Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/0349(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0027/2019

Testi mressqa :

A8-0027/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 12/02/2019 - 9.4

Testi adottati :

P8_TA(2019)0065

Testi adottati
PDF 117kWORD 47k
It-Tlieta, 12 ta' Frar 2019 - Strasburgu Verżjoni finali
Il-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-UE u l-Marokk ***
P8_TA(2019)0065A8-0027/2019

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk, tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu, kif ukoll tal-iskambju ta' ittri li jakkumpanja l-Ftehim (14367/2018 – C8-0033/2019 – 2018/0349(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (14367/2018),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk, tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu, kif ukoll tal-iskambju ta' ittri li jakkumpanja dan il-Ftehim (12983/2018),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill b'konformità mal-Artikolu 43 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0033/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4), u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd kif ukoll l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0027/2019),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Renju tal-Marokk.

Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Jannar 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza