Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar emendi għar-Regoli ta' Proċedura li jaffettwaw:il-Kapitoli 1 u 4 tat-Titolu I; il-Kapitolu 3 tat-Titolu V; il-Kapitoli 4 u 5 tat-Titolu VII; il-Kapitolu 1 tat-Titolu VIII; it-Titolu XII: it-Titolu XIV u l-Anness II (2018/2170(REG))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 226 u 227 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A8-0462/2018),
1. Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;
2. Jiddeċiedi li l-emendi jidħlu fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tas-sessjoni parzjali li jmiss bl-eċċezzjoni tal-emendi li jdaħħlu t-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3e fl-Artikolu 11 u l-punti 6 u 7 tal-Kodiċi ta' Mġiba Xierqa għall-Membri tal-Parlament Ewropew fil-Qadi ta' Dmirijiethom kif ukoll l-emendi għall-Artikoli 196 u 204, li jidħlu fis-seħħ mal-ftuħ tal-ewwel sessjoni parzjali wara l-elezzjonijiet li jmiss tal-Parlament Ewropew li se jsiru fl-2019;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni.
Test fis-seħħ
Emenda
Emenda 1 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 11 – titolu
Interessi finanzjarji u standards ta' kondotta tal-Membri
Standards ta' kondotta
Emenda 2 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 11 – paragrafu 1
1. Il-Parlament għandu jistabbilixxi regoli li jirregolaw it-trasparenza tal-interessi finanzjarji tal-Membri tiegħu, taħt forma ta' kodiċi ta' kondotta adottat mill-maġġoranza tal-Membri, u mehmuż ma' dawn ir-Regoli ta' Proċedura bħala anness4.
imħassar
Dawk ir-regoli m'għandhomx joħolqu preġudizzju jew restrizzjoni bi kwalunkwe mod ieħor għall-Membri fl-eżerċizzju tal-mandat tagħhom jew fi kwalunkwe attività politika jew attività oħra relatata.
______________
4 Ara l-Anness II
Emenda 3 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 11 – paragrafu 2
2. Il-Membri għandhom jadottaw il-prattika sistematika li jiltaqgħu biss ma' rappreżentanti ta' gruppi ta' interess li jkunu rreġistrati fir-Reġistru ta' Trasparenza stabbilit permezz tal-Ftehim bejn il-Parlament Ewropej u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-istabbiliment ta' Reġistru ta' Trasparenza5.
imħassar
______________
5 Ftehim tas-16 ta' April 2014 bejn il-Parlament Ewropej u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-istabbiliment ta' Reġistru ta' Trasparenza għall-organizzazzjonijiet u l-persuni li jaħdmu għal rashom li huma involuti fl-abbozzar u fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 277, 19.9.2014, p.11).
Emenda 4 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
Il-kondotta tal-Membri għandha tkun ikkaratterizzata minn rispett reċiproku, għandha tkun ibbażata fuq il-valuri u l-prinċipji stabbiliti fit-Trattati, u b'mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u għandha tirrispetta d-dinjità tal-Parlament. Barra minn hekk, m'għandhiex tikkomprometti t-tmexxija bla xkiel tal-ħidma parlamentari, iż-żamma tas-sigurtà u tal-ordni fil-bini tal-Parlament jew il-funzjonament tal-apparat tiegħu.
Il-kondotta tal-Membri għandha tkun ikkaratterizzata minn rispett reċiproku u għandha tkun ibbażata fuq il-valuri u l-prinċipji stabbiliti fit-Trattati, u b'mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. L-Istati Membri għandhom jirrispettaw id-dinjità tal-Parlament u m'għandhomx jagħmlu ħsara għar-reputazzjoni tiegħu.
Emenda 5 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
Fid-dibattiti parlamentari, il-Membri m'għandhomx jirrikorru għal lingwaġġ jew imġiba malafamanti, razzisti jew ksenofobiċi, u lanqas ma għandhom jiftħu strixxuni.
imħassar
Emenda 6 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 3
Il-Membri għandhom jimxu mar-regoli tal-Parlament dwar it-trattament ta' tagħrif kunfidenzjali.
imħassar
Emenda 7 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 4
In-nuqqas ta' osservanza ta' dawn l-istandards u r-regoli jista' jwassal għall-applikazzjoni tal-miżuri skont l-Artikoli 165, 166 u 167.
imħassar
Emenda 8 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 11 – paragrafu 3a (ġdid)
3a. Il-Membri m'għandhomx jikkompromettu t-tmexxija bla xkiel tal-ħidma parlamentari u m'għandhomx jikkompromettu ż-żamma tas-sigurtà u tal-ordni fil-bini tal-Parlament jew il-funzjonament tal-apparat tiegħu.
Emenda 9 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 11 – paragrafu 3b (ġdid)
3b. Il-Membri m'għandhomx ifixklu l-ordni tajba tal-Kamra u għandhom joqogħdu lura minn imġiba mhux xierqa. Huma m'għandhomx juru strixxuni.
Emenda 10 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 11 – paragrafu 3c (ġdid)
3c. Fid-dibattiti parlamentari fil-Kamra, il-Membri m'għandhomx jirrikorru għal lingwaġġ offensiv.
Emenda 11 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 11 – paragrafu 3c (ġdid) – interpretazzjoni
Il-valutazzjoni ta' jekk il-lingwaġġ użat minn Membru f'dibattitu parlamentari huwiex offensiv jew le għandha tqis, inter alia, l-intenzjonijiet identifikabbli tal-kelliem, il-perċezzjoni tad-dikjarazzjoni mill-pubbliku, il-punt sa fejn dan jikkostitwixxi ħsara għad-dinjità u r-reputazzjoni tal-Parlament, u l-libertà tal-kelma tal-Membru kkonċernat. Pereżempju, lingwaġġ malafamanti, "diskors ta' mibegħda" u inċitament għal diskriminazzjoni bbażata, b'mod partikolari, fuq kwalunkwe kriterju msemmi fl-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, normalment jikkostitwixxu każijiet ta' "lingwaġġ offensiv" fis-sens ta' dan l-Artikolu.
Emenda 12 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 11 – paragrafu 3d (ġdid)
3d. Il-Membri għandhom jimxu mar-regoli tal-Parlament dwar it-trattament ta' tagħrif kunfidenzjali.
Emenda 13 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 11 – paragrafu 3e (ġdid)
3e. Il-Membri għandhom iżommu lura minn kull tip ta' fastidju psikoloġiku jew sesswali u għandhom jirrispettaw il-Kodiċi ta' Mġiba Xierqa għall-Membri tal-Parlament Ewropew fil-Qadi ta' Dmirijiethom li huma mehmuża ma' dawn ir-Regoli ta' Proċedura bħala anness 1a.
Il-Membri ma jistgħux jiġu eletti għal kariga fil-Parlament jew f'wieħed mill-korpi tiegħu, jinħatru bħala rapporteur, jew jipparteċipaw f'delegazzjonijiet uffiċjali jew f'negozjati interistituzzjonali, jekk ma jkunux iffirmaw id-dikjarazzjoni relatata ma' dak il-Kodiċi.
____________________
1aIl-Kodiċi ta' Mġiba Xierqa għall-Membri tal-Parlament Ewropew fil-Qadi ta' Dmirijiethom, adottat mill-Bureau fit-2 ta' Lulju 2018, għandu jsir anness ma' dawn ir-Regoli.
Emenda 14 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 11 – paragrafu 4
4. L-applikazzjoni ta' din ir-Regola m'għandhiex bi kwalunkwe mod ieħor tnaqqas mill-ħeġġa tad-dibattiti parlamentari, u l-anqas m'għandha tippreġudika l-libertà tal-kelma tal-Membri.
imħassar
Għandha tkun ibbażata fuq rispett sħiħ għall-prerogattivi tal-Membri, kif stipulat fil-liġi primarja tal-Unjoni u l-Istatut tal-Membri.
Għandha tkun ibbażata fuq rispett sħiħ għall-prerogattivi tal-Membri, kif stipulat fil-liġi primarja tal-Unjoni u l-Istatut tal-Membri.
Emenda 15 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 11 – paragrafu 5
5. Meta persuna impjegata minn Membru, jew persuna oħra li għaliha Membru jkun irranġa biex ikollha aċċess għall-bini jew għal apparat tal-Parlament, ma tikkonformax mal-istandards ta' kondotta stabbiliti fil-paragrafu 3, is-sanzjonijiet previsti fl-Artikolu 166 jistgħu, fejn ikun xieraq, jiġu imposti fuq il-Membru kkonċernat.
5. Meta persuna li taħdem għal Membru, jew persuna oħra li għaliha Membru jkun irranġa biex ikollha aċċess għall-bini jew apparat tal-Parlament, ma tikkonformax mal-istandards ta' kondotta stabbiliti f'dan l-Artikolu, din l-imġiba tista', fejn ikun xieraq, tkun imputabbli lill-Membru kkonċernat.
Emenda 16 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 11 – paragrafu 5a (ġdid)
5a. L-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu m'għandhiex bi kwalunkwe mod ieħor tnaqqas mill-ħeġġa tad-dibattiti parlamentari, u l-anqas m'għandha tippreġudika l-libertà tal-kelma tal-Membri.
Emenda 17 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 11 – paragrafu 5b (ġdid)
5b. Dan l-Artikolu għandu japplika mutatis mutandis, għal korpi, kumitati u delegazzjonijiet tal-Parlament.
Emenda 18 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 11 – paragrafu 6
6. Il-Kwesturi għandhom jiddeterminaw l-ikbar numru ta' assistenti li jista' jiġi akkreditati.
imħassar
Emenda 19 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 11 – paragrafu 7
7. Il-kodiċi ta' kondotta u d-drittijiet u l-privileġġi ta' ex Membri għandhom jiġu stabbiliti b'deċiżjoni tal-Bureau. M'għandhiex issir distinzjoni fit-trattament ta' ex Membri.
imħassar
Emendi 20 u 75 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 11a (ġdid)
Artikolu 11a
Interessi finanzjarji tal-Membri u Reġistru ta' trasparenza
1. Il-Parlament għandu jistabbilixxi regoli li jirregolaw it-trasparenza tal-interessi finanzjarji tal-Membri tiegħu, fil-forma ta' Kodiċi ta' Kondotta adottat mill-maġġoranza tal-Membri tiegħu, u mehmuż ma' dawn ir-Regoli ta' Proċedura bħala anness1a.
Dawk ir-regoli m'għandhomx joħolqu preġudizzju jew restrizzjoni bi kwalunkwe mod ieħor għall-Membri fl-eżerċizzju tal-mandat tagħhom jew fi kwalunkwe attività politika jew attività oħra relatata.
2. Il-Membri għandhom jadottaw il-prattika sistematika li jiltaqgħu biss ma' rappreżentanti ta' gruppi ta' interess li jkunu rreġistrati fir-Reġistru ta' Trasparenza stabbilit permezz tal-Ftehim bejn il-Parlament Ewropej u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-istabbiliment ta' Reġistru ta' Trasparenza1b.
3. Il-Membri għandhom jippublikaw online il-laqgħat skedati kollha ma' rappreżentanti ta' gruppi ta' interess li jidħlu fl-ambitu tar-Reġistru ta' Trasparenza. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(6) tal-Anness I, ir-rapporteurs, ix-shadow rapporteurs u l-presidenti tal-kumitati għandhom, għal kull rapport, jippubblikaw online il-laqgħat skedati kollha ma' rappreżentanti ta' gruppi ta' interess li jidħlu fl-ambitu tar-reġistru ta' Trasparenza. Il-Bureau għandhu jipprovdi l-infrastruttura meħtieġa fuq il-websajt tal-Parlament.
4. Il-Bureau għandu jipprovdi l-infrastruttura meħtieġa fuq il-paġna web tal-Membri fuq il-websajt tal-Parlament għal dawk il-Membri li jixtiequ jippubblikaw awditjar volontarju jew konferma, kif previst fir-regoli applikabbli tal-Istatut tal-Membri u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu, li l-użu minnhom tal-Allowance għall-Ispejjeż Ġenerali jikkonforma mar-regoli applikabbli tal-Istatut tal-Membri u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu.
5. Dawn ir-regoli m'għandhomx joħolqu preġudizzju jew restrizzjoni bi kwalunkwe mod ieħor għall-Membri fl-eżerċizzju tal-mandat tagħhom jew fi kwalunkwe attività politika jew attività oħra relatata.
6. Il-kodiċi ta' kondotta u d-drittijiet u l-privileġġi ta' ex Membri għandhom jiġu stabbiliti b'deċiżjoni tal-Bureau. M'għandhiex issir distinzjoni fit-trattament ta' ex Membri.
__________________
1a Ara l-Anness I.
1b Ftehim tas-16 ta' April 2014 bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea dwar ir-reġistru tat-trasparenza għal organizzazzjonijiet u individwi li jaħdmu għal rashom involuti fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE (ĠU L 277, 19.9.2014, p.11).
Emenda 88 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 32 – paragrafu 5
5. Il-President għandu jkun mgħarraf permezz ta' stqarrija meta jitwaqqaf grupp politiku. Dik l-istqarrija għandha tispeċifika l-isem tal-grupp u l-ismijiet tal-membri tiegħu u tal-membri tal-Bureau tiegħu. Hija għandha tiġi ffirmata mill-Membri kollha tal-grupp.
5. Il-President għandu jkun mgħarraf permezz ta' stqarrija meta jitwaqqaf grupp politiku. Dik l-istqarrija għandha tispeċifika:
– l-isem tal-grupp,
– dikjarazzjoni politika, li tiddeskrivi l-għan tal-grupp, u
– l-ismijiet tal-membri itgeħu u tal-membri tal-Bureau tiegħu.
Il-membri kollha tal-grupp għandhom jiddikjaraw bil-miktub f'anness mal-istqarrija li jikkondividu l-istess affinità politika.
Emenda 21 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 34 – paragrafu 1a (ġdid)
1a. L-intergruppi kif ukoll gruppi oħra mhux uffiċjali għandhom ikunu trasparenti għalkollox fl-azzjonijiet tagħhom u m'għandhomx jinvolvu ruħhom f'kwalunkwe attività li tista' tirriżulta f'konfużjoni mal-attivitajiet uffiċjali tal-Parlament jew tal-korpi tiegħu.Huma ma jistgħux jorganizzaw avvenimenti f'pajjiżi terzi li jikkoinċidu ma' missjoni ta' korp uffiċjali tal-Parlament, inkluża delegazzjoni uffiċjali għall-osservazzjoni ta' elezzjonijiet.
Emenda 22 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 34 – paragrafu 2
2. Dawn il-gruppi għandhom ikunu trasparenti għalkollox fl-azzjonijiet tagħhom u m'għandhomx jinvolvu ruħhom f'attivitajiet li jistgħu jirriżultaw f'konfużjoni mal-attivitajiet uffiċjali tal-Parlament jew tal-korpi tiegħu. Sakemm il-kundizzjonijiet stipulati fir-regoli adottati mill-Bureau li jirregolaw l-istabbiliment ta' dawn il-gruppi, jiġu rispettati, il-gruppi politiċi jistgħu jiffaċilitaw l-attivitajiet tagħhom billi jipprovdulhom appoġġ loġistiku.
2. Sakemm il-kundizzjonijiet stipulati fir-regoli interni tal-Parlament li jirregolaw l-istabbiliment ta' dawn il-gruppi jiġu rispettati, grupp politiku jista' jiffaċilita l-attivitajiet ta' tali gruppi billi jipprovdilhom appoġġ loġistiku.
Emenda 23 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 34 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)
Gruppi mhux uffiċjali oħra għandhom ikunu wkoll meħtieġa jiddikjaraw, sa tmiem ix-xahar ta' wara, kull appoġġ, kemm jekk ikun fi flus jew in natura, li l-Membri ma jkunux iddikjaraw individwalment b'mod konformi mal-obbligi tagħhom previsti fl-Anness I.
Emenda 24 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 34 – paragrafu 3a (ġdid)
3a. Ir-rappreżentanti ta' gruppi ta' interess li huma rreġistrati fir-Reġistru ta' Trasparenza biss jistgħu jipparteċipaw fl-intergrupp jew f'attivitajiet ta' gruppi mhux uffiċjali oħra organizzati fil-bini tal-Parlament, pereżempju billi jattendu laqgħat jew avvenimenti tal-intergrupp jew grupp mhux uffiċjali, billi joffru appoġġ għalih, jew billi jospitaw l-avvenimenti tiegħu b'mod konġunt.
Emenda 25 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 34 – paragrafu 4
4. Il-Kwesturi għandhom iżommu reġistru tad-dikjarazzjonijiet imsemmija fit-tielet paragrafu.Dan ir-reġistru għandu jkun ippubblikat fis-sit web tal-Parlament. Il-Kwesturi għandhom jadottaw regoli dettaljati dwar dawn id-dikjarazzjonijiet u għandhom jiżguraw l-infurzar effettiv ta' dan l-Artikolu.
4. Il-Kwesturi għandhom iżommu reġistru tad-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3. Il-Kwesturi għandhom jadottaw regoli dettaljati dwar dawn id-dikjarazzjonijiet u l-pubblikazzjoni tagħhom fuq is-sit web tal-Parlament.
Emenda 26 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 34 – paragrafu 4a (ġdid)
4a. Il-kwesturi għandhom jiżguraw l-applikazzjoni effettiva ta' dan l-Artikolu.
Emenda 27 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 128 – paragrafu 4
4. Wieħed mill-interpellanti jista' jiżviluppa l-mistoqsija fil-Parlament. Id-destinatarju għandu jwieġeb.
4. Membru maħtur minn qabel mill-interpellanti għandu jiżviluppa l-mistoqsija fil-Parlament. Jekk dak il-Membru ma jkunx preżenti, il-mistoqsija għandha taqa'. Id-destinatarju għandu jwieġeb.
Emenda 28 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 130 – paragrafu 1
1. Kwalunkwe Membru jista' jagħmel mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni jew lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà skont kriterji stipulati f'anness għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura27. L-interpellanti għandhom ikunu esklużivament responsabbli għall-kontenut tal-mistoqsijiet.
1. Kwalunkwe Membru, grupp politiku jew kumitat jista' jagħmel mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni jew lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà skont kriterji stipulati f'anness għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura27. L-interpellanti għandhom ikunu esklużivament responsabbli għall-kontenut tal-mistoqsijiet.
________________________
____________________
27 Ara l-Anness II
27 Ara l-Anness II
Emenda 29 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 130 – paragrafu 2
2. Il-mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-President. Kwistjonijiet dwar l-ammissibbiltà ta' mistoqsija għandhom jiġu deċiżi mill-President. Id-deċiżjoni tal-President ma għandhiex tkun ibbażata esklużivament fuq id-dispożizzjonijiet tal-anness imsemmi fil-paragrafu 1 iżda fuq id-dispożizzjonijiet ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura b'mod ġenerali. Id-deċiżjoni motivata tal-President għandha tkun innotifikata lill-persuna li tagħmel il-mistoqsija.
2. Il-mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-President f'forma elettronika. Kwistjonijiet dwar l-ammissibbiltà ta' mistoqsija għandhom jiġu deċiżi mill-President. Id-deċiżjoni tal-President m'għandhiex tkun ibbażata esklużivament fuq id-dispożizzjonijiet tal-anness imsemmi fil-paragrafu 1 iżda fuq id-dispożizzjonijiet ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura b'mod ġenerali. Id-deċiżjoni motivata tal-President għandha tkun innotifikata lill-persuna li tagħmel il-mistoqsija.
Emenda 30 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 130 – paragrafu 3
3. Il-mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati f'format elettroniku.Kull Membru jista' jippreżenta massimu ta' 20 mistoqsija fuq perjodu ta' tliet xhur konsekuttivi.
3. Kull Membru, grupp politiku jew kumitat jista' jippreżenta massimu ta' 20mistoqsija fuq perjodu ta' tliet xhur konsekuttivi. Bħala regola ġenerali, id-destinatarju għandu jwieġeb il-mistoqsijiet fi żmien sitt ġimgħat minn meta jkun irċevihom. Madankollu, kull Membru, grupp politiku jew kumitat jista' kull xahar jinnomina waħda mill-mistoqsijiet tiegħu bħala "mistoqsija ta' prijorità" li d-destinatarju għandu jwieġeb fi żmien tliet ġimgħat minn mindu jkun irċeviha.
Emenda 31 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 130 – paragrafu 5
5. Jekk mistoqsija ma tkunx tista' titwieġeb mid-destinatarju fi żmien tliet ġimgħat (mistoqsija prijoritarja) jew sitt ġimgħat (mistoqsija mhux bi prijorità) minn meta tkun intbagħtet lid-destinatarju, tista' titqiegħed, fuq talba tal-interpellant, fl-aġenda tal-laqgħa ta' wara tal-kumitat responsabbli.
5. Jekk mistoqsija ma titweġibx mid-destinatarju fi żmien l-iskadenza prevista fil-paragrafu 3, il-kumitat responsabbli jista' jiddeċiedi li titqiegħed fuq l-aġenda għal-laqgħa tiegħu li jmiss.
Emenda 32 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 130 – paragrafu 6
6. Kull Membru jista' jqiegħed fuq il-Mejda mistoqsija prijoritarja waħda fix-xahar.
imħassar
Emenda 33 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 130 – paragrafu 7
7. Il-mistoqsijiet u kwalunkwe tweġiba, inkluż l-annessi relatati ma' din tal-aħħar, għandhom jiġu ppubblikati fil-websajt tal-Parlament.
7. Il-mistoqsijiet u t-tweġibiet, inkluż l-annessi relatati ma' din tal-aħħar, għandhom jiġu ppubblikati fil-websajt tal-Parlament.
Emenda 34 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 130a
Artikolu 130a
imħassar
Interpellanzi minuri għal tweġiba bil-miktub
1. Fl-interpellanzi minuri, li jikkonsistu f'mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub il-Kunsill, il-Kummissjoni jew il-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà jistgħu jintalbu minn kumitat, grupp politiku jew mill-anqas ħamsa fil-mija tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament biex jagħtu informazzjoni lill-Parlament dwar kwistjonijiet li jkunu ntgħażlu b'mod speċifiku.
Tali mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-President li, sakemm il-mistoqsijiet ikunu skont dawn ir-Regoli ta' Proċedura b'mod ġenerali u jissodisfaw il-kriterji stabbiliti f'anness għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura28, għandu jitlob lid-destinatarju jirrispondi fi żmien ġimgħatejn; il-President jista' jestendi dan il-limitu ta' żmien b'konsultazzjoni mal-persuni interpellanti.
2. Il-mistoqsijiet u t-tweġibiet għandhom jiġu ppubblikati fuq il-websajt tal-Parlament.
_____________________
28 Ara l-Anness II
Emenda 35 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 130b – titolu
Interpellanzi maġġuri għal tweġiba bil-miktub b'dibattitu
Interpellanzi maġġuri għal tweġiba bil-miktub
Emenda 36 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 130b – paragrafu 1
1. Fl-interpellanzi maġġuri, li jikkonsistu f'mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub b'dibattitu, dawk il-mistoqsijiet jistgħu jsiru lill-Kunsill, lill-Kummissjoni jew lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà minn kumitat, grupp politiku jew mill-anqas ħamsa fil-mija tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament. Il-mistoqsijiet jistgħu jinkludu stqarrija ta' spjegazzjoni qasira.
1. L-interpellanzi maġġuri għandhom jikkonsistu f'mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub li jsiru lill-Kunsill, lill-Kummissjoni jew lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà minn grupp politiku.
Tali mistoqsijiet għandhom jitressqu bil-miktub lill-President li, sakemm il-mistoqsijiet ikunu skont dawn ir-Regoli ta' Proċedura b'mod ġenerali u jissodisfaw il-kriterji stabbiliti f'anness għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura29, għandu immedjatament jinforma lid-destinatarju tal-mistoqsija u jitlob lid-destinatarju jiddikjara jekk il-mistoqsija hijiex se tiġi mwieġba u, jekk iva, meta.
_____________________
29 Ara l-Anness II
Emenda 37 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 130b – paragrafu 1a (ġdid)
1a. L-interpellanza maġġuri għandha tkun ta' interess ġenerali u għandha tintbagħat bil-miktub lill-President. Din m'għandhiex taqbeż il-500 kelma. Dment li l-interpellanza maġġuri tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regoli ta' Proċedura b'mod ġenerali, il-President għandu minnufih jittrażmettiha lid-destinatarju għal tweġiba bil-miktub.
Emenda 38 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 130b – paragrafu 1b (ġdid)
1b. Għandu jkun hemm massimu ta' 30 interpellanza maġġuri kull sena. Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tiżgura distribuzzjoni ġusta ta' dawn l-interpellazzjonijiet fost il-gruppi politiċi, u l-ebda grupp politiku m'għandu jibgħat iktar minn waħda kull xahar.
Emenda 39 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 130b – paragrafu 1c (ġdid)
1c. Jekk id-destinatarju jonqos milli jwieġeb għall-interpellanza maġġuri fi żmien sitt ġimgħat minn meta tiġi trażmessa lilu, l-interpellanza għandha, fuq it-talba tal-awtur, titqiegħed fuq l-abbozz tal-aġenda finali skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 149 u soġġetta għall-paragrafu 3a.
Emenda 40 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 130b – paragrafu 2
2. Malli tasal ir-risposta bil-miktub, l-interpellanza maġġuri għandha titqiegħed fuq l-abbozz tal-aġenda tal-Parlament skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 149. Irid isir dibattitu jekk kumitat, grupp politiku jew mill-anqas ħamsa fil-mija tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament jitolbu dan.
2. Malli tasal it-tweġiba bil-miktub, jekk il-Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju jitolbu dan, l-interpellanza maġġuri għandha titqiegħed fuq l-abbozz tal-aġenda finali tal-Parlament skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 149 u soġġetta għall-paragrafu 3a.
Emenda 41 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 130b – paragrafu 3
3. Jekk id-destinatarju jirrifjuta li jwieġeb il-mistoqsija jew jonqos milli jagħmel dan fi żmien tliet ġimgħat, il-mistoqsija għandha titqiegħed fl-abbozz tal-aġenda. Irid isir dibattitu jekk kumitat, grupp politiku jew mill-anqas ħamsa fil-mija tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament jitolbu dan. Qabel id-dibattitu wieħed mill-interpellanti jista' jitħalla jiddikjara r-raġunijiet supplimentari għal din il-mistoqsija.
imħassar
Emenda 42 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 130b – paragrafu 3a
3a. In-numru ta' interpellanzi maġġuri diskussi matul l-istess sessjoni parzjali m'għandux ikun aktar minn tlieta. Jekk jintalbu dibattiti għal aktar minn tliet interpellanzi maġġuri matul l-istess sessjoni parzjali, il-Konferenza tal-Presidenti għandha tinkludihom fl-abbozz finali tal-aġenda fl-ordni li tkun irċeviet dawk it-talbiet għal dibattitu.
Emenda 43 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 130b – paragrafu 4
4. Wieħed mill-interpellanti jista' jiżviluppa l-mistoqsija fil-Parlament. Membru wieħed tal-istituzzjoni kkonċernata għandu jwieġeb.
4. Membru nnominat minn qabel mill-awtur, jew minn dawk li jitolbu d-dibattitu skont il-paragrafu 2, għandu jiżviluppa l-interpellanza maġġuri fil-Parlament. Jekk dak il-Membru ma jkunx preżenti, l-interpellanza maġġuri għandha taqa'.Id-destinatarju għandu jwieġeb.
L-Artikolu 123(2) sa (5) li jikkonċerna t-tqegħid fuq il-Mejda u l-votazzjoni ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet għandu japplika mutatis mutandis.
L-Artikolu123(2) sa (8) li jikkonċerna t-tqegħid fuq il-Mejda u l-votazzjoni ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet għandu japplika mutatis mutandis.
Emenda 44 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 130b – paragrafu 5
5. Tali mistoqsijiet kif ukoll it-tweġibiet għalihom għandhom jiġu ppubblikati fuq il-websajt tal-Parlament.
5. Tali interpellanzi kif ukoll it-tweġibiet għalihom għandhom jiġu ppubblikati fuq il-websajt tal-Parlament.
Emenda 45 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 165 – paragrafu 1
1. Il-President għandu jsejjaħ għall-ordni kwalunkwe Membru li jisfratta t-tmexxija bla xkiel tal-proċeduri jew li l-imġiba tiegħu tonqos milli tkun konformi mad-dispożizzjonijiet relevanti tal-Artikolu 11.
1. Il-President għandu jsejjaħ għall-ordni kwalunkwe Membru li jikser l-istandards ta' kondotta definiti fl-Artikolu 11, paragrafu 3b jew 3c.
Emenda 46 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 165 – paragrafu 2
2. F'każ ta' reċidivita', il-President għandu jerġa' jsejjaħ lill-Membru għall-ordni għat-tieni darba, u l-fatt għandu jiġi rrapurtat fil-minuti.
2. F'każ li ksur jiġi ripetut, il-President għandu jerġa' jsejjaħ lill-Membru għall-ordni għat-tieni darba, u l-fatt għandu jiġi rrapurtat fil-minuti.
Emenda 47 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 165 – paragrafu 3
3. Jekk it-tfixkil ikompli, jew f'każ ta' reċidivita' mill-ġdid, il-President jista' jċaħħad lill-Membru kkonċernat mid-dritt li jitkellem u jkeċċih mill-Kamra għall-bqija tas-seduta. F'każijiet ta' serjetà eċċezzjonali, il-President jista' wkoll jirrikorri għal għat-tkeċċija tal-Membru kkonċernat għall-bqija tas-seduta minnufih u mingħajr it-tieni sejħa għall-ordni. Is-Segretarju Ġenerali għandu, mingħajr dewmien, jara li dawn il-miżuri dixxiplinari jitwettqu, bl-għajnuna tal-uxxiera u, jekk ikun meħtieġ, tas-Servizz tas-Sigurtà tal-Parlament.
3. Jekk il-ksur ikompli, jew f'każ ta' ksur ulterjuri, il-President jista' jċaħħad lill-Membru kkonċernat mid-dritt li jitkellem u jkeċċih mill-Kamra għall-bqija tas-seduta. F'każijiet ta' serjetà eċċezzjonali, il-President jista' wkoll jirrikorri għal għat-tkeċċija tal-Membru kkonċernat għall-bqija tas-seduta minnufih u mingħajr it-tieni sejħa għall-ordni. Is-Segretarju Ġenerali għandu, mingħajr dewmien, jara li dawn il-miżuri dixxiplinari jitwettqu, bl-għajnuna tal-uxxiera u, jekk ikun meħtieġ, tas-Servizz tas-Sigurtà tal-Parlament.
Emenda 48 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 165 – paragrafu 5
5. Il-President jista' jiddeċiedi li jinterrompi x-xandir dirett tas-seduta fil-każ ta' lingwaġġ jew aġir difamatorju, razzist jew ksenofobiku minn Membru.
5. Il-President jista' jiddeċiedi li jinterrompi x-xandir dirett tas-seduta fil-każ ta' ksur minn Membru tal-Artikolu 11, paragrafu 3b jew 3c minn Membru.
Emenda 49 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 165 – paragrafu 6 – subparagrafu 1
Il-President jista' jordna t-tħassir mir-rekords awdjoviżivi tal-proċedimenti dawk il-partijiet ta' diskors minn Membru li jkun fihom lingwaġġ difamatorju, razzist jew ksenofobiku.
Il-President jista' jordna t-tħassir mir-rekords awdjoviżivi tal-proċedimenti ta' dawk il-partijiet ta' diskors minn Membru li jiksru l-Artikolu 11, paragrafu 3b jew 3c.
Emenda 50 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 166 – paragrafu 1
1. F'każijiet serji ta' diżordni jew sfrattar tal-Parlament bi ksur tal-prinċipji mniżżla fl-Artikolu 11, il-President għandu jadotta deċiżjoni motivata li tistipula s-sanzjoni xierqa.
1. F'każijiet serji ta' ksur tal-Artikolu 11, paragrafi 3a sa 5b, il-President għandu jadotta deċiżjoni motivata li timponi fuq il-Membru kkonċernat is-sanzjoni xierqa, skont dan l-Artikolu.
Fir-rigward tal-Artikolu 11, paragrafu 3b jew 3c, il-President jista' jadotta deċiżjoni motivata skont dan l-Artikolu irrispettivament minn jekk preċedentement tkunx ġiet imposta jew le miżura immedjata skont it-tifsira tal-Artikolu 165 fuq il-Membru kkonċernat.
Fir-rigward tal-Artikolu 11, paragrafu 3e, il-President jista' jadotta biss deċiżjoni motivata skont dan l-Artikolu wara li jiġi stabbilit li seħħ fastidju skont il-proċedura amministrattiva interna applikabbli dwar il-fastidju u l-prevenzjoni tiegħu.
Il-President jista' jimponi sanzjoni fuq Membru f'każijiet fejn issir dispożizzoni, minn dawn ir-Regoli ta' Proċedura jew b'deċiżjoni adottata mill-Bureau skont l-Artikolu 25, għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu.
Il-Membru kkonċernat għandu jiġi mistieden mill-President jissottometti osservazzjonijiet bil-miktub qabel ma tiġi adottata d-deċiżjoni. F'każijiet eċċezzjonali, il-President jista' jsejjaħ seduta ta' smigħ tal-Membru kkonċernat.
Dik id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Membru kkonċernat permezz ta' ittra rreġistrata jew, f'każijiet ta' urġenza, permezz tal-uxxiera.
Wara li dik id-deċiżjoni tiġi nnotifikata lill-Membru kkonċernat, kwalunkwe sanzjoni imposta fuq Membru għandha titħabbar mill-President lill-Parlament. L-uffiċjali li jippresiedu l-korpi, il-kumitati u d-delegazzjonijiet li fihom iservi l-Membru, għandhom jiġu infurmati.
Ladarba s-sanzjoni ssir finali, hija għandha tiġi ppubblikata b'mod prominenti fuq il-websajt tal-Parlament, u għandha tibqa' hemm għall-bqija tal-leġiżlatura parlamentari.
Emenda 51 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 166 – paragrafu 1a (ġdid)
1a. Il-Membru kkonċernat għandu jiġi mistieden mill-President jissottometti osservazzjonijiet bil-miktub qabel ma tiġi adottata d-deċiżjoni. Il-President jista' jiddeċiedi li jsejjaħ seduta orali minflok kull meta dan ikun aktar xieraq.
Id-deċiżjoni li timponi s-sanzjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Membru kkonċernat permezz ta' ittra rreġistrata jew, f'każijiet ta' urġenza, permezz tal-uxxiera.
Wara li dik id-deċiżjoni tiġi nnotifikata lill-Membru kkonċernat, kwalunkwe sanzjoni imposta fuq Membru għandha titħabbar mill-President lill-Parlament. L-uffiċjali li jippresiedu l-korpi, il-kumitati u d-delegazzjonijiet li fihom iservi l-Membru, għandhom jiġu infurmati.
Ladarba s-sanzjoni ssir finali, hija għandha tiġi ppubblikata b'mod prominenti fuq il-websajt tal-Parlament, u għandha tibqa' hemm għall-bqija tal-leġiżlatura parlamentari.
Emenda 52 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 166 – paragrafu 2
2. Waqt il-valutazzjoni tal-kondotta osservata għandha titqies in-natura eċċezzjonali, rikorrenti jew permanenti tagħha, u s-serjetà tagħha.
2. Waqt il-valutazzjoni tal-kondotta osservata għandha titqies in-natura eċċezzjonali, rikorrenti jew permanenti tagħha, u s-serjetà tagħha. Jekk ikun applikabbli għandu jitqies id-dannu possibbli fuq id-dinjità u r-reputazzjoni tal-Parlament.
Għandha ssir distinzjoni bejn azzjonijiet viżivi, li jistgħu jkunu tollerati, dment li ma jkunux offensivi, difamatorji, razzisti jew ksenofobiċi, u jibqgħu f'limiti raġonevoli, u dawk li jisfrattaw b'mod attiv l-attività parlamentari.
Emenda 53 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 166 – paragrafu 4
4. Il-miżuri stipulati fil-punti (b) sa (e) tal-paragrafu 3 jistgħu jiġu rduppjati fil-każ ta' offiżi ripetuti, jew jekk il-Membru jirrifjuta li jikkonforma ma' miżura meħuda skont l-Artikolu 165(3).
4. Il-miżuri stipulati fil-punti(b) sa (e) tal-paragrafu3 jistgħu jiġu rduppjati fil-każ ta' ksur ripetut, jew jekk il-Membru jirrifjuta li jikkonforma ma' miżura meħuda skont l-Artikolu165(3).
Emenda 54 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 174 – paragrafu 7
7. Il-President jista' jqiegħed emendi oħra għall-vot b'mod kollettiv meta dawn l-emendi jkunu kumplimentari, sakemm grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx ma jkunux talbu votazzjonijiet separati jew maqsuma. L-awturi ta' emendi ta' dan it-tip jistgħu jipproponu wkoll votazzjonijiet kollettivi meta l-emendi tagħhom ikunu kumplimentari.
7. Il-President jista' jqiegħed emendi oħra għall-vot b'mod kollettiv meta dawn l-emendi jkunu kumplimentari, sakemm grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx ma jkunux talbu votazzjonijiet separati jew maqsuma. L-awturi ta' emendi jistgħu jipproponu wkoll votazzjonijiet kollettivi fuq l-emendi tagħhom.
Emenda 55 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 174 – paragrafu 10
10. Emendi li għalihom tintalab votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet għandhom jiġu soġġett għal votazzjoni separate.
10. Emendi li għalihom tintalab votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet għandhom jiġu soġġetti għal votazzjoni separata minn emendi oħra.
Emenda 56 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 177 – interpretazzjoni
Kull ksur ta' dan l-Artikolu jitqies bħala każ serju ta' diżordni kif stipulat fl-Artikolu 166(1) u jkollu l-konsegwenzi legali stipulati f'dak l-Artikolu.
Kull ksur ta' dan l-Artikolu jitqies bħala ksur tal-Artikolu 11(3b).
Emenda 57 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 196
Artikolu 196
Artikolu 196
Twaqqif ta' Kumitati Permanenti
Twaqqif ta' Kumitati Permanenti
Il-Parlament għandu, fuq proposta tal-Konferenza tal-Presidenti, iwaqqaf kumitati permanenti. Ir-responsabbiltajiet tagħhom għandhom ikunu stabbiliti f'anness għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura52. Dak l-Anness għandu jiġi adottat minn maġġoranza tal-voti mitfugħa. Il-membri tagħhom għandhom ikunu maħtura fl-ewwel sessjoni parzjali wara l-elezzjoni ta' Parlament ġdid u mill-ġdid sentejn u nofs wara.
Il-Parlament għandu, fuq proposta tal-Konferenza tal-Presidenti, iwaqqaf kumitati permanenti. Ir-responsabbiltajiet tagħhom għandhom ikunu stabbiliti f'anness għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura52. Dak l-Anness għandu jiġi adottat minn maġġoranza tal-voti mitfugħa. Il-Membri tagħhom għandhom jiġu eletti fl-ewwel sessjoni parzjali wara l-elezzjoni ta' Parlament ġdid.
Ir-responsabbiltajiet tal-kumitati permanenti jistgħu wkoll jiġu stabbiliti f'ħin differenti mill-ħin meta l-kumitat ikun qed jitwaqqaf.
Ir-responsabbiltajiet tal-kumitati permanenti jistgħu wkoll jiġu definiti mill-ġdid f'ħin differenti mill-ħin meta l-kumitat ikun qed jitwaqqaf.
_________________
_________________
52 Ara l-Anness V.
52 Ara l-Anness V.
Emenda 58 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 204 – paragrafu 1
1. Fl-ewwel laqgħa tal-kumitat wara l-ħatra tal-membri tal-kumitat skont l-Artikolu 199, il-kumitat għandu jeleġġi bureau li jkun jikkonsisti fi president u f'viċi presidenti minn fost il-membri sħaħ tiegħu f'votazzjonijiet separati. In-numru ta' viċi presidenti li għandhom jiġu eletti għandu jiġi determinat mill-Parlament fuq proposta mill-Konferenza tal-Presidenti. Id-diversità tal-Parlament trid tiġi riflessa fil-kompożizzjoni tal-bureau ta' kull kumitat; ma għandux ikun permess li jkun hemm bureau kompost minn nisa biss jew minn irġiel biss jew li l-viċi presidenti kollha joriġinaw mill-istess Stat Membru.
1. Fl-ewwel laqgħa tal-kumitat wara l-ħatra tal-membri tal-kumitat skont l-Artikolu 199, u sussegwentement sentejn u nofs wara, il-kumitat għandu jeleġġi bureau li jkun jikkonsisti fi president u f'viċi presidenti minn fost il-membri sħaħ tiegħu f'votazzjonijiet separati. In-numru ta' viċi presidenti li għandhom jiġu eletti għandu jiġi determinat mill-Parlament fuq proposta mill-Konferenza tal-Presidenti. Id-diversità tal-Parlament trid tiġi riflessa fil-kompożizzjoni tal-bureau ta' kull kumitat; m'għandux ikun permess li jkun hemm bureau kompost minn nisa biss jew minn irġiel biss jew li l-viċi presidenti kollha joriġinaw mill-istess Stat Membru.
Emenda 59 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 210a – titolu
Proċedura għall-eżami minn kumitat ta' informazzjoni kunfidenzjali milqugħa mill-Parlament
Proċedura għall-eżami minn kumitat ta' informazzjoni kunfidenzjali f'laqgħa tal-kumitat bil-magħluq.
Emenda 60 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 210a – paragrafu 3 – subparagrafu 1
Ladarba l-president tal-kumitat ikun iddikkjara li l-proċedura ta' kunfidenzjalità hija applikata, l-aċċess għal-laqgħa għandu jingħata biss lill-membri tal-kumitat u lill-uffiċjali u l-esperti li jkunu ġew nominati minn qabel mill-president u li l-preżenza tagħhom tkun assolutament meħtieġa.
Ladarba l-President tal-kumitat ikun iddikkjara li l-proċedura ta' kunfidenzjalità għandha tiġi applikata, il-laqgħa għandha tkun bil-magħluq u l-aċċess għaliha jista' jingħata biss lill-membri tal-kumitat, inklużi membri sostituti. Il-Kumitat jista' jiddeċiedi, f'konformità mal-qafas legali interistituzzjonali applikabbli, li Membri oħra jistgħu jattendu għal-laqgħa skont l-Artikolu 206(3). L-aċċess għal-laqgħa jista' jingħata wkoll lill-persuni li jkunu ġew nominati minn qabel mill-President, li jeħtieġu li jkunu infurmati, b'rispett xieraq ta' kwalunkwe restrizzjoni li tirriżulta mir-regoli applikabbli li jirregolaw it-trattament ta' informazzjoni kunfidenzjali mill-Parlament. Rigward il-konsultazzjoni ta' informazzjoni klassifikata fil-livell ta' CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u ogħla, jew fil-każ ta' limitazzjonijiet speċifiċi ta' aċċess li jirriżultaw mill-qafas legali interistituzzjonali, jistgħu japplikaw restrizzjonijiet addizzjonali.
Emenda 61 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 210a – paragrafu 4
4. Għadd ta' Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju fil-kumitat li jkun applika l-proċedura kunfidenzjali jistgħu jagħmlu talba biex jiġi eżaminat ksur ta' kunfidenzjalità. Din it-talba tista' titqiegħed fuq l-aġenda tal-laqgħa li jmiss tal-kumitat. B'maġġoranza tal-membri tiegħu, il-kumitat jista' jiddeċiedi li jressaq il-kwistjoni quddiem il-President biex jiġi eżaminat skont l-Artikoli 11 u 166.
4. Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar il-ksur tal-kunfidenzjalità b'mod ġenerali, għadd ta' Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju fil-kumitat li jkun applika l-proċedura kunfidenzjali jistgħu jagħmlu talba biex jiġi eżaminat ksur ta' kunfidenzjalità. Din it-talba tista' titqiegħed fuq l-aġenda tal-laqgħa li jmiss tal-kumitat. B'maġġoranza tal-membri tiegħu, il-kumitat jista' jiddeċiedi li jressaq il-kwistjoni quddiem il-President biex jiġi eżaminat skont l-Artikoli 11 u 166.
Emenda 62 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 211 – titolu
Seduti ta' smigħ pubbliku dwar inizjattivi taċ-ċittadini
Seduti ta' smigħ pubbliku u dibattiti dwar inizjattivi taċ-ċittadini
Emenda 63 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 211 – paragrafu 7a (ġdid)
7a. Il-Parlament għandu jorganizza dibattitu dwar inizjattiva taċ-ċittadini ppubblikata fir-reġistru rilevanti skont il-punt (a) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 211/2011, f'sessjoni parzjali wara s-seduta ta' smigħ pubbliku u għandu, meta jqiegħed id-dibattitu fuq l-aġenda tiegħu, jiddeċiedi jekk jagħlaqx id-dibattitu b'riżoluzzjoni jew le. M'għandux jagħlaq id-dibattitu b'riżoluzzjoni jekk rapport fuq l-istess suġġett jew suġġett simili huwa skedat għall-istess seduta parzjali jew f'dik ta' wara, ħlief jekk il-President, għal raġunijiet eċċezzjonali, jipproponi mod ieħor. Jekk il-Parlament jiddeċiedi li jagħlaq id-dibattitu b'riżoluzzjoni, il-kumitat responsabbli jew grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx jistgħu jqiegħdu fuq il-Mejda mozzjoni għal riżoluzzjoni. L-Artikolu 123(3) sa (8) rigward it-tqegħid fuq il-Mejda ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet u l-votazzjoni fuqhom għandu japplika mutatis mutandis.
Emenda 76 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 211 – paragrafu 8
8. Fil-każ li l-Kummissjoni tonqos milli tressaq proposta għal att legali dwar inizjattiva taċ-ċittadini li tkun ġiet riferuta lilha b'suċċess skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 fi żmien perjodu ta' tnax-il xahar wara li tkun ħarġet opinjoni pożittiva dwarha u spjegat f'komunikazzjoni l-azzjoni li għandha l-ħsieb li tieħu, il-kumitat responsabbli għas-suġġett jista' jorganizza seduta ta' smigħ b'konsultazzjoni mal-organizzaturi tal-inizjattiva taċ-ċittadini u, jekkikun meħtieġ, jattiva l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 46 bil-ħsiebli jeżerċita d-dritt tal-Parlament li jitlob lill-Kummissjoni tressaq proposta xierqa.
8. Wara l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-konklużjonijiet legali u politiċi tagħha dwar inizjattiva taċ-ċittadini speċifika, il-Parlament għandu jivvaluta l-azzjonijiet meħuda mill-Kummissjoni bħala riżultat ta' tali komunikazzjoni. Fil-każ li l-Kummissjoni tonqos milli tippreżenta proposta xierqa dwar inizjattiva taċ-ċittadini, il-kumitat responsabbli għas-suġġett jista' jorganizza seduta ta' smigħ b'konsultazzjoni mal-organizzaturi tal-inizjattiva taċ-ċittadini. Barra minn hekk, il-Parlament jista' jiddeċiedi jekk jorganizzax dibattitu plenarju u jekk jagħlaqx dan id-dibattitu b'riżoluzzjoni. Il-proċedura msemmija fl-Artikolu 211(7a) għandha tapplika mutatis mutandis. Il-Parlament jista' wkoll jiddeċiedili jeżerċita d-drittmogħti lilu mill-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'hekk jattiva l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 46.
Emenda 64 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 223a – titolu – nota f'qiegħ il-paġna
61 L-Artikolu 223a għandu japplika biss għall-partiti politiċi Ewropej u għall-fondazzjonijiet politiċi Ewropej skont it-tifsira tal-Artikolu 2(3) u (4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014. Ara wkoll in-noti ta' qiegħ il-paġna għall-Artikoli 224 u 225.
61 L-Artikolu 223a għandu japplika biss għall-partiti politiċi Ewropej u għall-fondazzjonijiet politiċi Ewropej skont it-tifsira tal-Artikolu 2(3) u (4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.
Emenda 65 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 223a – paragrafu 2a (ġdid)
2a. Abbażi tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, grupp ta' mill-inqas 50 ċittadin jista' jissottometti talba motivata fejn jistieden lill-Parlament jitlob il-verifika msemmija fil-paragrafu 2. Dik it-talba motivata m'għandhiex titnieda jew tiġi ffirmata mill-Membri. Għandha tinkludi evidenza fattwali sostanzjali li turi li l-partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea inkwistjoni ma jikkonformawx mal-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2.
Il-President għandu jibgħat talbiet ammissibbli minn gruppi ta' ċittadini lill-kumitat responsabbli għal eżami ulterjuri.
Wara dak l-eżami, li għandu jseħħ fi żmien erba' xhur mir-riferiment tal-President, il-kumitat responsabbli jista', permezz ta' maġġoranza tal-membri tiegħu li jirrappreżentaw mill-inqas tliet gruppi politiċi, jippreżenta proposta għas-segwitu tat-talba u jinforma lill-President dwar dan.
Il-grupp ta' ċittadini għandu jiġi infurmat dwar l-eżitu tal-eżami tal-kumitat.
Malli jirċievi l-proposta tal-kumitat, il-President għandu jikkomunika t-talba lill-Parlament.
Wara din il-komunikazzjoni, il-Parlament għandu, b'maġġoranza tal-voti mitfugħa, jiddeċiedi jekk jippreżentax talba lill-Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej.
Il-kumitat għandu jadotta linji gwida għat-trattament ta' tali talbiet minn gruppi ta' ċittadini.
Emenda 89/rev Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 228a (ġdid)
Artikolu 228a
Integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri
Il-Bureau għandu jadotta pjan ta' azzjoni dwar il-ġeneri li jkollu l-mira li jinkorpora l-perspettiva tal-ġeneri fl-attivitajiet kollha tal-Parlament, f'kull livell u f'kull stadju. Il-pjan ta' azzjoni dwar il-ġeneri għandu jiġi mmonitorjat darbtejn fis-sena u rivedut tal-anqas kull ħames snin.
Emenda 66 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 229 – paragrafu 3
Dawn id-dispożizzjonijiet m'għandhomx japplikaw għal petizzjonijiet u komunikazzjonijiet li ma jeħtiġux deċiżjoni.
Dawn id-dispożizzjonijiet m'għandhomx japplikaw għal petizzjonijiet, inizjattivi taċ-ċittadini u komunikazzjonijiet li ma jeħtiġux deċiżjoni.
Emenda 67 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Anness II – titolu
KRITERJI GĦALL-MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBA BIL-MIKTUB SKONT L-ARTIKOLI 130, 130A, 130B, 131 U 131A
KRITERJI GĦALL-MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBA BIL-MIKTUB SKONT L-ARTIKOLI 130, 131 U 131A