Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar l-abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tat-Tielet Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim dwar Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti tal-Messiku, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea (15383/2017 – C8-0489/2018 – 2017/0319(NLE))
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (15383/2017),
– wara li kkunsidra l-abbozz tat-Tielet Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim dwar Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti Messikani, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea (15410/2017),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill b'konformità mal-Artikolu 91, l-Artikolu 100(2), l-Artikoli 207 u 211, u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0489/2018),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0066/2019),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Istati Uniti Messikani.