prodotti li jidħlu fl-UE għal kull parti rilevanti fl-istess ħin, u b'hekk jittejbu l-kapaċitajiet ta' traċċar u rintraċċar u t-trasparenza;

7.  Jemmen li d-diġitalizzazzjoni se tippermetti li l-iskambju tal-informazzjoni jkun aktar effiċjenti u trasparenti; iqis li l-blockchain jista' jippermetti lill-produtturi, il-laboratorji, l-operaturi loġistiċi, ir-regolaturi u l-konsumaturi jkollhom aċċess għal, u jaqsmu, l-informazzjoni kollha meħtieġa rigward, pereżempju, il-provenjenza, l-ittestjar, iċ-ċertifikazzjoni u l-illiċenzjar; jinnota li l-blockchain jista' jgħin ukoll fil-ħruġ xieraq ta' ċertifikati elettroniċi; iqis id-diġitalizzazzjoni u l-użu ta' applikazzjonijiet tul il-ktajjen tal-forniment kemm bħala prerekwiżit kif ukoll bħala suppliment għall-funzjonament sħiħ tal-blockchain; jinnota li jeżistu differenzi sostanzjali bejn l-Istati Membri fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni;

8.  Jemmen li l-adozzjoni ta' teknoloġiji blockchain fil-katina tal-provvista kollha tista' żżid l-effiċjenza, il-veloċità u l-volum tal-kummerċ globali billi tillimita l-ispejjeż assoċjati mat-tranżazzjonijiet internazzjonali u tgħin lin-negozji biex jidentifikaw sħab kummerċjali ġodda u jistgħu jwasslu għal aktar protezzjoni tal-konsumatur u fiduċja fil-kummerċ diġitali;

9.  Jissottolinja l-applikazzjoni tal-blockchain, notevolment bil-modi li ġejjin:

   a. isaħħaħ iċ-ċertezza kemm tal-provenjenza kif ukoll tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-merkanzija, biex b'hekk jitnaqqas ir-riskju ta' prodotti illeċiti, inklużi prodotti foloz u ffalsifikati, li jidħlu fil-katina tal-provvista,
   b. jipprovdi lill-awtoritajiet b'informazzjoni preċiża dwar meta xi prodott jista' jkun ġie mħassar/imbagħbas fil-ktajjen tal-provvista,
   c. itejjeb it-trasparenza u t-traċċabbiltà billi jippermetti lill-parteċipanti kollha jirreġistraw it-tranżazzjonijiet tagħhom u jaqsmu din l-informazzjoni fin-netwerk,
   d. iħares il-protezzjoni u l-fiduċja tal-konsumatur billi jipprovdi lill-konsumaturi b'informazzjoni dettaljata dwar il-prodotti u jikkontribwixxi għall-ħidma ta' sostenibbiltà tan-negozji,
   e. inaqqas l-ispejjeż tal-ġestjoni tal-katina tal-provvista billi jneħħi l-ħtieġa għal intermedjarji u l-ispejjeż assoċjati magħhom, flimkien mal-ħtieġa fiżika li jipproduċu, jittrasportaw u jipproċessaw dokumentazzjoni stampata,
   f. itejjeb l-applikazzjoni ta' ħlasijiet ta' dazju u VAT ġusti u ġbir tad-dħul fil-politika tal-kummerċ, u
   g. inaqqas il-ħin totali tal-merkanzija fi tranżitu billi jiġu awtomatizzati l-ħidmiet li ġeneralment jitwettqu permezz ta' mezzi manwali; jinnota l-benefiċċju assoċjat, b'mod partikolari għal katini ta' provvista eżatti fil-ħin, biex inaqqas kemm l-ispejjeż kif ukoll il-marka tal-karbonju tal-industrija tal-loġistika;

10.  Jinnota li l-kriminali jistgħu jimmanipulaw il-kummerċ leġittimu biex jaħbu l-attivitajiet illeċiti tagħhom, bħal TBML, billi jbagħbsu d-dokumentazzjoni meħtieġa permezz ta' rapportar falz, bħalma huma s-sopravalutazzjoni jew is-sottovalutazzjoni tal-prodott ikkonċernat; jemmen li l-blockchain jista' jippermetti lill-awtoritajiet doganali u oħrajn biex jieħdu l-azzjonijiet meħtieġa f'manjiera f'waqtha, fil-pront u b'mod koordinat biex jesponu l-flussi finanzjarji illeċiti;

Il-flussi tad-data transkonfinali u l-protezzjoni tad-data

11.  Jirrikonoxxi l-flussi tad-data transkonfinali bħala funzjoni integrali għall-kummerċ internazzjonali tal-prodotti u s-servizzi u d-disinn tal-arkitettura tal-blockchain;

12.  Jenfasizza l-kamp ta' applikazzjoni tal-blockchain għall-validazzjoni ta' tranżazzjonijiet minn katina tal-provvista internazzjonali billi jiddefinixxi l-livelli ta' aċċess u l-proċeduri ta' validazzjoni għall-parteċipanti;

13.  Jinnota l-konnessjoni bejn il-blockchain u l-flussi tad-data transkonfinali għall-kummerċ; jinnota li netwerk privat permess bejn ir-reġistri jista' jipprovdi l-fiduċja bejn il-pjattaformi billi jintegra d-data minn sorsi multipli; jirrikonoxxi l-importanza tal-flussi tad-data transkonfinali għat-tkabbir u l-impjiegi; jenfasizza d-distinzjoni bejn id-data personali u dik mhux personali fuq il-blockchains;

14.  Jirrikonoxxi l-isfida ppreżentata mir-relazzjoni bejn it-teknoloġiji tal-blockchain u l-implimentazzjoni tal-GDPR; jenfasizza li l-implimentazzjoni tal-blockchain għandha tkun konformi mal-leġiżlazzjoni eżistenti u tal-ġejjieni tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data u r-regoli tal-privatezza; jenfasizza li t-teknoloġija blockchain tista' tipprovdi soluzzjonijiet għad-dispożizzjonijiet dwar il-"protezzjoni tad-data mit-tfassil" fl-implimentazzjoni tal-GDPR fuq il-bażi tal-prinċipji komuni tagħhom li jiżguraw data assigurata u awtonoma; jenfasizza l-effett limitat tal-GDPR fuq it-tranżazzjonijiet kummerċjali minħabba n-nuqqas ta' data personali fuq il-blockchains b'permess privat; jirrikonoxxi, madankollu, il-ħtieġa għal salvagwardji meħtieġa u sorveljanza regolatorja; jenfasizza li l-GDPR japplika biss fejn hija kkonċernata d-data personali; jistieden lill-Kummissjoni biex teżamina aktar din il-kwistjoni;

15.  Jirrikonoxxi l-ħtieġa li jiġu mfassla blockchains b'konformità mad-dritt li jintesew u jinnota li l-utenti vverifikati tal-blockchain u l-applikazzjonijiet tal-blockchain għandu f'kull ħin ikollhom aċċess għad-data kollha relatata mat-tranżazzjonijiet li huma involuti fihom, skont id-drittijiet għal aċċess tagħhom;

16.  Itenni t-talba tiegħu għal dispożizzjonijiet li jippermettu l-funzjonament sħiħ tal-ekosistema diġitali u għall-promozzjoni ta' flussi ta' data transkonfinali fi ftehimiet ta' kummerċ ħieles; jinnota, f'dan ir-rigward, li d-deċiżjonijiet ta' adegwatezza ma javvanzawx il-fluss liberu ta' data mhux personali; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni biex tinnegozja impenji li jorbtu u li jistgħu jiġu infurzati dwar it-trasferimenti tad-data fl-FTAs, inkluż fuq data mhux personali;

17.  Jenfasizza li l-blockchain jirrappreżenta paradigma ġdida tal-ħżin tad-data li huwa kapaċi jiddeċentralizza l-forom ta' interazzjoni umana u tas-swieq, fil-livell bankarju u tal-kummerċ internazzjonali; jenfasizza li ż-żieda fil-blockchain tippreżenta kemm opportunitajiet kif ukoll sfidi f'termini ta' protezzjoni tad-data, trasparenza u kriminalità finanzjarja, billi d-data hija immutabbli ladarba tkun ġiet imdaħħla u tinqasam mal-partijiet parteċipanti kollha, li tiżgura wkoll is-sigurtà u l-integrità tagħha; jitlob li jsir dak kollu possibbli, inkluż fil-livell nazzjonali, biex jiġi ggarantit il-karattru mhux falsifikabbli u immutabbli tat-teknoloġija u biex jiġi żgurat li d-dritt fundamentali għall-protezzjoni tad-data ma jitpoġġiex f'riskju;

18.  Jirrikonoxxi l-isfida maħluqa mill-interazzjoni bejn it-teknoloġiji blockchain u l-implimentazzjoni tal-qafas ta' protezzjoni tad-data tal-UE, jiġifieri r-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR), u jfakkar li din l-interazzjoni tista' tikxef kunflitt bejn il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali minn naħa u l-promozzjoni tal-innovazzjoni min-naħa l-oħra; jissuġġerixxi l-ħtieġa li jiżgura li t-teknoloġiji blockchain iridu jkunu totalment konformi mal-qafas ta' protezzjoni tad-data tal-UE u jirrispetta bis-sħiħ il-prinċipji stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-UE, b'mod partikolari għal dak li għandu x'jaqsam mal-ipproċessar tad-data personali bħala dritt fundamentali stabbilit mill-Artikolu 8(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mill-Artikolu 16(1) tat-TFUE;

19.  Jenfasizza, barra minn hekk, li l-blockchains, parzjalment bħala riżultat tal-kunflitt deskritt hawn fuq, bl-ebda mod ma jappoġġjaw awtomatikament is-sovranità tad-data, u għalhekk jeħtiġilhom ikunu ddisinjati speċifikament biex jagħmlu dan, minħabba li jistgħu wkoll jippreżentaw riskji għall-protezzjoni tad-data;

20.  Jenfasizza li, jekk it-teknoloġija blockchain imfassla b'mod adegwat għandha tkun konformi mal-prinċipju ta' "protezzjoni tad-data mit-tfassil", li sservi biex tagħti lis-suġġetti tad-data aktar kontroll fuq id-data tagħhom, f'konformità mal-GDPR; jenfasizza wkoll li, normalment, fi blockchain id-data personali mhijiex anonima, fatt li jagħmilha koperta mill-kamp ta' applikazzjoni tal-GDPR; jinsisti li l-blockchains għandhom ikunu kompletament kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, inkluż meta jintużaw biex jipproċessaw id-data personali; jirrakkomanda, f'dan ir-rigward, li l-blockchains u l-applikazzjonijiet jintegraw mekkaniżmi li jiżguraw li d-data tista' tkun kompletament anonima, u b'hekk jiggarantixxu li tinħażen biss data li ma tkunx relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli;

21.  Jissottolinja li l-applikazzjonijiet blockchain futuri għandhom jimplimentaw mekkaniżmi li jipproteġu d-data personali u l-privatezza tal-utenti u jiżguraw li d-data tista' tkun kompletament anonima; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiffinanzjaw ir-riċerka, b'mod partikolari r-riċerka akkademika, dwar it-teknoloġiji blockchain il-ġodda kompatibbli mal-GDPR u bbażati fuq il-prinċipju tal-protezzjoni tad-data mid-disinn, bħal zk-SNARK (zero-knowledge succinct non‑interactive arguments of knowledge);

22.  Iqis li, biex ikun evitat il-ksur tad-dritt fundamentali għall-protezzjoni tad-data personali, it-teknoloġija blockchain ma għandhiex tintuża biex tipproċessa data ta' natura personali sakemm l-organizzazzjoni tal-utent ikkonċernata tkun f'pożizzjoni li tiggarantixxi l-konformità mal-GDPR u tiżgura b'mod speċifiku li d-drittijiet għar-rettifika u t-tħassir tad-data jkunu protetti;

23.  Jissottolinja l-fatt li l-utenti tal-blockchain jistgħu jkunu fl-istess ħin kontrolluri tad-data personali li jtellgħu fir-reġistru, u proċessuri tad-data, billi jaħżnu kopja integrali tar-reġistru fuq il-kompjuter tagħhom stess;

24.  Josserva li, f'każijiet fejn il-blockchain fih data personali, in-natura immutabbli ta' ċerti teknoloġiji blockchain x'aktarx hija inkompatibbli mad-dritt għat-tħassir tad-data stabbilit fl-Artikolu 17 tal-GDPR;

25.  Josserva bi tħassib li, f'każijiet fejn il-blockchain fih data personali, il-proliferazzjoni ta' kopji tad-data fi blockchain x'aktarx hija inkompatibbli mal-prinċipju tal-minimizzazzjoni tad-data stabbilit fl-Artikolu 5 tal-GDPR;

26.  Jistieden lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data biex joħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet biex jiżgura li t-teknoloġija blockchain tkun konformi mad-dritt tal-Unjoni;

27.  Jinnota bi tħassib in-nuqqas ta' kwalunkwe referenza għall-implikazzjonijiet serji ta' kif tiġi applikata t-teknoloġija blockchain, b'mod partikolari f'oqsma bħall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, l-evażjoni tat-taxxa u l-finanzjament tat-terroriżmu; iqis li kull utilizzazzjoni tat-teknoloġiji blockchain għandha tkun subordinata għall-ispeċifikazzjoni ta' x'se jinħażen fi ħdan il-katina jew barra minnha, u li d-data personali għandha tinħażen barra mill-katina;

L-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs)

28.  Jemmen li l-innovazzjoni u l-promozzjoni fir-rigward tal-blockchain jistgħu joħolqu opportunitajiet ekonomiċi għall-SMEs biex isiru internazzjonali u biex jegħlbu l-ispejjeż assoċjati mal-esportazzjoni, billi jagħmluha aktar faċli biex jinteraġixxu mal-konsumaturi, l-awtoritajiet tad-dwana, il-korpi regolatorji internazzjonali u domestiċi, u negozji oħra involuti fil-katina tal-provvista; iżid li l-infrastruttura tal-blockchain jista' jgħin biex il-prodotti u s-servizzi jitqiegħdu fis-suq malajr u b'inqas spejjeż;

29.  Jenfasizza l-benefiċċji li l-blockchain jista' jġib lill-SMEs billi jippermetti komunikazzjoni bejn il-pari, għodod ta' kollaborazzjoni u ħlasijiet siguri, iżid il-faċilità li jagħmel negozju u jnaqqas ir-riskju ta' nuqqas ta' ħlas u spejjeż tal-proċedura legali għall-issodisfar tal-kuntratti permezz tal-użu ta' kuntratti intelliġenti; jirrikonoxxi l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-iżvilupp tal-blockchain fil-kummerċ internazzjonali jinkludi l-SMEs; jenfasizza li, fil-preżent, il-kuntratti intelliġenti jistgħu ma jkunux maturi biżżejjed biex jiġu kkunsidrati legalment infurzabbli fi kwalunkwe regolament settorjali u hija meħtieġa valutazzjoni ulterjuri tar-riskji;

30.  Jirrikonoxxi l-opportunitajiet, inkluż għall-SMEs, li ġejjin mill-introduzzjoni tat-teknoloġija blockchain bħala parti mill-politika kummerċjali tal-UE, li tista' ġġib, fost benefiċċji oħra, spejjeż tranżazzjonali aktar baxxi u effiċjenza akbar; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li t-teknoloġija blockchain toffri l-potenzjal biex ittejjeb il-fiduċja u l-kunfidenza fis-sistema kummerċjali attwali billi tipprovdi reġistru immutabbli ta' tranżazzjonijiet; jirrikonoxxi, madankollu, li f'każijiet li jaqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-politika kummerċjali tal-UE, l-applikazzjoni ta' din it-teknoloġija tista' tippreżenta riskji ta' ħasil tal-flus u tiffaċilita l-finanzjament tal-kriminalità organizzata;

L-interoperabbiltà, l-iskalabbiltà u l-interazzjonijiet ma' teknoloġiji relatati

31.  Iqis l-isfidi tal-iskalabbiltà assoċjati mal-implimentazzjoni tas-sistemi tal-blockchain, fil-kuntest tan-netwerks tal-kummerċ internazzjonali li qed jespandu;

32.  Jinnota l-proliferazzjoni ta' blockchains differenti li jankraw id-data għal tranżazzjoni f'reġistri privati u pubbliċi separati; jirrikonoxxi li hemm ħtieġa dejjem akbar li jiġu żviluppati standards ta' interoperabbiltà globali biex jiġu integrati t-tranżazzjonijiet bejn il-blockchains rigward il-moviment ta' oġġett tul il-katina tal-provvista biex titħeġġeġ l-interoperabbiltà bejn is-sistemi inklużi sistemi tal-operazzjoni tal-legat; jistieden lill-Kummissjoni biex ittejjeb il-kollaborazzjoni mal-ISO u ma' korpi oħra ta' standardizzazzjoni rilevanti;

33.  Iqis l-interazzjonijiet possibbli ta' teknoloġiji blockchain ma' innovazzjonijiet kummerċjali internazzjonali oħra; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu analizzati l-opportunitajiet u l-isfidi marbuta mal-iżviluppi fit-teknoloġiji blockchain; jitlob aktar riċerka dwar l-applikabbiltà tagħhom għat-trasformazzjoni diġitali u l-awtomazzjoni tal-kummerċ internazzjonali, kif ukoll is-settur pubbliku, b'mod partikolari taħt il-Programm tal-Ewropa Diġitali;

Konklużjonijiet

34.  Jistieden lill-Kummissjoni ssegwi l-iżviluppi fil-qasam tal-blockchain, b'mod partikolari l-proġetti pilota/inizjattivi li għaddejjin fil-katina tal-provvista internazzjonali, u l-aspetti esterni tal-proċessi doganali u regolatorji; jistieden lill-Kummissjoni biex tipproduċi dokument ta' strateġija orizzontali li jinvolvi d-DĠ rilevanti dwar l-adozzjoni ta' teknoloġiji blockchain fil-ġestjoni tal-katina tal-kummerċ u tal-provvista kif ukoll fil-qasam tal-proprjetà intellettwali u b'mod partikolari rigward il-ġlieda kontra l-iffalsifikar; jistieden lill-Kummissjoni biex tevalwa l-aspetti ġudizzjarji u ta 'governanza tal-blockchain u jekk il-blockchain joffrix soluzzjonijiet aħjar għal teknoloġiji eżistenti u emerġenti li jistgħu jindirizzaw l-isfidi attwali fil-politika tal-kummerċ tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni ssegwi l-iżviluppi fil-qasam tal-blockchain, b'mod partikolari l-proġetti pilota/inizjattivi li għaddejjin fil-katina tal-provvista internazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tipproduċi dokument ta' strateġija dwar l-adozzjoni ta' teknoloġiji tal-blockchain fil-ġestjoni tal-katina tal-kummerċ u tal-provvista; jemmen li l-għan irid ikun li jintrebaħ l-appoġġ ta' atturi ta' blockchain għal proġetti u inizjattivi fil-katina tal-provvista internazzjonali u li jsegwi l-proġetti fuq bażi konġunta, li jinkorporaw l-identità, il-provenjenza u l-ħżin tad-data ta' diversi sħab;

35.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa sett ta' prinċipji ta' gwida għall-applikazzjoni tal-blockchain għall-kummerċ internazzjonali, sabiex l-industrija u l-awtoritajiet doganali u regolatorji jiġu pprovduti b'livell suffiċjenti ta' ċertezza legali li jħeġġu l-użu tal-blockchain u l-innovazzjoni f'dan l-qasam; jenfasizza li l-leġiżlazzjoni tat-teknoloġija li tifforma l-bażi għall-applikazzjonijiet tillimita l-innovazzjoni u l-ħolqien ta' applikazzjonijiet ġodda; jenfasizza l-importanza li l-UE, u speċjalment l-industrija Ewropea, turi t-tmexxija u s-sjieda fil-qasam tat-teknoloġiji blockchain u li tiżgura kundizzjonijiet ekwi fir-rigward tal-kompetizzjoni globali u fl-oqsma tal-iżvilupp u tal-ambjent regolatorju; jenfasizza l-importanza tad-djalogu u l-iskambju tal-prattiki, kif ukoll il-bini ta' kompetenzi u ħiliet diġitali; jistieden lill-Kummissjoni taħdem mal-Istati Membri biex tniedi u tissorvelja proġetti pilota bl-użu tat-teknoloġija blockchain fil-kummerċ internazzjonali, sabiex tittestja l-benefiċċji tagħha;

36.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni taħdem mal-Istati Membri biex tissimplifika u ssaħħaħ il-fluss tal-informazzjoni relatata mal-faċilitazzjoni tal-kummerċ, billi, fost miżuri oħra, tadotta teknoloġiji xierqa ta' informazzjoni u komunikazzjoni;

37.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi grupp konsultattiv fi ħdan id-DĠ Kummerċ dwar il-blockchain u biex tiżviluppa nota kunċettwali għal proġetti pilota permessi privatament dwar l-użu minn tarf sa tarf tal-blockchain fil-katina tal-provvista, filwaqt li tinvolvi lill-awtoritajiet doganali u oħrajn transkonfinali, u filwaqt li jitqiesu d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-ġlieda kontra l-iffalsifikar; jirrikonoxxi li t-teknoloġija blockchain għadha fl-istadji tal-bidu tal-iżvilupp, iżda hemm bżonn ta' strateġija tal-industrija dwar l-implimentazzjoni effettiva tal-blockchain;

38.  Jistieden lill-Kummissjoni biex teżamina modi kif il-blockchain jista' jappoġġja l-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli; ifakkar fil-pożizzjoni tal-Parlament li l-miżuri li jappoġġjaw strateġija kummerċjali diġitali tal-UE għandhom ikunu konformi bis-sħiħ u jikkontribwixxu għat-twettiq tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs), inkluż l-SDG5 dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-għoti tas-setgħa lin-nisa; ifakkar fil-pożizzjoni tal-Parlament dwar l-importanza li tiġi promossa l-parteċipazzjoni tan-nisa f'STEM (xjenza, teknoloġija, inġinerija u matematika) u li jitneħħew id-distakki bejn is-sessi fl-aċċess għat-teknoloġiji l-ġodda u l-użu tagħhom;

39.  Jistieden lill-Kummissjoni twettaq investigazzjonijiet tal-politiki dwar kif il-blockchain jista' jimmodernizza l-politiki ta' difiża kummerċjali tal-Unjoni biex tissaħħaħ il-leġittimità u l-infurzar tagħhom;

40.  Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-ottimalità tal-arkitettura tal-blockchain li żżomm id-data privata barra l-katina;

41.  Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta kif għandha tiżdied il-faċilitazzjoni u s-sigurtà tal-kummerċ permezz tat-teknoloġija blockchain, inkluż il-kunċett ta' AEOs;

42.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkollabora ma', u tikkontribwixxi għax-xogħol ta' organizzazzjonijiet internazzjonali u biex tidħol fi proġetti attwali dwar il-produzzjoni ta' sett ta' standards u prinċipji biex issostni r-regolamentazzjoni li għandha l-għan li tiffaċilita l-użu tal-blockchain;

43.  Jistieden lill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha jkollhom rwol attiv fil-proċess tal-istandardizzazzjoni u tas-sigurtà tal-blockchain, u biex jaħdmu mas-sħab internazzjonali u mal-partijiet ikkonċernati u l-industriji rilevanti kollha biex jiżviluppaw standards tal-blockchain, inklużi t-terminoloġija, l-iżvilupp, u l-użu tat-teknoloġija fil-kummerċ u l-ġestjoni tal-katina tal-provvista; jenfasizza li ċ-ċibersigurtà hija kritika għall-applikazzjonijiet tal-blockchain, inkluż għall-kummerċ internazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tesplora l-isfidi tas-sigurtà, tivvaluta r-riskji teknoloġiċi bħall-quantum computing u tieħu azzjonijiet biex tindirizzahom;

44.  Jistieden lill-Kummissjoni taħdem mal-partijiet ikkonċernati rilevanti sabiex tirrevedi u tiżviluppa qafas biex tindirizza l-isfidi għall-interoperabbiltà u l-kompatibbiltà bejn is-sistemi tal-blockchain;

45.  Jilqa' t-tnedija tal-Osservatorju u l-Forum tal-Blockchain tal-UE u jħeġġu jistudja l-applikazzjonijiet immirati lejn l-iffaċilitar tal-kummerċ internazzjonali; b'dan jitlob li l-Kummissjoni tesplora l-possibbiltà li tespandi l-mandat tal-Osservatorju u l-Forum tal-Blockchain tal-UE u tinvolvi lil partijiet interessati lokali u globali rilevanti biex tindirizza l-isfidi li ġejjin u trawwem l-appoġġ ta' dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet;

46.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu l-inizjattiva dwar il-valutazzjoni u l-iżvilupp ulterjuri ta' teknoloġiji blockchain, inkluż f'setturi speċifiċi, bħal dawk koperti mill-politika kummerċjali tal-UE, u biex tistabbilixxi grupp konsultattiv dwar il-blockchains, il-ħasil tal-flus, l-evażjoni tat-taxxa, il-protezzjoni tad-data u l-kriminalità organizzata;

47.  Ifakkar lill-Kummissjoni li l-UE għandha l-opportunità li ssir attur ewlieni fil-qasam tal-blockchain u l-kummerċ internazzjonali, u li għandha tkun attur influwenti fit-tfassil tal-iżvilupp tiegħu fuq livell globali, flimkien mas-sħab internazzjonali;

o
o   o

48.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, u lis-SEAE.

(1) ĠU C 76, 28.2.2018, p. 76.
(2) ĠU C 101, 16.3.2018, p. 30.
(3) ĠU C 369, 11.10.2018, p. 22.
(4) ĠU C 307, 30.8.2018, p. 44.
(5) ĠU C 337, 20.9.2018, p. 33.
(6) https://www.wto.org/english/thewto_e/minist_e/mc11_e/genderdeclarationmc11_e.pdf
(7) ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1.
(8) https://www.gov.uk/government/uploads/system/uploads/attachment_data/file/492972/gs-16-1-distributed-ledger-technology.pdf
(9) https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/news/european-countries-join-blockchain-partnership
(10) http://europa.eu/rapid/press-release_IP-18-521_en.htm
(11) http://www.consilium.europa.eu/media/21620/19-euco-final-conclusions-en.pdf


L-adegwatezza tal-protezzjoni tad-data personali mogħtija mill-Ġappun
PDF 160kWORD 58k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2018 dwar l-adegwatezza tal-protezzjoni tad-data personali mogħtija mill-Ġappun (2018/2979(RSP))
P8_TA(2018)0529B8-0561/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 6, 7, 8, 11, 16, 47 u 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data)(1), u kull acquis Ewropew ieħor rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data,

–  wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tas-6 ta' Ottubru 2015 fil-Kawża C-362/14 (Maximilian Schrems vs Data Protection Commissioner)(2);

–  wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-21 ta' Diċembru 2016 fil-Kawżi Konġunti C-203/15 (Tele2 Sverige AB vs Post- och telestyrelsen) u C-698/15 (Secretary of State for the Home Department vs Tom Watson and Others)(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Diċembru 2017 intitolata "Lejn strateġija għall-kummerċ diġitali"(4),

–  wara li kkunsidra d-dokument tal-Grupp ta' Ħidma mwaqqaf mill-Artikolu 29 dwar il-kriterji ta' riferiment għall-adegwatezza tas-6 ta' Frar 2018(5), li jipprovdi gwida lill-Kummissjoni u lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPB) skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR) għall-valutazzjoni tal-livell tal-protezzjoni tad-data f'pajjiżi terzi u f'organizzazzjonijiet internazzjonali,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data tal-5 ta' Diċembru 2018 dwar l-abbozz tad-deċiżjoni ta' adegwatezza UE-Ġappun,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adegwata tad-data personali mill-Ġappun (COM(2018)XXXX),

–  wara li kkunsidra s-sejbiet taż-żjara fil-Ġappun f'Ottubru 2017 ta' delegazzjoni ad hoc tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, organizzata fil-kuntest tan-negozjati ta' adegwatezza sabiex tiltaqa' mal-awtoritajiet rilevanti Ġappuniżi u l-partijiet ikkonċernati fir-rigward tal-elementi essenzjali li għandhom jitqiesu mill-Kummissjoni meta tadotta d-deċiżjoni ta' adegwatezza tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-GDPR ilu applikabbli mill-25 ta' Mejju 2018; billi l-Artikolu 45(2) tal-GDPR jistabbilixxi l-elementi li għandhom jitqiesu mill-Kummissjoni meta tivvaluta l-adegwatezza tal-livell ta' protezzjoni f'pajjiż terz jew f'organizzazzjoni internazzjonali;

B.  billi l-Kummissjoni jeħtiġilha, b'mod partikolari, tqis l-istat tad-dritt, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, il-leġiżlazzjoni rilevanti kemm ġenerali kif ukoll settorjali, inkluża dik dwar is-sigurtà pubblika, id-difiża, is-sigurtà nazzjonali, il-liġi kriminali u l-aċċess tal-awtoritajiet pubbliċi għal data personali, l-eżistenza u l-funzjonament effettiv ta' awtorità superviżorja indipendenti waħda jew aktar, u l-impenji internazzjonali li l-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali jkunu ħadu;

C.  billi l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fis-sentenza tagħha tas-6 ta' Ottubru 2015 fil-Kawża C-362/14 (Maximillian Schrems vs Data Protection Commissioner), iċċarat li livell adegwat ta' protezzjoni f'pajjiż terz irid jinftiehem li jkun essenzjalment ekwivalenti għal dak garantit fi ħdan l-Unjoni Ewropea skont id-Direttiva 95/46/KE meqjus fid-dawl tal-Karta;

D.  billi l-Ġappun huwa wieħed mis-sħab kummerċjali ewlenin tal-UE, li miegħu reċentement ikkonkludiet Ftehim ta' Sħubija Ekonomika (FSE) li jistabbilixxi valuri u prinċipji kondiviżi filwaqt li jissalvagwardja s-sensittivitajiet taż-żewġ sħab; billi r-rikonoxximent komuni tad-drittijiet fundamentali, inklużi l-privatezza u l-protezzjoni tad-data, jikkostitwixxi bażi importanti għad-deċiżjoni ta' adegwatezza li se tipprovdi l-bażi legali għat-trasferiment ta' data personali mill-UE lejn il-Ġappun;

E.  billi d-delegazzjoni ad hoc tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern fil-Ġappun saret taf dwar l-interess tal-awtoritajiet u l-partijiet ikkonċernati Ġappuniżi mhux biss fl-applikazzjoni tar-regoli l-ġodda tal-GDPR infushom, iżda wkoll fl-iżvilupp ta' mekkaniżmu ta' trasferiment ta' data personali robust u ta' livell għoli bejn l-UE u l-Ġappun li jkun jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti mill-qafas legali tal-UE f'termini ta' livell ta' protezzjoni kkunsidrat essenzjalment ekwivalenti għal dak mogħti mil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data;

F.  billi t-trasferimenti ta' data personali bejn l-UE u l-Ġappun huma element importanti tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Ġappun fid-dawl tad-diġitalizzazzjoni dejjem akbar tal-ekonomija globali; billi dawn it-trasferimenti għandhom isiru b'rispett sħiħ tad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali u tad-dritt għall-privatezza; billi wieħed mill-objettivi bażiċi tal-UE huwa l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, kif minqux fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

G.  billi l-UE u l-Ġappun nedew diskussjonijiet f'Jannar 2017 biex jiffaċilitaw it-trasferimenti ta' data personali għal skopijiet kummerċjali permezz tal-ewwel "konstatazzjoni tal-adegwatezza reċiproka" li qatt saret; billi l-Parlament, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Diċembru 2017 intitolata "Lejn strateġija għall-kummerċ diġitali", espliċitament "jirrikonoxxi li d-deċiżjonijiet ta' adegwatezza [...] jikkostitwixxu mekkaniżmu fundamentali fir-rigward tas-salvagwardja tat-trasferiment ta' data personali mill-UE lejn pajjiż terz";

H.  billi d-deċiżjoni ta' adegwatezza għat-trasferimenti ta' data personali lejn il-Ġappun tkun l-ewwel deċiżjoni ta' dan it-tip adottati skont ir-regoli ġodda u aktar stretti tal-GDPR;

I.  billi l-Ġappun reċentement immodernizza u saħħaħ il-leġiżlazzjoni tiegħu dwar il-protezzjoni tad-data biex jallinjaha mal-istandards internazzjonali, b'mod partikolari mas-salvagwardji u d-drittijiet individwali pprovduti mill-qafas leġiżlattiv Ewropew il-ġdid dwar il-protezzjoni tad-data; billi l-qafas legali Ġappuniż dwar l-protezzjoni tad-data huwa magħmul minn diversi pilastri, u l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali (APPI) huwa l-parti ċentrali tal-leġiżlazzjoni;

J.  billi l-Kabinett tal-Ġappun adotta Ordni tal-Kabinett fit-12 ta' Ġunju 2018 li tiddelega lill-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali (PPC), bħala l-awtorità kompetenti għall-amministrazzjoni u l-implimentazzjoni tal-APPI, is-setgħa li tieħu l-azzjoni meħtieġa biex jitnaqqsu d-differenzi tas-sistemi u l-operazzjonijiet bejn il-Ġappun u l-pajjiż barrani kkonċernat abbażi tal-Artikolu 6 tal-Att bil-ħsieb li jiġi żgurat it-trattament xieraq tal-informazzjoni personali li tasal minn tali pajjiż; billi din id-deċiżjoni tistipula li dan jinkludi s-setgħa li jiġu stabbiliti protezzjonijiet msaħħa permezz tal-adozzjoni mill-PPC ta' regoli aktar stretti li jissupplimentaw u jmorru lil hinn minn dawk stabbiliti fl-APPI u l-Ordni tal-Kabinett; billi skont din id-deċiżjoni, dawn ir-regoli aktar stretti għandhom ikunu vinkolanti u infurzabbli fuq l-operaturi tan-negozju Ġappuniżi;

K.  billi l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-protezzjoni adegwata tad-data personali mill-Ġappun huwa akkumpanjat minn, bħala l-Anness I tiegħu, ir-Regoli Supplementari adottati mill-PPC fil-15 ta' Ġunju 2018, li huma bbażati fuq l-Artikolu 6 tal-APPI, li b'mod espliċitu jippermetti lill-PPC tadotta regoli aktar stretti, inkluż għall-fini li jiġu ffaċilitati t-trasferimenti internazzjonali tad-data; billi r-Regoli Supplementari għadhom mhumiex disponibbli pubblikament;

L.  billi l-iskop ta' dawn ir-Regoli Supplementari jkun li jiġu indirizzati d-differenzi rilevanti bejn il-liġi dwar il-protezzjoni tad-data Ġappuniża u tal-UE bil-ħsieb li jiġi żgurat it-trattament xieraq tal-informazzjoni personali li tasal mill-UE abbażi ta' deċiżjoni ta' adegwatezza, b'mod partikolari rigward informazzjoni personali li t-trattament tagħha jeħtieġ attenzjoni speċjali ("data sensittiva"), data personali miżmuma, li tispeċifika skop ta' użu, restrizzjoni minħabba skop ta' użu, restrizzjoni fuq il-forniment lil parti terza f'pajjiż barrani, u informazzjoni pproċessata b'mod anonimu;

M.  billi r-Regoli Supplementari jkunu legalment vinkolanti fuq kwalunkwe operatur ekonomiku inkarigat mit-trattament tal-informazzjoni personali li jirċievi data personali ttrasferita mill-UE abbażi ta' deċiżjoni ta' adegwatezza u li allura jkun marbut li jirrispetta dawk ir-regoli u kwalunkwe dritt u obbligu relatat u jkunu infurzabbli kemm mill-PPC kif ukoll mill-qrati Ġappuniżi;

N.  billi, sabiex jiġi żgurat livell essenzjalment ekwivalenti ta' protezzjoni għal data personali ttrasferita mill-UE lejn il-Ġappun, ir-Regoli Supplementari joħolqu protezzjonijiet addizzjonali li għandhom ikunu applikabbli fuq bażi ta' kundizzjonijiet jew limitazzjonijiet aktar stretti għall-ipproċessar ta' data personali ttrasferita mill-UE, pereżempju fil-każijiet ta' informazzjoni personali li t-trattament tagħha jeħtieġ attenzjoni speċjali, trasferimenti ulterjuri, data anonima u limitazzjoni tal-iskop;

O.  billi l-qafas legali Ġappuniż dwar il-protezzjoni tad-data jagħmel distinzjoni bejn "informazzjoni personali" u "data personali" u għal xi każijiet jirreferi għal kategorija speċifika ta' data personali, jiġifieri "data personali miżmuma";

P.  billi, skont l-Artikolu 2(1) tal-APPI, il-kunċett ta' "informazzjoni personali" jinkludi kull informazzjoni relatata ma' individwu ħaj li tippermetti l-identifikazzjoni ta' dak l-individwu; billi d-definizzjoni tiddistingwi bejn żewġ kategoriji ta' informazzjoni personali, jiġifieri (i) kodiċijiet ta' identifikazzjoni individwali u (ii) informazzjoni personali oħra, li permezz tagħha individwu speċifiku jista' jiġi identifikat; billi din l-aħħar kategorija tinkludi informazzjoni li waħedha ma tippermettix l-identifikazzjoni iżda tista', meta "tinġabar faċilment" ma' informazzjoni oħra, tippermetti l-identifikazzjoni ta' individwu speċifiku;

Q.  billi, skont l-Artikolu 2(4) tal-APPI, "data personali" tfisser informazzjoni personali li tikkostitwixxi bażi ta' data ta' informazzjoni personali, eċċ; billi l-Artikolu 2(1) tal-APPI jispeċifika li l-informazzjoni f'dawn il-bażijiet ta' data tiġi rranġata b'mod sistematiku, bl-istess mod bħall-kunċett ta' sistema ta' arkivjar skont l-Artikolu 2(1) tal-GDPR; billi skont l-Artikolu 4(1) tal-GDPR, "data personali" tfisser kull informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli. billi persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika. billi sabiex jiġi ddeterminat jekk persuna fiżika hijiex identifikabbli, għandhom jitqiesu l-mezzi kollha li raġonevolment x'aktarx ikunu jintużaw, bħas-singolarizzazzjoni, mill-kontrollur jew minn kwalunkwe persuna oħra sabiex persuna fiżika tiġi identifikata direttament jew indirettament.

R.  billi, skont l-Artikolu 2(7) tal-APPI, "data personali miżmuma" tfisser data personali li operatur ta' negozju tal-immaniġġjar ta' informazzjoni personali għandu l-awtorità li jiżvela, jikkoreġi, iżid jew iħassar il-kontenut tagħha, iwaqqaf l-utilizzazzjoni tagħha, iħassar jew iwaqqaf il-forniment tagħha lill-partijiet terzi, u li ma għandha tkun la dik preskritta minn ordni ta' kabinett bħala li x'aktarx tagħmel ħsara lill-pubbliku jew interess ieħor jekk il-preżenza jew l-assenza tagħha tkun saret magħrufa, u lanqas dik li għandha titħassar fi żmien mhux aktar minn sena li jkun preskritt minn ordni ta' kabinett; billi r-Regoli Supplementari jallinjaw il-kunċett ta' "data personali miżmuma" mal-kunċett ta' "data personali" biex jiżguraw li ċerti limitazzjonijiet għad-drittijiet individwali marbuta ma' tal-ewwel ma japplikawx għad-data ttrasferita mill-UE;

S.  billi l-liġi Ġappuniża dwar il-protezzjoni tad-data li hija s-suġġett tal-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni teskludi mill-kamp ta' applikazzjoni tagħha diversi setturi meta jipproċessaw data personali għal finijiet speċifiċi; billi l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni ma japplikax għat-trasferiment ta' data personali mill-UE għal riċevitur li jaqa' fi ħdan xi waħda mill-eċċezzjonijiet imsemmija hawn fuq previsti mil-liġi Ġappuniża dwar il-protezzjoni tad-data;

T.  billi fir-rigward tat-trasferimenti ulterjuri ta' data personali tal-UE mill-Ġappun lejn pajjiż terz, l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni jeskludi l-użu, għal tali trasferimenti ulterjuri, ta' strumenti ta' trasferiment li ma joħolqux relazzjoni vinkolanti bejn l-esportatur tad-data Ġappuniż u l-importatur tad-data tal-pajjiż terz u ma jiggarantixxux il-livell meħtieġ ta' protezzjoni; billi dan ikun il-każ, pereżempju, għas-sistema ta' Regoli dwar il-Privatezza Transfruntiera Asja-Paċifiku (APEC CBPR), li fiha l-Ġappun huwa ekonomija parteċipanti, peress li f'dik is-sistema l-protezzjonijiet ma jirriżultawx minn arranġament li jorbot lil esportatur u lil importatur fil-kuntest tar-relazzjoni bilaterali tagħhom, u huma b'mod ċar ta' livell aktar baxx minn dak garantit mill-kombinazzjoni tal-APPI u r-Regoli Supplementari;

U.  billi, fl-opinjoni tiegħu tal-5 ta' Diċembru 2018, il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jivvaluta, abbażi tad-dokumentazzjoni mqiegħda għad-dispożizzjoni mill-Kummissjoni, jekk il-qafas legali tal-protezzjoni tad-data Ġappuniż jagħtix biżżejjed garanziji għal livell adegwat ta' protezzjoni tad-data għall-individwi; billi l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jilqa' l-isforzi li saru mill-Kummissjoni u mill-PPC Ġappuniża biex tiżdied il-konverġenza bejn l-oqfsa legali tal-Ġappun u tal-Ewropa sabiex jiġu ffaċilitati t-trasferimenti ta' data personali; billi l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jirrikonoxxi li t-titjib miġjub mir-Regoli Supplimentari biex jonqsu xi ftit mid-differenzi bejn iż-żewġ oqfsa huwa importanti ħafna u ntlaqa' tajjeb; billi jinnota li xorta għad fadal xi tħassib, bħall-protezzjoni tad-data personali ttrasferita mill-UE għall-Ġappun tul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħha, u jirrakkomanda li l-Kummissjoni tagħti aktar evidenza u spjegazzjonijiet dwar il-kwistjonijiet imqajma, u li tissorvelja mill-qrib l-applikazzjoni effettiva tar-regoli;

V.  billi l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni huwa akkumpanjat ukoll minn ittra tal-Ministru tal-Ġustizzja tal-14 ta' Settembru 2018 li tirreferi għal dokument imfassal mill-Ministeru tal-Ġustizzja u diversi ministeri u aġenziji dwar il-ġbir u l-użu ta' informazzjoni personali minn awtoritajiet pubbliċi Ġappuniżi għal finijiet ta' infurzar tal-liġi kriminali u ta' sigurtà nazzjonali, li fih ħarsa ġenerali lejn il-qafas legali applikabbli u l-għoti lill-Kummissjoni ta' rappreżentazzjonijiet, assigurazzjonijiet u impenji uffiċjali ffirmati fl-ogħla livell ministerjali u tal-aġenziji, mehmuż bħala Anness II mad-deċiżjoni ta' implimentazzjoni;

1.  Jieħu nota tal-analiżi dettaljata pprovduta mill-Kummissjoni fl-abbozz tagħha ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni ta' adegwatezza fir-rigward tas-salvagwardji, inklużi mekkaniżmi ta' sorveljanza u ta' rimedju, applikabbli għall-ipproċessar ta' data minn operaturi kummerċjali kif ukoll għall-aċċess għal data mill-awtoritajiet pubbliċi Ġappuniżi, b'mod partikolari fil-qasam tal-infurzar tal-liġi u s-sigurtà nazzjonali;

2.  Jinnota l-fatt li l-Ġappun qed iħejji wkoll b'mod simultanju r-rikonoxximent tal-livell ta' protezzjoni tad-data personali ttrasferita mill-Ġappun lejn l-UE skont l-Artikolu 23 tal-APPI, li jirriżulta fl-ewwel konstatazzjoni tal-adegwatezza "bidirezzjonali" fid-dinja kollha li jwassal għall-ħolqien tal-akbar żona ta' flussi ta' data ħielsa u sikuri fid-dinja;

3.  Jilqa' dan l-iżvilupp bħala espressjoni ta' kemm l-istandards għoljin tal-protezzjoni tad-data qed jinfirxu globalment; jirrimarka, madankollu, li dan m'għandu bl-ebda mod iwassal għal approċċi ta' "għajn għal għajn" fid-deċiżjonijiet ta' adegwatezza tal-UE; ifakkar li, għall-finijiet ta' deċiżjoni ta' adegwatezza skont il-GDPR, il-Kummissjoni trid tivvaluta b'mod oġġettiv is-sitwazzjoni legali u prattika fil-pajjiż terz, it-territorju, is-settur jew l-organizzazzjoni internazzjonali;

4.  Jirrimarka li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea qatgħetha li t-terminu "livell adegwat ta' protezzjoni" ma jirrikjedix livell ta' protezzjoni identiku għal dak garantit fl-UE, iżda jrid jinftiehem fis-sens li l-pajjiż terz jiżgura, bis-saħħa tal-liġi domestika jew l-impenji internazzjonali tiegħu, livell ta' protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali li jkun essenzjalment ekwivalenti għal dak garantit fl-Unjoni Ewropea skont il-GDPR meqjus fid-dawl tal-Karta;

5.  Jinnota li d-dritt għall-privatezza u għall-protezzjoni tad-data personali huwa garantit fil-livell kostituzzjonali kemm fil-Ġappun kif ukoll fl-UE, iżda li ma jistax ikun hemm allinjament sħiħ tar-regoli tal-UE u tal-Ġappun minħabba d-differenzi fl-istruttura kostituzzjonali kif ukoll fil-kultura;

6.  Jieħu nota tal-emendi tal-APPI li daħlu fis-seħħ fit-30 ta' Mejju 2017; jilqa' t-titjib sostanzjali li sar;

7.  Jinnota li l-kategoriji ta' attivitajiet kummerċjali u ta' pproċessar li huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni materjali tal-APPI ġew espressament esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tal-konstatazzjoni tal-adegwatezza;;

8.  Iqis li, wara l-adozzjoni tal-APPI emendat u tal-GDPR fl-2016, is-sistemi ta' protezzjoni tad-data Ġappuniżi u tal-UE jikkondividu livell għoli ta' konverġenza f'termini ta' prinċipji, salvagwardji u drittijiet individwali, kif ukoll mekkaniżmi ta' sorveljanza u infurzar; jenfasizza, b'mod partikolari, il-ħolqien ta' awtorità ta' superviżjoni indipendenti, il-PPC, permezz tal-APPI emendat;

9.  Jinnota, madankollu, li l-PPC nfisha tqis li minkejja livell għoli ta' konverġenza bejn iż-żewġ sistemi, hemm xi differenzi rilevanti; jinnota wkoll li sabiex jingħata livell ogħla ta' protezzjoni għad-data personali ttrasferita mill-UE, fil-15 ta' Ġunju 2018 il-PPC adottat Regoli Supplementari;

10.  Jilqa' għadd ta' kjarifiki importanti fir-Regoli Supplementari, inkluż l-allinjament ta' "informazzjoni personali anonimizzata" fl-APPI mad-definizzjoni ta' "informazzjoni anonima" fil-GDPR;

11.  Iqis li l-protezzjonijiet addizzjonali tar-Regoli Supplementari jkopru biss trasferimenti fil-qafas tad-deċiżjonijiet ta' adegwatezza; ifakkar li, fid-dawl tal-kamp ta' applikazzjoni tad-deċiżjoni ta' adegwatezza, se jsiru xi trasferimenti ta' data taħt dawn il-mekkaniżmi l-oħrajn;

12.  Jirrikonoxxi li l-protezzjonijiet addizzjonali stipulati fir-Regoli Supplementari huma limitati għad-data personali ttrasferita mill-Ewropa, u b'hekk l-operaturi tan-negozju li jridu jipproċessaw simultanjament id-data personali Ġappuniża u Ewropea se jkunu obbligati jirrispettaw ir-Regoli Supplementari, billi jiżguraw, pereżempju, mezzi tekniċi ("tagging") jew organizzattivi (pereżempju, il-ħażna f'database dedikata) sabiex tali data personali tkun tista' tiġi identifikata tul "iċ-ċiklu tal-ħajja" tagħha; jistieden lill-Kummissjoni ssegwi s-sitwazzjoni biex jiġu evitati lakuni li permezz tagħhom l-operaturi jistgħu jevitaw l-obbligi stabbiliti fir-Regoli Supplementari billi jittrasferixxu data permezz ta' pajjiżi terzi;

13.  Jinnota li d-definizzjoni ta' "data personali" fl-APPI teskludi d-data preskritta minn ordni tal-kabinett bħala waħda li ftit li xejn għandha l-possibbiltà li tagħmel ħsara lid-drittijiet u l-interessi ta' individwu meta jitqies il-mod kif tintuża; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tivvaluta jekk dan l-approċċ ibbażat fuq il-ħsara huwiex kompatibbli mal-approċċ tal-UE, li jipprevedi li l-ipproċessar kollu tad-data personali jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi dwar il-protezzjoni tad-data; jinnota wkoll, madankollu, li dan l-approċċ ikun japplika f'sitwazzjonijiet limitati ħafna;

14.  Jinnota, barra minn hekk, li d-definizzjoni ta' "informazzjoni personali" fl-APPI hija limitata għal informazzjoni li biha individwu speċifiku jista' jiġi identifikat; jinnota wkoll li din id-definizzjoni ma tinkludix il-kjarifika mogħtija mill-GDPR li l-informazzjoni personali għandha titqies ukoll bħala data personali meta tkun tista' tintuża biex sempliċement "tiddistingwi" persuna, kif stabbilit b'mod ċar mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

15.  Jinsab imħasseb li d-definizzjoni aktar stretta ta' "data personali" (ibbażata fuq id-definizzjoni ta' "informazzjoni personali") fl-APPI tista' ma tissodisfax l-istandard ta' "essenzjalment ekwivalenti" għall-GDPR u għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea; iqajjem dubji, għalhekk, dwar id-dikjarazzjoni fl-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni li d-data tal-UE dejjem se taqa' fil-kategorija ta' "data personali" fl-ambitu tal-APPI; jistieden lill-Kummissjoni ssegwi mill-qrib l-implikazzjonijiet prattiċi tal-kunċetti differenti fl-applikazzjoni tad-deċiżjoni ta' adegwatezza u r-rieżami perjodiku tagħha;

16.  Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi aktar kjarifiki, u – jekk ikun hemm bżonn – titlob aktar regoli supplementari vinkolanti mingħand l-awtoritajiet Ġappuniżi, sabiex jiġi żgurat li d-data personali kollha fis-sens tal-GDPR tkun protetta meta tiġi ttrasferita fil-Ġappun;

17.  Jinnota bi tħassib li, fir-rigward tal-proċess deċiżjonali awtomatizzat u t-tfassil ta' profili, b'differenza mil-liġi tal-UE, la l-APPI u lanqas il-Linji Gwida tal-PPC ma jinkludu dispożizzjonijiet legali, u li ċerti regoli settorjali biss jindirizzaw din il-kwistjoni, mingħajr ma jipprovdu qafas legali ġenerali komprensiv bi protezzjonijiet sostanzjali u b'saħħithom kontra l-proċess deċiżjonali awtomatizzat u t-tfassil ta' profili; jistieden lill-Kummissjoni turi kif dan huwa indirizzat fil-qafas Ġappuniż dwar il-protezzjoni tad-data b'tali mod li jiġi żgurat livell ta' protezzjoni ekwivalenti; iqis li dan huwa partikolarment rilevanti fid-dawl tal-każijiet ta' tfassil ta' profili riċenti ta' Facebook/Cambridge Analytica;

18.  Iqis, li fid-dawl tal-kriterji ta' Riferiment għall-Adegwatezza tal-EDPB, hemm bżonn kjarifiki aktar fil-fond dwar il-kummerċjalizzazzjoni diretta, minħabba n-nuqqas ta' dispożizzjonijiet speċifiċi fl-APPI, sabiex tingħata prova tal-ekwivalenza tal-livell Ġappuniż fil-protezzjoni tad-data personali;

19.  Jieħu nota tal-opinjoni tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, li jidentifika diversi kwistjonijiet ta' tħassib, bħall-protezzjoni tad-data personali ttrasferita mill-UE għall-Ġappun tul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħha; jistieden lill-Kummissjoni biex, fid-deċiżjoni ta' implimentazzjoni, tindirizza kif xieraq u tagħti aktar evidenza u spjegazzjoni li jagħtu prova tal-eżistenza ta' salvagwardji xierqa;

20.  Jistieden lill-Kummissjoni tiċċara jekk, fir-rigward tat-trasferimenti ulterjuri, is-soluzzjoni prevista mir-Regoli Supplementari, li tikkonsisti fl-obbligu ta' kunsens minn qabel min-naħa tas-suġġetti tad-data tal-UE għall-approvazzjoni tat-trasferiment ulterjuri lil parti terza f'pajjiż barrani hija nieqsa minn ċerti elementi essenzjali li jippermettu lis-suġġetti tad-data jifformulaw il-kunsens tagħhom, peress li ma tiddefinixxix espressament x'inhu kopert mill-kunċett ta' "informazzjoni dwar iċ-ċirkustanzi tat-trasferiment meħtieġa biex is-suġġett tad-data jieħu deċiżjoni dwar il-kunsens tiegħu", f'konformità mal-Artikolu 13 tal-GDPR, pereżempju l-pajjiż terz tad-destinazzjoni tat-trasferiment ulterjuri; jistieden lill-Kummissjoni tiċċara ulterjorment il-konsegwenzi għas-suġġett tad-data jekk dan jirrifjuta li jagħti l-kunsens għat-trasferiment ulterjuri tad-data personali tiegħu;

21.  Jiddispjaċih li, fir-rigward tal-infurzar effikaċi tal-APPI, il-livell ta' multi li jkunu jistgħu jiġu imposti mill-awtoritajiet penali mhuwiex biżżejjed biex tiġi żgurata konformità effettiva mal-Att, billi ma jidhirx li huwa proporzjonat, effettiv jew dissważiv meta titqies il-gravità tal-ksur; jinnota, madankollu, li l-APPI jipprevedi wkoll sanzjonijiet kriminali, inkluża l-priġunerija; jistieden lill-Kummissjoni tagħti informazzjoni dwar l-użu reali ta' multi amministrattivi u sanzjonijiet kriminali fil-passat;

22.  Jieħu nota li filwaqt li l-PPC ma tagħmilx sorveljanza tal-attivitajiet tal-ipproċessar tad-data fis-settur tal-infurzar tal-liġi, jeżistu mekkaniżmi superviżorji oħra, inkluża s-sorveljanza min-naħa tal-kummissjoni prefettorali indipendenti dwar is-sikurezza pubblika; jinnota li l-bord li jeżamina d-divulgazzjoni tal-informazzjoni u l-protezzjoni tal-informazzjoni personali għandu wkoll ċerti kompetenzi f'dan il-qasam, inkluż li janalizza t-talbiet għal aċċess u li jippubblika opinjonijiet, iżda jirrimarka li dawn is-setgħat mhumiex legalment vinkolanti; jilqa' l-fatt li l-UE u l-Ġappun qablu li jistabbilixxu mekkaniżmu ta' rimedju speċifiku, amministrat u sorveljat mill-PPC, li jkun japplika għall-ipproċessar ta' data personali fis-setturi tal-infurzar tal-liġi u tas-sigurtà nazzjonali;

23.  Jinnota li, skont l-Att Ġappuniż dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Personali miżmuma minn Organi Amministrattivi (APPIHAO), l-operaturi ekonomiċi jistgħu jagħtu data lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi anki fuq "bażi volontarja"; jirrimarka li dan mhuwiex previst fil-GDPR jew fid-Direttiva tal-Pulizija u jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta jekk dawn huwiex konformi mal-istandard ta' "ekwivalenza essenzjali" mal-GDPR;

24.  Jinsab konxju ta' rapporti fil-midja dwar id-Direttorat Ġappuniż għall-Intelligence tas-Sinjali (DFS), li jimpjega madwar 1 700 persuna u għandu tal-anqas sitt faċilitajiet ta' sorveljanza li jinterċettaw il-ħin kollu t-telefonati, l-emails u komunikazzjonijiet oħra(6); jinsab inkwetat li dan l-element ta' sorveljanza indiskriminata tal-massa lanqas biss jissemma fl-abbozz tad-deċiżjoni ta' implimentazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tagħti aktar informazzjoni dwar din is-sorveljanza min-naħa tal-Ġappun; jinsab serjament inkwetat li din is-sorveljanza tal-massa mhix se tgħaddi mit-test tal-kriterji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza Schrems (Kawża C-362/14);

25.  Jiddispjaċih li d-dokument dwar il-ġbir u l-użu ta' informazzjoni personali mill-awtoritajiet pubbliċi Ġappuniżi għal finijiet ta' infurzar tal-liġi kriminali u ta' sigurtà nazzjonali, li jifforma parti mill-Anness II tal-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni, m'għandux l-istess effett legalment vinkolanti li għandhom ir-Regoli Supplementari;

Konklużjonijiet

26.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti aktar evidenza u spjegazzjoni dwar il-kwistjonijiet imsemmija hawn fuq, fosthom dawk identifikati mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fl-opinjoni tiegħu tal-5 ta' Diċembru 2018, sabiex tingħata prova li l-qafas legali Ġappuniż dwar il-protezzjoni tad-data jiżgura livell adegwat ta' protezzjoni essenzjalment ekwivalenti għal dak tal-qafas legali Ewropew dwar il-protezzjoni tad-data;

27.  Jemmen li din id-deċiżjoni ta' adegwatezza tista', barra minn hekk, tibgħat sinjal qawwi lill-pajjiżi madwar id-dinja li l-konverġenza mal-istandards għoljin tal-UE għall-protezzjoni tad-data toffri riżultati tanġibbli ħafna; jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-importanza ta' din id-deċiżjoni ta' adegwatezza bħala preċedent għal sħubijiet futuri ma' pajjiżi oħra li adottaw liġijiet moderni dwar il-protezzjoni tad-data;

28.  Jagħti istruzzjonijiet lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern biex ikompli jsegwi l-iżviluppi f'dan il-qasam, inkluż fil-kawżi mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, u jsegwi l-azzjonijiet meħuda skont ir-rakkomandazzjonijiet magħmula f'din ir-riżoluzzjoni;

o
o   o

29.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, lill-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 93(1) tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, lill-Kunsill tal-Ewropa u lill-Gvern tal-Ġappun.

(1) ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1.
(2) ECLI:EU:C:2015:650.
(3) ECLI:EU:C:2016:970.
(4) ĠU C 369, 11.10.2018, p. 22.
(5) http://ec.europa.eu/newsroom/article29/item-detail.cfm?item_id=614108; li ġie approvat mill-EDPB fl-ewwel laqgħa plenarja tiegħu.
(6) Ryan Gallagher, "The Untold Story of Japan's Secret Spy Agency", The Intercept, 19 ta' Mejju 2018, https://theintercept.com/2018/05/19/japan-dfs-surveillance-agency/


Il-kunflitt ta' interess u l-protezzjoni tal-baġit tal-UE fir-Repubblika Ċeka
PDF 174kWORD 53k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2018 dwar il-kunflitti ta' interess u l-protezzjoni tal-baġit tal-UE fir-Repubblika Ċeka (2018/2975(RSP))
P8_TA(2018)0530RC-B8-0582/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet u r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-kwittanza lill-Kummissjoni(1) għas-snin 2014, 2015 u 2016,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni(2) (ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid), u b'mod partikolari l-Artikolu 61 tiegħu dwar il-kunflitti ta' interess,

–  wara li kkunsidra l-mistoqsijiet mibgħuta lill-Kummissjoni mill-Partit Pirata Ċek fit-2 ta' Awwissu 2018,

–  wara li kkunsidra l-ilment uffiċjali mressaq quddiem il-Kummissjoni minn Transparency International fir-Repubblika Ċeka fid-19 ta' Settembru 2018,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tas-Servizz Legali tal-Kummissjoni tad-19 ta' Novembru 2018 dwar l-impatt tal-Artikolu 61 tar-Regolament Finanzjarju l-ġdid (kunflitti ta' interess) fuq il-pagamenti mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (Fondi SIE),

–  wara li kkunsidra l-preżentazzjoni dwar ir-regolamentazzjoni tal-kunflitti ta' interess fir-Regolament Finanzjarju 2018, mogħtija fl-20 ta' Novembru 2018 mid-Direttorat Ġenerali għall-Baġit tal-Kummissjoni lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi d-dispożizzjoni fir-Regolament Finanzjarju tal-2012 dwar il-kunflitti ta' interess ma kinitx tapplika espliċitament għall-ġestjoni kondiviża iżda l-Istati Membri kienu obbligati jiżguraw kontroll intern effettiv, inkluż li jevitaw kunflitti ta' interess;

B.  billi r-regoli dwar l-akkwist pubbliku jobbligaw lill-Istati Membri jevitaw kunflitti ta' interess (l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2014/24/UE(3)), inklużi interessi personali diretti jew indiretti u, għal sitwazzjonijiet meqjusa bħala kunflitti ta' interess jew obbligi speċifiċi fil-ġestjoni kondiviża, diġà hemm regoli fis-seħħ (pereżempju r-Regolament (UE) Nru 1303/2013(4));

C.  billi l-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu dwar ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid fis-16 ta' Lulju 2018 u l-att finali ġie ffirmat fit-18 ta' Lulju 2018; billi l-Artikolu 61 tar-Regolament Finanzjarju, li jipprojbixxi l-kunflitti ta' interess, daħal fis-seħħ fit-2 ta' Awwissu 2018;

D.  billi l-Artikolu 61(1) tar-Regolament Finanzjarju (flimkien mal-Artikolu 61(3)) jistipula:

   (i) obbligu negattiv fuq l-atturi finanzjarji biex jimpedixxu sitwazzjonijiet ta' kunflitti ta' interess b'rabta mal-baġit tal-UE;
   (ii) obbligu pożittiv fuq l-atturi finanzjarji biex jieħdu miżuri xierqa sabiex jimpedixxu l-kunflitti ta' interess li jirriżultaw mill-funzjonijiet taħt ir-responsabbiltà tagħhom u jindirizzaw sitwazzjonijiet li jistgħu jiġu perċepiti oġġettivament bħala kunflitt ta' interess;

E.  billi, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea(5), "kunflitt ta' interess jikkostitwixxi, oġġettivament u fih innifsu, irregolarità serja mingħajr ma jkun hemm ħtieġa li dan jiġi kkwalifikat, billi jitqiesu l-intenzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati u jekk dawn kinux qed jaġixxu in bona fide"; billi l-Kummissjoni hija obbligata tissospendi l-pagamenti tal-fondi tal-UE f'każijiet meta jkun hemm nuqqas serju fil-funzjonament tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll u meta jkunu nkixfu irregolaritajiet serji li ma jkunux ġew skoperti, rappurtati u kkoreġuti b'rabta ma' kunflitt ta' interess;

F.  billi, fid-19 ta' Settembru 2018, Transparency International fir-Repubblika Ċeka ressqet ilment formali mal-Kummissjoni li fih sostniet li l-Prim Ministru Ċek, Andrej Babiš, kien kiser b'mod persistenti l-leġiżlazzjoni Ċeka u tal-UE dwar il-kunflitti ta' interess;

G.  billi ġie żvelat li s-Sur Babiš hu s-sid benefiċjarju ta' Agrofert, il-kumpanija li tikkontrolla l-grupp Agrofert – li jinkludi, fost l-oħrajn, għadd ta' mezzi tax-xandir Ċeki importanti – permezz tal-fondi fiduċjarji AB I u AB II li tagħhom hu l-fundatur u, fl-istess ħin, l-uniku benefiċjarju;

H.  billi s-Sur Babiš huwa wkoll il-President tal-Kunsill Ċek għall-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej;

I.  billi l-kumpaniji li jappartjenu għall-grupp Agrofert jieħdu sehem fi proġetti ssussidjati mill-Programm għall-Iżvilupp Rurali tar-Repubblika Ċeka, li huwa ffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali;

J.  billi l-kumpaniji li jappartjenu għall-grupp Agrofert irċevew somom sinifikanti mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej matul il-perjodu 2014-2020, li jvarjaw minn EUR 42 miljun fl-2013 għal EUR 82 miljun fl-2017;

K.  billi l-opinjoni tas-Servizz Legali tal-Kummissjoni ssostni li, fl-ewwel sitt xhur tal-2018, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul tal-uffiċjali pubbliċi Ċeki, is-Sur Babiš irċieva EUR 3.5 miljun mill-grupp Agrofert permezz tal-fondi fiduċjarji tiegħu;

L.  billi, fir-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar il-kwittanza, l-Parlament talab ripetutament lill-Kummissjoni tħaffef il-proċedura ta' approvazzjoni tal-konformità bil-għan li tinkiseb informazzjoni dwar ir-riskju ta' kunflitt ta' interess b'rabta mal-Fond Statali għall-Intervent Agrikolu fir-Repubblika Ċeka; u billi l-Parlament enfasizza li, jekk ma jittiħdux il-miżuri meħtieġa biex jiġi evitat kunflitt ta' interess, l-awtorità Ċeka tista' tkun obbligata tirtira l-akkreditament tal-aġenzija tal-ħlas, u li dan jista' jwassal ukoll għall-applikazzjoni ta' korrezzjoni finanzjarja min-naħa tal-Kummissjoni;

M.  billi, f'Settembru 2018, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament iddeċieda li jindirizza din il-kwistjoni fil-qafas tal-proċedura annwali ta' kwittanza, b'mod partikolari fis-seduti ta' smigħ mal-Kummissarji li huma kkonċernati l-aktar;

N.  billi, f'dawn is-seduti ta' smigħ, il-Membri tal-PE ma ngħatawx tweġibiet ċari u suffiċjenti dwar il-possibbiltà ta' kunflitt ta' interess min-naħa tal-Prim Ministru Ċek;

O.  billi, fl-1 ta' Diċembru 2018, mezzi tax-xandir Ewropej bħal The Guardian, Le Monde, De Standaard u Süddeutsche Zeitung ippubblikaw informazzjoni dwar l-opinjoni legali maħruġa mis-Servizz Legali tal-Kummissjoni li tikkonferma l-kunflitt ta' interess tas-Sur Babiš;

1.  Huwa mħasseb serjament dwar in-nonkonformità tar-Repubblika Ċeka mal-Artikolu 61(1) tar-Regolament Finanzjarju fir-rigward tal-kunflitt ta' interess tal-Prim Ministru Ċek u r-rabtiet tiegħu mal-grupp Agrofert;

2.  Jiddeplora kwalunkwe tip ta' kunflitt ta' interess li jista' jikkomprometti l-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE u jimmina l-fiduċja taċ-ċittadini tal-Unjoni fil-ġestjoni xierqa ta' flus il-kontribwenti tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li tapplika politika ta' tolleranza żero mingħajr standards doppji fir-rigward tal-kunflitti ta' interess ta' kwalunkwe politiku tal-UE, u li ma ssib l-ebda skuża għal dewmien fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

3.  Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2015(6), li fiha jinnota li l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) fetaħ investigazzjonijiet amministrattivi fir-Repubblika Ċeka b'rabta mal-proġett magħruf bħala "Stork Nest" wara allegazzjoni li kien hemm xi irregolaritajiet u "jappella lill-Kummissjoni biex tinforma lill-kumitat responsabbli tiegħu immedjatament malli titlesta l-investigazzjoni"; ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' April 2018 dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2016(7), li fiha "jilqa' l-fatt li l-OLAF lesta l-investigazzjoni amministrattiva tiegħu dwar il-proġett Ċek "Stork Nest"" u "jiddispjaċih li l-OLAF sab irregolaritajiet serji";

4.  Jieħu nota tat-tweġiba tad-29 ta' Novembru 2018 mogħtija mill-Kummissarju Oettinger fil-qafas tal-proċedura ta' kwittanza tal-2017 għall-mistoqsija bil-miktub 51 li fiha informa lill-Parlament li, skont ir-rakkomandazzjoni tal-OLAF dwar il-każ "Stork Nest", adottata f'Diċembru 2017, l-awtoritajiet Ċeki rtiraw il-proġett investigat mill-OLAF mill-pretensjoni finali tal-Programm Operattiv Reġjonali għall-Bohemja Ċentrali, u li l-ebda fondi tal-UE ma tħallsu f'din l-operazzjoni; jinnota, barra minn hekk, li l-OLAF irrakkomanda lill-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali jiftħu investigazzjoni kriminali dwar il-fatti żvelati mill-investigazzjoni tal-OLAF u issa jikkunsidrahom bħala l-awtoritajiet kompetenti għal dan il-każ;

5.  Jenfasizza li minħabba l-applikabbiltà diretta tal-Artikolu 61(1) tar-Regolament Finanzjarju dwar il-kunflitti ta' interess, dawk kollha involuti fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE, inklużi l-kapijiet tal-gvernijiet, għandhom ir-responsabbiltà li josservaw l-obbligu tal-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess u jindirizzaw sitwazzjonijiet li jistgħu oġġettivament jiġu perċepiti bħala kunflitti ta' interess;

6.  Jiddispjaċih li l-Kummissjoni baqgħet passiva għal żmien twil, minkejja li kien hemm indikazzjonijiet b'saħħithom sa mill-2014 li s-Sur Babiš kellu kunflitt ta' interess fir-rwol tiegħu bħala Ministru tal-Finanzi u, aktar tard, bħala Prim Ministru;

7.  Ifakkar fl-obbligu tal-awtoritajiet nazzjonali li jiżguraw li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-kunflitti ta' interess tiġi applikata fil-każijiet kollha u għal kulħadd;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi mekkaniżmu ta' kontroll biex tindirizza l-kwistjoni tal-kunflitti ta' interess fl-Istati Membri u tistabbilixxi l-prevenzjoni attiva tal-kunflitti ta' interess bħala waħda mill-prijoritajiet tagħha; jistieden lill-Kummissjoni tintervjeni b'mod deċiż, speċjalment meta l-awtoritajiet nazzjonali jonqsu milli jieħdu azzjoni biex jimpedixxu l-kunflitti ta' interess tal-ogħla rappreżentanti tagħhom;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni dwar din il-kwistjoni mingħajr dewmien, abbażi tal-opinjoni tas-Servizz Legali tagħha wara l-ilment imressaq minn Transparency International fir-Repubblika Ċeka, u timplimenta l-miżuri korrettivi u l-proċeduri meħtieġa biex titranġa kwalunkwe sitwazzjoni illegali li jista' jkun hemm, fosthom miżura biex il-finanzjament kollu tal-UE lill-grupp Agrofert jiġi sospiż sa meta l-kunflitt ta' interess ikun ġie investigat u solvut għalkollox;

10.  Jistieden lill-awtoritajiet nazzjonali u l-uffiċjali governattivi kollha japplikaw b'mod proattiv ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid, b'mod partikolari l-Artikolu 61 dwar il-kunflitti ta' interess, sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet li jagħmlu ħsara lir-reputazzjoni tal-UE, dik tal-Istati Membri tagħha, lid-demokrazija u l-interessi finanzjarji tal-UE, u biex dan iservi ta' eżempju ta' ħidma għall-ġid pubbliku u mhux għall-gwadann personali;

11.  Jistieden lill-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri jiżguraw li l-ebda leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess ma tmur kontra l-ittra u l-ispirtu tar-Regolament Finanzjarju l-ġdid;

12.  Jieħu nota tal-opinjoni mħejjija mis-Servizz Legali tal-Kummissjoni dwar il-kunflitt ta' interess li seta' kellu l-Prim Ministru Ċek attwali, is-Sur Babiš, fir-rwol tiegħu ta' Ministru tal-Finanzi fl-2014; jesiġi li l-Kummissjoni tinvestiga bis-sħiħ il-legalità tas-sussidji kollha tal-UE mħallsa lill-grupp Agrofert mindu s-Sur Babiš ingħaqad mal-Gvern Ċek, filwaqt li tqis ir-Regolament Finanzjarju preċedenti applikabbli qabel it-2 ta' Awwissu 2018 u t-taqsima tiegħu dwar il-kunflitti ta' interess;

13.  Jitlob li l-Kummissjoni tippubblika d-dokumenti kollha għad-dispożizzjoni tagħha b'rabta mal-possibbiltà ta' kunflitt ta' interess tal-Prim Ministru Ċek u l-Ministru tal-Agrikoltura, u tispjega x'passi beħsiebha tieħu biex tirranġa s-sitwazzjoni;

14.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirkupra l-fondi kollha li tħallsu illegalment jew b'mod irregolari;

15.  Jinsisti fuq trasparenza sħiħa dwar kwalunkwe konnessjoni li s-Sur Babiš jista' jkollu mal-grupp Agrofert, u li dawn ir-rabtiet ma jridux ifixklu r-rwol tiegħu bħala Prim Ministru tar-Repubblika Ċeka;

16.  Jistieden lill-Kunsill jieħu l-miżuri kollha meħtieġa u xierqa biex jiġu evitati l-kunflitti ta' interess fil-kuntest tan-negozjati dwar il-baġit futur tal-UE u l-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, bi qbil mal-Artikolu 61(1) tar-Regolament Finanzjarju;

17.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Gvern u l-Parlament tar-Repubblika Ċeka.

(1) ĠU L 246, 14.9.2016, p. 1, ĠU L 252, 29.9.2017, p. 1, u ĠU L 248, 3.10.2018, p. 1.
(2) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(3) ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65.
(4) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.
(5) Ismeri Europa Srl vs Il-Qorti tal-Awdituri, Sentenza tal-15.6.1999, Kawża T-277/97, ECLI:EU:T:1999:124.
(6) ĠU L 252, 29.9.2017, p. 28.
(7) Testi adottati, P8_TA(2018)0121.


Attivitajiet tal-Ombudsman fl-2017
PDF 165kWORD 62k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2018 dwar ir-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Ombudsman Ewropew fl-2017 (2018/2105(INI))
P8_TA(2018)0531A8-0411/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Ombudsman Ewropew fl-2017,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 9, 11, 15, 24 u 228 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 11, 35, 37, 41, 42 u 43 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 1 tat-Trattati dwar ir-rwol tal-Parlamenti Nazzjonali fl-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 2 tat-Trattati dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità (UN CRPD),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Marzu 1994 rigward ir-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman(1),

–  wara li kkunsidra l-Kodiċi Ewropew ta' Mġiba Amministrattiva Tajba, kif adottat mill-Parlament fis-6 ta' Settembru 2001,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas dwar il-Kooperazzjoni konkluż bejn il-Parlament u l-Ombudsman Ewropew fil-15 ta' Marzu 2006, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2006,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-attivitajiet tal-Ombudsman Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 52 u 220(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A8-0411/2018),

A.  billi r-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Ombudsman Ewropew fl-2017 ġie ppreżentat uffiċjalment lill-President tal-Parlament fit-22 ta' Mejju 2018, u l-Ombudsman, Emily O'Reilly, ippreżentatu lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet fi Brussell fis-16 ta' Mejju 2018;

B.  billi l-Artikoli 24 u 228 tat-TFUE jagħtu s-setgħa lill-Ombudsman Ewropew li tilqa' l-ilmenti li jinvolvu każijiet ta' amministrazzjoni ħażina fl-attivitajiet tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet ġudizzjarji tagħha;

C.  billi l-Artikolu 10(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jiddikjara li "kull ċittadin għandu jkollu d-dritt li jipparteċipa fil-ħajja demokratika tal-Unjoni" u li "d-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b'mod kemm jista' jkun miftuħ u qrib iċ-ċittadin";

D.  billi l-Artikolu 15 tat-TFUE jistipula li "sabiex tiġi promossa t-tmexxija tajba u sabiex tiġi assigurata l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili, l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-Unjoni għandhom iwettqu x-xogħol tagħhom b'mod kemm jista' jkun miftuħ" u li "kull ċittadin tal-Unjoni, u kull persuna fiżika jew ġuridika li toqgħod jew li jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha fi Stat Membru, għandu jkollha d-dritt għall-aċċess għal dokumenti tal-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-Unjoni";

E.  billi l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, rigward id-dritt għal amministrazzjoni tajba, jistipula fost l-oħrajn li "kull persuna għandha d-dritt li dak kollu li jirrigwardaha jiġi trattat b'mod imparzjali, b'mod ġust u fi żmien raġonevoli mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni";

F.  billi l-Artikolu 43 tal-Karta jistipula li "kull ċittadin tal-Unjoni u kull persuna fiżika jew ġuridika li tirrisjedi jew li jkollha l-uffiċċju tagħha reġistrat fi Stat Membru għandha d-dritt li tirrikorri għand l-Ombudsman Ewropew f'każijiet ta' amministrazzjoni ħażina fl-attivitajiet tal-istituzzjonijiet, tal-korpi, tal-uffiċċji jew tal-aġenziji tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea meta tkun qed taġixxi fir-rwol ġudizzjarju tagħha";

G.  billi l-Artikolu 298(1) tat-TFUE jistipula li "fit-twettiq tal-missjonijiet tagħhom, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni għandu jkollhom l-appoġġ ta' amministrazzjoni Ewropea miftuħa, effiċjenti u indipendenti";

H.  billi fl-2017 l-Ombudsman fetħet 447 inkjesta, li minnhom 433 kienu bbażati fuq ilmenti u 14 kienu bbażati fuq inizjattiva proprja, filwaqt li għalqet 363 inkjesta (348 ibbażati fuq ilmenti u 15 fuq inizjattiva proprja); billi ħafna mill-inkjesti kienu jikkonċernaw lill-Kummissjoni (256 inkjesta jew 57.3 %), segwita mill-aġenziji tal-UE (35 inkjesta jew 7.8 %), l-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) (34 inkjesta jew 7.6 %), il-Parlament (22 inkjesta jew 4.9 %), is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) (17-il inkjesta jew 3.8 %), l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) (16-il inkjesta jew 3.6 %) u istituzzjonijiet oħra (67 inkjesta jew 15 %);

I.  billi t-tliet temi prinċipali fl-inkjesti magħluqa mill-Ombudsman fl-2017 kienu: it-trasparenza, l-obbligu ta' rendikont u l-aċċess tal-pubbliku għall-informazzjoni u għad-dokumenti (20.6 %); il-kultura ta' servizz (16.8 %) u r-rispett għad-drittijiet proċedurali (16.5 %); billi tħassib ieħor kien jinkludi kwistjonijiet etiċi, parteċipazzjoni pubblika fid-drittijiet tal-UE għal teħid ta' deċiżjoni, l-użu xieraq tad-diskrezzjoni, inkluż fil-proċeduri ta' ksur, il-ġestjoni finanzjarja tajba ta' offerti, għotjiet u kuntratti tal-UE, ir-reklutaġġ, u l-ġestjoni tajba tal-kwistjonijiet tal-persunal tal-UE;

J.  billi fil-ħidma strateġika tiegħu fl-2017, l-uffiċċju tal-Ombudsman għalaq erba' inkjesti strateġiċi u fetaħ erbgħa ġodda dwar it-trasparenza tal-Kunsill; dwar il-kwistjoni ta' "bibien iduru" li tikkonċerna lill-eks Kummissarji Ewropej; dwar l-aċċessibbiltà tas-siti web tal-Kummissjoni għall-persuni b'diżabbiltà u dwar attivitajiet qabel is-sottomissjoni marbuta mal-valutazzjonijiet tal-mediċina mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA); billi fl-2017 l-Ombudsman fetħet tmien inizjattivi strateġiċi dwar, fost suġġetti oħrajn, it-trasparenza fil-lobbjar tal-Kunsill Ewropew, it-titjib tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (ECI), u r-regoli ta' bibien iduru fid-diversi istituzzjonijiet u korpi tal-UE, u għalqet sitt inizjattivi strateġiċi;

K.  billi l-UE għadha qed tħabbat wiċċha mal-agħar kriżi ekonomika, soċjali u politika mindu twaqqfet; billi l-approċċ ineffettiv adottat mill-istituzzjonijiet tal-UE fl-indirizzar tan-nuqqas ta' trasparenza kemm fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-UE kif ukoll fl-attivitajiet ta' lobbjar, minbarra kwistjonijiet etiċi sinifikanti oħra fi ħdan l-istituzzjonijiet, qed jikkontribwixxu biex ikomplu jdgħajfu l-perċezzjoni tal-UE;

L.  billi r-rifjut ta' aċċess għal dokumenti tal-UE u kwistjonijiet ta' trasparenza relatati baqgħu jirrappreżentaw l-akbar proporzjon tal-inkjesti tal-Ombudsman Ewropew fl-2017;

M.  billi minħabba l-fatt li ta' spiss it-talbiet għall-aċċess għad-dokumenti jkunu ta' natura sensittiva għall-ħin, l-Ombudsman nediet fażi ta' prova għal proċedura rapida;

N.  billi l-Ombudsman għandha rwol kruċjali fir-rigward tal-iżgurar tal-obbligu ta' rendikont tal-istituzzjonijiet tal-UE u t-trasparenza u l-imparzjalità massima tal-amministrazzjoni tal-UE u l-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet sabiex tipproteġi b'suċċess id-drittijiet taċ-ċittadini, b'hekk iżżid il-fiduċja, l-involviment u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-ħajja demokratika tal-Unjoni;

O.  billi l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea stipulat li l-prinċipji tal-pubbliċità u tat-trasparenza huma inerenti għall-proċess leġiżlattiv tal-UE, u li l-effettività u l-integrità tal-proċess leġiżlattiv ma jistgħux idgħajfu l-prinċipji tal-pubbliċità u tat-trasparenza li fuqhom huwa bbażat dak il-proċess; billi l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat gwida ċara dwar din il-kwistjoni, bħal fis-sentenza tagħha tat-22 ta' Marzu 2018 dwar il-kawża T-540/15;

P.  billi l-Ombudsman wettqet inkjesta bbażata fuq ilmenti ta' sena sħiħa dwar is-sħubija tal-President tal-BĊE fil-Grupp ta' 30 (G30), organizzazzjoni privata li l-membri tagħha jinkludu rappreżentanti ta' banek sorveljati direttament jew indirettament mill-BĊE; billi l-Ombudsman irrakkomandat li l-President tal-BĊE jissospendi s-sħubija tiegħu tal-G30;

Q.  billi l-Ombudsman eżaminat l-ilmenti dwar l-immaniġġjar tal-Kummissjoni tal-impjieg wara l-mandat tal-eks Kummissarji tagħha; billi l-Ombudsman kienet diġà sabet li n-nuqqas tal-Kummissjoni li tieħu deċiżjoni speċifika dwar il-każ tal-eks President tal-Kummissjoni Barroso wassal għal amministrazzjoni ħażina; billi dwar il-każ ta' Barroso, il-Kumitat tal-Etika kkonkluda li ma kienx hemm raġunijiet suffiċjenti biex jiġi stabbilit ksur tal-obbligi legali, wara li tqieset id-dikjarazzjoni bil-miktub tal-eks President li hu ma kienx involut fil-lobbjar f'isem Goldman Sachs u li ma kellux l-intenzjoni li jagħmel dan;

R.  billi l-kriżi finanzjarja ġabet kriżi ekonomika u soċjali, li poġġiet dubju fuq l-istituzzjonijiet Ewropej;

S.  billi fil-25 ta' Ottubru 2017 saret laqgħa bejn l-eks President tal-Kummissjoni Barroso u l-Viċi President attwali tal-Kummissjoni, li ġiet irreġistrata bħala laqgħa uffiċjali ma' Goldman Sachs; billi l-Ombudsman innotat li n-natura preċiża ta' din il-laqgħa ma kinitx ċara; billi l-Ombudsman enfasizzat li hemm tħassib komprensibbli li l-eks President qed juża l-istatus li kellu u l-kuntatti tiegħu mal-eks kollegi biex jinfluwenza u jikseb informazzjoni; billi dan il-każ iqajjem kwistjonijiet sistematiċi dwar l-approċċ ġenerali tal-Kummissjoni lejn l-immaniġġjar ta' tali każijiet u l-grad ta' indipendenza tal-Kumitat tal-Etika; tenfasizza l-ħtieġa, għalhekk, għal regoli aktar b'saħħithom fil-livell tal-UE biex jipprevjenu u jissanzjonaw il-kunflitti kollha ta' interess fl-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE;

T.  billi f'Marzu 2017 l-Ombudsman fetħet inkjesta strateġika dwar l-aċċess miftuħ u l-obbligu ta' rendikont tal-Kunsill; billi l-Ombudsman sabet amministrazzjoni ħażina fin-nuqqas tal-Kunsill li jirreġistra l-identitajiet tal-Istati Membri li jieħdu pożizzjoni fi proċedura leġiżlattiva u fin-nuqqas ta' trasparenza mill-Kunsill dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti leġiżlattivi tiegħu; bħall-prattika ta' mmarkar ta' dokumenti b'mod mhux proporzjonat bħala "LIMITE", jiġifieri, mhux għaċ-ċirkolazzjoni; billi fis-17 ta' Mejju 2018, l-Ombudsman ippreżentat rapport speċjali lill-Parlament dwar l-inkjesta strateġika tagħha biex ittejjeb l-obbligu ta' rendikont u t-trasparenza tal-ħidma leġiżlattiva tal-Kunsill;

U.  billi aktar ftuħ dwar il-pożizzjonijiet meħuda mill-gvernijiet nazzjonali jista' jservi biex inaqqas il-fenomenu ta' "tort ta' Brussell", li jirrappreżenta b'mod ħażin ir-realtà ta' kif jintlaħaq qbil dwar il-leġiżlazzjoni tal-UE, filwaqt li jipprovoka l-Ewroxettiċiżmu u s-sentiment kontra l-UE;

V.  billi l-Ombudsman eżaminat in-nuqqas ta' konformità mar-regoli tal-UE u internazzjonali tal-politika ta' trasparenza tal-BEI dwar l-aċċess għad-dokumenti;

W.  billi l-prevenzjoni b'mod xieraq tal-kunflitti ta' interess fi ħdan l-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi tal-UE hija parti essenzjali sabiex tiġi ggarantita amministrazzjoni tajba u tiżdied il-fiduċja taċ-ċittadini fil-proċess tat-t-teħid ta' deċiżjonijiet tal-UE; billi l-Ombudsman nediet inkjesta strateġika dwar kif il-Kummissjoni twettaq valutazzjonijiet ta' kunflitt ta' interess għall-konsulenti speċjali tagħha, li spiss jaħdmu b'mod simultanju għas-settur privat;

X.  billi l-Ombudsman eżaminat l-ilmenti taċ-ċittadini li jiddenunzjaw in-nuqqas tal-Kummissjoni li tilħaq deċiżjoni f'waqtha dwar il-każijiet ta' ksur li jikkonċernaw l-abbuż ta' kuntratti ta' xogħol b'terminu fiss; billi, matul is-snin, diversi Stati Membri esperjenzaw żieda sinifikanti fil-kuntratti ta' impjieg atipiċi u temporanji, li qajjem dubju dwar l-implimentazzjoni tad-dritt Ewropew tax-xogħol u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja;

Y.  billi għall-finijiet tad-deċiżjonijiet relatati mal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u mas-sigurtà tal-bnedmin, tal-annimali u tal-pjanti, fl-attitudni tagħhom, l-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-uffiċċji tal-UE għandhom ikunu speċjalment iffukati fuq iċ-ċittadini u orjentati lejn is-servizz, u għandhom jindirizzaw kif xieraq it-tħassib tal-pubbliku dwar trasparenza sħiħa, indipendenza u preċiżjoni fil-ġbir u l-evalwazzjoni tal-evidenza xjentifika; billi l-evidenza u l-proċeduri xjentifiċi użati fil-livell tal-UE li wasslu għall-awtorizzazzjonijiet ta', inter alia, organiżmi ġenetikament modifikati, pestiċidi u glifosat ħolqu kritika sinifikanti u taw bidu għal dibattitu pubbliku wiesa';

Z.  billi l-Kummissjoni għad trid timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman dwar in-negozjati tagħha mal-industrija tat-tabakk, u b'hekk qiegħda tonqos milli tiżgura trasparenza sħiħa f'konformità mal-obbligi tagħha skont il-Konvenzjoni ta' Qafas dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk tal-WHO (WHO FCTC);

AA.  billi l-Ombudsman ippubblikat rakkomandazzjonijiet ċari u prattiċi dwar kif l-uffiċjali pubbliċi għandhom jinteraġixxu mal-lobbisti, u għamlet sforzi biex iżżid l-għarfien dwar dawn fi ħdan il-Kunsill u l-Kummissjoni;

AB.  billi l-Ombudsman tagħmel parti mill-qafas tal-UE skont il-UN CRPD inkarigata mill-protezzjoni, il-promozzjoni u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni fil-livell tal-istituzzjonijiet tal-UE;

AC.  billi l-Ombudsman wettqet inkjesta dwar kif Martin Selmayr, il-Kap tal-Kabinett tal-President tal-Kummissjoni ta' dak iż-żmien, inħatar bħala Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni; billi l-Ombudsman enfasizzat li l-Kummissjoni ħolqot sens ta' urġenza artifiċjali biex timla l-kariga ta' Segretarju Ġenerali sabiex tiġġustifika l-fatt li ma ppubblikatx avviż ta' post battal u organizzat proċedura tal-għażla għal Deputat Segretarju Ġenerali, mhux biex timla dak ir-rwol direttament, iżda biex tagħmel lis-Sur Selmayr Segretarju Ġenerali f'ħatra rapida b'żewġ stadji; billi l-Ombudsman sabet erba' każijiet ta' amministrazzjoni ħażina fil-ħatra tas-Sur Selmayr minħabba n-nuqqas tal-Kummissjoni li ssegwi r-regoli rilevanti b'mod korrett sew fl-ittra kif ukoll fl-ispirtu;

AD.  billi l-ħidma tal-Ombudsman Ewropew tikkomplementa perfettament il-ħidma tal-kontropartijiet nazzjonali u reġjonali tagħha; billi l-iskambju u l-koordinazzjoni tal-ħidma tagħhom fi ħdan in-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen, taħt l-awspiċji tal-Ombudsman Ewropew, huma parti pożittiva ħafna tal-isforzi biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini u r-residenti kollha tal-UE jgawdu mid-dritt għal amministrazzjoni tajba fil-livelli kollha;

AE.  billi l-istatut attwali tal-Ombudsman Ewropew ġie aġġornat riċentement qabel daħal fis-seħħ it-Trattat ta' Lisbona; billi minn dakinhar, ħarġu aspettattivi ġodda fost iċ-ċittadini tal-UE dwar amministrazzjoni tajba u r-rwol li għandha l-Ombudsman biex tiżguraha, b'mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għad-dokumenti, żvelar ta' informazzjoni protetta u fastidju, u li tiżgura li l-Kummissjoni timmaniġġja l-ammissibbiltà tal-Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej b'mod ġust u imparzjali;

1.  Japprova r-rapport annwali għall-2017 ippreżentat mill-Ombudsman Ewropew; jieħu nota tal-istil tal-preżentazzjoni li hija ċara u tista' tinqara faċilment, billi jenfasizza l-aktar fatti u ċifri importanti dwar il-ħidma tal-Ombudsman fl-2017;

2.  Jifraħ lil Emily O'Reilly għax-xogħol eċċellenti u l-isforzi kostruttivi tagħha biex ittejjeb il-kwalità tal-amministrazzjoni tal-UE u l-aċċessibbiltà u l-kwalità tas-servizzi li din toffri liċ-ċittadini; jafferma mill-ġdid l-appoġġ b'saħħtu tiegħu għall-azzjonijiet imwettqa mill-Ombudsman għaċ-ċittadini u d-demokrazija Ewropea;

3.  Jilqa' l-istrateġija tal-Ombudsman mifruxa fuq perjodu ta' ħames snin "Lejn l-2019" li għandha l-għan li żżid l-impatt u l-viżibbiltà tal-uffiċċju tagħha u tibni relazzjonijiet b'saħħithom mal-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-organizzazzjonijiet tal-UE, għall-benefiċċju akbar taċ-ċittadini;

4.  Jinnota bi tħassib kbir li l-inkjesti relatati mat-trasparenza u mal-obbligu ta' rendikont, inkluż dwar l-aċċess għall-informazzjoni u għad-dokumenti, baqgħu jirrappreżentaw l-akbar proporzjon ta' każijiet immaniġġjati mill-Ombudsman fl-2017, segwiti minn ilmenti relatati mal-aġenziji u korpi oħra tal-UE;

5.  Jilqa' l-isforzi tal-Ombudsman li tippreżenta lill-persunal tal-istituzzjonijiet tal-UE bil-Premju għal Amministrazzjoni Tajba 2017, b'mod partikolari dak għad-DĠ Saħħa tal-Kummissjoni għall-isforzi tagħhom f'isem il-pazjenti b'mard rari;

6.  Jenfasizza l-importanza ta' trasparenza massima u aċċess pubbliku mtejjeb għad-dokumenti miżmuma mill-istituzzjonijiet tal-UE; jenfasizza l-ħidma strutturali tal-Ombudsman fl-iżvelar ta' każijiet ta' amministrazzjoni ħażina billi tadotta approċċ ta' każ b'każ u tniedi għadd dejjem jikber ta' inkjesti fuq inizjattiva proprja;

7.  Huwa grat għall-kooperazzjoni tajba tal-Ombudsman u t-tim tagħha mal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, li ġiet ikkaratterizzata minn rispett u attenzjoni għad-dettall;

8.  Jenfasizza l-fatt li l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-aċċess għad-dokumenti għandha tiġi aġġornata; itenni t-talba tiegħu biex ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 rigward l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni(2) jiġi rivedut sabiex jiġi ffaċilitat ukoll ix-xogħol tal-Ombudsman fl-eżaminazzjoni tal-għoti ta' aċċess għad-dokumenti mill-Parlament, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni; jilqa' l-introduzzjoni tal-Ombudsman tal-proċedura rapida għall-ilmenti sabiex tittratta l-inkjesti dwar l-aċċess għad-dokumenti;

9.  Jenfasizza li ċ-ċittadini jeħtiġilhom ikunu jistgħu jipparteċipaw aktar direttament fil-ħajja demokratika tal-UE u jsegwu l-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet fl-istituzzjonijiet tal-UE fid-dettall, u jkollhom aċċess għall-informazzjoni kollha rilevanti sabiex jeżerċitaw bis-sħiħ id-drittijiet demokratiċi tagħhom;

10.  Jisħaq ir-rwol tal-Ombudsman fil-ħidma tagħha biex tikseb trasparenza u obbligu ta' rendikont akbar fil-proċess leġiżlattiv tal-UE biex iżżid il-fiduċja taċ-ċittadini, fir-rigward mhux biss tal-legalità ta' att iżolat, iżda wkoll tal-leġittimità tal-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet kollu kemm hu;

11.  Jitlob reviżjoni tal-linji gwida interni tal-Kunsill dwar dokumenti LIMITE, li m'għandhom l-ebda bażi legali solida, sabiex jiġi appoġġjat il-prinċipju li skontu l-istatus LIMITE jista' jingħata biss lil abbozz preliminari li għad m'għandux awtur u li m'għandu l-ebda impatt fuq il-proċedura leġiżlattiva;

12.  Jirrikonoxxi l-ħtieġa għal trasparenza massima fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-UE u jfaħħar l-inkjesta tal-Ombudsman dwar il-prattika normali ta' negozjati informali bejn it-tliet istituzzjonijiet ewlenin tal-UE (it-trilogi); jappoġġja l-pubblikazzjoni tad-dokumenti ta' trilogu kollha skont id-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

13.  Jemmen bis-sħiħ li r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman dwar il-Politika ta' Trasparenza tal-BEI jridu jiġu implimentati mingħajr aktar dewmien; ifakkar li din il-politika hija bbażata fuq preżunzjoni ta' żvelar u li taħt din il-politika kulħadd jista' jkollu aċċess għad-dokumenti u l-informazzjoni tal-BEI;

14.  Jitlob li l-politika tad-divulgazzjoni tal-Grupp tal-BEI tiżgura livell dejjem ogħla ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam mal-prinċipji li jirregolaw il-politika tal-ipprezzar u l-korpi ta' governanza tiegħu; jitlob li jiġu ppubblikati l-minuti tal-laqgħat tal-kumitat ta' ġestjoni tal-Grupp tal-BEI;

15.  Jenfasizza li l-pożizzjonijiet tal-Istati Membri fi ħdan il-Kunsill matul il-proċess leġiżlattiv tal-UE jridu jiġu rreġistrati u jsiru kwistjoni ta' għarfien pubbliku f'ħin opportun u b'mod aċċessibbli, bħal fi kwalunkwe sistema msejsa fil-prinċipju ta' leġittimità demokratika, il-koleġiżlaturi jeħtiġilhom jinżammu responsabbli mill-pubbliku għall-azzjonijiet tagħhom; jemmen li obbligu ta' rendikont akbar fil-Kunsill dwar pożizzjonijiet li jittieħdu mill-gvernijiet nazzjonali fil-leġiżlazzjoni tal-UE, inkluż li d-dokumenti leġiżlattivi jsiru aċċessibbli b'mod proattiv għall-pubbliku waqt li jkun għaddej il-proċess leġiżlattiv, jgħin biex jindirizza n-nuqqas ta' trasparenza fit-teħid tad-deċiżjonijiet u jneħħi l-kultura ta' "tort ta' Brussell" għal deċiżjonijiet li finalment jittieħdu mill-gvernijiet nazzjonali nfushom; jeżiġi li l-Kunsill, skont l-Artikolu 15(3) tat-TFUE, jirrevedi l-politika ta' kunfidenzjalità tiegħu sabiex jiżgura l-ogħla livell ta' trasparenza fil-ħidma tiegħu;

16.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura trasparenza massima u aċċess għal dokumenti u informazzjoni, f'dak li għandu x'jaqsam mal-proċeduri tal-EU Pilot, tal-inqas fir-rigward tal-petizzjonijiet irċevuti, u mat-trasparenza sħiħa u mal-aċċess sħiħ għall-EU Pilot u ta' proċeduri ta' ksur li diġà spiċċaw;

17.  Iħeġġeġ lill-Ombudsman biex tkompli timmonitorja l-implimentazzjoni tar-riforma tal-Kummissjoni tas-sistema tal-gruppi ta' esperti sabiex tiżgura konformità sħiħa mar-regoli legalment vinkolanti u trasparenza massima fit-twettiq tal-attivitajiet tal-gruppi ta' esperti kollha, u tinvestiga u tirrapporta kwalunkwe kunflitt ta' interessi possibbli; jemmen li hija meħtieġa valutazzjoni b'attenzjoni u informazzjoni dwar il-gruppi ta' esperti kollha sabiex jiġi mifhum il-grad ta' indipendenza tagħhom, bl-għan li jservu l-interess pubbliku u jagħtu valur miżjud lit-tfassil ta' politika tal-UE; jemmen li l-membri kollha tal-gruppi ta' esperti jeħtiġilhom ikunu fuq ir-reġistru ta' trasparenza;

18.  Itenni t-talba tiegħu għal ċentru ta' trasparenza ċentrali għall-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha tal-UE;

19.  Jappoġġja l-impenn tal-Ombudsman biex ittejjeb it-trasparenza tal-lobbjar tal-UE; jisħaq l-importanza tal-adozzjoni ta' att leġiżlattiv xieraq sabiex ir-reġistru ta' trasparenza tal-UE jsir obbligatorju u legalment vinkolanti għall-istituzzjonijiet u l-aġenziji u r-rappreżentanti ta' gruppi ta' interess kollha tal-UE, b'hekk tiġi żgurata trasparenza sħiħa tal-lobbjar;

20.  Jisħaq l-importanza li jkun hemm aġġornament regolari u titjib kbir fil-preċiżjoni tad-data fir-reġistru ta' trasparenza tal-UE, inkluż l-obbligu għall-kumpaniji legali li jillobbjaw biex jiddikjaraw il-klijenti kollha tagħhom; jenfasizza l-ħtieġa li l-informazzjoni kollha dwar l-influwenza tal-lobbisti ssir disponibbli mingħajr ħlas, tkun kompletament komprensibbli u tkun aċċessibbli faċilment għall-pubbliku; jemmen li trid tiġi żgurata trasparenza sħiħa tal-finanzjament tar-rappreżentanti ta' gruppi ta' interess kollha; jitlob li kwalunkwe organizzazzjoni li tikser ir-regoli ta' bibien iduru tiġi sospiża mir-reġistru ta' trasparenza;

21.  Jenfasizza s-sejbiet tal-Ombudsman li s-sħubija kontinwa tal-President tal-BĊE tal-G30 kienet tinkludi amministrazzjoni ħażina peress li tat bidu għal perċezzjoni pubblika li l-indipendenza tal-BĊE minn interessi finanzjarji privati tista' tiġi kompromessa; jisħaq li l-membri tal-bord eżekuttiv tal-BĊE għandhom jastjenu milli jkunu membri wkoll ta' fora jew organizzazzjonijiet oħra li jinkludu eżekuttivi minn banek sorveljati mill-BĊE; jieħu nota tar-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman tal-15 ta' Jannar 2018 dwar l-involviment tal-President tal-BĊE u l-membri tal-korpi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tiegħu fil-G30 u jħeġġeġ lill-BĊE biex jemenda r-regoli rilevanti sabiex jiżgura li jiġu implimentati fil-prattika l-ogħla standards etiċi u ta' obbligu ta' rendikont;

22.  Jemmen li l-Kummissjoni naqset milli tirrispetta l-prinċipji tat-trasparenza, l-etika u l-istat tad-dritt fil-proċedura li użat biex taħtar lil Martin Selmayr bħala s-Segretarju Ġenerali l-ġdid tagħha; jiddispjaċih bil-qawwa dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonferma lis-Sur Selmayr bħala s-Segretarju Ġenerali l-ġdid tagħha, filwaqt li injorat il-kritika estensiva u wiesgħa miċ-ċittadini tal-UE u l-ħsara għar-reputazzjoni li ġiet ikkawżata lill-UE kollha kemm hi; jenfasizza li s-Sur Selmayr jeħtieġlu jirriżenja bħala Segretarju Ġenerali u jistieden lill-Kummissjoni tadotta proċedura ġdida biex taħtar is-Segretarju Ġenerali tagħha, filwaqt li tiżgura li jinżammu l-ogħla standards ta' trasparenza, etika u l-istat tad-dritt;

23.  Jistieden lill-Ombudsman biex tkompli l-ħidma tagħha dwar it-tisħiħ tar-regoli etiċi fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-UE sabiex issolvi l-kwistjoni ta' bibien iduru u biex tiggarantixxi trasparenza sħiħa dwar l-informazzjoni kollha relatata ma' każijiet bħal dawn, inkluża l-pubblikazzjoni immedjata tal-ismijiet ta' dawk l-uffiċjali anzjani kollha tal-UE involuti; jistenna b'interess l-analiżi tal-Ombudsman dwar kif il-Kummissjoni qiegħda timplimenta l-linji gwida u s-suġġerimenti tagħha dwar kif se ttejjeb l-immaniġġjar tas-sitwazzjonijiet ta' bibien iduru, inkluż il-possibbiltà li tadotta regoli leġiżlattivi biex tipprevjeni u tissanzjona tali sitwazzjonijiet u abbużi possibbli;

24.  Jemmen bil-qawwa li jeħtieġ li jiġu applikati immedjatament regoli u standards morali u etiċi aktar stretti, ċari u li jiġu applikati b'mod faċli fl-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi tal-UE, bil-għan li jiġi żgurat ir-rispett għad-dmir tal-integrità u ta' diskrezzjoni, u li jiġi evitat kunflitt ta' interessi mas-settur privat; iqis li dawn ir-regoli u standards iridu jkunu bbażati fuq att leġiżlattiv; jieħu nota tal-kodiċi tal-kondotta aġġornat għall-Kummissarji, li daħal fis-seħħ fi Frar 2018 u introduċa perjodi ta' rtirar aktar stretti; jikkunsidra, madankollu, li l-perjodi ta' notifika ta' wara t-tmiem tal-mandat għandhom jiżdiedu;

25.  Jisħaq il-ħtieġa urġenti biex il-Kodiċi Ewropew ta' Mġiba Amministrattiva Tajba eżistenti jiġi aġġornat effettivament, billi jiġi adottat regolament vinkolanti dwar il-kwistjoni;

26.  Jemmen li l-laqgħa bejn l-eks President tal-Kummissjoni Barroso u l-Viċi President attwali tal-Kummissjoni, li ġiet irreġistrata bħala laqgħa uffiċjali ma' Goldman Sachs, kompliet turi l-ħtieġa urġenti li jiġu riveduti r-regoli u l-prattiki attwali sabiex jissaħħu r-rekwiżiti ta' integrità għall-Kummissarji kemm waqt kif ukoll wara l-mandati tagħhom;

27.  Itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex tiggarantixxi pubblikazzjoni proattiva u trasparenza sħiħa fir-rigward tal-impjiegi ta' eks Kummissarji wara t-tmiem tal-mandat tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-Kumitat tal-Etika jkun kompletament indipendenti u responsabbli u jħeġġeġ lill-Ombudsman biex tkompli tivvaluta u tirrapporta dwar kwalunkwe kunflitt ta' interess possibbli tal-membri tal-Kumitat tal-Etika;

28.  Jifraħ lill-Ombudsman dwar l-inkjesta strateġika tagħha dwar it-trasparenza fil-proċess leġiżlattiv tal-Kunsill (OI/2/2017/TE), iżda jiddispjaċih dwar in-nuqqas tal-Kunsill li jwieġeb għas-sejbiet fi ħdan l-iskadenza; jinnota li dan, sfortunatament, huwa suġġett rikorrenti li jintwera b'mod kostanti anke mill-ilmenti mressqa lill-Ombudsman; jemmen, barra minn hekk, li dan għandu jitqies ta' importanza kbira għall-ħajja demokratika tal-Unjoni u l-parteċipazzjoni effettiva taċ-ċittadini fil-kontinent kollu, peress li qiegħed ixekkel l-issodisfar tat-trattati kostituzzjonali u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali; jinnota, b'rabta ma' dan, is-sejbiet tal-Ombudsman f'każ reċenti (1272/2017/LP – ir-rifjut tal-Kunsill li jingħata aċċess pubbliku għall-opinjoni tas-Servizz Legali tiegħu fir-rigward ta' ftehim interistituzzjonali dwar ir-Reġistru ta' Trasparenza), li ssuġġerew li l-kwistjoni qed thedded il-prinċipju ta' bilanċ istituzzjonali u qed tikser il-prattika essenzjali ta' kooperazzjoni sinċiera reċiproka; jindika li huwa impossibbli jitwettqu l-verifiki ex post fuq bażi ad hoc wara li tiġi rrifjutata talba;

29.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi adottat titjib kbir dwar ir-regoli ta' kunflitt ta' interess għal konsulenti speċjali; jistieden speċifikament lill-Kummissjoni biex timplimenta bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman f'dan ir-rigward, billi tadotta trasparenza massima u approċċ proattiv għall-valutazzjoni tagħha ta' kwalunkwe kunflitt ta' interess potenzjali qabel u wara l-ħatra ta' konsulenti speċjali, u biex tiżgura li ċ-ċittadini jkollhom aċċess sħiħ għall-informazzjoni rilevanti kollha;

30.  Ifaħħar l-interess kostanti tal-Ombudsman fi kwistjonijiet rilevanti għall-persunal tal-istituzzjonijiet u jenfasizza l-importanza li titnaqqas kwalunkwe diskriminazzjoni li tista' tirriżulta minn status differenzjat; itenni l-importanza tas-sejbiet tal-Ombudsman dwar traineeships mhux imħallsa fid-delegazzjonijiet tal-UE tas-SEAE (kawża 454/2014/PMC) u r-rakkomandazzjoni li s-SEAE għandu jħallas lit-trainees tiegħu ammont xieraq skont il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni; Jiddeplora l-fatt li istituzzjonijiet oħra tal-UE jsegwu l-istess prattika ħażina ta' traineeships mhux imħallsa, li ma joffrix opportunitajiet ġusti liż-żgħażagħ jew joffri xogħol daqs dak ta' impjegat, li jħalli lill-professjonisti żgħażagħ esklużi minn nuqqas ta' fondi suffiċjenti li bihom isostnu ruħhom u li jiġu remunerati b'mod inadegwat għas-servizzi tagħhom; jindika li n-nuqqasijiet fl-istatus tat-trainees jidhru f'oqsma oħra, jiġifieri nuqqas ta' mekkaniżmi għar-rappurtar ta' fastidju sesswali fl-aġenziji tal-Unjoni; jitlob għalhekk lill-Ombudsman, sabiex tiftaħ inkjesta strateġika ġenerali dwar l-istatus tat-trainees;

31.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tagħmel xogħolha kompletament trasparenti billi tippubblika online data dwar il-laqgħat kollha tagħha mal-lobbisti tat-tabakk jew ir-rappreżentanti legali tagħhom u l-minuti kollha tagħhom, f'konformità mal-obbligi tagħha skont il-WHO FCTC;

32.  Iħeġġeġ lill-Ombudsman timmonitorja l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet għall-uffiċjali pubbliċi tal-UE dwar l-interazzjonijiet tagħhom mar-rappreżentanti interessati, u biex tkompli iżżid l-għarfien dwar dawn ir-rakkomandazzjonijiet fost il-membri tal-persunal tal-UE fl-istituzzjonijiet kollha tal-UE, permezz ta' taħriġ edukattiv, seminars u miżuri ta' appoġġ relatati;

33.  Jiddispjaċih ħafna dwar id-dewmien akkumulat mill-Kummissjoni b'rabta mal-proċeduri ta' ksur dwar l-abbuż ta' kuntratti b'terminu fiss kemm fis-settur privat kif ukoll fis-settur pubbliku, li serva għall-abbuż u l-ksur tad-drittijiet tal-ħaddiema fl-Istati Membri; jistieden lill-Ombudsman biex timmonitorja din il-kwistjoni sabiex tissalvagwardja d-drittijiet taċ-ċittadini b'mod effettiv;

34.  Jappoġġja r-rwol tal-Ombudsman fit-tiswir ta' politika proattiva u trasparenti fl-aġenziji kollha tal-UE; iħeġġeġ lill-Ombudsman biex tkompli timmonitorja l-aġenziji kollha tal-UE sabiex tiżgura li dawn jissodisfaw l-ogħla standards ta' trasparenza u jipprovdu aċċess pubbliku għad-dokumenti u l-informazzjoni, b'fokus partikolari fuq il-proċeduri u l-attivitajiet relatati mal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem;

35.  Iħeġġeġ lill-Ombudsman biex tniedi inkjesta strateġika sabiex tivvaluta jekk l-Istituzzjonijiet, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-UE, bħall-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) u l-EMA, jiżgurawx li l-ġbir, l-eżaminazzjoni u l-pubblikazzjoni ta' evidenza xjentifika humiex kompletament indipendenti, trasparenti, imparzjali, preċiżi u ħielsa mill-kunflitt ta' interessi, u jekk hemmx fis-seħħ il-politiki u l-proċeduri ta' salvagwardja xierqa, l-aktar meta jiġu indirizzati l-organiżmi modifikati ġenetikament, il-glifosat, il-pestiċidi, il-prodotti u l-mediċini fitosanitarji u bijoċidali; jissuġġerixxi f'dan ir-rigward, li jkomplu jiġu investigati l-kompożizzjoni u l-proċeduri tal-għażla tal-kumitati u l-bords ta' dawn l-aġenziji, sabiex jiġi żgurat li dawn ikunu kompletament indipendenti u sabiex jitqiegħdu fis-seħħ l-aktar mekkaniżmi stretti li jipprevjenu kwalunkwe kunflitt ta' interess possibbli;

36.  Jilqa' l-inkjesti strateġiċi tal-Ombudsman dwar il-kura tal-persuni b'diżabbiltajiet skont ir-Reġim Komuni tal-Assigurazzjoni tal-Mard tal-Kummissjoni u dwar l-aċċessibbiltà tal-paġni web u l-għodod online tal-Kummissjoni għall-persuni b'diżabbiltajiet; iħeġġeġ lill-Ombudsman biex tagħmel l-almu tagħha bil-għan li tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa u konsistenti tal-UN CRPD mill-amministrazzjoni tal-UE;

37.  Jilqa' l-impenn tal-Ombudsman għall-ftuħ u t-trasparenza matul in-negozjati tal-Brexit; jissottolinja r-rispons pożittiv li rċeviet l-Ombudsman kemm mill-Kunsill kif ukoll mill-Kummissjoni li jirrikonoxxu l-importanza tat-trasparenza; jistieden lill-gvern tar-Renju Unit sabiex jikkomplementa dan l-impenn;

38.  Iħeġġeġ lill-Ombudsman tkompli l-kollaborazzjoni tagħha mal-ombudsmen nazzjonali permezz tan-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen;

39.  Jistieden lin-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen biex juri viġilanza akbar meta jimmonitorja li l-awtoritajiet pubbliċi jaġixxu immedjatament fuq każijiet ta' brutalità tal-pulizija, razziżmu u anti-Semitiżmu fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u l-governanza demokratika;

40.  Jitlob li jiġu allokati riżorsi ekonomiċi u umani akbar lill-uffiċċju tal-Ombudsman sabiex ikun jista' jlaħħaq mal-ammont ta' xogħol attwali u futur, bl-għan li jinżamm id-dover kruċjali tiegħu li jżid il-prattiki ta' amministrazzjoni tajba fl-UE, servizz ta' importanza kruċjali għaċ-ċittadini tal-Unjoni;

41.  Jilqa' l-konferenza annwali tan-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen tad-19 ta’ Ġunju 2017, li ġiet iddedikata għall-konsegwenzi negattivi għad-drittijiet taċ-ċittadini li jirriżultaw minn Brexit u minn żieda fil-populiżmu fl-Ewropa;

42.  Jilqa' l-Premju tal-Ombudsman għal Amministrazzjoni Tajba, li jirrikonoxxi l-isforzi tas-servizz ċivili tal-UE biex jinstabu mezzi innovattivi ta' kif għandhom jiġu implimentati politiki favur iċ-ċittadini;

43.  Itenni r-rieda tiegħu li jaġġorna l-istatut tal-Ombudsman Ewropew(3), u kwalunkwe parti tal-acquis relatata, sabiex ir-rwol tiegħu jitfassal għall-ħtiġijiet u l-aspettattivi attwali taċ-ċittadini tal-UE fir-rigward tal-amministrazzjoni tajba;

44.  Jisħaq il-ħtieġa li jittejjeb id-djalogu soċjali;

45.  Jisħaq li l-fiduċja bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet hija tal-akbar importanza fid-dawl tad-diffikultajiet ekonomiċi attwali;

46.  Jisħaq il-ħtieġa li l-Ombudsman tinvestiga l-kunflitt ta' interess bejn ir-rwol tal-Kummissjoni fit-Trojka u r-responsabbiltà tagħha bħala gwardjan tat-Trattati u tal-acquis;

47.  Jistieden lill-Ombudsman biex tiżgura li l-Kummissjoni se tgħin biex toħloq infrastruttura għall-ECI, billi tipprovdi pariri legali u qafas legali li jipproteġi lill-membri tagħha;

48.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Ombudsman Ewropew, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri kif ukoll lill-ombudsmen tal-Istati Membri jew lill-korpi kompetenti simili.

(1) ĠU L 113, 4.5.1994, p. 15.
(2) ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.
(3) Abbozz ta' Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-22 ta' April 2008 li temenda d-Deċiżjoni tiegħu 94/262/KEFA, KE, Euratom tad-9 ta' Marzu 1994 dwar ir-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman (ĠU C 259 E, 29.10.2009, p. 116).


Deliberazzjonijiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet matul is-sena 2017
PDF 162kWORD 61k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2018 dwar ir-riżultat tad-deliberazzjonijiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet matul is-sena 2017 (2018/2104(INI))
P8_TA(2018)0532A8-0404/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-riżultat tad-deliberazzjonijiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 10 u 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 24 u 227 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jirriflettu l-importanza li t-Trattat jattribwixxi lid-dritt taċ-ċittadini u r-residenti tal-UE li jressqu l-preokkupazzjonijiet tagħhom għall-attenzjoni tal-Parlament,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 228 tat-TFUE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 44 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea dwar id-dritt ta' petizzjoni quddiem il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-dispożizzjonijiet tat-TFUE fir-rigward tal-proċedura ta' ksur u, b'mod partikolari, l-Artikoli 258 u 260 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 52, 215 u 216 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A8-0404/2018),

A.  billi fl-2017 intlaqgħu 1 271 petizzjoni – meta mqabbla ma' 1 569 fl-2016 – li minnhom 776 petizzjoni (60.2 %) tqiesu ammissibbli;

B.  billi fl-2017, 15 540 utent tal-portal tal-internet għall-Petizzjonijiet tal-Parlament appoġġjaw petizzjoni waħda jew aktar, meta mqabbla ma' 902 utenti fl-2015 u 6 132 utent fl-2016; billi l-għadd totali ta' klikks b'appoġġ għall-petizzjonijiet kien ta' 21 955, meta mqabbel ma' 18 810 fl-2016 u 1 329 fl-2015; billi din il-forma l-ġdida ta' parteċipazzjoni ċivika fil-petizzjonijiet sottomessi qed issir dejjem aktar komuni u għandha titqies;

C.  billi kważi 250 petizzjoni identika jew simili ħafna dwar tliet suġġetti differenti sottomessi fl-2017 ġew ittrattati flimkien fi gruppi għal kull suġġett;

D.  billi mill-petizzjonijiet sottomessi fl-2017, 67 kienu ffirmati b'mod konġunt minn ċittadin wieħed jew aktar, 25 minn aktar minn 100 ċittadin, 10 minn aktar minn 10 000 ċittadin, u tnejn minn aktar minn 100 000 ċittadin;

E.  billi l-għadd ta' petizzjonijiet milqugħa kien wieħed modest meta mqabbel mal-popolazzjoni totali tal-UE; billi dan jista' jindika li porzjon kbir miċ-ċittadini u r-residenti tal-UE ma jagħmlux użu mid-dritt ta' petizzjoni minħabba nuqqas ta' għarfien, filwaqt li jitqiesu l-bosta dubji ta' tħassib jew aspettattivi potenzjali fi ħdan l-oqsma ta' attività differenti tal-Unjoni; billi jeħtieġ li jsir aktar biex jiġi promoss id-dritt ta' petizzjoni lill-Parlament Ewropew;

F.  billi għadd żgħir biss ta' ċittadini u residenti tal-UE huma konxji mid-dritt ta' petizzjoni, li jikkonferma l-ħtieġa għal aktar sforzi u miżuri xierqa biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni u jinkiseb titjib sostanzjali fir-rigward tal-eżerċizzju ta' dan id-dritt;

G.  billi l-kriterji għall-ammissibbiltà tal-petizzjonijiet skont l-Artikolu 227 tat-TFUE u l-Artikolu 215 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament jispeċifikaw li l-petizzjonijiet iridu jissodisfaw il-kundizzjonijiet formali li jirregolaw l-ammissibbiltà, jiġifieri li petizzjonant, li huwa ċittadin tal-UE jew residenti fl-UE, huwa affettwat minn kwistjoni li taqa' taħt l-oqsma ta' attività tal-Unjoni Ewropea; billi 495 petizzjoni ġew iddikjarati inammissibbli minħabba li ma kkonformawx mal-kundizzjonijiet ta' ammissibbiltà;

H.  billi d-dritt li wieħed jissottometti petizzjoni lill-Parlament joffri liċ-ċittadini u lir-residenti tal-UE l-mezz biex jindirizzaw b'mod formali lir-rappreżentanti tagħhom li huma eletti direttament; billi d-dritt ta' petizzjoni għandu jikkostitwixxi element kruċjali tal-parteċipazzjoni attiva taċ-ċittadini u tar-residenti tal-UE fl-oqsma ta' attività tal-UE u għalhekk għandu jiġi promoss bl-aħjar mod possibbli; billi l-iżvilupp sħiħ tad-dritt ta' petizzjoni huwa relatat mal-ħtieġa li l-Istituzzjonijiet u l-Istati Membri tal-UE jaslu għar-riżoluzzjoni fil-pront u effettiva tal-kwistjonijiet li tqajmu mill-petizzjonanti, li jiżgura l-protezzjoni sħiħa tad-drittijiet fundamentali tagħhom;

I.  billi l-Parlament ilu fuq quddiem nett tal-iżvilupp tal-proċess tal-petizzjonijiet fuq livell internazzjonali u għad għandu l-aktar proċess tal-petizzjonijiet miftuħ u trasparenti fl-Ewropa, li jippermetti lill-petizzjonanti jipparteċipaw bis-sħiħ fl-attivitajiet tiegħu;

J.  billi l-parteċipazzjoni attiva hija possibbli biss dment li jkun hemm proċess demokratiku u trasparenti li jippermetti lill-Parlament u lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet jrendu xogħolhom sinifikanti u aċċessibbli għaċ-ċittadini; billi dan jirrikjedi għan ta' titjib kontinwu fl-interazzjoni mal-petizzjonanti, li jinżamm rekord u li jittieħed vantaġġ, fost aspetti oħra, mill-implimentazzjoni ta' żviluppi teknoloġiċi ġodda, kif ukoll ma' ċittadini u residenti kkonċernati oħra, bħal sostenituri ta' petizzjonijiet permezz tal-portal tal-internet għall-Petizzjonijiet;

K.  billi l-petizzjonijiet huma għodda utli għall-identifikazzjoni ta' ksur tad-dritt tal-Unjoni, kif ukoll nuqqasijiet, inkonsistenzi u lakuni possibbli f'dan id-dritt, f'dak li jirrigwardja l-iżgurar tal-ogħla standards ta' ġustizzja soċjali u protezzjoni sħiħa tad-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini kollha; billi l-petizzjonijiet jippermettu lill-Parlament u lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE jivvalutaw it-traspożizzjoni u l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni u l-impatt attwali tal-implimentazzjoni mhux xierqa tiegħu fuq iċ-ċittadini u r-residenti tal-UE; billi huma jistgħu jipprovdu wkoll għarfien dwar in-nuqqas ta' dispożizzjonijiet regolatorji fl-oqsma ta' attività fejn l-UE tista' tilleġiżla;

L.  billi l-petizzjonijiet jirrappreżentaw garanzija żejda għaċ-ċittadini u r-residenti tal-UE meta mqabbla mal-ilmenti magħmula direttament lill-Kummissjoni, peress li jinvolvu lill-Parlament fil-proċess u jippermettu li jsir skrutinju aħjar tal-prestazzjoni tal-obbligi ta' inkjesta tiegħu mill-Kummissjoni, kif ukoll jipprovdu dibattiti trasparenti dwar il-kwistjoni, bil-preżenza tal-petizzjonanti, tal-Membri tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni, kif ukoll ta' kwalunkwe awtorità kkonċernata oħra fejn xieraq;

M.  billi l-petizzjonijiet spiss jipprovdu informazzjoni utli f'diversi oqsma ta' politika tal-UE lil kumitati parlamentari oħra, anke b'rabta mal-attivitajiet leġiżlattivi tagħhom; billi, bi skambju għal dan, huwa mistenni li l-kumitati responsabbli għas-suġġetti li jappartjenu għal petizzjoni jipprovdu l-għarfien espert tagħhom, bil-għan ta' trattament xieraq tal-petizzjoni li jippermetti rispons sinifikanti għaliha mill-Parlament innifsu; billi hija r-responsabbiltà tal-Parlament kollu kemm hu li jwettaq id-dritt ta' petizzjoni fundamentali permezz ta' trattament adegwat ta' petizzjonijiet;

N.  billi kull petizzjoni għandha tiġi vvalutata u ttrattata b'attenzjoni; billi l-petizzjonant għandu d-dritt li jirċievi informazzjoni dwar id-deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà li tkun ittieħdet mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet u li l-kwistjoni tiegħu tiġi indirizzata bis-sħiħ, it-tnejn f'perjodu ta' żmien raġonevoli;

O.  billi għadd konsiderevoli ta' petizzjonijiet jiġu diskussi pubblikament f'laqgħat tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet; billi l-petizzjonanti għandhom id-dritt li jippreżentaw il-petizzjonijiet tagħhom, u spiss jipparteċipaw bis-sħiħ fid-diskussjoni, u b'hekk jikkontribwixxu b'mod attiv għax-xogħol tal-kumitat; billi fl-2017, 248 petizzjoni ġew diskussi fil-laqgħat tal-kumitat b'208 petizzjonant preżenti, filwaqt li 59 petizzjonant ipparteċipaw b'mod attiv billi tkellmu wkoll;

P.  billi l-informazzjoni pprovduta miċ-ċittadini u mir-residenti fil-petizzjonijiet u waqt il-laqgħat tal-kumitat – ikkomplementata mill-għarfien espert ipprovdut mill-Kummissjoni, l-Istati Membri u korpi oħra – hija determinanti għax-xogħol tal-kumitat; billi sabiex tiġi evitata kwalunkwe diskriminazzjoni soċjoekonomika, il-petizzjonanti li l-petizzjoni tagħhom għandu jsir dibattitu dwarha f'laqgħa tal-kumitat pubbliku u li huma lesti li jipparteċipaw fid-diskussjoni, għandhom ikunu intitolati għal rimborż tal-kostijiet relatati, taħt limiti raġonevoli;

Q.  billi s-suġġetti ewlenin ta' tħassib li tqajmu fil-petizzjonijiet fl-2017 kellhom x'jaqsmu ma' kwistjonijiet ambjentali (l-aktar kwistjonijiet dwar l-immaniġġjar tal-ilma u tal-iskart, u l-preservazzjoni), id-drittijiet fundamentali (l-aktar id-drittijiet tal-vot u d-drittijiet tat-tfal), il-kwistjoni ta' trabi misruqa, il-moviment liberu tal-persuni, l-affarijiet soċjali (il-kundizzjonijiet tax-xogħol), diversi forom ta' diskriminazzjoni, u l-immigrazzjoni, minbarra bosta oqsma oħra ta' attività;

R.  billi r-reviżjoni tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament għandha twassal għal proċedura mtejba tal-petizzjonijiet u billi r-regoli rilevanti għandhom jippermettu l-ottimizzazzjoni tal-kapaċità ta' stħarriġ tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet dwar il-problemi li tqajmu miċ-ċittadini għall-finijiet tal-protezzjoni sħiħa u tal-iżvilupp tad-dritt tal-petizzjoni;

S.  billi fl-2017, 69.1 % tal-petizzjonijiet riċevuti (878 petizzjoni) ġew sottomessi permezz tal-portal tal-internet għall-Petizzjonijiet tal-Parlament, meta mqabbla ma' 68 % (1 067 petizzjoni) fl-2016; billi l-predominanza ta' dan il-format u ż-żieda mistennija tiegħu maż-żmien jistgħu jippermettu trattament inizjali aktar rapidu ta' dawn il-petizzjonijiet;

T.  billi s-sommarji tal-petizzjonijiet issa jistgħu jittellgħu fuq il-Portal qabel – madwar ġimgħa wara li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet ikun iddeċieda dwar l-ammissibbiltà; billi t-tlugħ awtomatiku tal-aġendi u tal-minuti tal-laqgħat u tat-tweġibiet tal-Kummissjoni relatati mal-petizzjonijiet ġie introdott fi tmiem l-2017, li għamel dawn id-dokumenti disponibbli pubblikament u żied it-trasparenza tax-xogħol tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet; billi dawn il-karatteristiċi kollha jirriflettu l-impenn tal-Parlament lejn l-għan li jipprovdi esperjenza aktar interattiva u komunikazzjoni f'ħin reali mal-petizzjonanti; billi l-mistoqsijiet frekwenti (FAQs) u l-karatteristiċi tal-istqarrija ta' privatezza ġew riveduti biex jirriflettu t-tibdil fid-dispożizzjonijiet tal-kunfidenzjalità tar-Regoli ta' Proċedura; billi kien hemm ukoll titjib tekniku, inkluż titjib ulterjuri fil-funzjoni ta' tiftix u l-introduzzjoni ta' paġna "aqra l-ewwel" qabel ma tkun tista' tiġi sottomessa petizzjoni, li jkun fiha informazzjoni u pariri għall-petizzjonanti; billi għadd kbir ta' talbiet individwali għall-appoġġ ġew ittrattati b'suċċess;

U.  billi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet iqis li l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej tikkostitwixxi strument importanti ta' demokrazija diretta u parteċipattiva, li, jekk tittieħed bis-serjetà, għandha tippermetti liċ-ċittadini jinvolvu ruħhom b'mod attiv fit-tfassil tal-politiki u l-leġiżlazzjoni Ewropej;

V.  billi fl-2017 saru erba' żjarat ta' ġbir ta' informazzjoni, li twettqu skont l-Artikolu 216a tar-Regoli ta' Proċedura: waħda fl-Iżvezja dwar id-diffikultajiet li ffaċċjaw iċ-ċittadini tal-UE biex jiksbu n-numru ta' identifikazzjoni meħtieġ biex jaċċessaw ħafna mis-servizzi li kellhom bżonn meta kienu qed jiċċaqilqu lejn l-Iżvezja temporanjament; waħda fi Spanja dwar petizzjonijiet li jindirizzaw allegazzjonijiet li jikkonċernaw it-trabi tat-twelid misruqa mill-isptarijiet waqt u wara d-dittatorjat ta' Franco; waħda f'Taranto (l-Italja) dwar l-impatt ta' impjant lokali tal-azzar u raffinerija fuq l-ambjent u kif kienu qed jikkawżaw tniġġis tal-arja, tal-art u tal-ilma; u waħda f'Larnaca (Ċipru) dwar l-impatt ambjentali u fuq is-saħħa ta' port industrijali li kien għadu kif inbena ġdid fil-belt;

W.  billi skont ir-Regoli ta' Proċedura, il-Kumitat għall-Petizzjonijiet huwa responsabbli għar-relazzjonijiet mal-Ombudsman Ewropew, li jinvestiga l-ilmenti dwar amministrazzjoni ħażina fi ħdan l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ewropea; billi l-Ombudsman Ewropew attwali, Emily O'Reilly, ippreżentat ir-Rapport Annwali tagħha għall-2016 lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet fil-laqgħa tiegħu tat-30 ta' Mejju 2017, u r-rapport annwali tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, min-naħa tiegħu, huwa bbażat parzjalment fuq ir-rapport annwali tal-Ombudsman, jew is-sottomissjoni ta' Rapporti Speċjali lill-Parlament, fejn l-aħħar wieħed kien dwar it-trasparenza tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Kunsill;

X.  billi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet huwa membru tan-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen, li jinkludi wkoll l-Ombudsman Ewropew, l-ombudsmen nazzjonali u reġjonali u korpi simili tal-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi kandidati, u pajjiżi oħra taż-Żona Ekonomika Ewropea, u li għandu l-għan li jippromwovi l-iskambju ta' informazzjoni dwar id-dritt u l-politika tal-Unjoni, u li jaqsam magħhom l-aħjar prattiki;

1.  Jiġbed l-attenzjoni għar-rwol fundamentali tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet bħala pont bejn iċ-ċittadini u r-residenti tal-UE u l-istituzzjonijiet Ewropej, li permezz tiegħu ċ-ċittadini u r-residenti tal-UE jistgħu jwissu lill-Parlament dwar każijiet ta' applikazzjoni żbaljata tad-dritt tal-Unjoni u jiġbdu l-attenzjoni tar-rappreżentanti eletti tagħhom dwar il-preokkupazzjonijiet u l-ideat tagħhom b'mod formali, u b'hekk, it-talbiet tal-petizzjonanti jkunu jistgħu jiġu eżaminati u riżolti mingħajr dewmien meta jkun possibbli; jenfasizza li l-mod li bih jiġu indirizzati l-problemi identifikati fil-petizzjonijiet għandu impatt kruċjali fuq iċ-ċittadini fir-rigward tar-rispett għad-dritt tal-petizzjoni stabbilit mid-dritt tal-Unjoni kif ukoll l-opinjoni tagħhom fil-konfront tal-Istituzzjonijiet Ewropej; ifakkar lill-Kummissjoni li l-petizzjonijiet joffru mezz uniku biex jiġu identifikati sitwazzjonijiet li fihom id-dritt tal-Unjoni mhuwiex irrispettat u biex tali sitwazzjonijiet jiġu investigati permezz ta' skrutinju politiku tal-Parlament Ewropew;

2.  Jinnota li l-petizzjonijiet jikkostitwixxu kemm opportunità kif ukoll sfida għall-Parlament u għal istituzzjonijiet oħra tal-UE, ladarba dawn jippermettu l-istabbiliment ta' djalogu dirett ma' ċittadini u residenti tal-UE, b'mod partikolari jekk huma jkunu affettwati mill-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni u jfittxu mekkaniżmu ta' rimedju effettiv u effiċjenti; jenfasizza li l-Istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri jeħtiġilhom jagħmlu ħilithom kollha fi ħdan l-isferi ta' kompetenza rispettivi tagħhom biex jaslu għal soluzzjonijiet fil-pront u effettivi tal-kwistjonijiet mqajma mill-petizzjonanti;

3.  Jenfasizza l-importanza li titqajjem sensibilizzazzjoni permezz ta' dibattitu pubbliku kontinwu u informazzjoni aktar ġenerali dwar il-kompetenzi attwali tal-UE, il-funzjonament tagħha u l-ħtieġa tagħha għal titjib futur, sabiex jiġi żgurat li ċ-ċittadini u r-residenti jkunu informati tajjeb dwar il-livelli li fihom jittieħdu d-deċiżjonijiet, sabiex huma jkunu jistgħu jiġu involuti wkoll fid-diskussjonijiet dwar riformi possibbli u biex jiġi prevenut il-fenomenu "tort ta' Brussell" użat minn xi Stati Membri irresponsabbli; iqis li dibattitu pubbliku usa' dwar l-UE, kif ukoll informazzjoni u edukazzjoni aħjar u r-rapportar tal-midja rigoruż inaqqas l-għadd ta' petizzjonijiet inammissibbli, peress li ċ-ċittadini u r-residenti jkunu aktar konxji tal-kompetenzi tal-UE; jinnota li s-suġġett ta' petizzjoni inammissibbli jista' jkollu rwol fit-tfassil tal-politika avolja jkun jaqa' barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Kumitat;

4.  Jenfasizza l-ħtieġa għal kooperazzjoni msaħħa bejn il-Kummissjoni u istituzzjonijiet oħra tal-UE u l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali tal-Istati Membri fl-iżgurar tal-adozzjoni u l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-UE maħsuba biex jinkisbu l-ogħla standards ta' ġustizzja soċjali u protezzjoni sħiħa u effettiva tad-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali taċ-ċittadini kollha; jissottolinja l-ħtieġa ta' kooperazzjoni aktar attiva mar-rappreżentanti tal-Istati Membri fil-laqgħat tal-kumitat kif ukoll il-ħtieġa ta' segwitu aktar malajr għat-talbiet li jintbagħtu mill-kumitat; jitlob għalhekk impenn b'saħħtu mill-awtoritajiet kollha involuti fil-livelli nazzjonali u Ewropej fit-trattament u fis-soluzzjoni tal-petizzjonijiet bħala kwistjoni ta' prijorità; jinnota għal darb'oħra li għadd kbir ta' petizzjonijiet irċevew tweġibiet superfiċjali mill-Kummissjoni;

5.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tuża kif xieraq is-setgħat tagħha li jirriżultaw mir-rwol tagħha bħala gwardjan tat-Trattati, billi dan ir-rwol huwa importanti ħafna għall-funzjonament tal-UE fir-rigward taċ-ċittadini u tal-leġiżlaturi Ewropej; jitlob trattament f'waqtu tal-proċeduri ta' ksur sabiex jiġu fi tmiemhom mingħajr dewmien is-sitwazzjonijiet fejn id-dritt tal-Unjoni mhuwiex irrispettat;

6.  Itenni li l-kooperazzjoni ma' kumitati parlamentari oħra hija essenzjali għal trattament komprensiv tal-petizzjonijiet; jinnota li fl-2017, intbagħtu 18-il petizzjoni lil kumitati parlamentari oħra għal opinjoni u 357 għal informazzjoni; jilqa' l-fatt li l-kumitati parlamentari laqgħu 21 opinjoni dwar petizzjonijiet; jinkoraġġixxi l-promozzjoni ta' djalogu bejn id-diversi kumitati parlamentari sabiex tingħata attenzjoni xierqa lill-problemi mqajma minn ċittadini tal-UE;

7.  Jindika l-varar tan-netwerk għall-petizzjonijiet fil-21 ta' Marzu 2017, li għalih attendew membri mill-kumitati parlamentari kollha, u li fih ġew ippreżentati l-linji gwida tan-netwerk u ġew deskritti fil-qosor l-għan tiegħu u r-rwol tal-membri tiegħu; jinsab konvint li, jekk jittieħed b'mod serju, in-netwerk għall-petizzjonijiet huwa għodda utli għal segwitu aħjar tal-petizzjonijiet fix-xogħol parlamentari u leġiżlattiv; jenfasizza l-importanza tan-netwerk fis-sensibilizzazzjoni fost il-membri dwar il-preokkupazzjonijiet taċ-ċittadini sottomessi lill-Parlament permezz ta' petizzjoni, u fid-diskussjoni ta' titjib proċedurali possibbli u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki; jenfasizza li kuntatt aktar mill-qrib bejn il-kumitati jista' jtejjeb l-effiċjenza fl-ippjanar ta' seduti ta' smigħ u studji parlamentari dwar suġġetti simili; jistenna b'interess il-pubblikazzjoni tal-istudju mid-Dipartiment Tematiku C tal-Parlament dwar il-funzjonament attwali tal-kooperazzjoni tal-kumitati differenti mal-Kumitat għall-Petizzjonijiet; jissottolinja l-fatt li kooperazzjoni msaħħa mal-kumitati parlamentari dwar kwistjonijiet imqajma mill-petizzjonanti għandha tippermetti lill-Parlament jipprovdi segwitu aħjar u individwalizzat għall-petizzjonijiet u jwieġeb b'mod ħafna aktar malajr, konkret u effiċjenti għall-preokkupazzjonijiet taċ-ċittadini, filwaqt li jagħti valur miżjud lill-ħajja taċ-ċittadini u r-residenti tal-UE, u lill-attivitajiet tal-Parlament u tal-Ewropa kollha kemm hi;

8.  Jissottolinja l-kontribuzzjonijiet importanti tal-petizzjonijiet sottomessi qabel in-negozjati tal-Brexit miċ-ċittadini u r-residenti kkonċernati; jindika s-seduta ta' smigħ pubbliku konġunta li saret fil-11 ta' Mejju 2017 mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (LIBE), il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (AFCO) u l-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (EMPL) dwar id-drittijiet taċ-ċittadini u tar-residenti wara l-Brexit, bil-għan li jiġi żgurat li dawn id-drittijiet isiru waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-Parlament fin-negozjati tal-Brexit;

9.  Iqis li, sabiex tiġi żgurata konsistenza sħiħa bejn it-trattament ta' petizzjonijiet differenti, Kumitat għall-Petizzjonijiet,is-Segretarjat tiegħu għandu jiġi allokat aktar riżorsi; jissottolinja l-fatt li l-linji gwida tal-Kumitat, adottati f'Jannar 2016, jagħmlu t-trattament tal-petizzjonijiet u l-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet trasparenti u ċar;

10.  Ifakkar li l-petizzjonijiet huma eżaminati f'konformità mal-Artikolu 227 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jistipula li kwalunkwe ċittadin tal-UE u kull persuna fiżika jew ġuridika li hija residenti jew għandha uffiċċju reġistrat fi Stat Membru jistgħu jippreżentaw petizzjoni lill-Parlament Ewropew dwar kwistjonijiet li jaqgħu taħt l-oqsma ta' attivitàjiet tal-Unjoni Ewropea; ifakkar li l-proċedura għat-trattament tal-petizzjonijiet hija stabbilita fir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew;

11.  Jinnota li r-rifjut tal-investigazzjoni tal-ilmenti taċ-ċittadini, inklużi każijiet individwali, bir-reqqa u fil-pront f'konformità mal-approċċ tal-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tal-2016 intitolata "Id-Dritt tal-Unjoni Ewropea: Riżultati Aħjar permezz ta' Applikazzjoni Aħjar"(1) jista' jipprevjeni fehim rapidu ta' nuqqasijiet sistemiċi serji possibbli, u b'hekk iwettaq ksur tad-drittijiet multipli a skapitu ta' għadd kbir ta' ċittadini, billi jħalli essenzjalment f'idejn il-qrati nazzjonali l-parti l-kbira tar-responsabbiltà li jiġi monitorjat ksur possibbli tal-leġiżlazzjoni tal-UE ħlief fi ksur sistemiku; isib wisq ambigwità fl-interpretazzjoni ta' dan il-kunċett u jqis tali approċċ fi ħdan il-qasam tal-leġiżlazzjoni ambjentali bħala partikolarment ta' ħsara; iqis dan l-approċċ bħala rigressjoni mill-approċċ preċedenti għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE u inibizzjoni ġenerali mill-obbligi tagħha ta' gwardjan tat-Trattati;

12.  Juri kif il-kunsiderazzjoni tal-petizzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji żvelat li, f'ċerti Stati Membri, għadd kbir ta' ħaddiema huma l-vittmi ta' prattiki inammissibbli u diskriminatorji, li jirrifletti nuqqas ta' mekkaniżmi preventivi u sanzjonijiet effettivi f'għadd ta' każijiet,; jiddeplora l-fatt li l-Kummissjoni akkumulat xogħol b'lura sostanzjali ta' każijiet relatati ma' ksur tad-dritt tal-UE dwar ix-xogħol minn ċerti Stati Membri, li għaldaqstant ippermetta li l-ksur tad-drittijiet tal-ħaddiema jkompli għaddej għal snin;

13.  Itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex tinforma lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet fuq bażi sistematika dwar proċeduri pilota u ta' ksur kontinwi tal-UE relatati ma' petizzjonijiet u għal aċċess għad-dokumenti skambjati matul il-proċeduri ladarba dawn ingħalqu f'applikazzjoni tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE), b'mod speċjali meta jinfetħu kompletament jew parzjalment abbażi ta' petizzjonijiet; jilqa' l-pjattaforma ċentralizzata maħluqa mill-Kummissjoni fl-2014 li fuqha jiġu ppubblikati d-deċiżjonijiet dwar ksur;

14.  Jistenna li l-Kummissjoni tkun dejjem irrappreżentata kif xieraq waqt id-dibattiti pubbliċi fi ħdan il-Kumitat għall-Petizzjonijiet, jiġifieri minn uffiċjali tal-ogħla karigi li jistgħu jipprovdu informazzjoni addizzjonali u jwieġbu għat-talbiet tal-petizzjonanti u tal-Membri tal-Parlament Ewropew, lil hinn mill-kamp ta' applikazzjoni tat-tweġiba bil-miktub ipprovduta preċedentement jekk ikun meħtieġ;

15.  Jilqa' t-tendenza dejjem tikber tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet li jqajjem kwistjonijiet fil-plenarja, permezz ta' mistoqsijiet orali, riżoluzzjonijiet jew mozzjonijiet qosra għal riżoluzzjonijiet skont l-Artikolu 216(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu; jiġbed l-attenzjoni għar-riżoluzzjonijiet tiegħu li ġew adottati wara l-pubblikazzjoni tar-Rapport Annwali dwar l-attivitajiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet fl-2016(2), ir-Rapport Annwali dwar ix-xogħol tal-Ombudsman Ewropew fl-2016(3) u r-rapport ta' Ċittadinanza tal-UE tal-2017(4); jiġbed l-attenzjoni għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Marzu 2017 dwar l-ostakli għal-libertà taċ-ċittadini tal-UE li jiċċaqilqu u jaħdmu fis-suq intern(5);

16.  Jinnota s-seduti ta' smigħ dwar suġġetti multipli u diversi organizzati mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet matul l-2017, waħdu jew f'kooperazzjoni ma' kumitati oħra, jiġifieri dwar "Fighting against discrimination and protecting minorities" (Il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-protezzjoni tal-minoranzi) tal-4 ta' Mejju, dwar "The situation and rights of EU Citizens in the UK" (Is-sitwazzjoni u d-drittijiet taċ-Ċittadini tal-UE fir-Renju Unit) wara l-Brexit, tal-11 ta' Mejju flimkien mal-kumitati LIBE u EMPL, dwar "Restoring citizens' confidence and trust in the European Project" (Nerġgħu nirbħu l-kunfidenza u l-fiduċja taċ-ċittadini fil-proġett Ewropew) tat-22 ta' Ġunju, dwar "Statelessness" (L-Apolidija) tad-29 ta' Ġunju flimkien mal-kumitat LIBE, dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej "Ban glyphosate and protect people and the environment from toxic pesticides" (Projbizzjoni tal-glifosat biex b'hekk in-nies u l-ambjent ikunu protetti mill-pestiċidi tossiċi) tal-20 ta' Novembru, u dwar "Protection of the rights of workers in temporary or precarious employment" (Il-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema f'impjiegi temporanji jew prekarji) tat-22 ta' Novembru; jilqa' wkoll il-fatt li s-sessjoni ta' ħidma annwali dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità saret fit-12 ta' Ottubru 2017;

17.  Jinnota li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet esprima l-opinjoni tiegħu dwar diversi kwistjonijiet li tqajmu fil-petizzjonijiet f'diversi kontribuzzjonijiet għar-rapporti parlamentari, bħal dawk dwar l-Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà(6), dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni tal-ftehim interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet(7), dwar ir-Regolament ta' Brussell IIa(8), dwar it-Trattat ta' Marrakesh(9), dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dritt tal-UE tal-2015(10), dwar l-użu ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli(11), dwar l-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità(12), dwar ir-Rapport Annwali dwar is-Sitwazzjoni tad-Drittijiet Fundamentali fl-UE fl-2016(13), u dwar ir-Reviżjoni tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini(14);

18.  Jinnota li fl-2017 il-kwistjonijiet ambjentali kienu l-qasam ewlieni ta' tħassib għall-petizzjonanti; jindika r-rapport Nru 468 tal-Ewrobarometru speċjali ppubblikat f'Novembru 2017(15), li wera li l-ambjent huwa wieħed mill-preokkupazzjonijiet ewlenin taċ-ċittadini Ewropej; jenfasizza l-importanza li l-aspettattivi taċ-ċittadini u tar-residenti tal-UE dwar leġiżlazzjoni ambjentali xierqa jiġu ssodisfati, u li jiġu implimentati r-regoli u l-politiki li ġew adottati; jiddispjaċih għall-fatt li r-regoli ambjentali mhux dejjem jiġu implimentati kif xieraq fl-Istati Membri, kif deskritt fil-petizzjonijiet; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, bħala l-gwardjan tat-Trattati, biex flimkien mal-Istati Membri, tiżgura l-implimentazzjoni xierqa tad-dritt tal-Unjoni;

19.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-Kummissjoni tiżgura t-twettiq ta' analiżi preċiża u komprensiva ta' konformità mad-dritt tal-Unjoni fir-rigward tal-valutazzjonijiet ambjentali mill-Istati Membri għall-awtorizzazzjoni tal-proġetti tal-infrastruttura dwar liema l-petizzjonanti jkunu esprimew tħassib fir-rigward ta' riskji serji għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent;

20.  Jesprimi dispjaċir kbir għall-fatt li l-problemi relatati mal-kwalità tal-arja li ġew identifikati minn petizzjonanti f'għadd ta' Stati Membri jiġu aggravati mit-tniġġes minn 43 miljun vettura diżil li naqqsu milli jikkonformaw mar-regoli tal-UE dwar l-approvazzjoni tat-tip u dwar l-emissjonijiet ta' vetturi għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali ħfief;

21.  Jindika x-xogħol tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet b'rabta mal-petizzjonijiet relatati ma' kwistjonijiet dwar id-diżabilità; jinnota li fl-2017 ġew sottomessi inqas petizzjonijiet dwar kwistjonijiet ta' diżabilità; jenfasizza li l-aċċess għat-trasport u l-ambjent mibni u d-diskriminazzjoni, b'mod partikolari fl-impjiegi, huma fost l-isfidi ewlenin għall-persuni b'diżabilità; jinnota li ngħatat attenzjoni speċjali lid-diskussjonijiet tal-petizzjonijiet dwar il-kwistjonijiet ta' diżabilità, bħalma huma dawk dwar l-appoġġ lill-familjari li jieħdu ħsieb lill-persuni b'diżabilità u dwar ir-ratifika, l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni malajr tat-Trattat ta' Marrakesh;

22.  Jenfasizza r-rwol protettiv li għandu l-Kumitat għall-Petizzjonijiet fi ħdan il-qafas tal-UE tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità; jindika sessjoni ta' ħidma dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità li saret fil-laqgħa tal-kumitat tat-12 ta' Ottubru 2017, li kienet tinkludi l-preżentazzjoni ta' studju dwar l-edukazzjoni inklużiva; jitlob lill-istituzzjonijiet tal-UE jmexxu bl-eżempju fir-rigward ta' dan is-suġġett u jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali jkunu qed jimplimentaw b'mod korrett, mingħajr dewmien, il-leġiżlazzjoni adottata f'dan il-qasam;

23.  Jindika r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Marzu 2017 dwar l-ostakli għal-libertà taċ-ċittadini tal-UE li jiċċaqilqu u jaħdmu fis-suq intern; itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex tiċċara, taġġorna u tespandi l-gwida tagħha dwar traspożizzjoni u applikazzjoni aħjar tad-Direttiva 2004/38/KE sabiex tinkorpora, b'mod partikolari, id-deċiżjonijiet reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE (Kawżi C-456-12 u 457-12); jirrakkomanda l-użu tal-Pjanijiet ta' Implimentazzjoni tat-Traspożizzjoni (TIPS) għall-finijiet li tiġi żgurata applikazzjoni kompluta u xierqa; iħeġġeġ lill-Istati Membri jirrispettaw id-Direttiva 2004/38/KE kif ukoll il-ġurisprudenza eżistenti tal-QĠUE dwar il-moviment liberu ta' persuni, billi nuqqas ta' konformità huwa ksur dirett ta' dritt fundamentali taċ-ċittadini tal-Unjoni;

24.  Jirrikonoxxi x-xogħol li sar mill-Grupp ta' Ħidma dwar Kwistjonijiet tal-Benesseri tat-Tfal tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, u jieħu nota tar-rapport finali u tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu adottati fit-3 ta' Mejju 2017; jemmen b'mod qawwi li l-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Istati Membri għandhom jagħtu segwitu konsistenti u effettiv għar-rakkomandazzjonijiet tar-rapport finali tal-Grupp ta' Ħidma; jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni Ewropea u biex jippromwovu u jtejbu b'mod effettiv il-kooperazzjoni transfruntiera dwar kwistjonijiet tal-familja, billi jipprovdu taħriġ lill-imħallfin u lill-professjonisti, informazzjoni dwar l-għajnuna legali u avukati li jitkellmu żewġ lingwi;

25.  Itenni l-opinjoni tiegħu li interpretazzjoni wisq ristretta u inkoerenti tal-Artikolu 51 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tbiegħed liċ-ċittadini mill-UE; jitlob lill-Kummissjoni tipproponi miżuri li se jiżguraw applikazzjoni koerenti u estensiva tal-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 51;

26.  Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri jsibu soluzzjonijiet kontra t-telf tad-drittijiet tal-vot u t-tneħħija tad-drittijiet għall-vot taċ-ċittadini tal-UE li jiċċaqilqu u jirrisjedu liberament fi ħdan l-Unjoni Ewropea kif ukoll it-tneħħija tad-drittijiet għall-vot tar-residenti fit-tul; jesprimi d-diżappunt tiegħu li l-abbozz tal-Ftehim dwar il-Ħruġ bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit ma jagħmel l-ebda referenza għad-drittijiet politiċi taċ-ċittadini;

27.  Jenfasizza li l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej għandha tkun kemm trasparenti kif ukoll effettiva sabiex isservi bħala strument importanti għal ċittadinanza u parteċipazzjoni pubblika attiva; jiddispjaċih li dan ma kienx il-każ fil-passat u li ma nkiseb l-ebda riżultat leġiżlattiv tanġibbli ta' inizjattivi ta' suċċess preċedenti; jinnota l-proposta tal-Kummissjoni għar-reviżjoni tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej(16), ippubblikata fit-13 ta' Settembru 2017; jenfasizza l-inizjattiva taċ-ċittadini ta' suċċess l-aktar reċenti li tressqet, bit-titolu "Projbizzjoni tal-glifosat biex b'hekk in-nies u l-ambjent ikunu protetti mill-pestiċidi tossiċi"; jindika s-seduta ta' smigħ pubbliku dwar din l-inizjattiva fil-Parlament fl-20 ta' Novembru 2017; jistenna reazzjoni konsegwenti mill-Kummissjoni fir-rigward tal-kontenut tagħha; jikkonferma l-impenn tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet li jipparteċipa b'mod proattiv fl-organizzazzjoni ta' seduti ta' smigħ pubbliċi għal inizjattivi ta' suċċess; Jimpenja ruħu li jagħti prijorità, fil-livell istituzzjonali, lill-effettività ta' dan il-proċess ta' parteċipazzjoni u li jiżgura segwitu leġiżlattiv xieraq;

28.  Jenfasizza li, b'rabta mas-seduta ta' smigħ pubbliku dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej bit-titolu "Projbizzjoni tal-glifosat biex b'hekk in-nies u l-ambjent ikunu protetti mill-pestiċidi tossiċi" u fil-konsiderazzjoni tal-petizzjonijiet dwar l-istess suġġett, irriżulta li l-proċeduri ta' awtorizzazzjoni tal-UE għal sustanzi bħal glifosat, organiżmi ġenetikament modifikati u pestiċidi huma kompromessi minħabba nuqqas ta' indipendenza, trasparenza insuffiċjenti u ineżattezzi rigward il-ġbir u l-evalwazzjoni ta' evidenza xjentifika;

29.  Juri l-għadd kbir ta' petizzjonijiet dwar il-benessri tal-annimali; jiġbed l-attenzjoni għall-istudju "Animal Welfare in the European Union" (Il-Benessri tal-Annimali fl-Unjoni Ewropea) u l-preżentazzjoni tiegħu fil-laqgħa tal-kumitat tat-23 ta' Marzu 2017, segwita minn diskussjoni ta' għadd ta' petizzjonijiet dwar din il-kwistjoni; iqis li huwa vitali li tiġi varata strateġija ġdida tal-UE biex jiġu eliminati d-disparitajiet eżistenti kollha, tiġi armonizzata l-leġiżlazzjoni u tiġi żgurata protezzjoni sħiħa u effettiva tal-benessri tal-annimali, inkluż it-trasport tal-annimali, permezz ta' qafas leġiżlattiv ċar u komprensiv li jissodisfa għalkollox ir-rekwiżiti tal-Artikolu 13 tat-TFUE;

30.  Jenfasizza r-rwol importanti tan-netwerk SOLVIT, li jipprovdi mezz biex iċ-ċittadini u l-intrapriżi jindirizzaw it-tħassib tagħhom dwar ksur possibbli tad-dritt tal-Unjoni mill-awtoritajiet pubbliċi fi Stati Membri oħra; jistieden lill-Kummissjoni, u lill-Istati Membri, jippromwovu s-SOLVIT sabiex dan isir aktar utli u viżibbli għaċ-ċittadini; jilqa', f'dan ir-rigward, il-Pjan ta' Azzjoni biex in-netwerk SOLVIT, ippubblikat mill-Kummissjoni f'Mejju 2017, jissaħħaħ; jistieden lill-Kummissjoni sabiex jirrapporta lura lill-Parlament Ewropew dwar ir-riżultati ta' dan il-Pjan ta' Azzjoni;

31.  Jissottolinja l-importanza li l-portal għall-Petizzjonijiet jibqa' jiġi żviluppat u l-ħtieġa li dan isir bieb ta' komunikazzjoni bidirezzjonali u strument interattiv faċilment aċċessibbli, li permezz tiegħu ċ-ċittadini tal-Istati Membri kollha tal-UE jista' jkollhom aċċess għall-informazzjoni fundamentali kollha li għandha x'taqsam mal-petizzjonijiet u mat-trattament tagħhom, jikkomunikaw bejniethom u joħolqu komunitajiet tematiċi għall-iskambju ta' dokumenti u prattiki tajbin; jenfasizza l-ħtieġa li jkompli jiġi minimizzat il-piż amministrattiv fil-mod li bih jiġu pproċessati l-petizzjonijiet; jenfasizza li l-portal iservi wkoll il-funzjoni ta' reġistru pubbliku ta' petizzjonijiet; itenni li trid tissaħħaħ il-kapaċità teknika tal-Portal sabiex jinkiseb proċess tal-petizzjoni bla xkiel; jenfasizza l-ħtieġa li l-komunikazzjoni mal-petizzjonanti tittejjeb billi jintbagħtulhom notifiki dwar il-progress tal-petizzjoni tagħhom bil-lingwa tagħhom stess; iqis li s-sostenituri li jkunu approvaw jew esprimew l-interess tagħhom f'petizzjoni huma intitolati li jirċievu l-istess feedback u informazzjoni bħall-petizzjonanti, b'mod partikolari fir-rigward ta' dibattiti fil-Parlament jew tweġibiet mill-Kummissjoni; itenni l-importanza li jiżdiedu l-isforzi biex jiġi żgurat li l-petizzjonanti jkunu preżenti meta l-petizzjonijiet tagħhom jiġu diskussi fil-kumitat;

32.  Jitlob servizz tal-istampa u tal-komunikazzjoni aktar iffukat u aktar attiv u preżenza tal-midja soċjali aktar attiva, li jagħmlu x-xogħol tal-Kumitat aktar sensittiv għall-preokkupazzjonijiet tal-pubbliku;

33.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Ombudsman Ewropew, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, u lill-kumitati għall-petizzjonijiet tagħhom, lill-ombudsmen nazzjonali jew lill-entitajiet simili kompetenti.

(1) ĠU C 18, 19.1.2017, p. 10.
(2) ĠU C 369, 11.10.2018, p. 105.
(3) ĠU C 356, 4.10.2018, p. 77.
(4) ĠU C 369, 11.10.2018, p. 11.
(5) ĠU C 263, 25.7.2018, p. 98.
(6) Opinjoni adottata fl-24 ta' Jannar 2017.
(7) Opinjoni adottata fl-24 ta' Jannar 2017.
(8) Opinjoni adottata fil-25 ta' April 2017.
(9) Opinjoni adottata fl-24 ta' Jannar 2017.
(10) Opinjoni adottata fit-22 ta' Marzu 2017.
(11) Opinjoni adottata fis-7 ta' Settembru 2017.
(12) Opinjoni adottata fis-7 ta' Settembru 2017.
(13) Opinjoni adottata fit-22 ta' Novembru 2017.
(14) Opinjoni adottata fis-7 ta' Settembru 2017.
(15) Ir-rapport Nru 468 tal-Ewrobarometru speċjali: L-attitudnijiet taċ-ċittadini tal-Ewropa lejn l-ambjent, Novembru 2017: http://ec.europa.eu/commfrontoffice/publicopinion/index.cfm/Survey/getSurveyDetail/instruments/SPECIAL/surveyKy/2156
(16) ĠU L 65, 11.3.2011, p. 1.

Avviż legali - Politika tal-privatezza