Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/0186(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0433/2018

Testi mressqa :

A8-0433/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 16/01/2019 - 21.4

Testi adottati :

P8_TA(2019)0027

Testi adottati
PDF 155kWORD 51k
L-Erbgħa, 16 ta' Jannar 2019 - Strasburgu Verżjoni finali
Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE *
P8_TA(2019)0027A8-0433/2018

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE u li tħassar id-Deċiżjoni 96/409/CFSP (COM(2018)0358 – C8-0386/2018 – 2018/0186(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2018)0358),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 23(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0386/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0433/2018),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 19
(19)  F'konformità mal-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet24, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta' arranġamenti ta' monitoraġġ speċifiċi, biex tivvaluta l-effetti reali tad-Direttiva u l-ħtieġa għal kwalunkwe azzjoni ulterjuri.
(19)  F'konformità mal-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet24, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta' arranġamenti ta' monitoraġġ speċifiċi, biex tivvaluta l-effetti reali tad-Direttiva, inkluż l-impatt fuq id-drittijiet fundamentali, u l-ħtieġa għal kwalunkwe azzjoni ulterjuri. L-evalwazzjoni jenħtieġ li tkun disponibbli għall-Parlament Ewropew, għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u għall-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali.
_________________
_________________
24 Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016 (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).
24 Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016 (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 20
(20)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill japplika għall-ipproċessar ta' data personali mwettaq mill-Istati Membri meta jimplimentaw din id-Direttiva. Is-sistema tal-ETD tal-UE teħtieġ l-ipproċessar ta' data personali neċessarja għall-fini ta' verifika tal-identità tal-applikant, ta' stampar tal-istiker tal-ETD tal-UE u għall-faċilitazzjoni tal-ivvjaġġar tas-suġġett ikkonċernat. Hu neċessarju li jiġu speċifikati b'mod ulterjuri s-salvagwardji applikabbli għad-data personali pproċessata, bħall-perjodu massimu ta' żamma tad-data personali miġbura. Perjodu massimu ta' żamma ta' tliet snin hu neċessarju biex jiġu evitati abbużi possibbli. Jenħtieġ li t-tħassir ta' data personali tal-applikanti ma jaffettwax il-kapaċità tal-Istati Membri li jwettqu monitoraġġ tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.
(20)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill japplika għall-ipproċessar ta' data personali mwettaq mill-Istati Membri meta jimplimentaw din id-Direttiva. Is-sistema tal-ETD tal-UE teħtieġ l-ipproċessar ta' data personali neċessarja għall-fini ta' verifika tal-identità tal-applikant, ta' stampar tal-istiker tal-ETD tal-UE u għall-faċilitazzjoni tal-ivvjaġġar tas-suġġett ikkonċernat. Hu neċessarju li jiġu speċifikati b'mod ulterjuri s-salvagwardji applikabbli għad-data personali pproċessata, bħall-perjodu massimu ta' żamma tad-data personali miġbura. Perjodu massimu ta' żamma hu neċessarju biex jiġu prevenuti l-abbużi possibbli. Dak il-perjodu jenħtieġ li jkun proporzjonat u jenħtieġ li ma jaqbiżx id-90 jum wara t-tmiem tal-validità tal-ETD tal-UE maħruġ. Jenħtieġ li l-anonimizzazzjoni jew it-tħassir tad-data personali tal-applikanti ma jaffettwawx lill-Istati Membri fil-kapaċità tagħhom li jwettqu monitoraġġ tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.
__________________
__________________
25 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
25 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 3
3.  Fi żmien 36 siegħa mir-riċevuta tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-Istat Membru tan-nazzjonalità għandu jwieġeb għall-konsultazzjoni f'konformità mal-Artikolu 10(3) tad-Direttiva (UE) 2015/637 u għandu jikkonferma jekk l-applikant għandux in-nazzjonalità tiegħu. Mal-konferma tan-nazzjonalità tal-applikant, l-Istat Membru li jassisti għandu jipprovdi lill-applikant bl-ETD tal-UE mhux aktar tard mill-jum tax-xogħol li jaħbat wara dak li fih tiġi riċevuta t-tweġiba mingħand l-Istat Membru tan-nazzjonalità.
3.  Fi żmien 24 siegħa mir-riċevuta tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-Istat Membru tan-nazzjonalità għandu jwieġeb għall-konsultazzjoni f'konformità mal-Artikolu 10(3) tad-Direttiva (UE) 2015/637 u għandu jikkonferma jekk l-applikant għandux in-nazzjonalità tiegħu. Mal-konferma tan-nazzjonalità tal-applikant, l-Istat Membru li jassisti għandu jipprovdi lill-applikant bl-ETD tal-UE mhux aktar tard mill-jum tax-xogħol li jaħbat wara dak li fih tiġi riċevuta t-tweġiba mingħand l-Istat Membru tan-nazzjonalità.
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 4
4.  F'każijiet ta' eċċezzjoni debitament iġġustifikati, l-Istati Membri jistgħu jieħdu aktar mil-limiti ta' żmien stabbiliti fil-paragrafi 1 u 3.
4.  F'każijiet ta' eċċezzjoni debitament iġġustifikati, l-Istati Membri jistgħu jieħdu inqas jew aktar mil-limiti ta' żmien stabbiliti fil-paragrafi 1 u 3.
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt b
(b)  karatteristiċi u ħtiġiet oħra ta' sigurtà inklużi standards imsaħħa ta' protezzjoni kontra l-kontrafazzjoni u l-falsifikazzjoni;
(b)  karatteristiċi u rekwiżiti ta' sigurtà mhux bijometriċi addizzjonali inklużi standards imsaħħa ta' protezzjoni kontra l-kontrafazzjoni u l-falsifikazzjoni;
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Artikolu 13 – paragrafu 4
4.  L-Istat Membru li jassisti u l-Istat Membru tan-nazzjonalità għandhom iżommu d-data personali ta' applikant għal mhux aktar minn tliet snin. Malli jiskadi l-perjodu ta' żamma, id-data personali ta' applikant għandha titħassar.
4.  L-Istat Membru li jassisti u l-Istat Membru tan-nazzjonalità għandhom iżommu d-data personali ta' applikant għal mhux aktar minn 90 jum wara t-tmiem tal-validità tal-ETD tal-UE maħruġ. Malli jiskadi l-perjodu ta' żamma, id-data personali ta' applikant għandha titħassar. Id-data anonimizzata tista' tinżamm, jekk ikun meħtieġ, għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 1
1.  Mhux qabel ħames snin wara d-data tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' din id-Direttiva u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, inkluż dwar l-adegwatezza tal-livell ta' sigurtà tad-data personali.
1.  Mhux qabel tliet snin wara d-data tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' din id-Direttiva u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, inkluż dwar l-adegwatezza tal-livell ta' sigurtà tad-data personali u l-impatt possibbli fuq id-drittijiet fundamentali.
Aġġornata l-aħħar: 13 ta' Diċembru 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza