Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2017/0309(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0180/2018

Testi mressqa :

A8-0180/2018

Dibattiti :

PV 30/05/2018 - 22
CRE 30/05/2018 - 22
PV 12/02/2019 - 4
CRE 12/02/2019 - 4

Votazzjonijiet :

PV 31/05/2018 - 7.6
CRE 31/05/2018 - 7.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 12/02/2019 - 9.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0236
P8_TA(2019)0070

Testi adottati
PDF 135kWORD 56k
It-Tlieta, 12 ta' Frar 2019 - Strasburgu
Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili ***I
P8_TA(2019)0070A8-0180/2018
Riżoluzzjoni
 Test
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (COM(2017)0772/2 – C8-0409/2017 – 2017/0309(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0772/2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 196 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0409/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mil-Kamra tad-Deputati Ċeka, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Ottubru 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-16 ta' Mejju 2018(2),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-19 ta' Diċembru 2018 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet u l-pożizzjoni fil-forma ta' emendi tal-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0180/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(3);

2.  Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni żżomm lura milli tuża riallokazzjonijiet sabiex tiffinanzja prijoritajiet ta' politika ġodda li jiżdiedu matul il-qafas finanzjarju pluriennali li jinsab għaddej, peress li dan żgur li se jkollu impatt negattiv fuq l-implimentazzjoni ta' attivitajiet ewlenin oħra tal-Unjoni;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi biżżejjed finanzjament għall-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (UCPM) taħt il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss li jibda fl-2021, li jibni fuq ir-riforma preżenti tal-UCPM;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(2) ĠU C 361, 5.10.2018, p. 37.
(3) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fil-31 ta' Mejju 2018 (Testi adottati, P8_TA(2018)0236).


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili
P8_TC1-COD(2017)0309

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Deċiżjoni (UE) 2019/420.)


ANNESS TAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kumissjoni

Il-pakkett finanzjarju addizzjonali għall-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili fl-2019 u fl-2020 ġie ffissat għal EUR 205,6 miljun. Mingħajr preġudizzju għall-poteri tal-awtorità baġitarja, parti miż-żieda totali tal-baġit ta' rescEU jenħtieġ li ssir disponibbli permezz ta' riallokazzjonijiet fl-ambitu tal-Intestatura 3 (Sigurtà u ċittadinanza) u tal-Intestatura 4 (Ewropa globali) tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020. It-tliet istituzzjonijiet ifakkru li parti mir-riallokazzjonijiet diġà hi inkluża fil-baġit 2019 u li EUR 15,34-il miljun diġà huma inklużi fil-programmazzjoni finanzjarja għall-2020.

Fil-qafas tal-proċedura baġitarja għall-2020, il-Kummissjoni hija mistiedna tipproponi EUR 18,24-il miljun oħra f'riallokazzjonijiet biex tilħaq il-50 % għall-2019 u għall-2020 fl-ambitu tal-istess intestaturi.

Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Jannar 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza