Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma (COM(2018)0337 – C8-0220/2018 – 2018/0169(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0337),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema Artikoli, il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0220/2018),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2018(1),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-6 ta' Diċembru 2018(2),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0044/2019),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),
Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(3),
Billi:
(1) Ir-riżorsi tal-ilma tal-Unjoni qed ikunu dejjem iktar taħt pressjoni, li qed iwassal għall-iskarsezza tal-ilma u d-deterjorament tal-kwalità tiegħu. B’mod partikolari, it-tibdil fil-klima, ix-xejriet tat-temp imprevedibbli u n-nixfa qed jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-istrapazzgħall-pressjoni fuq id-disponibbiltà tal-ilma ħelu li qed jinħoloq mill-iżvilupp urban u l-agrikoltura. [Em. 1]
(2) Il-kapaċità tal-Unjoni li twieġeb għall-pressjonigħall-pressjonijiet li dejjem qed tiżdiedjiżdiedu fuq ir-riżorsi tal-ilma tista’ tissaħħaħ permezz tal-użu mill-ġdid mifrux tal-ilma mormi trattat, billi tiġi limitata l-estrazzjoni mill-korpi tal-ilma u mill-ilma ta' taħt l-art, jitnaqqas l-impatt tar-rimi tal-ilma mormi trattat f'korpi tal-ilma, u jiġi promoss l-iffrankar tal-ilma permezz tal-użu multiplu tal-ilma urban mormi, filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni ambjentali. Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4) issemmi l-użu mill-ġdid tal-ilma, flimkien mal-promozzjoni ta' teknoloġiji effiċjenti fl-użu tal-ilma fl-industrija u tekniki tat-tisqija li jiffrankaw l-ilma bħala wieħedwaħda mill-miżuri supplimentari li l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li japplikaw sabiex jiksbu l-għanijiet tad-Direttiva għal status kwalitattiv u kwantitattiv tajjeb tal-ilma għall-ilmijiet tal-wiċċ u l-ilmijiet tal-pjan. Id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE(5) teħtieġ li l-ilma mormi trattat jiġi użat mill-ġdid kull meta jkun xieraq. [Em. 2]
(2a) Problema partikolari f'diversi oqsma hija ż-żmien u l-kundizzjoni ħażina tal-infrastruttura għad-distribuzzjoni tal-ilma mormi trattat li twassal għal telf kbir ta' dak l-ilma mormi trattat u l-ħela relatata tar-riżorsi finanzjarji investiti f'dak it-trattament. Għalhekk jenħtieġ li t-titjib ta' tali infrastrutturi bil-katusi kollha jkun prijorità.[Em. 3]
(3) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Blueprint għas-Salvagwardja tar-Riżorsi tal-Ilma tal-Ewropa”(6)enfasizzat l-użu mill-ġdid tal-ilma għal finijiet ta’ tisqija jew dawk industrijali bħalarrimarkat dwar il-ħtieġa li jinħoloq strument biex jiġu regolati standards fil-livell tal-Unjoni għall-użu mill-ġdid tal-ilma, sabiex jiġu eliminati l-ostakoli għal użu mifrux ta' tali għażla alternattiva għall-forniment tal-ilma li teħtieġ l-attenzjoni tal-Unjoni, jiġifieri waħda li tista' tgħin tnaqqas l-iskarsezza tal-ilma u tnaqqas il-vulnerabbiltà tas-sistemi tal-provvista. [Em. 4]
(4) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill “Li tindirizza l-isfida tal-iskarsezza tal-ilma u l-perjodi ta’ nixfa fl-Unjoni Ewropea”(7) tistabbilixxi l-ġerarkija ta’ miżuri li l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu fl-immaniġġjar tal-iskarsezza tal-ilma u l-perjodi ta’ nixfa. Għall-istess fini, ikun xieraq li, fid-Direttiva 2000/60/KE, tkun prevista ġerarkija vinkolanti ta' miżuri għal ġestjoni xierqa tal-ilma. Hija Ttgħid li r-reġjuni fejn ġew implimentati l-miżuri preventivi kollha skont il-ġerarkija tal-ilma u fejn id-domanda tal-ilma tkun għadha ikbar milli jkun disponibbli, f’xi ċirkostanzi u meta titqies id-dimensjoni kost-benefiċċji, infrastruttura addizzjonali ta’ forniment tal-ilma addizzjonali tista’ sservi bħala approċċ alternattiv għall-mitigazzjoni tal-impatti ta’ nixfa kbira. [Em. 5]
(4a) Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2008 dwar l-indirizzar tal-isfida tal-iskarsezza tal-ilma u tan-nixfa fl-Unjoni Ewropea1a(8) tfakkar li, fil-ġestjoni tar-riżorsi tal-ilma, jenħtieġ li tingħata preferenza lil approċċ min-naħa tad-domanda u temmen li l-Unjoni jenħtieġ li tadotta approċċ olistiku fil-ġestjoni tar-riżorsi tal-ilma, billi tikkombina miżuri tal-ġestjoni tad-domanda, miżuri li jottimizzaw ir-riżorsi eżistenti fi ħdan iċ-ċiklu tal-ilma, u miżuri li joħolqu riżorsi ġodda, u li l-approċċ jeħtieġ li jiġi integrat f'kunsiderazzjonijiet ambjentali, soċjali u ekonomiċi. [Em. 6]
(5) Fil-Pjan ta’ Azzjoni tagħha għal Ekonomija Ċirkolari(9), il-Kummissjoni impenjat ruħha li tieħu sensiela ta’ azzjonijiet biex tippromwovi l-użu mill-ġdid tal-ilma mormi trattat, inkluż l-iżvilupp ta’ proposta leġiżlattiva dwar ir-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma. Il-Kummissjoni jenħtieġ li taġġorna l-Pjan ta' Azzjoni tagħha u żżomm ir-riżorsi tal-ilma bħala qasam ta' prijorità li fih għandha tintervjeni. [Em. 7]
(6) L-użu mill-ġdid tal-ilma mormi trattat kif xieraq, pereżempju mill-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi jew l-installazzjonijiet industrijali, jitqies li għandu impatt ambjentali iktar baxx minn metodi ta’ forniment tal-ilma alternattivi oħra, bħat-trasferimenti tal-ilma jew id-disalinizzazzjoni. Iżda dan l-użu mill-ġdid, li jista' jnaqqas il-ħela tal-ilma u jiffranka l-ilma, iseħħ b’mod limitat ħafna fl-Unjoni. Dan jidher li hu parzjalment minħabba l-ispiża sinifikanti tas-sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma mormi u n-nuqqas ta’ standards ambjentali u tas-saħħa komuni fl-Unjoni għall-użu mill-ġdid tal-ilma, u b’mod partikolari fir-rigward tal-prodotti agrikoli, l-ostakli potenzjali għas-saħħa u ambjentali u l-ostakoli potenzjali għall-moviment liberu ta’ dawn il-prodotti msoqqija bl-ilma reklamatrkuprat. Fl-istess ħin, wieħed jenħtieġ li jżomm f'moħħu li f'ċerti Stati Membri, l-infrastruttura tal-irrigazzjoni hija inadegwata jew ma teżistix. [Em. 8]
(6a) L-użu mill-ġdid tal-ilma jista' jikkontribwixxi għall-irkupru tan-nutrijenti li jinsabu fl-ilma mormi trattat, u l-użu tal-ilma rkuprat għal skopijiet ta' tisqija fil-qasam agrikolu jew forestali jista' jkun fil-fatt mod biex in-nutrijenti, bħal pereżempju n-nitroġenu, il-fosforu u l-potassju, jingħataw lura liċ-ċikli bijoġeokimiċi naturali. [Em. 9]
(6b) L-użu mill-ġdid tal-ilma rkuprat trattat kif suppost għal finijiet ta' tisqija skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jsir bir-rispett dovut għall-ambjent. Għaldaqstant dan l-użu mill-ġdid jenħtieġ li ma jirriżultax f'rilaxx akbar ta' nitroġenu u fosforu, peress li l-eċċess ta' dawn in-nutrijenti jikkawża l-ewtrofikazzjoni tal-ħamrija u ta' korpi tal-ilma tal-wiċċ u tal-pjan, li tagħmel ħsara lill-ekosistemi u tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-bijodiversità. [Em. 10]
(6c) Sabiex jiġi ggarantit l-użu mill-ġdid effettiv tar-riżorsi tal-ilma urban mormi, jenħtieġ li jiġi rikonoxxut li mhux it-tipi kollha ta' ilma rriċiklat jistgħu jintużaw għall-għelejjel kollha.Għalhekk il-bdiewa jenħtieġ li jitħarrġu jużaw id-diversi tipi ta' ilma rriċiklat b'mod ottimali għall-għelejjel li għalihom il-kwalità tal-ilma użat ma jkollha l-ebda implikazzjoni għas-saħħa pubblika. [Em. 11]
(7) L-istandards ekwivalenti tas-saħħa marbuta mal-iġjene alimentari għall-prodotti agrikoli msoqqija bl-ilma reklamatrkuprat jistgħu jinkisbu biss jekk ir-rekwiżiti tal-kwalità fl-Istati Membri għall-ilma reklamat rkuprat maħsub għat-tisqija agrikola ma jkunux differenti ħafna minn xulxin. L-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti se tikkontribwixxi wkoll għall-funzjonament effiċjenti tas-suq intern fir-rigward ta’ dawn il-prodotti. Għaldaqstant, huwa xieraq li tiġi introdotta armonizzazzjoni minima billi jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi għall-kwalità tal-ilma, għall-frekwenza tal-monitoraġġ tal-ilma u għall-kompiti ewlenin ta’ ġestjoni tar-riskju. Dawk ir-rekwiżiti minimi jenħtieġ li jkollhom parametri minimi għall-ilma reklamatrkuprat u rekwiżiti tal-kwalità addizzjonali jew iktar stretti imposti, jekk meħtieġ, mill-awtoritajiet kompetenti flimkien ma’ kwalunkwe miżura preventiva rilevanti. Sabiex jiġu identifikati rekwiżiti iktar stretti jew addizzjonali għall-kwalità tal-ilma, jenħtieġ li l-operaturi tal-impjanti tar-reklamazzjoni jwettqu l-kompitiL-operatur tal-faċilità ta' rkupru jenħtieġ li jabbozza Pjan ta' Ġestjoni tar-Riskju għall-Użu mill-ġdid tal-Ilma f'kooperazzjoni mal-atturi rilevanti involuti u jenħtieġ li jitħalla jidentifika rekwiżiti aktar stretti jew addizzjonali għall-kwalità tal-ilma rkuprat. L-operatur tal-faċilità ta' rkupru għandu jwettaq il-kompiti ewlenin ta’ ġestjoni tar-riskju, f'kooperazzjoni mill-inqas mal-operatur ta' distribuzzjoni tal-ilma rkuprat u l-operatur ta' ħżin tal-ilma rkuprat. Il-Pjan ta' Ġestjoni tar-Riskju għall-Użu mill-ġdid tal-Ilma jenħtieġ li jkun aġġornat kontinwament u abbozzat skont proċeduri standardizzati rikonoxxuti internazzjonalment. Il-parametri huma bbażati fuq rapport tekniku taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni u jirriflettu l-istandards internazzjonali dwar l-użu mill-ġdid tal-ilma. Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni jenħtieġ li jiżviluppa parametri u metodi ta' kejl biex jiddetermina l-preżenza ta' mikroplastiks u residwi farmaċewtiċi fl-ilma ttrattat. [Em. 12]
(7a) Il-preżenza ta' mikroplastiks tista' tirrappreżenta riskju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. Għal din ir-raġuni, bħala parti minn eżami fil-fond tas-sorsi, tad-distribuzzjoni, id-destin u l-effetti tal-mikroplastiks fil-kuntest tat-trattament tal-ilma mormi, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżviluppa metodoloġija biex tkejjel il-mikroplastiks fl-ilma urban mormi trattat skont id-Direttiva 91/271/KEE u rkuprat bi qbil ma' dan ir-Regolament. [Em. 13]
(7b) L-użu ta' ilma mormi li ma jkunx nadif biżżejjed għas-servizzi pubbliċi bħat-tindif tat-toroq jew it-tisqija tal-parks u tal-korsijiet tal-golf, jista' jkun ta' detriment għas-saħħa. Bil-ħsieb li tipproteġi s-saħħa tal-bniedem u tal-annimali kif ukoll il-kwalità tal-ilma ta' taħt l-art u tal-wiċċ, jenħtieġ li għalhekk il-Kummissjoni tistabbilixxi objettivi ta' kwalità dwar l-użu mill-ġdid tal-ilma għas-servizzi pubbliċi. [Em. 14]
(7c) Ir-rekwiżiti tal-kwalità għall-ilma li jintuża għat-tisqija jenħtieġ li jqisu l-progress xjentifiku, b'mod partikolari fir-rigward ta' testijiet għall-mikroinkwinanti u sustanzi "emerġenti" ġodda, sabiex jiġi żgurat l-użu sikur tal-ilma u jitħarsu l-ambjent u s-saħħa pubblika. [Em. 15]
(7d) Ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-ilma jenħtieġ li jqisu t-testijiet li jkunu twettqu, b'mod partikolari fir-rigward tal-użu fl-agrikoltura ta' ħama tad-drenaġġ kif ukoll ta' effluwenti tal-metanizzazzjoni. [Em. 16]
(8) L-adeżjoni mar-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma jenħtieġ li jgħinu biex jappoġġaw il-kisbatkun konsistenti mal-politika tal-Unjoni dwar l-ilma u tgħin tal-għanijiet tal-iżvilupp sostenibbli tal-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp Sostenibbli, b’mod partikolari l-Għan 6, libiex jiġi żgurat l-aċċess għall-ilma u s-sanitazzjoni għal kulħadd, kif ukoll iż-żieda sostanzjali fir-riċiklaġġ tal-ilma u l-użu mill-ġdid sikur tal-ilma globalment bil-ħsieb li jingħata kontribut għall-kisba tal-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli Nru 12 tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-konsum u l-produzzjoni sostenibbli. Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu l-għan li jiżgura l-applikazzjoni tal-Artikolu 37 dwar il-ħarsien tal-ambjent tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. [Em. 17]
(8a) Ir-rekwiżiti ta' kwalità għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem huma stabbiliti fid-Direttiva (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10). L-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li r-riżorsi tal-ilma użati għal skopijiet ta' xorb ma jkunux ikkontaminati bl-ilma rkuprat, sabiex jiġi evitat li jkun hemm deterjorament fil-kwalità tal-ilma tax-xorb. [Em. 18]
(8b) F'xi każijiet, l-operaturi tal-faċilità ta' rkupru xorta waħda jittrasportaw u jaħżnu l-ilma rkuprat lil hinn mill-iżbokk tal-faċilità ta' rkupru, qabel ma jfornu l-ilma rkuprat lill-atturi sussegwenti fil-katina, bħall-operatur tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat, l-operatur tal-ħażna tal-ilma rkuprat, jew l-utent aħħari. Jeħtieġ li jiġi ddefinit il-punt tal-konformità sabiex jiġi kkjarifkat fejn tieqaf ir-responsabbiltà tal-operatur tal-faċilità ta' rkupru u fejn tibda r-responsabbiltà tal-attur sussegwenti fil-katina. [Em. 19]
(9) Il-ġestjoni tar-riskju jenħtieġ li tinvolvi l-identifikazzjoni u l-ġestjoni tar-riskji b’mod proattiv u tinkorpora l-kunċett tal-produzzjoni, tad-distribuzzjoni, tal-ħażna u tal-użu ta’ ilma reklamatrkuprat ta’ kwalità meħtieġa għal użi partikolari. Jenħtieġ li l-valutazzjoni tar-riskju tkun ibbażata fuq il-kompiti ta’ ġestjoni tar-riskju u fuq applikazzjoni bir-reqqa tal-prinċipju prekawzjonarju, fost l-oħrajn, u jenħtieġ li jiġi identifikat kwalunkwe rekwiżit addizzjonali għall-kwalità tal-ilma neċessarju biex jiġi żgurat biżżejjed ħarsien tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali. Il-ġestjoni tar-riskju jenħtieġ li tkun responsabbiltà kondiviża bejn l-atturi rilevanti kollha involuti fil-Pjan ta' Ġestjoni tar-Riskju għall-Użu mill-ġdid tal-Ilma. Ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-atturi involuti jentieġ li jkunu speċifikati b'mod ċar fil-Pjan għall-Ġestjoni tar-Riskju għall-Użu mill-Ġdid tal-Ilma. Meta tagħti permess, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li tkun tista' titlob li jitwettqu aktar miżuri ta' ġestjoni tar-riskju mill-atturi rilevanti involuti fil-Pjan għall-Ġestjoni tar-Riskju għall-Użu mill-Ġdid tal-Ilma. [Em. 20]
(9a) Jenħtieġ li l-kollaborazzjoni u l-interazzjoni fost id-diversi partijiet involuti fil-proċess ta' rkupru tal-ilma jkunu kundizzjoni meħtieġa biex it-trattamenti tal-irkupru jkunu jistgħu jiġu stabbiliti skont ir-rekwiżiti meħtieġa għall-użi speċifiċi u biex tkun tista' tiġi ppjanata l-provvista tal-ilma rkuprat skont id-domanda tal-utenti finali. [Em. 21]
(10) Sabiex jitħarsu b’mod effikaċi l-ambjent inkluża l-kwalità tal-ħamrija, u s-saħħa tal-bniedem, l-operaturi tal-impjanti tar-reklamazzjonital-faċilitajiet ta' rkupru jenħtieġ li jkunu primarjament responsabbli għall-kwalità tal-ilma reklamatrkuprat fil-punt ta' konformità. Għall-finijiet ta’ konformità mar-rekwiżiti minimi u kwalunkwe kundizzjoni addizzjonali stabbiliti mill-awtorità kompetenti, l-operaturi tal-impjanti tar-reklamazzjonital-faċilitajiet ta' rkupru jenħtieġ li jimmonitorjaw il-kwalità tal-ilma reklamatrkuprat skont ir-rekwiżiti minimi u kwalunkwe kundizzjoni addizzjonali stabbilita mill-awtoritajiet kompetenti. Għaldaqstant, jixraq li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti minimi għall-monitoraġġ li jikkonsistu fil-frekwenza ta’ monitoraġġ tar-rutina, u l-iskedar u l-miri ta’ prestazzjoni għall-monitoraġġ tal-validazzjoni. Uħud mir-rekwiżiti għall-monitoraġġ tar-rutina huma speċifikati skont id-Direttiva 91/271/KEE. [Em. 22]
(11) Huwa neċessarju li jiġi żguratjiġu żgurati l-provvista, il-ħażna u l-użu sikur tal-ilma reklamatrkuprat, u b’hekk jitħeġġeġ l-użul-iżvilupp tal-użu mill-ġdid tal-ilma fil-livell tal-Unjoni, u biex il-bdiewa tal-Unjoni jitħeġġu b'mod partikolari biex jadottaw din il-prattika u tissaħħaħ il-kunfidenza tal-pubbliku fih. Il-kwantitajiet tal-ilma mormi trattat, in-natura, it-trattamenti u l-karatteristiċi ta' dawn tal-aħħar, ikun x'ikun l-użu, jenħtieġ li jkunu tali li l-immaniġġjar tagħhom, l-użu tagħhom, il-ħżin tagħhom, inklużi l-bexx, it-tisqija bil-qatra, il-ħżin jew le tagħhom, ma jaffettwawx, direttament jew indirettament, is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew il-kwalità tal-ħamrija u l-ambjenti akkwatiċi fuq perjodu qasir, medju u twil. Għaldaqstant, il-forniment u l-ħażna tal-ilma reklamatrkuprat għal użi partikolari jenħtieġ li jiġi permess biss abbażi ta’ permess mogħti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Sabiex jiġi żgurat l-approċċ armonizzat fil-livell tal-Unjoni, it-traċċabilità u t-trasparenza, jenħtieġ li jiġu stabbiliti r-regoli sostantivi għal dak il-permess fil-livell tal-Unjoni. Madankollu, id-dettalji tal-proċeduri għall-għoti tal-permessi jenħtieġ li jiġu ddeterminati mill-Istati Membri, li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom stess huma responsabbli għall-valutazzjoni tar-riskji marbuta mal-użu mill-ġdid tal-ilma. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu kapaċi japplikaw il-proċeduri eżistenti għall-għoti tal-permessi li jenħtieġ li jiġu adattati biex iqisu r-rekwiżiti introdotti minn dan ir-Regolament. [Em. 23]
(11a) Il-forniment u l-ħażna tal-ilma rkuprat kif ukoll l-użu tiegħu mill-utenti aħħarin jikkostitwixxu parti integrali tas-sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma. Fil-proċess tal-forniment u tal-ħażna, l-ilma rkuprat jista' jsofri tibdiliet li jistgħu jaffettwaw b'mod negattiv il-kwalità kimika u bijoloġika tiegħu. L-ilma rkuprat jenħtieġ li jintuża b'mod xieraq fir-rigward tal-klassijiet tal-ilma rkuprat, il-karatteristiċi tal-għelejjel u l-metodi tat-tisqija. Il-kompiti ewlenin tal-ġestjoni tar-riskju jenħtieġ li jqisu l-effetti negattivi potenzjali fuq il-matriċi tas-saħħa u ambjentali assoċjati mal-provvista, mal-ħażna u mal-użu maħsub tal-ilma rkuprat. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi dokumenti ta' gwida biex tassisti lill-awtoritajiet kompetenti fit-twettiq tal-kontroll u l-monitoraġġ tal-provvista, tal-ħażna u tal-użu tal-ilma rkuprat. [Em. 24]
(11b) Jekk operatur tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat u operatur tal-ħażna tal-ilma rkuprat ikunu meħtieġa, kwalunkwe tali operatur jenħtieġ li jkun soġġett għal permess. Jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha għall-permess, l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru jenħtieġ li tagħti permess li jenħtieġ li jkun fih il-kundizzjonijiet u l-miżuri kollha neċessarji stabbiliti fil-valutazzjoni tar-riskju għall-finijiet tad-distribuzzjoni u l-ħażna sikuri tal-ilma rkuprat lill-utent aħħari. [Em. 25]
(12) Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament huma komplementari għar-rekwiżiti ta’ leġislazzjoni oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari fir-rigward tar-riskji possibbli għas-saħħa u għall-ambjent. Għaldaqstant, sabiex jiġi żgurat approċċ olistiku biex jiġu indirizzati r-riskji possibbli għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u għall-ambjent, l-operaturi tal-impjanti tar-reklamazzjoni utal-pjanti, minbarra dawk relatati mal-ħarsien tal-ambjent, fejn ikun il-każ, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jqisu r-rekwiżitigħaldaqstant jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’leġiżlazzjoni oħra rilevanti tal-Unjoni, b’mod partikolari d-Direttivi tal-Kunsill 86/278/KEE(11), 91/676/KEE(12) u 98/83/KE(13), id-Direttivi 91/271/KEE u 2000/60/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002(14), (KE) Nru 852/2004(15), (KE) Nru 183/2005(16), (KE) Nru 396/2005(17) u (KE) Nru 1069/2009(18) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 2006/7/KE(19), 2006/118/KE(20), 2008/105/KE(21) u 2011/92/UE(22) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005(23), (KE) Nru 1881/2006(24) u (UE) Nru 142/2011(25). [Em. 26]
(12a) Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jkun possibbli li l-operazzjonijiet ta' trattament u l-operazzjonijiet ta' rkupru tal-ilma mormi urban iseħħu fl-istess post fiżiku, bl-użu tal-istess faċilità jew faċilitajiet differenti u separati. Barra minn hekk, jenħtieġ li jkun possibbli li l-istess attur ikun kemm l-operatur tal-impjant tat-trattament kif ukoll l-operatur tal-faċilità ta' rkupru. [Em. 27]
(13) Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-operaturi fin-negozju tal-ikel u jkopri l-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-ikel maħsub għall-konsum mill-bniedem. Dak ir-Regolament jindirizza l-kwalità tas-saħħa tal-ikel u wieħed mill-prinċipji ewlenin tiegħu hu li l-operatur fin-negozju tal-ikel għandu r-responsabbiltà ewlenija għas-sigurtà tal-ikel. Dak ir-Regolament huwa wkoll soġġett għal gwida dettaljata, b’rilevanza partikolari għall-Avviż tal-Kummissjoni dwar dokument ta’ gwida dwar kif għandhom jiġu indirizzati r-riskji mikrobijoloġiċi fil-frott u l-ħaxix frisk fil-produzzjoni primarja permezz ta’ iġjene tajba (2017/C 163/01). Il-miri ta’ prestazzjoni għall-ilma reklamat stabbiliti f’dan ir-Regolament ma jwaqqfux lill-operaturi fin-negozju tal-ikel milli jiksbu l-kwalità tal-ilma meħtieġa li tikkonforma mar-Regolament (KE) Nru 852/2004 billi fi stadju sussegwenti jużaw diversi għażliet għat-trattament tal-ilma individwalment jew flimkien ma’ għażliet oħra li ma jittrattawx l-ilma.
(13a) Bil-ħsieb ta' promozzjoni aħjar tal-operazzjonijiet għall-użu mill-ġdid tal-ilma, jenħtieġ li l-indikazzjoni ta' użi speċifiċi f'dan ir-Regolament ma tipprekludix lill-Istati Membri milli jippermettu l-użu ta' ilma rkuprat għal skopijiet ulterjuri, inkluż l-użu mill-ġdid għal skopijiet industrijali, ambjentali u ta' servizzi ta' konvenjenza, sakemm l-Istati Membri jiżguraw konformità mal-obbligu li jiġi żgurat livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-ambjent. [Em. 28]
(14) Sabiex titħeġġeġ il-kunfidenza fl-użu mill-ġdid tal-ilma, jenħtieġ li tingħata informazzjoni lill-pubbliku. Id-disponibbiltà tal-informazzjonita' informazzjoni ċara, kompluta u aġġornata dwar l-użu mill-ġdid tal-ilma jenħtieġ li tippermetti żieda fit-trasparenza u t-traċċabilità, u tista’ tkun ukoll ta’ interess partikolari għal awtoritajiet rilevanti oħra li jintlaqtu mill-użu mill-ġdid tal-ilma speċifiku. Sabiex jitħeġġeġ l-użu mill-ġdid tal-ilma, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li jiġi żviluppati kampanji informattivi ta' sensibilizzazzjoni li jkunu speċifiċi u adattati għall-atturi differenti kkonċernati, bil-ħsieb li dawn l-attur jsiru konxji taċ-ċiklu tal-ilma urban, tal-ħtieġa tal-użu mill-ġdid tal-ilma u tal-benefiċċji li jirriżultaw mill-użu mill-ġdid tal-ilma, u b'hekk jiġu promossi l-aċċettazzjoni u l-involviment tal-partijiet ikkonċernati fi prattiki ta' użu mill-ġdid tal-ilma. [Em. 29]
(14a) L-edukazzjoni u t-taħriġ tal-utenti aħħarin involuti fit-tisqija agrikola huma ta' importanza primarja bħala komponenti tal-implimentazzjoni u taż-żamma ta' miżuri ta' prevenzjoni. L-utenti aħħarin jenħtieġ li jiġu infurmati bis-sħiħ dwar l-użu xieraq tal-ilma rkuprat, peress li dawn huma partikolarment vulnerabbli. Jenħtieġ li tiġi implimentata firxa ta' miżuri ta' prevenzjoni għall-esponiment tal-bniedem, bħall-użu ta' tagħmir ta' protezzjoni personali, il-ħasil tal-idejn u l-iġjene personali. Il-monitoraġġ tal-applikazzjoni xierqa ta' tali miżuri jenħtieġ li jkun parti mill-kompiti ewlenin tal-ġestjoni tar-riskju. [Em. 30]
(15) Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(26) għandha l-għan li tiggarantixxi d-dritt tal-aċċess għal informazzjoni ambjentali fl-Istati Membri f’konformità mal-Konvenzjoni dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali(27) (Il-Konvenzjoni ta’ Aarhus). Id-Direttiva 2003/4/KE tistabbilixxi obbligi estensivi marbuta mad-disponibbilità tal-informazzjoni ambjentali fuq talba, kif ukoll mat-tixrid b’mod attiv ta’ dik l-informazzjoni. Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(28) tkopri l-kondiviżjoni tal-informazzjoni ġeografika, inkluż settijiet ta’ data dwar suġġetti ambjentali differenti. Huwa importanti li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament marbuta mal-aċċess għall-informazzjoni u l-arranġamenti għall-kondiviżjoni tas-settijiet tad-data jikkomplementaw lil dawk id-Direttivi u ma joħolqux reġim legali separat. Għaldaqstant, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar l-informazzjoni lill-pubbliku u dwar l-informazzjoni fir-rigward tal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni jkunu mingħajr preġudizzju għad-Direttivi 2003/4/KE u 2007/2/KE.
(16) Sabiex jiġu adattati r-rekwiżiti minimi u l-kompiti ewlenin ta’ ġestjoni tar-riskju eżistenti fir-rigward tal-progress xjentifiku u tekniku, jenħtieġ li s-setgħa biex jiġu adottati l-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, tiġi delegata lill-Kummissjoni biex temenda r-rekwiżiti minimi u l-kompiti ewlenin ta’ ġestjoni tar-riskju, mingħajr ma jiġu kompromessi l-possibbiltajiet ta' użu mill-ġdid tal-ilma mormi trattat kif xieraq. Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ ħarsien tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun kapaċi wkoll tadotta l-atti delegati li jissupplimentaw il-kompiti ewlenin ta’ ġestjoni tar-riskju billi tistipula l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi. Huwa importanti ħafna li l-Kummissjoni tagħmel il-konsultazzjonijiet xierqa matul il-fażi tal-ħidma ta’ tħejjija, inkluż fil-livell tal-esperti u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet(29). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati. [Em. 31]
(17) Sabiex jiġu żgurati l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu konferiti s-setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni għall-adozzjoni tar-regoli dettaljati fir-rigward tal-għamla u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni li trid tingħata lill-pubbliku mill-Istati Membri, fir-rigward tal-għamla u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament li trid tingħata mill-Istati Membri, u fir-rigward tal-għamla u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar il-ħarsa ġenerali madwar l-Unjoni mfassla mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(30).
(18) L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jivverifikaw il-konformità tal-ilma reklamatrkuprat mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-permess. F’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità, jenħtieġ li jitolbu lill-operatur tal-impjant tar- reklamazzjoni biextal-faċilità ta' rkupru jieħu l-miżuri neċessarji sabiex tiġi żgurata l-konformità. Jenħtieġ li l-operaturi tal-impjanti tar-reklamazzjoni iwaqqfutal-faċilitajiet ta' rkupru jwaqqfu mill-ewwel kwalunkwe forniment ta’ ilma reklamatrkuprat meta n-nuqqas ta’ konformità jaqbeż valuri massimi speċifikati, bir-riżultat li joħloq riskju sinifikanti lill-ambjent jew lis-saħħa tal-bniedem. L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jaħdmu f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-utenti aħħarin biex jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid tal-ilma mormi trattat kif xieraq. L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jikkontrollaw u jimmonitorjaw il-provvista, il-ħażna u l-użu tal-ilma rkuprat billi jqisu r-riskji rilevanti għas-saħħa u l-ambjent. [Em. 32]
(19) Jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tikkoopera ma’ awtoritajiet rilevanti oħra billi taqsam l-informazzjoni sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti rilevanti tal-Unjoni u dawk nazzjonali.
(20) Id-data mogħtija mill-Istati Membri hija neċessarja sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ timmonitorja u tivvaluta l-prestazzjoni tal-leġiżlazzjoni fir-rigward tal-għanijiet li jridu jintlaħqu.
(21) Skont il-paragrafu 22 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-evalwazzjoni tkun ibbażata fuq il-ħames kriterji tal-effiċjenza, l-effikaċja, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-UE u jenħtieġ li tipprovdi l-bażi għall-valutazzjonijiet tal-impatt ta’ miżuri ulterjuri possibbli.
(22) Skont il-Konvenzjoni ta’ Aarhus, il-membri tal-pubbliku kkonċernati jenħtieġ li jkollhom aċċess għall-ġustizzja sabiex jikkontribwixxu għall-ħarsien tad-dritt li jgħixu f’ambjent xieraq għas-saħħa u l-benessri tal-individwi.
(23) Jenħtieġ li l-Istati Membri jistipulaw ir-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali jenħtieġ li jkunu effettivi, proprozjonati u dissważivi.
(24) Minħabba li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari l-ħarsien tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jistgħu, minħabba raġunijiet ta’ skala u effetti tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformita’ mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropa. F'konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu dawk l-għanijiet.
(25) Huwa meħtieġ li jingħata biżżejjed żmien lill-Istati Membri biex jistabbilixxu l-infrastruttura amministrattiva neċessarja għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll biex l-operaturi jippreparaw għall-applikazzjoni tar-regoli l-ġodda.
(25a) Bil-ħsieb li jiġi żviluppat u promoss kemm jista' jkun l-użu mill-ġdid tal-ilma mormi trattat, l-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tappoġġa r-riċerka u l-iżvilupp f'dan il-qasam permezz tal-programm Orizzont Ewropa sabiex ikun hemm titjib sinifikanti fl-affidabbiltà tal-ilma mormi trattat b'mod xieraq u f'metodi vijabbli ta' użu. [Em. 33]
(25b) Sabiex jipproteġu b'mod effettiv l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem, l-Istati Membri, f'kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, jenħtieġ li jistabbilixxu kontroll tal-kwalità tal-ħamrija fuq perjodu qasir, medju u twil. [Em. 34]
(25c) Dan ir-Regolament ifittex li jħeġġeġ l-użu sostenibbli tal-ilma. Fid-dawl ta' dik il-mira, il-Kummissjoni jenħtieġ li timpenja ruħha sabiex tuża l-programmi tal-Unjoni, inkluż il-Programm LIFE, biex tappoġġja inizjattivi lokali li jinvolvu l-użu mill-ġdid ta' ilma mormi trattat kif xieraq. [Em. 35]
ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u għan
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti minimi għall-kwalità tal-ilma rkuprat u l-monitoraġġ, u l-obbligu li jitwettqu l-kompiti ewlenin ta’ ġestjoni tar-riskju speċifikati, għall-użu mill-ġdid sikur tal-ilma urban mormi trattat fil-kuntest tal-immaniġġjar tal-ilma integrat, u jikkontribwixxi għall-għanijiet indikati fid-Direttiva 2000/60/KE. [Em. 36]
2. L-għan ta’ dan ir-Regolament hu li jiġi garantit li l-ilma reklamatrkuprat ikun sikur għall-użu maħsub tiegħu, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, kif ukoll tal-ambjent, filwaqt li fl-istess ħin jiġu indirizzati l-effetti ħżiena tal-użu tar-riżorsi tal-ilma u tittejjeb l-effiċjenza tagħhom, jiġu indirizzati l-iskarsezza tal-ilma, kwistjonijiet ta' tibdil tal-klima u l-objettivi ambjentali tal-Unjoni, u l-pressjoni li tirriżulta fuq ir-riżorsi tal-ilma, b’mod koordinat madwar l-Unjoni, u b’hekk jikkontribwixxi wkoll għall-funzjonamentgħall-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet ta' użu ta' ilma sostenibbli, jappoġġja t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, jiżgura l-kompetittività fit-tul tal-Unjoni u l-funzjonament effiċjenti tas-suq intern. [Em. 37]
2a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-riżorsi tal-ilma użati għal skopijiet ta' ilma tax-xorb ma jkunux ikkontaminati bl-ilma rkuprat. [Em. 38]
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu japplika għall-ilma reklamatrkuprat għal użu speċifiku fit-taqsima 1 tal-Anness I.
Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal proġetti pilota li jiffukaw fuq l-użu mill-ġdid tal-ilma fl-impjanti ta' rkupru. [Em. 39]
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1. “awtorità kompetenti” tfisser awtorità jew korp maħtura minn Stat Membru biex iwettqu l-obbligi stipulati f’dan ir-Regolament;
2. “awtorità tal-ilma” tfisser awtorità jew awtoritajiet identifikati skont l-Artikolu 3(2) jew (3) tad-Direttiva 2000/60/KE;
3. “utent aħħari” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, jew entità pubblika jew privata, li tuża l-ilma reklamatrkuprat għall-użu maħsub tiegħu; [Em. 40]
4. “ilma urban mormi” tfisser ilma urban mormi kif definit fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 91/271/KEE;
4a. "ilma mormi trattat" tfisser ilma urban mormi li jkun ġie trattat f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 91/271/KEE; [Em. 41]
5. “ilma reklamatrkuprat” tfisser ilma urban mormi li ġie trattat f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 91/271/KEE u li jirriżulta minn trattament ulterjuri f’impjant tar-reklamazzjonif'faċilità ta' rkupru li tagħmel il-kwalità tiegħu adatta għall-użu maħsub tiegħu; [Em. 42]
5a. "użu mill-ġdid tal-ilma" tfisser l-użu ta' ilma rkuprat ta' kwalità speċifika xierqa għal użu speċifikat fit-Taqsima 1 tal-Anness I, permezz ta' sistema ta' distribuzzjoni, biex b'hekk parzjalment jew kompletament jissostitwixxi l-użu tal-ilma tal-wiċċ jew ta' taħt l-art; [Em. 43]
6. “impjant tar-reklamazzjonifaċilità ta' rkupru” tfisser parti minn impjant tat-trattament tal-ilma urban mormi jew impjant ieħorfaċilità oħra li jittratta titratta ulterjorment l-ilma urban mormi f’konformitàli preċedentement ikun ġie trattat bi qbil mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 91/271/KEE sabiex jiġi prodott ilma rkuprat li huwa tajjeb għal użu speċifikat fit-taqsima 1 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament u li jinkludi kwalunkwe infrastruttura ta' ħażna u kwalunkwe infrastruttura maħsuba biex tipprovdi l-ilma rkuprat lill-infrastruttura tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat, jew lill-utent aħħari; [Em. 44]
7. “operatur tal-impjant tar-reklamazzjonita' faċilità ta' rkupru” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li topera jew tikkontrolla impjant tar-reklamazzjoni; faċilità ta' rkupru; [Em. 45]
7a. "infrastruttura tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat" tfisser sistema ta' katusi u pompi dedikata, jew faċilitajiet oħrajn għat-trasport iddedikati, maħsuba biex jipprovdu l-ilma rkuprat lill-utent aħħari, inkluż kwalunkwe faċilità għall-ekwalizzazzjoni, trattament ulterjuri u l-ħażna, barra mill-faċilità ta' rkupru; [Em. 46]
7b. "operatur tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat" tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tmexxi jew tikkontrolla l-infrastruttura tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat; [Em. 47]
7c. "infrastruttura għall-ħażna tal-ilma rkuprat" tfisser sistema ta' faċilitajiet għall-ħażna ddedikati maħsuba biex taħżen l-ilma rkuprat; [Em. 48]
7d. "operatur tal-ħażna tal-ilma rkuprat" tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tmexxi jew tikkontrolla l-infrastruttura tal-ħażna tal-ilma rkuprat; [Em. 49]
8. “periklu” tfisser aġent bijoloġiku, kimiku, fiżiku jew radjoloġiku li għandu l-potenzjal li jikkawża dannu lill-bnedmin, lill-annimali, lill-għelejjel jew lill-pjanti, lil bijota terrestri u lil bijoti akkwatiċi oħra, lill-ħamrija jew lill-ambjent ġenerali;
9. “riskju” tfisser il-probabbiltà ta’ perikli identifikati li jikkawżaw dannu f’medda ta’ żmien speċifiku, inkluż is-severità tal-konsegwenzi;
10. “ġestjoni tar-riskju” hija ġestjoni sistematika li b’mod konsistenti tiżgura s-sikurezza tal-użu mill-ġdid tal-ilma f’kuntest speċifiku;
11. “miżura preventiva” tfisser kwalunkwe azzjoni jew attività xierqa li tista’ tintuża għall-prevenzjoni jew l-eliminazzjoni ta’ riskju għas-saħħa jew għall-ambjent, jew tnaqqsu għal livell aċċettabbli; [Em. 50]
11a. "punt ta' konformità" tfisser il-punt fejn operatur ta' faċilità ta' rkupru jipprovdi l-ilma rkuprat lill-attur sussegwenti fil-katina; [Em. 51]
11b. "mikroinkwinant" tfisser sustanza mhux mixtieqa li tinstab fl-ambjent f'konċentrazzjonijiet baxxi ħafna, skont l-Anness VIII tad-Direttiva 2000/60/KE. [Em. 52]
Artikolu 4
Obbligi tal-operaturi tal-impjanti ta’ reklamazzjonital-faċilitajiet ta' rkupru fir-rigward tal-kwalità tal-ilma [Em. 53]
1. L-operaturi tal-impjanti tar-reklamazzjoni tal-faċilitajiet ta' rkupru għandhom jiżguraw li l-ilma reklamatrkuprat iddestinat għal użu speċifikuspeċifikat fit-Taqsima 1 tal-Anness I, fl-iżbokk tal-impjant tar-reklamazzjoni (punt ta’ konformità)fil-punt ta' konformità, għandu jkun konformi ma’ dan li ġej:
(a) ir-rekwiżiti minimi għall-kwalità tal-ilma stipulati fit-Taqsima 2 tal-Anness I;
(b) kwalunkwe kundizzjoni ulterjuri stabbiliti mill-awtorità kompetenti fil-permess rilevanti skont il-punti (b) u (c) tal-Artikolu 7(3), fir-rigward tal-kwalità tal-ilma. [Em. 54]
2. Sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-operatur tal-impjant tar-reklamazzjoni għandu jimmonitorja l-kwalità tal-ilma skont dan li ġej:
(a) it-Taqsima 2 tal-Anness I;
(b) kwalunkwe kundizzjoni ulterjuri stabbiliti mill-awtorità kompetenti fil-permess rilevanti skont il-punti (b) u (c) tal-Artikolu 7(3), fir-rigward tal-monitoraġġ.
2a. L-operaturi tal-faċilitajiet ta' rkupru għandhom jiżguraw ukoll li tal-anqas il-miżuri ta' ġestjoni tar-riskju stabbiliti fil-Pjan ta' Ġestjoni tar-Riskju għall-Użu mill-Ġdid tal-Ilma msemmi fil-paragrafu -1 tal-Artikolu 5 jiġu implimentati bis-sħiħ fil-faċilità ta' rkupru. [Em. 55]
2b. Wara l-punt ta' konformità, il-kwalità tal-ilma m'għandhiex tibqa' r-responsabbiltà tal-operatur tal-faċilità ta' rkupru u għandha ssir ir-responsabbiltà tal-attur sussegwenti fil-katina. [Em. 56]
3. Il-Kummissjoni ingħatat is-setgħa li tadotta atti delegati li jemendaw lil dan ir-Regolament skont l-Artikolu 14 sabiex ir-rekwiżiti minimi stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness I jiġu adattati għall-progress tekniku u xjentifiku. [Em. 57]
Artikolu 4a
L-obbligi tal-operaturi tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat, tal-operaturi tal-ħażna tal-ilma rkuprat u tal-utenti finali
1. l-operatur tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat għandu jżomm il-livell tal-kwalità tal-ilma rkuprat fl-infrastruttura tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat tal-anqas fl-istess livell ta' kwalità bħal dak stabbilit fit-Taqsima 2 tal-Anness I. L-operatur tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat għandu jiżgura wkoll li tal-anqas il-miżuri ta' ġestjoni tar-riskju stabbiliti fil-Pjan ta' Ġestjoni tar-Riskju għall-Użu mill-Ġdid tal-Ilma msemmi fil-paragrafu -1 tal-Artikolu 5 jiġu implimentati bis-sħiħ fl-infrastruttura tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat.
Meta tagħti permess skont l-Artikolu 7, l-awtorità kompetenti tista' titlob li jittieħdu aktar miżuri ta' ġestjoni tar-riskju fir-rigward tal-kompiti li għandhom jitwettqu mill-operatur tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat u tispeċifika ir-rekwiżiti addizzjonali u l-miżuri preventivi meħtieġa skont il-punti (b) u (c) tal-Anness II.
2. L-operatur tal-ħażna tal-ilma rkuprat għandu jżomm il-livell tal-kwalità tal-ilma rkuprat fl-infrastruttura tal-ħażna tal-ilma rkuprat tal-anqas fl-istess livell ta' kwalità bħal dak stabbilit fit-Taqsima 2 tal-Anness I. L-operatur tal-ħażna tal-ilma rkuprat għandu jiżgura wkoll li tal-anqas il-miżuri ta' ġestjoni tar-riskju stabbiliti fil-Pjan ta' Ġestjoni tar-Riskju għall-Użu mill-Ġdid tal-Ilma msemmi fil-paragrafu -1 tal-Artikolu 5 jiġu implimentati bis-sħiħ fl-infrastruttura tal-ħażna tal-ilma rkuprat.
Meta tagħti permess skont l-Artikolu 7, l-awtorità kompetenti tista' titlob li jittieħdu aktar miżuri ta' ġestjoni tar-riskju fir-rigward tal-kompiti li għandhom jitwettqu mill-operatur tal-ħażna tal-ilma rkuprat u tispeċifika ir-rekwiżiti addizzjonali u l-miżuri preventivi meħtieġa skont il-punti (b) u (c) tal-Anness II.
3. L-ilma rkuprat użat mill-utenti aħħarin għandu jkun tal-anqas tal-livell ta' kwalità stabbilit fit-Taqsima 2 tal-Anness I. L-awtorità kompetenti tista' tipprovdi rekwiżiti ulterjuri fir-rigward tal-obbligi fuq l-utenti finali flimkien ma' dawk stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness I.
4. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi dokumenti ta' gwida biex tassisti lill-awtoritajiet kompetenti fl-implimentazzjoni tar-rekwiżiti relatati mal-kontroll u l-monitoraġġ tal-produzzjoni, tad-distribuzzjoni, tal-ħażna u tal-użu tal-ilma rkuprat. [Em. 58]
Artikolu 5
Ġestjoni tar-riskju
-1. L-operatur tal-faċilità ta' rkupru għandu, f'kooperazzjoni mal-atturi rilevanti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ifassal Pjan ta' Ġestjoni tar-Riskju għall-Użu mill-Ġdid tal-Ilma. Il-Pjan ta' Ġestjoni tar-Riskju għall-Użu mill-Ġdid tal-Ilma għandu jkun ibbażat fuq il-kompiti ewlenin tal-ġestjoni tar-riskju stabbiliti fil-punt (a) tal-Anness II, jistabbilixxi kwalunkwe rekwiżiti apparti dawk speċifikati fl-Anness I skont il-punt (b) tal-Anness II, u għandu jidentifika l-perikli, ir-riskji u l-miżuri preventivi xierqa skont il-punt (c) tal-Anness II. [Em. 59]
1. Għall-finijiet tal-produzzjoni u l-fornimentli jiġu żgurati l-produzzjoni, id-distribuzzjoni, il-ħżin u l-użu sikuri tal-ilma reklamat, il-ġestjoni tar-riskju għandha titwettaq mill-operatur tal-impjant tar-reklamazzjoni b’konsultazzjonirkuprat, l-awtorità kompetenti għandha tissorvelja l-ġestjoni tar-riskju f'konsultazzjoni mal-atturi li ġejjin: [Em. 60]
(a) l-operatur tal-impjanti tal-impjant jew tal-impjanti tat-trattament tal-ilma urban mormi li jforni l-ilma lill-impjant tar-reklamazzjonilill-faċilità ta' rkupru b'ilma mormi trattat skont ir-rekwiżiti tal-kwalità stabbiliti fid-Direttiva 91/271/KEE, jekk ikun differenti mill-operatur tal-impjant tar-reklamazzjonital-faċilità ta' rkupru; [Em. 61]
(c) kwalunkwe parti oħra li titqies rilevanti mill-operatur tal-impjant tar-reklamazzjonimill-awtorità kompetenti. [Em. 65]
2. L-operatur tal-impjant tar-reklamazzjoni għandu jfassal Pjantal-faċilità ta' rkupru, l-operatur tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat u l-operatur tal-ħażna tal-ilma rkuprat għandhom iwettqu tal-anqas il-kompiti ta' mmaniġġjar tar-riskju definiti fil-Pjan ta’ Ġestjoni tar-Riskju għall-Użu mill-Ġdid tal-Ilma bbażat fuq il-kompiti ewlenin tal-ġestjoni tar-riskju stabbiliti fl-Anness II. Il-Pjan ta’ Ġestjoni tar-Riskju għall-Użu mill-Ġdid tal-Ilma għandu jipproponi rekwiżiti addizzjonali ma’ dawn speċifikati fl-Anness I, meħtieġa għall-mitigazzjoni ulterjuri ta’ kwalunkwe riskju, u fost l-oħrajn, għandu jidentifika l-perikli, ir-riskji u l-miżuri preventivi xierqamsemmi fil-paragrafu -1. Il-metodi tal-immaniġġjar tar-riskju użati mill-operatur tal-faċilità ta' rkupru, l-operatur tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat u l-operatur tal-ħażna tal-ilma rkuprat għandhom ikunu bbażati fuq metodoloġiji rikonoxxuti internazzjonalment. [Em. 66]
2a. Fil-permess rilevanti mogħti skont l-Artikolu 7, l-awtorità kompetenti tista' tispeċifika kompiti u responsabbiltajiet differenti għall-atturi differenti involuti fil-Pjan għall-Ġestjoni tar-Riskju għall-Użu mill-Ġdid tal-Ilma. [Em. 67]
2b. Jekk it-tip ta' għalla li għandha tissaqqa se tiġi kummerċjalizzata f'diversi forom differenti u taqa' f'diversi klassijiet tal-kwalità ta' ilma rkuprat, l-operatur tal-faċilità ta' rkupru għandu jkun meħtieġ jipprovdi lill-bidwi ilma li jikkorrispondi mal-ogħla klassi tal-kwalità fost dawk ikkonċernati. [Em. 68]
3. Il-Kummissjoni ingħatat is-setgħa biex skont l-Artikolu 14, tadotta atti delegati li jemendaw lil dan ir-Regolament sabiex il-kompiti ewlenin ta’ ġestjoni tar-riskju stabbiliti fl-Anness II jiġu adattati għall-progress tekniku u xjentifiku. [Em. 69]
Il-Kummissjoni ingħatat ukoll is-setgħa biex skont l-Artikolu 14, tadotta atti delegati li jissupplimentaw lil dan ir-Regolament sabiex jiġu stabbiliti l-ispeċifikazzjoni tekniċi tal-kompiti ewlenin tal-ġestjoni tar-riskju stipulati fl-Anness II. [Em. 70]
Sa ... [sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 14 sabiex tissupplementa dan ir-Regolament billi tintroduċi metodoloġija għall-kejl tal-preżenza ta' mikroplastika fl-ilma rkuprat li tista' tkun soġġetta għal rekwiżiti addizzjonali abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju msemmija fil-punt 4 tal-Anness II. [Em. 133]
3a. Meta utent aħħari jissuspetta li l-ilma maħżun kif previst fl-Artikolu 4a(2) ma jissodisfax ir-rekwiżiti minimi stabbiliti f'dan ir-Regolament, huwa għandu:
(a) jinforma minnufih lill-awtorità tas-saħħa kkonċernata, u jipprovdilha, meta jkun xieraq, l-informazzjoni kollha disponibbli;
(b) jikkoopera bis-sħiħ mal-awtorità kompetenti kkonċernata sabiex jiġu vverifikati u ddeterminati r-raġunijiet għas-suspett u l-preżenza possibbli ta' sustanzi jew valuri mhux awtorizzati kif imsemmi fit-Tabelli 2 u 4 tat-Taqsima 2 tal-Anness I. [Em. 71]
Artikolu 6
Applikazzjoni għal permess tal-fornimentgħall-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-ħażna ta’ ilma reklamatrkuprat [Em. 72]
1. Kwalunkwe provvista tal-ilma reklamat iddestinataproduzzjoni, distribuzzjoni jew ħażna ta' ilma rkuprat iddestinat għal użu speċifikuspeċifikat fit-Taqsima 1 tal-Anness I, għandha tkun soġġetta għal permess. [Em. 73]
2. Operatur ta' faċilità ta' rkupru jista’ jippreżenta applikazzjoni għall-permess imsemmi fil-paragrafu 1, jew għal modifika ta’ permess eżistenti, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jopera l-impjant tar-reklamazzjonitopera l-faċilità ta' rkupru jew fejn hu ppjanat li joperatopera [Em. 74].
3. L-applikazzjoni għandha tinkludi dan li ġej:
(a) Pjan tal-Ġestjoni tar-Riskju għall-Użu mill-Ġdid tal-Ilma mfassal skont l-Artikolu 5(2)il-paragrafu -1 tal-Artikolu 5; [Em. 75]
(aa) id-data disponibbli l-aktar riċenti biex tintwera l-konformità tal-ilma mormi trattat skont id-Direttiva 91/271/KEE fl-impjant tat-trattament tal-ilma mormi li minnu ġej l-ilma li għandu jiġi rkuprat; [Em. 76]
(b) deskrizzjoni ta’ kif l-operatur tal-impjant tar-reklamazzjonital-faċilità ta' rkupru se jikkonforma fil-punt ta' konformità mar-rekwiżiti minimi għall-kwalità tal-ilma u għall-monitoraġġ stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness I; [Em. 77]
(c) deskrizzjoni ta’ kif l-operatur tal-impjant tar-reklamazzjonital-faċilità ta' rkupru se jikkonforma fil-punt ta' konformità mar-rekwiżiti addizzjonali proposti fil-Pjan tal-Ġestjoni tar-Riskju għall-Użu mill-Ġdid tal-Ilma. [Em. 78]
3a. Operatur tad-distribuzzjoni ta' ilma rkuprat għandu jippreżenta applikazzjoni għall-permess imsemmi fil-paragrafu 1, jew għal modifika ta' permess eżistenti, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn l-infratsruttura tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat topera jew fejn hu ppjanat li topera. L-applikazzjoni għandha tinkludi deskrizzjoni ta' kif l-operatur tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat għandu jikkonforma mal-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 4a. [Em. 79]
3b. Operatur tal-ħażna ta' ilma rkuprat għandu jippreżenta applikazzjoni għall-permess imsemmi fil-paragrafu 1, jew għal modifika ta' permess eżistenti, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn l-infrastruttura tal-ħażna tal-ilma rkuprat topera jew fejn hu ppjanat li topera. L-applikazzjoni għandha tinkludi deskrizzjoni ta' kif l-operatur tal-ħażna tal-ilma rkuprat għandu jikkonforma mal-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 4a. [Em. 80]
Artikolu 7
Għotja tal-permess
1. Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-applikazzjoni, jekk xieraq, l-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta u taqsam l-informazzjoni rilevanti ma’ dawn li ġejjin:
(a) awtoritajiet rilevanti oħra tal-istess Stat Membru, b’mod partikolari l-awtorità tal-ilmal-awtoritajiet tal-ilma u tas-saħħa, jekk din hijadawn ikunu differenti mill-awtorità kompetenti; [Em. 81]
(b) il-punti ta’ kuntatt fl-Istati Membri li huma potenzjalment milquta, maħtura skont l-Artikolu 9(1).
2. Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-applikazzjoni kompluta, kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artiklu 6(3)fil-paragrafi 2, 3, 3a u 3b tal-Artiklu 6, l-awtorità kompetenti għandha tevalwa l-applikazzjoni, bl-użu ta' appoġġ xjentifiku adegwat, u tiddeċiedi jekk tagħtix jew tiċħadx il-permess. Meta l-awtorità kompetenti jkollha bżonn iktar żmien minħabba l-kumplessità tal-applikazzjoni, hija għandha mingħajr dewmien tinforma b’dan lill-applikant u , filwaqt li tindika d-data mistennija tal-għoti jew tar-rifjut tal-permess u tipprovdi r-raġunijiet għall-estensjoni. Fi kwalunkwe każ, l-awtorità kompetenti għandha tieħu deċiżjoni mhux aktar tard minn sitt xhur minn meta tasal l-applikazzjoni sħiħa msemmija fil-paragrafi 2, 3, 3a u 3b tal-Artiklu 6. [Em. 82]
3. Meta l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li tagħti permess, għandha tiddetermina l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni, li fejn applikabbli, għandhom jinkludu dan li ġej:
(a) il-kundizzjonijiet marbuta mar-rekwiżiti minimi għall-kwalità tal-ilma u għall-monitoraġġ stipulati fit-Taqsima 2 tal-Anness I;
(b) il-kundizzjonijiet marbuta mar-rekwiżiti addizzjonali proposti fil-Pjan ta’ Ġestjoni tar-Riskju għall-Użu mill-Ġdid tal-Ilma;
(c) kwalunkwe kundizzjoni oħra meħtieġa għall-mitigazzjoni ulterjuri ta’biex telimina ulterjorment kwalunkwe riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, kif ukoll għall-ambjent. [Em. 83]
3a. Jekk il-kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk imsemmija fil-punti (a) sa (c) tal-paragrafu 3 ma jkunux diġà inklużi fil-Pjan ta' Ġestjoni tar-Riskju għall-Użu mill-Ġdid tal-Ilma msemmi fl-Artikolu 5, l-awtorità kompetenti għandha taġġorna l-pjan mingħajr dewmien. [Em. 84]
4. Il-permess għandu jiġu rieżaminat regolarment u mill-inqas kull ħames snin, u modifikat jekk ikun meħtieġ.
Artikolu 8
Kontroll tal-konformità
1. Fl-istadju ta’ konformità, L-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-konformità tal-ilma reklamatrkuprat mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-permessfil-permessi mogħtija skont l-Artikolu 7. Il-kontroll tal-konformità għandu jitwettaq permezz tal-mezzi li ġejjin: [Em. 85]
(a) verifiki fuq il-post;
(b) l-użu tad-data ta’ monitoraġġ miksuba skont dan ir-Regolament u d-Direttivi 91/271/KEE u 2000/60/KE;
(c) kwalunkwe mezz ieħor xieraq.
2. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità, l-awtorità kompetenti għandha titlob lill-operatur tal-impjant tar-reklamazzjonital-faċilità ta' rkupru, lill-operatur tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat jew lill-operatur tal-ħażna tal-ilma rkuprat, kif applikabbli, biex jiġu l-miżuri neċessarjijieħu kwalunkwe miżura meħtieġa sabiex minnufih jerġa' jiġi konformi mingħajr dewmienu jinforma minnufih lill-utenti finali affettwati. [Em. 86]
3. Meta n-nuqqas ta’ konformità toħloq riskju sinifikanti għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedeml-valur individwali ta' kwalunkwe parametru jkun ogħla mir-rekwiżiti minimi dwar il-kwalità tal-ilma stipulati fil-punt (a) tat-Taqsima 2 tal-Anness I, l-operatur tal-impjant tar-reklamazzjonital-faċilità ta' rkupru għandu jwaqqaf minnufih kwalunkwe provvista ulterjuri tal-ilma reklamat sakemmrkuprat. L-awtorità kompetenti tiddetermina li reġgħet ġiet stabbilita l-konformitàtista' tistabbilixxi li l-konformità tkun reġgħet ġiet stabbilita biss wara li l-valur individwali tal-parametru jew tal-parametri li jaqbeż jew jaqbżu r-rekwiżiti ta' kwalità tal-ilma nstab li huwa anqas mill-valur massimu permess f'tal-anqas tliet kontrolli konsekuttivi. [Em. 87]
4. Jekk jiġri inċident li jaffettwa l-konformità mal-kundizzjonijiet tal-permess, l-operatur tal-impjant ta’ reklamazzjonital-faċilità ta' rkupru, l-operatur tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat jew l-operatur tal-ħażna tal-ilma rkuprat, kif applikabbli, għandu jinforma minnufih lill-awtorità kompetenti u lill-utenti aħħarin li jistgħu jkunu potenzjalment milquta, u jikkomunika l-informazzjoni meħtieġa lill-awtorità kompetenti għall-valutazzjoni tal-impatti ta’ dan l-inċident. [Em. 88]
4a. Wara l-għoti ta' permess skont l-Artikolu 7, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika b'mod regolari l-konformità tal-operatur tal-faċilità ta' rkupru, tal-operatur tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat u tal-operatur tal-ħażna tal-ilma rkuprat, mal-miżuri stabbiliti fil-Pjan ta' Ġestjoni tar-Riskju għall-Użu mill-Ġdid tal-Ilma. [Em. 89]
4b. F'każ li l-ilma rkuprat ma jkunx konformi fil-punt ta' konformità u li sseħħ kontaminazzjoni sussegwenti tal-ħamrija jew ta' prodotti agrikoli permezz tad-distribuzzjoni u l-ħżin ta' dak l-ilma rkuprat mhux konformi, li tirriżulta f'perikli għas-saħħa u għall-ambjent, l-operatur tal-faċilità ta' rkupru għandu jinżamm responsabbli u jrid jagħmel tajjeb għad-danni. [Em. 134]
Artikolu 9
Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri
1. L-Istati Membri għandhom jaħtru punt ta’ kuntatt biex jikkoopera kif xieraq mal-punti ta’ kuntatt u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra. Ir-rwol tal-punti ta’ kuntatt għandu jkun li jagħtu assistenza fuq talba u jikkoordinaw l-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti. B’mod partikolari, il-punti ta’ kuntatt għandhom jirċievu u jibagħtu t-talbiet għall-assistenza.
2. L-Istati Membri għandhom iwieġbu t-talbiet għall-assistenza mingħajr dewmien.
Artikolu 9a
Kampanji informattivi ta' sensibilizzazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kampanji ta' informazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni mmirati lejn utenti finali potenzjali, inklużi ċ-ċittadini, u dwar is-sikurezza tal-użu mill-ġdid tal-ilma u l-iffrankar tar-riżorsi tal-ilma li jirriżultaw mill-użu mill-ġdid tal-ilma.
2. L-Istati Membri għandhom iwaqqfu wkoll kampanji ta' informazzjoni għall-bdiewa biex jiġi żgurat li dawn jużaw ilma rkuprat fuq l-għelejjel b'mod ottimali, u b'hekk jiġi evitat kwalunkwe effett negattiv fuq is-saħħa jew fuq l-ambjent minn dan l-użu. [Em. 91]
Artikolu 10
Informazzjoni għall-pubbliku
1. Mingħajr preġudizzju għad-Direttivi 2003/4/KE u 2007/2/KE u għall-Artikolu 9(4) tad-Direttiva 2000/60/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni xierqa u aġġornata u aċċessibbli dwar l-użu mill-ġdid tal-ilma tkun disponibbli online għall-pubbliku , jew fuq mezzi oħrajn faċli biex jintużaw, filwaqt li jiġu rrispettati r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi dan li ġej: [Em. 92]
(a) il-kwantità u l-kwalità tal-ilma reklamat fornut f’konformità ma’ dan ir-Regolament;
(aa) l-użu tal-ilma rkuprat bħala perċentwal tat-total ta' ilma ħelu użat għall-iskopijiet ikkunsidrati f'dan ir-Regolament; [Em. 93]
(b) il-persentaġġ tal-ilma reklamat fl-Istat Membru fornut skont dan ir-Regolament, meta mqabbel mal-ammont totali tal-ilma urban mormi trattat;
(ba) il-perċentwal tal-ilma rkuprat fl-Istat Membru fornut bi qbil ma' dan ir-Regolament, meta mqabbel mal-ammont totali tal-ilma urban mormi trattat; [Em. 94]
(c) il-permess mogħti jew emendat skont dan ir-Regolament, inklużi l-kundizzjonijiet stabbiliti mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 7(3);
(d) l-eżitu tal-kontroll tal-konformità mwettaq skont l-Artikolu 8(1);
(e) il-punti ta’ kuntatt maħtura skont l-Artikolu 9(1).
2. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun aġġornata mill-inqas darba fis-sena.
2a. B'konformità mar-Regolament (KE) Nru 852/2004 li jistabbilixxi regoli ġenerali applikabbli għall-operaturi fis-settur tal-ikel, li jkopri l-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' ikel maħsub għall-konsum mill-bniedem, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-utenti dwar il-kontenut massimu ta' nutrijenti fl-ilma mormi trattat kif xieraq li jiġi pprovdut, sabiex l-utenti, inklużi l-bdiewa, ikunu jistgħu jaċċertaw ruħhom li jkun konformi mal-livelli ta' nutrijenti stabbiliti fir-regoli rilevanti tal-Unjoni. [Em. 95]
3. Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-għamla u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni li jeħtieġ tiġi pprovduta skont il-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 15. [Em. 96]
Artikolu 11
Informazzjoni dwar il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni
1. Mingħajr preġudizzju għad-Direttivi 2003/4/KE u 2007/2/KE, kull Stat Membru assistit mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, għandu:
(a) iwaqqaf u jippubblika sa ... [tlieterba' snin wara d-data mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], u wara dan, jaġġorna kull sitt snin, is-sett ta’ data li jkun fih l-informazzjoni dwar l-eżitu tal-kontroll tal-konformità mwettaq skont l-Artikolu 8(1) u informazzjoni oħra li trid tkun disponibbli online għall-pubbliku skont l-Artikolu 10; [Em. 97]
(b) jistabbilixxi, jippubblika u jaġġorna kull sena wara dan, is-sett ta’ data li fih l-informazzjoni dwar il-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità bil-kundizzjonijiet stabbiliti fil-permess, miġbura skont l-Artikolu 8(1), u l-informazzjoni dwar il-miżuri li ttieħdu skont l-Artikolu 8(2) u (3).
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ikollhom aċċess għas-settijiet ta’ data msemmija fil-paragrafu 1.
3. Abbażi tad-data msemmija fil-paragrafu 1, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tfassal, tippubblika taġġorna regolarment jew fuq talba mill-Kummissjoni, ħarsa ġenerali madwar l-Unjoni li kif xieraq, għandha tinkludi l-indikaturi għall-outputs, ir-riżultati u l-impatti ta’ dan ir-Regolament, il-mapep u r-rapporti tal-Istati Membri.
4. Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi regoli dettaljati fir-rigward tal-għamla u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni li trid tingħata skont il-paragrafu 1, kif ukoll ir-regoli dettaljati fir-rigward tal-għamla u l-preżentazzjoni tal-ħarsa ġenerali madwar l-Unjoni msemmija fil-paragrafu 3. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 15.
Artikolu 12
Aċċess għall-ġustizzja
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew il-gruppi tagħhom, skont il-leġiżlazzjoni jew il-prattika nazzjonali, ikollhom aċċess għall-proċedura ta’ rieżami quddiem qorti jew korp indipendenti u imparzjali ieħor stabbilit bil-liġi biex jikkontestaw il-legalità sostantiva jew proċedurali tad-deċiżjonijiet, l-azzjonijiet jew l-ommissjonijiet marbuta mal-implimentazzjoni tal-Artikoli 4 sa 8, meta tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) ikollhom interess suffiċjenti;
(b) iżommu l-indeboliment ta’ dritt, fejn il-liġi proċedurali amministrattiva tal-Istat Membru rilevanti teħtieġ dan bħala prekundizzjoni.
2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu f’liema stadju jistgħu jiġu kkontestati d-deċiżjonijiet, l-atti jew l-ommissjonijiet.
3. Dak li jikkostitwixxi interess suffiċjenti u indeboliment ta’ dritt għandu jiġi stabbiliti mill-Istati Membri, b’mod konsistenti mal-għan li jingħata aċċess għall-ġustizzja mifrux lill-pubbliku kkonċernat.
Għal dan l-għan, l-interess ta’ kull organizzazzjoni mhux governattiva li tippromwovi l-ħarsien ambjentali u li tissodisfa r-rekwiżiti skont il-liġi nazzjonali għandu jitqies biżżejjed għall-finijiet tal-paragrafu 1(a).
Dawn l-organizzazzjonijiet għandhom jitqiesu wkoll li għandhom drittijiet li huma kapaċi li jiġu indeboliti għall-finijiet tal-paragrafu 1(b).
4. Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx jeskludu l-possibbiltà ta’ proċedura ta’ rieżami preliminari quddiem awtorità amministrattiva u ma għandhomx jaffettwaw ir-rekwiżit tal-eżawriment tal-proċeduri tar-rieżami amministrattivi qabel ir-rikors għall-proċeduri tar-rieżami ġudizzjarju, meta jeżisti dan ir-rekwiżit taħt il-liġi nazzjonali.
5. Kwalunkwe proċedura ta’ rieżami msemmija fil-paragrafi 1 u 4 għandha tkun ġusta, ekwa, f’waqtha u mhux għalja wisq.
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar l-aċċess għall-proċeduri ta' rieżami amministrattivi u ġudizzjarji tkun disponibbli għall-pubbliku.
Artikolu 13
Evalwazzjoni
1. Il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni ta’ dan ir-Regolament sa . . . [sittħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Il-valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq mill-inqas l-elementi li ġejjin: [Em. 98]
(a) l-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament;
(b) is-settijiet ta’ data mwaqqfa mill-Istati Membri skont l-Artikolu 11(1) u l-ħarsa ġenerali madwar l-Unjoni mfassla mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent skont l-Artikolu 11(3);
(c) data xjentifika, analitika u epidemjoloġika rilevanti;
(d) għarfien tekniku u xjentifiku;
(e) Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, meta disponibbli.
(ea) esperimenti li twettqu, b'mod partikolari fir-rigward tal-użu fl-agrikoltura tal-ħama tad-drenaġġ u l-effluwenti ta' metanizzazzjoni. [Em. 99]
2. Fil-kuntest tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-aspetti li ġejjin:
(a) ir-rekwiżiti minimi stipulati fl-Anness I;
(b) il-kompiti ewlenin għall-ġestjoni tar-riskju stipulati fl-Anness II;
(c) ir-rekwiżiti addizzjonali stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti skont il-punt (b) u (c) tal-Artikolu 7(3);
(d) l-impatti tal-użu mill-ġdid tal-ilma fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem;
(da) il-preżenza dejjem tikber ta' mikroinkwinanti li jniġġsu u sustanzi "emerġenti" ġodda fl-ilma li jintuża mill-ġdid. [Em. 100]
2a. Bħala parati mill-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-fattibbiltà li:
(a) twessa' l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-ilma rkuprat maħsub għal użi speċifiċi oħrajn, inkluż l-użu mill-ġdid għal skopijiet industrijali;
(b) testendi r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament għall-użu indirett ta' ilma mormi trattat;
(c) tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi applikabbli għall-kwalità tal-ilma mormi trattat għall-finijiet ta' mili mill-ġdid tal-ilma ta' taħt l-art. [Em. 101]
2b. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha takkumpanja l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 bi proposta leġiżlattiva. [Em. 102]
Artikolu 14
Eżerċitar tad-delega
1. Is-setgħa li tadotta atti delegati ġiet konferita lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa għall-adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 4(3) u 5(3) għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 4(3) u fl-Artikolu 5(3) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha ssir effettiva fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata hemmhekk. Din ma għandha taffettwa l-validità ta’ ebda att delegat li jkun fis-seħħ.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti magħżula minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 5(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn ta’ notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jew jekk qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 15
Proċedura tal-kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat stabbilit bid-Direttiva 2000/60/KE. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 16
Penali
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali stipulati jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk ir-regoli u dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikawha bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom, sa . . . [tlieterba' snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. [Em. 103]
Artikolu 17
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika minn ... [senasentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. [Em. 104]
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi ...,
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President
ANNESS I
UŻI U REKWIŻITI MINIMI
Taqsima 1. Użi tal-ilma reklamatrkuprat kif imsemmi fl-Artikolu 2
(a) Tisqija agrikola
Tisqija agrikola tfisser it-tisqija tat-tipi ta’ għelejjel li ġejjin:
– għelejjel tal-ikel ikkonsmati nejjin, jiġifieri għelejjel maħsuba għall-konsum mill-bniedem biex jittieklu nejjin jew mhux ipproċessati;
– għelejjel tal-ikel ipproċessati, jiġifieri maħsuba għall-konsum mill-bniedem li ma jridux jittieklu nejjin iżda jittieklu wara proċess ta’ trattament (jiġifieri, imsajrin, proċessati industrijalment);
– għelejjel mhux tal-ikel, jiġifieri għelejjel mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem (jiġifieri għelejjel tal-bur, tal-foraġġ, tal-fibra, ornamentali, taż-żerriegħa, tal-enerġija u tat-terf).
Mingħajr preġudizzju għal-liġi rilevanti tal-Unjoni fl-oqsma tal-ambjent u s-saħħa, l-Istati Membri jistgħu jużaw ilma rkuprat għal użi ulterjuri bħal użu mill-ġdid tal-ilma industrijali u għal skopijiet ambjentali u ta' servizzi ta' konvenjenza. [Em. 105]
Taqsima 2. Rekwiżiti minimi
2.1. Rekwiżiti minimi applikabbli għall-ilma reklamat destinati biex jintużawrkuprat maħsub għat-tisqija agrikola [Em. 106]
Il-klassijiet tal-kwalità tal-ilma reklamat u l-użu u l-metodi ta’ tisqija permessi għal kull klassi huma stabbiliti fit-Tabella 1. Ir-rekwiżiti minimi għall-kwalità tal-ilma huma stabbiliti fil-punt (a), Tabella 2. Il-frekwenzi minimi u l-miri ta’ prestazzjoni għall-monitoraġġ tal-ilma reklamat huma stabbiliti fil-punt (b), Tabella 3 (monitoraġġ tar-rutina) u fit-Tabella 4 (monitoraġġ tal-validazzjoni).
Tabella 1 Klassijiet tal-kwalità tal-ilma reklamat u l-użu agrikolu u l-metodu ta’ tisqija permessi
Klassi tal-kwalità minima tal-ilma reklamat
Kategorija tal-għalla
Metodu ta’ tisqija
A
L-għelejjel tal-ikel kollha, inkluż l-għelejjel bl-għeruq ikkunsmati nejjin u l-għelejjel tal-ikel fejn il-parti li tittiekel tinsab f’kuntatt dirett mal-ilma reklamat
Metodi kollha ta’ tisqija
B
L-għelejjel tal-ikel ikkunsmati nejjin fejn il-parti li tittiekel hija prodotta fuq l-art u mhijiex f’kuntatt dirett mal-ilma reklamat, l-għelejjel tal-ikel ipproċessati u l-għelejjel mhux tal-ikel inklużi l-għelejjel biex jingħalfu annimali li jipproduċu l-ħalib jew il-laħam
Metodi kollha ta’ tisqija
C
Tisqija bil-qatra* biss Il-metodi ta' tisqija biss li ma jwasslux għal kuntatt dirett bejn l-għalla u l-ilma rkuprat. Pereżempju, it-tisqija bil-qatra*. [Em. 107]
D
L-għelejjel industrijali, enerġetiċi u li jinżergħu
Metodi kollha ta’ tisqija
(*) It-tisqija bil-qatra hija sistema ta’ mikrotisqija li kapaċi twassal qtar tal-ilma jew flussi żgħar ħafna lill-pjanti u tinvolvi t-taqtir tal-ilma fil-ħamrija jew direttament taħt is-superfiċe tagħha b’rati baxxi ħafna (2-20 litru/siegħa) minn sistema ta’ pajpijiet tal-plastik b’dijametru żgħir imwaħħlin bi żbokkijiet imsejħa emittenti jew qattara.
L-ilma reklamat se jitqies li jkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Tabella 2 jekk il-kejl jissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin:
– Il-valuri indikati għall-E. coli, l- Legionella spp u n-nematodi intestinali jinsabu fid-90 % jew aktar tal-kampjuni. L-ebda mill-valuri massimi tal-kampjuni ma jista’ jaqbeż il-limitu ta’ devjazzjoni massimu tal-unità logaritmika mill-valur indikat għall-E. coli u l-Legionella u 100 % tal-valur indikat għan-nematodi intestinali. Ir-rekwiżit biex jiġi żgurat li jkun hemm nuqqas ta' salmonella għandu japplika għal 100 % tal-kampjuni. [Em. 109]
– Il-valuri indikati għall-BOD5, t-TSS u t-turbidità fil-Klassi A jinsabu fid-90 % jew aktar tal-kampjuni. L-ebda mill-valuri massimi tal-kampjuni ma jista’ jaqbeż il-limitu ta’ devjazzjoni massimu ta’ 100 % tal-valur indikat. [Em. 110]
b) Rekwiżiti minimi għall-monitoraġġ
L-operaturi tal-impjanti tar-reklamazzjonital-faċilitajiet ta' rkupru għandhom iwettqu monitoraġġ tar-rutina biex jivverifikaw li l-ilma reklamatrkuprat ikun konformi mar-rekwiżiti minimi għall-kwalità tal-ilma stabbiliti fil-punt (a). Il-monitoraġġ tar-rutina għandu jiġi inkluż fil-proċeduri ta’ verifika tas-sistematal-proġett tal-użu mill-ġdid tal-ilma. [Em. 111]
Il-kampjuni li għandhom jintużaw biex tiġi vverifikata l-konformità mal-parametri mikrobijoloġiċi fil-punt ta' konformità għandhom jittieħdu skont l-istandard EN ISO 19458. [Em. 112]
Tabella 3 Frekwenzi minimi għall-monitoraġġ tar-rutina tal-ilma reklamat għat-tisqija agrikola
Frekwenzi tal-monitoraġġ minimi
Klassi tal-kwalità tal-ilma reklamat
E. coli
BOD5
TSS
Turbidità
Legionella spp.
(meta applikabbli)
Nematodi intestinali
(meta applikabbli)
A
Darba
fil-ġimgħa
Darba
fil-ġimgħa
Darba
fil-ġimgħa
Kontinwament
Darba
fil-ġimgħa
Darbtejn fix-xahar jew frekwenza determinata mill-operatur tal-impjant tar-reklamazzjoni skont in-numru ta’ bajd fl-ilma mormi li jidħlu fl-impjant tar-reklamazzjoni
B
Darba
fil-ġimgħa
Skont id-Direttiva 91/271/KEE
(Anness I, Taqsima D)
Skont id-Direttiva 91/271/KEE
((Anness I, Taqsima D)
-
C
Darbtejn fix-xahar
-
D
Darbtejn fix-xahar
-
Il-monitoraġġ tal-validazzjoni għandu jitwettaq qabel ma jibda’ jopera l-impjant tar-reklamazzjonitibda' topera l-faċilità ta' rkupru, meta t-tagħmir jiġi aġġornat u meta jiżdiedu tagħmir jew proċessi ġodda u kull darba li jinħareġ permess ġdid jew jinbidel wieħed eżistenti. [Em. 113]
Il-monitoraġġ tal-validazzjoni għandu jsir għall-iktar klassi stretta tal-kwalità tal-ilma reklamatrkuprat, il-Klassi A, sabiex jiġi vvalutat jekk hux qed ikun hemm konformità mal-miri ta’ prestazzjoni (tnaqqis ta’ log10). Il-monitoraġġ tal-valutazzjoni jinkludi l-monitoraġġ tal-mikroorganiżmi indikaturi assoċjati ma kull grupp ta’ patoġeni (batterji, virus u protozoa). Il-mikroorganiżmi indikaturi magħżula huma l-E. coli għall-batterji patoġeniċi, il-kolifaġi F-speċifiċi, il-kolifaġi somatiċi jew il-kolifaġi għall-viruses patoġeniċi, u l-ispori ta’ Clostridium perfringens jew il-batterji li jnaqqsu s-sulfat u li jifformaw spori għall-protozoa. Il-miri ta’ prestazzjoni (tnaqqis ta’ log10 ) għall-monitoraġġ tal-validazzjoni għall-mikroorganiżmi indikaturi magħżula, huma stabbiliti fit-Tabella 4 u għandhom jintlaħqu fl-iżbokk tal-impjant tar-reklamazzjoni (punt ta’ konformità)tal-faċilità ta' rkupru, filwaqt li jitqiesu l-konċentrazzjonijiet tal-effluwent tal-ilma mormi mhux ipproċessat li jidħlu fl-impjant tat-trattament tal-ilma urban mormi. Mill-inqas 90 % tal-kampjuni ta' validazzjoni għandhom jilħqu jew jaqbżu l-mira ta' prestazzjoni. [Em. 114]
Jekk indikatur bijoloġiku ma jkunx preżenti fi kwantitajiet suffiċjenti fl-ilma mormi mhux ipproċessat biex jinkiseb it-tnaqqis ta' log10, in-nuqqas ta' tali indikatur bijoloġiku fl-effluwent għandu jfisser li għandu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti ta' validazzjoni. Il-konformità mal-mira ta' prestazzjoni tista' tiġi stabbilita b'kontroll analitiku, biż-żieda tal-prestazzjoni mogħtija lil stadji individwali tat-trattament abbażi ta' evidenza xjentifika għal proċessi standard stabbiliti sew, bħal data ppubblikata tar-rapporti tal-ittestjar, studji ta' każijiet, eċċ., jew ittestjati fil-laboratorju taħt kundizzjonijiet ikkontrollati għal trattament innovattiv. [Em. 115]
Spori ta’ Clostridium perfringens / batterji li jnaqqsu s-sulfat u li jifformaw spori(***)
≥ 5.0
(*) Għall-finijiet tal-monitoraġġ tal-validazzjoni, jistgħu jintużaw ukoll il-patoġeni ta’ referenza Campylobacter, Rotavirus u Cryptosporidium minflok il-mikroorganiżmi indikaturi proposti. Għalhekk, jenħtieġ li japplikaw il-miri ta’ prestazzjoni bi tnaqqis ta’ log10 li ġejjin: Campylobacter (≥ 5.0), Rotavirus (≥ 6.0) u Cryptosporidium (≥ 5.0). L-awtorità nazzjonali tas-saħħa tista' tistabbilixxi indikaturi addizzjonali bbażati fuq il-każ speċifiku, meta jkun hemm evidenza ta' ħtieġa li jiġi żgurat li jkun hemm livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-ambjent. [Em. 116]
(**) It-total ta’ kolifaġi intagħżel bħala l-iktar indikatur virali xieraq. Madankollu, jekk l-analiżi tat-total ta’ kolifaġi mhijiex fattibbli, irid jiġi analizzat mill-inqas wieħed minnhom (kolifaġi F-speċifiċi jew somatiċi). Jekk il-kolifaġi, fit-total tagħhom, ma jkunx preżenti fi kwantità suffiċjenti fl-effluwent tal-ilma mormi mhux ipproċessat, il-konformità mal-mira ta' prestazzjoni tista' tiġi stabbilita biż-żieda tal-prestazzjoni mogħtija lil stadji individwali tat-trattament abbażi ta' evidenza xjentifika għal proċessi standard stabbiliti sew (bħal data ppubblikata tar-rapporti tal-ittestjar, studji ta' każijiet, eċċ.), jew ittestjati fil-laboratorju taħt kundizzjonijiet ikkontrollati għal trattament innovattiv. [Em. 117]
(***) L-ispori ta’ Clostridium perfringens intagħżlu bħala l-iktar indikatur tal-protozoa xieraq. Madankollu, il-batterji li jnaqqsu s-sulfat u li jifformaw spori huma alternattiva jekk il-konċentrazzjoni tal-ispori ta’ Clostridium perfringens ma tippermettix li jiġi vvalidat it-tnaqqis ta’ log10 mitlub. Jekk il-Clostridium perfringens ma jkunx preżenti fi kwantità suffiċjenti fl-effluwent tal-ilma mormi mhux ipproċessat, il-konformità mal-mira ta' prestazzjoni tista' tiġi stabbilita biż-żieda tal-prestazzjoni mogħtija lil stadji individwali tat-trattament abbażi ta' evidenza xjentifika għal proċessi standard stabbiliti sew (bħal data ppubblikata tar-rapporti tal-ittestjar, studji ta' każijiet, eċċ.), jew ittestjati fil-laboratorju taħt kundizzjonijiet ikkontrollati għal trattament innovattiv. [Em. 118]
Il-metodi ta’ analiżi għall-monitoraġġ għandhom jiġu vvalidati u dokumentati mill-operatur skont l-EN ISO/IEC-17025 jew standards nazzjonali jew internazzjonali oħra li jiżguraw kwalità ekwivalenti. L-operatur tal-impjant ta' rkupru għandu jiżgura li l-laboratorji magħżula għall-monitoraġġ tal-validazzjoni japplikaw prattiki ta' ġestjoni tal-kwalità konformi ma' dawk previsti mill-istandard ISO/IEC 17025. [Em. 119]
ANNESS II
(a) Kompiti ewlenin tal-ġestjoni tar-riskju [Em. 120]
-1. It-twettiq ta' analiżi tal-fattibbiltà tal-faċilità ta' rkupru ppjanata li tikkunsidra tal-anqas l-ispejjeż ta' żvilupp tal-faċilità meta mqabbla mad-domanda reġjonali għall-ilma rkuprat, l-utenti finali potenzjali, il-ħtiġijiet ta' ilma mormi trattat tal-faċilità, u tivvaluta l-kwalità tal-ilma mormi trattat li jidħol fil-faċilità. [Em. 121]
1. Id-deskrizzjoni tas-sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma, mill-ilma mormi li jidħol fl-impjant tat-trattament tal-ilma urban mormi sal-punt tal-użu, inkluż is-sorsi tal-ilma mormi, l-istadji ta’ trattament u t-teknoloġiji fl-impjant tar-reklamazzjoni, l-infrastruttura tal-provvista u tal-ħżin, l-użu maħsub, il-post tal-użu, u l-kwantitajiet ta’ ilma reklamat li jridu jiġu fornuti. L-għan ta’ dan il-kompitu huwa li tingħata deskrizzjoni dettaljata tas-sistema sħiħa tal-użu mill-ġdid tal-ilma.
2. L-identifikazzjoni tal-perikli potenzjali, b’mod partikolari l-preżenza ta’ inkwinanti u patoġeni, u l-potenzjal ta’ avvenimenti perikolużi, bħal falliment tat-trattament, it-tnixxija aċċidentali jew il-kontaminazzjoni fis-sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma deskritta.
3. L-identifikazzjoni tal-ambjenti, tal-popolazzjonijiet u tal-individwi fir-riskju b’esponiment dirett jew indirett għal perikli potenzjali identifikati, filwaqt li jitqiesu l-fatturi ambjentali speċifiċi, bħall-idroġeoloġija, it-topoloġija, it-tip ta’ ħamrija u l-ekoloġija lokali, u l-fatturi marbuta mat-tipi ta’ għelejjel u prattiki agrikoli. Il-valutazzjoni tar-riskji għas-saħħa inklużi l-identifikazzjoni tal-perikli, ir-rispons għad-doża, il-valutazzjoni tal-esponiment u l-karatterizzazzjoni tar-riskju għandhom jiġu kkunsidrati matul l-istadji tas-sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma mormi. Iridu jitqiesu wkoll l-effetti negattivi irriversibbli ambjentali jew fuq is-saħħa jew fuq terminu twil possibbli għall-operazzjoni tar-reklamazzjoni, inklużi l-impatti negattivi potenzjali fuq il-flussi ekoloġiċi, tal-operazzjoni tal-irkupru tal-ilma, bħad-distribuzzjoni, il-ħażna u l-użu tal-ilma. [Em. 122]
4. It-twettieq ta’ valutazzjoni tar-riskju li tkopri kemm ir-riskji ambjentali, kif ukoll ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, filwaqt li jitqiesu l-periklu potenzjali identifikati, l-ambjenti, il-popolazzjonijiet u l-individwi identifikati bir-riskju ta’ esponiment għal dawk il-perikli u s-severità tal-effetti possibbli tal-perikli, kif ukoll il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u dik nazzjonali rilevanti, id-dokumenti ta’ gwida u r-rekwiżiti minimi fir-rigward tas-sikurezza tal-ikel, tal-għalf u tal-ħaddiema u l-objettivi ambjentali. Għall-finijiet tal-valutazzjoni tar-riskju jistgħu jintużaw studji kwalitattivi. L-inċertezza xjentifika fil-karatterizzazzjoni tar-riskju għandha tiġi indirizzata skont il-prinċipju ta’ prekawzjoni. [Em. 123]
Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tikkonsisti fl-elementi li ġejjin:
(a) valutazzjoni tar-riskji ambjentali, inklużi dawn kollha li ġejjin:
i. konferma tan-natura tal-perikli, inkluż il-livell ta’ bla effett imbassar, meta rilevanti;
ii. valutazzjoni tal-medda ta’ esponiment potenzjali;
iii. karatterizzazzjoni tar-riskju.
(b) valutazzjoni tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem, inklużi dawn kollha li ġejjin:
i. konferma tan-natura tal-perikli, inkluża r-relazzjoni bejn id-doża u r-reazzjoni, meta rilevanti, b'kollaborazzjoni mal-awtoritajiet tas-saħħa; [Em. 124]
ii. valutazzjoni tal-firxa tad-doża jew tal-esponiment potenzjali;
iii. karatterizzazzjoni tar-riskju.
Ir-rekwiżiti u l-obbligi li ġejjin għandhomgħandu mill-inqas jitqiesujkun hemm konformità magħhom fil-valutazzjoni tar-riskju: [Em. 125]
(c) ir-rekwiżit li jitnaqqas u jiġi evitat it-tniġġis fl-ilma minn nitrati skont id-Direttiva 91/676/KEE;
(e) ir-rekwiżit li jintlaħqu l-għanijiet ambjentali stabbiliti fid-Direttiva 2000/60/KE;
(f) ir-rekwiżit li jiġi evitat it-tniġġis fl-ilma ta’ taħt l-art skont id-Direttiva 2006/118/KE;
(g) ir-rekwiżit li jintlaħqu l-istandards tal-kwalità ambjentali għas-sustanzi prijoritarji u ċerti inkwinanti oħra stabbiliti fid-Direttiva 2008/105/KE;
(h) ir-rekwiżit li jintlaħqu l-istandards tal-kwalità ambjentali għall-inkwintanti ta’ tħassib nazzjonali (jiġifieri l-inkwinanti speċifiċi għall-baċiri idrografiċi) stabbiliti fid-Direttiva 2000/60/KE;
(j) ir-rekwiżiti dwar il-protezzjoni tal-ambjent, u b’mod partikolari tal-ħamrija, meta l-ħama tad-drenaġġ jintuża fl-agrikoltura skont id-Direttiva 86/278/KEE;
(k) ir-rekwiżiti dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 u l-gwida mogħtija mill-Avviż tal-Kummissjoni dwar dokument ta’ gwida dwar kif għandhom jiġu indirizzati r-riskji mikrobijoloġiċi fil-frott u l-ħaxix frisk fil-produzzjoni primarja permezz ta’ iġjene tajba;
(b) Kundizzjonijiet dwar ir-rekwiżiti addizzjonali [Em. 126]
5. Meta meħtieġ u xieraq biex jiġi żgurat biżżejjed ħarsien adegwat tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem, iridu jiġu speċifikati r-rekwiżiti għall-kwalità tal-ilma u għall-monitoraġġ li huma addizzjonali għal dawk speċifikati fl-Anness I, u/jew iktar stretti minnhom.
Dawn ir-rekwiżiti addizzjonali jistgħu jikkonċernaw b’mod partikolari lil:
(a) metalli tqal;
(b) pestiċidi;
(c) prodotti sekondarji ta’ diżinfezzjoni;
(d) prodotti mediċinalifarmaċewtiċi;
(da) il-preżenza ta' mikroplastiks;
(e) sustanzi oħra ta’ tħassib ġdidinkwinanti oħrajn li rriżultaw bħala sinifikanti minn analiżijiet ambjentali u tas-saħħa pubblika li saru fil-livell lokali;
(f) reżistenza għall-antimikrobiċi. [Em. 127]
(c) Miżuri preventivi [Em. 128]
6. L-identifikazzjoni tal-miżuri preventivi li diġà qegħdin fis-seħħ jew li jenħtieġ li jittieħdu biex jiġu limitati r-riskji sabiex ir-riskji identifikati kollha jkunu jistgħu jiġu mmaniġġjati b’mod adegwat.
Dawn il-miżuri preventivi jistgħu jinkludu:
(a) kontroll tal-aċċess;
(b) miżuri addizzjonali ta’ diżinfezzjoni jew ta’ tneħħija tal-inkwinanti;
(e) stabbiliment ta’ distanzi ta’ sikurezza minimi.
Il-miżuri preventivi speċifiċi li jistgħu jkunu rilevanti huma stabbiliti fit-Tabella 1.
Tabella 1: Miżuri preventivi speċifiċi
Klassi
tal-kwalità tal-ilma
reklamat
Miżuri preventivi speċifiċi
A
— Il-ħnieżer ma jridux jiġu esposti għall-għalf imsoqqi bl-ilma reklamat sakemm ma jkunx hemm biżżejjed data li tindika li r-riskji għal dak il-każ speċifiku jistgħu jiġu mmaniġġjati.
B
— Il-projbizzjoni tal-ħsad ta’ prodotti mxarrbin imsoqqija, anki bil-qatra.
— L-esklużjoni mill-bur tal-bhejjem tal-ħalib li jreddgħu sakemm jinxef il-bur.
— L-għalf għandu jkun imnixxef jew maħżun f’silos qabel l-imballaġġ.
— Il-ħnieżer ma jridux jiġu esposti għall-għalf imsoqqi bl-ilma reklamat sakemm ma jkunx hemm biżżejjed data li tindika li r-riskji għal dak il-każ speċifiku jistgħu jiġu mmaniġġjati.
C
— Il-projbizzjoni tal-ħsad ta’ prodotti mxarrbin imsoqqija, anki bil-qatra.
— L-esklużjoni mill-bur ta’ annimali li jirgħu għal ħamest ijiem wara l-aħħar tisqija.
— L-għalf għandu jkun imnixxef jew maħżun f’silos qabel l-imballaġġ.
— Il-ħnieżer ma jridux jiġu esposti għall-għalf imsoqqi bl-ilma reklamat sakemm ma jkunx hemm biżżejjed data li tindika li r-riskji għal dak il-każ speċifiku jistgħu jiġu mmaniġġjati.
D
— Il-projbizzjoni tal-ħsad ta’ prodotti mxarrbin imsoqqija, anki bil-qatra.
7. L-iżgurar li hemm sistemi ta’ kontroll tal-kwalità u l-proċeduri adegwati fis-seħħ, inkluż il-monitoraġġ tal-ilma reklamat għall-parametri rilevanti, u li jiġu stabbiliti l-programmi ta’ manutenzjoni għat-tagħmir.
8. L-iżgurar li hemm sistemi ta’ monitoraġġ ambjentali fis-seħħ li jidentifikaw kwalunkwe effett negattiv tal-użu mill-ġdid tal-ilma, kif ukoll l-iżgurar li jingħata r-rispons mill-monitoraġġ u li l-proċessi u l-proċeduri kollha jiġu validati u dokumentati kif xieraq.
Huwa rakkomandat li l-operatur tal-impjant tar-reklamazzjoni jistabbilixxi u jżomm sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità skont ISO 9001 jew l-ekwivalenti tiegħu.
8a. L-iżgurar li l-faċilità ta' rkupru tkun mgħammra b'mezzi alternattivi biex tarmi l-ilma mormi trattat li ma jerġax jintuża. [Em. 129]
9. L-iżgurar li hemm sistema xierqa fis-seħħ għall-ġestjoni ta’ inċidenti jew ta’ urġenzi, inkluż proċeduri biex il-partijiet rilevanti kollha jiġu informati b’dan l-avveniment b’mod xieraq, u biex il-pjan ta’ reazzjoni għal emerġenza jiġi aġġornat regolarment.
9a. L-iżgurar li l-infrastruttura tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat tkun separata u mibnija b'tali mod li tevita riskji ta' kontaminazzjoni tas-sistema tal-provvista u tad-distribuzzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. [Em. 130]
9b. L-iżgurar li l-infrastruttura tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat tkun immarkata b'mod adegwat u, meta tkun mibnija b'kanali fil-miftuħ, li tkun mgħammra b'mod adegwat b'sinjali viżibbli biżżejjed, inkluż fejn l-ilma mormi jitħallat ma' ilma minn sorsi oħrajn. [Em. 131]
9c. L-iżgurar li jkunu stabbiliti mekkaniżmi ta' koordinazzjoni fost l-atturi differenti biex jiggarantixxu l-produzzjoni u l-użu sikuri tal-ilma rkuprat. [Em. 132]
Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).
Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1986 dwar il-protezzjoni tal-ambjent, u b’mod partikolari tal-ħamrija, meta l-ħama tad-drenaġġ jintuża fl-agrikoltura (ĠU L 181, 4.7.1986, p. 6).
Id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1).
Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1)
Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1).
Ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Jannar 2005 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-iġjene tal-għalf (ĠU L 35, 8.2.2005, p. 1).
Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).
Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).
Id-Direttiva 2006/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2006 dwar l-immaniġġjar tal-kwalità tal-ilma għall-għawm u li tħassar id-Direttiva 76/160/KEE (ĠU L 64, 4.3.2006, p. 37).
Id-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar il-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art kontra t-tniġġis u d-deterjorament (ĠU L 372, 27.12.2006, p. 19).
Id-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE, 86/280/KEE u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 84).
Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1).
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tad-19 ta’ Diċembru 2005 li tiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-15 ta' Novembru 2005 dwar kriterji mikrobijoloġiċi għall-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 22.12.2006, p. 5).
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li tiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).
Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).
Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).
Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).